ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 217

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
18 ta' Ġunju 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/964 tas-26 ta’ Mejju 2021 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Honduras dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea

1

 

*

Ftehim ta’ sħubija volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Honduras dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea

3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

18.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/964

tas-26 ta’ Mejju 2021

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Honduras dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

F’Mejju 2003 il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata “Forest Law Enforcement, Governance and Trade (FLEGT): Proposal for an EU Action Plan” (L-Infurzar tal-Liġi, it-Tmexxija u l-Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT): Proposta għal Pjan ta’ Azzjoni tal-UE). Il-Pjan ta’ Azzjoni stabbilit f’dik il-komunikazzjoni (“il-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT”) talab li jittieħdu miżuri sabiex jiġi indirizzat il-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam billi jiġu żviluppati Ftehimiet ta’ sħubija volontarji ma’ pajjiżi li jipproduċu l-injam. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT ġew adottati f’Ottubru tal-2003 u ġiet adottata reżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-suġġett fil-11 ta’ Lulju 2005.

(2)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2185 (2), il-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Honduras dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fit-23 ta’ Frar 2021, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard.

(3)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Honduras dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 31 tal-Ftehim (4).

Artikolu 3

L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata mill-Kummissjoni fil-Kumitat Konġunt ta’ Implimentazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 19 tal-Ftehim.

L-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt ta’ Implimentazzjoni bħala membri tad-Delegazzjoni tal-Unjoni.

Artikolu 4

Għall-iskop tal-emendar tal-Annessi tal-Ftehim f’konformità mal-Artikolu 26 tal-Ftehim, il-Kummissjoni hija awtorizzata, b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 (5), li tapprova kwalunkwe tali emenda f’isem l-Unjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

M. do C. ANTUNES


(1)  Approvazzjoni tas-26 ta’ April 2021 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2185 tat-18 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Honduras dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 63).

(3)  Ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea (ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1).


18.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/3


FTEHIM TA’ SĦUBIJA VOLONTARJA BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-HONDURAS DWAR L-INFURZAR TAL-LIĠI U T-TMEXXIJA FIS-SETTUR FORESTALI U L-KUMMERĊ TA’ PRODOTTI TAL-INJAM LEJN L-UNJONI EWROPEA

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,

u

IR-REPUBBLIKA TAL-HONDURAS, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Honduras”,

minn hawn ’il quddiem flimkien imsejħa “il-Partijiet”,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW ir-relazzjoni bejn l-Unjoni u l-Honduras, partikolarment fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, iffirmat fl-2012;

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubbliki tal-Costa Rica, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Honduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra, iffirmat fl-2003, u l-Ftehim ta' Kooperazzjoni qafas bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubbliki tal-Costa Rica, l-El Salvador, il-Gwatemala, il-Honduras, in-Nikaragwa u l-Panama, iffirmat fl-1993;

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew intitolata “Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT) - Proposta għal Pjan ta’ Azzjoni tal-UE”, bħala l-ewwel pass biex tiġi indirizzata l-kwistjoni urġenti tal-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u l-kummerċ assoċjat miegħu;

KONXJI mill-importanza tal-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti stabbiliti fid-Dikjarazzjoni ta’ Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp tal-1992, u, b’mod partikolari, tal-Prinċipju 10 rigward l-importanza tal-għarfien u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fi kwistjonijiet ambjentali u tal-Prinċipju 22 rigward ir-rwol vitali tal-popli indiġeni u l-komunitajiet tagħhom u komunitajiet oħrajn lokali fil-ġestjoni u l-iżvilupp ambjentali;

WARA LI KKUNSIDRAW il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) u b’mod partikolari, ir-rekwiżit li permessi tal-esportazzjoni CITES maħruġa mill-partijiet ta’ CITES għal kampjuni ta’ speċijiet elenkati fl-Appendiċijiet I, II u III jingħataw biss taħt ċerti kundizzjonijiet, inkluż li tali kampjuni ma jkunux inkisbu bi ksur tal-liġijiet rilevanti għall-protezzjoni tal-fawna u l-flora;

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-importanza mogħtija mill-Partijiet lill-prinċipji u lir-regoli li jirregolaw il-kummerċ multilaterali, b'mod partikolari d-drittijiet u l-obbligi stipulati fil-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (General Agreement on Tariffs and Trade — GATT) tal-1994 u fi ftehimiet multilaterali oħrajn elenkati fl-Anness 1A tal-Ftehim ta' Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (World Trade Organisation — WTO) tal-1994, u l-ħtieġa li dawn jiġu applikati b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju;

WARA LI KKUNSIDRAW ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea;

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, b’mod partikolari l-Artikolu 289 tat-Titolu VIII dwar il-kummerċ fil-prodotti tal-foresta, li fih il-Partijiet jimpenjaw irwieħhom li jaħdmu flimkien biex itejbu l-infurzar tal-liġi forestali u l-governanza u biex jippromwovu l-kummerċ fi prodotti tal-injam legali, u li jimmaniġġjaw il-foresti sostenibbilment permezz ta’ strumenti bħall-CITES u l-Ftehimiet ta' Sħubija Volontarji dwar l-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali -(FLEGT);

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-impenn u d-determinazzjoni tal-Partijiet fir-rigward tal-għanijiet tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, u b’mod partikolari l-kontribut li l-implimentazzjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija Volontarju (VPA) se jagħmel biex jinkiseb l-għan 15 dwar il-promozzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, it-twaqqif tad-deforestazzjoni u l-adozzjoni ta’ miżuri biex jindirizzaw il-provvista u d-domanda għal prodotti illegali ta’ fawna selvaġġa;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-kontribuzzjoni li l-implimentazzjoni ta' FLEGT VPA se tagħmel fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, f’konformità mal-isforzi sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mid-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti (REDD+) permezz tal-promozzjoni tal-infurzar u governanza tal-liġi tal-foresti;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-objettiv primarju tas-Sistema ta’ Assigurazzjoni ta’ Legalità tal-Honduras (SAL) huwa li l-injam u l-prodotti tal-injam kollha jenħtieġ li jaqgħu fil-qafas legali; u b’mod simili, li r-rekwiżiti tas-SAL jiġu applikati mingħajr eċċezzjoni fis-suq nazzjonali u fuq esportazzjonijiet tal-injam u ta’ prodotti tal-injam mill-Honduras;

FILWAQT LI JQISU l-importanza mogħtija mill-Partijiet lis-sehem tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluż is-soċjetà ċivili, is-settur privat, il-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras u l-popolazzjoni lokali, irrispettivament mill-ġeneru, l-età, il-post, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-oriġini etnika, ir-razza, il-lingwa, jew diżabilità jew kwalunkwe kundizzjoni oħra, -----, biex jirnexxu l-politiki ta’ governanza forestali, b’mod partikolari permezz ta’ konsultazzjonijiet u l-għoti ta' -informazzjoni lill-pubbliku;

FILWAQT LI JQISU li r-riżorsi forestali tal-Honduras huma assi strateġiku li huwa ġestit sostenibbilment mill-Istitut Nazzjonali għall-Konservazzjoni u l-Iżvilupp tal-Foresti, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa (Instituto Nacional de Conservación y Desarrollo Forestal, Áreas Protegidas y Vida Silvestre, ICF) permezz ta’ mudell ta’ politika tal-forestrija nazzjonali li huwa mfassal biex jirrispondi effettivament għall-isfidi tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u biex iwettaq b’effiċjenza l-kompiti li jiggwida, jirregola, jimmaniġġja u jiffaċilita l-investiment fl-iżvilupp tas-settur tal-forestrija pubbliku u privat;

FILWAQT LI JQISU li skont il-politika forestali tal-Honduras u f’konformità mal-Liġi tiegħu dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti, u l-Ħajja Selvaġġa , saru sforzi fir-rigward tal-protezzjoni u l-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni protetti, għall-irkupru u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresta konifera, għall-protezzjoni tal-foresta bil-weraq wiesa' u l-promozzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, l-involviment ta’ organizzazzjonijiet komunitarji fil-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, il-promozzjoni tal-konservazzjoni ambjentali u r-riforestazzjoni nazzjonali, il-ġestjoni integrata tal-mikrobaċiri, il-monitoraġġ komprensiv tal-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u l-kummerċ illegali fl-injam u l-organiżmi selvaġġi, u l-modernizzazzjoni istituzzjonali tas-settur tal-forestrija, taż-żoni protetti u tal-organiżmi selvaġġi;

FILWAQT LI JQISU li dan il-Ftehim se jikkostitwixxi pilastru ċentrali tal-programmi ta’ żvilupp soċjali li huma implimentati fil-Honduras bl-għan li jiġġeneraw l-impjiegi, itejbu l-kundizzjonijiet għall-investiment, jifformulaw il-politika għall-ippjanar tal-użu tal-art, jgħinu biex jirrivitalizzaw l-industrija u jiżguraw l-użu sostenibbli tar-riżorsi minn perspettiva soċjali u ambjentali;

FILWAQT LI JQISU li l-Liġi tal-Honduras dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti, u l-Ħajja Selvaġġa hija mfassla biex tistabbilixxi l-qafas legali għall-amministrazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi forestali, taż-żoni protetti u l-organiżmi selvaġġi, inkluż il-protezzjoni, ir-restawr, l-użu produttiv, il-konservazzjoni u l-promozzjoni tagħhom, biex b’hekk jitrawwem żvilupp sostenibbli xieraq għall-interessi soċjali, ekonomiċi, ambjentali u kulturali tal-pajjiż;

FILWAQT LI JQISU li t-trattati internazzjonali dwar l-ambjent u l-forestrija rratifikati mill-Kungress Nazzjonali tar-Repubblika tal-Honduras jagħmlu parti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li min-naħa tagħha sservi bħala l-bażi biex tiġi fformulata u implimentata l-politika forestali tal-pajjiż;

FILWAQT LI JQISU li bl-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, il-Honduras jittama li jsaħħaħ il-governanza, id-drittijiet tal-użu tal-art u d-drittijiet għaż-żamma tal-art u l-leġiżlazzjoni fis-settur forestali; li jistabbilixxi proċessi b'saħħithom u effikaċi għall-partijiet ikkonċernati varji, biex b’hekk joħloq il-kundizzjonijiet għal investimenti fuq skala ikbar u iktar trasparenti; li jistabbilixxi politiki dwar l-użu tal-art; jistabbilixxi politiki ta’ investiment li jsaħħu l-produzzjoni legali; u jappoġġa l-implimentazzjoni tal-politiki biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mid-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti (REDD+) billi jindirizza direttament xi wħud mill-kawżi tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti;

FILWAQT LI JQISU li l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim se tappoġġa l-isforzi li qed isiru biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, f’konformità mal-isforzi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mid-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti (REDD+);

FILWAQT LI JQISU li d-Dikjarazzjoni ta’ Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp tal-1992 tikkostitwixxi test ta’ referenza għal kunsens globali dwar il-ġestjoni, il-konservazzjoni, u l-qtugħ tas-siġar għall-injam ekoloġikament sostenibbli ta’ kull tip ta’ foresta, u filwaqt li jqisu l-adozzjoni reċenti tal-Istrument Mhux Legalment Vinkolanti dwar kull tip ta’ foresta mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti,

B'DAN JIFTIEHMU KIF ĠEJ:

ARTIKOLU 1

Għan

L-objettiv ta’ dan il-Ftehim, f’konformità mal-impenn komuni tal-Partijiet favur il-ġestjoni sostenibbli ta’ kull tip ta’ foresta, huwa li jipprovdi qafas legali li biex jiżgura li l-importazzjonijiet kollha għall-Unjoni ta’ prodotti tal-injam mill-Honduras koperti minn dan il-Ftehim ikunu ġew prodotti legalment u, hu u jagħmel dan, jippromwovi l-kummerċ f’tali prodotti tal-injam.

Dan il-Ftehim jipprovdi wkoll bażi għad-djalogu u l-kooperazzjoni bejn il-partijiet bil-mira li jiffaċilitaw u jippromwovu l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu u biex isaħħu l-infurzar u governanza tal-liġi tal-foresti.

ARTIKOLU 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“importazzjoni fl-Unjoni” tfisser ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, skont it-tifsira tal-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, ta’ prodotti tal-injam li ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala “merkanzija ta’ natura mhux kummerċjali” kif definita fl-Artikolu 1, il-punt (21), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni;

(b)

“esportazzjoni” tfisser l-irtirar jew il-ħruġ ta’ prodotti tal-injam minn kwalunkwe parti mit-territorju tal-Honduras, ħlief għal prodotti tal-injam li jkunu fi tranżitu mill-Honduras;

(c)

“prodotti tal-injam fi tranżitu” tfisser kwalunkwe prodott tal-injam li joriġina minn pajjiż terz li jidħol fit-territorju tal-Honduras taħt il-kontroll doganali u jħallih fl-istess forma mingħajr ma jinbidel il-pajjiż tal-oriġini tiegħu jew jiġi kkummerċjalizzat fil-Honduras;

(d)

“prodotti tal-injam” tfisser il-prodotti mniżżlin fl-Anness I;

(e)

“Kodiċi SA” tfisser kodiċi li jasal sa sitt figuri kif stipulat fin-nomenklatura tas-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija stabbilita mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta' Merkanzija tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali;

(f)

“liċenzja FLEGT” tfisser dokument li jikkonferma li konsenja tkun inkisbet legalment u li tkun ivverifikata skont il-kriterji stabbiliti f'dan il-Ftehim.

(g)

“awtorità li toħroġ il-liċenzji” tfisser l-awtorità maħtura mill-Honduras biex toħroġ u tivvalida l-liċenzji FLEGT;

(h)

“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet maħturin mill-Istati Membri tal-Unjoni biex jirċievu, jaċċettaw u jivverifikaw liċenzji FLEGT;

(i)

“konsenja” tfisser kwantità ta’ prodotti tal-injam koperti minn liċenzja FLEGT li tkun intbagħtet mill-Honduras minn speditur jew konsenjatur u li tkun ġiet preżentata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera f’uffiċċju doganali fl-Unjoni;

(j)

“injam prodott legalment” tfisser prodotti tal-injam li jkunu nqatgħu, prodotti, ipproċessati, trasportati u kkummerċjalizzati bi proċessi li jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Honduras, kif stipulat fl-Anness II, u/jew importati u prodotti f’konformità magħha;

(k)

“rilaxx għal ċirkolazzjoni libera” tfisser proċedura doganali tal-Unjoni li tikkonferixxi l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni lil merkanzija li ma tkunx tal-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 952/2013, u li tinvolvi: il-ġbir ta’ kwalunkwe dazju fuq l-importazzjoni dovut; il-ġbir, kif xieraq, ta' imposti oħra; l-applikazzjoni ta’ miżuri ta' politika kummerċjali u ta’ projbizzjonijiet u restrizzjonijiet; u t-tlestija ta’ kull formalità oħra stipulata fir-rigward tal-importazzjoni ta’ merkanzija.

ARTIKOLU 3

L-iskema ta' liċenzjar FLEGT

1.   B'dan qed tiġi stabbilita Skema ta’ Liċenzji tal-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (“l-iskema ta' liċenzjar FLEGT”) bejn il-Partijiet. Din tistabbilixxi sett ta’ proċeduri u rekwiżiti biex jivverifikaw u jiċċertifikaw, permezz tal-liċenzji FLEG, li l-prodotti tal-injam mibgħuta lejn l-Unjoni jkunu ġew prodotti legalment. F’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 u ma’ dan il-Ftehim, l-Unjoni ma għandhiex taċċetta konsenji mill-Honduras għall-importazzjoni fl-Unjoni sakemm dawn ma jkunux koperti minn liċenzji FLEGT.

2.   L-iskema ta’ liċenzjar FLEGT għandha tapplika għall-prodotti tal-injam imniżżlin fl-Anness I.

3.   Il-partijiet jaqblu li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex japplikaw l-iskema ta' liċenzjar FLEGT.

ARTIKOLU 4

Awtorità li toħroġ il-liċenzji

1.   Il-Honduras għandu jaħtar l-awtorità li toħroġ il-liċenzji u tibgħat id-dettalji ta’ kuntatt tagħha lill-Kummissjoni Ewropea. Iż-żewġ Partijiet għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

2.   L-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tivverifika li l-prodotti tal-injam ikunu ġew prodotti f’konformità mal-leġiżlazzjoni fl-Anness II. Hija għandha toħroġ liċenzji FLEGT li jkopru l-konsenji ta’ prodotti tal-injam li jkunu ġew prodotti legalment fil-Honduras u jkunu destinati għall-esportazzjoni fl-Unjoni. Fejn xieraq, il-Honduras għandu joħroġ id-dokumentazzjoni meħtieġa għal prodotti tal-injam fi tranżitu mit-territorju tiegħu taħt il-kontroll tal-awtoritajiet doganali Tal-Honduras.

3.   L-awtorità li toħroġ il-liċenzji ma tistax toħroġ liċenzji FLEGT għal prodott tal-injam li jkun magħmul minn, jew ikun jinkludi, prodotti tal-injam impurtati fil-Honduras minn pajjiż terz jekk il-liġijiet ta’ dak il-pajjiż terz ikunu jipprojbixxu l-esportazzjoni tagħhom, jew fejn ikun hemm evidenza li dawk il-prodotti tal-injam ikunu ġew prodotti bi ksur tal-liġijiet tal-pajjiż li fih ikunu nqatgħu s-siġar.

4.   F’konformità mal-prinċipju tat-trasparenza, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tarkivja u tagħmel pubbliċi l-proċeduri tagħha biex toħroġ il-liċenzji FLEGT. Bl-istess mod, għandha żżomm ukoll arkivju tal-konsenji kollha koperti mil-liċenzji FLEGT u, f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-protezzjoni tad-data, tipprovdi dawn l-arkivji għall-finijiet ta’ awditu indipendenti, filwaqt li tirrispetta l-kunfidenzjalità tad-data tal-esportaturi.

ARTIKOLU 5

Awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni

1.   Il-Kummissjoni Ewropea għandha tgħarraf lill-Honduras bid-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti maħturin mill-Istati Membri tal-Unjoni. Iż-żewġ Partijiet għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li kull konsenja tkun koperta minn liċenzja FLEGT valida qabel ma jirrilaxxawha għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni. Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jista’ jiġi sospiż u l-konsenja tista’ tinżamm jekk ikun hemm xi dubju dwar il-validità tal-liċenzja FLEGT, f’konformità mal-Anness III.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu u jippubblikaw kull sena reġistru tal-liċenzji FLEGT li jkunu rċevew.

4.   F’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu aċċess għad-dokumenti u d-data rilevanti lill-persuni jew korpi maħturin mill-Honduras bħala awdituri indipendenti.

5.   Meta prodotti tal-injam minn speċijiet li jkunu mniżżlin fl-Appendiċijiet tas----CITES u li jkunu koperti minn liċenzja FLEGT jidħlu fl-Unjoni, dawn għandhom jiġu sottoposti biss għall-eżami stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom. Ikun xi jkun il-każ, l-iskema ta' liċenzjar FLEGT tagħti assigurazzjoni tal-ġbir legali ta’ dawn il-prodotti.

ARTIKOLU 6

Liċenzji FLEGT

1.   L-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha toħroġ il-liċenzji FLEGT biex tiċċertifika li l-prodotti tal-injam ikunu ġew prodotti legalment.

2.   Il-liċenzji FLEGT għandhom jinħarġu bl-użu tal-verżjoni bil-lingwa Spanjola tal-formola -stabbilita fl-Appendiċi I għall-Anness IV.

3.   Il-Partijiet jistgħu, bi qbil komuni, jistabbilixxu sistemi elettroniċi għall-ħruġ, it-trażmissjoni u r-riċezzjoni tal-liċenzji FLEGT.

4.   Il-proċedura għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huma stipulati fl-Anness IV.

ARTIKOLU 7

Definizzjoni ta’ injam prodott legalment

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, fl-Anness II hemm definizzjoni ta’ injam prodott legalment. Dak l-Anness jistabbilixxi l-leġiżlazzjoni nazzjonali Tal-Honduras li trid tiġi segwita biex il-prodotti tal-injam jiġu koperti minn liċenzja FLEGT. Fih ukoll il-prinċipji, il-kriterji, l-indikaturi u l-verifikaturi li jservu ta’ prova ta’ konformità ma' dik il-leġiżlazzjoni.

ARTIKOLU 8

Verifika tal-legalità tal-injam prodott jew akkwistat

1.   Il-Honduras għandu jistabbilixxi sistema biex jivverifika li l-prodotti tal-injam għall-konsenja jkunu ġew prodotti legalment u li l-konsenji verifikati bħala tali biss jiġu esportati lejn l-Unjoni. Is-sistema għall-verifika tal-legalità għandha tinkludi kontrolli tal-konformità bl-għan li jiċċertifikaw li l-prodotti tal-injam destinati biex jiġu esportati lejn l-Unjoni jkunu ġew prodotti jew akkwistati legalment, u li ma jinħarġux liċenzji FLEGT għal konsenji ta’ prodotti tal-injam li ma jkunux ġew prodotti jew akkwistati legalment, jew li inkella l-oriġini tagħhom ma tkunx magħrufa. Din is-sistema għandha tinkludi wkoll proċeduri biex jiżguraw li injam ta’ oriġini illegali jew mhux magħrufa ma jidħolx fil-katina tal-provvista.

2.   Is-sistema biex jiġi vverifikat li l-konsenji tal-prodotti tal-injam ikunu ġew prodotti legalment hija deskritta fl-Anness V.

ARTIKOLU 9

Rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta’ konsenji koperti minn liċenzja FLEGT

1.   Il-proċeduri li jirregolaw ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni ta' konsenji koperti minn liċenzja FLEGT huma deskritti fl-Anness III.

2.   F’każ li jkun hemm dubji dwar il-validità ta’ liċenzja, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-Unjoni li jkun qed jirċievi l-konsenja tista’ titlob minnufih lill-awtorità li ħarġet il-liċenzja għal aktar informazzjoni u/jew kjarifika. Jekk l-awtorità li toħroġ il-liċenzji ma tweġibx fi żmien 21 ġurnata tax-xogħol mid-data ta’ meta tirċievi t-talba għal aktar informazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha taġixxi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ u ma għandhiex taċċetta l-liċenzja. Jekk, wara li tiġi pprovduta -informazzjoni addizzjonali, jiġi stabbilit li l-informazzjoni fuq il-liċenzja ma tikkorrispondix mal-konsenja, l-awtorità kompetenti għandha taġixxi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ u ma għandhiex taċċetta l-liċenzja. L-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tiġi infurmata dwar kull darba li ma tiġix aċċettata liċenzja FLEGT flimkien mar-raġuni l-għala ma tkunx ġiet aċċettata.

3.   F’każ li jkun hemm nuqqas ta’ ftehim jew diffikultajiet persistenti fir-rigward tal-konsultazzjonijiet li jikkonċernaw il-liċenzji FLEGT, il-kwistjoni tista’ tiġi riferuta lill-Kumitat Konġunt tal-Implimentazzjoni (KKI).

ARTIKOLU 10

Awditur indipendenti

1.   Il-Partijiet jaqblu dwar il-ħtieġa li jintalbu s-servizzi ta’ awditur indipendenti f’intervalli miftiehma biex jivverifika l-prestazzjoni u l-effettività tas-Sistema ta’ Assigurazzjoni ta’ Legalità tal-Honduras għall-Prodotti tal-Injam- (SAL) u tal-iskema ta' liċenzjar FLEGT, kif stipulat fl-Anness VI.

2.   Il-Honduras għandu jqabbad is-servizzi ta’ awditur indipendenti, f’konsultazzjoni mal-Unjoni, biex iwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Anness VI.

3.   L-awditur indipendenti għandu jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu lill-Partijiet permezz ta’ rapporti, skont il-proċedura deskritta fl-Anness VI. Ir-rapporti tal-awditur indipendenti għandhom jiġu ppubblikati skont il-proċedura stipulata fl-Anness VI.

4.   Il-Partijiet għandhom jiffaċilitaw ix-xogħol tal-awditur indipendenti, b’mod partikolari billi jiżguraw li l-awditur ikollu aċċess għall-informazzjoni meħtieġa biex jagħmel xogħlu fit-territorju ta’ kull Parti. Madankollu, Parti tista', f’konformità mal-leġiżlazzjoni tagħha dwar il-protezzjoni tad-data, tonqos milli tagħti kwalunkwe informazzjoni li mhijiex awtorizzata li tiżvela.

ARTIKOLU 11

Irregolaritajiet

Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin skont l-Artikolu 21 jekk jissuspettaw jew ikunu sabu provi ta’ xi ċirkomvenzjoni jew irregolarità fl-iskema ta' liċenzjar FLEGT, b'mod partikolari b’rabta ma’:

(a)

kummerċ frodulenti, b’mod partikolari d-diverżjoni tat-traffiku kummerċjali mill-Honduras għall-Unjoni permezz ta’ pajjiż terz meta jkun hemm għala wieħed jissuspetta li dan ikun sar bl-intenzjoni li jiġi evitat il-liċenzjar;

(b)

liċenzji FLEGT li jkopru prodotti tal-injam li jkun fihom injam ġej minn pajjiżi terzi li jkun issuspettat li jkun jiġi prodott illegalment; u

(c)

frodi fil-ksib jew użu ta’ liċenzji FLEGT.

ARTIKOLU 12

Id-data tal-bidu tal-implimentazzjoni tal-iskema tal-liċenzjar FLEGT

1.   Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin permezz tal-KKI meta jqisu li jkunu għamlu t-tħejjijiet meħtieġa biex l-iskema ta' liċenzjar FLEGT ssir operazzjonali bis-sħiħ.

2.   Il-Partijiet, permezz tal-KKI, għandhom iqabbdu li ssir valutazzjoni indipendenti tal-iskema ta' liċenzjar FLEGT fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fl-Anness VII. Il-valutazzjoni għandha tiddetermina jekk is-SAL li jirfed l-iskema ta' liċenzjar FLEGT deskritta fl-Anness V taqdix il-funzjonijiet tagħha adegwatament.

3.   Fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-KKI, il-Partijiet għandhom jaqblu dwar data li fiha se tidħol fis-seħħ l-iskema ta' liċenzjar FLEGT. Għandhom jgħarrfu lil xulxin dwar din id-data bil-mezzi bil-miktub li l-KKI jqis xierqa.

ARTIKOLU 13

Applikazzjoni tal-iskema ta' liċenzjar FLEGT għal prodotti tal-injam li mhumiex esportati lejn l-Unjoni

1.   Il-Honduras għandu jagħmel ħiltu biex jivverifika l-legalità tal-prodotti tal-injam kemm għall-konsum domestiku kif ukoll għall-esportazzjoni għal swieq oħrajn għajr l-Unjoni. Għandu jagħmel l-isforzi meħtieġa biex jivverifika l-legalità tal-prodotti tal-injam impurtati billi juża s-sistemi ta’ verifika tal-legalità żviluppati għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

2.   Bħala sostenn għal dawn l-isforzi, l-Unjoni, bi djalogu mal-partijiet interessati, għandha tinkoraġġixxi l-użu tas-sistemi żviluppati għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim għal kummerċ fi swieq internazzjonali oħra u ma' pajjiżi terzi.

ARTIKOLU 14

Skeda ta' implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim

1.   Il-Partijiet, permezz tal-KKI, għandhom japprovaw skeda għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

2.   Il-Partijiet għandhom jevalwaw il-progress tal-implimentazzjoni b’referenza għall-iskeda approvata mill-KKI.

ARTIKOLU 15

Miżuri supplimentari u ta’ sostenn

1.   L-oqsma li fihom hemm il-ħtieġa għal riżorsi tekniċi u finanzjarji addizzjonali biex jiġi implimentat dan il-Ftehim u jiġi indirizzat l-għeruq u dak li jikkawża l-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam huma indikati fl-Anness VIII.

2.   Il-Honduras għandu jiżgura li l-bini ta’ kapaċità biex jiġi implimentat dan il-Ftehim ikun inkluż fl-istrumenti ta’ ppjanar nazzjonali, fl-istrateġiji għat-tnaqqis tal-faqar u fil-baġit ġenerali tar-Repubblika.

3.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li attivitajiet assoċjati mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim ikunu kkoordinati ma’ programmi u inizjattivi eżistenti u futuri, b’mod partikolari t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mid-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti (REDD+)-.

4.   Il-provvediment ta’ riżorsi addizzjonali f’konformità mal-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-proċeduri normali għall-assistenza għall-programmazzjoni lill-Honduras u għall-proċeduri baġitarji tal-Honduras stess.

5.   Il-Partijiet għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa ta’ arranġament jew mekkaniżmu konġunt li fih il-kontribuzzjonijiet ta’ finanzjament u tekniċi tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Istati Membri tal-Unjoni jkunu kkoordinati biex jappoġġaw l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 16

Involviment tal-partijiet ikkonċernati fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim

1.   Il-Honduras għandu jinvolvi lil -partijiet ikkonċernati rilevanti fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

2.   Il-Honduras għandu jiżgura li l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ dan il-Ftehim ikun jinvolvi lil -partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż is-soċjetà ċivili, is-settur privat il-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras u l-popolazzjoni lokali, .irrispettivament mill-ġeneru, l-età, il-post, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-oriġini etnika, ir-razza, il-lingwa, diżabilità jew kwalunkwe kundizzjoni oħra.

3.   Il-parteċipazzjoni fil-KKI għandha tirrifletti l-varjetà ta’ gruppi ta’ atturi fis-settur forestali Hondurjan: is-settur pubbliku u dak privat, is-soċjetà ċivili, il-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras, komunitajiet lokali u oħrajn, fejn meħtieġ.

4.   L-Unjoni għandha tagħmel konsultazzjonijiet ma’ partijiet ikkonċernati dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, filwaqt li tqis l-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali tal-1998.

ARTIKOLU 17

Salvagwardji soċjali

1.   Sabiex l-effetti negattivi potenzjali fuq il-partijiet ikkonċernati mniżżlin fl-Artikolu 16(2) jitnaqqsu kemm jista’ jkun, il-Partijiet għandhom jivvalutaw l-impatt ta’ dan il-Ftehim fuq il-mod ta’ għajxien ta' dawk il-partijiet ikkonċernati.

2.   Il-Partijiet għandhom jimmonitorjaw l-impatt ta’ dan il-Ftehim fuq il-partijiet ikkonċernati mniżżlin fl-Artikolu 16(2), filwaqt li jieħdu passi raġonevoli u xierqa biex jimmitigaw kwalunkwe effett negattiv. Il-Partijiet jistgħu jiftiehmu dwar miżuri addizzjonali biex jindirizzaw kwalunkwe impatt negattiv fuq il-bażi ta’ metodu ta’ evalwazzjoni ta’ dan il-Ftehim, liema metodu jiġi miftiehem mill-Partijiet.

ARTIKOLU 18

Inċentivi tas-suq

Filwaqt li tqis l-obbligi internazzjonali tagħha, l-Unjoni għandha tħabrek biex tippromwovi l-aċċess favorevoli għas-suq tagħha għall-prodotti tal-injam koperti b’dan il-Ftehim. Dawn l-isforzi għandhom jinkludu li jitħeġġu:

(a)

il-politiki ta’ akkwist pubbliku u privat li jirrikonoxxu l-isforzi biex tiġi żgurata provvista ta’ prodotti tal-injam legali; u

(b)

perċezzjoni aktar favorevoli ta’ prodotti b’liċenzja FLEGT fis-suq tal-Unjoni.

ARTIKOLU 19

Kumitat Konġunt ta’ Implimentazzjoni

1.   Il-Partijiet għandhom jistabbilixxi Kumitat Konġunt ta’ Implimentazzjoni (KKI), li għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ dan il-Ftehim u għall-ġestjoni tal-awditu indipendenti. Il-KKI għandu wkoll jiffaċilita d-djalogu u l-iskambji tal-informazzjoni bejn il-Partijiet.

2.   Il-KKI għandu jiġi stabbilit fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, f’konformità mal-Artikolu 31. Kull Parti għandha tinnomina r-rappreżentanti tagħha għall-KKI, li għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’kunsens.

3.   Il-KKI għandu jikkunsidra kull kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni effettiva ta’ dan il-Ftehim. B’mod partikolari, il-KKI għandu:

(a)

jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena fl-ewwel sentejn, u mill-inqas darba fis-sena fis-snin ta’ wara, f’post, f’ħin u b’aġenda miftiehma minn qabel mill-Partijiet.--

(b)

iħejji l-aġenda tal-ħidma tiegħu u t-termini ta’ referenza għall-azzjoni konġunta;

(c)

jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu stess;

(d)

jistabbilixxi arranġament ta’ kopresidenza sabiex il-laqgħat tiegħu jiġu preseduti;

(e)

iħejji, jirrevedi, jaġġorna u japprova dokumenti u proċeduri biex jiġi implimentat dan il-Ftehim;

(f)

jiżgura li l-ħidma tiegħu tkun trasparenti u li l-informazzjoni dwar il-ħidma u d-deċiżjonijiet tiegħu tkun disponibbli għall-pubbliku;

(g)

jekk ikun meħtieġ, jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma jew korpi sussidjarji oħra għal oqsma li jkunu jeħtieġu għarfien espert speċifiku;

(h)

jiftiehem dwar metodu għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni u l-impatt ta’ dan il-Ftehim; u

(i)

jippubblika rapport annwali. Id-dettalji dwar il-kontenut ta’ dan ir-rapport jinsabu fl-Anness X.

4.   Il-funzjonijiet speċifiċi tal-KKI huma deskritti fl-Anness IX.

5.   Jistgħu jissejħu laqgħat addizzjonali tal-KKI fuq it-talba ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet.

ARTIKOLU 20

Trasparenza u aċċess għall-informazzjoni pubblika

1.   Sabiex tittejjeb il-governanza, l-għoti ta’ informazzjoni lill-partijiet ikkonċernati għandha tkun element ċentrali ta' dan il-Ftehim. L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata regolarment sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tas-sistemi, biex tiżdied it-trasparenza, u b’hekk tittejjeb il-fiduċja tal-partijiet ikkonċernati u tal-konsumaturi, u biex tiġi żgurata l-akkontabilità tal-Partijiet. Id-dettalji tal-informazzjoni li trid tiġi ppubblikata huma stipulati fl-Anness IX.

2.   Kull Parti għandha tikkunsidra l-iktar mekkaniżmi xierqa (mezzi tax-xandir, dokumenti, l-internet, workshops jew rapporti annwali) biex bihom ixxerred l-informazzjoni lill-pubbliku. Dawn il-mekkaniżmi huma deskritti fl-Anness IX. B’mod partikolari, il-Partijiet għandhom jistinkaw biex jagħtu informazzjoni affidabbli, relevanti u aġġornata lill-bosta partijiet ikkonċernati assoċjati mas-settur forestali.

ARTIKOLU 21

Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim

1.   Ir-rappreżentanti tal-Partijiet responsabbli għall-komunikazzjoni uffiċjali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom ikunu:

għall-Unjoni Ewropea, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Honduras;

għall-Honduras, il-Ministru-Direttur tal-Instituto Nacional, de Conservación y Desarrollo Forestal, Áreas Protegidas y Vida Silvestre (ICF).

2.   Il-Partijiet għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim b’mod f’waqtu.

ARTIKOLU 22

Informazzjoni kunfidenzjali

1.   Kull Parti timpenja ruħha, fil-limiti preskritti mil-liġijiet tagħha stess, li ma tiżvelax informazzjoni kunfidenzjali skambjata skont dan il-Ftehim. L-ebda Parti ma għandha tiżvela lill-pubbliku, u la ma għandha tippermetti lill-awtoritajiet tagħha li tiżvela, sigrieti kummerċjali jew informazzjoni kunfidenzjali kummerċjali skambjata skont dan il-Ftehim.

2.   Suġġett għall-paragrafu 1, l-informazzjoni li ġejja ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala kunfidenzjali:

(a)

l-għadd ta’ liċenzji FLEGT maħruġin mill-Honduras u rċevuti mill-Unjoni, u l-volum ta’ prodotti tal-injam esportati mill-Honduras u rċevuti mill-Unjoni taħt tali liċenzji;

(b)

l-ismijiet u l-indirizzi tad-detenturi tal-liċenzji FLEGT u tal-importaturi;

(c)

l-ammonti tat-tariffi u t-taxxi mħallsa minn kwalunkwe esportatur; u

(d)

multi monetarji imposti jew azzjoni regolatorja meħuda kontra kwalunkwe kuntrattur jew detentur ta' liċenzja FLEGT.

ARTIKOLU 23

Applikazzjoni territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorji li fih it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jkun applikat bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat, min-naħa l-waħda, u għat-territorju tal-Honduras, min-naħa l-oħra.

ARTIKOLU 24

Soluzzjoni tat-tilwim

1.   Il-Partijiet għandhom ifittxu li jsolvu kwalunkwe tilwima dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim permezz ta’ konsultazzjonijiet immedjati.

2.   Il-konsultazzjonijiet skont il-paragrafu 1 għandhom jinbdew permezz ta’ talba bil-miktub li tindika l-kwistjoni jew il-kwistjonijiet li għalihom jew għaliha jkun hemm bżonn soluzzjoni, u d-data u l-post tal-konsultazzjoni.

3.   Fil-każ li xi tilwim ma jkunx jista’ jiġi solvut permezz ta’ konsultazzjonijiet fi żmien tliet xhur mid-data tat-talba inizjali għall-konsultazzjonijiet, kull Parti tista’ tirreferi t-tilwim lill-KKI, li għandu jagħmel ħiltu biex isib soluzzjoni. Il-KKI għandu jingħata l-informazzjoni kollha rilevanti għal eżami fil-fond tas-sitwazzjoni bil-ħsieb li tinsab soluzzjoni aċċettabbli. Għal dan l-għan il-KKI jkun jeħtieġlu jeżamina l-possibbiltajiet kollha biex jara li l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan il-Ftehim tibqa’ għaddejja.

4.   F’każ li l-KKI ma jkunx jista’ jsolvi t-tilwima, il-partijiet jistgħu flimkien ifittxu l-bon offiċji jew jitolbu l-medjazzjoni ta’ parti terza.

5.   Jekk ma jkunx possibbli li t-tilwima tiġi solvuta skont il-paragrafu 3, kwalunkwe Parti tista’ tinnotifika lill-oħra dwar il-ħatra ta’ arbitru; il-Parti l-oħra mbagħad għandha taħtar arbitru ieħor fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tal-ħatra tal-ewwel arbitru. Il-Partijiet għandhom flimkien jaħtru t-tielet arbitru fi żmien xahrejn mid-data tal-ħatra tat-tieni arbitru.

6.   Id-deċiżjonijiet tal-arbitri għandhom jittieħdu b’maġġoranza fi żmien sitt xhur mid-data tal-ħatra tat-tielet arbitru.

7.   Id-deċiżjoni tal-arbitraturi għandha torbot lill-Partijiet u ma tkunx tista’ tiġi appellata.

8.   Il-KKI għandu jistabbilixxi l-proċeduri ta’ ħidma għall-arbitraġġ.

ARTIKOLU 25

Sospensjoni

1.   Parti li tkun tixtieq tissospendi dan il-Ftehim għandha tavża lill-Parti l-oħra bil-miktub dwar l-intenzjoni tagħha li tagħmel dan. Il-kwistjoni għandha sussegwentement tiġi diskussa mill-Partijiet, filwaqt li jqisu l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

2.   Kwalunkwe Parti tista’ tissospendi l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim jekk il-Parti l-oħra:

(a)

tonqos milli tissodisfa l-obbligi kif speċifikati skont dan il-Ftehim;

(b)

tonqos milli żżomm il-miżuri u l-mezzi regolatorji u amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim; jew

(c)

taġixxi, jew tonqos milli taġixxi, b’tali mod li joħloq riskji sinifikanti għall-ambjent, is-saħħa, is-sigurtà jew is-sikurezza tan-nies tal-Unjoni jew tal-Honduras.

Id-deċiżjoni dwar is-sospensjoni u r-raġunijiet għaliha għandhom jiġu notifikati lill-Parti l-oħra bil-miktub.

3.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom jieqfu japplikaw 30 jum tax-xogħol wara li tingħata n-notifika skont il-paragrafu 2.

4.   L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha tissokta 30 jum tax-xogħol wara li l-Parti li tkun issospendiet l-applikazzjoni tiegħu tinforma lill-Parti l-oħra li r-raġunijiet għas-sospensjoni ma għadhomx japplikaw.

ARTIKOLU 26

Emendi

1.   Parti li tkun tixtieq temenda dan il-Ftehim għandha tippreżenta -proposta għal dan mill-inqas tliet xhur qabel il-laqgħa tal-KKI li jkun imiss. Il-KKI għandu jiddiskuti l-proposta, u jekk ikun hemm kunsens, jagħmel rakkomandazzjoni. Kull Parti għandha tikkunsidra r-rakkomandazzjoni u, jekk tkun taqbel, tapprovaha f’konformità mal-proċeduri tagħha.

2.   Kwalunkwe emenda approvata b'dan il-mod miż-żewġ partijiet għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan.

3.   Il-KKI jista’ jadotta emendi għall-Annessi ta’ dan il-Ftehim.

4.   Notifika ta’ kwalunkwe emenda għandha tintbagħat lid-depożitarji konġunti ta’ dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 27

Durata

B’effett mid-dħul fis-seħħ tiegħu, dan il-Ftehim għandu jibqa’ validu għal ħames b'estensjoni taċita għal perjodu ekwivalenti, sakemm ma jiġix mitmum skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 28.

ARTIKOLU 28

Tmiem dan il-Ftehim

Minkejja l-Artikolu 27, kull Parti tista’ ttemm dan il-Ftehim billi tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub. Dan il-Ftehim għandu jieqaf japplika 12-il xahar wara d-data ta’ tali notifika.

ARTIKOLU 29

Annessi

L-Annessi ta' dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali minnu.

ARTIKOLU 30

Testijiet awtentiċi

Dan il-Ftehim huwa miktub f'żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Netherlandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża, fejn kull verżjoni hija ugwalment awtentika. F'każ ta' diverġenza ta' interpretazzjoni, it-test bl-Ispanjol għandu jipprevali.

ARTIKOLU 31

Dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub bit-tlestija tal-proċeduri rispettivi tagħhom meħtieġa għal dan l-iskop.

2.   In-notifiki għandhom jintbagħtu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Hondurjan, li għandhom ikunu d-depożitarji konġunti ta’ dan il-Ftehim.

B'XHIEDA TA' DAN, il-Plenipotenzarji sottoskritti, debitament mogħtija s-setgħa għal dan l-iskop, iffirmaw dan il-Ftehim.

Съставено в Брюксел на двадесет и трети февруари две хиляди двадесет и първа година.

Hecho en Bruselas, el veintitrés de febrero de dos mil veintiuno.

V Bruselu dne dvacátého třetího února dva tisíce dvacet jedna.

Udfærdiget i Bruxelles den treogtyvende februar to tusind og enogtyve.

Geschehen zu Brüssel am dreiundzwanzigsten Februar zweitausendeinundzwanzig.

Kahe tuhande kahekümne esimese aasta veebruarikuu kahekümne kolmandal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι τρεις Φεβρουαρίου δύο χιλιάδες είκοσι ένα.

Done at Brussels on the twenty-third day of February in the year two thousand and twenty one.

Fait à Bruxelles, le vingt-trois février deux mille vingt et un.

Sastavljeno u Bruxellesu dvadeset trećeg veljače godine dvije tisuće dvadeset prve.

Fatto a Bruxelles, addì ventitré febbraio duemilaventuno.

Briselē, divi tūkstoši divdesmit pirmā gada divdesmit trešajā februārī.

Priimta du tūkstančiai dvidešimt pirmų metų vasario dvidešimt trečią dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-huszonegyedik év február havának huszonharmadik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tlieta u għoxrin jum ta’ Frar fis-sena elfejn u wieħed u għoxrin.

Gedaan te Brussel, drieëntwintig februari tweeduizend eenentwintig.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego trzeciego lutego roku dwa tysiące dwudziestego pierwszego.

Feito em Bruxelas, em vinte e três de fevereiro de dois mil e vinte e um.

Întocmit la Bruxelles la douăzeci și trei februarie două mii douăzeci și unu.

V Bruseli dvadsiateho tretieho februára dvetisícdvadsaťjeden.

V Bruslju, dne triindvajsetega februarja leta dva tisoč enaindvajset.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäkolmantena päivänä helmikuuta vuonna kaksituhattakaksikymmentäyksi.

Som skedde i Bryssel den tjugotredje februari år tjugohundratjugoett.

Image 1


ANNESSI

I.   

Lista ta’ prodotti tal-injam koperti mill-iskema ta' liċenzjar FLEGT

II.   

Tabelli ta’ Legalità tal-Honduras

III.   

Il-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni ta’ prodotti tal-injam esportati mill-Honduras u koperti minn liċenzja FLEGT

IV.   

Proċedura għall-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT

V.   

Sistema ta’ Assigurazzjoni tal-Legalità tal-Honduras għall-Prodotti tal-Injam (SAL)

VI.   

Awditu indipendenti

VII.   

Kriterji għall-evalwazzjoni tas-Sistema ta’ Assigurazzjoni tal-Legalità tal-Honduras għall-Prodotti tal-Injam (SAL)

VIII.   

Miżuri supplimentari u ta’ sostenn

IX.   

Trasparenza u aċċess għall-informazzjoni pubblika

X.   

Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni


ANNESS I

LISTA TA’ PRODOTTI TAL-INJAM KOPERTI MILL-ISKEMA TA' LIĊENZJAR FLEGT

Dan l-Anness fih 19-il prodott tal-injam, fosthom il-ħames prodotti obbligatorji skont Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea (1) u 14-il prodott addizzjonali magħżul mill-Honduras fuq il-bażi ta’ rieżami ta’ data minn sorsi differenti: il-Bank Ċentrali tal-Honduras għas-suq tal-esportazzjoni, u r-reġistru tal- Instituto Nacional de Conservación y Desarrollo Forestal, Áreas Protegidas y Vida Silvestre (ICF) għas-suq domestiku. Fl-2013 saru wkoll konsultazzjonijiet mal-atturi differenti fis-settur forestali fir-reġjuni ewlenin rigward il-prodotti tal-injam li għandhom jiġu inklużi f’dan l-Anness.

Il-Liġi tal-Honduras dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti, u l-Ħajja Selvaġġa (LFAPVS) tipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-injam. L-Artikolu 102 tagħha jipprevedi li l-injam minn speċijiet bil-weraq wiesa' minn foresti naturali jistgħu jiġu esportati biss bħala njam ipproċessat. L-esportazzjoni ta’ injam tond jew magħmul kwadru raff ta’ dawn l-ispeċijiet għaldaqstant mhijiex permessa.

Minkejja li l-esportazzjoni ta’ injam tond jew maqtugħ tond ta’ dawn l-ispeċijiet hija pprojbita, hija koperta mis-Sistema ta’ Assigurazzjoni tal-Legalità tal-Honduras għall-prodotti tal-Injam (SAL) (Sistema para Asegurar la Legalidad de los productos de la madera de Honduras), fi kwalunke stadju tal-ipproċessar (2).

Il-lista fit-tabella ta’ hawn taħt tirreferi għas-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija stabbilita mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta' Merkanzija tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, u n-Nomenklatura Magħquda tas-sistema doganali komuni tal-UE.

Kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (SA) u tan-Nomenklatura Magħquda (NM) għal prodotti tal-injam koperti mill-iskema ta’ liċenzjar FLEGT

Numru

Kodiċi

Deskrizzjoni

Isem komuni fil-Honduras

1

4401.21

Injam koniferu f’forma ta’ laqx jew partikuli

Astillas o chips

2

4401.22

Injam mhux koniferu f’forma ta’ laqx jew partikuli

Astillas o chips

3

4401.31

Pelits tal-injam

Pellets, briquetas

4

Ex. 4403

Injam għadu aħrax, kemm jekk bil-qoxra jew bl-ilbieba mneħħija jew le, jew magħmul kwadru raff; ħlief injam tond jew magħmul kwadru raff ta’ speċijiet bil-weraq wiesa’ minn foresti naturali, li jikkorrespondi għall-kodiċi 4403 4985.

Madera en rollo, timber

Ex. 4403 4985

Injam għadu aħrax, kemm jekk bil-qoxra jew bl-ilbieba mneħħija jew le, jew magħmul kwadru raff. Mhux trattat b’żebgħa, krijożott jew preżervattivi oħra, Mhux koniferu. Ta’ injam tropikali minn foresti naturali.

(SA 4403.49.00.00 fil-Honduras). Esportazzjoni pprojbita skont il-liġi Tal-Honduras. F’konformità mal-Artikolu 3 ta’ dan il-Ftehim, prodotti taħt dan il-kodiċi SA ma jistgħux jiġu koperti minn liċenzja FLEGT u għaldaqstant ma jkunux jistgħu jiġu importati fl-UE.

5

4404

Injam għaċ-ċrieki; arbli maqsumin; puntali, pali u bsaten tal-injam, bil-ponta iżda mhux isserrati mit-tul; bsaten tal-injam, mirqumin raff iżda mhux inturnati, milwijin jew maħdumin mod ieħor, tajbin għall-manifattura tal-bsaten tal-mixi, umbrelel, mankijiet tal-għodod jew bħalhom; injam magħmul minn laqx tal-injam (chipwood) u bħalu.

Estacas, palos de escoba, palillos, nasas, tampas

6

4406

Travi tal-injam mimdudin (sleepers, cross-ties) għal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm.

Durmientes

7

4407

Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatlat jew imminċottat fit-truf, ta’ ħxuna iktar minn 6 mm.

Madera aserrada, madera cepillada, madera en bloque, cuartones

8

4408

Folji għall-fuljetta (inklużi dawk magħmulin bit-tiflil ta’ injam laminat), għat-triplaj jew għal injam simili laminat u injam ieħor, isserrat mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat, xkatlat, impalellat jew imminċottat fit-truf, mhux eħxen minn 6 mm.

Chapa, enchapado, plywood

9

4409

Injam (inklużi strixxi u freġji għal kisi ta’ art bil-parkè, mhux immuntat) b’forma kontinwa (mudullun, gruvjat, irbattut, iċċanfrinat, ingastat-V, imżebbeġ, iffurmat, ittundjat jew hekk) tul xi xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf jew le.

Molduras, pisos, forros, cielos, machimbres

10

4410

Bord tal-injam mill-frak, bord tat-tip oriented strand board (OSB) u bord simili (pereżempju, waferboard) tal-injam jew ta’ materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-rażi jew sustanzi organiċi oħrajn li jgħaqqdu jew le.

Tableros, OSB

11

4411

Bord tal-fibri ta’ injam jew materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-rażi jew b’sustanzi organiċi oħrajn jew le.

Tableros, MDF

12

4412

Triplaj, pannelli miksijin bil-fuljetta u injam laminat bħalhom.

Contrachapada

13

4415

Kontenituri għal ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tnabar u kontenituri simili; tnabar tal-injam tal-kejbil; palits, palits tal-kaxxi u twavel oħrajn tat-tagħbija, tal-injam; għenuq tal-palits tal-injam.

Pallets, tarimas, cajas

14

4418

Xogħol tal-injam għal bennejja, inklużi pannelli tal-injam ċellulari, pannelli mmuntati għall-paviment, shingles u shakes.

Puertas, ventanas, marcos, contramarcos, encofrados, postes, vigas

15

4419

Oġġetti tal-mejda u tal-kċina, tal-injam

 

16

9403.30

Għamara tal-għuda ta’ tip użat f’uffiċċji

 

17

9403.40

Għamara tal-għuda ta’ tip użat fil-kċina

 

18

9403.50

Għamara tal-għuda ta’ tip użat fil-kamra tas-sodda

 

19

9403.60

Għamara oħra tal-injam

 


(1)  ĠU UE L 347, 30.12.2005, p.1.

(2)  Fil-Honduras, injam minn speċijiet bil-weraq wiesa' huwa ddefinit bħala li joriġina minn siġar bil-weraq wiesa'.


ANNESS II

TABELLI TA’ LEGALITÀ TAL-HONDURAS

Definizzjoni ta’ injam u prodotti tal-injam legali

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, l-injam u l-prodotti tal-injam jitqiesu legali meta l-oriġini, il-qtugħ, it-trasport, l-isserrar, l-ipproċessar u l-kummerċ tagħhom fi swieq nazzjonali u internazzjonali jimxu mal-liġijiet u r-regolament applikabbli dwar il-foresti, l-ambjent, l-ekonomija, l-affarijiet soċjali, il-kultura, it-taxxa u l-bejgħ, kif stipulat f’dan l-Anness u f’konformità mal-Anness V.

L-involviment sħiħ u attiv tal-istituzzjonijiet governattivi, tas-settur privat, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ta’ gruppi agroforestali, tal-komunitajiet, tal-akkademja u tal-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras għamluha possibbli li jindammu t-Tabelli ta’ Legalità b’tali mod li jkun fihom l-informazzjoni essenzjali meħtieġa biex tittejjeb il-governanza forestali.

It-Tabelli ta’ Legalità tal-Honduras huma msejsin fuq sitt (6) prinċipji, 17-il kriterju, 36 indikatur u 56 mezz ta’ verifika. Dawn huma strutturati billi jittieħed kont tal-liġijiet marbutin mas-settur forestali u li jkopru bosta aspetti tal-ġestjoni pubblika f’termini ta’:

Proċeduri amministrattivi għar-rikonoxximent tad-drittijiet ta’ sjieda tal-art pubblika u privata.

L-applikazzjoni korretta tal-proċeduri biex l-art forestali pubblika tiġi allokata lil persuni jew gruppi.

Rispett għad-drittijiet anċestrali tal-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras.

Rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema fis-settur forestali.

Fil-katina tal-produzzjoni forestali, l-għan huwa li jiġu żgurati:

Il-konformità mar-rekwiżiti tekniċi u legali għall-approvazzjoni u l-użu ta’ liċenzji għall-ġbir ta’ prodotti tal-injam.

Konformità mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi għat-trasport tal-prodotti tal-injam tul il-katina tal-provvista.

Konformità mad-dispożizzjonijiet tekniċi u ġuridiċi għar-reġistrazzjoni u l-operat ta’ kumpaniji bi prodotti forestali (primarji u sekondarji) u postijiet ta’ bejgħ tal-injam.

Konformità mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi għall-kummerċ lokali, nazzjonali u internazzjonali.

Konformità mad-dispożizzjonijiet marbutin mat-tariffi u t-taxxi.

It-tabelli ma jinkludux prinċipju speċifiku marbut mal-ambjent minħabba li dan huwa meqjus bħala kwistjoni trasversali fil-matriċijiet kollha u impliċitament fil-Prinċipju 3, ladarba l-operazzjonijiet forestali u l-attivitajiet ta’ ħsad huma bbażati fuq pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti li l-għan tagħhom huwa li jiżguraw il-ġestjoni xierqa u s-sostenibbiltà tar-riżorsa. Speċifikament, l-ambjent jitfaċċa fl-indikatur 3.4.2, li jirreferi għall-valutazzjoni tal-impatt ambjentali fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti, u l-indikatur 3.6.2, li jirriferi għall-konformità tal-kumpaniji forestali mal-miżuri ta’ mitigazzjoni ambjentali.

1.   Prinċipji

It-tabelli huma organizzati skont is-sitt prinċipji li ġejjin:

(1)

Drittijiet ta' -sjieda -u -dominju ta' żoni forestali-

(2)

Id-drittijiet tal-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras li jgħixu f’żoni forestali

(3)

Konformità mal-liġijiet u r-regolamenti dwar il-ġestjoni tal-foresti u l-qtugħ, it-trasportazzjoni u l-industrijalizzazzjoni, u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam minn operaturi fis-settur forestali

(4)

Obbligi tax-xogħol u n-normi marbutin mas-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol

(5)

Regoli dwar il-kummerċ internazzjonali ta’ prodotti tal-injam

(6)

Obbligi relatati mat-tariffi u mat-taxxi

2.   Konsiderazzjonijiet għall-verifika tal-legalità

Il-mezzi ta’ verifika għall-indikaturi taħt kull wieħed mis-sitt prinċipji f'dawn it-Tabelli ta’ Legalità jikkonsistu minn dokumenti u arkivji amministrattivi li huma prodotti minn istituzzjonijiet pubbliċi skont it-talba għas-servizzi. Hemm manwal għall-verifika li tiddeskrivi l-metodoloġiji ta’ ħolqien u verifika u l-frekwenza ta’ verifika ta’ kull indikatur, flimkien mal-arkivji fiżiċi u elettroniċi li fihom jinħażnu l-mezzi ta’ verifika. Il-KKI huwa inkarigat minn dan il-manwal u se jirrevedih, jaġġornah u japprovah kif meħtieġ.

Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji, se jiġu stabbiliti arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet involuti fil-katina ta’ produzzjoni forestali u l-Instituto Nacional de Conservación y Desarrollo Forestal, Áreas Protegidas y Vida Silvestre- (ICF).

3.   Sorsi tal-injam

Il-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti, u l-Ħajja Selvaġġa (LFAPVS) tiddeskrivi t-tipi ta’ sjieda ta’ żoni li minnhom jinqata’, jiġi pproċessat u jinbiegħ l-injam fil-Honduras. Huma dawn li ġejjin:

A.

Żoni ta’ foresti pubbliċi: Dawn huma żoni ta’ foresti pubbliċi li jinsabu fuq art li hija proprjetà tal-Istat, żoni ta’ foresti muniċipali (ejido) li jinsabu fuq art li hija proprjetà tal-muniċipalitajiet, u żoni ta’ foresti mixtrija minn istituzzjonijiet Statali, flimkien maż-żoni forestali kollha fil-proprjetà jew mikrija mill-Istat (l-Artikoli 45, 46 u 47 LFAPVS). Il-kiri jfisser il-proċess li bih is-sid jagħti l-użu u l-użufrutt ta’ żona forestali għal perjodu speċifiku u skont ċerti kundizzjonijiet lil persuna fiżika jew ġuridika.

(a)

Iż-żoni tal-foresti nazzjonali jikkonsistu minn:

Art forestali li tinsab fil-konfini territorjali tal-Istat li mhija l-proprjetà ta’ ħadd iktar;

Art forestali akkwistata mill-Istat jew waħda mill-istituzzjonijiet tiegħu, permezz ta’ esproprjazzjoni, xiri, bejgħ jew kwalunkwe att ta’ titoli bis-saħħa ta’ liema jkollu drittijiet ta’ sjieda, sew jekk ikunu rreġistrati fir-Reġistru tal-Artijiet sew jekk le. Dawn huma magħrufin bħala bienes fiscales jew bienes nacionales [proprjetà tal-Istat jew nazzjonali] (l-Artikolu 46 LFAPVS).

(b)

Żoni forestali muniċipali (ejido) jikkonsistu minn:

Art tal-foresta koperta minn atti ta’ titolu mogħtija preċedentement mill-Istat lill-muniċipalitajiet bħala “ejidos” (art bi sjieda komuni);

Art forestali oħra li hija proprjetà tal-muniċipalitajiet taħt kwalunkwe att ta’ titolu ieħor, f’konformità mal-LFAPVS (l-Artikolu 47). Iż-żoni forestali muniċipali huma pubbliċi; madankollu, f’dak li għandu x’jaqsam mal-isfruttar tal-foresti, l-ICF iqis lill-muniċipalità bħala sid privat.

(c)

Art forestali akkwistata minn istituzzjonijiet tal-Istat jew terrenos fiscales (art bi sjieda statali) huma proprjetà tal-Istat li t-titoli tagħhom huma miżmuma minn korp pubbliku. Il-ġbir tal-injam jista’ jsir fil-foresti proprjetà tal-istat jekk il-kategorija ta’ ġestjoni tagħhom tippermetti dan u jekk ikun ġie awtorizzat kif xieraq mill-awtorità kompetenti fil-pjan ta’ ġestjoni forestali rilevanti. Jekk dan ikun il-każ f’foresta proprjetà tal-istat (li tkun ġiet irreġistrata fil-Katalogu ta’ Riżorsi Forestali Pubbliċi inaljenabbli (CPPFI) u r-Reġistru tal-Artijiet), allura din għandha titqies foresta privata u mhux pubblika.

B.

Żoni forestali privati: dawn huma żoni forestali li jinsabu f’art li tappartjeni għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi rregolati mid-dritt privat, li s-sjieda sħiħa tagħhom tkun rikonoxxuta minn att ta’ titolu leġittimu oriġinarjament maħruġ mill-Istat u li tkun irreġistrata fir-Reġistru tal-Artijiet (l-Artikolu 45 LFAPVS).

Iż-żoni forestali privati komunitarji jew interkomunitarji huma żoni forestali ta’ komunitajiet rurali, u żoni forestali f’isem jew le tal-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras. Bis-saħħa tad-dritt anċestrali, dawn iż-żoni li jinsabu f’art li tradizzjonalment hija tal-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras huma rrispettati mill-Istat, f’konformità mal-liġijiet nazzjonali u mal-Konvenzjoni Nru 169 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) rigward Popli Indiġeni u Tribali f’Pajjiżi Indipendenti, ikollhomx l-att ta’ titolu ta’ proprjetà jew le.

C.

Żoni mhux forestali: Bħalissa ma hemmx qafas legali jew regolatorju għall-użu ta’ injam minn dawn iż-żoni, li xi drabi jfornu injam minn siġar imferrxin. Il-miżuri supplementari tal-Anness VIII jinkludu l-istruttura ta’ tali qafas regolatorju.

4.   Bidliet fil-qafas regolatorju, organizzattiv u istituzzjonali tal-Honduras

Minħabba li l-oqfsa regolatorji, amministrattivi u istituzzjonali huma soġġetti għal tibdil, jista’ jkun hemm bżonn ta’ modifiki għall-proċeduri fil-Honduras li jwasslu għal aġġustamenti fil-kontenut tal-indikaturi deskritti f'dawn it-Tabelli ta’ Legalità. Tal-anqas darba kull sentejn, dawn il-modifiki se jiġu analizzati u, jekk ikun meħtieġ, jiġu approvati mill-Kumitat Konġunt ta’ Implimentazzjoni (KKI). Il-KKI se janalizza wkoll, tal-anqas darba kull sentejn, kwalunkwe reviżjoni jew aġġornament għal dan l-anness li jistgħu jkunu meħtieġa biex jirriflettu xi tibdil rilevanti fl-oqfsa regolatorji, amministrattivi u istituzzjonali fil-Honduras.

TABELLI TA’ LEGALITÀ

PRINĊIPJU 1. L-OPERATURI TAS-SETTUR FORESTALI JIRRISPETTAW ID-DRITTIJIET TA’ PROPRJETÀ U TAL-PUSSESS TA’ ŻONI FORESTALI F’KONFORMITÀ MA’ LEĠIŻLAZZJONI EŻISTENTI.

Kriterju 1.1 Operaturi pubbliċi u privati fis-settur forestali involuti f’attivitajiet ta’ produzzjoni forestali jimxu mal-leġiżlazzjoni eżistenti biex juru sjieda taż-żoni forestali.

Indikatur 1.1.1 Sidien ta’ żoni forestali privati, inklużi żoni forestali komunitarji jew interkomunitarji u muniċipali (ejidoejido), ikollhom dokumenti li juru s-sjieda.

Mezz ta’ verifika:

1.

Ċertifikat sħiħ u aġġornat ta’ sjieda rreġistrata.

Referenza ġuridika:

 

L-Artikoli 37, 94, 95, id-Digriet Nru 82–2004, il-Liġi dwar il-Proprjetà.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

L-Istitut tal-Proprjetà (El Instituto de la Propriedad — IP), id-Direttorat Ġenerali għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet u l-Ġeografija (Dirección General de Registros, Catastro y Geografía — DGRCG).

Indikatur 1.1.2 Żoni forestali nazzjonali bi sjieda Statali huma rreġistrati fir-Reġistru tal-Artijiet tal-IP u fil-Katalogu ta’ Riżorsi Forestali Pubbliċi Inaljenabbli tal-ICF.

Mezz ta’ verifika:

1.

L-att ta’ titolu jkun fir-Reġistru tal-Artijiet tal-IP.

2.

Ikun hemm rekord ta’ reġistrazzjoni tal-att ta’ titolu fil-Katalogu ta’ Riżorsi Forestali Pubbliċi Inaljenabbli tal-ICF (CPPFI).

Referenza ġuridika:

 

Għall-mezz 1:

 

L-Artikolu 37, id-Digriet Nru 82–2004, il-Liġi dwar il-Proprjetà.

 

Għall-mezz 2:

 

L-Artikoli 56 u 61, id-Digriet Nru 98–2007, il-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

Għall-mezz 1:

 

L-IP, id-DGRCG.

 

Għall-mezz 2:

 

L-ICF, iċ-Ċentru ta’ Riżorsi u Informazzjoni Forestali (Centro de Información y Patrimonio Forestal — CIPF).

Kriterju 1.2 Allokazzjoni ta’ żoni forestali nazzjonali u muniċipali (ejidoejido) lil komunitajiet, gruppi agroforestali u persuni fiżiċi jew ġuridiċi.

Indikatur 1.2.1 L-ICF jidħol f’kuntratti ta’ ġestjoni forestali f’żoni nazzjonali biex isiru attivitajiet ta’ ġestjoni forestali fuq terminu qasir, medju u twil.

Mezz ta’ verifika (wieħed minn dawn):

1.

Kuntratt iffirmat u validu għall-ġestjoni forestali jew forestrija (japplikaw għal persuni naturali jew ġuridiċi).

2.

Kuntratt ta’ ġestjoni forestali komunitarju ffirmat u validu (japplika għal gruppi agroforestali u komunitajiet).

Referenza ġuridika:

 

Għaż-żewġ mezzi:

 

L-Artikolu 77, id-Digriet Nru 98–2007, il-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

Għall-mezz 1:

 

L-ICF, id-Dipartiment tal-Ġestjoni u l-Iżvilupp Forestali.

 

Għall-mezz 2:

 

L-ICF, id-Dipartiment tal-Iżvilupp Forestali Komunitarju.

Indikatur 1.2.2 Il-muniċipalità tidħol f’Kuntratt ta’ Ġestjoni Forestali Komunitarja f’żoni muniċipali (ejido) biex isiru attivitajiet ta’ ġestjoni forestali fit-terminu qasir, twil u medju.

Mezz ta’ verifika:

1.

Kuntratt ta’ Ġestjoni Forestali Komunitarja għal art muniċipali (ejidal) ffirmat u validu.

Referenza ġuridika:

 

L-Artikolu 128, id-Digriet Nru 98–2007, il-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa.

 

L-Artikolu 451, il-Ftehim Eżekuttiv Nru 031–2010, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Ġenerali tal-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa.

 

Ftehim tal-ICF Nru 027-2015 dwar il-ġestjoni forestali taż-żoni muniċipali (ejido) fil-kuntest tal-forestrija komunitarja.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

Il-muniċipalità, il-kunsill muniċipali.

 

L-ICF, id-Dipartiment tal-Iżvilupp Forestali Komunitarju.

PRINĊIPJU 2. L-ISTAT TAL-HONDURAS JIRRISPETTA D-DRITTIJIET TAL-POPLI INDIĠENI U AFRODIXXENDENTI TAL-HONDURAS LI JGĦIXU F’ŻONI FORESTALI.

Kriterju 2.1 L-Istat ta’ Honduras għandu jkun jżomm mal-Konvenzjoni Nru 169 tal-ILO rigward ir-rikonoxximent tad-drittijiet ta’ sjieda u konsultazzjoni (“il-kunsens liberu, minn qabel u infurmat”) għal żoni b'pussess anċestrali tal-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras.

Indikatur 2.1.1 L-Istat, permezz tal-istituzzjonijiet kompetenti, l-IPA, l-Istitut Nazzjonali Agrarju (INA) u l-ICF, joħroġ atti ta’ titolu sħaħ u l-IP jirreġistra l-art forestali b'pussessanċestrali tal-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras (PIAH) biex isir ħsad kummerċjali tal-injam.

Mezz ta’ verifika:

 

Għall-art nazzjonali u muniċipali (ejido) (għall-mezzi 1 u 2):

1.

Att tat-titolu rreġistrat fir-Reġistru tal-Artijiet tal-IP.

2.

Att tat-titolu rreġistrat fir-Reġistru Agrarju Nazzjonali tal-INA.

 

Għal art tal-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras li hija fis-sjieda sħiħa tal-ICF (mezz 3):

3.

Att tat-titolu, li jirriżulta minn separazzjoni, irreġistrat fir-Reġistru tal-Artijiet tal-IP.

Referenza ġuridika:

 

Għall mezzi 1, 2 u 3:

l-Artikoli 13, 14, 15, 18 u 19, id-Digriet Nru 26–94 (ratifika tal-Konvenzjoni Nru 169 tal-ILO).

 

Għall-mezzi 1 u 2:

l-Artikoli 93, 94, 95, 100, 101 u 125, id-Digriet Nru 82-2004, il-Liġi dwar il-Proprjetà u r-regolament ta' implimentazzjoni tagħha.

l-Artikolu 92, il-Liġi dwar ir-Riforma Agrarja emendata bil-Liġi dwar il-Modernizzazzjoni u l-Iżvilupp tas-Settur Agrikolu, id-Digriet Nru 31-92.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

Għall-mezz 1:

 

L-IP, id-DGRCG.

 

Għall-mezz 2:

 

L-INA, ir-Reġistru Agrarju Nazzjonali.

 

Għall-mezz 3:

 

L-ICF, iċ-Ċentru ta’ Riżorsi u Informazzjoni Forestali (Centro de Información y Patrimonio Forestal — CIPF).

 

Għall-mezz 2:

L-Artikolu 69 tal-Liġi emendata dwar il-Muniċipalitajiet, id-Digriet Nru 127–2000.

Għall-mezz 3:

L-Artikolu 45, id-Digriet Nru 98–2007, il-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa.

Id-Digriet Nru 61–2013 tas-17 ta’ April 2013, li jawtorizza lill-ICF biex iwieġeb għal applikazzjonijiet ta’ atti ta’ titolu għal żoni komunali u interkomunali ppreżentati minn organizzazzjonijiet tal-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras.

Il-Ftehim Nru 031–2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012, li fih l-ICF jiddefinixxi l-proċedura għall-ħruġ ta’ atti ta’ titolu għall-artijiet anċestrali tal-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras li jgħixu fil-Bijosfera ta’ Río Plátano.

Kif stipulat fil-Ftehim Nru 031–2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012, għandu jiġi ppubblikat digriet leġiżlattiv biex jawtorizza s-separazzjoni taż-żoni forestali identifikati u fil-proprjetà tal-ICF, sabiex l-atti ta’ titolu jkunu jistgħu jiġu ttrasferiti lill-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras.

 

Indikatur 2.1.2 L-ICF jirrispetta d-dritt għal kunsens liberu, minn qabel u infurmat fit-territorji tal-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras li fihom ikun hemm il-ħsieb li jsir qtugħ ta’ siġar għall-injam u li jaffettwa direttament lil dawn il-Popli.

Mezz ta’ verifika:

1.

Rapport ta’ konsultazzjoni miżmum mill-ICF.

Nota: Ir-rapport ta’ konsultazzjoni miżmum mill-ICF jippreżenta r-riżultat tal-konsultazzjoni (jiġifieri l-ftehim jew l-approvazzjoni rekwiżiti tal-miżuri propost biex isir qtugħ tas-siġar għall-injam kummerċjali) li jsir skont il-Konvenzjoni Nru 169 tal-ILO dwar il-Popli Indiġeni u Tribali u l-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ.

Referenza ġuridika:

 

L-Artikoli 6 u 15 tad-Digriet Nru 26-94 (ir-ratifika tal-Konvenzjoni Nru 169 tal-ILO).

 

Jenħtieġ li tiġi inkluża referenza għal-liġi nazzjonali dwar il-konsultazzjoni libera, minn qabel u infurmata ladarba l-liġi tiġi approvata.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

L-ICF, id-Dipartiment tal-Iżvilupp Forestali Komunitarju.

PRINĊIPJU 3. L-OPERATURI FIS-SETTUR FORESTALI JIMXU MAL-LIĠIJIET U R-REGOLI DWAR IL-ĠESTJONI FORESTALI, IL-QTUGĦ TA’ SIĠAR, IT-TRASPORT, L-IPPROĊESSAR U L-KUMMERĊ TA’ PRODOTTI TAL-INJAM.

Kriterju 3.1 Is-sidien u l-użufruttwarji ta’ art b’kuntratti ta’ ġestjoni forestali jkollhom pjanijiet ta’ ġestjoni forestali jew pjanijiet speċjali għal sistemi agroforestali li jissodisfaw ir-rekwiżiti legali rilevanti.

Indikatur 3.1.1 Sidien ta’ art forestali privata u muniċipalità (ejido) li jaqtgħu s-siġar għall-injam ikollhom pjan ta’ ġestjoni forestali approvat u validu.

Mezz ta’ verifika:

1.

Pjan ta’ ġestjoni forestali approvat u validu.

Referenza ġuridika:

 

L-Artikoli 70 u 74, id-Digriet Nru 98–2007, il-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

L-ICF, id-Dipartiment tal-Ġestjoni u l-Iżvilupp Forestali.

Indikatur 3.1.2 L-użufruttwarji (komunitajiet, organizzazzjonijiet agroforestali u persuni fiżiċi jew ġuridiċi) ta’ żoni forestali pubbliċi rreġistrati mal-ICF li jagħmlu attivitajiet ta’ qtugħ ta’ siġar ikollhom pjan ta’ ġestjoni forestali approvat u validu.

Mezz ta’ verifika:

1.

Pjan ta’ Ġestjoni Forestali approvat u validu għal żoni forestali pubbliċi nazzjonali.

Referenza ġuridika:

 

L-Artikoli 70 u 74, id-Digriet Nru 98–2007, il-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

L-ICF, id-Dipartiment tal-Iżvilupp Forestali Komunitarju u d-Dipartiment tal-Ġestjoni u l-Iżvilupp Forestali.

Indikatur 3.1.3 Sidien ta’ żoni b’sistemi agroforestali fi proprjetà privata u muniċipali (ejido) li jagħmlu attivitajiet ta’ qtugħ ta’ siġar għall-injam għandhom pjan speċjali għas-sistemi agroforestali li huwa approvat u validu.

Mezz ta’ verifika:

1.

Pjan Speċjali għas-Sistemi Agroforestali (PESA) approvat u validu.

Referenza ġuridika:

 

Ftehim tal-ICF Nru 010–2015, li japprova l-Istruzzjonijiet għall-Applikazzjoni tal-Istandards Tekniċi għall Pjanijiet Speċjali għas-Sistemi Agroforestali, fuq proprjetajiet ta’ anqas minn 100 ettaru.

Istituzzjoni Kompetenti:

L-ICF, l-Uffiċċju Reġjonali Forestali rilevanti.

Indikatur 3.1.4 Is-sidien u użufruttwarji ta’ żoni forestali bi Pjan ta’ Ġestjoni Forestali approvat u validu jkollhom Pjan ta’ Operazzjoni Annwali, u sidien bi pjan speċjali għal sistema agroforestali jkollhom Pjan ta’ Qtugħ Annwali.

Mezz ta’ verifika:

1.

Pjan ta’ Operazzjoni Annwali (POA) (għal sidien ta’ żoni forestali u użufruttwarji ta’ foresti li għandhom Pjan ta’ Ġestjoni Forestali approvat u validu).

2.

Pjan ta’ Qtugħ Annwali (PQA) (għal detenturi ta’ Pjanijiet Speċjali għas-Sistemi Agroforestali (PESAs).

Referenza ġuridika:

 

Għall-mezz 1:

 

L-Artikolu 70(2), id-Digriet Nru 98–2007, il-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa, għall-pjanijiet ta’ ġestjoni.

 

Għall-mezz 2:

 

Il-Ftehim tal-ICF Nru 010-2015(IV) u (V)(3), struzzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ standards tekniċi f’PESA ta’ anqas minn 100 ettaru.

 

Għal Pjanijiet Speċjali għas-Sistemi Agroforestali (PESAs) daqs jew akbar minn 100 ettaru, il-leġiżlazzjoni fis-seħħ se tiġi rieżaminata u emendata (ara l-miżura supplementari rilevanti fl-Anness VIII).

Istituzzjoni Kompetenti:

 

L-ICF, id-Dipartiment tal-Ġestjoni u l-Iżvilupp Forestali.

Kriterju 3.2 Operaturi li huma inkarigati mill-implimentazzjoni ta’ attivitajiet forestali u li jinħatru li jagħmlu dawn l-attivitajiet skont liċenzja ta’ qtugħ għal Pjanijiet Operazzjonali Annwali, Pjanijiet ta’ Qtugħ Annwali, afforestazzjonijiet, Pjanijiet ta’ Salvataġġ u Pjanijiet ta’ Rkupru, ikunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti biex joperaw fis-settur forestali.

Indikatur 3.2.1 Tekniċi forestali kkwalifikati li jkunu inkarigati mill-implimentazzjoni tal-attivitajiet forestali, taħt liċenzji ta’ qtugħ għal Pjanijiet ta’ Operazzjoni Annwali, Pjanijiet ta’ Qtugħ Annwali, afforestazzjonijiet, Pjanijiet ta’ Salvataġġ u Pjanijiet ta’ Rkupru, ikunu rreġistrati mal-ICF u jkunu rreġistrati għal-liċenzji tal-qtugħ korrespondenti.

Mezz ta’ verifika:

1.

Karta ta’ identifikazzjoni tat-tekniku forestali kkwalifikat.

2.

Nota ta’ aċċettazzjoni tat-tekniku forestali kkwalifikat biex jeżegwixxi l-awtorizzazzjoni tal-qtugħ.

Referenza ġuridika:

 

L-Artikolu 477, il-Ftehim Eżekuttiv Nru 031–2010, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Ġenerali tal-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa.

 

L-Artikolu 159, id-Digriet Nru 98–2007, il-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

L-ICF, id-Dipartiment tal-Ġestjoni u l-Iżvilupp Forestali.

Indikatur 3.2.2 Persuni fiżiċi jew ġuridiċi mqabbdin biex jagħmlu attivitajiet forestali, taħt liċenzji ta’ qtugħ għal Pjanijiet ta’ Operazzjoni Annwali, Pjanijiet ta’ Qtugħ Annwali, afforestazzjonijiet, Pjanijiet ta’ Salvataġġ u Pjanijiet ta’ Rkupru, ikunu rreġistrati mal-ICF u jkunu rreġistrati għal-liċenzji tal-qtugħ korrespondenti.

Mezz ta’ verifika:

1.

Karta ta’ identifikazzjoni tal-kuntratturi aġġornata.

2.

Rapport ta’ qabel l-operazzjoni fil-POA.

Referenza ġuridika:

 

Għall-mezz 1:

 

L-Artikoli 216 u 217, il-Ftehim Eżekuttiv Nru 031–2010, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Ġenerali tal-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa.

 

Struzzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Ftehim Nru 045 A-2013 dwar tariffi għal servizzi pprovduti f’kumpaniji ta’ prodotti forestali primarji u sekondarji, u postijiet ta’ bejgħ tal-injam.

 

Għall-mezz 2:

 

Għal POA ta’ foresti tal-arżnu, il-Kapitolu 4(c), il-Gwida Amministrattiva għal Pjanijiet tal-Ħsad ta’ Foresti tal-Arżnu, Ċirkolari tal-ICF Nru DE-ICF-001-2013.

 

Għal kull liċenzja tal-ħsad oħra, bħalissa ma hemmx referenzi legali għall-mezz 2, u għalhekk dan huwa inkluż bħala miżura supplementari kif hemm stipulat fl-Anness VIII.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

Għall-mezz 1:

 

L-ICF, id-Dipartiment tal-Ġestjoni u l-Iżvilupp Forestali.

 

Għall-mezz 2:

 

L-ICF, l-Uffiċċju Reġjonali Forestali rilevanti

Indikatur 3.2.3, Tekniċi forestali independenti jkunu responsabbli biex iwettqu sewwa l-attivitajiet forestali, skont liċenzji ta’ ħsad għal Pjanijiet Annwali tal-Qtugħ, afforestazzjonijiet, Pjanijiet ta’ Salvataġġ u Pjanijiet ta’ Rkupru. Tekniċi forestali indipendenti huma membri ta’ korp professjonali, solventi u mniżżlin fir-reġistri tal-awtorizzazzjonijiet għall-ħsad korrispondenti.

Mezz ta’ verifika:

1.

Prova ta’ solvenza tat-tekniku forestali indipendenti (karta jew ċertifikat).

2.

Nota ta’ aċċettazzjoni tat-tekniku forestali indipendenti biex jeżegwixxi l-awtorizzazzjoni għall-ħsad.

Referenza ġuridika:

 

Għall-mezz 1:

 

L-Artikolu 1, id-Digriet Nru 73 (maħruġ fis-17 ta’ Mejju 1962), il-Liġi dwar is-Sħubija Obbligatorja f’Korp Professjonali--.

 

Għall-mezz 2:

 

Il-ftehim tal-ICF dwar l-ordni strutturat għas-sottomissjoni ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni forestali, li għandu jiġi żviluppat bħala miżura supplementari fl-Anness VIII.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

L-ICF, id-Dipartiment tal-Ġestjoni u l-Iżvilupp Forestali.

Kriterju 3.3 Id-detenturi u l-użufruttwarji tal-pjanijiet ta’ ġestjoni u l-liċenzji tal-ħsad tal-injam jaħsdu l-injam u prodotti forestali oħrajn li mhumiex injam f’konformità mar-rekwiżiti legali.

Indikatur 3.3.1 Id-detenturi ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni u ta’ liċenzji oħrajn tal-ħsad tal-injam jissodisfaw l-istandards tekniċi għall-ħsad tal-injam meta jagħmlu l-attivitajiet elenkati fil-Pjanijiet ta’ Operazzjoni Annwali u liċenzji oħrajn tal-ħsad tal-injam.

Mezz ta’ verifika:

1.

Rapporti tal-ispezzjoni fil-post (għal foresti tal-arżnu u tal-weraq wiesa’).

2.

Rapport tal-konformità (jew in-nuqqas tagħha) mal-istandards tekniċi fi tmiem il-POA (għall-foresti tal-arżnu biss).

Referenza ġuridika:

 

Għall-mezzi 1 u 2:

 

It-Titoli IX u XI tal-Gwida Amministrattiva għall-Pjanijiet tal-Ħsad tal-Foresti tal-Arżnu.

 

Għall-mezz 1:

 

It-Taqsima 6.17, il-Ftehim tal-ICF Nru 050-2012 dwar l-istandards u l-linji gwida tekniċi għat-tfassil tal-pjanijiet ta’ ġestjoni forestali u pjani operazzjonali tal-foresti bil-weraq wiesa’.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

L-ICF, l-Uffiċċju Reġjonali Forestali korrespondenti.

Indikatur 3.3.2 is-sidien jew l-użufruttwarji taż-żoni forestali li jwettqu attivitajiet ta’ ħsad ikollhom pjanijiet ta’ salvataġġ approvati u validi għal foresti affettwati minn diżastri naturali, mard jew infestazzjonijiet, proġetti ta’ kostruzzjoni pubbliċi u/jew privati u tibdil fil-veġetazzjoni f’art użata għall-agrikoltura.

Mezz ta’ verifika:

1.

Deċiżjoni li tapprova l-Pjan ta’ Salvataġġ.

Referenza ġuridika:

 

L-Artikolu 147, id-Digriet Nru 98–2007, il-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa.

 

Il-Ftehim tal-ICF Nru 030/2013, Approvazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Salvataġġ.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

L-ICF, l-Uffiċċju Reġjonali Forestali korrespondenti u d-Dipartiment tal-Ġestjoni u l-Iżvilupp Forestali.

Indikatur 3.3.3 Is-sidien ta’ pjantaġġuni forestali jkollhom ċertifikat tal-pjantaġġun approvat u validu u liċenzja tal-ħsad għall-ħsad u l-bejgħ ta’ prodotti derivati mill-ġestjoni ta’ żoni okkupati, afforestati jew riforestati muniċipali (ejido) u nazzjonali.

Mezz ta’ verifika:

1.

Ċertifikat ta’ Pjantaġġun Forestali.

2.

Liċenzja ta’ ħsad ta’ pjantaġġun ċertifikat.

Referenza ġuridika:

 

L-Artikoli 149 (10) u (11), id-Digriet Nru 98–2007, il-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa.

 

Riżoluzzjoni tal-ICF Nru DE-MP-071-2010, Manwal dwar ir-Regoli biex jinħarġu Ċertifikati ta’ Pjantaġġun Forestali.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

Għall-mezz 1:

 

L-ICF, il-Programm ta’ Riforestazzjoni Nazzjonali.

 

Għall-mezz 2:

 

L-ICF, l-Uffiċċju Reġjonali Forestali korrespondenti.

Kriterju 3.4 Id-detenturi u l-użufruttwarji tal-liċenzji tal-ħsad tal-injam japplikaw miżuri ta’ protezzjoni ambjentali li jissodisfaw ir-rekwiżiti legali.

Indikatur 3.4.1 Is-sidien imsemmija fuq pjanijiet ta’ ġestjoni forestali għal żoni forestali nazzjonali, muniċipali (ejido) u privati jimxu mal-programm ta’ protezzjoni min-nirien, mill-infestazzjonijiet, mill-mard forestali, għas-sorsi tal-ilma u tal-flora u l-fawna.

Mezz ta’ verifika:

1.

Programm ta’ protezzjoni annwali.

2.

Rapport tekniku dwar il-konformità tal-Pjanijiet Operazzjonali Annwali approvati mal-programm ta’ protezzjoni.

Referenza ġuridika:

 

L-Artikolu 172(3), il-Ftehim Eżekuttiv Nru 031–2010, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Ġenerali tal-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa,

 

It-Taqsima 6.2, sottotaqsimiet 6.2.1 u 6.2.2, il-Ftehim Nru 050–2012 dwar l-istandards u l-linji gwida tekniċi għat-tfassil tal-pjanijiet ta’ ġestjoni forestali u l-pjanijiet operazzjonali tal-foresti bil-weraq wiesa'.

 

Il-Kapitolu 1, il-Paragrafu 5, ir-Riżoluzzjoni tal-ICF Nru DE-285–2010, Linji Gwida u Standards għal Ġestjoni Forestali Aħjar.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

L-ICF, l-Uffiċċju Reġjonali Forestali korrespondenti.

Indikatur 3.4.2 Is-sidien imsemmija fuq il-pjanijiet ta’ ġestjoni forestali jikkonformaw mal-Programm ta’ Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali għal Attivitajiet Forestali.

Mezz ta’ verifika:

1.

Programm ta’ Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali għal Attivitajiet Forestali approvat u validu.

2.

Rapporti ta’ konformità teknika għall-Programm ta’ Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali misjub fil-Pjanijiet Operazzjonali Annwali.

Referenza ġuridika:

 

Għall-mezz 1:

 

L-Artikolu 70, id-Digriet Nru 98–2007, il-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa.

 

L-Artikolu 170, il-Ftehim Eżekuttiv Nru 031–2010, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Ġenerali tal-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa.

 

Għall-mezz 2:

 

Riżoluzzjoni tal-ICF Nru DE-MP-285-2010, Linji Gwida u Standards għal Ġestjoni Forestali Aħjar, il-Kapitolu III, il-paragrafu 3.1.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

L-ICF, id-Dipartiment tal-Ġestjoni u l-Iżvilupp Forestali (DMDF).

Kriterju 3.5 It-trasport tal-injam isir f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Indikatur 3.5.1 L-injam trasportat mill-foresta saċ-ċentru tal-ġbir tal-injam, kumpaniji ta’ prodotti forestali primarji u sekondarji, u postijiet fejn jinbiegħ l-injam ikollu permess ta’ trasport.

Mezz ta’ verifika:

1.

Permess ta’ trasport.

N.B.: L-ICF jawtorizza tliet tipi ta’ permess ta’ trasport: għal injam tond (1), għal prodotti u prodotti sekondarji (2) u għal injam isserrat (3).

Referenza ġuridika:

 

L-Artikolu 103, id-Digriet Nru 98–2007, il-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa.

 

L-Artikolu 239, il-Ftehim Eżekuttiv Nru 031–2010, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Ġenerali tal-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa.

Għal foresti bil-weraq wiesa’:

 

Għad trid titfassal referenza legali li se tapplika biss għal foresti bil-weraq wiesa’ (ara l-miżura supplementari korrespondenti fl-Anness VIII).

Istituzzjoni Kompetenti:

 

L-ICF, l-Uffiċċju Reġjonali Forestali korrespondenti.

Indikatur 3.5.2 Jintużaw fatturi awtorizzati għat-trasport, lejn kwalunkwe destinazzjoni, ta’ injam proċessat mibjugħ minn kumpaniji ta’ prodotti forestali primarji jew sekondarji, jew postijiet ta’ bejgħ tal-injam.

Mezz ta’ verifika:

1.

Fatturi awtorizzati.

Referenza ġuridika:

 

L-Artikolu 12, il-Ftehim Nru 189–2014, Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Iskema ta’ Fatturazzjoni u l-emendi tiegħu.

 

L-Artikolu 236, il-Ftehim Eżekuttiv Nru 031–2010, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Ġenerali tal-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

Is-SAR, id-Dipartiment tal-Fatturazzjoni.

 

L-ICF, l-Uffiċċju Reġjonali Forestali korrespondenti.

Indikatur 3.5.3 Jintużaw poloz tal-vjeġġ validi meta l-injam jiġi trasportat lejn kwalunkwe destinazzjoni.

Mezz ta’ verifika:

1.

Polza tal-vjeġġ.

Referenza ġuridika:

 

L-Artikoli 11, 19 u 44, il-Ftehim Nru 189–2014, Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Iskema ta’ Fatturazzjoni u l-emendi tiegħu.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

Is-SAR, id-Dipartiment tal-Fatturazzjoni.

Kriterju 3.6 Persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma s-sidien ta’ kumpaniji u postijiet ta’ bejgħ tal-injam jimxu mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ meta jistabbilixxu u joperaw kumpaniji ta’ prodotti forestali primarji u sekondarji u postijiet ta’ bejgħ tal-injam.

Indikatur 3.6.1 Persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma s-sidien ta’ kumpanija ta’ prodotti forestali primarji jew sekondarji jew post ta’ bejgħ tal-injam ikunu rreġistrati mal-muniċipalità u l-ICF.

Mezz ta’ verifika:

1.

Liċenzja ta’ operazzjoni għal negozju.

2.

Liċenzja tal-Operazzjoni.

Referenza ġuridika:

 

Għall-mezz 1:

 

L-Artikolu 119, il-Ftehim Nru 018-93, Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Liġi dwar il-Muniċipalitajiet.

 

Għall-mezz 2:

 

L-Artikolu 98, id-Digriet Nru 98–2007, il-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

Għall-mezz 1:

 

Il-Muniċipalità, l-Uffiċċju ta’ Amministrazzjoni jew l-Ispettorat tat-Taxxa.

 

Għall-mezz 2:

 

L-ICF, id-Dipartiment tal-Ġestjoni u l-Iżvilupp Forestali.

Indikatur 3.6.2 Persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma sidien ta’ kumpaniji ta’ prodotti forestali primarji u sekondarji u postijiet ta’ bejgħ tal-injam jimxu mal-miżuri ta’ monitoraġġ ambjentali skont il-kategorizzazzjoni tal-impatt ambjentali.

Mezz ta’ verifika:

1.

Ċertifikat ta’ Liċenzja Ambjentali.

2.

Opinjoni teknika ta’ kontroll u monitoraġġ tal-Kuntratt tal-miżuri ta’ monitoraġġ ambjentali.

Referenza ġuridika:

MiAmbiente:

l-Artikolu 11(c), l-Artikolu 83, id-Digriet Nru 104–93, il-Liġi Ġenerali dwar l-Ambjent;

L-Artikolu 10(3), l-Artikolu 24(6), il-Ftehim Eżekuttiv Nru 008–2015, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tas-Sistema Nazzjonali għall-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali.

Muniċipalitajiet b’setgħat ta’ liċenzjar ambjentali:

L-Artikolu 1(28-A), id-Digriet Nru 181–2007, Emenda għal-Liġi Ġenerali dwar l-Ambjent;

L-Artikolu 19, il-Ftehim Eżekuttiv Nru 008-2015, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tas-Sistema Nazzjonali għall-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali.

Muniċipalitajiet b’awtonomija legali:

l-Artikoli 12 u 12A tal-Liġi dwar il-Muniċipalitajiet, id-Digriet Nru 134–90.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

Il-Ministeru tal-Enerġija, tar-Riżorsi Naturali, tal-Ambjenti u l-Mini (MiAmbiente), id-Direttorat Ġenerali għall-Evalwazzjoni u l-Monitoraġġ Ambjentali (DECA).

 

Muniċipalitajiet bi ftehim dwar is-setgħat ta’ liċenzjar ambjentali, jew b'awtonomija legali.

Kriterju 3.7 Operaturi fil-katina ta’ produzzjoni forestali jimxu mar-regoli fis-seħħ rigward il-kummerċ domestiku fi prodotti tal-injam.

Indikatur 3.7.1 L-operaturi fil-katina tal-produzzjoni forestali jimxu mar-regoli f'dawn it-Tabelli ta’ Legalità li japplikaw għas-suq tal-prodotti tal-injam domestiku.

Mezz ta’ verifika:

1.

Rapport ta’ kull xahar dwar il-kumpaniji ta’ prodotti forestali primarji u sekondarji, u postijiet ta’ bejgħ tal-injam.

2.

Reġistru tad-dħul u l-ħruġ.

3.

Fajl dwar id-diliġenza dovuta.

Referenza ġuridika:

 

Għall-mezz 1:

 

L-Artikoli 225 u 229 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Ġenerali tal-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa.

 

Għall-mezz 2:

 

L-Artikolu 219 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Ġenerali tal-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa.

 

Għall-mezz 3:

 

Artikoli speċifiċi jiġu abbozzati ladarba tiġi approvata l-leġiżlazzjoni korrespondenti (ara l-miżura supplementari korrespondenti fl-Anness VIII).

Istituzzjoni Kompetenti:

 

Għall mezzi 1, 2 u 3:

 

L-ICF, id-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Industrija (ir-responsabbiltajiet tiegħu se jkunu f’idejn id-Dipartiment tal-Ġestjoni u l-Iżvilupp Forestali sa ma jinħoloq).

PRINĊIPJU 4. IS-SIDIEN FIS-SETTUR FORESTALI JIMXU MAL-OBBLIGI TAX-XOGĦOL U R-REKWIŻITI TAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ FIL-POST TAX-XOGĦOL.

Kriterju 4.1 Is-sidien fis-settur forestali jimxu mal-leġiżlazzjoni dwar ir-reklutaġġ u dwar il-pagi għal impjegati fis-settur tal-forestrija.

Indikatur 4.1.1 Sidien fis-settur forestali jirreklutaw formalment l-impjegati (permanenti jew temporanji) tagħhom.

Mezz ta’ verifika:

1.

Dokument jew rapport ta' spezzjoni li jikkonferma li l-impjegaturi fis-settur forestali jimxu ma’ dan l-indikatur.

Referenza ġuridika:

 

L-Artikoli 11(e) u 13(1), id-Digriet Nru 178-2016 tal-Liġi dwar l-Ispettorat tax-Xogħol.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

Il-Ministeru għall-Impjiegi u s-Sigurtà Soċjali (STSS), l-Ispettorat Ġenerali tax-Xogħol (DGIT).

Indikatur 4.1.2 Is-sidien fil-katina tal-produzzjoni forestali mill-inqas iħallsu l-paga minima lill-impjegati (permanenti jew temporanji) tagħhom.

Mezz ta’ verifika:

1.

Dokument jew rapport ta' spezzjoni li jikkonferma li s-sidien fil-katina ta’ produzzjoni forestali jimxu mal-indikatur.

Referenza ġuridika:

 

L-Artikoli 11(e) u 13(1), id-Digriet Nru 178-2016 tal-Liġi dwar l-Ispettorat tax-Xogħol.

 

L-Artikolu 2, id-Digriet Nru 103, tal-Att dwar il-Paga Minima approvat fit-3 ta’ Ġunju 1971 u l-emendi tiegħu.

 

L-Artikoli 381 u 387, id-Digriet Nru 189-1959, il-Kodiċi dwar ix-Xogħol.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

Il-Ministeru għall-Impjiegi u s-Sigurtà Soċjali (STSS), l-Ispettorat Ġenerali tax-Xogħol (DGIT).

Kriterju 4.2 Is-sidien fil-katina ta’ produzzjoni forestali jimxu mar-regoli tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-impjegati.

Indikatur 4.2.1 Is-sidien fil-katina ta’ produzzjoni forestali jiżguraw is-saħħa u s-sigurtà tal-impjegati tagħhom fuq il-post tax-xogħol.

Mezz ta’ verifika:

1.

Rapport ta’ Spezzjoni tas-Saħħa u s-Sigurtà li jikkonferma li s-sidien fil-katina ta’ produzzjoni forestali jimxu mal-indikatur.

Referenza ġuridika:

 

L-Artikoli 391 u 392, Titolu V, Kapitolu I, id-Digriet Nru 189-1959, il-Kodiċi dwar ix-Xogħol.

 

L-Artikolu 36, Kapitolu VII, Regolament ta’ Implimentazzjoni Ġenerali dwar Miżuri għall-Prevenzjoni ta’ Aċċidenti fuq il-Post tax-Xogħol u Mard Okkupazzjonali.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

Il-Ministeru għall-Impjiegi u s-Sigurtà Soċjali (STSS), id-Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà Soċjali, id-Dipartiment għas-Servizzi ta’ Spezzjoni u s-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali.

Kriterju 4.3 Sidien fis-settur forestali jimxu mar-regoli dwar is-sigurtà soċjali tal-impjegati.

Indikatur 4.3.1 Is-sidien fil-katina ta’ produzzjoni forestali jirreġistraw l-impjegati tagħhom mal-Istitut Hondurjan tas-Sigurtà Soċjali (IHSS).

Mezz ta’ verifika:

1.

Prova ta’ reġistrazzjoni u solvenza.

2.

Estratt mill-bażi ta’ data li juri transunt tal-istorja tal-ħlas tal-pagi.

3.

Rapport tal-ispezzjoni (meta jkun disponibbli).

Referenza ġuridika:

 

Għall-mezzi 1 u 2:

 

L-Artikolu 7, id-Digriet Nru 140-1959, il-Liġi dwar is-Sigurtà Soċjali, u d-Digriet Nru 080–2001 tal-1 ta’ Ġunju 2001, li fih l-emendi għaliha.

 

Għall-mezz 3:

 

L-Artikolu 96, id-Digriet Nru 140-1959, il-Liġi dwar is-Sigurtà Soċjali.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

L-Istitut Hondurjan tas-Sigurtà Soċjali (IHSS), id-Dipartiment għall-Ispezzjonijiet tan-Negozju.

PRINĊIPJU 5. L-OPERATURI FIS-SETTUR FORESTALI JIMXU MAR-REGOLI DWAR IL-KUMMERĊ INTERNAZZJONALI TAL-PRODOTTI TAL-INJAM.

Kriterju 5.1 L-esportaturi u l-importaturi tal-prodotti tal-injam joperaw legalment bl-awtorizzazzjoni meħtieġa u jissodisfaw l-obbligi fiskali u doganali tagħhom.

Indikatur 5.1.1 L-importaturi u l-esporaturi jissodisfaw l-obbligi doganali tagħhom f’konformità mal-Proċedura Doganali.

Mezz ta’ verifika:

1.

Data misluta mis-Sistema Awtomatizzata tad-Dħul Doganali (SARAH) li tippreżenta sommarju tar-rekords doganali għall-importatur/esportatur.

Referenza ġuridika:

 

L-Artikolu 23, ir-Riżoluzzjoni Nru 224–2008 (COMIECO-XLIX), ir-Regolament ta' Implimentazzjoni għall-Kodiċi Doganali Uniformi tal-Amerka Ċentrali (RECAUCA).

Istituzzjoni Kompetenti:

 

Is-Segretarjat ta’ Koordinazzjoni Ġenerali tal-Gvern, is-Sottodirettorat għad-Dħul Doganali (DARA).

Indikatur 5.1.2 L-importaturi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-injam.

Mezz ta’ verifika:

1.

Fajl tad-diliġenza dovuta tal-importatur.

Referenza ġuridika:

 

Artikoli speċifiċi jiġu abbozzati ladarba tiġi approvata l-leġiżlazzjoni korrespondenti (ara l-miżura supplementari korrespondenti fl-Anness VIII).

Istituzzjoni Kompetenti:

 

L-ICF, id-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Industrija (ir-responsabbiltajiet tiegħu se jkunu f’idejn id-Dipartiment tal-Ġestjoni u l-Iżvilupp Forestali sa ma jinħoloq).

Indikatur 5.1.3 L-esportaturi ta’ prodotti tal-injam derivati minn speċijiet koperti mill-Konvenzjoni CITES jimxu ma’ tali Konvenzjoni.

Mezz ta’ verifika:

1.

Ċertifikat CITES.

Referenza ġuridika:

 

L-Artikolu 116, id-Digriet Nru 098–2007, il-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa. Ftehim SAG Nru 936-13, Regoli tal-Proċedura għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES).

Istituzzjoni Kompetenti:

 

SAG, Uffiċċju Nazzjonali CITES.

PRINĊIPJU 6. L-OPERATURI FIS-SETTUR FORESTALI JISSODISFAW L-OBBLIGI TAGĦHOM MARBUTIN MAT-TARIFFI U MAT-TAXXI.

Kriterju 6.1 L-operaturi fis-settur forestali jkunu stabbiliti legalment.

Indikatur 6.1.1 L-operaturi fis-settur forestali jkunu rreġistrati mal-Amministrazzjoni tat-Taxxa.

Mezz ta’ verifika:

1.

Dokument tar-Reġistru Nazzjonali tat-Taxxa (RTN).

Referenza ġuridika:

 

L-Artikoli 1 u 2, id-Digriet-Liġi Nru 102-1974, il-Liġi Nazzjonali dwar ir-Reġistru Nazzjonali tat-Taxxa.

 

L-Artikolu 27, id-Digriet Nru 51-2003, il-Liġi dwar it-Tassazzjoni Ġusta.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

Is-Servizz tal-Amministrazzjoni tad-Dħul (SAR), Dipartiment tal-Assistenza għall-Kontribwenti.

Kriterju 6.2 L-operaturi fis-settur forestali jissodisfaw l-obbligi fiskali tagħhom fir-rigward tal-gvern ċentrali u muniċipali.

Indikatur 6.2.1 Id-detenturi ta’ liċenzji tal-ħsad iħallsu t-taxxa ta’ liċenzjar għal Liċenzja ta’ Ħsad jew ta’ Esplojtazzjoni ta’ Riżorsi Naturali f’konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Liġi dwar il-Muniċipalitajiet u t-tariffi stipulati fil-pjan ta’ tassazzjoni muniċipali fis-seħħ.

Mezz ta’ verifika:

1.

Irċevuta tal-ħlas tat-taxxa għall-ħruġ ta’ Liċenzja ta’ Ħsad jew ta’ Esplojtazzjoni ta’ Riżorsi Naturali.

2.

Irċevuta tal-ħlas tat-tariffa għall-ħruġ ta’ Liċenzja ta’ Ħsad jew ta’ Esplojtazzjoni ta’ Riżorsi Naturali.

Referenza ġuridika:

 

Għall-mezz 1:

 

L-Artikoli 128 u 130, il-Ftehim Nru 018-93, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Ġenerali tal-Liġi dwar il-Muniċipalitajiet.

 

Għall-mezz 2:

 

L-Artikolu 152(c)(15), il-Ftehim Nru 018-93, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Ġenerali tal-Liġi dwar il-Muniċipalitajiet.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

Il-Muniċipalità, l-Uffiċċju ta’ Amministrazzjoni jew l-Ispettorat tat-Taxxa.

Indikatur 6.2.2 L-operaturi fis-settur forestali jħallsu t-taxxa fuq id-dħul, il-kontribuzzjoni ta’ solidarjetà u t-taxxa fuq l-assi netti.

Mezz ta’ verifika:

1.

Dikjarazzjonijiet tat-taxxa

(a)

Dikjarazzjoni CPAT-272 (dħul ta’ persuni fiżiċi) jew

(b)

Dikjarazzjoni CPAT-352 (dħul ta’ persuni ġuridiċi).

Referenza ġuridika:

 

L-Artikolu 30, id-Digriet Nru 25-1963, il-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

Is-Servizz tal-Amministrazzjoni tad-Dħul (SAR), Dipartiment tal-Intelliġenza Fiskali.

Indikatur 6.2.3 L-operaturi fis-settur forestali jużaw l-iskema ta’ fatturazzjoni għall-bejgħ tal-injam u tas-servizzi minn segeriji.

Mezz ta’ verifika:

1.

Data misluta mill-modulu tal-fatturazzjoni li turi rekord tal-fatturi awtorizzati mis-SAR.

Referenza ġuridika:

 

L-Artikolu 10, il-Ftehim Nru 189–2014, Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Iskema ta’ Fatturazzjoni, dokumenti fiskali oħrajn u r-reġistrazzjoni tat-taxxa tal-istampaturi.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

Is-Servizz tal-Amministrazzjoni tad-Dħul (SAR), Dipartiment tal-Fatturazzjoni.

Kriterju 6.3 L-operaturi fis-settur forestali jissodisfaw l-obbligi relatati mat-tariffi tagħhom fir-rigward tal-Gvern Ċentrali.

Indikatur 6.3.1 L-operaturi fis-settur forestali jissodisfaw l-obbligi tariffarji tagħhom.

Mezz ta’ verifika:

1.

Ċertifikat ta’ Solvenza Fiskali.

Referenza ġuridika:

 

L-Artikolu 49, id-Digriet Nru 17–2010, il-Liġi dwar it-Tisħiħ tad-Dħul, l-Ugwaljanza Soċjali u r-Razzjonalizzazzjoni tan-Nefqa Pubblika.

Istituzzjoni Kompetenti:

 

Is-Servizz tal-Amministrazzjoni tad-Dħul (SAR), Dipartiment tal-Ġbir u l-Irkupru.


Appendiċi

1.   

Definizzjoni ta’ operaturi fis-settur forestali inklużi fid-dokumenti ta’ dan il-Ftehim

Fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim, "operatur fis-settur forestali" huwa kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li twettaq attivitajiet fil-katina ta’ produzzjoni forestali. L-operaturi forestali huma obbligati jimxu mal-indikaturi u mezzi ta’ verifika differenti deskritti f’dan l-anness li huma marbutin mal-involviment tagħhom fl-istadji differenti tal-katina ta’ produzzjoni forestali.

Operatur

Definizzjoni/Kunċett

Indikaturi/Mezzi ta’ verifika

1.

Operaturi fis-settur forestali

Persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jagħmlu attivitajiet fil-katina ta’ produzzjoni forestali. Dawn l-attivitajiet jinkludu, fost oħrajn, ġestjoni forestali, il-ħsad, l-ipproċessar, it-trasport, il-bejgħ, l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam, kif ukoll it-tibdil tal-użu ta’ żona forestali. L-operaturi mqabbdin biex jagħmlu dawn l-attivitajiet ukoll jaqgħu taħt din id-definizzjoni; pereżempju, ħaddiema biċ-chainsaws, verifikaturi jew dispaċers, bejjiegħa, trasportaturi u destinatarji tal-prodotti tal-injam.

Taħt intestaturi differenti fit-tabella kollha.

2.

Komunità rurali

Grupp ta’ persuni fiżiċi u l-organizzazzjonijiet tagħhom ibbażati f’post rurali (raħal jew irħajjel), f’żoni forestali jew postijiet fil-periferija ta’ dawn iż-żoni, b’aċċess għall-ġestjoni forestali u riżorsi agroforestali oħrajn.

1.1.1/1 - 1.2.1/2 - 1.2.2/1 - 2.1.2/1 - 3.1.2/1 - 3.3.2/1

3.

Grupp komunitarju

Organizzazzjoni komunitarja b’personalità ġuridika, inklużi organizzazzjonijiet agroforestali, gruppi etniċi, kumpaniji forestali rurali u komunitajiet organizzati li jinsabu f’żona forestali nazzjonali, li l-iskop tagħhom ikun li jimmaniġġjaw, jaħsdu u jbigħu l-prodotti u s-servizzi ġejjin mill-foresti.

1.1.1/1 - 1.2.1/2 - 1.2.2/1 - 2.1.1/1 - 2.1.1/2 - 2.1.1/3 - 2.1.2/1 - 3.1.2/1 - 3.3.2/1

4.

Sid ta’ foresta

Persuna fiżika jew ġuridika li tkun sid ta’ proprjetà b’kopertura forestali li tista’ tkun privata, muniċipali (ejidal), nazzjonali, bi sjieda komunitarja jew konġunta minn popli indiġeni, fost l-oħrajn.

1.1.1/1 - 1.1.2/1 - 1.1.2/2 - 1.2.1/1 - 1.2.1/2 - 1.2.2/1 - 2.1.1/1 - 2.1.1/2 - 2.1.1/3 - 2.1.2/1 - 3.1.1/1 - 3.1.2/1 - 3.1.3/1 - 3.3.2/1 - 3.3.3/1 - 3.3.3/2

5.

Sid ta’ foresta privata

Persuna fiżika jew ġuridika li jkollha s-sjieda sħiħa ta’ proprjetà li fuqha jkun hemm kopertura forestali.

1.1.1/1 - 2.1.1/1 - 2.1.1/2 - 2.1.2/1 - 3.1.1/1 - 3.1.3/1 - 3.3.2/1 - 3.3.3/1 - 3.3.3/2

6.

Sid ta’ foresta muniċipali (ejidal)

Muniċipalità li jkollha s-sjieda ta’ proprjetà li fuqha jkun hemm kopertura ta’ foresta.

1.1.1/1 - 1.2.2/1 - 2.1.1/1 - 2.1.1/2 - 2.1.2/1 - 3.1.1/1 - 3.1.3/1 - 3.3.2/1 - 3.3.3/1 - 3.3.3/2

7.

Sid imsemmi fi pjan ta’ ġestjoni forestali għal foresta nazzjonali

Persuna fiżika jew ġuridika li tkun il-benefiċjarja ta’ pjan ta’ ġestjoni forestali approvat għal foresta nazzjonali.

2.1.2/1 - 3.1.2/1 - 3.1.4/1 - 3.2.1/1 - 3.2.1/2 - 3.2.2/1 - 3.2.2/2 - 3.2.3/1 - 3.2.3/2 - 3.3.1/1 - 3.3.1/2 - 3.3.2/1 - 3.4.1/1 - 3.4.1/2 - 3.4.2/1 - 3.4.2/2 - 3.5.1/1 - 3.5.2/1 - 3.5.3/1 - 6.2.1/1 - 6.2.1/2

8.

Sid imsemmi fuq pjan ta’ ġestjoni forestali għal foresta muniċipali (ejidal)

Persuna fiżika jew ġuridika li tkun il-benefiċjarja ta’ pjan ta’ ġestjoni forestali approvat għal foresta muniċipali (ejidal).

2.1.2/1 - 3.1.1/1 - 3.1.4/1 - 3.2.1/1 - 3.2.1/2 - 3.2.2/1 - 3.2.2/2 - 3.2.3/1 - 3.2.3/2 - 3.3.1/1 - 3.3.1/2 - 3.3.2/1 - 3.4.1/1 - 3.4.1/2 - 3.4.2/1 - 3.4.2/2 - 3.5.1/1 - 3.5.2/1 - 3.5.3/1 - 6.2.1/1 - 6.2.1/2

9.

Sid imsemmi fuq pjan ta’ ġestjoni forestali għal foresta privata

Persuna fiżika jew ġuridika li tkun il-benefiċjarja ta’ pjan ta’ ġestjoni forestali approvat għal foresta privata.

2.1.2/1 - 3.1.1/1 - 3.1.4/1 - 3.2.1/1 - 3.2.1/2 - 3.2.2/1 - 3.2.2/2 - 3.2.3/1 - 3.2.3/2 - 3.3.1/1 - 3.3.1/2 - 3.3.2/1 - 3.4.1/1 - 3.4.1/2 - 3.4.2/1 - 3.4.2/2 - 3.5.1/1 - 3.5.2/1 - 3.5.3/1 - 6.2.1/1 - 6.2.1/2

10.

Sid ta’ żona b’sistema agroforestali

Persuna fiżika jew ġuridika li tkun is-sid ta’ proprjetà b’sistema ta’ produzzjoni li tikkombina prodotti agrikoli u forestali.

1.1.1/1 - 2.1.1/1 - 2.1.1/2 - 2.1.2/1 - 3.1.3/1 - 3.1.4/2 - 3.2.1/1 - 3.2.1/2 - 3.2.2/1 - 3.2.3/1 - 3.2.3/2 - 3.3.1/1 - 3.3.2/1 - 3.5.1/1 - 3.5.2/1 - 3.5.3/1 - 6.2.1/1 - 6.2.1/2

11.

Sid ta’ pjantaġġun forestali.

Persuna fiżika jew ġuridika li tkun is-sid sħiħ jew benefiċjarju ta’ proprjetà bi pjantaġġun forestali.

1.1.1/1 - 2.1.1/1 - 2.1.1/2 - 2.1.2/1 - 3.2.1/1 - 3.2.1/2 - 3.2.2/1 - 3.2.3/1 - 3.2.3/2 - 3.3.1/1 - 3.3.2/1 - 3.3.3/1 - 3.3.3/2 - 3.5.1/1 - 3.5.2/1 - 3.5.3/1 - 6.2.1/1 - 6.2.1/2

12.

Utent/Okkupant

Persuna fiżika jew ġuridika fil-pussess jew l-okkupazzjoni ta’ żona nazzjonali jew muniċipali (ejido) mingħajr ma jkollha t-titlu ta’ proprjetà għall-art li tiddikjara sjieda legali. Dan l-operatur jibbenefika minn proċeduri ta’ leġiżlazzjoni biex jikseb kuntratt ta’ użufrutt li jippermettilu, fost affarijiet oħra, li jagħmel attivitajiet ta’ ġestjoni forestali.

1.2.1/1 - 2.1.2/1 - 3.1.2/1 - 3.3.2/1

13.

Użufruttwarju tal-foresta

Persuna fiżika jew ġuridika maħtura mill-amministrazzjoni forestali tal-Istat jew il-gvern muniċipali biex timmaniġġja foresta pubblika (nazzjonali jew muniċipali/ejido) għall-benefiċċju tagħha.

1.2.1/1 - 2.1.2/1 - 3.1.2/1 - 3.3.2/1

14.

Kuntrattur

Persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel attivitajiet ta’ ħsad f’foresti naturali u/jew imħawlin tal-arżnu jew bil-weraq wiesa’, maħtur mis-sid imsemmi fuq Pjan ta’ Ġestjoni Forestali approvat u validu.

3.2.2/1 - 3.2.2/2 - 6.1.1/1 - 6.2.2/1 - 6.2.3/1 - 6.3.1/1

15.

Trasportatur

Persuna fiżika jew ġuridika fis-settur forestali li l-attività tagħha hija l-ġarr jew it-trasport ta’ prodotti tal-injam.

3.5.1/1 - 3.5.2/1 - 3.5.3/1 - 6.1.1/1 - 6.2.2/1 - 6.2.3/1 - 6.3.1/1

16.

Tekniku forestali ċċertifikat (TFC)

Professjonist forestali jew ta’ formazzjoni simili li jiżgura l-ġestjoni u l-iżvilupp sostenibbli tal-foresti permezz ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni jew pjanijiet operazzjonali approvati f’foresti pubbliċi jew privati u li, f’konformità mad-dmirijiet professjonali tiegħu, ikun uffiċjal li jiċċertifika.

3.2.1/1 - 3.2.1/2 - 6.1.1/1 - 6.2.2/1 - 6.2.3/1 - 6.3.1/1

17.

Tekniku forestali indipendenti (TFI)

Professjonist forestali privat li jagħmel attivitajiet fis-settur forestali, bl-esklużjoni tal-implimentazzjoni ta’ pjanijiet operazzjonali.

3.2.3/1 - 3.2.3/2 - 6.1.1/1 - 6.2.2/1 - 6.2.3/1 - 6.3.1/1

18.

Esportatur

Persuna fiżika jew ġuridika li tikkummerċjalizza prodotti tal-injam barra t-territorju nazzjonali.

5.1.1/1 - 5.1.3/1 - 6.1.1/1 - 6.2.2/1 - 6.2.3/1 - 6.3.1/1

19.

Importatur

Persuna fiżika jew ġuridika li tixtri prodotti tal-injam minn barra l-pajjiż biex tiddistribwihom, tbigħhom u/jew tipproċessahom fil-pajjiż jew barra minnu.

5.1.1/1 - 5.1.2/1 - 6.1.1/1 - 6.2.2/1 - 6.2.3/1 - 6.3.1/1

20.

Sid ta’ kumpanija ta’ prodotti forestali primarji

Persuna fiżika jew ġuridika li tkun is-sid jew ir-rappreżentant legali ta’ kumpanija ta’ prodotti forestali li tagħmel l-ipproċessar inizjali tal-injam tond (fl-istat naturali tiegħu) jew ta’ kull materja prima tal-injam jew mhux tal-injam mill-foresta.

3.6.1/1 - 3.6.1/2 - 3.6.2/1 - 3.6.2/2 - 3.7.1/1 - 3.7.1/2 - 3.7.1/3 - 6.1.1/1 - 6.2.2/1 - 6.2.3/1 - 6.3.1/1

21.

Sid ta’ kumpanija ta’ prodotti forestali sekondarji

Persuna fiżika jew ġuridika li tkun is-sid jew ir-rappreżentant legali ta’ kumpanija ta’ prodotti forestali li tipproċessa prodotti minn kumpanija ta’ prodotti forestali primarji jew ta’ kull materja prima tal-injam jew mhux tal-injam mill-foresta.

3.6.1/1 - 3.6.1/2 - 3.6.2/1 - 3.6.2/2 - 3.7.1/1 - 3.7.1/2 - 3.7.1/3 - 6.1.1/1 - 6.2.2/1 - 6.2.3/1 - 6.3.1/1

22.

Sid ta’ post ta’ bejgħ tal-injam

Persuna fiżika jew ġuridika li tkun is-sid jew ir-rappreżentant legali ta’ biċċa art, sit jew maħżen fejn l-injam jinxtara u jinbiegħ fil-livell nazzjonali/fis-suq domestiku.

3.6.1/1 - 3.6.1/2 - 3.6.2/1 - 3.6.2/2 - 3.7.1/1 - 3.7.1/2 - 3.7.1/3 - 6.1.1/1 - 6.2.2/1 - 6.2.3/1 - 6.3.1/1

23.

Impjegatur

Persuna fiżika jew ġuridika, taħt id-dritt privat jew pubbliku, li tuża s-servizzi ta’ impjegat wieħed jew iktar permezz ta’ kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta’ xogħol. Din id-definizzjoni tapplika fil-livelli kollha.

4.1.1/1 - 4.1.2/1 - 4.2.1/1 - 4.3.1/1 - 4.3.1/2 - 4.3.1/3 - 6.1.1/1 - 6.2.2/1 - 6.2.3/1 - 6.3.1/1

2.   

Istituzzjonijiet statali marbutin mat-tabelli ta’ legalità

Istituzzjoni kkonċernata

Mezz ta’ verifika

L-Istitut Nazzjonali għall-Konservazzjoni u l-Iżvilupp tal-Foresti, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa (ICF)

1.1.2/2 - 1.2.1/1 - 1.2.1/2 - 1.2.2/1 - 2.1.1/3 - 2.1.2/1 - 3.1.1/1 - 3.1.2/1 - 3.1.3/1 - 3.1.4/1 - 3.1.4/2 - 3.2.1/1 - 3.2.1/2 - 3.2.2/1 - 3.2.2/2 - 3.2.3/1 - 3.2.3/2 - 3.3.1/1 - 3.3.1/2 - 3.3.2/1 - 3.3.3/1 - 3.3.3/2 - 3.4.1/1 - 3.4.1/2 - 3.4.2/1 - 3.4.2/2 - 3.5.1/1 - 3.5.2/1 - 3.6.1/2 - 3.7.1/1 - 3.7.1/2 - 3.7.1/3 - 5.1.2/1

Muniċipalitajiet

1.2.2/1 - 3.6.1/1 - 3.6.2/1 - 3.6.2/2 - 6.2.1/1 - 6.2.1/2

Is-Servizz tal-Amministrazzjoni tad-Dħul (SAR)

3.5.2/1 - 3.5.3/1 - 6.1.1/1 - 6.2.2/1 - 6.2.3/1 - 6.3.1/1

L-Istitut tal-Proprjetà (IP)

1.1.1/1 - 1.1.2/1 - 2.1.1/1

Is-Segretarjat tax-Xogħol u s-Sigurtà Soċjali (STSS)

4.1.1/1 - 4.1.2/1 - 4.2.1/1

Il-Ministeru tal-Enerġija, tar-Riżorsi Naturali, tal-Ambjenti u l-Mini (MiAmbiente)

3.6.2/1 - 3.6.2/2

L-Istitut Nazzjonali Agrarju (INA)

2.1.1/2

Il-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Bhejjem (SAG)

5.1.3/1

Is-Sottodirettorat tad-Dħul Doganali (DARA)

5.1.1/1

L-Istitut Hondurjan tas-Sigurtà Soċjali (IHSS)

4.3.1/1

3.   

Lista ta’ strumenti legali inklużi fit-Tabelli ta’ Legalità

Din il-lista tfasslet billi tqies l-ordni tar-referenzi legali kkwotati fit-Tabelli ta’ Legalità, mill-Prinċipju 1 ’l hemm.

1.

Id-Digriet Nru 082–2004, il-Liġi dwar il-Proprjetà.

2.

Id-Digriet Nru 098–2007, il-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa.

3.

Il-Ftehim tal-ICF Nru 027-2015 dwar il-ġestjoni forestali taż-żoni muniċipali (ejido) fil-kuntest tal-forestrija komunitarja.

4.

Id-Digriet Nru 026-94, ir-Ratifika tal-Konvenzjoni Nru 169 tal-ILO.

5.

Il-Ftehim Nru 003-2010, Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Liġi dwar il-Proprjetà.

6.

Id-Digriet Amministrattiv Nru 170 dwar ir-Riforma Agrarja emendat bid-Digriet Nru 031–92 dwar il-Modernizzazzjoni u l-Iżvilupp tas-Settur Agrikolu.

7.

Id-Digriet Nru 61–2013, li jawtorizza lill-ICF biex iwieġeb għal applikazzjonijiet ta’ atti ta’ titolu għal żoni komunali u interkomunali ppreżentati minn organizzazzjonijiet tal-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras.

8.

Il-Ftehim tal-ICF Nru 031–2012 dwar il-proċedura għall-ħruġ ta’ atti ta’ titolu għall-artijiet anċestrali tal-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras li jgħixu fil-Bijosfera ta’ Río Plátano.

9.

Il-Ftehim tal-ICF Nru 010-2015, struzzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ standards tekniċi fi pjanijiet speċjali għal sistemi agroforestali (PESAs) ta’ anqas minn 100 ettaru.

10.

Il-Ftehim Nru 031–2010, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Ġenerali tal-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa.

11.

Struzzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Ftehim Nru 045 A-2013 dwar tariffi għal servizzi pprovduti f’kumpaniji ta’ prodotti forestali primarji u sekondarji, u postijiet ta’ bejgħ tal-injam.

12.

Ċirkolari tal-ICF Nru DE-ICF-001-2013, il-Gwida Amministrattiva għal Pjanijiet tal-Ħsad ta’ Foresti tal-Arżnu.

13.

Id-Digriet Nru 073, il-Liġi dwar is-Sħubija Obbligatorja f’Korp Professjonali.

14.

Il-Ftehim tal-ICF Nru 050-2012 dwar l-istandards u l-linji gwida tekniċi għat-tfassil tal-pjanijiet ta’ ġestjoni forestali u pjanijiet operazzjonali tal-foresti bil-weraq wiesa’.

15.

Il-Ftehim tal-ICF Nru 030-2013, Approvazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Salvataġġ.

16.

Ir-Riżoluzzjoni tal-ICF Nru DE-MP-071-2010, Manwal dwar ir-Regoli biex jinħarġu Ċertifikati ta’ Pjantaġġun Forestali.

17.

Ir-Riżoluzzjoni tal-ICF Nru DE-285–2010, Linji Gwida u Standards għal Ġestjoni Forestali Aħjar.

18.

Il-Ftehim Nru 189–2014, Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Iskema ta’ Fatturazzjoni u l-emendi tiegħu.

19.

Il-Ftehim Nru 018-93, Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Ġenerali tal-Liġi dwar il-Muniċipalitajiet.

20.

Id-Digriet Nru 104–93, il-Liġi Ġenerali dwar l-Ambjent.

21.

Il-Ftehim Eżekuttiv Nru 008-2015, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tas-Sistema Nazzjonali għall-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali.

22.

Id-Digriet Nru 181–2007, Emendi għal-Liġi Ġenerali dwar l-Ambjent.

23.

Id-Digriet Nru 134-90, il-Liġi dwar il-Muniċipalitajiet.

24.

Id-Digriet Nru 189-1959, il-Kodiċi dwar ix-Xogħol.

25.

Id-Digriet Nru 178-2016, il-Kodiċi dwar l-Ispettorat tax-Xogħol.

26.

Id-Digriet Nru 103, tal-Att dwar il-Paga Minima approvat fit-3 ta’ Ġunju 1971 u l-emendi tiegħu.

27.

Il-Ftehim Nru 053-04, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Ġenerali dwar Miżuri għall-Prevenzjoni ta’ Aċċidenti fuq il-Post tax-Xogħol u Mard Okkupazzjonali.

28.

Id-Digriet Nru 140-1959, il-Liġi dwar is-Sigurtà Soċjali, u d-Digriet Nru 080–2001 tal-1 ta’ Ġunju 2001, li fih l-emendi għaliha.

29.

Ir-Riżoluzzjoni Nru 224–2008 (COMIECO-XLIX), ir-Regolament ta' Implimentazzjoni għall-Kodiċi Doganali Uniformi tal-Amerka Ċentrali (RECAUCA).

30.

Ftehim SAG Nru 936-13, Regoli tal-Proċedura għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES).

31.

Id-Digriet Amministrattiv Nru 102-1974, il-Liġi Nazzjonali dwar ir-Reġistru Nazzjonali tat-Taxxa.

32.

Id-Digriet Nru 051-2003, il-Liġi dwar it-Tassazzjoni Ġusta.

33.

Id-Digriet Nru 25-1963, il-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul.

34.

Id-Digriet Nru 017–2010, il-Liġi dwar it-Tisħiħ tad-Dħul, l-Ugwaljanza Soċjali u r-Razzjonalizzazzjoni tan-Nefqa Pubblika.


ANNESS III

IL-KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW IR-RILAXX GĦAL ĊIRKOLAZZJONI LIBERA FL-UNJONI TA’ PRODOTTI TAL-INJAM ESPORTATI MILL-HONDURAS U KOPERTI MINN LIĊENZJA FLEGT

QAFAS

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea (1) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (2) tiegħu jirregolaw il-kundizzjonijiet tad-dħul fis-suq tal-Unjoni ta’ injam u prodotti tal-injam mill-Honduras koperti minn liċenzja FLEGT.

Dawn ir-Regolamenti jipprevedu l-adattament tal-proċeduri stipulati fihom għall-kundizzjonijiet nazzjonali u, b’mod partikolari, għall-possibbiltà li l-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jaċċettaw il-liċenzji FLEGT mad-dħul fl-Unjoni jistgħu jkunu l-awtoritajiet doganali jew korp amministrattiv ieħor. Għal din ir-raġuni, id-deskrizzjoni tal-proċess taqsam il-verifika f’żewġ stadji: (1) il-kontrolli fuq dokumenti tal-liċenzji u (2) kontrolli fiżiċi tal-konformità tal-konsenja attwali meta mqabbla mal-liċenzja FLEGT.

L-għan ta’ din il-proċedura huwa li tissupplimenta l-kontrolli mwettqa mill-Honduras u li tivverifika li l-liċenzji FLEGT ippreżentati mad-dħul fl-Unjoni huma dawk li kienu maħruġa kif dovut u rreġistrati mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji FLEGT Tal-Honduras, u li jkopru l-konsenji intenzjonati mill-awtoritajiet Tal-Honduras. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jindirizzaw il-mistoqsijiet tagħhom fir-rigward tas-sistema biex tiġi żgurata l-legalità u l-validità tal-liċenzji FLEGT Tal-Honduras lill-Kumitat Konġunt ta’ Implimentazzjoni (KKI) f’konformità mal-Artikoli 9, 11, 19 u 24 ta’ dan il-Ftehim, soġġett għall-proċeduri tat-talba għal informazzjoni għall-awtoritajiet kompetenti stipulati fl-Artikolu 3 ta’ dan l-Anness.

ARTIKOLU 1

Proċessar tal-liċenzji FLEGT

1.   Il-liċenzja FLEGT għandha tkun ippreżentata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-Unjoni li fih il-konsenja koperta minn dik il-liċenzja FLEGT tkun iddikjarata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera (3). Dan jista’ jsir b’mod elettroniku jew permezz ta’ mezzi veloċi oħra.

2.   L-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom, skont il-proċeduri nazzjonali applikabbli, jinfurmaw lill-awtoritajiet doganali malli tkun ġiet aċċettata liċenzja FLEGT.

ARTIKOLU 2

Kontrolli fuq il-validità tad-dokumentazzjoni tal-liċenzja FLEGT

1.   Liċenzji FLEGT bil-karti għandhom jimxu mal-mudell deskritt fl-Anness IV. Kwalunkwe liċenzja FLEGT li ma tissodisfax ir-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness IV ikunu invalidi.

2.   Liċenzja FLEGT għandha titqies nulla jekk tiġi ddepożitata f’data aktar tard mid-data tal-iskadenza indikata fil-liċenzja.

3.   Kwalunkwe tħassir jew bdil f’liċenzja FLEGT ma għandux ikun aċċettat sakemm dan it-tħassir jew bdil ma jkunux ġew validati mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji.

4.   L-estensjoni tal-validità ta’ liċenzja FLEGT ma għandhiex tkun aċċettata sakemm l-estensjoni ma tkunx ġiet vvalidata mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji.

5.   Liċenzja FLEGT duplikata jew ta’ sostituzzjoni ma għandhiex tiġi aċċettata sakemm ma jkunux inħarġu u ġew validati mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji.

ARTIKOLU 3

Talba għal informazzjoni addizzjonali

1.   Jekk ikun hemm dubju dwar il-validità jew l-awtentiċità ta’ liċenzja, liċenzja FLEGT duplikata jew ta' sostituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji.

2.   Kopja tal-liċenzja FLEGT, il-liċenzja FLEGT duplikata jew ta’ sostituzzjoni kkonċernati jistgħu jintbagħtu flimkien mat-talba.

3.   Jekk ikun meħtieġ, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji FLEGT tista’ tirtira l-liċenzja FLEGT u toħroġ kopja kkoreġuta awtentikata mill-approvazzjoni ttimbrata “Duplicado” (Duplikata) u tibgħatha lill-awtorità kompetenti.

ARTIKOLU 4

Verifika tal-konformità tal-liċenzja FLEGT mal-konsenja

1.   Jekk aktar verifiki tal-konsenja jkunu meqjusa neċessarji qabel l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiddeċiedu jekk liċenzja FLEGT tistax tiġi aċċettata jew le, jistgħu jsiru verifiki sabiex jiġi stabbilit jekk il-konsenja kkonċernata hix konformi mal-informazzjoni pprovduta fil-liċenzja FLEGT u mar-rekords relatati mal-liċenzja rilevanti li huma miżmuma mill-awtorità tal-liċenzji.

2.   Fejn il-volum jew il-piż tal-prodotti tal-injam li jinsabu fil-konsenja ppreżentata sabiex tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera ma jvarjax b’aktar minn 10 % mill-volum jew il-piż indikat fil-liċenzja FLEGT korrispondenti, il-konsenja għandha tiġi kkunsidrata konformi mal-informazzjoni pprovduta fil-liċenzja FLEGT sa fejn huwa kkonċernat il-volum jew il-piż.

3.   F’każ ta’ dubju dwar jekk il-konsenja tikkonformax mal-liċenzja FLEGT, l-awtorità kompetenti kkonċernata tista’ tfittex aktar kjarifika mill-awtorità tal-liċenzjar.

4.   L-awtorità tal-liċenzjar tista’ titlob lill-awtorità kompetenti sabiex tibgħat kopja tal-liċenzja FLEGT jew il-liċenzja ta’ sostituzzjoni FLEGT inkwistjoni.

5.   Jekk ikun meħtieġ, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tista’ tirtira l-liċenzja FLEGT u toħroġ kopja kkoreġuta awtentikata mill-approvazzjoni ttimbrata “Duplicado” (Duplikata) u tibgħatha lill-awtorità kompetenti.

6.   Jekk l-awtorità kompetenti ma tirċievi l-ebda risposta fi żmien 21 jum ta’ xogħol mit-talba għal aktar kjarifika, kif previst fl-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim, l-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta l-liċenzja u għandha taġixxi skont il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri applikabbli.

7.   Liċenzja FLEGT ma għandhiex tiġi aċċettata jekk ikun ġie stabbilit, wara li tingħata informazzjoni addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ dan l-Anness jew verifika ulterjuri f’konformità ma’ dan l-Artikolu, li l-liċenzja FLEGT ma tikkorrespondix għall-konsenja.

ARTIKOLU 5

Verifika qabel il-wasla tal-konsenja

1.   Liċenzja FLEGT tista’ tiġi ppreżentata qabel il-wasla tal-konsenja li din tkopri.

2.   Liċenzja FLEGT għandha tiġi aċċettata jekk tissodisfa r-rekwiżiti kollha stipulati fl-Anness IV u l-ebda verifika oħra skont l-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ dan l-Anness ma tkun meqjusa meħtieġa.

ARTIKOLU 6

Kwistjonijiet oħra

1.   L-ispejjeż imġarrba waqt li l-verifika tkun qed tiġi kompletata għandhom jitħallsu mill-importatur, minbarra fejn il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri applikabbli tal-Istat Membru tal-Unjoni kkonċernat jiddeterminaw mod ieħor.

2.   Fejn ikun hemm nuqqas ta’ ftehim jew diffikultajiet persistenti li jinħolqu mill-verifika tal-liċenzji FLEGT, il-kwistjoni tista’ tiġi rriferita lill-KKI.

ARTIKOLU 7

Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera

1.   Fil-kaxxa 44 tad-Dokument Amministrattiv Uniku li fuqu ssir d-dikjarazzjoni fid-dwana għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, għandha ssir referenza għan-numru tal-liċenzja li tkopri l-prodotti tal-injam suġġetti għad-dikjarazzjoni.

2.   Fejn id-dikjarazzjoni doganali issir permezz ta’ mezzi elettroniċi, ir-referenza għandha tiġi provduta fil-kaxxa xierqa.

3.   L-injam u l-prodotti tal-injam għandhom jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera biss wara li jitlestew il-proċeduri deskritti f’dan l-Anness.


(1)  ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1024/2008 tas-17 ta' Ottubru 2008 li jistabbilixxi miżuri ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 dwar il-ħolqien ta’ skema ta’ liċenzji FLEGT għall-importazzjonijiet ta’ injam fil-Komunità Ewropea (ĠU L 277, 18.10.2008, p. 23).

(3)  Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera huwa proċedura doganali tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 201(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jinvolvi: (a) il-ġbir ta’ kwalunkwe dazju fuq l-importazzjoni dovut; (b) il-ġbir, kif xieraq, ta’ imposti oħrajn, kif ipprovdut mill-provvedimenti rilevanti fis-seħħ marbuta mal-ġbir ta’ dawk l-imposti; (c) l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ politika kummerċjali u projbizzjonijiet u restrizzjonijiet sakemm ma jkunux iridu jkunu applikati fi stadju iktar bikri (f’dan il-każ speċifiku għandu jkun verifikat teżistix liċenzja FLEGT); u (d) it-twettiq tal-formalitajiet l-oħrajn stabbiliti fir-rigward tal-importazzjoni tal-merkanzija. Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa jagħti lill-merkanzija mhux tal-Unjoni l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni.


ANNESS IV

PROĊEDURA GĦALL-ĦRUĠ TA’ LIĊENZJI FLEGT

ARTIKOLU 1

Rekwiżiti ġenerali għal-liċenzji FLEGT

1.   Prodotti tal-injam mill-Honduras li huma mniżżlin fl-Anness I jeħtieġu liċenzja FLEGT biex jidħlu fl-Unjoni.

2.   Il-liċenzja FLEGT tinħareġ mill-Instituto de Conservación y Desarrollo Forestal, Áreas Protegidas y Vida Silvestre (ICF) u tikkonferma li l-konsenja tal-prodotti tal-injam għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni ġiet prodotta legalment u vverifikata f’konformità mal-kriterji u l-proċeduri stipulati f’dan il-Ftehim.

3.   Il-liċenzji FLEGT se jinħarġu f’forma ta’ karta jew elettronika.

4.   Liċenzja FLEGT tinħareġ għal kull konsenja minn kull esportatur għall-ewwel punt ta’ dħul fl-Unjoni.

5.   Il-liċenzji FLEGT bil-karti u elettroniċi se jinkludu l-informazzjoni speċifikata fl-Appendiċi 1, li trid timtela f’konformità mal-istruzzjonijiet mogħtija fl-Appendiċi 2.

6.   Qabel l-iżdoganar tal-merkanzija, l-applikant jippreżenta lill-awtorità doganali l-liċenzja FLEGT biex jesporta lejn l-Unjoni, jew il-liċenzja H-legal biex jesporta għal destinazzjonijiet oħra, u jehmeż id-dokumenti meħtieġa l-oħrajn. Il-proċeduri tal-ħruġ ta’ liċenzja FLEGT jew il-liċenzja H-legal u r-relazzjoni tagħha mad-dikjarazzjoni doganali unika (DUA) se tiġi żviluppata fil-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

7.   Ladarba l-liċenzja FLEGT tiskadi tiġi kkunsidrata nulla.

8.   Għal konsenji li jinkludu tipi differenti ta’ prodotti tal-injam, li dwarhom ma jkunx possibbli li tiġi inkluża l-informazzjoni meħtieġa indikata fil-formola stabbilita fit-Taqsima 1 tal-Appendiċi 1, jista’ jiżdied anness awtorizzat mal-liċenzja FLGET bl-informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva speċifikata fit-taqsima 2 tal-Appendiċi 1.

9.   L-anness awtorizzat f’konformità mal-paragrafu 8 se jkun jinkludi informazzjoni dwar id-deskrizzjoni tal-konsenja li ma toqgħodx fil-kaxex rilevanti fil-format stabbilit fit-Taqsima 1 tal-Appendiċi 1.

10.   Jekk l-informazzjoni kwalitattiva tingħata f’Anness (paġni addizzjonali), il-kaxex relevanti fil-liċenzja FLEGT ma għandhomx jagħtu l-informazzjoni dwar il-konsenja iżda jirreferu għall-Anness (paġni addizzjonali).

11.   Ir-rekwiżiti u l-proċeduri għall-estensjoni tal-validità u d-definizzjoni tal-irtirar, is-sostituzzjoni u l-ġestjoni tal-liċenzji FLEGT se jkunu żviluppati tul il-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Il-proċeduri għall-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT se jkunu magħmulin pubbliċi.

12.   Il-Gvern tal-Honduras se jipprovdi lill-Unjoni b’kampjun ta’ liċenzja FLEGT awtentikata, eżempji tat-timbri tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji u l-firem tal-persunal awtorizzat.

13.   Il-liċenzji FLEGT oriġinali, duplikati u ta’ sostituzzjoni mhux se jitqiesu validi u ma jiġux aċċettati jekk il-mezz li dawn jinħarġu kif stabbilit f’dan l-anness ikun mibdul jew modifikat.

14.   Għal-liċenzji FLEGT approvati kollha, l-oriġinali u t-tipi kollha ta’ kopji se jinħarġu lill-esportatur f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 2

Responsabbiltà tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji FLEGT

1.   L-awtorità li toħroġ il-liċenzji fil-Honduras hija l-ICF permezz tal-Unità tal-Liċenzji FLEGT. L-Unità ta’ Verifika tal-Legalità tal-ICF hija responsabbli biex tivverifika l-konformità legali.

2.   L-awtorità li toħroġ il-liċenzji hija responsabbli għall-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Honduras u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-Unjoni, u awtoritajiet Tal-Honduras oħrajn b’responsabbiltà għal kwistjonijiet assoċjati mal-liċenzji FLEGT.

3.   L-awtorità li toħroġ il-liċenzji tista’ testendi l-perjodu ta’ validità (darba biss) sa mhux aktar minn tliet (3) xhur fuq talba tal-esportatur. Meta testendi l-liċenzja FLEGT, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji se ddaħħal u tivvalida d-data ta' skadenza l-ġdida.

4.   L-awtorità li toħroġ il-liċenzji se tuża metodu li ma jistax jitbagħbas biex tiżgura l-awtentiċità tal-liċenzji FLEGT u tevita tħassir jew alterazzjonijiet.

5.   L-awtorità li toħroġ il-liċenzji se tistabbilixxi sistemi biex jinżammu reġistri stampati u elettroniċi sabiex tirrispondi għall-applikazzjoni tal-esportatur, filwaqt li tqis il-post ġeografiku tiegħu. L-iskema ta’ liċenzjar FLEGT gradwalment se tiġi konnessa mas-Sistema ta’ Punt Uniku ta’ Kuntatt għall-Kummerċ Barrani tal-Honduras (Sistema de Ventanilla Única de Comercio Exterior de Honduras, VUCEH), fejn il-kundizzjonijiet jippermettu li dan isir.

6.   F’kull każ, sew jekk il-validità tal-liċenzja FLEGT tiġi estiża jew il-liċenzja tiġi rtirata jew sostitwita, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-Unjoni rilevanti.

7.   L-awtorità li toħroġ il-liċenzji se timmaniġġja bażi tad-data għall-applikazzjonijiet li tirċievi, il-liċenzji FLEGT maħruġin u l-applikazzjonijiet miċħuda.

ARTIKOLU 3

Proċedura għall-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT

1.   Il-proċedura biex tiġi żgurata l-legalità tal-prodotti, f’konformità mal-Anness V, se ssir qabel ma tinħareġ il-liċenzja FLEGT. Il-passi biex jiġu mmaniġġjati l-liċenzji FLEGT huma deskritti iktar ’l isfel (ara l-Figura 1).

(a)

Biex jikseb liċenzja FLEGT, l-esportatur jippreżenta:

applikazzjoni għal liċenzja FLEGT u

fattura tal-esportazzjoni awtorizzata mis-Servizz tal-Amministrazzjoni tad-Dħul (SAR).

(b)

Meta tirċievi l-applikazzjoni, l-Unità tal-Liċenzji FLEGT ser:

(i)

tiċċekkja mal-Unità tal-Verifika tal-Legalità li l-parti interessata (l-esportatur) tissodisfa l-indikaturi rilevanti kollha tad-definizzjoni ta’ legalità;

(ii)

tiċċekkja li r-rekwiżit ta’ legalità jkun ġie ssodisfat fil-katina ta’ provvista għal dik il-konsenja.

(c)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura dwar il-konformità mal-indikaturi kollha applikabbli tat-tabelli tal-legalità u r-rekwiżiti tal-katina ta’ provvista, l-Unità ta’ Verifika tal-Legalità se tiddetermina jekk ir-rekwiżiti ta’ legalità jkunux ġew issodisfati jew le u tipprovdi lill-Unità tal-Liċenzji FLEGT b'dan li ġej:

(i)

jekk l-operatur ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-legalità, opinjoni li tispjega r-raġunijiet għala, li tippermetti lill-Unità tal-Liċenzji FLEGT biex tinforma lill-applikant li l-applikazzjoni tkun ġiet miċħuda;

(ii)

jekk l-operatur jissodisfa r-rekwiżiti ta’ legalità, deċiżjoni ta’ “l-ebda oġġezzjoni” li għandha tintuża mill-Unità tal-Liċenzji FLEGT.

(d)

Fuq il-bażi tal-applikazzjoni, id-dokumenti ta' sostenn u d-deċiżjoni tal-Unità tal-Verifika Legali dwar il-konformità legali, l-Unità tal-Liċenzji FLEGT toħroġ jew tiċħad il-liċenzja FLEGT.

(e)

L-informazzjoni kollha marbuta mal-għoti ta’ liċenzja FLEGT tiddaħħal f’bażi tad-data speċjali.

2.   Il-prodotti tal-injam kollha msemmija fl-Anness I, inklużi l-kampjuni u prodotti għall-wiri, ikunu soġġetti għall-iskema ta’ liċenzjar FLEGT meta jiġu esportati għas-suq tal-Unjoni.

Image 2

ARTIKOLU 4

Speċifikazzjonijiet tekniċi għal-liċenzji FLEGT stampati

1.   Il-liċenzji FLEGT stampati jridu jimxu mal-format fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness.

2.   Id-daqs tal-karta jkun A4. Il-karta jkollha marki tal-ilma li juru logos differenti, inkluż l-arma jew l-emblema tal-Honduras, minbarra t-timbru.

3.   Il-liċenzji FLEGT jimtlew bil-magna jew bil-kompjuter. Jistgħu jimtlew bl-idejn, jekk ikun meħtieġ.

4.   L-awtorità li toħroġ il-liċenzji FLEGT se tuża timbru tal-metall, idealment magħmul mill-azzar. Madankollu, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji FLEGT tista’ tuża stampa b’tipa mbuzzata b’ittri u ċifri kkombinati, miksuba permezz ta’ perforazzjoni.

5.   L-awtorità li toħroġ il-liċenzji FLEGT se tuża metodu li ma jkunx suxxettibbli għat-tbagħbis biex tirreġistra l-kwantità mdaħħla b’ċifri u ittri, b’tali mod li jkun impossibbli li jiddaħħlu ċifri jew referenzi addizzjonali.

6.   Il-formola mhu se jkollha l-ebda tħassir jew tibdil, sakemm dak it-tħassir jew tibdil ma jkunx ġie awtentikat bit-timbru u l-firma tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji FLEGT.

7.   Il-liċenzja FLEGT timtela u tiġi stampata bl-Ispanjol.

ARTIKOLU 5

Format għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT

1.   Il-liċenzji FLEGT jistgħu jinħarġu bis-sistema kompjuterizzata fi ħdan is-Sistema ta’ Assigurazzjoni ta’ Legalità tal-Honduras għall-Prodotti tal-Injam (SAL).

2.   Għall-Istati Membri tal-Unjoni li mhumiex konnessi mas-sistema kompjuterizzata, se jkun hemm disponibbli liċenzja FLEGT stampata.

ARTIKOLU 6

Kopji tal-liċenzja FLEGT

1.   Il-liċenzja FLEGT se tikkonsisti minn dokument oriġinali wieħed u ħames kopji.

2.   L-oriġinal se jingħata lid-detentur tal-liċenzja FLEGT.

3.   Il-ħames kopji nnumerati se jintużaw kif ġej:

(a)

Kopja 1: se tinżamm mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji FLEGT għall-finijiet ta’ verifika futuri;

(b)

Kopja 2: takkumpanja l-konsenja. Din tingħata lid-detentur tal-liċenzja FLEGT biex tintbagħat mal-konsenja lix-xerrej tal-prodott biex tingħata lill-awtorità doganali tal-Istat Membru li fih il-konsenja koperta mil-liċenzja tasal għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera;

(c)

Kopja 3: tingħata lid-detentur tal-liċenzja FLEGT biex tintbagħat lix-xerrej biex tingħata lill-awtoritajiet responsabbli għal-liċenzji FLEGT tal-Istat Membru li fih il-konsenja koperta mil-liċenzja tasal għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera;

(d)

Kopja 4: hija għall-awtoritajiet doganali Tal-Honduras għall-finijiet tal-kontroll tal-esportazzjoni.

(e)

Kopja 5: tingħata lid-detentur tal-liċenzja FLEGT, għall-arkivji tiegħu.

ARTIKOLU 7

Validità, irtirar u sostituzzjoni tal-liċenzja FLEGT

1.   Validità u estensjoni tal-liċenzja FLEGT

Il-liċenzji FLEGT ikunu validi mid-data tal-ħruġ u jibqgħu validi għal sitt (6) xhur mid-data tal-ħruġ. Id-data tal-iskadenza tiġi indikata fuq il-liċenzja FLEGT.

2.   Irtirar tal-liċenzja FLEGT

2.1

Liċenzja FLEGT ma tibqax valida u jenħtieġ li tintradd lura lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji jekk il-prodotti koperti minnha jintilfu jew jinqerdu waqt it-trasportazzjoni qabel ma jaslu fl-Unjoni.

2.2

Liċenzja FLEGT tiġi rtirata fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

Għal kull ksur imwettaq mill-esportatur marbut mal-konsenja u identifikat wara li tkun inħarġet il-liċenzja FLEGT;

(b)

Meta ma tkunx saret esportazzjoni u l-benefiċjarju ma talabx estensjoni.

2.3

L-esportatur jista’ wkoll irodd il-liċenzja lura minn jeddu, jekk jiddeċiedi li ma jużahiex.

3.   Sostituzzjoni tal-liċenzja FLEGT

3.1

Jekk l-oriġinal u/jew il-kopji tal-liċenzja għall-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni jintilfu, jinsterqu jew jinqerdu, id-detentur tal-liċenzja FLEGT jew rappreżentant tiegħu jista’ japplika mal-awtorità li toħroġ il-liċenzji għal sostituzzjoni jekk jagħti prova tat-telf, is-serq jew il-qerda tal-oriġinal u/jew tal-kopji.

3.2

L-awtorità li toħroġ il-liċenzji toħroġ liċenzja FLEGT ta’ sostituzzjoni wara li tkun irċeviet u eżaminat it-talba tad-detentur tal-liċenzja.

3.3

Il-Gvern tal-Honduras se jipprovdi lill-Unjoni b’kampjun ta’ liċenzja FLEGT awtentikata, eżempji tat-timbri tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji u l-firem tal-persunal awtorizzat.

3.4

Il-liċenzja ta’ sostituzzjoni se jkun fiha l-informazzjoni u l-entrati li jidhru fil-liċenzja FLEGT oriġinali, inkluż in-numru tal-liċenzja. Il-liċenzja ta’ sostituzzjoni FLEGT ikollha l-kitba "licencia de sustitución" (liċenzja ta’ sostituzzjoni).

3.5

Jekk il-liċenzja FLEGT li tkun intilfet jew insterqet tinstab, ma tistax tintuża u trid tintradd lura lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji.

ARTIKOLU 8

Ġestjoni tal-ksur marbut mal-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT

Fil-każ li jkun hemm xi ksur jew informazzjoni frodulenti relatata mal-prodotti tal-injam, kwalunkwe falsifikazzjoni, alterazzjoni jew modifika tal-informazzjoni fuq liċenzja FLEGT, jew ksur tar-regolamenti li jkopru l-iskema ta’ liċenzjar FLEGT, se jittieħdu miżuri amministrattivi jew legali skont il-gravità tal-ksur u skont il-leġiżlazzjoni tal-Honduras.

ARTIKOLU 9

Dubji dwar il-validità u l-awtentiċità ta’ liċenzja FLEGT

1.   Jekk ikun hemm xi dubju dwar il-validità jew l-awtentiċità ta’ liċenzja FLEGT, ta’ kopja jew ta’ liċenzja ta’ sostituzzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ tiċċekkja fis-sistema jew titlob informazzjoni addizzjonali mingħand l-awtorità li toħroġ il-liċenzji FLEGT. L-awtorità li toħroġ il-liċenzji FLEGT biss se jkollha r-responsabbiltà u s-setgħa li tagħti informazzjoni dwar il-validità jew l-awtentiċità tal-liċenzja.

2.   Jekk tqis li jkun meħtieġ, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jibagħtulha kopja tal-liċenzja FLEGT jew tad-dokument ta’ sostituzzjoni inkwistjoni.

3.   Jekk tqis li jkun meħtieġ, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji FLEGT se tirtira l-liċenzja u toħroġ kopja kkoreġuta awtentikata bil-kitba ttimbrata “Duplicado” (Duplikata) u tibgħatha lill-awtorità kompetenti.

4.   Jekk il-validità tal-liċenzja FLEGT tiġi kkonfermata, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji minnufih tavża lill-awtorità kompetenti b’mezz elettroniku. Il-kopji li jintraddu lura se jiġu awtentikati kif xieraq mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji FLEGT.

5.   Jekk il-liċenzja inkwistjoni ma tkunx valida, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji se tavża lill-awtorità kompetenti, preferibbilment b’mezz elettroniku.

6.   Jekk ikun hemm xi dubju dwar l-awtentiċità u l-validità ta’ liċenzja FLEGT, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji hija meħtieġa twieġeb għall-mistoqsijiet mill-awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet tal-Honduras oħrajn, u li tagħti informazzjoni addizzjonali u kjarifiki fejn mitluba.


Appendiċi 1

1.   

Format tal-Liċenzja FLEGT

Image 3

2.   

Informazzjoni addizzjonali dwar il-konsenji

L-informazzjoni li ġejja tikkonċerna l-liċenzja FLEGT.

Numru tal-oġġett

Deskrizzjoni kummerċjali tal-injam jew tal-prodotti tal-injam

Kodiċi NM

Ismijiet komuni u xjentifiċi

Pajjiż tal-ħsad

Kodiċi ISO tal-pajjiż tal-ħsad

Volum (m3)

Piż (kg)

Għadd ta’ unitajiet

1

 

 

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

 

 

 

4

 

 

 

 

 

 

 

 

5

 

 

 

 

 

 

 

 

6

 

 

 

 

 

 

 

 

7

 

 

 

 

 

 

 

 

8

 

 

 

 

 

 

 

 

9

 

 

 

 

 

 

 

 

10

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Post tal-ħruġ

Data (jum/xahar/sena)

Il-firma u t-timbru tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji FLEGT

 

 

 


Appendiċi 2

STRUZZJONIJIET BIEX TIMTELA L-FORMOLA

Aspetti ġenerali

Imla b'ittri kbar

Il-kodiċijiet ISO għall-pajjiżi jirreferu għall-kodiċi tal-pajjiż internazzjonali standard b’żewġ ittri.

Kaxxa 1

L-awtorità li toħroġ il-liċenzji FLEGT

Daħħal l-isem u l-indirizz tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji FLEGT.

Kaxxa 2

Importatur

Isem u Indirizz l-Importatur.

Kaxxa 3

Numru tal-liċenzja FLEGT

Daħħal in-numru tal-ħruġ.

Kaxxa 4

Data ta’ skadenza

Perjodu ta' validità tal-liċenzja FLEGT

Kaxxa 5

Pajjiż esportatur

Il-pajjiż sieħeb li minnu l-prodotti tal-injam ġew esportati lejn l-Unjoni.

Kaxxa 6

Kodiċi ISO

Daħħal il-kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ittri tal-pajjiż sieħeb indikat fil-kaxxa 5.

Kaxxa 7

Mezz tat-trasport

Għid liema mezzi tat-trasport intużaw sal-punt tal-esportazzjoni.

Kaxxa 8

Detentur tal-liċenzja FLEGT

Indika l-isem u l-indirizz tal-esportatur.

Kaxxa 9

Deskrizzjoni kummerċjali tal-injam jew tal-prodotti tal-injam

Daħħal id-deskrizzjoni kummerċjali tal-prodott(i) tal-injam.

Kaxxa 10

Kodiċi SA

Agħti l-kodiċi tal-prodott b’erba’ jew sitt ċifri stabbilit taħt is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija.

Kaxxa 11

Ismijiet komuni u xjentifiċi

Daħħal l-ismijiet komuni u xjentifiċi tal-ispeċi ta’ injam użati fil-prodott. Jekk tintuża aktar minn kategorija waħda fil-prodott, uża linja separata għal kull waħda. L-informazzjoni tista’ titħalla barra għal prodotti komposti jew komponenti li jkun fihom iktar minn kategorija waħda li ma tkunx tista’ tiġi identifikata (pereżempju ċippbord).

Kaxxa 12

Pajjiż tal-ħsad

Daħħal il-pajjiżi li fih il-kategoriji tal-injam imsemmija fil-kaxxa 10 inħasdu. Jekk intużat iktar minn kategorija waħda fil-prodott, agħti s-sorsi kollha tal-injam użat.

L-informazzjoni tista’ titħalla barra għal prodotti komposti jew komponenti li jkun fihom iktar minn kategorija waħda li ma tkunx tista’ tiġi identifikata (pereżempju ċippbord).

Kaxxa 13

Kodiċijiet ISO

Daħħal il-kodiċi ISO tal-pajjiżi msemmija fil-kaxxa 12.

L-informazzjoni tista’ titħalla barra għal prodotti komposti jew komponenti li jkun fihom iktar minn kategorija waħda li ma tkunx tista’ tiġi identifikata (pereżempju ċippbord).

Kaxxa 14

Volum (m3)

Agħti l-volum totali f’m3. Din l-informazzjoni tista’ titħalla barra, dment li l-informazzjoni msemmija fil-kaxxa 15 ma tkunx tħalliet barra.

Kaxxa 15

Piż nett (kg)

Agħti l-piż totali f’kg, jiġifieri l-massa netta tal-prodotti tal-injam mingħajr kontenituri immedjati jew xi imballaġġ, għajr il-latti, is-separaturi, stikers, eċċ. Din l-informazzjoni tista’ titħalla barra, dment li ma tkunx tħalliet barra l-informazzjoni msemmija fil-kaxxa 14.

Kaxxa 16

Għadd ta’ unitajiet

Indika l-għadd ta’ unitajiet, fejn prodott immanifatturat ikun kwantifikat l-aħjar b’dan il-mod. Din l-informazzjoni tista’ titħalla barra.

Kaxxa 17

Marki distintivi

Indika kwalunkwe marki ta’ distinzjoni fejn xieraq, pereżempju n-numru tal-lott, in-numru tal-polza ta' kargu. Din l-informazzjoni tista’ titħalla barra.

Kaxxa 18

Il-firma u t-timbru tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji FLEGT

Il-kaxxa trid tiġi ffirmata mill-uffiċjal awtorizzat u ttimbrata bit-timbru uffiċjali tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji FLEGT. Il-post u d-data wkoll iridu jkunu ddikjarati.


ANNESS V

SISTEMA TA’ ASSIGURAZZJONI TAL-LEGALITÀ (SAL) TAL-HONDURAS GĦALL-PRODOTTI TAL-INJAM

Werrej

1.

INTRODUZZJONI

1.1

Kuntest Ġenerali

1.2

Għan tas-SAL

1.3

Għodod u elementi ġodda għat-titjib tal-ġestjoni forestali

2.

QAFAS ĠURIDIKU HONDURJAN APPLIKABBLI GĦAS-SAL

2.1

Konvenzjonijiet u trattati internazzjonali

2.2

Konvenzjonijiet u trattati reġjonali

2.3

Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali

2.4

Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar is-suq tax-xogħol

2.5

Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-ħlas tat-taxxi statali u muniċipali għall-esportazzjoni tal-prodotti tal-injam

2.6

Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar proċeduri amministrattivi, mekkaniżmi ta' trasparenza u l-parteċipazzjoni pubblika

2.7

Leġiżlazzjoni nazzjonali applikata mill-uffiċjali ġudizzjarji

3.

ELEMENTI TAS-SAL

3.1

Definizzjoni tal-legalità

3.2

Verifika tal-konformità mad-definizzjoni ta’ legalità

3.3

Kontrolli fil-katina ta’ provvista

3.4

Il-proċess tal-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT u H-Legal

3.5

Awditjar indipendenti

4.

QAFAS ISTITUZZJONALI U R-RWOL TAL-ATTURI INVOLUTI FL-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SAL

4.1

Atturi involuti fl-implimentazzjoni tas-SAL

4.2

Istituzzjonijiet statali

4.2.1

L-Istitut Nazzjonali għall-Konservazzjoni u l-Iżvilupp tal-Foresti, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa (ICF)

4.2.2

Is-Servizz tal-Amministrazzjoni tad-Dħul (SAR)

4.2.3

Muniċipalitajiet

4.2.4

L-Istitut tal-Proprjetà (IP)

4.2.5

Is-Segretarjat tax-Xogħol u s-Sigurtà Soċjali (STSS)

4.2.6

L-Istitut Hondurjan tas-Sigurtà Soċjali (IHSS)

4.2.7

Il-Ministeru tal-Enerġija, tar-Riżorsi Naturali, tal-Ambjenti u l-Mini (MiAmbiente)

4.2.8

L-Istitut Nazzjonali Agrarju (INA)

4.2.9

Il-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Bhejjem (SAG)

4.2.10

Is-Sottodirettorat tad-Dħul Doganali (DARA)

4.2.11

Istituzzjonijiet tal-gvern involuti indirettament

4.3

Is-settur forestali privat

4.4

Organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

4.4.1

Organizzazzjonijiet lokali

4.4.2

Organizzazzjonijiet tal-iżvilupp nongovernattivi

4.5

Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras

4.6

Bini tal-kapaċitajiet

5.

KOPERTURA/KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAS-SAL

5.1

Prodotti tal-injam inklużi fis-SAL

5.2

Swieq koperti mis-SAL

5.3

Sorsi ta’ injam koperti mis-SAL

5.3.1

Injam maħsud fil-Honduras

5.3.2

Injam importat

5.3.3

Injam li mhux kopert minn dan il-Ftehim

5.4

Ambitu tal-operaturi inklużi fis-SAL

6.

IL-VERIFIKA TA’ KONFORMITÀ MAD-DEFINIZZJONI TAL-LEGALITÀ

6.1

Prinċipji tal-verifika tal-legalità

6.1.1

Istituzzjonijiet involuti fil-verifika tal-legalità

6.1.2

Proċeduri ta’ verifika bbażati fuq it-tabelli tal-legalità

6.1.3

Ħżin tal-mezzi ta’ verifika tal-legalità

6.1.4

Sistemi ta’ informazzjoni u funzjonalitajiet ta’ verifika

6.1.5

Il-priċipju tal-ġestjoni tar-riskju

6.1.6

Awditu tal-legalità li jirriżulta f’ċertifikat tal-konformità legali

6.2

Obbligu tal-operaturi fir-rigward tal-verifika tal-legalità

7.

VERIFIKA TAL-KATINA TAL-PROVVISTA TAL-INJAM U TAL-PRODOTTI TAL-INJAM

7.1

Prinċipji ta’ verifika tal-katina tal-provvista

7.2

Identifikazzjoni tal-prodotti tal-injam

7.3

Dikjarazzjoni tal-informazzjoni dwar il-katina ta’ provvista mill-operaturi

7.4

Verifika ta’ prodotti tal-injam importati

7.5

Verifika ta’ prodotti tal-injam fi tranżitu

7.6

Verifika ta’ prodotti tal-injam ikkonfiskati

7.7

Verifika ta’ prodotti tal-injam li oriġinaw minn art soġġetta għal bidla fl-użu

8.

RIKONOXXIMENT TA’ ĊERTIFIKAZZJONI PRIVATA

9.

TRATTAMENT TA’ KAŻI TA’ NUQQAS TA’ KONFORMITÀ MAS-SAL

10.

MEKKANIŻMI BIEX IKUNU TTRATTATI L-ILMENTI

10.1

Introduzzjoni

10.2

Objettivi

10.3

Tipi ta’ mekkaniżmi biex jiġu ttrattati l-ilmenti

10.4

Il-prinċipji u l-istabbiliment tal-mekkaniżmi biex jiġu ttrattati l-ilmenti

11.

MEKKANIŻMI TA’ KONSULTAZZJONI, TA’ PARTEĊIPAZZJONI U TA’ KOORDINAZZJONI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SAL

11.1

Kumitat Konġunt ta’ Implimentazzjoni

11.2

Kumitat Tekniku

11.3

Segretarjat Interistituzzjonali għall-Implimentazzjoni tal-VPA-FLEGT

11.4

Strateġija Nazzjonali kontra l-Qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u r-rabtiet tagħha mal-VPA-FLEGT

12.

MIŻURI TA’ INĊENTIV, PROMOZZJONALI, TA’ SALVAGWARDJA U TA’ MITIGAZZJONI MFASSLIN BIEX JINVOLVU LILL-ATTURI DIFFERENTI FL-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SAL

Appendiċi 1

Ħoloq fil-katina ta’ provvista (foresta tal-arżnu)

Appendiċi 2

Ħoloq fil-katina ta’ provvista (foresta tal-weraq wiesa’)

1.   INTRODUZZJONI

1.1   Kuntest Ġenerali

L-Amerka Latina għandha l-ogħla rata ta’ deforestazzjoni fid-dinja u l-Honduras għandu waħda mill-ogħla rati annwali ta’ deforestazzjoni fir-reġjun. Id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti għandhom firxa ta’ kawżi, li fosthom jispikkaw: it-tkabbir tal-agrikoltura għat-trobbija estensiva tal-baqar u t-twaqqif ta’ monokulturi (bħal palm taż-żejt), qtugħ illegali tas-siġar biex jinfetħu mergħat, nirien forestali u l-ħsad insostenibbli.

Ir-riperkussjonijiet u l-effetti negattivi li naraw bil-qerda u d-deterjorament tal-foresti tort tal-qtugħ illegali tas-siġar, u l-bdil tal-foresta pluvjali f’art agrikola, iwasslu għat-tfaqqir tal-bijodiversità u l-limitazzjoni jew it-telf tar-reżiljenza naturali tal-ekosistemi forestali. Hemm ukoll it-telf finanzjarju li jirriżulta mit-tariffi li ma jitħallsux u l-evażjoni tat-taxxa.

1.2   L-objettiv tas-Sistema ta’ Assigurazzjoni ta’ Legalità tal-Honduras għall-Prodotti tal-Injam (SAL)

L-objettiv tas-SAL huwa li ttejjeb il-governanza fis-settur forestali tal-pajjiż, billi tiżgura l-konformità legali stretta mill-operaturi kollha fil-katina tal-provvista forestali.

L-objettiv ikopri l-assenjament tad-drittijiet tal-użu tal-foresti, il-ħsad tal-materja prima, it-trasport tal-injam, l-ipproċessar primarju, l-ipproċessar sekondarju u l-kummerċ fi prodotti tal-injam, kemm fis-suq domestiku kif ukoll dak internazzjonali, fuq il-bażi tal-applikazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni eżistenti ut-titjib tas-sistemi ta’ kontroll tal-gvern diġà eżistenti.

1.3   Għodod u elementi ġodda għat-titjib tal-ġestjoni forestali.

Minkejja li l-ħruġ ta' liċenzji tal-injam legali skont il-FLEGT huwa objettiv ewlieni tan-negozjar u l-implimentazzjoni tal-VPA, mhuwiex l-uniku riżultat mistenni. Biex jinħarġu dawn il-liċenzji, u biex jissodisfaw l-aspettattivi tal-Honduras u tal-UE rigward il-governanza forestali u l-promozzjoni tal-kummerċ legali tal-injam, hemm bżonn li jiġu żviluppati għodod ġodda biex tissaħħaħ il-verifika tal-legalità. Għal din ir-raġuni, il-Ftehim jipproponi għadd ta’ elementi ġodda u innovattivi li huma mistennija jkollhom impatt pożittiv fuq il-governanza tas-settur forestali. Dawn l-elementi, sew dawk li diġà hemm jew li għad iridu jiġu żviluppati, jiffurmaw is-Sistema ta’ Assigurazzjoni tal-Legalità tal-Honduras għall-Prodotti tal-Injam. Dawn l-elementi, kemm fil-livell organizzazzjonali kif ukoll istituzzjonali, jinkludu b’mod partikolari:

Definizzjoni tal-injam legali

(a)

L-istabbiliment ta’ rekwiżiti legali, li jkunu inklużi fit-tabelli tal-legalità, għal kull sors tal-injam li jforni lis-suq domestiku, u esportazzjonijiet għal kwalunkwe destinazzjoni, inkluż l-injam impurtat.

Kontrolli fil-katina ta’ provvista

(b)

Objettiv intermedju tal-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim: Żvilupp u implimentazzjoni tas-Sistema tal-IT għat-Traċċabilità tal-Injam (SIRMA): verifiki u kontrolli mtejbin tal-volumi tal-injam tul il-katina tal-provvista, bis-saħħa tal-konnessjoni ma’ sistemi oħrajn tal-informazzjoni (kemm is-sistema interna tal-ICF kif ukoll is-sistemi li hemm f’istituzzjonijiet oħrajn) u tal-iskambju tal-informazzjoni ma’ pajjiżi oħrajn (terminu medju).

(c)

Sistema tal-iskambju ta’ informazzjoni u kontroreferenza bejn SIRMA u s-Sistema Awtomatizzata tad-Dħul Doganali tal-Honduras (SARAH) (terminu medju).

(d)

Objettiv intermedju tal-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim: Introduzzjoni tad-diliġenza dovuta għall-operaturi kollha. Inklużjoni fil-qafas legali ta’ obbligu li jnaqqas ir-riskju ta’ nuqqas ta' konformità min-naħa tal-operaturi għall-inqas li jista’ jkun, irrispettivament minn jekk il-prodott ikunx ta’ oriġini lokali jew barranija (terminu medju).

Proċeduri ta’ verifika

(e)

Applikazzjoni iktar ħarxa tal-leġiżlazzjoni kollha inkluża fit-tabelli tal-legalità (fit-tul).

(f)

Tisħiħ tal-kontrolli fuq il-ħsad f’żoni forestali soġġetti għal pjanijiet ta’ salvataġġ u rkupru, partikolarment meta jkunu meħtieġa sforzi akbar għall-monitoraġġ tul il-katina tal-provvista (fit-tul).

(g)

Konsolidament tas-Sistema Nazzjonali tal-Informazzjoni Forestali (SNIF) biex tinħoloq rabta effettiva u xierqa ma’ istituzzjonijiet oħrajn relatati, kif ukoll biex tippermetti lill-utenti jaċċessaw informazzjoni li tkun ta’ interess għalihom (terminu medju).

(h)

Objettiv intermedju tal-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim: Il-ħolqien u l-ġestjoni ta’ bażi ta’ data dwar il-livell ta’ nuqqas ta' konformità tal-operaturi mar-rekwiżiti SAL (terminu medju).

(i)

Objettiv intermedju tal-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim: Implimentazzjoni ta’ awditu tal-legalità fuq il-bażi tar-riskju bħala mezz ta’ verifika li l-operaturi kollha jimxu mal-indikaturi u r-rekwiżiti tas-SAL (terminu medju).

(j)

Objettiv intermedju tal-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim: Ħolqien ta’ ċertifikat ta’ konformità legali — li jirriżulta mill-awditu tal-legalità — bħala prova tal-konformità mar-rekwiżiti tas-SAL (terminu medju).

(k)

Rikonoxximent taċ-ċertifikazzjoni volontarja privata, soġġett għal ekwivalenza mat-tabelli tal-legalità. Filwaqt li jittieħed kont tal-proċeduri stipulati fit-Taqsima 8 ta’ dan l-Anness, iċ-ċertifikati ta’ legalità, ta’ ġestjoni forestali u/jew tal-katina tal-kustodja maħruġin mill-korpi akkreditati ta’ ċertifikazzjoni jistgħu jiġu aċċettati bħala evidenza ta’ konformità parzjali jew sħiħa mal-indikaturi tal-legalità sabiex jiġi evitat ix-xogħol doppju u bħala mezz biex il-verifika tiġi ssimplifikata (terminu medju).

Proċeduri ta’ ħruġ tal-liċenzji FLEGT

(l)

Ħruġ ta’ liċenzji FLEGT, l-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti SAL għal kull konsenja tal-injam lejn l-UE. Ir-rekwiżiti għall-ħruġ tal-liċenzji H-Legal ukoll iridu jiġu ssodisfati għal injam esportat għal pajjiżi oħrajn (terminu medju).

Awditjar indipendenti

(m)

Awditu indipendenti tas-sistema, biex tiġi żgurata l-kredibbiltà tal-elementi kollha tas-SAL u jiġu proposti aġġustamenti biex jirranġaw kull dgħufija identifikata (terminu medju).

(n)

Objettiv intermedju tal-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim: Il-ħolqien ta’ Segretarjat Interistituzzjonali għall-Implimentazzjoni tal-VPA-FLEGT (SIIAVA) biex jikkoordina l-attivitajiet u l-kontribut tal-bosta istituzzjonijiet tal-gvern involuti fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-SAL. Dan il-korp se jservi bħala spazju għad-djalogu u l-koordinazzjoni biex jiġi żgurat, flimkien ma’ korpi oħrajn bħall-Kumitat Tekniku, l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim b’mod interattiv u deliberattiv, sabiex il-partijiet ikkonċernati kollha jkunu integrati u jkunu konxji u impenjati favur il-governanza forestali (fit-terminu qasir).

(o)

Objettiv intermedju tal-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim: L-implimentazzjoni ta’ konsultazzjoni libera, minn qabel u infurmata (FPIC) fis-settur forestali, skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi korrispondenti ladarba tidħol fis-seħħ (terminu medju).

(p)

L-iskalar tal-isforzi sabiex art forestali mingħajr atti ta’ titolu titqiegħed f’idejn l-Istat, b'enfasi fuq il-legalizzazzjoni (“regularización” u “saneamiento jurídico”) ta’ art li mhijiex proprjetà tal-Istat u koperta taħt il-kuntratti ta’ ġestjoni forestali komunitarja maħruġin mill-ICF (fit-tul).

(q)

Jiżdiedu l-isforzi biex tiġi legalizzata s-sjieda ta’ artijiet anċestrali mill-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras (fit-tul).

(r)

Tissaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali tas-Segretarjat għall-Impjiegi u s-Sigurtà Soċjali (STSS) u l-Istitut Hondurjan tas-Sigurtà Soċjali (IHSS), billi jingħataw ir-riżorsi meħtieġa għall-faċilitazzjoni u s-superviżjoni effettiva tal-indikaturi u l-mezzi ta’ verifika tat-tabelli ta’ legalità (fit-tul).

(s)

Bini tal-kapaċità għal operaturi artiġjanali fis-settur, f’termini tal-konformità legali (fit-tul).

2.   QAFAS ĠURIDIKU HONDURJAN APPLIKABBLI GĦAS-SAL

Il-qafas ġuridiku għall-prodotti tal-injam fil-Honduras għandu bosta elementi, li jikkonsistu minn konvenzjonijiet u trattati internazzjonali (reġjonali u extrareġjonali), il-Kostituzzjoni tar-Repubblika, liġijiet sekondarji, regolamenti u standards oħrajn, applikati minn istituzzjonijiet tal-gvern partikolari skont l-isfera tal-kompetenza tagħhom. L-istituzzjonijiet involuti fis-SAL jaħdmu bejniethom biex jivverifikaw il-legalità tal-prodotti tal-injam tal-Honduras.

It-tabelli tal-legalità ppreżentati fl-Anness II u iktar ’l isfel jiddeskrivu l-istrumenti legali ewlenin marbutin mal-elementi differenti tal-legalità u tas-SAL, li se jiġu vverifikati qabel kull liċenzja FLEGT tinħareġ.

2.1   Konvenzjonijiet u trattati internazzjonali

Il-Konvenzjoni Nru 169 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol rigward Popli Indiġeni u Tribali f’Pajjiżi Indipendenti.

Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu.

Il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp.

Il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, u b’mod partikolari l-Ftehim ta’ Pariġi tal-2015, li sar l-istrument internazzjonali ewlieni biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima.

2.2   Konvenzjonijiet u trattati reġjonali

Il-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tal-Bijodiversità u l-Ħarsien taż-Żoni fi Stat Naturali fl-Amerka Ċentrali. L-għan ta’ din il-konvenzjoni huwa li tiġi kkonservata kemm jista’ jkun diversità bijoloġika tal-art u l-baħar fir-reġjun tal-Amerka Ċentrali. Din ġiet iffirmata f’Managua, fin-Nikaragwa, fl-1992, mill-presidenti tar-Repubbliki tal-Costa Rica, ta’ El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Honduras, tan-Nikaragwa, u tal-Panama.

L-Alleanza tal-Amerika Ċentrali għall-Iżvilupp Sostenibbli Din hija strateġija reġjonali għall-koordinazzjoni u l-konsultazzjoni tal-interessi, ta’ inizjattivi tal-iżvilupp, ta’ responsabbiltajiet u ta’ armonizzazzjoni tad-drittijiet, iffirmata fl-1994 mill-presidenti u r-rappreżentanti tar-Repubbliki tal-Belize, talCosta Rica, tal-Gwatemala, tal-Honduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama.

Il-Konvenzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni u l-Konservazzjoni tal-Ekosistemi Forestali Naturali u għall-Iżvilupp ta’ Pjantaġġuni Forestali. L-għan ta’ din il-konvenzjoni huwa li tippromwovi mekkaniżmi nazzjonali u reġjonali biex jiġi evitat tibdil fl-użu ta’ żoni afforestati li jinsabu fuq art b’potenzjal forestali u li jiġu rkuprati żoni ta’ deforestazzjoni. Dan ġie ffirmat fil-Belt tal-Gwatemala, fil-Gwatemala, fl-1993 mill-ministri tal-affarijiet barranin tar-Repubbliki tal-Costa Rica, ta’ El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Honduras, tan-Nikaragwa, u tal-Panama.

2.3   Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali

Id-Digriet nru 131–1982, Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Honduras.

Id-Digriet Nru 181-2009, il-Liġi Ġenerali dwar l-ilma.

2.4   Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar materji tax-xogħol

Il-Ftehim Nru 101-JD-71, Ir-regolament ta' implimentazzjoni tal-liġi dwar is-sigurtà soċjali.

2.5   Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-ħlas tat-taxxi statali u muniċipali għall-esportazzjoni tal-prodotti tal-injam

Id-Digriet Nru 170-2016, il-Kodiċi dwar it-Taxxa.

Id-Digriet Nru 194-2002, il-Liġi dwar l-ekwilibriju finanzjarju u l-protezzjoni soċjali.

Ir-Riżoluzzjoni Nru 223–2008 dwar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni għall-Kodiċi Doganali Uniformi tal-Amerka Ċentrali (RECAUCA).

Il-Ftehim tal-Ministeru tal-Finanzi Nru 0630, Regolament ta' implimentazzjoni tal-liġi dwar id-dħul f’muniti barranin li jiġi mill-esportazzjonijiet.

2.6   Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar proċeduri amministrattivi, mekkaniżmi ta’ trasparenza u l-parteċipazzjoni pubblika

Id-Digriet Nru 170–2006, il-Liġi dwar it-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni pubblika.

Id-Digriet Nru 152-1987, il-Liġi dwar il-proċeduri amministrattivi u r-regolament ta' implimentazzjoni tagħha.

2.7   Il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikata mill-uffiċjali ġudizzjarji

Id-Digriet Nru 144-1983, il-Kodiċi Penali tal-Honduras.

3.   ELEMENTI TAS-SAL

Is-SAL fih dan li ġej:

(1)

Definizzjoni tal-injam legali li ċarament tistabbilixxi l-aspetti tal-liġi li għaliha s-Sistema ta’ Assigurazzjoni tal-Legalità tal-Honduras għall-Prodotti tal-Injam se tfittex sistematikament il-provi tal-konformità, irrispettivament mis-suq intenzjonat għall-prodotti.

(2)

Kontrolli fil-katina tal-provvista biex jittraċċaw l-injam minn operazzjonijiet forestali jew il-punt tal-importazzjoni sal-aħħar ħolqa fil-katina tal-provvista.

(3)

Proċeduri ta’ verifika biex jiżguraw u jiddokumentaw il-konformità mal-elementi kollha tad-definizzjoni ta’ legalità u l-kontrolli tal-katina tal-provvista;

(4)

Proċeduri għall-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT għal prodotti tal-injam destinati għall-Unjoni.

(5)

Awditi indipendenti biex jiżguraw li s-sistema hija effettiva u effiċjenti daqs kemm għandha tkun, kif maqbula mill-Partijiet.

3.1   Definizzjoni tal-legalità

Il-legalità tal-injam skont dan il-Ftehim hija ddefinita fl-Anness II. Dan l-Anness huwa marbut mill-qrib mal-Annessi oħrajn bħala parti mis-Sistema ta’ Assigurazzjoni ta’ Legalità Tal-Honduras għall-Prodotti tal-Injam (SAL). Din tinkludi definizzjoni tar-rekwiżiti legali applikati skont il-Ftehim ta’ Sħubija Volontarju li huma marbutin mal-isfidi għall-governanza forestali identifikati mill-atturi fis-settur fi djalogu nazzjonali.

Id-definizzjoni dettaljata tal-legalità fit-tabelli tal-legalità tipprovdi l-bażi biex tiġi vverifikata l-konformità tal-operaturi varji fil-katina tal-provvista mal-indikaturi, mezzi ta’ verifika u rekwiżiti ta’ traċċabilità u l-monitoraġġ u l-kontroll rispettivi mill-istituzzjonijiet rilevanti. L-awditi indipendenti jiżguraw li s-sistema hija effettiva u effiċjenti daqs kemm għandha tkun.

3.2   Il-verifika ta’ konformità mad-definizzjoni tal-legalità

Verifika tal-legalità:

tiżgura li l-prodotti tal-injam huma legali. Dan ifisser li jiġi vverifikat li l-indikaturi kollha inklużi fit-tabelli ta’ legalità jkunu ġew issodisfati mill-operaturi fl-isfera ta’ kompetenza tagħhom fis-settur forestali,

tiżgura l-ipproċessar ta’ każi ta’ nuqqas ta' konformità u l-applikazzjoni ta’ miżuri korrettivi jew preventivi,

teħtieġ provi inekwivokabbli li l-prodotti tal-injam u l-attivitajiet relatati jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-definizzjoni ta’ legalità,

turi l-konformità permezz ta’ kontrolli fiżiċi u tad-dokumenti u permezz ta’ verifiki ta’ informazzjoni miġbura sistematikament u data vverifikata f’bosta stadji tul il-katina tal-provvista,

tiddokumenta proċeduri u tirreġistra evidenza biex tippermetti lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji biex tivvaluta l-legalità ta’ konsenja qabel toħroġ liċenzja FLEGT jew H-Legal, u

tiddefinixxi u tiddokumenta ċarament ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-istituzzjonijiet kollha involuti fil-proċess ta’ verifika.

L-Istat tal-Honduras, permezz tal-istituzzjonijiet speċjalizzati tagħha u manwal tal-verifika approvat mill-Kumitat Konġunt ta’ Implimentazzjoni (KKI), se jkollu metodoloġiji u mezzi fis-seħħ biex jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti legali mill-atturi u l-operaturi varji fis-settur. Dawn il-metodoloġiji u l-mezzi ta’ verifika huma introdotti fit-Taqsima 6.1.4 ta’ dan l-Anness.

Din is-sistema tipprevedi d-detezzjoni ta’ kull nuqqas u istanza ta’ nuqqas ta' konformità, l-impożizzjoni ta’ penali fejn applikabbli, il-proposta ta’ miżuri korrettivi meħtieġa fejn xieraq, u assigurazzjoni li jittieħdu l-miżuri biex jikkoreġu dawn in-nuqqasijiet.

L-istituzzjonijiet involuti fis-SAL għandhom għodod tal-IT u protokolli biex jivverifikaw il-konformità mal-indikaturi fit-tabelli tal-legalità, li huma deskritti f’aktar dettall fit-Taqsima 4 ta’ dan l-Anness.

Il-verifika legali tinkludi l-azzjoni fil-post bħall-ispezzjonijiet superviżorji u awditjar tekniku, flimkien ma’ spezzjonijiet ta’ rutina biex tiġi vverifikata l-konformità mal-istandards tekniċi u amministrattivi, imwettqin mill-awtoritajiet relevanti skont it-tip ta’ indikatur inkwistjoni.

L-ispezzjonijiet fit-toroq u fil-punti ta’ kontroll isiru wkoll bl-appoġġ tal-uffiċjali ġudizzjarji (1) u l-kollaborazzjoni tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi (il-forzi armati Tal-Honduras, il-pulizija preventiva nazzjonali, MP, PGR) biex jivverifikaw il-konformità mal-liġi fit-trasport ta’ prodotti tal-injam, u f’kull ħin jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jittieħdu l-miżuri meħtieġa.

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (jiġifieri l-Kunsilli Konsultattivi Forestali) (2) flimkien iwettqu s-sorveljanza soċjali biex jiżguraw il-konformità mar-regoli tekniċi u amministrattivi li jirregolaw it-twettiq tal-pjanijiet ta’ ġestjoni, tal-pjanijiet operazzjonali u ta’ liċenzji tal-ħsad oħrajn. Il-Kunsilli Konsultattivi Forestali jistgħu jirrapportaw il-konstatazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom lis-SIIAVA, lill-Kumitat Konġunt ta’ Implimentazzjoni VPA-FLEGT jew il-fergħat tekniċi tiegħu, lid-dipartiment tal-awditjar indipendenti ta’ dan il-Ftehim, kif ukoll lill-pubbliku.

Il-frekwenza tal-verifika se tiġi stabbilita b’approċċ ibbażat fuq ir-riskju, b’kont meħud tal-kompetenzi u r-responsabbiltajiet tal-istituzzjonijiet pubbliċi involuti fil-katina tal-provvista u r-rekords amministrattivi (multi, ilmenti u oħrajn) li jissuġġerixxu riskju ta’ illegalità. Dawn ir-riskji ttieħdu inkonsiderazzjoni għall-operaturi forestali kif ukoll għall-fornituri tas-servizzi nfushom. Il-frekwenza tal-verifika mill-istituzzjonijiet pubbliċi differenti se tkun deskritta fil-manwal tal-verifika tal-legalità, introdott fit-Taqsima 6.1 ta’ dan l-Anness.

L-istituzzjonijiet responsabbli għall-verifika tal-legalità se jżommu fajls tal-mezzi tal-verifika li jkun fihom kemm id-dokumenti diġitali kif ukoll kopji stampati (stampi ta’ dokumenti, informazzjoni ġeografika, eċċ). Dawn il-fajls se jkun fihom sekwenza kronoloġika tal-fatti dokumentati. Għall-finijiet tas-sigurtà, l-istituzzjonijiet tal-gvern se jżommu kopja diġitali ta’ dawn il-fajls bħala backup. Dawn il-fajls kollha, f’konformità mal-Anness IX, huma fajls pubbliċi sa fejn il-liġi dwar it-trasparenza u l-aċċess għal informazzjoni pubblika tikkunsidrahom bħala informazzjoni pubblika.

Il-verifika tal-konformità legali hija stadju importanti fl-esportazzjoni tal-prodotti tal-injam, inkluż il-ħruġ ta’ liċenzja FLEGT u H-Legal, minħabba li din tagħti prova tal-konformità.

3.3   Kontrolli fil-katina ta’ provvista

It-traċċabilità tal-injam hija wieħed mir-rekwiżiti tas-SAL, f’konformità mal-qafas legali tal-Honduras. L-ICF għandu għodod ta’ monitoraġġ tal-katina tal-provvista bħal SNIF SIRMA, fost l-oħrajn. Iż-żewġ sistemi diġà qed jaħdmu, iżda hemm ippjanati moduli ġodda, f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti taħt dan il-Ftehim. Għaldaqstant huma meqjusin li għadhom fil-fażi tal-iżvilupp, u l-iżvilupp ta’ xi funzjonijiet huwa inkluż fil-miżuri supplimentari fl-Anness VIII.

Il-punt tat-tluq għall-monitoraġġ tal-katina tal-provvista huwa l-liċenzja tal-ħsad għal injam maqtugħ fil-Honduras, u d-dikjarazzjoni doganali unika għal injam importat fil-Honduras.

Il-liċenzja tal-ħsad, il-permessi tat-trasport u l-poloz tal-vjeġġ, ir-rapporti tal-produzzjoni, ir-rapporti tad-dħul, u rapporti ta’ twassil ta’ fatturi awtorizzati mis-SAR, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet doganali uniċi, huma d-dokumenti ewlenin għall-monitoraġġ tal-fluss tal-prodotti tal-injam skont is-SAL. Dawn id-dokumenti se jiġu rreġistrati fis-SNIF u s-SIRMA, ladarba dawn is-sistemi jkunu ġew żviluppati għalkollox, u b’hekk se jkun possibbli li jiġi kkalkulat il-volum ta’ injam fiċ-ċirkolazzjoni f’kull stadju tal-katina tal-provvista, kif deskritt fit-Taqsima 7.1.

L-awtoritajiet jużaw żewġ mezzi għall-verifika tad-data: il-validazzjoni u r-rikonċiljazzjoni. Il-validazzjoni tikkonsisti mill-paragun tad-data ġġenerata mill-operaturi mad-data miġbura mir-rappreżentanti tal-gvern, kif muri fil-kolonna 3.1 tal-Appendiċijiet 1 u 2 ta’ dan l-Anness.

Ir-rikonċiljazzjoni tad-data tikkonsisti mill-paragun u l-analiżi tad-data rrapportata bejn stadju wieħed tal-katina tal-provvista u li jkun imiss sabiex jinqabdu differenzi li jindikaw il-preżenza ta’ injam mhux verifikat jew illegali. Ir-rikonċiljazzjoni tad-data hija ppreżentata fil-kolonna 3.2 tal-Appendiċijiet 1 u 2 ta’ dan l-Anness.

Is-superviżjoni tajba u l-applikazzjoni ta’ proċeduri ddefiniti ċarament għall-validazzjoni u r-rikonċiljazzjoni f’kull stadju tal-katina ta’ provvista għandhom rwol deċiżiv biex jiżguraw li l-injam li jkun miexi minn punt għal ieħor ikun legali, u b’hekk tiġi evitata l-kontaminazzjoni ta’ injam li jkun qiegħed fiċ-ċirkolazzjoni legalment minn dak minn sorsi mhux verifikati jew illegali.

3.4   Il-proċess tal-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT u H-Legal

Il-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT u H-Legal isir wara l-verifika pożittiva u konklużiva tal-konformità mar-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw id-definizzjoni ta’ legalità u l-monitoraġġ tal-katina ta’ provvista għall-prodotti tal-injam.

Il-liċenzja FLEGT hija r-rekwiżit obbligatorju finali għall-prodotti tal-injam inklużi fil-lista tal-prodotti maqbula bejn il-partijiet, kif stipulat fl-Anness I ta’ dan il-Ftehim, biex dawn jiġu esportati mill-Honduras għal kwalunkwe pajjiż fl-Unjoni. Għal esportazzjonijiet lejn pajjiżi barra l-Unjoni, issir l-istess verifika tal-legalità. Id-differenza li hawn tkun meħtieġa l-liċenzja H-Legal, u mhux il-liċenzja FLEGT.

L-Anness IV jiddeskrivi l-proċess li bih jinħarġu l-liċenzji FLEGT. L-esportatur jippreżenta l-liċenzja FLEGT għall-iżdoganar tal-merkanzija meta jesporta lejn l-Unjoni, u l-liċenzja H-Legal meta jesporta għal swieq mhux tal-Unjoni, flimkien mad-dokumentazzjoni l-oħra meħtieġa mill-awtorità doganali.

3.5   Awditjar indipendenti

L-awditjar indipendenti huwa element indispensabbli tas-SAL minħabba li jżomm il-kredibbiltà tas-sistema. L-awditu indipendenti jiċċekkja jekk il-mekkaniżmi implimentati fis-SAL biex juru l-legalità tal-istadji kollha tal-katina tal-provvista fil-prodotti tal-injam (inkluż il-qtugħ tas-siġar, it-trasport, l-ipproċessar primarju, l-ipproċessar sekondarju u l-kummerċ) ikunu qed jaħdmu, u li dawn jissodisfaw għalkollox ir-rekwiżiti kollha tal-katina tal-provvista u d-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji FLEGT u H-Legal.

L-awditu indipendenti huwa parti mis-SAL u jrid isir qabel il-ħruġ ta' liċenzja FLEGT. Il-proċeduri tal-awditjar u l-implimentazzjoni tagħhom se jiġu ddefiniti f’aktar dettall tul il-fażi ta’ tħejjija u organizzattiva ta’ dan il-Ftehim.

L-ambitu u l-prinċipju tal-awditi huma ddefiniti fit-termini ta’ referenza għall-awditi indipendenti fl-Anness VI.

4.   QAFAS ISTITUZZJONALI U R-RWOL TAL-ATTURI INVOLUTI FL-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SAL

Din it-taqsima tiddeskrivi r-rwol tal-atturi differenti involuti fl-implimentazzjoni tas-SAL. Tiddeskrivi kif, skont ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, dawn jappoġġaw jew jimplimentaw fil-prattika r-rekwiżiti ta’ dan il-Ftehim, jew iwettqu l-verifika neċessarja biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti, u kif dawn jaħdmu flimkien u jikkomplementaw lil xulxin biex jiżguraw il-legalità tal-prodotti tal-injam.

Għall-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim, l-istituzzjonijiet, l-operaturi tas-settur privat u s-soċjetà ċivili, inklużi organizzazzjonijiet agroforestali u rappreżentanti tal-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras, iridu jagħmlu eżami kritiku tal-kapaċità tagħhom fid-dawl tar-responsabbiltajiet tagħhom għall-verifika u l-konformità tal-legalità. L-Anness VIII jindirizza l-aspetti kollha tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tekniċi u istituzzjonali msemmija f’din it-taqsima.

L-għarfien u l-ġestjoni xierqa tal-proċess sħiħ meħtieġ biex jiġi implimentat is-SAL, il-miri istituzzjonali għall-parteċipazzjoni u l-prattika tajba, ir-responsabbiltà ta’ kull attur involut u l-koordinazzjoni interistituzzjonali xierqa kollha kemm huma jeħtieġu livell għoli ta’ taħriġ u bini tal-kapaċità. Għal dan ir-raġuni, ġew inklużi miżuri supplementari fl-Anness VIII biex tinbena l-kapaċità tal-atturi involuti f’dan il-Ftehim.

It-Taqsima 11 ta’ dan l-Anness tistipula l-korpi ta’ koordinazzjoni, bħas-Segretarjat Interistituzzjonali għall-Implimentazzjoni tal-VPA-FLEGT, li se jinħoloq jew jinżamm biex tiġi implimentata s-SAL. Sabiex jiġu riaffermati l-ftehimiet istituzzjonali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim, se jiġi konkluż memorandum ta' qbil wieħed jew iktar bejn l-istituzzjonijiet tas-settur pubbliku, li jinvolvu mill-inqas: L-Istitut Nazzjonali għall-Konservazzjoni u l-Iżvilupp tal-Foresti, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa (ICF); is-Servizz tal-Amministrazzjoni tad-Dħul (SAR); l-Assoċjazzjoni tal-Muniċipalitajiet Tal-Honduras (AMHON); l-Istitut tal-Proprjetà (IP); l-Istitut Nazzjonali Agrarju (INA); is-Segretarjat tal-Istat fil-Ministeru tal-Impjiegi u tas-Sigurtà Soċjali (STSS); l-Istitut Hondurjan tas-Sigurtà Soċjali (IHSS); is-Segretarjat tal-Istat fil-Ministeru tal-Enerġija, tar-Riżorsi Naturali, tal-Ambjenti u l-Mini (MiAmbiente); is-Segretarjat tal-Istat fil-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Bhejjem (SAG); is-Sottodirettorat tad-Dħul Doganali (DARA); il-pulizija preventiva nazzjonali, li tirrapporta lis-Segretarjat tal-Istat fil-Ministeru għas-Sigurtà (SSN); l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (MP); l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali (PGR); il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja (CSJ); il-forzi armati Tal-Honduras, li jirrapportaw lis-Segretarjat tal-Istat fi ħdan il-Ministeru tad-Difiża Nazzjonali (SEDENA); id-Direttorat Nazzjonali tal-Popli Indiġeni u Afro-Hondurani (DINAFROH); l-Istitut għall-Aċċess għal Informazzjoni Pubblika (IAIP); u l-Kummissjoni Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (CONADEH).

Se jiġu stabbiliti wkoll ftehimiet ta’ kooperazzjoni biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni xierqa bejn dawn l-istituzzjonijiet, li jużaw bħala bażi u eżempju ftehimiet li diġà jeżistu, bħall-Ftehim Interistituzzjonali għar-Regolarizzazzjoni u s-Sjieda tal-Art, iffirmat mill-INA, mill-IP u l-ICF f’Ottubru 2015.

Meta jitqies li n-nuqqas ta’ sjieda definita huwa wieħed mill-kawżi sottostanti tal-governanza dgħajfa li hemm imxerrda fis-settur forestali, taħt materji ta’ dan il-Ftehim marbutin mas-sjieda u l-legalizzazzjoni tal-art huma indirizzati kemm fl-Anness II dwar it-tabelli ta’ legalità, li jelenka indikaturi speċifiċi dwar dan is-suġġett, u fl-Anness VIII dwar miżuri supplementari u ta’ appoġġ, skont liem huwa stabbilit pjan ta’ legalizzazzjoni speċjali tal-art, kif miftiehem bejn il-partijiet biex tiġi mħaffa l-legalizzazzjoni skont il-prijoritajiet definiti f’dan il-Ftehim.

Dan il-pjan speċjali tal-legalizzazzjoni tal-art jiffoka fuq is-sjieda taż-żoni forestali nazzjonali u ż-żoni protetti. F'dawn tal-aħħar, jittratta biss iż-żoni ta’ lqugħ li fihom il-ħsad forestali għall-istat huwa permess biex jiżgura ċ-ċertezza tad-dritt neċessarja u biex jipprovdi l-bażi għall-kuntratti ta’ ġestjoni forestali komunitarja ffirmati jew li għandhom jiġu ffirmati mal-komunitajiet li joqogħdu f’dawk iż-żoni. Jipprevedi wkoll il-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ użufrutt għall-utenti jew l-okkupanti ta’ din l-art. Il-kuntratt tal-użufrutt huwa strument legali li, filwaqt li jżomm is-sjieda Statali tal-art, jipprovdi lill-okkupanti biċ-ċertezza tad-dritt bil-ħsieb li jinkisbu benefiċċji finanzjarji, ekoloġiċi u soċjali li jtejbu l-kwalità tal-ħajja u l-użu razzjonali tar-riżorsi naturali f’konformità mal-leġiżlazzjoni attwali. L-għan ta’ dawn l-attivitajiet huwa t-tisħiħ tal-governanza forestali u l-ippjanar tal-użu tal-art.

Rigward il-kwistjonijiet ta’ sjieda tal-art, il-proċess ta’ legalizzazzjoni u r-rwol ta’ tmexxija tat-tliet istituzzjonijiet imsemmija — l-INA, l-IP u l-ICF — irid ikun hemm enfasi fuq il-koordinazzjoni bejniethom u l-Istitut Hondurjan għall-Kafè (IHCAFE), l-għan ta’ liema hu li jżid ir-redditu soċjoekonomiku ġġenerat mill-bdiewa tal-kafè billi tittejjeb il-kompetittività tal-katina tal-produzzjoni tal-kafè.

Il-koordinazzjoni bejn dawn l-erba’ istituzzjonijiet trid tiffoka fuq il-kisba ta’ fehim tal-proċess li jinħarġu l-atti ta’ titolu għall-produtturi tal-kafè f’żoni forestali nazzjonali b’tali mod li jirrispetta l-art ifforestata, żoni protetti u baċiri tal-iskular sabiex tiġi prevenuta l-kwistjoni ta’ atti ta’ titolu ġodda li jirriżultaw f’aktar qerda u deterjorament tal-foresta u l-ambjent.

4.1   Atturi involuti fl-implimentazzjoni tas-SAL

Mill-istituzzjonijiet tal-gvern involuti direttament fl-implimentazzjoni tas-SAL, u f’ordni ta’ importanza, l-ICF, bħala l-mexxej tal-proċess, huwa l-istituzzjoni superviżorja forestali li taġixxi bħala l-eżekutur tal-politika nazzjonali dwar il-konservazzjoni u l-iżvilupp tal-foresti, taż-żoni protetti u tal-ħajja selvaġġa. Dan jiffoka l-attivitajiet tiegħu fuq l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi forestali, iż-żoni protetti u l-ħajja selvaġġa — inkluż il-protezzjoni, ir-restawr, il-ħsad, il-konservazzjoni u l-promozzjoni — biex iħeġġu l-iżvilupp sostenibbli u b’hekk jappoġġaw l-interessi soċjali, ekonomiċi, ambjentali u kulturali tal-pajjiż.

L-istituzzjonijiet l-oħrajn direttament involuti fl-implimentazzjoni tas-SAL huma elenkati fit-Taqsima 4.2, u huma ordnati skont l-għadd ta’ indikaturi u mezzi ta’ verifika li għalihom huma responsabbli skont it-tabelli tal-legalità, f'termini ta’, fost aspetti oħra, ir-reġistrazzjoni u l-kontroll tat-taxxi, id-drittijiet ta’ proprjetà, is-sigurtà soċjali u l-ambjent. Id-deskrizzjoni u l-indikaturi fit-tabelli ta’ legalità li għalihom kull istituzzjoni hija responsabbli, u r-riżorsi meħtieġa għal kull waħda minnhom, se jkunu deskritti fil-manwal ta’ verifika approvat mill-KKI, kif stabbilit fl-Anness II.

L-istituzzjonijiet u l-atturi li ġejjin ukoll huma involuti fis-SAL:

L-uffiċjali ġudizzjarji u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi (il-pulizija preventiva nazzjonali, il-forzi armati Tal-Honduras, PGR u MP) huma responsabbli għall-prevenzjoni, il-kontroll, u l-infurzar tal-liġi. L-IAIP jittratta ma’ kwistjonijiet marbutin mal-informazzjoni pubblika u t-trasparenza.

Id-Direttorat Nazzjonali tal-Popli Indiġeni u Afro-Tal-Honduras (DINAFROH) jirrapporta lill-Ministeru tal-Inklużjoni Soċjali (SEDIS) u għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-popolazzjoni Indiġena u Afrodixxendenti tal-Honduras permezz ta’ żvilupp ekonomiku, kulturali, politiku u soċjali produttiv.

L-operaturi forestali privati huma operaturi li jagħmlu attivitajiet tul il-katina ta’ provvista tal-injam, li jissodisfaw l-indikaturi fit-tabelli ta’ legalità u li jiffajljaw id-dokumenti ta' prova neċessarji. Dawn jagħmlu l-verifiki meħtieġa u xierqa biex jiżguraw il-legalità tal-injam li jipproċessaw, u huma soġġetti għall-mekkaniżmi ta’ verifika tal-legalità implimentati mill-bosta istituzzjonijiet tal-Istat, skont il-kompetenzi tagħhom. Dan il-grupp ta’ operaturi jinkludi persuni fiżiċi u ġuridiċi proprjetarji ta’ foresti; negozji forestali ta’ daqs mikro, żgħir, medju u kbir; loggers industrijali; korpi ta’ ċertifikazzjoni privati; gruppi komunitarji, eċċ. Dawn l-operaturi jridu wkoll jagħtu l-kunsens tagħhom għas-sorveljanza soċjali mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili permezz tal-Kunsilli ta’ Konsulenza Forestali flimkien ma’ istituzzjonijiet Statali.

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jinkludu, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, Kunsilli Konsultattivi Forestali li joperaw fil-livell komunitarju, muniċipali, reġjonali u nazzjonali, organizzazzjonijiet tal-iżvilupp nongovernattivi, u oħrajn li huma parteċipanti attivi fis-superviżjoni tar-riżorsi forestali u l-impatt tagħhom fuq il-popolazzjoni u li jagħmlu sorveljanza soċjali tal-attivitajiet tal-awtoritajiet kif ukoll tal-operaturi. Biex jagħmlu dan, jużaw il-proċeduri u l-protokolli biex jindirizzaw l-ilmenti deskritti fit-Taqsima 10.3 ta’ dan l-Anness.

Il-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras, permezz tal-korpi u l-organizzazzjonijiet ta’ direzzjoni tagħhom, huma involuti fis-sorveljanza soċjali u l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi u l-proċeduri għal konsultazzjoni libera, minn qabel u infurmata. Dawn huma l-benefiċjarji tal-proċessi ta’ legalizzazzjoni għal artijiet forestali mmexxija minn istituzzjonijiet tal-gvern speċjalizzati biex jirrikonoxxu l-pretensjoni anċestrali tagħhom għall-art. Meta l-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras ikunu involuti f’attivitajiet kummerċjali forestali bħala operaturi, dawn ikunu soġġetti għal proċeduri SAL.

4.2   Istituzzjonijiet statali

Għaxar istituzzjonijiet statali huma direttament involuti fit-tabelli tal-legalità ta’ dan il-Ftehim. Sabiex jiġi ffaċilitat il-ħruġ taċ-ċertifikati ta’ konformità legali lill-operaturi kollha li jissodisfaw l-indikaturi fit-tabelli ta’ legalità u r-rekwiżiti SAL, l-istituzzjonijiet kollha involuti f’dan il-Ftehim se jipprovdu l-informazzjoni lill-Unità tal-Verifika tal-Legalità tal-ICF dwar il-konformità mal-indikaturi fir-responsabbiltà tagħhom. Dan l-obbligu japplika wkoll għall-korpi varji tal-ICF.

Din li ġejja hija preżentazzjoni ta’ kull istituzzjoni involuta fit-tabelli tal-legalità, imqassmin skont l-għadd ta’ indikaturi u mezzi ta’ verifika fir-responsabbiltà tagħhom.

4.2.1   L-Istitut Nazzjonali għall-Konservazzjoni u l-Iżvilupp tal-Foresti, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa (ICF)

L-ICF huwa l-istituzzjoni superviżorja għas-settur forestali; jaġixxi bħala l-eżekutur tal-politika nazzjonali dwar il-konservazzjoni u l-iżvilupp tal-foresti, taż-żoni protetti u tal-ħajja selvaġġa, u għandu l-awtorità li jifformula programmi, proġetti u pjanijiet u li joħloq l-unitajiet amministrattivi tekniċi u operattivi biex jilħqu l-iskop u l-għanijiet tal-Liġi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti, u l-Ħajja Selvaġġa (LFAPVS). Għandu wkoll funzjonijiet marbutin mal-infurzar ta’ liġijiet oħrajn, inklużi dawk dwar il-proprjetà, l-ilma, u l-ambjent.

L-attività tal-ICF tiffoka fuq l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi forestali, taż-żoni protetti u l-organiżmi selvaġġi, inkluż il-protezzjoni, ir-restawr, l-użu produttiv, il-konservazzjoni u l-promozzjoni tagħhom, biex b’hekk jitrawwem żvilupp sostenibbli xieraq għall-interessi soċjali, ekonomiċi, ambjentali u kulturali tal-pajjiż.

4.2.2   Is-Servizz tal-Amministrazzjoni tad-Dħul (SAR)

Għar-reġistrazzjoni u l-kontroll tat-taxxi, is-Servizz tal-Amministrazzjoni tad-Dħul (SAR) jaħdem f’koordinazzjoni ċentralizzata mal-ICF biex jiżgura li l-operaturi fil-katina ta’ produzzjoni forestali jissodisfaw l-obbligi fiskali tagħhom.

Skont it-tabelli tal-legalità, is-setgħat ewlenin tas-SAR — li ħa post id-Direttorat Eżekuttiv dwar l-Introjtu (DEI) — huma l-konformità u l-infurzar tar-regolamenti tat-taxxa nazzjonali u internazzjonali u l-ġestjoni tal-ġbir tad-dazji u l-imposti stabbiliti skont liġijiet differenti.

4.2.3   Muniċipalitajiet

L-awtoritajiet muniċipali huma l-korpi ta’ governanza u amministrazzjoni għall-muniċipalitajiet rispettivi tagħhom, u l-għan tagħhom huwa li jiżguraw il-benessri tar-residenti lokali, il-promozzjoni tal-iżvilupp integrali u l-ħarsien tal-ambjent.

Il-muniċipalitajiet għandhom rwol doppju fis-SAL: l-ewwel nett, li jissodisfaw l-obbligi tagħhom fit-tabelli tal-legalità bħala sidien ta’ art forestali muniċipali, u t-tieni, bħala awtoritajiet tal-gvern lokali, li jiżviluppaw u jinforzaw it-tassazzjoni muniċipali. Il-muniċipalitajiet għandhom is-Sistema ta’ Amministrazzjoni tat-Taxxi u l-Finanzi (SAFT), għodda li, barra milli tiffaċilita l-proċess ta’ kontroll intern, tagħti wkoll l-informazzjoni sħiħa dwar il-finanzi muniċipali.

4.2.4   L-Istitut tal-Proprjetà (IP)

L-IP huwa istituzzjoni tal-gvern deċentralizzata b’setgħat għar-reġistrazzjoni u l-identifikazzjoni tal-proprjetà u s-sidien ta’ proprjetà fil-pajjiż kollha; bħala tali huwa jmantni r-reġistru nazzjonali tal-atti kollha tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà u s-sjieda, inkluż l-elenkar, ir-rikonoxximent, it-trażmissjoni, it-trasferiment, il-modifika, it-tassazzjoni u l-kanċellazzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà.

4.2.5   Is-Segretarjat tax-Xogħol u s-Sigurtà Soċjali (STSS)

Is-STSS għandu r-responsabbiltà ġenerali għall-politika tal-impjiegi u s-sistemi ta' protezzjoni soċjali għas-sigurtà soċjali, u s-sigurtà soċjali għall-ħaddiema u min iħaddem.

4.2.6   L-Istitut Hondurjan tas-Sigurtà Soċjali (IHSS)

L-Istitut Hondurjan tas-Sigurtà Soċjali huwa entità awtonoma, b’personalità ġuridika u l-assi tiegħu stess, indipendenti mill-awtorità tat-taxxa nazzjonali. Mindu nħoloq, huwa kien responsabbli biex jiggwida, jidderieġi, jipprovdi u jamministra s-servizzi tas-sigurtà soċjali lill-popolazzjoni impjegata tal-Honduras. Skont il-Kostituzzjoni tar-Repubblika, il-Gvern, min iħaddem u l-ħaddiema huma obbligati li jikkontribwixxu għall-finanzjament, it-titjib u l-espansjoni tas-sistema tas-sigurtà soċjali.

Is-sigurtà soċjali tal-klassi tal-ħaddiema fil-Honduras tiddependi primarjament fuq il-kopertura offerta mill-IHSS, u għaldaqstant dan għandu influwenza kbira fuq il-governanza fi kwistjonijiet tas-saħħa u tas-sigurtà soċjali. Barra mill-ibliet ewlenin tal-pajjiż (Tegucigalpa, San Pedro Sula, Ceiba u Puerto Cortés), fejn jinsabu l-akbar operaturi forestali, l-IHSS mhuwiex irrappreżentat fiċ-ċentri popolati l-oħrajn tal-pajjiż, u saħansitra anqas f’żoni rurali, fejn jaħdmu l-biċċa l-kbira tal-operaturi tal-foresti.

4.2.7   Il-Ministeru tal-Enerġija, tar-Riżorsi Naturali, tal-Ambjenti u l-Mini (MiAmbiente)

MiAmbiente huwa responsabbli għall-formulazzjoni, il-koordinazzjoni, l-eżekuzzjoni u l-valutazzjoni tal-politiki marbutin mal-ambjent, mal-ekosistemi, mal-protezzjoni u l-użu tar-riżorsi tal-ilma, il-koordinazzjoni, il-protezzjoni tal-flora u l-fawna, u l-konformità mal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali fuq kumpaniji ta’ prodotti forestali primarji u sekondarji.

4.2.8   L-Istitut Nazzjonali Agrarju (INA)

Minħabba li bħalissa l-INA għaddej minn ristrutturar istituzzjonali, għadu mhuwiex ċar fejn se jkun jinsab u l-funzjonijiet attwali tiegħu jistgħu jinbidlu fil-ġejjieni. Jekk ikun hemm xi funzjonijiet importanti għas-SAL li bħalissa qed jagħmilhom l-INA li jingħataw lil istituzzjonijiet oħra fil-ġejjieni, dawn l-istituzzjonijiet il-ġodda se jiġu rreġistrati formalment għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim bħala s-sostituti tal-INA.

L-INA huwa korp kważi awtonomu li huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika agrarja tal-pajjiż, għall-ħruġ tal-atti ta’ titolu għal art agroforestali u għall-għoti ta’ assistenza teknika lill-partijiet ikkonċernati rurali u l-komunitajiet Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras, bl-involviment tal-popolazzjoni rurali u l-iżvilupp integrali tal-pajjiż. L-INA huwa responsabbli għar-reġistrazzjoni tas-sjieda tal-art agrikola f’koordinazzjoni mal-ICF u l-IP fil-proċessi ta’ legalizzazzjoni tas-sjieda tal-art. Fil-każ partikolari tal-applikazzjonijiet ta’ sjieda għal art forestali nazzjonali, l-INA se jaġixxi flimkien mal-ICF sabiex l-użu ta’ tali art jinżamm għall-forestrija; mhuwiex ir-rwol tiegħu li jirreġistra s-sjieda tal-art forestali. Opinjoni teknika favorevoli min-naħa tal-ICF hija dejjem meħtieġa biex tiġi assenjata s-sjieda taż-żoni forestali.

4.2.9   Il-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Bhejjem (SAG)

Il-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Bhejjem jikkoordina l-aspetti marbutin mal-politiki settorjali implimentati mill-istituzzjonijiet li jiffurmaw is-settur agrikolu pubbliku, speċifikament dawk relatati mad-dominju ta' art, il-finanzjament rurali, il-kummerċ, il-forestrija, l-agrikoltura tal-għelejjel u l-bhejjem u l-iżvilupp rurali u forestali.

Is-SAG huwa responsabbli għar-regolamentazzjoni tal-kummerċ internazzjonali fl-organiżmi selvaġġi permezz tal-applikazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu. Fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim, din taffettwa l-prodotti tal-injam meħudin mill-ispeċijiet koperti mis-CITES.

4.2.10   Is-Sottodirettorat tad-Dħul Doganali (DARA)

Id-Digriet Eżekuttiv Nru PCM-083-2016 joħloq il-Kummissjoni Presidenzjali għar-Riforma Komprensiva tas-Sistema Doganali u l-Korpi tal-Kummerċ (COPRISAO). Fil-preżent, tul il-proċess ta’ riforma komprensiva tas-sistema doganali u l-korpi kummerċjali, din il-kummissjoni se jkollha awtorità diretta fuq is-Sottodirettorat tad-Dħul Doganali (DARA).

Skont is-SAL, is-Sottodirettorat tad-Dħul Doganali huwa involut fil-kontroll u l-verifika tal-prodotti tal-injam esportati u importati, u dawk fi tranżitu. Rieżami fil-fond tal-proċeduri doganali relatati mal-esportazzjonijiet, li jista’ jkollhom impatt fuq il-metodoloġija ta’ verifika, huwa mistenni li jitlesta tul il-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim sabiex jiġu identifikati lakuni u effetti lembut potenzjali.

4.2.11   Istituzzjonijiet tal-gvern involuti indirettament

Hawn taħt hawn deskrizzjoni tal-istituzzjonijiet tal-gvern b'rabta indiretta mas-SAL, jiġifieri ma għandhomx responsabbiltà sħiħa jew diretta jew responsabbiltà konġunta għall-verifika tal-indikaturi fit-tabelli ta’ legalità, iżda jaqdu funzjoni bħala korpi ta’ kontroll tal-gvern, li l-funzjonijiet tagħhom huma importanti biex jiżguraw it-twettiq effettiv tal-istituzzjonijiet tal-gvern ċentrali u tal-awtoritajiet muniċipali fir-rigward tas-SAL.

Unitajiet speċjali, bħall-Forza ta’ Sigurtà Interistituzzjonali Nazzjonali (FUSINA-FFAA) u t-Task Force Interistituzzjonali kontra r-Reati Ambjentali (FITA) huma korpi operazzjonali għall-prosekuzzjoni tar-reati ambjentali skont l-ENCTI. Dawn il-korpi twaqqfu mill-Gvern fuq bażi temporanja u ffaċilitaw il-koordinazzjoni interistituzzjonali biex iwaqqfu l-atti illegali u jinfurzaw il-liġijiet ambjentali. Il-FTIA, b’mod partikolari, tinkludi l-ICF, MiAmbiente, uffiċjali ġudizzjarji, u awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi (MP, PGR, PNP u FFAAH). Hija mmexxija mill-ICF u topera bħala mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni interistituzzjonali biex jindirizza l-investigazzjonijiet, is-sanzjonijiet u l-monitoraġġ, partikolarment għal reati b’impatt ambjentali għoli. L-esperjenza miksuba b’dawn il-korpi se sservi ta’ mudell fil-każ li jinħoloq mekkaniżmu permanenti fit-tul. Il-FUSINA, min-naħa tagħha, hija mmexxija mill-FFAA u taġixxi fuq ordnijiet tal-qorti.

4.2.11.1   Pulizija preventiva nazzjonali (PNP)

Ir-rwol tal-pulizija preventiva nazzjonali huwa li tiżgura li r-residenti fit-territorju Hondurjan ikunu jistgħu jeżerċitaw liberament id-drittijiet u l-libertajiet tagħhom billi tinforza l-liġijiet u r-regolamenti dwar il-protezzjoni tal-ħajja, il-konservazzjoni tas-sbuħija naturali u l-ħarsien tal-ambjent, f’żoni urbani kif ukoll rurali.

Taħt is-SAL il-PNP jassisti fil-verifiki tat-trasport tal-prodotti tal-injam, flimkien mal-ICF, mal-uffiċjali ġudizzjarji u mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi l-oħrajn kollha. Pereżempju, il-PNP jopera f’punti ta’ kontroll ta’ tranżitu flimkien mal-ICF u s-SAR (punti ta’ kontroll ħodor).

4.2.11.2   L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (MP)

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jirrappreżenta lis-soċjetà u jieħu l-azzjoni legali pubblika fil-qrati; waħda mill-funzjonijiet tiegħu hija li jinvestiga r-reati ambjentali f’konformità mal-istrumenti legali attwali li jippenalizzaw atti ambjentali li jikkostitwixxu reati ambjentali fil-Honduras, u ma’ trattati internazzjonali.

Fis-settur forestali, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jaġixxi permezz tas-Servizz ta’ Prosekuzzjoni Speċjali Ambjentali (FEMA). Bħala rappreżentant tas-soċjetà Tal-Honduras, ir-rwol ewlieni tiegħu jikkonsisti f’li jinvestiga, jiddokumenta u jippreżenta l-kapi tal-akkuża fil-qrati Tal-Honduras fi proċedimenti penali li jirriżultaw minn azzjonijiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent, lill-ekosistemi, lir-riżorsi naturali u lis-saħħa pubblika.

4.2.11.3   L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali (PGR)

L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali huwa responsabbli li jippromwovi, li jirrappreżenta u li jsostni d-drittijiet tal-Istat fil-proċeduri tal-qorti kollha li jkun parti minnhom.

4.2.11.4   Il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja (CSJ)

Is-setgħa tal-ħruġ u l-infurzar ta’ sentenzi huwa esklużiv għall-qrati tar-Repubblika. Is-setgħa li ssir il-ġustizzja hija f’idejn il-maġistrati u l-imħallfin indipendenti.

4.2.11.5   Il-forzi armati tal-Honduras (FFAA)

Il-forzi armati huma l-istituzzjoni nazzjonali l-funzjoni ta’ liema hija li tiddefendi l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Honduras, biex iżżomm il-paċi u l-bon ordni, u biex issostni l-Kostituzzjoni.

Mill-2006 il-forzi armati kienu nkarigati li jappoġġaw ix-xogħol li jsir biex jitħarsu l-foresti u l-ekosistemi tal-pajjiż; dan isir permezz tad-Dirección de Apoyo al Manejo de Ecosistemas y Ambiente (id-Direttorat għall-Appoġġ tal-Ġestjoni tal-Ekosistemi u l-Ambjent) (C-9).

4.2.11.6   Id-Direttorat Nazzjonali tal-Popli Indiġeni u Afro-Tal-Honduras (DINAFROH)

Dan huwa d-dipartiment tal-Ministeru tal-Inklużjoni Soċjali li jfittex li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-popolazzjoni Indiġena u Afrodixxendenti tal-Honduras permezz ta’ żvilupp ekonomiku, kulturali, politiku u soċjali produttiv. Bil-koordinazzjoni tas-STSS u l-appoġġ tad-DINAFROH, il-Gvern Hondurjan bħalissa huwa involut fi proċess ta’ konsultazzjoni li se jservi ta’ bażi biex titħejja u tingħadda liġi dwar il-kunsens liberu, minn qabel u infurmat mal-organizzazzjonijiet kollha tad-disa’ Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras, bl-appoġġ tal-UNDP u r-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni.

4.2.11.7   L-Istitut għall-Aċċess għal Informazzjoni Pubblika (IAIP)

L-IAIP huwa korp tal-gvern deċentralizzat li huwa responsabbli għall-promozzjoni u l-faċilitazzjoni tal-aċċess għaċ-ċittadini għall-informazzjoni pubblika, u biex jirregola u jissorvelja l-proċeduri istituzzjonali għall-protezzjoni, il-klassifikazzjoni u ż-żamma tal-informazzjoni pubblika.

Taħt is-SAL ir-responsabbiltajiet tal-IAIP jinkludu li jiżgura li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jieħdu sehem fil-ġestjoni tal-affarijiet pubbliċi, u li jkun hemm trasparenza fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet pubbliċi u fir-relazzjonijiet bejn l-Istat u l-individwi privati. L-informazzjoni li tikkonċerna s-settur forestali hija ppubblikata fil-portal uniku dwar it-trasparenza tal-IAIP u fil-portal tal-ICF, u hija deskritta fid-dettall fil-portal ta’ kull istituzzjoni. Barra minn hekk, l-Anness VIII jinkludi miżura supplementari biex titwaqqaf sistema ta’ ġestjoni għall-informazzjoni maħsuba għall-pubbliku.

4.2.11.8   Il-Kummissjoni Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (CONADEH)

Il-CONADEH timmonitorja l-konformità mad-drittijiet u l-garanziji stipulati fil-Kostituzzjoni tar-Repubblika, fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u trattati u konvenzjonijiet oħrajn ratifikati mill-Honduras.

4.2.11.9   Is-Sistema ta’ Riċerka Nazzjonali għall-Foresti, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa (SINFOR)

SINFOR hija pjattaforma interistituzzjonali pubblika-privata maħluqa bil-Liġi tal-Forestrija tal-2007 li torganizza li torganizza, trawwem u tippromwovi r-riċerka xjentifika fis-settur forestali, fiż-żoni protetti, fil-ħajja selvaġġa u simili, u tinkoraġġixxi t-trasferiment tal-kompetenzi u t-teknoloġija fil-Honduras.

Ir-rwol tagħha jinkludi l-forniment ta’ informazzjoni aġġornata għall-formulazzjoni tal-politiki, ir-regoli u r-regolamenti li jiżguraw is-sostenibbiltà u l-governanza għas-settur. Fix-xogħol tagħha tal-ippjanar u t-trawwim tar-riċerka fil-foresti, iż-żoni protetti u l-ħajja selvaġġa, il-prijorità ta’ SINFOR hija li tfittex opportunitajiet ta’ riċerka li jistgħu jiġu identifikati fi pjanijiet u strateġiji nazzjonali, għall-Istrateġija Nazzjonali għall-Kontroll tal-Qtugħ u l-Kummerċ Illegali ta’ Prodotti Forestali (ENCTI), u pjanijiet strateġiċi għal kull waħda mill-istituzzjonijiet membri u inizjattivi oħrajn relatati mas-settur.

4.3   Is-settur forestali privat

Taħt is-SAL, l-atturi privati fis-settur forestali jinkludu dawk li, għall-qligħ, jimmaniġġjaw jew jipproduċu l-materja prima, jiksbuha mill-foresta, jittrasportawha, jipproċessawha u jqegħduha fis-suq, u jkunu involuti fl-esportazzjoni u l-importazzjoni tagħha.

Minħabba d-diversità tal-organizzazzjonijiet involuti u l-firxa tal-attivitajiet kummerċjali tagħhom, inħolqu bosta klassifikazzjonijiet. Il-Kodiċi tat-Taxxa jikklassifikahom bħala: (i) persuni fiżiċi; (ii) persuni ġuridiċi, li tinkludi sħubijiet professjonali u kumpaniji kummerċjali, kooperattivi u intrapriżi assoċjativi u, inġenerali, assoċjazzjonijiet jew entitajiet li skont id-dritt pubbliku jew privat għandhom l-istatus ta’ persuni ġuridiċi; u (iii) entitajiet, komunitajiet, organizzazzjonijiet (Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras, gruppi komunitarji) jew tranżazzjonijiet legali li jikkostitwixxu unità funzjonali jew ta’ assi, saħansitra jekk ma jkollhomx personalità ġuridika.

Kategorija oħra hija dik li toħroġ mill-għadd ta’ nies li jaħdmu f’kull intrapriża: mikrointrapriżi forestali, li ħafna minnhom twaqqfu bħala negozji tal-familja, jimpjegaw massimu ta’ erbgħa min-nies; intrapriżi forestali żgħar jimpjegaw 5 sa 10 min-nies; intrapriżi forestali ta’ daqs medju jimpjegaw bejn 11 u 100 ruħ; u intrapriżi forestali kbar għandhom aktar minn 100 impjegat.

Il-Liġi Forestali tistabbilixxi tliet kategoriji ta’ kumpaniji. Kumpanija ta’ prodotti forestali primarji hija waħda li tagħmel l-ipproċessar inizjali tal-injam tond jew ta’ kull materja prima tal-injam jew mhux li tkun ġejja mill-foresta. Kumpanija ta’ prodotti forestali sekondarji jew tal-ipproċessar tipproċessa l-prodotti li jkunu ġejjin minn kumpanija ta’ prodotti forestali primarji. Fl-aħħar, il-postijiet tal-bejgħ tal-injam iqiegħdu l-prodotti differenti tal-injam fis-suq.

Ta’ min jiġi nnutat li d-deskrizzjoni ta’ hawn fuq tapplika biss għall-industrija li tuża l-injam tal-arżnu; fil-każ tal-injam li ġej minn siġar bil-weraq wiesa', fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-ebda kumpaniji tal-prodotti forestali primarji ma huma rreġistrati jew joperaw fil-Honduras. Barra minn hekk, l-injam estratt mil-foresta ġeneralment ikun fis-sura ta’ injam maqtugħ kwadru raff u mhux tond, għax jinqata’ kwadru fil-foresta u jinġarr lejn il-punti tal-ġbir għat-trasport ’il quddiem bil-vetturi bil-mutur sal-industrija sekondarja jew il-post tal-bejgħ tal-injam biex jinbiegħ. Il-ħażniet jew iċ-ċentri tal-ġabra huma mid-definizzjoni mkejjen fejn il-prodotti tal-injam jinżammu biex wara jiġu trasferiti, mingħajr ma jkun hemm bidla fis-sjieda tagħhom. B’kuntrast, il-postijiet tal-bejgħ tal-injam huma postijiet li fihom is-sidien ta’ dawn il-postijiet jixtru l-prodotti tal-injam mill-fornituri tagħhom u jbigħuhom lill-klijenti tagħhom.

Fl-ispezzjonijiet ta’ rutina tiegħu, u bis-saħħa tar-rapporti tas-sorveljanza soċjali mill-Kunsilli Konsultattivi Forestali, l-ICF se jimmonitorja regolarment kull bidla fil-katina ta’ produzzjoni forestali, inklużi l-foresti tal-arżnu u bil-weraq wiesa', pjantaġġuni forestali jew siġar imxerrdin barra l-foresti, sabiex jipprevjeni li jseħħu attivitajiet forestali li mhumiex koperti mis-SAL. Jekk fil-ġejjieni jkun hemm tibdil fl-organizzazzjoni tas-settur forestali b’riżultat tar-rieżami tal-qafas ġuridiku applikabbli, is-SAL se jiġi adattat biex jiżgura li s-sorsi kollha tal-injam ikunu koperti.

Huma dawn l-operaturi li jimplimentaw il-proċessi ta’ produzzjoni, u għaldaqstant għandhom ikunu huma li jridu jimxu mal-indikaturi u l-mezzi ta’ verifiki fl-isferi individwali tal-kompetenza tagħhom. Biex jagħmlu dan, japplikaw kontroll interni adegwati u rilevanti rigward il-liċenzji tal-ħsad u tal-produzzjoni, jimxu mal-obbligi tagħhom fi kwistjonijiet ta’ impjiegi, l-ambjent u t-taxxi (kemm nazzjonali kif ukoll muniċipali), tal-kummerċ u ta’ oħrajn speċifikat fl-indikaturi varji. Huma wkoll meħtieġa li jarkivjaw kif xieraq id-dokumenti ta' prova meħtieġa u l-mezzi ta’ verifika stipulati.

Bl-istess mod, organizzazzjonijiet privati tas-settur forestali huma soġġetti għal mekkaniżmi għall-verifika tal-konformità legali li huma implimentati mill-istituzzjonijiet tal-Istat, skont il-kompetenzi tagħhom.

4.4   Organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

Il-qafas ġuridiku Hondurjan jagħti liċ-ċittadini tal-pajjiż id-dritt u d-dmir li jieħdu sehem u li jeżerċitaw kontroll soċjali fuq azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet. Is-settur forestali fih varjetà ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) b’interess fl-infurzar tal-liġi, u dawn għandhom sehem attiv u effettiv ferm fil-mezzi ta’ verifika. Dawn l-organizzazzjonijiet huma:

4.4.1   Organizzazzjonijiet lokali

Il-Liġi Forestali tistabbilixxi korpi għall-parteċipazzjoni, il-konsultazzjoni u l-appoġġ mill-pubbliku għall-ICF, bħall-kunsilli konsultattivi dwar il-forestrija, iż-żoni protetti u l-ħajja selvaġġa (KKF), li huma organizzati u joperaw fil-livell lokali jew komunitarju, muniċipali, reġjonali u ċentrali. L-Istrateġija Nazzjonali kontra l-Qtugħ Illegali tas-Siġar (ENCTI) tindika l-importanza ta’ dawn il-korpi biex jeżerċitaw kontroll soċjali, b’mod partikolari fil-livelli muniċipali u komunitarji, għall-appoġġ tal-verifika tal-pjanijiet ta’ ġestjoni, tal-pjanijiet operazzjonali annwali jew tipi oħrajn ta’ awtorizzazzjoni, kif ukoll għall-promozzjoni tal-konsum ta’ injam legali. Dan jinkiseb f’koordinazzjoni mal-istituzzjonijiet tal-istat, u b’mod partikolari l-ICF.

4.4.2   Organizzazzjonijiet tal-iżvilupp nongovernattivi

Hemm varjetà ta’ organizzazzjonijiet tal-iżvilupp domestiċi u internazzjonali nongovernattivi (NGDOs – non-governmental development organisations) (3) li jappoġġaw l-azzjonijiet tas-settur forestali kemm fil-livell istituzzjonali u territorjali. L-attivitajiet tagħhom jindirizzaw l-organizzazzjoni, il-bini tal-kapaċità għal korpi ta’ parteċipazzjoni pubblika fil-livell muniċipali u komunitarju, l-impatt politiku, il-kontroll soċjali, l-appoġġ tekniku, u d-drittijiet tal-bniedem, fost l-oħrajn.

Tul il-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim, l-NGDOs se jiżviluppaw il-metodoloġija tagħhom stess biex jagħmlu azzjonijiet ta’ sorveljanza soċjali. Ir-rapporti dwar din is-sorveljanza soċjali se jiġu ppreżentati lill-Kumitat Konġunt ta’ Implimentazzjoni, fost korpi oħrajn, għall-azzjoni xierqa. B’dan se titwaqqaf sistema ta’ parteċipazzjoni li se tikkontribwixxi għat-titjib kontinwu tal-proċeduri governattivi stabbiliti skont dan il-Ftehim.

Se titwaqqaf ukoll sistema biex tindirizza l-ilmenti, li se tappoġġa l-operat ta’ din il-funzjoni ta’ sorveljanza soċjali, deskritta fit-Taqsimiet0 10 u 11 ta’ dan l-Anness.

4.5   Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras

Il-Honduras hija d-dar ta’ disa’ Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-popli jgħixu f'żoni forestali estensivi, li fihom jinstabu żoni protetti kif ukoll foresti produttivi. Dawn il-popli huma: il-Pech, it-Tawahkas, il-Lencas, il-Maya Chortís, it-Tolupanes, il-Miskitu, in-Nahuas, il-Garífunas u n-nies b’oriġini Afrikana li jitkellmu bl-Ingliż, li għandhom organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom, inkluża l-Konfederazzjoni tal-Popli Indiġeni tal-Honduras (CONPAH), li hija mifruxa fil-pajjiż kollu.

Dawn il-popli huma atturi fl-implimentazzjoni tas-SAL, inkluż fil-Prinċipju 2 tat-tabelli ta’ legalità: “Il-Honduras jirrispetta d-drittijiet tal-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras li jgħixu f’żoni forestali”.

Fis-settur forestali, il-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras għandhom ir-rwoli li ġejjin:

huma l-benefiċjarji tal-proċessi ta’ legalizzazzjoni u r-rispett tat-territorji li huma wirtu mill-antenati tagħhom;

huma involuti fl-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi u l-proċeduri għall-kunsens liberu, minn qabel u infurmat (Free, Prior and Informed Consent — FPIC), imwaqqfin biex jirrispettaw l-awtodeterminazzjoni u l-awtonomija, f’konformità mal-Konvenzjoni Nru 169 tal-ILO u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni; kif ukoll

huma involuti f’attivitajiet kummerċjali f’żoni forestali produttivi, f’konformità mat-tabelli tal-legalità u r-rekwiżiti applikabbli tas-SAL.

4.6   Bini tal-kapaċitajiet

Il-bini tal-kapaċitajiet biex jiżgura l-operat effettiv tas-sistema u jiżgura l-legalità tal-prodotti tal-injam huwa deskritta fl-Anness VIII. Il-formulazzjoni ta’ kull miżura se tkun soġġetta għar-rieżami tal-kapaċità meħtieġa mill-atturi kollha involuti fl-implimentazzjoni tas-SAL.

5.   KOPERTURA/KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAS-SAL

L-injam u l-prodotti tal-injam ta’ oriġini Tal-Honduras kollha li huma koperti mis-SAL iridu jkunu ġejjin minn foresti privati, muniċipali jew nazzjonali (sew dawk naturali jew imħawla) ġestiti skont kriterji amministrattivi u tekniċi ta’ prestazzjoni massima, użi multipli u ugwaljanza soċjali, sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-ekosistemi u l-kapaċità produttiva, protettiva ambjentali tagħhom.

Is-SAL se tapplika wkoll għal injam minn pajjiżi oħrajn fejn l-importaturi tiegħu jistgħu juru li ġej minn sorsi legali u jkun ġie importat f’konformità mal-liġijiet tal-pajjiż ta’ oriġini tal-injam kif ukoll tal-Honduras. L-operaturi kollha se jkunu soġġetti għas-SAL, inklużi dawk li għandhom iċ-ċertifikati privati tagħhom tal-ġestjoni forestali u l-katina tal-kustodja, u dawk li huma s-sidien ta’ pjantaġġuni ta’ siġar għal skopijiet kummerċjali.

5.1   Prodotti tal-injam inklużi fis-SAL

Is-SAL tkopri l-prodotti kollha definiti fl-Anness I ta’ dan il-Ftehim. L-Artikolu 102 tal-Liġi Forestali Tal-Honduras jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-injam, u jgħid li l-injam li ġej minn siġar bil-weraq wiesa' minn foresti naturali jista’ jinbiegħ biss bħala injam ipproċessat. L-esportazzjoni ta’ injam tond jew magħmul kwadru raff ta’ dawn l-ispeċijiet għaldaqstant mhijiex permessa.

Minkejja li l-injam tond jew injam maqtugħ kwadru raff ta’ dawn l-ispeċijiet ma jistax esportat, xorta huwa kopert mis-SAL, irrispettivament minn kemm ikun ġie pproċessat.

Prodotti tal-injam li mhumiex imniżżlin fl-Anness I ta’ dan il-Ftehim mhumiex soġġetti għall-proċedura tal-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT meta jiġu esportati lejn l-Unjoni. F’dan il-każ, l-importaturi tal-Unjoni ta’ dawn il-prodotti mill-Honduras iridu jeżerċitaw id-diliġenza dovuta skont ir-Regolament Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (4) ,biex juru li huma legali.

5.2   Swieq koperti mis-SAL

Is-SAL se japplika għall-prodotti tal-injam imqiegħda fis-swieq kollha, sew dawk tal-esportazzjoni kif ukoll dawk nazzjonali. Madankollu, l-isforzi biex jiġi inforzat is-SAL se jiġu prijoritizzati billi s-swieq jiġu distinti kif ġej:

Is-suq tal-Unjoni: Il-verifika tal-legalità tal-prodotti esportati lejn is-suq tal-Unjoni se tapplika kif stipulat f'dan il-Ftehim, li tikkunsidra liċenzja FLEGT bħala prerekwiżit ladarba jkun ikkonfermat li l-iskema tkun lesta biex toħroġ il-liċenzji FLEGT skont il-proċedura stipulata fl-Anness VII.

Swieq internazzjonali oħrajn: Il-verifika tal-legalità tal-prodotti esportati se tapplika kif stipulat fil-Ftehim, irrispettivament mill-pajjiż tad-destinazzjoni tal-esportazzjoni, u l-legalità tagħhom se tkun issostanzjata permezz tal-liċenzja H-Legal.

Is-Suq domestiku: Il-verifika tal-legalità tal-prodotti mqiegħda fis-suq domestiku se tapplika wkoll kif stipulat f’dan il-Ftehim, u l-legalità tal-operaturi li huma s-sidien ta’ dawn il-prodotti se tintwera permezz ta’ ċertifikati ta’ konformità legali.

F'dawn il-fażijiet kollha għall-implimentazzjoni tas-SAL, se jiġu adottati miżuri biex jiġi prevenut id-dħul ta’ injam ta’ oriġini li ma tkunx magħrufa jew li tkun illegali fil-katina ta’ provvista forestali. L-abbiltà li tiġi implimentata s-SAL se tissaħħaħ billi jiġu applikati l-miżuri inklużi fl-Anness VIII.

5.3   Sorsi ta’ injam koperti mis-SAL

Is-sorsi tal-injam li huma koperti mis-SAL huma kategorizzati kif ġej:

5.3.1   Injam maħsud fit-territorju nazzjonali

L-injam maħsud fit-territorju nazzjonali ġej mis-sorsi li ġejjin:

1.

Foresti, naturali kif ukoll imħawlin.

2.

Żoni li fihom hemm stabbiliti sistemi agroforestali, pereżempju siġar naturali jew imħawlin flimkien ma’ speċijiet oħrajn bħall-kafè, il-kawkaw jew għelejjel agrikoli oħrajn.

3.

Siġar koniferi jew bil-weraq wiesa' imxerrdin barra l-foresti.

Il-ħsad jista’ jsir kemm fil-foresti bil-weraq wiesa' jew tal-arżnu, ikun min ikun sid l-art. Il-ħsad huwa awtorizzat b’wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:

Skont pjan ta’ ġestjoni forestali u l-pjanijiet operazzjonali annwali tiegħu, kif approvati mill-ICF għal:

benefiċjarji komunitarji li jkollhom kuntratti ta’ ġestjoni forestali fi grupp (kuntratti ta’ ġestjoni forestali komunitarji);

benefiċjarji individwali ta’ kuntratti ta’ ġestjoni forestali; u

sidien ta’ foresti privati, muniċipali (ejido), nazzjonali u fiskali.

Skont pjan speċjali għal sistemi agroforestali u l-pjan ta’ qtugħ annwali tiegħu għal sidien ta’ sistemi agroforestali fuq art privata u muniċipali (ejido).

Skont pjan ta’ salvataġġ għall-ħsad ta’ foresti affettwati minn diżastri naturali, organiżmi ta’ ħsara jew mard, xogħlijiet ta’ kostruzzjoni pubbliċi jew privati u bidliet tal-veġetazzjoni fuq art agrikola. Pjanijiet ta’ salvataġġ għal fejn se jkun hemm xogħlijiet ta’ kostruzzjoni pubbliċi jew privati jew bidliet fil-veġetazzjoni fuq art agrikola jeħtieġu valutazzjoni tal-impatt ambjentali qabel jinħareġ ċertifikat ta’ liċenzja ambjentali minn MiAmbiente. Pjanijiet ta’ salvataġġ marbutin ma’ bidla fi-veġetazzjoni għal għelejjel agrikoli temporanji jew permanenti japplikaw biss għal art agrikola. l-Artikolu 93 tal-Liġi Forestali jistipula l-użu naturali tal-art forestali jrid jiġi preżervat u rrispettat f’konformità mal-politiki u r-regolamenti legali dwar l-ippjanar tal-użu tal-art. Bl-istess mod, l-Artikolu 294 tar-regolament għal-Liġi Forestali jipprojbixxi bidliet ta’ veġetazzjoni f'foresti produttivi bi pjanijiet ta’ ġestjoni u fuq art b’potenzjal forestali għoli. It-Taqsima 7.7 ta’ dan l-Anness tiddeskrivi f’aktar dettall il-verifika tal-prodotti tal-injam li jiġu minn bidla fl-użu tal-art.

Skont pjan ta’ rkupru għall-estrazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-forestrija koperti minn liċenzja iktar bikrija (POA, PQA, liċenzji tal-ħsad ta’ pjantaġġuni ċertifikati u pjanijiet ta’ salvataġġ).

Liċenzji a’ ħsad ta’ pjantaġġun ċertifikat għall-estrazzjoni ta’ injam minn pjantaġġuni forestali ċċertifikati mill-ICF.

Tradizzjonalment, is-siġar imxerrdin barra l-foresti, li jinsabu l-aktar f’żoni residenzjali u fejn jitrabbew il-bhejjem, kienu s-sors ewlieni tal-injam għall-mastrudaxxi. Madankollu, il-Honduras għad ma għandux leġiżlazzjoni li tirregola l-ħsad kummerċjali ta’ dawn is-siġar, u huwa għalhekk li ġiet inkluża miżura supplementari dwar din il-kwistjoni fl-Anness VIII. Meta din il-leġiżlazzjoni tidħol fis-seħħ, se tiġi inkluża fl-indikatur rilevanti tat-tabelli ta’ legalità skont il-proċedura ppjanta fit-taqsima dwar “Bidliet fil-qafas regolatorju, organizzattiv u istituzzjonali tal-Honduras” fit-taqsima 4 tal-Anness II.

Qabel l-aġġornament tat-tabelli tal-legalità, dan is-sors tal-injam diġà se jkun ġie inkluż fis-SAL u l-operaturi tas-settur forestali li jaħsdu dan is-sors ta’ injam iridu japplikaw ir-rekwiżiti tas-SAL l-oħrajn kollha.

5.3.2   Injam importat

Il-persuni fiżiċi kif ukoll ġuridiċi li jimportaw l-injam iridu jimplimentaw proċeduri ta’ diliġenza dovuta biex juru li r-riskju ta’ kondotta illegali fir-rigward tal-injam importat hija negliġibbli u li l-esportaturi tal-pajjiż tal-ħsad jirrispettaw il-liġi. L-ambitu ta’ din il-proċedura ta’ diliġenza dovuta jkun iddeterminat tul il-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim; ġiet inkluża miżura supplementari fl-Anness VIII rigward l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ diliġenza dovuta fil-Honduras.

5.3.3   Injam li mhux kopert mill-Ftehim

Iż-żewġ tipi ta’ injam li ġejjin mhumiex inklużi fis-SAL u mhumiex se jkunu soġġetti għall-iskema ta’ liċenzjar FLEGT:

Injam fi tranżitu

L-injam fi tranżitu huwa injam minn pajjiżi terzi jew injam li jidħol fil-Honduras temporanjament b'dikjarazzjoni tat-tranżitu unika, u li d-destinazzjoni finali tiegħu tkun pajjiż ieħor. Dan irid ikun identifikat u jinżamm separat mill-katina ta’ provvista tal-injam prodott fil-Honduras jew importat. L-injam fi tranżitu mhuwiex se jkun inkluż fis-SAL u għaldaqstant ma tista’ tinħareġ l-ebda liċenzja FLEGT jew H-Legal għall-esportazzjoni tiegħu.

It-Taqsima 7.5 ta’ dan l-Anness tispjega kif il-mekkaniżmi biex jikkontrollaw it-tranżitu ta’ dawn il-prodotti se joperaw biex jiżguraw li ma jidħlux fil-katina ta’ provvista tas-suq nazzjonali.

Injam Konfiskat

Il-prodotti tal-injam ikkonfiskati talli kisru l-leġiżlazzjoni Tal-Honduras jew għax ma jikkonformawx mal-obbligi tad-diliġenza dovuta fil-każ tal-injam impurtat huma esklużi mis-SAL. L-ICF u l-forzi tas-sigurtà għandhom is-setgħa li jwettqu l-investigazzjonijiet meħtieġa biex jagħmlu prosekuzzjoni ta’ każi permezz tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku. It-Taqsima 7.6 ta’ dan l-Anness tispjega xi jsir mill-injam li jkun ġie maqbud jew konfiskat.

5.4   Ambitu tal-operaturi inklużi fis-SAL

Skont dan il-Ftehim, “operatur” huwa kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li twettaq attivitajiet fil-katina ta’ produzzjoni forestali. L-ambitu tal-attivitajiet tal-operaturi koperti mis-SAL huwa deskritt fit-Tabella 1.

Tabella 1.

Ambitu tal-attività tal-operaturi fis-settur forestali.

Operatur

Ambitu tal-azzjoni skont is-SAL

1.

Sid taż-żona forestali privata (tinkludi komunitajiet indiġeni b’titolu tal-art) u art komuni (muniċipalitajiet)

Japplika għal sjieda tal-art jew juri sjieda tagħha.

Qabel ma jagħmel attivitajiet ta’ ħsad, japplika għand l-ICF għall-approvazzjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni forestali u l-pjanijiet ta’ operazzjoni annwali, pjan ta’ salvataġġ jew pjan ta’ rkupru.

Japplika għall-ICF għal permessi tat-trasport għall-ġarr ta’ injam maħsud, u jirrapporta dwar il-permessi tat-trasport użati, li jiddaħħlu fil-bażi ta’ data SIRMA.

Jagħti evidenza li l-prinċipji ta’ FPIC ikunu ġew segwiti, kif xieraq.

2.

Sid ta’ żona b’sistema agroforestali

Japplika għal approvazzjoni ta’ PESA u PQA għall-ħsad bħala parti minn sistema agroforestali. Japplika għall-ICF għal permessi tat-trasport għall-ġarr ta’ injam maħsud, u jirrapporta dwar il-permessi tat-trasport użati, li jiddaħħlu fil-bażi ta’ data SIRMA.

3.

Sid ta’ Pjantaġġun Forestali

Japplika mal-ICF għaċ-ċertifikazzjoni tal-pjantaġġun forestali u għall-ħsad ta’ pjantaġġun ċertifikat.

Japplika għall-ICF għal permessi tat-trasport għall-ġarr ta’ injam maħsud, u jirrapporta dwar il-permessi tat-trasport użati, li jiddaħħlu fil-bażi ta’ data SIRMA.

4.

Utent/Okkupant

Jikseb kuntratt ta’ użufrutt b’riżultat tal-proċeduri tal-legalizzazzjoni tal-art, li jippermetti lill-utent/okkupant li jagħmel attivitajiet ta’ ġestjoni forestali. Ir-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati minn benefiċjarji privati tal-legalizzazzjoni ta’ żoni forestali nazzjonali huma stipulati fil-Liġi Forestali.

Japplika mal-ICF għal permess biex iħawwel foresta mill-ġdid fl-art jew li jagħmel attivitajiet forestali/ambjentali oħrajn.

Japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-pjantaġġun, u wara japplika għall-permess biex jaħsdu.

5.

Użufruttwarji ta’ żoni forestali (inklużi gruppi komunitarji)

Sabiex jagħmel attivitajiet ta’ ġestjoni forestali, japplika biex jiffirma kuntratt ta’ ġestjoni forestali; u sabiex jaħsad iż-żona forestali, japplika mal-ICF għall-approvazzjoni ta’ pjan ta' ġestjoni forestali, pjan ta’ salvataġġ jew pjan ta’ rkupru.

6.

Kuntrattur

Imqabbad minn sit il-foresta meta dan tal-aħħar ma jkunx jaħsad l-injam bir-riżorsi tiegħu stess. Jaħsad, iġorr u jittrasporta l-injam mill-foresta għal għand kumpaniji ta’ prodotti forestali primarji jew postijiet tal-bejgħ tal-injam, u jista’ wkoll ibigħu.

Jiddikjara mal-uffiċċju forestali reġjonali dwar il-fatt li jkun irreġistrat, u jelenka l-apparat u l-persunal ewlieni li għandu għall-operazzjonijiet ta’ ħsad u trasportazzjoni.

Huwa responsabbli biex juża l-permess tat-trasport (awtorizzat mill-ICF) u l-polza tal-vjeġġ (awtorizzata mis-SAR). Il-benefiċjarju jew id-detentur ta’ liċenzja tal-ħsad li jqabbad lil kuntrattur huwa responsabbli biex jiżgura l-konformità mar-regolamenti applikabbli.

7.

Trasportatur

Jipprovdi s-servizz tat-trasport tal-merkanzija, f’dan il-każ tal-injam, sew hux injam tond mis-sit tal-ħsad sal-kumpanija tal-prodotti forestali jew il-post tal-bejgħ, jew prodotti ta’ injam proċessat mill-kumpanija tal-prodotti forestali sad-destinazzjoni finali. Inġenerali, dan is-servizz li jinkera mis-sid tal-foresta, mill-kuntrattur jew mill-kumpanija ta’ prodotti forestali.

Fil-każ ta’ foresti tas-siġar bil-weraq wiesa’, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, it-trasportatur ikun involut mill-waqt li fih l-injam maqtugħ kwadru raff li jkun ġie mill-foresta jkun inħażen barra minnha f’punt tal-ġbir, u jintużaw vetturi biex jittrasportawh minn hemm sa kumpaniji forestali jew postijiet ta’ bejgħ tal-injam.

Jippreżenta lill-awtoritajiet id-dokumenti li jixhdu l-legalità tal-prodotti ttrasportati (permess tat-trasport, fattura awtorizzata mis-SAR u polza tal-vjeġġ jew fattura, kif xieraq).

8.

Tekniku Forestali Ċertifikat (TFC)

Ifassal pjanijiet ta’ ġestjoni forestali, pjanijiet speċjali għas-sistemi agroforestali, u pjanijiet annwali relatati, pjanijiet ta’ salvataġġ u pjanijiet ta’ rkupru f’isem sid il-foresta.

(Għandu r-responsabbiltà unika għall-amministrazzjoni tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ operazzjoni annwali tal-pjanijiet ta’ ġestjoni forestali. għal dan l-għan, jippreżenta lill-ICF f’isem sid il-foresta memorandum tal-ħatra u tal-aċċettazzjoni u jsir l-amministratur tal-pjan ta’ operazzjoni annwali.)

Huwa responsabbli għall-konformità mal-istandards tekniċi li jirregolaw kwalunkwe mod ta’ ħsad li jamministra. Huwa wkoll responsabbli biex jippreżenta rapporti dwar il-progress ta’ kull xahar dwar il-permessi tat-trasport użati fil-foresta, u jagħti informazzjoni dettaljata dwar l-injam estratt, appoġġat minn kopji tal-permessi użati.

9.

Tekniku forestali indipendenti (TFI)

Ifassal pjanijiet ta’ ġestjoni forestali, pjanijiet speċjali għas-sistemi agroforestali, u pjanijiet annwali relatati, pjanijiet ta’ salvataġġ u pjanijiet ta’ rkupru.

Huwa responsabbli għall-konformità mal-istandards tekniċi li jirregolaw kwalunkwe mod ta’ ħsad li jamministra. Huwa wkoll responsabbli biex jippreżenta rapporti dwar il-progress ta’ kull xahar dwar il-permessi tat-trasport użati fil-foresta, u jagħti informazzjoni dettaljata dwar l-injam estratt, appoġġat minn kopji tal-permessi użati.

10.

Esportatur

Japplika mal-ICF għall-ħruġ ta’ liċenzja FLEGT (għall-Unjoni) jew il-liċenzja H-legal (għal destinazzjonijiet oħrajn) skont fejn se jintbagħtu l-konsenji.

Japplika mal-Awtorità Doganali għall-permessi tal-esportazzjoni, inkluża l-fattura ta’ importazzjoni kummerċjali, id-Dikjarazzjoni Doganali Unika u dokumenti oħrajn li jagħtu prova tal-legalità tal-prodott li qed jiġi esportat, rigward ir-restrizzjonijiet tas-saħħa pubblika u regolamenti tariffarji u nontariffarji, inklużi ċ-ċertifikati CITES fejn applikabbli.

11.

Importatur

Japplika mal-Awtorità Doganali għall-permessi tal-esportazzjoni, inkluża l-fattura ta’ importazzjoni kummerċjali, id-Dikjarazzjoni Doganali Unika u dokumenti oħrajn li jagħtu prova tal-legalità tal-prodott li qed jiġi esportat, rigward ir-restrizzjonijiet tas-saħħa pubblika u regolamenti tariffarji u nontariffarji, inklużi ċ-ċertifikati CITES fejn applikabbli.

Jimplimenta mekkaniżmi ta’ diliġenza dovuta biex jivverifika l-legalità tal-prodott tal-injam li jkun qed jinxtara.

12.

Sid ta’ kumpanija ta’ prodotti forestali primarji

Iżomm ktieb b’reġistru ta’ inputs u outputs u jiffajlja rapporti tal-produzzjoni ta’ kull xahar mal-ICF, bil-fatturi tal-bejgħ awtorizzati mehmużin. Jitlob li jinħarġu l-fatturi u jiffajlja dikjarazzjonijiet tal-bejgħ mensili u annwali mas-SAR, bil-fatturi tal-bejgħ awtorizzati rilevanti u l-poloz tal-vjaġġ mehmużin.

Jimplimenta mekkaniżmi ta’ diliġenza dovuta għall-verifika tal-legalità tal-prodotti li jkunu qed jinxtraw.

Fil-każ ta’ foresti b’siġar bil-weraq wiesa’, bħalissa ma jeżistux kumpaniji ta’ prodotti forestali primarji, minħabba li l-injam jinqata’ kwadru raff qabel iħalli l-foresta u jitqiegħed fis-suq permezz ta’ kumpaniji ta’ prodotti forestali sekondarji jew postijiet tal-bejgħ tal-injam.

13.

Sid ta’ kumpanija ta’ prodotti forestali sekondarji (inklużi ħwienet tal-mastrudaxxi u intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju oħrajn (MiPyME)).

Iżomm ktieb b’reġistru ta’ inputs u outputs u jiffajla rapporti tal-produzzjoni ta’ kull xahar mal-ICF, bil-fatturi tal-bejgħ awtorizzati mehmużin.

Jitlob li jinħarġu l-fatturi u jiffajlja dikjarazzjonijiet tal-bejgħ mensili u annwali mas-SAR, bil-fatturi tal-bejgħ awtorizzati rilevanti u l-poloz tal-vjaġġ mehmużin.

Jimplimenta mekkaniżmi ta’ diliġenza dovuta għall-verifika tal-legalità tal-prodotti li jkunu qed jinxtraw.

14.

Sid ta’ post ta’ bejgħ tal-injam

Iżomm ktieb b’reġistru ta’ inputs u outputs u jiffajla rapporti tal-produzzjoni ta’ kull xahar mal-ICF, bil-fatturi tal-bejgħ awtorizzati mehmużin.

Jitlob li jinħarġu l-fatturi u jiffajlja dikjarazzjonijiet tal-bejgħ mensili u annwali mas-SAR, bil-fatturi tal-bejgħ awtorizzati rilevanti u l-poloz tal-vjaġġ mehmużin.

Jimplimenta mekkaniżmi ta’ diliġenza dovuta għall-verifika tal-legalità tal-prodotti li jkunu qed jinxtraw.

15.

Impjegatur (ta’ kwalunkwe intrapriża li tappartjeni lill-kategoriji ta’ operaturi ta’ hawn fuq)

Jirreġistra l-impjegati mal-Istitut Hondurjan tas-Sigurtà Soċjali u jimxi mal-leġiżlazzjoni tax-xogħol.

6.   IL-VERIFIKA TA’ KONFORMITÀ MAD-DEFINIZZJONI TAL-LEGALITÀ

Il-prodotti tal-injam Tal-Honduras jitqiesu li huma legali fuq il-bażi tad-definizzjoni tagħhom deskritta fl-Anness II.

Il-verifika ssir minn aġenziji tal-gvern (jekk xieraq bl-użu ta’ kontribut minn mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni privata rikonoxxuti kif stipulat fit-Taqsima 8 ta’ dan l-Anness) u tikkonsisti mit-twettiq ta’ kontrolli adegwati biex tiġi żgurata l-legalità tal-prodotti tal-injam.

Trid tkun robusta u effettiva biżżejjed biex tiżgura l-identifikazzjoni ta’ kull nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-tabelli tal-legalità stipulati fl-Anness II fil-fażijiet differenti tal-katina tal-provvista fis-suq nazzjonali. Il-legalità tal-injam li huwa importat u li jkun se jidħol fil-katina ta’ provvista nazzjonali wkoll irid jiġi vverifikat.

6.1   Prinċipji tal-verifika tal-legalità

Tul il-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet, permezz tal-KKI, se jaġġornaw u japprovaw manwal tal-verifika li jiddeskrivi l-metodoloġija tal-verifika li trid tiġi applikata biex tivverifika l-konformità legali għal kull indikatur u mezz ta’ verifika identifikati bħala elementi ewlenin għall-istabbiliment tat-tabelli ta’ legalità. Kull wieħed mill-indikaturi jispeċifika l-korp jew unità f’kull istituzzjoni inkarigat(a) mill-verifika u d-dokumenti li għandhom jiġu vverifikati. Barra minn hekk, il-frekwenza li bihom l-indikatur jiġi kontrollat se tiġi speċifikata, u tiġi indikata l-lokazzjoni tar-rekords li fihom l-informazzjoni u d-dokumenti (kemm stampati u diġitali) li jkunu miżmuma fl-istituzzjonijiet differenti skont l-oqsma ta’ responsabbiltà tagħhom.

6.1.1   Istituzzjonijiet involuti fil-verifika tal-legalità

Il-verifika ssir minn istituzzjonijiet identifikati ċar li jkollhom riżorsi, sistemi ta’ ġestjoni u persunal imħarreġ adegwati, flimkien ma’ mekkaniżmi robusti u effettivi biex jiġu kkontrollati l-kunflitti ta’ interess. Il-persunal tal-verifika f’kull istituzzjoni għandu l-ħiliet u l-esperjenza meħtieġa biex jagħmlu xogħolhom u huma sorveljati kif xieraq.

L-ICF u l-istituzzjonijiet l-oħrajn involuti fis-SAL għandhom struttura organizzazzjonali u funzjonali biex tivverifika jekk l-operaturi kollha humiex qed jimxu mal-indikaturi tal-legalità. Minħabba l-volum ta’ informazzjoni li se jiġi prodott mill-verifika tal-operaturi minn kull istituzzjoni, u l-ħtieġa li l-informazzjoni tiġi rreġistrata u tinżamm aġġornata, ir-riżultati tal-verifika se jiddaħħlu f’bażi tad-data disponibbli għall-Unità tal-Verifika tal-Legalità tal-ICF. Din se tagħti, fuq bażi kontinwa, lill-Unità ta’ Verifika l-informazzjoni kollha neċessarja biex tkun tista’ toħroġ u tirrieżamina l-validità taċ-ċertifikati ta’ konformità legali tal-operaturi. Il-fattibbiltà ta’ dan il-ġbir u aġġornament tad-data teħtieġ il-koordinazzjoni tal-istituzzjonijiet kif deskritt fit-Taqsima 11 ta’ dan l-Anness.

Id-dijagramma li ġejja turi l-fluss tad-data bejn l-atturi tas-SAL differenti għall-verifika tal-konformità legali:

Image 4

It-Tabella 2 tiddeskrivi l-mekkaniżmi għall-verifika tal-konformità legali ppreżentati fid-dijagramma preċedenti.

Tabella 2.

Deskrizzjoni tal-mekkaniżmi għall-verifika tal-konformità legali.

Nru

Deskrizzjoni

1

Operatur fis-settur forestali: Persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel attivitajiet fil-katina ta’ produzzjoni forestali.

2

Applikazzjoni għall-mezz ta’ verifika (Anness II).

3

Metodoloġija għall-ħolqien tal-mezzi ta’ verifika minn kull istituzzjoni. Xi mezzi ta’ verifika jinħolqu darba biss, u oħrajn jinħolqu kull tant żmien.

4

Ħolqien ta’ mezzi ta’ verifika fiżiċi u/jew elettroniċi (Anness II).

5

Metodoloġija tal-verifika Wara li tkun identifikat każ ta’ nuqqas ta' konformità, kull istituzzjoni timplimenta proċeduri biex tiddokumenta, tipproċessa, timmonitorja u tinforma lill-bażi tad-data tal-Unità tal-Verifika tal-Legalità.

6

Azzjoni korrettiva jew punitiva relatata man-nuqqas ta’ konformità legali li jirriżulta minn azzjoni amministrattiva jew ex officio (Anness V, Taqsima 9).

7

Kompilazzjoni tad-data tal-verifika tal-konformità legali konġunta mill-istituzzjonijiet kollha involuti bl-użu tas-SIRMA, SNIF u l-Geoportal tal-ICF u l-għodod oħrajn ta’ dawn l-istituzzjonijiet (Anness V, Taqsimiet 6 u 7).

8

Applikazzjoni mal-Unità tal-Verifika tal-Legalità għal ċertifikat ta’ konformità legali li tixhed il-legalità tal-operatur (Anness V, Taqsimiet 6 u 7).

9

Kompilazzjoni tad-data miżmuma mill-Unità tal-Verifika tal-Legalità biex tivvaluta l-konformità mat-tabelli ta’ legalità u l-kontroll tal-katina ta’ provvista mill-operatur. Jekk il-konklużjoni tkun pożittiva, l-Unità tal-Verifika tal-Legalità toħroġ ċertifikat ta’ konformità legali li turi lix-xerrejja fis-suq domestiku li l-operatur ikun issodisfa r-rekwiżiti tas-SAL (Anness V, Taqsimiet 6 u 7).

10

Applikazzjoni mal-Unità tal-Liċenzji għal liċenzja FLEGT jew H-Legal li tixhed il-legalità tal-attivitajiet tal-operatur sabiex l-operatur ikun jista’ jesporta l-prodotti tiegħu lejn kwalunkwe suq (Anness IV).

11

Deċiżjoni mill-Unità tal-Liċenzji dwar jekk l-operatur huwiex konformi legalment jew le. Jekk il-konklużjoni tal-Unità tal-Verifika tkun favorevoli (jiġifieri l-operatur jissodisfa r-rekwiżiti kollha tas-SAL) tinħareġ liċenzja FLEGT (għas-suq tal-Unjoni) jew H-Legal (swieq oħrajn), li turi lill-klijenti fis-suq internazzjonali li l-operatur ikun issodisfa r-rekwiżiti tas-SAL. Jekk id-deċiżjoni ma tkunx favorevoli, l-Unità tal-Liċenzji tinnotifika lill-applikant (operatur) (Anness IV).

12

Abbozzar mill-awdituri indipendenti tas-SAL dwar il-konstatazzjonijiet tagħhom li jinkludi konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat Konġunt ta’ Implimentazzjoni, li huwa inkarigat li jippubblika dawn ir-rapporti tal-awditjar regolarment (Anness VI).

13

Abbozzar mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ta’ rapporti ta’ verifika dwar liċenzji tal-ħsad u iktar ġeneralment dwar is-settur forestali, li jsiru disponibbli lill-KKI (Anness V, Taqsima 4.4.2).

6.1.2   Proċeduri ta’ verifika bbażati fuq it-tabelli tal-legalità

Il-manwal maqbul bejn il-partijiet permezz tal-KKI se jiddeskrivi l-metodoloġija applikata mill-istituzzjonijiet involuti, li tkun ir-responsabbiltà tagħhom li jivverifikaw l-indikatur kollu jew parti minnu. Il-manwal se jidentifika l-korp jew l-uffiċċju responsabbli għall-verifika u l-azzjoni li jieħu biex iwettaq dan il-kompitu. Il-manwal jirriferi wkoll għall-“Frekwenza tal-Verifika”, li tindika meta l-mezzi ta’ verifika għandhom jiġu vverifikati; se jinkludi wkoll il-korp u l-uffiċċju fejn se jinħażnu l-kopji fiżiċi u diġitali ta’ din l-informazzjoni.

6.1.3   Ħżin tal-mezzi ta’ verifika tal-legalità

Il-kopji fiżiċi u l-fajls diġitali tad-dokumenti għal kull mezz ta’ verifika jinżammu f’kull istituzzjoni li jkollha r-responsabbiltà li toħloq il-mezz relatat. Dawn l-arkivji “istituzzjonali” jinżammu għal mill-inqas 10 snin, kif meħtieġ mil-Liġi dwar it-Trasparenza u l-Aċċess għall-Informazzjoni Pubblika (LTAIP). Il-liġi tistabbilixxi wkoll il-proċedura għall-ipproċessar tal-informazzjoni (l-Artikoli 30, 31 u 32), tiddefinixxi xi tfisser “informazzjoni pubblika” (l-Artikolu 3) u x’għandhom jitqiesu li huma dettalji personali kunfidenzjali (l-Artikolu 7) jew informazzjoni klassifikata (l-Artikolu 8).

Minħabba l-importanza tal-legalità u l-awtentiċità tal-mezzi ta’ verifika, l-istituzzjonijiet responsabbli jiżguraw li jinżamm arkivju fiżiku u diġitali għal kull mezz ta’ verifika. Fl-interess tat-trasparenza u l-effettività tal-ġestjoni tal-informazzjoni, l-istituzzjonijiet involuti fil-mezzi ta’ verifika jridu jiżguraw li l-informazzjoni fl-arkivji tagħhom ssir disponibbli għal organizzazzjonijiet oħrajn — fosthom l-Unità tal-Verifika tal-Legalità tal-ICF — fil-ħin u b’mod effikaċi meta tkun meħtieġa. B’mod simili, kull istituzzjoni marbuta mal-verifika tal-legalità jenħtieġ li tagħmel użu mil-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri li japplikaw fl-isfera ta’ kompetenza tagħha biex tfittex l-informazzjoni neċessarja mill-operaturi u żżommha fl-arkivji tagħha.

6.1.4   Sistemi ta’ informazzjoni u funzjonalitajiet ta’ verifika

Is-sistemi, għodod u protokolli tal-kompjuter li diġà jeżistu u li se jiġu żviluppati għall-verifika tal-konformità mal-indikaturi fit-tabelli tal-legalità se jagħmluha possibbli li jinġabar sett ta’ verifiki dokumentarji u fil-post u biex id-data tiġi rikonċiljata tul il-katina tal-provvista tal-injam. It-Taqsima 3.2 ta’ dan l-Anness tippreżenta l-għodod ewlenin informatiċi u l-protokolli użati mill-istituzzjonijiet involuti fis-SAL. Il-paragrafi li ġejjin jagħtu deskrizzjoni fil-qosor tas-sistemi tal-IT li hemm bħalissa biex jappoġġaw l-istituzzjonijiet fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Fl-ICF:

Sistema Nazzjonali tal-Informazzjoni Forestali (SNIF)

Din l-għodda informatika tista’ tintuża biex jinżammu bażijiet ta’ data dinamiċi dwar ir-reġistri li juru s-sjieda ta’ foresti privati, nazzjonali u muniċipali, u ta’ kumpaniji tal-prodotti forestali u l-postijiet ta’ bejgħ tal-injam. Is-sistema fiha informazzjoni dwar il-liċenzji kollha tal-ħsad, inklużi l-pjanijiet ta’ ġestjoni, il-pjanijiet operazzjonali, il-pjanijiet ta’ rkupru, il-pjanijiet speċjali għas-sistemi agroforestali u għall-ħsad ta’ pjantaġġuni ċċertifikati mill-ICF. Is-SNIF jagħmilha possibbli li l-injam li jgħaddi mingħand operatur tal-ħsad għall-ieħor tul il-katina tal-provvista jiġi mmonitorjat.

Is-Sistema Informatika tat-Traċċabilità tal-Injam (SIRMA)

Din l-għodda informatika tagħmilha possibbli li l-estrazzjoni tal-injam u l-flussi tat-trasport jiġu mmonitorjati fuq il-bażi tar-rekord ta’ permessi tat-trasport użati għal kull liċenzja tal-ħsad. Is-sistema tuża l-informazzjoni mis-SNIF biex iżżomm arkivju tal-permessi tat-trasport. Din tirrikonċilja informazzjoni dwar il-permessi rreġistrati għat-trasport mill-foresta għal kumpaniji tal-prodotti forestali u dwar x’jidħol u x’joħroġ minn kull ħolqa tal-katina permezz tar-rapporti ta’ kull xahar li jippreżenta kull operatur. L-informazzjoni miżmuma fl-arkivji tagħmilha possibbli li jiġu mmonitorjati l-produzzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ u l-ħażniet/inventarji.

Geoportal

Din il-pjattaforma virtwali tal-mappa forestali tal-Honduras turi l-lok ġeografiku u l-erja tas-superfiċe taż-żoni protetti, żoni assenjati taħt kuntratti ta’ ġestjoni, mikrobaċiri ddikjarati, infrastruttura tat-toroq, pjanijiet ta’ ġestjoni forestali u mapep ta’ referenza. Il-Geoportal huwa konness mas-SNIF. Din l-informazzjoni tintuża biex tittraċċa r-rotot tal-flussi tal-injam, u tiffaċilita l-ippjanar tal-punti ta’ kontroll għall-finijiet ta’ verifika fit-toroq pubbliċi u f’punti sensittivi fin-netwerk ta’ toroq. Meta jinħolqu moduli ġodda tas-SNIF, se jkunu konnessi mal-Geoportal: arkivju tal-pjanijiet ta’ salvataġġ, tal-pjanijiet speċjali għal sistemi agroforestali, pjantaġġuni forestali ċertifikati u kumpaniji tal-prodotti forestali, fost oħrajn.

Fis-SAR:

Sistema Elettronika tad-Dħul Intern (E-Tax)

Dan il-portal jagħti lill-kontribwenti l-formoli stampati biex jimlew id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa. Din is-sistema tagħmilha possibbli, pereżempju, li tiġi kontroverifikata informazzjoni bejn id-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar mill-kontribwenti, jiġifieri taxxi fuq l-introjtu, u r-rapporti ta’ kull xahar li l-operaturi jippreżentaw lill-ICF.

Sistema tal-Amministrazzjoni tal-Finanzi u tat-Taxxi (SAFT)

Din is-sistema ssaħħaħ l-effiċjenza, l-effettività, it-tempestività u t-trasparenza tal-amministrazzjoni finanzjarja muniċipali permezz tal-ġestjoni awtomatizzata u integrata tal-proċeduri amministrattivi u finanzjarji bbażati fuq il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż. Is-sistema tagħmilha aktar faċli li jiġu implimentati l-kontrolli interni, tindirizza l-informazzjoni finanzjarja muniċipali fuq bażi integrata, u tista’ tiġi konnessa ma’ programmi oħrajn biex tiġġenera statistiki u mapep diġitali.

Reġistru Nazzjonali tat-Taxxa (RTN)

Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi u organizzazzjonijiet jew entitajiet li ma għandhom l-ebda personalità legali iżda li huma involuti f’attivitajiet li jagħmluhom soġġetti għat-taxxa jridu jirreġistraw mar-Reġistru Nazzjonali tat-Taxxa miżmum mill-awtoritajiet tat-taxxa kif stipulat fil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Fil-każ ta’ persuni fiżiċi, in-numru tar-Reġistru Nazzjonali tat-Taxxa tagħhom huwa l-istess bħan-Numru tagħhom tar-Reġistru Nazzjonali tal-Persuni (RNP), b’numru miżjud, u jibqa’ l-istess għal ħajjithom kollha. Il-persuni ġuridiċi jridu jiddaħħlu fir-Reġistru Nazzjonali tat-Taxxa meta jkunu rreġistrati jew stabbiliti.

Fl-IP:

Is-Sistema Nazzjonali tal-Amministrazzjoni tal-Proprjetà tal-Honduras (SINAP)

Din hija sistema tal-IT użata fil-pjattaforma uffiċjali tal-gvern tal-Honduras għall-amministrazzjoni tal-informazzjoni dwar drittijiet ta’ proprjetà. Is-SINAP fih sottosistemi li jinkludu s-SURE:

Is-Sistema Unifikata tar-Reġistru tal-Honduras (SURE)

Din hija sistema ta’ informazzjoni mfassla biex gradwalment tiġi mmodernizzata l-proċedura għar-reġistrazzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà, id-drittijiet ta’ sjieda u r-reġistrazzjoni tal-art fil-pajjiż kollu.

Fl-IHSS:

Is-Sistema ta’ Sigurtà Soċjali tal-Honduras

L-IHSS jopera Sistema ta' Informazzjoni ta’ Kontroll dwar il-Membri (SICA), li fiha hemm irreġistrati tal-impjegaturi u tal-impjegati tal-intrapriżi affiljati. L-ambitu ġeografiku tal-IHSS huwa nazzjonali, u għandha rappreżentanzi u uffiċċji fl-ibliet ewlenin kollha tal-pajjiż.

F’MiAmbiente:

Sistema ta’ Liċenzjar Ambjentali Simplifikata (SLAS)

Din l-għodda tfasslet biex tagħti lin-negozji mekkaniżmu flessibbli li jippermettilhom jibdew proġett minnufih billi tagħtihom analiżi malajr tal-aspetti legali li jipprojbixxu jew jeskludu proġetti kullimkien fil-pajjiż, li tistudja fil-fond il-karatterizzazzjoni tal-Kwozjent tal-Impatt Ambjentali għal kwalunkwe tip ta’ proġett, u li tippreżenta awtomatikament il-miżuri ta’ mitigazzjoni meħtieġa mill-proġett inkwistjoni fil-koordinati ġeografiċi li se jkun fiha.

Fl-INA:

Ir-Reġistru Agrarju Nazzjonali (RAN)

Għar-Reġistru Agrarju Nazzjonali, l-INA għandu reġistru ta’ dokumenti u bażijiet ta’ data ġeografiċi li jippermettulu jimmonitorja żoni b’titoli tal-proprjetà. Bħalissa, ma għandux sistema tal-IT jew arkitettura ta’ bażi ta’ data relazzjonali li tippermetti l-interazzjoni ma’ sistemi oħrajn.

Fid-DARA:

Sistema Awtomatizzata tad-Dħul Doganali tal-Honduras (SARAH)

Din is-sistema tuża teknoloġiji mill-aktar avvanzati bbażati fuq standards miftuħin li jipprovdu servizz doganali online li huma aċċessibbli ħafna bl-użu ta’ browser u servizzi web standard. Għandha wkoll applikazzjonijiet addizzjonali li jappoġġaw il-ġestjoni doganali u jagħmluha possibbli li jiġu stabbiliti kontrolli filwaqt li jiġi ffaċilitat il-kummerċ internazzjonali.

Is-Sistema Elettronika Għall-Kummerċ Estern tal-Honduras (SECEH) u l-modulu tal-awtorizzazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni online tagħha

Is-SECEH tappoġġa s-settur tal-esportazzjoni billi tagħmilha possibbli li d-dokumenti ta’ esportazzjoni meħtieġa għall-iżdoganar tal-merkanzija jinkisbu online.

Is-Sistema tat-Tranżitu Internazzjonali tal-Merkanzija (TIM)

Din is-sistema tal-IT tiffaċilita l-proċeduri doganali standardizzati fil-fruntieri tal-Amerka Ċentrali biex tottimizza l-formalitajiet migratorji, doganali u ta’ kwarantina permezz ta’ dokument wieħed: id-Dokument Uniku għat-Tranżitu Internazzjonali tal-Merkanzija.

Sistema Integrata tal-Kummerċ Estern (SICE)

Din is-sistema tipprovdi statistika dwar il-kummerċ barrani lill-utenti fil-Bank Ċentrali tal-Honduras (BCH) u turi informazzjoni skont is-Sistema tat-Tariffi tal-Amerika Ċentrali, u tagħmel dan b’mod affidabbli minħabba li l-informazzjoni l-ewwel tiġi vverifikata permezz ta’ bosta sorsi ta’ informazzjoni.

Tul il-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim se jiġu żviluppati l-għodod tal-IT li ġejjin:

Il-ħolqien ta’ sistema ta’ ġestjoni għall-informazzjoni dokumentata fl-ICF

Din il-librerija virtwali se tippermetti lill-ICF jorganizza, jimmonitorja u jmantni l-informazzjoni dokumentata marbuta mas-settur forestali, bħal liġijiet, dokumenti ta’ strateġija u ta’ politika statali, studji, ftehimiet, domandi, rapporti, konvenzjonijiet u kopji ta’ riżerva ta’ dokumenti tekniċi, fost l-oħrajn. Din is-sistema trid tkun imfassla biex tissodisfa l-objettivi li tinżamm żona online li fiha jistgħu jsiru d-domandi u l-operaturi jingħataw aċċess għall-informazzjoni dokumentarja biex jiġi ffaċilitat it-teħid ta’ deċiżjonijiet. Il-ħolqien ta’ din is-sistema se jiffaċilita l-proċeduri ta’ verifika mwettqa mill-ICF, li hija waħda mill-elementi ewlenin tas-SAL. L-għan għalhekk huwa li tiġi żviluppata fi żmien qasir, tul il-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Il-ħolqien ta’ bażi ta’ data għall-Unità tal-Verifika tal-Legalità

Sabiex tkun tista’ tivverifika l-konformità tal-operaturi mal-indikaturi fit-tabelli ta’ legalità u r-rekwiżiti tas-SAL, l-Unità tal-Verifika tal-Legalità se jkollha bżonn għodda biex tirċievi u taġġorna l-informazzjoni, li tipprovdi aċċess għall-atturi involuti fis-SAL, permezz ta’ interkonnessjoni mal-bażijiet ta’ data tas-sistemi tal-informazzjoni tal-istituzzjonijiet involuti fl-infurzar tas-SAL. Il-ħolqien ta’ din il-bażi ta’ data se jiffaċilita l-verifika tal-katina ta’ provvista u l-proċeduri ta’ kontroll, li hija waħda mill-elementi ewlenin tas-SAL. L-għan għalhekk huwa li tiġi żviluppata fil-perijodu medju, tul il-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Il-ħolqien ta’ Sistema tal-IT għar-Reġistrazzjoni, l-Amministrazzjoni u l-Kontroll Forestali (SIRACOF)

Din is-sistema hija inkluża fir-riżultati tal-Istrateġija Nazzjonali kontra l-Qtugħ Illegali tas-Siġar (ENCTI) bħala għodda tal-IT biex iżżid l-effiċjenza tal-ipproċessar tal-formalitajiet, it-trasparenza ta’ proċeduri amministrattivi u l-kwalità tal-informazzjoni fir-rekords, u biex tappoġġa l-mekkaniżmi ta’ kontroll fil-katina tal-valur forestali, mill-foresta għaċ-ċentri ta’ proċessar u t-tqegħid tal-prodotti fis-suq. Sar progress sinjifikanti fl-iżvilupp tas-SIRACOF billi nħolqu u ġew aġġornati kontinwament is-sistema li jiffurmaw il-bażi tagħha, billi jiġġestixxu, jipproċessaw u jamministraw l-informazzjoni bażika, l-istess bħas-SNIF, is-SIRMA u l-Geoportal.

Il-ħolqien ta’ sistemi ta’ żamma ta’ rekords fl-STSS

L-STSS se jkollu bżonn sistema li tippermettilu li jivverifika li l-operaturi qed ikunu konformi mal-indikaturi relatati mal-oqsma ta’ responsabbiltà tagħha.

Il-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim se toffri l-possibbiltà li jiġu identifikati moduli oħra jew sistemi ta’ informazzjoni sabiex tkompli tiġi faċilitata l-ġenerazzjoni, it-trasferiment, l-interkonnessjoni u l-amministrazzjoni tal-informazzjoni dwar il-verifika tal-konformità legali b’mod li huwa konsistenti mal-kapaċità finanzjarja, teknika u umana disponibbli. Ir-rekwiżiti u l-kapaċità se jkunu analizzati f’iktar dettall biex jiġi stabbilit liem huma l-iktar livell xieraq ta’ kompjuterizzazzjoni tas-sistema f’kull każ. Dan ifisser li l-lista ta’ sistemi ta’ informazzjoni għall-verifika ta’ konformità legali se tkun qed tevolvi kontinwament.

6.1.5   Prinċipju ta’ ġestjoni tar-riskju f’każ ta’ nuqqas ta' konformità mas-SAL

It-tnaqqis ta’ prattiki illegali huwa l-isfida prinċipali fl-implimentazzjoni tas-SAL. Dan jirrikjedi mekkaniżmu komprensiv ta’ ġestjoni tar-riskju biex jiġi implimentat fil-katina tal-provvista sħiħa. F’każi fejn l-awtoritajiet ma jkollhomx ir-riżorsi meħtieġa biex jiżguraw verifika effettiva fl-oqsma kollha bl-istess intensità u frekwenza, il-verifika tal-legalità fuq il-bażi tar-riskju hija opportunità biex tiġi megħluba din il-limitazzjoni.

Il-ġestjoni tar-riskju fl-implimentazzjoni tas-SAL tikkonsisti fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà li jseħħ wieħed minn dawn ir-riskji u l-impatt tagħhom fuq il-legalità tal-injam. Din l-evalwazzjoni se tieħu kont tar-riżultati tal-istudju tal-linja bażi dwar il-livell ta’ konformità tal-operaturi, li hija inkluża fl-Anness VIII. In-natura tar-riskju tinbidel skont fejn u meta jseħħ. Għal din ir-raġuni, it-teħid ta’ deċiżjoni huwa bbażat fuq metodoloġija oġġettiva u integrata applikata mill-ICF u l-aġenziji tal-gvern l-oħrajn, u tibda billi jiġi kkategorizzat ir-riskju u stabbiliti l-kriterji għad-deċiżjoni skont iċ-ċirkustanzi.

Il-manwal ta’ verifika taħt ir-responsabbiltà tal-KKI se jippreżenta l-prinċipji bażiċi għall-kategorizzazzjoni tar-riskji, li se jservu bħala l-bażi għad-deċiżjoni ta’ kif se tiġi indirizzata l-verifika tal-legalità; imbagħad issir analiżi tar-riskji ta’ prattiki illegali li jistgħu jinqalgħu matul l-implimentazzjoni tas-SAL.

Il-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskji tul il-katina tal-provvista se jieħdu kont tal-prattiki illegali li ġejjin:

id-dħul fi kwalunkwe punt tal-katina ta’ materjal minn sorsi mhux magħrufa u materjal maħsud mingħajr drittijiet ta’ operazzjoni għal qtugħ tas-siġar legali;

każi fejn l-ammont ta’ prodott b’ċerti karatteristiċi huwa ikbar mill-proporzjon tal-prodott oriġinali jew mill-ammont ta’ materja prima bl-istess karatteristiċi minn sorsi legali użati fil-produzzjoni jew fil-proċess ta’ bejgħ għal dak it-tip ta’ prodott.

B’mod parallel, il-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju se jieħdu kont tad-dokumenti ta’ prova li jissostanzjaw il-legalità tal-operaturi u l-injam tagħhom, bħal ċertifikati rikonoxxuti minn sistemi approvati ta’ ċertifikazzjoni privata, kif definit fit-Taqsim 8 ta’ dan l-Anness.

L-azzjonijiet li se jittieħdu biex tiġi kkontrollata u vverifikata l-konformità legali se jkunu bbażati fuq dawn il-kategoriji ta’ riskju. Azzjonijiet konġunti interistituzzjonali jkunu definiti sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-ġestjoni tal-qasam permezz tal-interazzjoni bejn is-sistemi tal-IT attwali tal-pajjiż.

Għaldaqstant, il-ġestjoni tar-riskju tagħmilha iktar faċli li jiġu fformulati għanijiet u objettivi strateġiċi nazzjonali sabiex jiġu indirizzati l-isfidi li jeħtieġu attenzjoni partikulari fil-governanza forestali. Tgħin ukoll tevalwa jekk l-istituzzjonijiet responsabbli għall-verifika tal-legalità fil-katina tal-provvista għandhom riżorsi adegwati, jew inkella jifformulaw azzjonijiet biex jegħlbu d-dgħufijiet.

Meta l-ġestjoni tar-riskju jkollha x’taqsam ma’ importazzjonijiet, jistgħu jitwettqu spezzjonijiet doganali fil-qsim tal-fruntieri jew permezz ta’ proċeduri ta’ spezzjoni li jitlestew wara l-iżdoganar tal-merkanzija skont il-livell tar-riskju. L-ispezzjoni wara l-iżdoganar tal-merkanzija tista’ tiġi applikata lil konsenji ta’ importazzjoni li jkun fihom l-injam. Skont il-leġiżlazzjoni doganali, l-awtorità doganali se tapplika metodi ta’ ġestjoni tar-riskju biex tiddeċiedi dwar il-livell, il-kontenut u l-metodu ta’ spezzjonijiet wara l-iżdoganar ta’ konsenji importati.

L-ispezzjoni wara l-iżdoganar tad-dossiers doganali u merkanziji rilaxxati trid titwettaq mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara d-data ta’ reġistrazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali. Teżisti koordinazzjoni mill-qrib bejn l-awtorità doganali u l-ICF għall-monitoraġġ u l-verifika tal-importazzjonijiet tal-injam, inklużi kontrolli regulari u sistematizzati fil-fruntiera u tal-iżdoganar tal-merkanzija, kif ukoll f’każi ta’ riskju suspettat.

Il-ġestjoni tar-riskju fl-implimentazzjoni tas-SAL se tapplika wkoll għas-sistema ta’ diliġenza dovuta ta’ operaturi privati, b’mod partikulari importaturi, sabiex jitnaqqas ir-riskju tat-tqegħid ta’ injam jew prodotti tal-injam illegali fis-suq domestiku.

Kif definit fit-Taqsima 6.2 ta’ dan l-Anness, it-tieni element prinċipali tas-sistema ta’ diliġenza dovuta se tkun l-evalwazzjoni minn kull operatur tar-riskju tal-preżenza ta’ injam illegali fil-katina ta’ provvista tiegħu, fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura mill-fornituri tal-injam u filwaqt li jittieħed kont tal-kriterji stipulati mill-proċeduri li għandhom jiġu żviluppati matul il-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

L-implimentazzjoni tad-diliġenza dovuta minn operaturi privati u l-proċeduri ta’ kontroll fuq il-bażi tar-riskju tal-istituzzjonijiet pubbliċi t-tnejn li huma huma inklużi f’miżuri supplimentari fl-Anness VIII. Il-proċeduri meħtieġa biex jimplimentawhom se jiġu mfassla, applikati u vvalidati mill-KKI qabel tinħareġ l-ewwel liċenzja FLEGT.

6.1.6   Awditu tal-legalità li jirriżulta f’ċertifikat tal-konformità legali

L-ICF, permezz tal-Unità tal-Verifika tal-Legalità, jivverifika l-konformità legali ta’ kull operatur fir-rigward tal-indikaturi ta’ legalità stipulati fl-Anness II, ir-rekwiżiti dwar il-katina ta’ provvista stipulati f’dan l-Anness, li japplikaw għal kull operatur, u jsegwu proċeduri li jagħmluha possibbli li jinħareġ ċertifikat ta’ konformità legali għal kull operatur tas-settur forestali.

Il-proċeduri għal awditi ta’ legalità u l-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ konformità legali jridu juru li:

Il-prodotti tal-injam ġew prodotti b’mod li jissodisfa r-rekwiżiti kollha inklużi fid-definizzjoni tal-legalità. L-indikaturi u l-mezzi ta’ verifika ta’ din id-definizzjoni jrid ikun hemm konformità magħhom skont il-liġi u jixhdu għal-legalità tal-operatur; ma jrid ikun hemm ebda evidenza ta’ xi ksur attwali.

Il-kontrolli mwettqa mill-istituzzjonijiet involuti jipprovdu garanzija li l-prodotti jinkludu biss injam minn operazzjonijiet legali.

L-awditu ta’ legalità jitwettaq mill-istituzzjonijiet involuti permezz ta’ spezzjonijiet fil-post tal-operaturi, u jinkludi kontroll tad-dokumenti u verifika tal-bażijiet ta’ data disponibbli.

Rapport bil-miktub ta’ dan il-proċess ta’ verifika u validazzjoni jinżamm f’fajl skont il-proċeduri definiti fil-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Dan il-proċess ta’ verifika se jwassal għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ konformità legali għall-konsenja lill-applikant u se jikkonsisti fil-passi li ġejjin:

Metodoloġija tal-ħolqien:

1.

L-operatur japplika mal-Unità tal-Verifika tal-Legalità tal-ICF għal ċertifikat ta’ konformità legali.

2.

Fuq il-bażi tal-iskeda annwali tal-awditu legali ta’ SIIAVA, kull istituzzjoni tivverifika l-konformità legali tal-operatur skont ir-regolamenti applikabbli taħt ir-responsabbiltà tagħha u tinnotifika bir-riżultat lill-Unità tal-Verifika tal-Legalità tal-ICF.

3.

L-Unità tal-Verifika tal-Legalità tal-ICF tanalizza l-mezzi ta’ verifika disponibbli għaliha, flimkien mar-rapporti ta’ verifika mill-istituzzjonijiet involuti.

4.

L-Unità tal-Verifika tal-Legalità tevalwa jekk l-operatur jikkonformax ma’ kull waħda mill-indikaturi fit-tabelli tal-legalità u mar-rekwiżiti tas-SAL.

5.

Jekk l-operatur jissodisfa dawk ir-rekwiżiti kollha, l-Unità tal-Verifika tal-Legalità tikkonkludi l-awditu tal-legalità tal-operatur billi toħroġ ċertifikat ta’ konformità legali.

Metodoloġija tal-verifika:

Fuq talba tal-ICF jew ta’ kwalunkwe istituzzjoni oħra b’interess, l-Unità tal-Verifika tal-Legalità tiċċekkja s-SIRMA, is-SNIF jew sistema ta' informazzjoni oħra li għandha tiġi definita matul il-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim biex tara jekk l-operatur għandux ċertifikat validu ta’ konformità legali. B’mod simili, l-eżistenza ta’ ċertifikat validu se tkun iċċekkjata kull darba li l-operatur japplika mal-Unità tal-Verifika tal-Legalità biex iġedded iċ-ċertifikat ta’ konformità legali tiegħu.

Qabel ma ċ-ċertifikat ta’ konformità legali jiskadi, l-operatur irid japplika għat-tiġdid jew l-estensjoni, kif xieraq. Meta japplika għal estensjoni tal-perjodu ta’ validità, l-applikant irid jinkludi dokumenti ta’ prova tal-ħtieġa għal estensjoni (pereżempju jekk ikun qed jistenna li jirċievi mezz ta’ verifika minn istituzzjoni) meta l-applikazzjoni tiegħu ġiet ippreżentata fil-ħin u skont il-metodoloġiji ta’ ħolqien definiti f’manwal li se jkun approvat mill-Partijiet permezz tal-KKI. L-Unita tal-Verifika tal-Legalità se tanalizza d-dokumenti ta' prova u tiddetermina jekk huwiex xieraq li jinħareġ ċertifikat ta’ konformità ġdid, jew jekk jiġġeddidx jew jiġix estiż iċ-ċertifikat kurrenti.

Kif definit fit-Taqsima 8 ta’ dan l-Anness, il-proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ konformità legali se tieħu kont ta’ kull ċertifikat rikonoxxut maħruġ skont sistemi ta’ ċertifikazzjoni privata approvata mill-Istat f’kuntest ta’ dan il-Ftehim. Dan jista’ fil-fatt inaqqas it-tul tal-awditu meħtieġ biex jiġi stabbilit l-intitolament għal ċertifikat ta’ konformità legali.

Il-proċeduri għall-ħruġ, it-tiġdid u l-estensjoni tal-perjodu tal-validità ta’ ċertifikati ta’ konformità legali, inkluż id-definizzjoni tal-komponenti tad-dossier amministrattiv, l-operazzjoni tas-sistema għar-rikonċiljazzjoni tad-data mill-istituzzjonijiet differenti involuti u l-proċedura għat-tiġdid taċ-ċertifikati ta’ konformità legali se tkun definita f’dispożizzjoni regolatorja speċifika tal-ICF tul il-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim, u se tkun ippreżentata lill-KKI għall-approvazzjoni.

6.2   Obbligu tal-operaturi fir-rigward tal-verifika tal-legalità

Operaturi forestali fil-katina tal-provvista sħiħa se jkunu responsabbli għall-verifika tal-legalità tal-prodotti li jixtru billi japplikaw diliġenza dovuta, kif definita fit-Taqsima 7.4 ta’ dan l-Anness.

Diliġenza dovuta trid titwettaq fuq injam mixtri, kemm għall-prodotti mixtrija mis-suq domestiku kif ukoll għal prodotti li ġew importati. Minkejja li l-verifika tal-legalità se tapplika għal kull operatur, din il-verifika trid turi li kull fornitur tal-injam ukoll jivverifika u jiddokumenta l-konformità legali tal-injam li jixtri. Informazzjoni klassifikata bħala konfidenzjali, bħall-kontabbiltà jew data oħra, tista’ tiġi eskluża mill-eżerċizzju ta’ diliġenza dovuta, kif se jiġi determinat fir-rigward ta’ proċeduri ta’ diliġenza dovuta matul il-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Għal kull xirja ta’ injam f’kull punt tul il-katina tal-provvista, il-kontrolli mwettqa mill-operaturi jinkludu l-verifiki tal-validità, tal-awtentiċità u l-konformità tagħha mal-indikaturi li japplikaw għall-fornitur rilevanti, inkluż il-korrelazzjoni bejn il-karatteristiċi fiżiċi tal-injam (inklużi l-ispeċi u d-daqsijiet), sabiex jiggarantixxu li l-injam ikun ta’ oriġini legali. Jekk ikun hemm ir-riskju suspettat li l-injam huwa illegali, l-operaturi jridu jadottaw miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ riskju qabel jixtru prodotti tal-injam, kif definit fit-Taqsima 7.1 ta’ dan l-Anness.

Jekk fornitur ikollu ċertifikat validu ta’ konformità legali maħruġ mill-Unità tal-Verifika tal-Legalità tal-ICF, l-eżerċizzju ta’ diliġenza dovuta jista’ jkun limitat għat-talba ta’ kopja ta’ dak iċ-ċertifikat. Madankollu, l-operatur irid jivverifika l-validità u l-awtentiċità taċ-ċertifikat ta’ konformità legali billi juża għodda speċifika tal-Unità tal-Verifika tal-Legalità li se tkun żviluppata matul il-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Ġaladarba jkunu ġabru l-informazzjoni dwar il-konformità legali tal-fornituri tagħhom, l-operaturi jsiru responsabbli li jżommu din l-informazzjoni aġġornata.

Il-verifika tal-konformità mill-operaturi forestali bl-użu tal-proċess ta’ diliġenza dovuta trid turi li:

Il-prodotti ġew prodotti b’mod li jissodisfa r-rekwiżiti kollha inklużi fid-definizzjoni tal-legalità; u li

ikunu twettqu biżżejjed verifiki biex jiżguraw li l-prodotti jkunu jinkludu biss injam li oriġina minn operazzjonijiet legali.

7.   VERIFIKA TAL-KATINA TAL-PROVVISTA TAL-INJAM U TAL-PRODOTTI TAL-INJAM

Il-verifika tal-katina tal-provvista tal-injam u tal-prodotti tal-injam inklużi f’dan il-Ftehim hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-ICF, li jaħdem permezz tas-SIIAVA biex jikkoordina l-istituzzjonijiet l-oħra involuti fis-SAL.

Il-katina tal-provvista li tkopri l-ġestjoni, il-produzzjoni u l-fluss tal-injam u l-prodotti tal-injam kemm tal-arżnu kif ukoll speċijiet bil-weraq wiesa’ tinkludi l-punti kritiċi li ġejjin, li d-dettalji tagħhom huma mogħtija fl-Appendiċijiet 1 u 2 ta' dan l-Anness:

Importazzjoni ta’ prodotti tal-injam

Trasportazzjoni ta’ prodotti tal-injam

Inventarju tal-foresti

Ħsad ta’ siġar, produzzjoni ta’ injam tond jew injam isserrat, u ħżin fil-foresti jew ċentri tal-ġbir

Għal foresti tal-arżnu:

Trasportazzjoni ta’ injam tond mill-foresta għal kumpaniji ta’ prodotti forestali primarji.

Għal foresti ta’ speċijiet bil-weraq wiesa’:

Trasportazzjoni ta’ injam isserrat mill-foresta għal ċentri tal-ġbir temporanji

Ħżin ta’ injam f’ċentri tal-ġbir temporanji

Trasportazzjoni ta’ injam isserrat minn ċentri tal-ġbir temporanji għal kumpaniji ta’ prodotti forestali primarji

Kumpaniji ta’ prodotti forestali primarji

Trasportazzjoni ta’ prodotti ta’ injam ipproċessat.

Kumpaniji ta’ prodotti forestali sekondarji

Postijiet ta’ bejgħ tal-injam

Ħruġ ta’ liċenzji FLEGT u H-Legal

Esportazzjoni ta’ prodotti tal-injam

Konfiska ta’ prodotti tal-injam.

Fil-ġurnata tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-istadji tal-katina ta’ foresti ta’ speċijiet bil-weraq wiesa’ huma fil-biċċa l-kbira l-istess bħal dawk tal-katina ta’ foresti tal-arżnu. Id-differenzi li jeżistu huma deskritti fl-Appendiċijiet 1 u ta' dan l-Anness.

7.1   Prinċipji ta’ verifika tal-katina tal-provvista

Il-kontroll tal-katina tal-provvista jinkludi l-prodotti kollha koperti mill-Ftehim, irrispettivament minn jekk humiex għall-konsum domestiku jew internazzjonali, u jkopri l-istadji kollha fil-katina tal-provvista, mill-inventarju tal-foresta u l-pjan ta’ ġestjoni, sal-ħsad, it-trasportazzjoni, l-ipproċessar, l-importazzjoni u d-distribuzzjoni tal-injam kemm domestikament kif ukoll fis-swieq barranin inkluża l-Unjoni.

Biex jimplimentaw il-kontroll tal-katina tal-provvista, l-ICF u istituzzjonijiet oħra involuti se jkollhom disponibbli għadd ta’ sistemi ta’ informazzjoni awtomatizzati, xi wħud minnhom diġà jeżistu u oħrajn li għad iridu jiġu żviluppati, li se jagħmluha possibbli li l-informazzjoni tinġabar, tiġi organizzata, tinżamm u tiġi trasferita, kemm fl-amministrazzjoni tal-foresti u mal-istituzzjonijiet u l-atturi l-oħra kollha involuti.

Dawn is-sistemi ta’ informazzjoni se jinkludu għodda għall-validazzjoni u r-rikonċiljazzjoni tal-informazzjoni li l-istituzzjonijiet kollha involuti se jkollhom aċċess għaliha u se jużawha biex jivverifikaw il-legalità tal-injam f’kull stadju tal-katina tal-provvista.

Il-verifika tal-katina tal-provvista skont is-SAL hija bbażata fuq iż-żewġ azzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-kontroll tal-konformità legali tal-injam mixtri minn atturi privati

Is-settur privat għandu rwol essenzjali fil-mitigazzjoni tar-riskji ta’ prattiki illegali fl-implimentazzjoni tas-SAL. L-impenn tas-settur privat huwa ffukat fuq l-adozzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ diliġenza dovuta biex juri l-legalità tal-prodotti li jixtri. Skont is-SAL, id-diliġenza dovuta se tkun obbligu ta’ verifika regolat għal operaturi privati sabiex jiksbu informazzjoni dwar il-konformità legali tas-sorsi tal-injam li jixtru, irrispettivament mill-oriġini domestika jew internazzjoni tal-prodott, u biex janalizzaw riskji potenzjali u jimplimentaw miżura ta’ mitigazzjoni xierqa għar-riskji identifikati.

L-informazzjoni li għandha tinkiseb dwar il-konformità legali tal-injam tista’ tinkludi dokumenti li jissostanzjaw il-legalità kemm tal-injam importat kif ukoll tal-injam mixtri fil-Honduras, bħal ċertifikati maħruġa minn sistemi ta’ ċertifikazzjoni privati rikonoxxuti (wara l-proċedura deskritta fit-Taqsima 8) mill-Honduras fil-każ ta’ injam domestiku, jew liċenzji FLEGT mill-pajjiż tal-oriġini fil-każ ta’ injam importat. Injam kopert minn ċertifikati u liċenzji bħal dawn se jitqies awtomatikament li mhuwa ta’ ebda riskju potenzjali ta’ mġiba illegali.

L-ICF se jivverifika l-konformità tal-operaturi mar-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta billi jagħmel awditi ta’ legalità li se jirriżultaw fi ħruġ ta’ ċertifikat ta’ konformità legali jekk l-operatur inkwistjoni jkun legalment konformi. F’dan ir-rigward, il-miżuri supplimentari stabbiliti fl-Anness VIII jinkludu l-ħolqien ta’ proċeduri u strumenti legali biex jiġu implimentati l-mekkaniżmi ta' diliġenza dovuta, kemm għas-suq nazzjonali kif ukoll għas-suq ta’ importazzjoni.

(b)

Validazzjoni u rikonċiljazzjoni tad-data għall-kontroll tal-ICF tal-katina tal-provvista

Biex jintlaħaq kontroll effettiv tal-katina tal-provvista, l-informazzjoni mis-sistemi tal-informatika eżistenti tal-ICF (SNIF, SIRMA u Geoportal) u tas-SAR (RTN u SARAH) li huma implimentati u li jikkumplimentaw lil xulxin, kif deskritt fit-Taqsima 6.1.4 ta’ dan l-Anness, se jintużaw b’mod integrat. Il-funzjonalitajiet ikkombinati ta’ dawn is-sistemi jridu jippermettu analiżi permezz ta’ rikonċiljazzjoni u validazzjoni kemm tad-data kwalitattiva kif ukoll ta’ dik kwantitattiva, kif ġej:

data mogħtija minn operaturi tal-foresta u data minn spezzjonijiet fil-post imdaħħla mill-ICF u istituzzjonijiet oħra (validazzjoni ta’ data); kif ukoll

data kwantitattiva mill-istadji differenti tal-katina tal-provvista kif identifikati fl-Appendiċi 1 u 2 ta’ dan l-Anness (rikonċiljazzjoni tad-data).

Dawn il-funzjonijiet ta’ rikonċiljazzjoni u validazzjoni se jitwettqu f’kull stadju tal-katina tal-provvista skont il-proċeduri diġà fis-seħħ, jew għandhom ikunu riveduti jew imfassla qabel tinħareġ l-ewwel liċenzja FLEGT.

F’kull waħda minn dawn is-sistemi ta’ informazzjoni, ir-rikonċiljazzjoni tal-informazzjoni tagħmilha possibbli li jiġu identifikati irregolaritajiet u jitwettqu awditi tal-foresti, ta’ kumpaniji ta’ prodotti forestali u ta’ postijiet ta’ bejgħ tal-injam li huma affettwati minnhom. F’dawn il-każi, l-ICF jiftaħ fajl għal investigazzjoni u penali amministrattiva, jekk tkun xierqa, għalkemm jista’ wkoll jirrapporta l-kwistjoni lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jekk ikun hemm evidenza ta’ responsabbiltà penali.

7.2   Identifikazzjoni tal-prodotti tal-injam

L-identifikazzjoni tal-prodotti tal-injam tagħmilha iktar faċli biex jiġu mmonitorjati huma u jgħaddu tul il-katina tal-provvista. Jintużaw approċċi differenti ta’ identifikazzjoni għal prodotti minn foresti tal-arżnu u prodotti minn foresti ta’ speċijiet bil-weraq wiesa’. Minħabba l-karatteristiki fiżiċi tagħhom, l-identifikazzjoni ta’ zkuk tas-serrar tal-arżnu hija primarjament f’forma ta’ dokumenti permezz ta’ liċenzji tal-ħsad u permessi tat-trasport. Għall-kuntrarju, zkuk tas-serrar ta’ speċijiet bil-weraq wiesa’ koperti mill-pjanijiet operazzjonali annwali jkunu identifikati billi kull siġra oriġinali u zokk tas-serrar miksub individwalment jiġu nnumerati u deskritti. L-Appendiċijiet 1 u 2 ta’ dan l-Anness jiddeskrivu fid-dettall it-tip ta’ identifikazzjoni matul il-katina tal-provvista.

7.3   Dikjarazzjoni ta’ informazzjoni tal-katina tal-provvista minn operaturi

Il-katina tal-provvista tal-injam tinkludi diversi tipi ta’ operaturi li huma responsabbli għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa mal-awtoritajiet kompetenti bħala evidenza ta’ konformità legali f’kull stadju tal-katina. L-informazzjoni li kull tip ta’ operatur irid jippreżenta hija miġbura fil-qosor fit-Tabella 1, Taqsima 5.4, u d-dettalji tagħha huma mogħtija fl-Appendiċijiet 1 u 2 ta’ dan l-Anness.

7.4   Verifika ta’ prodotti tal-injam importati

Il-verifika tal-oriġini legali ta’ prodotti tal-injam importati, mill-pajjiż tal-ħsad, hija essenzjali biex tiġi assigurata l-integrità tal-katina tal-provvista tas-SAL. Il-verifika tal-legalità ta’ prodotti tal-injam importati mill-Honduras hija bbażata fuq l-eżerċizzju ta’ diliġenza dovuta li jinkludi:

(a)

Il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta’ injam illegali fil-Honduras, ibbażata fuq il-qafas legali nazzjonali tal-pajjiż jew il-pajjiżi tal-oriġini.

(b)

Ir-responsabbiltà tal-importatur li jiżgura l-legalità tal-prodotti tal-injam importati billi jieħu l-passi segwenti:

(i)

Jiġbor l-informazzjoni dwar il-legalità tas-sors tal-injam fil-pajjiż jew pajjiżi tal-ħsad u l-ipproċessar;

(ii)

Janalizza r-riskju ta’ mġiba illegali fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura skont punt (i); kif ukoll

(iii)

Jimmitiga r-riskju identifikat skont punt (ii).

(c)

Il-mandat tal-awtorità tad-dwana li twettaq kontrolli fuq il-legalità tal-injam importat fil-punt tad-dħul tal-fruntiera tal-prodotti jew, jekk jinqala’ l-każ, bħala verifika a posteriori, ġaladarba l-prodotti importati jkunu fil-Honduras.

Qabel tinħareġ l-ewwel liċenzja FLEGT, se titfassal leġiżlazzjoni speċifika dwar il-verifika ta’ prodotti tal-injam importati, flimkien ma’ proċeduri dettaljati dwar l-eżerċizzju ta’ diliġenza dovuta minn operaturi privati fuq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-injam.

7.5   Verifika ta’ prodotti tal-injam fi tranżitu

Il-prodotti tal-injam fi tranżitu fil-Honduras iridu jiġu identifikati, irreġistrati f’inventarju u jinżammu separati mill-katina tal-provvista ta’ injam prodott fil-Honduras jew importat, u jridu jgħaddu mill-proċeduri ta’ kontroll doganali stabbiliti. Prodotti tal-injam fi tranżitu mhux se jkunu parti mis-SAL, u għaldaqstant mhux se jkunu jistgħu jiksbu liċenzja FLEGT għall-esportazzjoni mill-Honduras.

Prodotti tal-injam fi tranżitu jridu jiġu spezzjonati mill-Awtorità Doganali tal-Honduras waqt li jkunu fi tranżitu skont il-klassifikazzjoni ta’ “tranżitu internazzjonali ta’ merkanzija”, li hija marbuta mas-SARAH. Il-pajjiż ta’ oriġini, jiġifieri l-pajjiż fejn l-injam inqata’ u ġie maħsud, irid ikun indikat b’mod ċar fuq il-polza tal-vjeġġ u dokumenti tat-trasport oħra.

Prodotti tal-injam fi tranżitu internazzjonali jridu jkunu akkumpanjati mid-dikjarazzjoni unika tagħhom u jkollhom reġistru ta’ traċċabilità għand kull awtorità doganali li jkunu għaddew minnha tul it-tranżitu, u ż-żewġ dokumenti jridu jirreġistraw id-dħul tagħhom fil-Honduras u l-ħruġ tagħhom lejn il-pajjiż destinatarju.

Il-Honduras se jispeċifika d-dokumenti legali u kontrolli doganali speċifiċi oħra li se japplikaw għall-prodotti tal-injam fi tranżitu tul il-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Qabel tinħareġ l-ewwel liċenzja FLEGT, se jkun hemm disponibbli proċeduri dettaljati dwar kif dan l-injam għandu jiġi ttrattat.

7.6   Verifika ta’ prodotti tal-injam ikkonfiskati

Skont il-Liġi Forestali, prodotti tal-injam ikkonfiskati huma rreġistrati fis-SAL, iżda ma jistgħux jerġgħu jidħlu fil-katina tal-provvista ħlief jekk jintużaw biss għal finijiet soċjali, b’mod partikulari biex tinħadem għamara għall-iskejjel.

Skont l-Artikolu 106 tal-Liġi Forestali, kif emendat, l-ICF u awtoritajiet kompetenti oħra (l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, il-pulizija preventiva nazzjonali u l-forzi armati tal-Honduras) huma mogħtija s-setgħa li jikkonfiskaw prodotti tal-injam jew prodotti sekondarji li jkunu ġew maħsuda jew trasportati bi ksur tad-dispożizzjonijiet legali applikabbli.

Soġġett għal opinjoni esperta u dokument ta’ rilaxx tal-prodott maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, l-ICF jalloka l-prodotti jew prodotti sekondarji tal-injam ikkonfiskati lill-ħabsijiet jew l-istituti tekniċi dipartimentali tal-pajjiż, li jridu jużaw l-injam esklussivament biex jaħdmu għamara għall-iskejjel, li meta titlesta trid tintbagħat lill-Ministeru tal-Edukazzjoni.

L-ICF se jżomm reġistru ta’ kull konfiska fis-SAL, idaħħal id-dettalji tal-post ta’ konfiska, il-post ta’ oriġini tal-injam, l-isem tal-awtur tar-reat, il-volum skont it-tip tal-injam konfiskat u d-destinatarju tal-vjeġġ. F’dan ir-rigward, hemm inkluża miżura supplimentari fl-Anness VIII biex tiżviluppa moduli SIRMA speċifiċi ġodda.

7.7   Verifika ta’ prodotti tal-injam li oriġinaw minn art soġġetta għal bidla fl-użu

Prodotti tal-injam li oriġinaw minn art soġġetta għal bidla fl-użu awtorizzata kif xieraq jistgħu jidħlu fil-katina tal-provvista. L-awtorizzazzjoni għall-qtugħ jew it-tqaċċit tas-siġar kollha f’lok partikulari tista’ tingħata fil-każijiet li ġejjin:

(a)

Foresti affettwati minn diżastri naturali, organiżmi ta’ ħsara jew mard. Pjan ta’ salvataġġ jista’ jiġi awtorizzat biss meta siġar bħal dawn jkunu tqaċċtu b’kawżi naturali, jew affettwati serjament jew maqtula minn organiżmi ta’ ħsara.

(b)

Kostruzzjoni ta’ infrastruttura pubblika jew privata. Il-qtugħ jew it-tqaċċit ta’ siġar li jkollhom jitneħħew sabiex jinbnew linji ta’ trażmissjoni tal-enerġija elettrika, akwedotti jew xogħlijiet pubbliċi jew privati oħrajn ta’ interess pubbliku jeħtieġu Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali li jitwettaq minn MiAmbiente qabel l-ICF jagħti permess biex is-siġar jinqatgħu.

(c)

Siġar fuq art agrikola li għaliha s-sid qed jitlob bidla ta’ veġetazzjoni, u qtugħ u ħsad sabiex tintuża għat-trobbija tal-annimali, jew biex jiġu stabbiliti għelejjel temporanji jew permanenti. Dan jirrikjedi li titwettaq Valutazzjoni ta’ Impatt Ambjentali minn MiAmbiente qabel l-ICF joħroġ il-permess biex jinqatgħu s-siġar. Tali permess għall-qtugħ tas-siġar marbut ma' bidla ta’ veġetazzjoni għal għelejjel agrikoli temporanji jew permanenti japplika biss għal art agrikola. L-Artikolu 93 tal-Liġi Forestali jistipula li l-użu naturali tal-art forestali jrid ikun ippreservat u rrispettat f’konformità mal-politiki u r-regolamenti legali dwar l-ippjanar tal-użu tal-art. Barra minn hekk, l-Artikolu 294 tar-Regolament għal-Liġi Forestali jipprojbixxi bidliet ta’ veġetazzjoni fuq art b’potenzjal forestali għoli.

L-Uffiċċji Reġjonali Forestali jiċċekkjaw li l-applikazzjoni għall-bidla tal-użu ma tkunx f’żoni fejn il-ħsad ta’ foresti huwa pprojbit skont l-Artikolu 157 tar-Regolament Ġenerali li jirregola l-Liġi Forestali. Jekk l-applikazzjoni għal bidla tal-użu ma tkunx marbuta ma’ żona bħal din, l-ICF jawtorizza l-qtugħ u l-ħsad ta’ siġar billi joħroġ liċenzja ta’ ħsad ta’ “pjan ta’ salvataġġ”. Dan huwa inkluż bħala indikatur 3.3.2 fit-tabelli tal-legalità. Operaturi fis-settur forestali jrid ikollhom dan il-pjan ta’ salvataġġ maħruġ mill-ICF qabel jaħsdu s-siġar, kemm jekk is-sid beħsiebu jaħsad l-injam għal finijiet kummerċjali kif ukoll jekk le.

Wara l-ħsad tas-siġar skont pjan ta’ salvataġġ, jista’ jiġi awtorizzat pjan ta’ rkupru biex jitneħħew is-siġar li jifdal fil-post. B’mod ġenerali, prodotti inċidentali bħal ħatab u faħam jinkisbu minn dawn il-pjanijiet ta’ rkupru. F’okkażjonijiet rari, jinkisbu biċċiet żgħar ta’ injam isserrat. Dawn il-prodotti tal-injam ukoll jistgħu jidħlu fil-katina tal-provvista.

Bil-liġi, l-ICF ma joħroġx liċenzji ta’ ħsad għal injam minn żoni fejn ikunu diġà nqatgħu s-siġar kollha, ħlief fil-każ ta’ pjanijiet ta’ salvataġġ għal injam affettwat minn organiżmi ta’ ħsara. Jekk żona minn fejn ikunu nqatgħu s-siġar kollha tkun skoperta mingħajr ma jkun hemm liċenzja għal pjan ta’ salvataġġ, apparti fil-każ speċifiku ta’ organiżmi ta’ ħsara, il-kwistjoni tkun irrappurtata lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku bħala reat forestali. F’każ bħal dan l-injam ma jistax jidħol fil-katina tal-provvista.

8.   RIKONOXXIMENT TA’ ĊERTIFIKAZZJONI PRIVATA

Fil-Honduras hemm mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni privata għall-ġestjoni ta’ foresti ta’ speċijiet bil-weraq wiesa’ u tal-arżnu, kif ukoll sistemi għall-kontroll tal-katina tal-kustodja. Jekk jiksbu r-rikonoxximent u l-approvazzjoni tal-Gvern skont dan il-Ftehim, ikun xieraq li dawn is-sistemi għaċ-ċertifikazzjoni tal-ġestjoni tal-foresti, il-katina tal-kustodja u kwalunkwe sistema bħalhom li tista’ titfaċċa — kemm jekk ikunu internazzjonali jew nazzjonali — permezz ta’ ċertifikati maħruġa minn organizzazzjonijiet akkreditati indipendenti, jiġu aċċettati bħala evidenza għall-konformità legali tal-operaturi ċertifikati sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi ta’ verifika u jħaffu l-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ konformità legali lil dawn l-operaturi.

Sabiex il-Gvern jagħti dan ir-rikonoxximent, irid ikun hemm garanzija li l-mekkaniżmi użati mis-sistemi ta’ ċertifikazzjoni privata jinkludu r-rekwiżiti kollha definiti fit-tabelli tal-legalità ta’ dan il-Ftehim, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-katina tal-kustodja stabbiliti fis-SAL. Jekk il-mekkaniżmi użati mis-sistemi ta’ ċertifikazzjoni privata jkopru biss subsett tal-indikaturi u l-mezzi ta’ verifika li huma definiti fit-tabelli tal-legalità ta’ dan il-Ftehim, ir-rikonoxximent u l-approvazzjoni mill-Gvern se jkunu biss għal dak is-subsett ta’ indikaturi u mezzi ta’ verifika. Il-verifiki tal-katina tal-kustodja mwettqa mis-sistema ta’ ċertifikazzjoni privata jridu jkunu wkoll konsistenti biżżejjed mad-dispożizzjonijiet tas-SAL biex jiżguraw il-konformità legali tagħhom.

Il-proċedura u t-tip ta’ rikonoxximent se jkunu determinati matul il-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim u vvalidati mill-KKI qabel jiġu implimentati, irrispettivament minn jekk tirrigwardax it-tabelli tal-legalità kollha jew parti minnhom biss u/jew is-sistema biex tiġi kkontrollata l-katina tal-kustodja prevista fis-SAL, jew kwalunkwe kombinazzjoni possibbli oħra.

Il-linji gwida prinċipali li se jkunu applikati jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

1.

Evalwazzjoni ta’ standards ta’ ċertifikazzjoni privata

Il-Gvern tal-Honduras, permezz tal-ICF, se jirrikonoxxi ċertifikati privati ta’ legalità, ġestjoni sostenibbli tal-foresti u katina tal-kustodja wara li janalizza l-linji gwida u l-kriterji użati u l-proċeduri ta’ verifika implimentati minn organizzazzjonijiet indipendenti ta’ ċertifikazzjoni privata li huma akkreditati mis-sistemi ta’ ċertifikazzjoni privata nfushom, sabiex jiżgura li r-rekwiżiti kollha stipulati fit-tabelli tal-legalità u fis-SAL ikunu tabilħaqq inklużi fihom.

Meta jintalab jagħmel dan minn sistema ta’ ċertifikazzjoni privata, l-ICF se jevalwa l-linji gwida, il-kriterji u l-proċeduri applikati minn dik is-sistema biex jiddetermina jekk jikkonformawx mat-tabelli tal-legalità tas-SAL.

Fost oħrajn, l-evalwazzjoni se tivvaluta wkoll l-abbiltà ta’ kull sistema ta’ ċertifikazzjoni li tipprovdi kontroll sistematiku tal-operaturi permezz tal-organizzazzjonijiet akkreditati indipendentement tagħha, u se tkopri aspetti iktar ġenerali tal-kwalità tas-sistema, bħalma huma t-trasparenza meta tipprovdi informazzjoni u data, id-disponibbiltà pubblika tal-konklużjonijiet tal-awditjar, u d-disponibbiltà ta’ bażi ta’ data aġġornata ta’ detenturi ta’ ċertifikati privati.

Din l-evalwazzjoni twassal għal rapport li jiġi ppubblikat u jkun aċċessibbli għall-pubbliku.

2.

Approvazzjoni ta’ sistemi ta’ ċertifikazzjoni privati mill-Istat

Jekk ir-riżultat tal-evalwazzjoni deskritta f’paragrafu 1 ta’ din it-taqsima jkun favorevoli, id-Direttur Eżekuttiv tal-ICF, f’isem l-Istat tal-Honduras, iħabbar pubblikament li s-sistema ta’ ċertifikazzjoni privata ġiet approvata, u jispeċifika, jekk ikun xieraq, is-subsett ta’ indikaturi u l-mezzi ta’ verifika koperti mir-rikonoxximent.

3.

Rikonoxximent ta’ operaturi ċertifikati mill-Istat

Operaturi li kisbu ċertifikat minn sistema ta’ ċertifikazzjoni privata approvata se jiġu rikonoxxuti mill-Istat għall-attivitajiet koperti miċ-ċertifikat. Għal attivitajiet oħra mhux inklużi fiċ-ċertifikat, kull operatur irid jikkonforma mal-obbligi l-oħra stipulati fit-tabelli tal-legalità u s-SAL. Dan ir-rikonoxximent ikun ipprovdut għall-elementi tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni privata, sew jekk tirrigwarda l-legalità, il-ġestjoni tal-foresti jew il-katina tal-kustodja, li ġew vvalutati bħala konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Anness II u ta' dan l-Anness, kif deskritt fil-paragrafi 1 u 2 ta’ din it-Taqsima. Ir-rikonoxximent se jkun ukoll soġġett għal analiżi tar-riżultati tar-rapporti tal-awditjar perjodiċi taċ-ċertifikatur għall-operatur applikant.

4.

Il-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ konformità legali għal operaturi b’ċertifikat privat rikonoxxut

Operaturi li ċ-ċertifikat privat rikonoxxut tagħhom ikopri l-attivitajiet kollha tagħhom u wkoll l-indikaturi kollha fit-tabelli tal-legalità se jirċievu awtomatikament ċertifikat ta’ konformità legali maħruġ mill-Unità tal-Verifika tal-Legalità tal-ICF. Iċ-ċertifikat ta’ konformità legali se jinħareġ wara li tiġi eżaminata l-validità ta’ ċertifikat validu ta’ konformità legali li jkun wasal biex jiskadi (fil-każ ta’ operaturi li diġà għandhom tali ċertifikat), kif ukoll wara li tiġi eżaminata l-validità u l-awtentiċità ta’ ċertifikat privat rikonoxxut u r-rapporti tal-awditjar perjodiċi ta’ ċertifikatur rikonoxxut li jikkonfermaw il-konformità legali tal-operatur.

Jekk iċ-ċertifikat privat ta’ operatur ikun inħareġ minn mekkaniżmu rikonoxxut ta’ ċertifikazzjoni privata li ma jkoprix ir-rekwiżiti kollha tat-tabelli tal-legalità, iċ-ċertifikat ta’ konformità legali jinħareġ biss jekk iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati flimkien:

(a)

Ir-rapporti perjodiċi tal-awditjar taċ-ċertifikatur privat jippruvaw il-konformità tal-operatur mar-rekwiżiti ta’ legalità li huma komuni kemm għas-sistema ta’ ċertifikazzjoni privata kif ukoll għat-tabelli tal-legalità.

(b)

L-istituzzjonijiet involuti fis-SAL ikunu vverifikaw il-konformità tal-operatur mal-indikaturi fit-tabelli tal-legalità u mar-rekwiżiti tas-SAL li mhumiex koperti mis-sistema ta’ ċertifikazzjoni privata.

Jekk operatur li jkollu ċertifikat privat rikonoxxut jipparteċipa f’attivitajiet oħrajn lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni taċ-ċertifikat, iżda fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, iċ-ċertifikat ta’ konformità legali jinħareġ biss jekk l-istituzzjonijiet involuti fis-SAL jivverifikaw il-konformità legali tal-attivitajiet mhux iċċertifikati tal-operatur.

B’dan il-mod jistgħu jinħarġu ċertifikati ta’ konformità legali lil operaturi li ġew ċertifikati skont sistema approvata ta’ ċertifikazzjoni privata, mingħajr il-ħtieġa għal missjoni speċifika ta’ verifika, sabiex tiġi evitata, jew imnaqqsa fil-każ ta’ rikonoxximent parzjali, id-duplikazzjoni tal-verifika tal-legalità tal-operatur.

5.

Preżentazzjoni ta’ rapporti ta’ awditjar ta’ ċertifikazzjoni privata

Operaturi b’ċertifikati privati rikonoxxuti jridu jressqu quddiem l-Unità tal-Verifika tal-Legalità tal-ICF ir-rapporti tal-awditjar kollha maħruġa mis-sistema ta’ ċertifikazzjoni privata, inkluż l-informazzjoni dwar kull bidla fil-validità u l-kamp ta’ applikazzjoni taċ-ċertifikati tagħhom, u b’mod partikulari kwalunkwe każ ta’ sospensjoni jew terminazzjoni taċ-ċertifikati. Dan għandu jagħmilha possibbli li l-konformità legali ta’ dawn l-operaturi tkun issorveljata, u b’hekk jippermetti t-tiġdid futur taċ-ċertifikati tal-konformità legali għall-operaturi inkwistjoni.

Min-naħa tagħhom, l-organizzazzjonijiet ċertifikaturi privati rikonoxxuti se jtellgħu fis-SNIF ir-rapporti tal-awditjar dwar l-operaturi kollha li jiċċertifikaw. Dawn ir-rapporti se jintużaw mill-Unità tal-Verifika tal-Legalità għall-finijiet ta’ rikonċiljazzjoni ta’ informazzjoni.

Il-proċeduri u l-linji gwida għall-evalwazzjoni, l-approvazzjoni u r-rikonoxximent ta’ sistemi ta’ ċertifikazzjoni privata u tal-operaturi ċertifikati minnhom se jkunu mfassla matul il-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Il-proċeduri għall-monitoraġġ ta’ dan ir-rikonoxximent mill-Unità tal-Verifika tal-Legalità, inkluż il-monitoraġġ tal-validità taċ-ċertifikati u t-trattament tal-miżuri korrettivi mitluba skont is-sistemi ta’ ċertifikazzjoni se jitfasslu wkoll matul din il-fażi tal-Ftehim. Dawn id-dokumenti kollha se jkunu disponibbli pubblikament.

9.   TRATTAMENT TA’ KAŻI TA’ NUQQAS TA’ KONFORMITÀ MAS-SAL

Is-SAL jistipula miżuri speċifiċi għall-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni u t-trattament ta’ każi ta’ nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu minn atturi fis-settur forestali. Nuqqas ta' konformità tfisser każi meta l-operaturi fil-katina tal-provvista mhumiex konformi mat-tabelli tal-legalità u r-rekwiżiti tas-SAL, kif ukoll każi meta l-awtoritajiet involuti fis-SAL jonqsu milli jikkonformaw mal-proċeduri tal-ħolqien u l-verifika.

Meta waqt eżerċizzju ta’ verifika fil-post jew tad-dokumenti, istituzzjoni tidentifika każ ta’ nuqqas ta' konformità mas-SAL minn operatur, hija twettaq valutazzjoni biex tiddetermina jekk in-nuqqas ta' konformità tikkostitwixxix ksur jew reat kriminali. Se tindirizza l-att illegali kommess, kif xieraq, billi tippreżenta l-informazzjoni lill-istituzzjoni kompetenti biex din timponi l-penali rilevanti. Fl-istess ħin, l-istituzzjoni kompetenti tinnotifika lill-Unità tal-Verifika tal-Legalità tal-ICF sabiex tkun tista’ jew tissospendi jew terġa’ tintroduċi l-validità taċ-ċertifikat ta’ konformità legali, kif xieraq.

Il-każi kollha ta’ nuqqas ta' konformità legali se jiddaħħlu fil-bażi ta’ data tal-Unità tal-Verifika tal-Legalità, li se jopera bħala arkivju ċentralizzat għaż-żamma tal-informazzjoni dwar u rekords ta’ nuqqas ta' konformità tal-operatur mar-rekwiżiti tas-SAL u tal-miżuri ta' rimedju jew penali marbuta mar-riżoluzzjoni ta’ dawn il-każi ta’ nuqqas ta' konformità. Din il-bażi ta’ data tkun fornuta u miżmuma aġġornata mill-istituzzjonijiet relatati mar-rekwiżiti tas-SAL skont ir-responsabbiltajiet u l-isferi ta’ kompetenza tagħhom.

Jekk in-nuqqas ta' konformità jkun ikklassifikat bħala reat kriminali, l-operatur u l-konsenja relatata ta’ prodotti tal-injam ma jinħarġulhomx ċertifikat ta’ konformità legali, liċenzja FLEGT jew H-Legal, u l-każ jitressaq il-qorti taħt id-direzzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku. F’każ ta’ ksur, l-istituzzjonijiet responsabbli japplikaw il-penali amministrattivi (sospensjoni temporanja tal-permessi, multi jew kumpens għal danni), li jistgħu wkoll jipprevjenu l-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ konformità legali, liċenzja FLEGT jew H-Legal, għallinqas sakemm il-ksur jiġi rettifikat permezz ta’ miżuri li jittieħdu biex jipprovdu soluzzjoni. Il-każi kollha ta’ nuqqas ta' konformità li jirrelataw ma’ tagħbija speċifika jridu jiġu riżolti, permezz tar-rettifika tas-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta' konformità u ħlas tal-multa relatata, qabel it-tagħbija li se tkun esportata tiġi awtorizzata, irrispettivament mid-destinazzjoni ta’ esportazzjoni tagħha.

Matul il-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim, qabel tinħareġ l-ewwel liċenzja FLEGT, l-istituzzjonijiet kollha involuti fis-SAL se jiddefinixxu l-kategoriji differenti ta’ nuqqas ta' konformità mas-SAL u l-impatti rispettivi tagħhom fuq il-ħruġ u l-validità taċ-ċertifikat ta’ konformità legali jew liċenzja FLEGT jew H-Legal. Il-KKI se jivvalida din il-kategorizzazzjoni qabel tiġi applikata. Barra minn hekk, kull istituzzjoni li ma jkollhiex diġà mekkaniżmi għat-trattament ta’ każi ta’ nuqqas ta' konformità mas-SAL tistabbilixxi l-linji gwida dettaljati neċessarji biex tittrattahom, inkluża l-impożizzjoni possibbli ta’ penali.

Sabiex tiżgura l-koordinazzjoni tal-informazzjoni fuq każi ta’ nuqqas ta' konformità li hija disponibbli fl-istituzzjonijiet differenti, tiġi żviluppata wkoll bażi ta’ data tal-Unità tal-Verifika tal-Legalità biex taħżen l-informazzjoni fuq każi bħal dawn. Se jiġi definit liema mill-informazzjoni maħżuna f’din il-bażi ta’ data se ssir aċċessibbli għall-pubbliku u kif dan se jsir.

10.   MEKKANIŻMI BIEX JIĠU TTRATTATI L-ILMENTI

10.1   Introduzzjoni

Il-mekkaniżmi għat-trattament tal-ilmenti se jkunu trasparenti, effettivi, aċċessibbli u implimentati minn korpi li huma separati minn dawk li qed jimplimentaw il-proċeduri tal-ħolqien u tal-verifika li huma stipulati fit-tabelli tal-legalità u s-SAL. Mekkaniżmi li diġà jeżistu jew li se jiġu stabbiliti tul il-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim se jagħmluha possibbli li jiġi żgurat li lmenti dwar l-implimentazzjoni u l-operazzjoni tas-SAL u l-organizzazzjonijiet involuti fiha jkun Ttrattati u indirizzati skont il-prinċipji definiti fit-Taqsima 10.4 ta’ dan l-Anness.

Fil-qafas ta’ dawn il-mekkaniżmi, it-terminu “lmenti” jinkludi: ilmenti, tilwim, nuqqas ta’ qbil, kunflitti jew kwalunkwe sinonimu ieħor, mill-atturi involuti direttament fl-implimentazzjoni tas-SAL, kif ukoll l-atturi kollha li jistgħu jiġu affettwati mill-azzjonijiet meħuda jew id-deċiżjoni li saru skont dan il-Ftehim.

10.2   Objettivi

L-għanijiet tal-mekkaniżmi għat-trattament tal-ilmenti huma kif ġej:

biex jiddokumentaw, janalizzaw u jirrisolvu b’mod effiċjenti u skont metodoloġiji ppubblikati stabbiliti minn qabel l-ilmenti kollha ppreżentati minn partijiet ikkonċernati;

biex jipprovdu lill-partijiet leżi bil-mezzi biex jitolbu lill-istituzzjonijiet ikkonċernati jirranġaw żbalji jew ommissjonijiet;

biex jikkontribwixxu għall-effiċjenza tal-proċedura amministrattiva u jsaħħuha; kif ukoll

biex jirrinforzaw il-kredibbiltà tal-funzjonament tas-SAL u l-fiduċja fiha fost l-atturi u l-pubbliku.

Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kull wieħed minn dawn il-mekkaniżmi se jiġi żviluppat tul il-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Il-proċeduri għall-irċevuta, ir-reġistrazzjoni u t-trattament tal-ilmenti jkunu bbażati fuq il-prinċipji elenkati fit-Taqsima 10.4 ta’ dan l-Anness u se jkunu żviluppati matul il-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

10.3   Tipi ta’ mekkaniżmi biex jiġu ttrattati l-ilmenti

Dan il-Ftehim jiddefinixxi mill-inqas erba’ tipi ta’ mekkaniżmu għat-trattament tal-ilmenti, li jvarjaw skont l-atturi u l-isferi rispettivi.

1.

Mekkaniżmi għat-trattament tal-ilmenti ta’ kull istituzzjoni involuta fis-SAL

Kull istituzzjoni involuta fis-SAL se tirċievi, permezz tal-mekkaniżmi għat-trattament tal-ilmenti li diġà jeżistu jew dawk ippjanati għall-iżvilupp, ilmenti relatati ma’ aspetti tal-implimentazzjoni tas-SAL u l-imġiba ta’ operaturi jew l-imġiba tad-dipartimenti, is-servizzi jew l-unitajiet f’kull istituzzjoni. B’mod partikolari, il-mekkaniżmi ta’ kull istituzzjoni jridu jittrattaw ilmenti dwar il-funzjonijiet imwettqa u d-deċiżjonijiet meħuda minn dawk l-istituzzjonijiet.

Jekk ilment li jasal permezz ta’ dan il-mekkaniżmu ma jiġix riżolt sal-iskadenza stabbilita minn qabel jew ir-riżoluzzjoni ma tissodisfax l-aspettattivi tal-ilmentatur, l-ilmentatur jista’ jappella mas-SIIAVA.

2.

Mekkaniżmu għat-trattament tal-ilmenti tal-Unità tal-Liċenzjar FLEGT

L-ICF se jistabbilixxi, apparti l-mekkaniżmu għat-trattament tal-ilmenti msemmi fil-parti 1 ta’ din it-taqsima, mekkaniżmu ieħor għat-trattament tal-ilmenti fl-Unità tal-Liċenzjar FLEGT. Dan il-mekkaniżmu se jittratta lmenti speċifiċi għal-liċenzji FLEGT u H-Legal li jeħtieġu reazzjoni fil-pront, bħal deċiżjonijiet ikkontestati, dewmien bla bżonn u oħrajn.

Jekk ilment li jasal permezz ta’ dan il-mekkaniżmu ma jiġix riżolt sal-iskadenza stabbilita minn qabel jew ir-riżoluzzjoni ma tissodisfax l-aspettattivi tal-ilmentatur, l-ilmentatur jista’ jappella mas-SIIAVA.

3.

Mekkaniżmu li jittratta l-ilmenti għal awditi indipendenti

L-awditu indipendenti jinkludi mekkaniżmu li jirċievi u jittratta l-ilmenti dwar l-attivitajiet u s-sejbiet tiegħu u dwar il-funzjonament tas-SAL (metodoloġija ta’ verifika, sistema ta’ liċenzjar, eċċ.).

Jekk ilment li jasal permezz ta’ dan il-mekkaniżmu ma jiġix riżolt sal-iskadenza stabbilita minn qabel jew ir-riżoluzzjoni ma tissodisfax l-aspettattivi tal-ilmentatur, l-ilmentatur jista’ jappella mal-KKI. L-ilmenti kollha relatati mal-awditu jew mal-funzjonament tas-SAL se jkunu sottomessi lill-KKI għar-rikonoxximent, l-analiżi u r-reġistrazzjoni u biex jiddefinixxu l-miżuri korrispondenti għar-riżoluzzjoni .

4.

Mekkaniżmu għat-trattament tal-ilmenti tal-KKI

Il-KKI se jkollu fis-seħħ mekkaniżmu għat-trattament tal-ilmenti biex jindirizza l-problemi identifikati mill-partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari rigward l-impenji ġenerali ta’ dan il-Ftehim bħat-trasparenza, l-aċċess għall-informazzjoni pubblika, it-titjib tal-governanza u l-impatt ta’ dan il-Ftehim fuq is-settur forestali.

Il-mekkaniżmu għat-trattament tal-ilmenti se jittratta wkoll l-appelli ppreżentati fir-rigward l-imġiba tal-istituzzjonijiet involuti fil-qafas tas-SAL, l-Unità tal-Liċenzji FLEGT u l-awditu indipendenti jekk dawn ma jkunux ġew riżolti fil-livelli rispettivi tagħhom.

5.

Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-mekkaniżmi għat-trattament tal-ilmenti

Il-Kunsilli Konsultattivi Forestali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili se jwettqu sorveljanza soċjali tas-SAL u tal-funzjonament ta’ dan il-Ftehim b’mod ġenerali. Fl-istess ħin, se jiggwidaw u jressqu lmenti formali u lmenti oħra ppreżentati mid-diversi atturi fir-rigward tal-funzjonament tas-SAL. Għal dan il-għan, se jkollhom aċċess għall-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu l-investigazzjonijiet korrispondenti filwaqt li jirrispettaw il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali fir-rigward ta’ dik l-informazzjoni. Biex jiżguraw il-koordinazzjoni xierqa, se jidħlu fi ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-ICF. Is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tas-sorveljanza soċjali, kif ukoll ilmenti formali u lmenti oħra se jkunu rikonoxxuti u ġestiti fil-livell korrispondenti u fl-aħħar se jiġu ppreżentati lill-KKI għar-rikonoxximent u r-riżoluzzjoni.

6.

Parteċipazzjoni tal-CONADEH fis-SAL

Skont il-liġi organika implimentata mill-Kummissjoni Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (CONADEH), l-awtoritajiet pubbliċi kollha u istituzzjonijiet governattivi oħrajn huma obbligati jappoġġaw l-investigazzjonijiet jew l-ispezzjonijiet tagħha bħala kwistjoni ta’ prijorità u urġenza. Għaldaqstant, il-CONADEH jista’ jirċievi lmenti relatati mal-funzjonament ta’ dan il-Ftehim u se jkollu aċċess għall-mekkaniżmi tat-trattament tal-ilmenti implimentati mill-istituzzjonijiet involuti fis-SAL u f’dan il-Ftehim b’mod ġenerali.

10.4   L-istabbiliment tal-mekkaniżmi biex jiġu ttrattati l-ilmenti u l-prinċipji regolatorji

Il-prinċipji li ġejjin iridu jinżammu u jridu jiġu riflessi fit-termini ta’ referenza sabiex jiġu stabbiliti l-proċeduri u l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi li jittrattaw l-ilmenti fl-organizzazzjonijiet li jirċievu l-ilmenti u fil-Kumitat Konġunt ta’ Implimentazzjoni:

1.

L-individwi u l-organizzazzjonijiet kollha, bħala operaturi jew partijiet ikkonċernati fis-settur forestali, jew rappreżentant legali tagħhom, għandhom id-dritt li jressqu l-ilmenti tagħhom.

2.

Il-proċeduri għall-preżentazzjoni ta’ lmenti jridu jkunu ċari, faċli li jinftiehmu u pubbliċi.

3.

Il-mekkaniżmi stabbiliti mill-istituzzjonijiet iridu jkunu faċilment aċċessibbli u jridu jkopru b’mod adegwat it-territorju permezz ta’ uffiċċji, siti web jew mezzi xierqa oħrajn.

4.

Il-formoli għall-ilmenti jridu jkunu faċli biex jimtlew u jqisu b’mod xieraq il-mezzi u l-ħiliet personali tal-applikanti (litteriżmu, aċċess għall-internet, eċċ.).

5.

L-ilmenti jridu jiddeskrivu fid-dettall mill-inqas ir-raġunijiet għall-ilment u l-post, id-data, l-istituzzjoni u l-operatur li għalihom jirreferi l-ilment, kif xieraq.

6.

Meta is-sitwazzjoni titlob, l-ilmenti jistgħu jiġu ppreżentati b’mod anonimu, u b’hekk jiggarantixxu li l-identità tal-applikant tibqa’ kunfidenzjali.

7.

Il-mekkaniżmi jridu jevitaw, kemm jista’ jkun possibbli, li jpoġġu restrizzjonijiet ta’ żmien fuq l-iskadenza li fiha lment irid jitressaq.

8.

Il-mekkaniżmi jridu jiżguraw li l-ilmenti jiġu ttrattati hekk kif jitressqu mill-applikant.

9.

Il-mekkaniżmi jridu jkunu trasparenti meta jirrikonoxxu u jsegwu l-ilmenti u meta jiżguraw li l-ilmenti jiġu indirizzati fil-ħin u b’mod xieraq.

10.

L-awditjar intern ta’ kull istituzzjoni involuta jrid jiżgura li l-ilmenti jiġu ttrattati b’mod xieraq u li ma jiġux injorati.

11.

Ma jridx ikun hemm kummenti pubbliċi fuq ilmenti qabel ma tittieħed deċiżjoni u qabel il-partijiet kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jipprovdulhom appoġġ, ikunu ġew infurmati bid-deċiżjoni.

12.

Is-sikurezza tal-applikant, inkluża l-għażla li jinżamm l-anonimat tal-applikant jekk ikun xieraq, trid tiġi kkunsidrata qabel ma jiġu ppubblikati l-ilmenti.

13.

Il-mekkaniżmi stabbiliti mill-istituzzjonijiet iridu jiddokumentaw l-ilmenti u jiżguraw li jiġu ttrattati minn uffiċjali indipendenti u differenti minn dawk direttament involuti fid-deċiżjoni oriġinali, u mhux taħt l-awtorità tagħhom. L-istituzzjonijiet iridu jipproteġu wkoll lill-uffiċjali mill-possibbiltà ta’ tpattija.

14.

It-talbiet tal-applikanti jridu jitwieġbu jew jiġu pproċessati kif suppost. F’każ ta’ ċaħda, ir-raġunijiet iridu jkunu ġġustifikati kif xieraq.

15.

Jekk ilment jiġi miċħud jew jekk ma jkunx possibbli li jiġi riżolt fil-livell inizjali, il-parti kkonċernata tista’ tappella lil-livell superjuri, kif definit fit-Taqsima 10.3 ta’ dan l-Anness, u eventwalment lill-qorti xierqa.

Jekk ilment ikun il-prodott ta’ nuqqas ta' konformità mas-SAL, ikunu applikabbli t-termini deskritti fit-Taqsima 9 ta’ dan l-Anness. Kif spjegat fit-Taqsima 10.2 ta’ dan l-Anness, il-proċeduri għall-irċevuta, id-dikjarazzjoni u t-trattament ta’ ilmenti se jkunu bbażati fuq il-prinċipji elenkati f’din it-taqsima u se jkunu żviluppati matul il-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Dawn il-proċeduri se jistabbilixxu, fost aspetti oħrajn, l-iskadenzi biex jiġu mwieġba l-ilmenti u l-kriterji ta’ trasparenza applikabbli għal dawn il-mekkaniżmi. Il-protokolli u l-linji gwida dwar il-mekkaniżmi tat-trattament tal-ilmenti u l-azzjonijiet meħuda se jiġu ppreżentati lill-KKI.

Il-mekkaniżmi għat-trattament tal-ilmenti msemmija hawn fuq se jiddokumentaw u janalizzaw b’mod sistematiku kull ilment riċevut. L-ICF u l-istituzzjonijiet l-oħra involuti se jiżviluppaw bażi ta’ data speċifika biex jiddokumentaw u jimmonitorjaw l-ilmenti fl-isferi ta’ kompetenza tagħhom. Din il-bażi ta’ data se tkun konnessa mal-bażi ta’ data fl-ICF, kif definit fit-Taqsima 9 ta’ dan l-Anness.

Il-mekkaniżmi għat-trattament tal-ilmenti se jkunu bbażati fuq kooperazzjoni mill-qrib bejn il-partijiet ikkonċernati kollha, b’mod partikolari l-istituzzjoni li tkun is-suġġett tal-ilment. Għal dan il-għan, l-ICF se jidħol fi ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet pubbliċi involuti f’dan il-Ftehim, biex jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kollaborazzjoni, it-trattament u s-segwitu ta’ lmenti u, b’mod partikolari, biex jiżgura t-trażmissjoni ta’ informazzjoni meta l-ilment ma jingħatax mill-ewwel lill-istituzzjoni kompetenti.

L-ICF se jidħol ukoll fi ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma interessati fil-funzjonament tal-mekkaniżmu mħaddem mill-ICF biex jittratta l-ilmenti, isegwihom u jippubblika rapporti finali dwar l-investigazzjoni tal-ilmenti b’mod ikkoordinat li jikkumplimenta l-ħidma tal-ICF u l-istituzzjonijiet pubbliċi l-oħra involuti fis-SAL.

Il-proċeduri, il-linji gwida, ir-rekwiżiti u l-klassifikazzjonijiet għall-mekkaniżmi tat-trattament tal-ilmenti, kif ukoll il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni msemmija hawn fuq, se jkunu żviluppati u operattivi qabel ma tinħareġ l-ewwel liċenzja FLEGT.

11.   MEKKANIŻMI TA’ KONSULTAZZJONI, TA’ PARTEĊIPAZZJONI U TA’ KOORDINAZZJONI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SAL

L-implimentazzjoni tas-SAL għal prodotti tal-injam teħtieġ il-parteċipazzjoni tal-atturi kollha involuti bir-rwoli u r-responsabbiltajiet definiti b’mod ċar, skont il-kompetenzi mogħtija lilhom bil-liġi, sabiex jittieħed vantaġġ sħiħ mill-ispeċjalizzazzjoni u mill-komplementarjetà tagħhom.

Sabiex jiżguraw il-koordinazzjoni, il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni effettivi fost l-atturi, il-partijiet ikkonċernati, l-Istat, is-settur privat, is-soċjetà ċivili u l-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras, dawn il-gruppi jaqblu li jfittxu kunsens dwar kwistjonijiet fundamentali lil hinn mir-responsabbiltajiet u l-kompetenzi varji tagħhom.

Din il-koordinazzjoni tista’ titwettaq fuq żewġ livelli komplementari: strateġiku u operattiv. Il-livell strateġiku jippermetti d-definizzjoni ta’ proċeduri ta’ verifika konġunta filwaqt li l-livell operattiv jippermetti l-implimentazzjoni prattika ta’ dawk il-proċeduri, fejn ma jkun hemm l-ebda limitazzjoni fuq il-parteċipazzjoni tad-diversi atturi.

11.1   Kumitat Konġunt ta’ Implimentazzjoni

Dan huwa l-ogħla korp ta’ koordinazzjoni tal-Honduras u l-Unjoni li, skont l-Artikolu 19 u l-Anness X ta’ dan il-Ftehim, se jkun responsabbli għas-sorveljanza u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Ftehim, inkluża l-ġestjoni tal-awditu indipendenti. Il-KKI għandu wkoll jiffaċilita d-djalogu u l-iskambji tal-informazzjoni bejn il-Partijiet.

Il-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati tal-Honduras fil-KKI se tirrifletti d-diversi gruppi ta’ partijiet ikkonċernat fis-settur tal-forestrija tal-Honduras: is-settur pubbliku u dak privat, is-soċjetà ċivili, il-Popli Indiġeni u Afrodixxendenti tal-Honduras, il-komunitajiet lokali u oħrajn, fejn applikabbli.

Fir-rigward tal-implimentazzjoni tas-SAL, il-KKI se jkun responsabbli biex jiżviluppa, japprova u jissorvelja d-dokumenti u l-proċeduri kollha ta’ verifika msemmija f’dan l-Anness identifikati mill-Partijiet matul il-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni u matul il-fażi ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Kif previst fl-Artikolu 14 ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet se japprovaw ukoll, permezz tal-KKI, skeda ta’ implimentazzjoni għal dan il-Ftehim. Apparti skeda ta’ implimentazzjoni għall-miżuri supplimentari u ta’ appoġġ deskritti f’dan l-Anness, din l-iskeda se tagħti dettalji wkoll tal-passi ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim kif miftiehem mill-Partijiet, sal-ħruġ tal-ewwel liċenzja FLEGT.

11.2   Kumitat Tekniku

Dan huwa l-ogħla korp ta’ koordinazzjoni tal-Honduras u jinkludi l-partijiet ikkonċernati kollha: istituzzjonijiet pubbliċi, is-settur privat, is-soċjetà ċivili u l-Popli Indiġeni u l-Afrodixxendenti tal-Honduras. Il-Kumitat Tekniku huwa responsabbli għal dan li ġej:

Jipprovdi kontribut strateġiku lill-KKI biex jiffaċilita t-teħid ta’ deċiżjonijiet biex jappoġġa l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan il-Ftehim.

Jissorvelja l-proċessi tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, fuq il-bażi tal-iskeda miftiehma mill-Partijiet.

Jissorvelja l-konformità mal-miżuri supplimentari definiti fl-Anness VIII.

Jiffaċilita d-djalogu u jilħaq ftehim, jiżgura l-parteċipazzjoni mill-atturi kollha konnessi ma’ dan il-Ftehim.

Jinfluwenza l-istituzzjonijiet pubbliċi u atturi oħra biex iħaffu t-teħid ta’ deċiżjonijiet relatati mal-konformità ma’ dan il-Ftehim.

11.3   Is-Segretarjat Interistituzzjonali għall-Implimentazzjoni tal-VPA-FLEGT (SIIAVA)

Fil-livell strateġiku, l-Istat tal-Honduras, permezz ta’ strument legali xieraq, joħloq is-Segretarjat Interistituzzjonali għall-Implimentazzjoni tal-VPA-FLEGT (SIIAVA) li jkun jinkludi rappreżentanti tal-atturi tas-settur pubbliku marbuta mas-SAL. Dan il-korp se jipprovdi spazju għal djalogu u koordinazzjoni li jippermetti l-implimentazzjoni tas-SAL.

Fis-SIIAVA, l-istituzzjonijiet pubbliċi se jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom sabiex jimplimentaw il-mekkaniżmi ta’ verifika stipulati fl-Anness II u fl-Anness V ta’ dan il-Ftehim, u b’hekk jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi fl-oqsma speċifiċi inklużi fid-definizzjoni ta’ legalità u fis-SAL.

Dawn l-istituzzjonijiet irid ikollhom il-kapaċitajiet, ir-riżorsi u l-mezzi meħtieġa għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tas-SAL u għalhekk iridu jibnu l-kapaċità tal-persunal fl-istituzzjonijiet u d-dipartimenti tal-gvern responsabbli għall-applikazzjoni tiegħu. Għaldaqstant, l-Anness VIII jinkludi miżura supplimentari speċifika dwar is-SIIAVA.

Biex jivverifikaw il-konformità u l-monitoraġġ kemm tal-applikazzjoni tal-indikaturi fit-tabelli tal-legalità kif ukoll tar-rekwiżiti tas-SAL, l-istituzzjonijiet li huma parti mis-SIIAVA se jirrapportaw b’mod perjodiku lis-SIIAVA u lill-Kumitat Tekniku, jekk applikabbli, dwar il-progress tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-SAL u tal-isfidi ffaċċjati. Is-SIIAVA se jqis dawn ir-rapporti perjodiċi mill-istituzzjonijiet involuti fis-SAL, kif ukoll id-data u l-informazzjoni dwar is-SAL ipprovduti mid-diversi unitajiet u sistema ta' informazzjoni ta’ dawn l-istituzzjonijiet.

Sabiex tindirizza n-nuqqas ta' konformità sistematika mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II u l-Anness V ta’ dan il-Ftehim li tirriżulta f’reati ambjentali, is-SIIAVA se janalizza r-riżultati ta’ mekkaniżmi oħra fis-seħħ fl-ICF u istituzzjonijiet oħrajn involuti fis-SAL. Dawn il-mekkaniżmi jinkludu l-unitajiet mobbli u l-punti ta' kontroll permanenti, il-Forza tas-Sigurtà Interistituzzjonali Nazzjonali (FUSINA) u t-Task Force Interistituzzjonali kontra l-Kriminalità Ambjentali (FTIA), li jirċievu appoġġ mill-pulizija preventiva nazzjonali, is-Servizz tal-Prosekuzzjoni Ambjentali Speċjali, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-forzi armati tal-Honduras, fost oħrajn.

Barra minn hekk, is-SIIAVA jirċievi u jieħu kont tas-sorveljanza soċjali mfassla mill-CONADEH, il-KKF u s-soċjetà ċivili, kif ukoll l-ilmenti mressqa minn diversi atturi fir-rigward tal-funzjonament tas-SAL u li ma ġewx riżolti mill-istituzzjonijiet pubbliċi involuti fis-SAL, kif definit fit-Taqsima 10 ta’ dan l-Anness. Dawn l-ilmenti se jiġu ttrattati mingħajr dewmien u b’diliġenza dovuta u tingħata tweġiba fil-pront.

Is-SIIAVA se jippreżenta l-kontribut ipprovdut mir-rappreżentanti tas-settur pubbliku għat-tħejjija, l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim lill-KKI u l-Kumitat Tekniku. Il-proċeduri għall-operat tas-SIIAVA se jkunu stabbiliti b’dettall preċiż fil-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

11.4   L-Istrateġija Nazzjonali kontra l-Qtugħ Illegali tas-Siġar (ENCTI) u r-rabtiet tagħha ma’ dan il-Ftehim

L-Artikolu 18, paragrafu 22 tal-Liġi Forestali jistabbilixxi li l-ICF irid ifassal u jimplimenta l-Istrateġija Nazzjonali għall-Kontroll tal-Qtugħ Illegali u t-Trasport ta’ Prodotti Forestali (ENCTI). L-ICF irid ukoll “jikkoordina u jistruttura l-attivitajiet tal-entitajiet li jirrappreżentaw is-settur forestali, iż-żoni protetti u l-annimali selvaġġi, filwaqt li jippromwovi ġestjoni parteċipatorja u deċentralizzata” (l-Artikolu 18(5)).

L-atturi istituzzjonali l-oħra kollha, kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, is-sidien tal-foresti, l-industrija forestali fil-kapaċitajiet differenti tagħha u l-gradi ta’ valur miżjud u l-komunitajiet lokali, il-kunsilli territorjali, il-kunsilli konsultattivi fil-livell reġjonali, muniċipali u lokali u setturi ekonomiċi oħra involuti fis-settur forestali, jintalbu mill-ICF biex jipparteċipaw b’mod attiv fl-implimentazzjoni tal-ENCTI.

Fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim, l-implimentazzjoni tal-ENCTI tgħin fil-kontroll tal-qtugħ illegali u t-trasport ta’ prodotti forestali u tipprovdi lill-ICF bi strument eżekuttiv. Ir-riżultati miksuba u r-rakkomandazzjonijiet li saru skont l-ENCTI jiġu ppreżentati mill-ICF lis-SIIAVA, il-korp li fih l-atturi komuni għaż-żewġ proċessi jipparteċipaw u jikkombinaw l-isforzi, jikkumplimentaw lil xulxin u joħolqu sinerġiji sabiex tiġi miġġielda l-illegalità fis-settur forestali. Se tkun partikolarment rilevanti il-kontribuzzjoni mis-Servizz tal-Prosekuzzjoni Ambjentali Speċjali (FEMA), l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, il-pulizija nazzjonali, il-forzi armati tal-Honduras, il-ġudikatura, il-muniċipalitajiet u l-Kummissjoni Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fil-Honduras.

Fl-irwol tiegħu li jiżgura l-koordinazzjoni bejn l-istituzzjonijiet involuti f’dan il-Ftehim, is-SIIAVA se janalizza r-riżultati tal-ENCTI ppreżentati mill-ICF sabiex jindirizza reati ambjentali sistematiċi u jassenja r-responsabbiltajiet u l-azzjonijiet mistennija mill-istituzzjonijiet involuti. Huwa se jikkondividi wkoll informazzjoni dwar il-funzjonament tal-unitajiet mobbli u l-punti ta’ kontroll permanenti u r-riżultati miksuba mill-Forza ta’ Sigurtà Interistituzzjonali Nazzjonali u t-Task Force Interistituzzjonali kontra l-Kriminalità Ambjentali.

12.   MIŻURI TA’ INĊENTIV, PROMOZZJONALI, TA’ SALVAGWARDJA U TA’ MITIGAZZJONI MFASSLIN BIEX JINVOLVU LILL-ATTURI DIFFERENTI FL-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SAL

Il-governanza tas-settur nazzjonali forestali tippreżenta diversi sfidi, li jinbtu minn, fost diversi fatturi oħra, id-diffikultà li tiġi żgurata l-legalità tal-attivitajiet ta’ operaturi numerużi fis-settur forestali, inklużi impriżi fuq skala żgħira. F’dan ir-rigward, l-implimentazzjoni tas-SAL se tipprovdi opportunitajiet biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi permezz tal-parteċipazzjoni mill-atturi fil-katina tal-provvista fil-livell nazzjonali, u permezz tal-identifikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi biex tissaħħaħ u tittejjeb il-konformità legali mill-atturi kollha, u b’hekk tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

L-implimentazzjoni tas-SAL matul il-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni tal-VPA se ssir gradwalment, u se tagħti prijorità lill-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata l-legalità tal-prodotti destinati għall-esportazzjoni. Dan għaliex ħafna operaturi, speċjalment dawk iżgħar, li jipproduċu għas-suq nazzjonali, jaħdmu b’mod informali u aktarx se jkunu jeħtieġu aktar żmien biex jikkonformaw bis-sħiħ mal-legalità nazzjonali u mar-rekwiżiti tas-SAL.

Minkejja li l-implimentazzjoni tas-SAL se tiżdied, l-attivitajiet ippjanati fl-Anness VIII, li jiffokaw fuq is-suq nazzjonali, se jibdew b’mod parallel mal-fażi ta’ tħejjija u organizzazzjoni ta’ dan il-Ftehim sabiex tiġi ffaċilitata progressivament il-konformità legali mill-operaturi kollha tal-prodotti tal-injam fil-Honduras. Dawn l-attivitajiet jinkludu l-miżuri supplimentari definiti fl-Anness VIII biex jiġu identifikati l-effetti lembut għall-konformità u jissaħħu l-kapaċitajiet tal-operaturi fis-settur forestali.

Dokument fir-responsabbiltà tal-KKI se jiddeskrivi miżuri supplimentari li se jiġu kkunsidrati mis-SIIAVA u l-KKI biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni fl-implimentazzjoni tas-SAL mid-diversi atturi.


(1)  L-uffiċjali ġudizzjarji huma l-impjegati taċ-ċivil li jintervjenu fis-sistema ġudizzjarja u li jaqdu funzjonijiet essenzjali għar-rispett u l-garanzija tad-drittijiet taċ-ċittadini. Skont l-Artikolu 314 tal-Kostituzzjoni, il-korpi ġuriżdizzjonali huma responsabbli għall-applikazzjoni tal-liġi f’każijiet individwali, biex jiġġudikaw u jeżegwixxu ġudizzju; fejn meħtieġ, jista’ jkun li jeħtieġu l-appoġġ tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

(2)  Il-Kunsilli Konsultattivi dwar il-Forestrija, iż-Żoni Protetti u l-Ħajja Selvaġġa huma korpi b’parteċipazzjoni pubblika li jagħtu pariri u jappoġġaw lill-ICF u joperaw fil-livell nazzjonali, reġjonali, muniċipali u komunitarju (l-Artikoli 21 sa 28, LFAPVS).

(3)  Ley Especial de Fomento para las Organizaciones No Gubernamentales de Desarrollo (liġi speċjali għall-promozzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-iżvilupp nongovernattivi (NGDOs)), id-Digriet Nru 32-2011.

(4)  ĠU UE L 295, 12.11.2010, p. 23


Appendiċi 1

ĦOLOQ FIL-KATINA TA’ PROVVISTA (FORESTA TAL-ARŻNU)

 

1

Identifikazzjoni tal-prodott

2

Dikjarazzjoni tad-data

3

Verifika tad-data

2.1

Attività u responsabbiltà

2.2

Data biex tiġi ddikjarata

3.1

Validazzjoni

3.2

Rikonċiljazzjoni

1.

Importazzjoni ta’ prodotti tal-injam

Il-prodott huwa identifikat fid-Dikjarazzjoni Doganali Unika (DDU) u fid-dettalji tal-prodott fuq il-fattura tal-importazzjoni.

L-importatur, permezz tad-DDU u l-fattura tal-importazzjoni għal kull konsenja.

Għal kull konsenja, il-fattura tal-importazzjoni u d-DDU jinkludu:

numru tas-siġill,

l-oriġini,

dettalji tal-importatur,

deskrizzjoni tal-prodotti (speċi),

il-kwantità (piż u/jew volum),

intestatura tariffarja,

proċedura doganali użata,

kodiċi ta’ trasport.

L-Awtorità Doganali sistematikament tivverifika d-dokumenti ta’ prova tal-konsenja u tista’ tivverifika l-prodotti fiżikament mad-dokumentazzjoni (DDU u fattura), skont il-livell ta’ riskju identifikat.

L-importazzjoni ta’ prodotti tal-injam hija waħda mill-ewwel stadji fil-katina tal-provvista u d-data ma tistax titqabbel ma’ passi preċedenti.

Osservazzjonijiet:

Se jiġu stabbiliti proċeduri xierqa biex jiġu vverifikati u kkontrollati l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-injam skont is-CITES (stabbilit flimkien mal-Awtorità Doganali, is-SAG u l-ICF).

Proċedura doganali użata: tiddefinixxi d-destinazzjoni finali tal-merkanzija u hija stabbilita mill-importatur (pereżempju żona ħielsa, depost, tranżitu, konsum jew użu finali).

Kodiċi ta’ trasport: jiddefinixxi l-mezzi tat-trasport (it-tip, il-kapaċità, eċċ.).

2.

Trasportazzjoni ta’ prodotti tal-injam

Il-prodott huwa identifikat fid-Dikjarazzjoni ta’ Tranżitu Unika u fid-dettalji tal-prodott fuq il-fattura.

L-importatur, permezz tad-Dikjarazzjoni ta’ Tranżitu Unika u l-fattura għal kull konsenja.

Għal kull konsenja, il-fattura u d-Dikjarazzjoni ta’ Tranżitu Unika jinkludu:

numru tas-siġill,

l-oriġini,

dettalji tal-importatur,

deskrizzjoni tal-prodotti (speċi),

il-kwantità (piż u/jew volum),

intestatura tariffarja,

proċedura doganali użata,

kodiċi ta’ trasport.

L-Awtorità Doganali sistematikament tivverifika d-dokumenti ta’ prova tal-konsenja u tista’ tivverifika l-mezz ta’ trasport fiżikament mad-dokumentazzjoni (Dikjarazzjoni ta’ Tranżitu Unika u fattura), skont il-livell ta’ riskju identifikat.

L-Awtorità Doganali tirrikonċilja l-informazzjoni fuq id-Dikjarazzjoni ta’ Tranżitu Unika u rreġistrata fid-dħul mal-informazzjoni dwar id-Dikjarazzjoni ta’ Tranżitu Unika waqt il-ħruġ permezz tal-għodda tal-IT dwar it-Tranżitu Internazzjonali tal-Merkanzija (TIM).

Osservazzjonijiet:

Prodotti tal-injam fi tranżitu ma jistgħux jidħlu fil-katina tal-provvista.

Se jiġu stabbiliti proċeduri xierqa biex jiġu vverifikati u kkontrollati l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-injam skont is-CITES (stabbilit flimkien mal-Awtorità Doganali, is-SAG u l-ICF).

Proċedura doganali użata: tiddefinixxi d-destinazzjoni finali tal-merkanzija u hija stabbilita mill-importatur (pereżempju żona ħielsa, depost, tranżitu, konsum jew użu finali).

Kodiċi ta’ trasport: jiddefinixxi l-mezzi tat-trasport użati.

3.

Inventarju tal-foresti

(Fil-każ taż-Żoni Forestali Nazzjonali assenjati lil gruppi komunitarji, is-sid tal-art huwa l-Istat tal-Honduras u d-detentur tal-pjan ta’ ġestjoni huwa l-grupp komunitarju korrispondenti).

3.1

L-inventarju tal-foresti fi pjanijiet ta’ operazzjoni annwali (POA) skont pjanijiet ta’ ġestjoni forestali

L-inventarju tal-foresti għal kull sit ta’ qtugħ inkluż fil-POA. Fil-post, kull siġra li għandha tinqata’ hija identifikata permezz ta’ marki miżbugħin fil-qiegħ tas-siġra u fuq iz-zokk ewlieni.

Id-detentur tal-pjan ta' ġestjoni forestali jippreżenta lill-ICF b’applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-POA, li jkun fiha l-inventarju tal-foresta.

Il-inventarju tal-foresta tal-POA jinkludi:

il-pożizzjoni ġeografika u ż-żona ta’ kull sit ta’ qtugħ,

l-għadd ta’ siġar biex jitqaċċtu, u

il-volum li se jiġi estratt.

Fl-ispezzjoni fil-post, l-ICF iwettaq:

Il-verifika tal-immarkar tal-konfini fil-post, imqabbla mad-deskrizzjoni ġeografika ta’ kull sit ta’ qtugħ elenkat fil-POA.

Il-kampjunar tas-siġar li jridu jiġu estratti u l-istima tal-volum għal kull sit ta’ qtugħ, imqabbla mad-data fil-post ippreżentata fl-applikazzjoni tal-POA.

L-ICF jirrikonċilja d-data tal-applikazzjoni tal-POA mad-data tal-iskeda tal-ħsad tal-pjan ta' ġestjoni forestali approvat.

Osservazzjonijiet:

Il-POA huma mfassla għal żoni bi pjan ta' ġestjoni forestali.

Is-siti ta’ qtugħ huma l-unitajiet amministrattivi li jiffurmaw POA.

3.2

Inventarju tal-foresti fi pjanijiet tal-qtugħ annwali (PQA) skont pjanijiet speċjali għal sistemi agroforestali (PESA)

Inventarju tal-foresti inklużi fil-PQA bid-dettalji tal-volum li se jiġi estratt skont l-ispeċi. Fil-post, kull siġra li għandha tinqata’ hija identifikata permezz ta’ marki miżbugħin fil-qiegħ tas-siġra u fuq iz-zokk ewlieni.

Id-detentur tal-PESA jippreżenta lill-ICF b’applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-PQA, li jkun fiha l-inventarju tal-foresta.

L-inventarju tal-foresta tal-PQA jinkludi:

il-pożizzjoni ġeografika u ż-żona tal-PQA,

l-għadd ta’ siġar biex jitqaċċtu skont l-ispeċi, u

il-volum li se jiġi estratt skont l-ispeċi.

L-ispezzjoni fil-post tal-ICF titqabbel mal-applikazzjoni tal-PQA biex jiġu vverifikati:

l-immarkar tal-konfini tal-PQA,

l-għadd ta’ siġar biex jitqaċċtu skont l-ispeċi, u

il-volum li se jiġi estratt skont l-ispeċi.

L-ICF jirrikonċilja d-data inkluża fl-applikazzjoni tal-PQA mad-data inkluża fil-PESA approvat.

Osservazzjonijiet: Il-PQA jitfasslu għal żoni b'PESA.

3.3

Inventarju tal-foresti fi pjanijiet ta’ salvataġġ

Kull siġra li għandha tinqata’ hija identifikata permezz ta’ marki miżbugħin fil-qiegħ tas-siġra u fuq iz-zokk ewlieni.

L-applikant jippreżenta l-inventarju tal-foresta fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni mill-ICF tal-pjan ta’ salvataġġ.

L-inventarju tal-pjan ta’ salvataġġ għal kull siġra jinkludi:

il-pożizzjoni ġeografika,

il-volum, u

l-ispeċi.

L-ispezzjoni fil-post tal-ICF titqabbel mal-informazzjoni fl-applikazzjoni għall-pjan ta’ salvataġġ biex jiġu vverifikati:

(1)

kawża ġustifikata għas-salvataġġ.

(2)

Għal kull siġra identifikat fil-kampjunar:

il-pożizzjoni ġeografika

il-volum, u

l-ispeċi.

L-inventarju tal-foresta huwa wieħed mill-ewwel stadji fil-katina tal-provvista u d-data ma tistax titqabbel ma’ passi preċedenti.

Osservazzjonijiet:

Il-pjan ta’ salvataġġ: l-awtorizzazzjoni għal ħsad ta’ siġar milquta minn fenomeni naturali, organiżmi ta' ħsara jew mard, jew f’każijiet fejn xogħlijiet ta’ kostruzzjoni huma meħtieġa.

Il-kapaċità tal-ICF li jwettaq spezzjonijiet għall-applikazzjonijiet kollha għal pjan ta’ salvataġġ meta jkun hemm tifqigħat ta’ organiżmi ta' ħsara se tiġi estiża. Għal din ir-raġuni, hija inkluża miżura supplimentari fl-Anness VIII.

3.4

Inventarju tal-foresti fi pjanijiet ta’ rkupru.

L-identifikazzjoni ta’ fdalijiet tas-siġar inklużi f’liċenzja tal-ħsad preċedenti.

Id-detentur ta’ liċenzja tal-ħsad preċedenti jippreżenta l-applikazzjoni għal pjan ta’ rkupru lill-ICF.

Il-inventarju tal-foresta tal-pjan ta’ rkupru jinkludi:

il-pożizzjoni ġeografika taż-żona li tikkorrispondi għal-liċenzja preċedenti,

il-volum stmat ta’ prodotti li se jiġu estratti, u

l-ispeċi.

L-ispezzjoni fil-post tal-ICF titqabbel mal-informazzjoni fl-applikazzjoni għall-pjan ta’ rkupru biex jiġu vverifikati:

(1)

Kawża ġustifikata għall-irkupru.

(2)

Il-pożizzjoni ġeografika taż-żona li tikkorrispondi għal-liċenzja preċedenti.

(3)

Il-volum stmat ta’ prodotti li se jiġu estratti.

(4)

L-ispeċi.

L-ICF jirrikonċilja d-data tal-applikazzjoni tal-pjan ta’ rkupru mad-data tal-liċenzja tal-ħsad preċedenti.

Osservazzjonijiet:

Il-pjan ta’ rkupru: awtorizzazzjoni għal fdalijiet tas-siġar jew prodotti sekondarji li jirriżultaw mill-awtorizzazzjonijiet li ġejjin: POA, PQA, ċertifikati ta’ pjantaġġun u pjanijiet ta’ salvataġġ.

3.5

Inventarju tal-foresti għal ħsad ta’ pjantaġġuni forestali ċertifikati mill-ICF

Inventarju totali tas-siġar li għandhom jinqatgħu fil-pjantaġġuni ċċertifikati skont l-ispeċi. Kull siġra li għandha tinqata’ hija identifikata permezz ta’ marki miżbugħin fil-qiegħ tas-siġra u fuq iz-zokk ewlieni.

Id-detentur taċ-ċertifikat ta’ pjantaġġuni forestali jippreżenta l-inventarju tal-foresta fl-applikazzjoni għall-ħsad mibgħut lill-ICF.

L-inventarju tal-foresta għall-pjantaġġun iċċertifikat jinkludi:

il-pożizzjoni ġeografika tal-pjantaġġun iċċertifikat,

l-għadd ta’ siġar li se jinqatgħu skont l-ispeċi, u

il-volum li se jiġi estratt skont l-ispeċi.

L-ispezzjoni fil-post tal-ICF titqabbel mal-informazzjoni fl-applikazzjoni għall-ħsad ta’ pjantaġġun iċċertifikat biex jiġu vverifikati:

(1)

It-tip taċ-ċertifikat.

(2)

L-immarkar tal-konfini tal-pjantaġġun iċċertifikat.

(3)

L-għadd ta’ siġar li se jinqatgħu skont l-ispeċi.

(4)

Il-volum li se jiġi estratt skont l-ispeċi.

L-ICF jirrikonċilja l-informazzjoni fl-applikazzjoni ppreżentata mal-informazzjoni dwar iċ-ċertifikat ta’ pjantaġġun forestali.

Osservazzjonijiet:

Jeżistu żewġ tipi ta’ ċertifikat ta’ pjantaġġuni: CPROTE (għall-protezzjoni) u CPLANTA (għall-ħsad).

L-Anness VIII jinkludi miżura supplimentari biex jiġi rregolat il-ħsad fi pjantaġġuni ċċertifikati.

4.

Ħsad ta’ siġar, produzzjoni ta’ zkuk tas-serrar, u ħżin fil-foresti jew ċentri tal-ġbir fil-foresta jew f’ċentri tal-ġbir

L-immarkar tal-konfini tas-sit tal-ħsad u d-dettalji tas-siġar li għandhom jinqatgħu fl-applikazzjoni għall-ħsad.

Id-detentur tal-POA, PQA, pjan ta’ salvataġġ, pjan ta' rkupru jew ċertifikat ta’ pjantaġġun forestali jippreżenta l-applikazzjoni għal ħsad lill-ICF.

L-applikazzjoni għall-ħsad tinkludi:

il-pożizzjoni ġeografika tas-sit,

l-għadd ta’ siġar biex jitqaċċtu,

il-volum li se jiġi estratt,

in-netwerk tat-toroq, u

il-lokazzjoni ta’ ħażniet jew ta’ ċentri tal-ġbir.

L-ispezzjoni fil-post tal-ICF titqabbel mal-informazzjoni ppreżentata fl-applikazzjoni għall-ħsad biex jiġu vverifikati:

(1)

Il-pożizzjoni ġeografika tas-sit ta’ ħsad.

(2)

In-netwerk tat-toroq.

(3)

Il-lokazzjoni ta’ ħażniet jew ta’ ċentri tal-ġbir.

(4)

Il-kampjunar tas-siġar maqtugħa (fdalijiet).

L-ICF progressivament jirrikonċilja l-volum maħsud mal-volum awtorizzat skont il-permessi tat-trasport irrapportati bl-użu tal-għodda ta’ rikonċiljazzjoni pprovduti mis-Sistema tal-IT dwar it-Traċċabbiltà tal-Injam (SIRMA).

Osservazzjonijiet:

Għal kull tip ta’ żona tal-foresti soġġetta għall-inventarju tal-foresta, il-ħsad tas-siġar huwa soġġett għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni mid-detentur u l-approvazzjoni tal-ICF.

Il-ħażna jew iċ-ċentru tal-ġbir: post fejn il-prodotti tal-injam huma maħżuna għat-trasferiment aktar tard.

5.

Trasportazzjoni ta’ injam tond mill-foresta għal kumpaniji ta’ prodotti forestali primarji

Id-daqs, l-għadd tal-biċċiet u l-volum għal kull vettura huma ddettaljati fil-permess tat-trasport.

Id-detentur tal-liċenzja tal-ħsad jiddikjara l-informazzjoni relatata mal-prodotti li jkunu se jiġu ttrasportati fil-permess tat-trasport.

Dawn li ġejjin huma ddikjarati fil-permess tat-trasport:

id-data ta’ trasportazzjoni,

l-oriġini,

id-destinazzjoni u d-destinatarju,

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-liċenzja tal-ħsad,

l-għadd ta’ biċċiet,

il-volum totali,

it-trasportatur, u

in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura.

Matul il-kontrolli mal-ġenb tat-triq, l-aġenti tal-infurzar tal-liġi jivverifikaw li l-kontenut tat-tagħbija jaqbel mad-dettalji fuq il-permess tat-trasport.

L-ICF progressivament jirrikonċilja l-permessi tat-trasport iddikjarati mid-detentur tal-liċenzja tal-ħsad mal-permessi tat-trasport iddikjarati mill-kumpaniji tal-prodotti forestali u ta’ postijiet ta’ bejgħ tal-injam li jużaw l-għodod ta’ rikonċiljazzjoni pprovduti mis-SIRMA.

Osservazzjonijiet:

L-ICF, il-pulizija, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-forzi armati tal-Honduras kollha jipparteċipaw fil-kontrolli fit-triq.

6.

Kumpaniji ta’ prodotti forestali primarji

Il-kwantitajiet ta’ kuljum huma rreġistrati skont it-tip ta' prodott fir-reġistru tal-volumi tal-produzzjoni.

Is-sid tal-kumpanija primarja ta’ prodotti forestali, permezz ta’ rapporti ta’ kull xahar dwar il-produzzjoni bbażati fuq ir-reġistru tal-volum tal-produzzjoni.

Ir-rapport tal-produzzjoni ta’ kull xahar jinkludi:

(i)

L-inventarju inizjali tal-prodotti tal-injam u injam tond.

(ii)

L-inputs tal-prodotti tal-injam u injam tond.

(iii)

Il-volum tal-produzzjoni, skont it-tip ta’ prodott tal-injam.

(iv)

Outputs (bejgħ jew trasferimenti).

(v)

L-inventarju finali tal-prodotti tal-injam u injam tond.

Matul l-ispezzjoni fil-post, l-ICF jivverifika li l-informazzjoni fir-rapport tal-produzzjoni ta’ kull xahar tal-kumpanija tal-prodotti forestali taqbel mal-informazzjoni miġbura:

(1)

Il-kalkolu tar-rendiment tal-produzzjoni.

(2)

Il-paragun tal-inventarju tal-volum eżistenza mad-data tal-awditu.

Permezz tas-SIRMA, l-ICF jirrikonċilja l-inputs tal-prodotti tal-injam u injam tond iddikjarati fir-rapport ta’ kull xahar mal-permessi tat-trasport iddikjarati mid-detenturi tal-liċenzji tal-ħsad.

7.

Trasportazzjoni ta’ prodotti ta’ injam ipproċessat

Il-polza tal-vjeġġ tispeċifika l-prodotti li għandhom jiġu trasportati għal kull vettura.

It-trasportatur, permezz tal-polza tal-vjeġġ għal kull vettura.

Il-polza tal-vjeġġ għal kull vettura tinkludi:

In-numru tal-polza tal-vjeġġ.

Id-data ta’ trasportazzjoni.

L-oriġini.

Id-destinazzjoni u d-destinatarju.

L-għadd ta’ biċċiet.

Il-volum totali.

It-trasportatur.

In-numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura.

L-ispeċi.

Matul il-kontrolli mal-ġenb tat-triq, l-aġenti tal-infurzar tal-liġi jivverifikaw li l-kontenut tat-tagħbija jaqbel mad-dettalji fuq il-polza tal-vjeġġ għal kull vettura.

L-ICF progressivament jirrikonċilja l-poloz tal-vjeġġ għal kull vettura ddikjarati mill-bejjiegħ mal-poloz tal-vjeġġ iddikjarati mix-xerrej billi juża l-għodod ta’ rikonċiljazzjoni pprovduti mis-SIRMA.

Osservazzjonijiet:

Il-polza tal-vjeġġ tirċievi awtorizzazzjoni preliminari fis-Sistema ta’ Amministrazzjoni tad-Dħul (SAR).

L-ICF, il-pulizija, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-forzi armati tal-Honduras kollha jipparteċipaw fil-kontrolli fit-triq.

8.

Kumpaniji ta’ prodotti forestali sekondarji

L-ipproċessar ta’ prodotti tal-injam ikun mdaħħal fir-reġistru tal-volumi tal-produzzjoni.

Is-sid tal-kumpanija ta’ prodotti forestali sekondarji, permezz ta’ rapporti ta’ kull xahar dwar il-produzzjoni bbażati fuq ir-reġistru tal-volum tal-produzzjoni.

Ir-rapport tal-produzzjoni ta’ kull xahar jinkludi:

(i)

Inventarju inizjali tal-prodotti tal-injam.

(ii)

Inputs tal-prodotti tal-injam.

(iii)

Produzzjoni (tal-prodotti tal-injam).

(iv)

Outputs (bejgħ jew trasferimenti), u

(v)

Inventarju finali tal-prodotti tal-injam.

Matul l-ispezzjoni fil-post, l-informazzjoni pprovduta fir-rapport tal-produzzjoni ta’ kull xahar tal-kumpanija tal-prodotti forestali sekondarji titqabbel mal-informazzjoni miġbura mill-ICF:

(1)

Rieżami tar-reġistri tal-inputs, il-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ.

(2)

Inventarju tal-volum eżistenti.

Permezz tas-SIRMA, l-ICF jirrikonċilja d-data fir-rapport tal-produzzjoni ta’ kull xahar tal-kumpanija tal-prodotti forestali mad-data tar-rapporti tal-bejjiegħa dwar il-preżentazzjoni ta’ fatturi awtorizzati u l-poloz tal-vjeġġ.

Meta l-prodotti tal-injam jiġu direttament mill-foresta, l-ICF jirrikonċilja d-data fir-rapport tal-produzzjoni ta’ kull xahar tal-kumpanija tal-prodotti forestali mad-data tal-permessi tat-trasport iddikjarati mid-detentur ta' liċenzja.

Osservazzjonijiet:

Il-fattura awtorizzata mis-SAR tinħareġ meta l-prodotti tal-injam jinbiegħu u tiġi mehmuża mal-polza tal-vjeġġ tul it-trasport kollu tal-prodotti tal-injam minn stadju għall-ieħor fil-katina.

9.

Postijiet ta’ bejgħ tal-injam

Il-moviment ta’ prodotti tal-injam huwa mdaħħal fir-reġistru tal-inputs u l-outputs.

Is-sid ta’ post ta’ bejgħ tal-injam, permezz ta’ rapporti ta’ kull xahar dwar l-inputs u l-outputs ibbażati fuq ir-reġistru tal-inputs u l-outputs.

Ir-rapport ta' kull xahar dwar l-inputs u l-outputs jinkludi:

(i)

Inventarju inizjali tal-prodotti tal-injam.

(ii)

Inputs tal-prodotti tal-injam.

(iii)

Outputs (bejgħ jew trasferimenti), u

(iv)

Inventarju finali tal-prodotti tal-injam.

Waqt l-ispezzjonijiet fil-post, l-ICF jivverifika l-informazzjoni pprovduta fir-rapport ta’ kull xahar tal-post ta’ bejgħ tal-injam dwar l-inputs u l-outputs mal-informazzjoni miġbura:

(1)

Rieżami tar-reġistru tal-inputs u l-outputs.

(2)

Inventarju tal-volum eżistenti.

Permezz tas-SIRMA, l-ICF jirrikonċilja id-data tar-rapport ta’ kull xahar tal-post ta’ bejgħ tal-injam dwar l-inputs u l-outputs mad-data tar-rapporti tal-bejjiegħa dwar il-preżentazzjoni ta’ fatturi awtorizzati mis-SAR u ta’ poloz ta’ vjeġġ.

Meta l-prodotti tal-injam jiġu direttament mill-foresta, l-ICF jirrikonċilja d-data fir-rapport ta’ kull xahar tal-post ta’ bejgħ tal-injam dwar l-inputs u l-outputs mad-data dwar il-permessi tat-trasport iddikjarati mid-detentur tal-liċenzja tal-ħsad.

Osservazzjonijiet:

Il-fattura awtorizzata mis-SAR tinħareġ meta l-prodotti tal-injam jinbiegħu u tiġi mehmuża mal-polza tal-vjeġġ tul it-trasport kollu tal-prodotti tal-injam minn stadju għall-ieħor fil-katina.

10.

Ħruġ ta’ liċenzji FLEGT u H-Legal

Dikjarazzjoni tal-merkanzija fl-applikazzjonijiet għal liċenzji FLEGT u H-legal.

L-esportatur jippreżenta l-applikazzjoni għal liċenzja FLEGT jew H-legal u ċ-ċertifikat ta’ konformità legali lill-Unità tal-Liċenzji tal-ICF.

Id-dokument ta’ applikazzjoni jinkludi d-dettalji tal-prodotti tal-injam li jridu jiġu esportati:

Id-deskrizzjoni kummerċjali tal-injam jew tal-prodotti tal-injam.

Il-kodiċijiet SA.

L-isem komuni u xjentifiku tal-ispeċi.

Il-volum (m3) u piż nett (kg).

L-għadd ta’ unitajiet, u

Il-marki distintivi.

L-Unità tal-Liċenzji tagħti struzzjonijiet lill-Unità ta’ Verifika biex tiċċekkja fis-SIRMA jew sistema oħra li l-operatur u l-prodotti kollha inklużi fil-konsenja jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-SAL.

L-ICF jirrikonċilja l-informazzjoni ddikjarata fl-applikazzjonijiet għal liċenzji FLEGT u H-legal:

skont il-kumpanija tal-prodotti forestali primarji jew sekondarji mad-data fir-rapport ta’ produzzjoni ta’ kull xahar, permessi tat-trasport u poloz tal-vjeġġ,

skont il-post ta’ bejgħ tal-injam mad-data fir-rapport ta’ kull xahar dwar inputs u outputs, permessi ta’ trasport u poloz tal-vjeġġ.

Osservazzjonijiet:

Se jkunu żviluppati għodod ta’ rikonċiljazzjoni fis-SIRMA biex jiġu vverifikati l-applikazzjonijiet għal-liċenzja FLEGT għas-suq tal-Unjoni u l-applikazzjonijiet għal-liċenzja H-legali għal swieq oħra.

11.

Esportazzjoni ta’ prodotti tal-injam

Il-prodott huwa identifikat fid-Dikjarazzjoni Doganali Unika (DDU) u fid-dettalji tal-prodott fuq il-fattura tal-esportazzjoni awtorizzata mis-SAR u d-Dikjarazzjoni ta’ Esportazzjoni BCH.

L-esportatur, permezz tal-aġent doganali, jippreżenta d-DDU, il-fattura tal-esportazzjoni awtorizzata mis-SAR u d-Dikjarazzjoni ta’ Esportazzjoni BCH għal kull konsenja.

Għal kull konsenja, l-applikazzjoni tinkludi:

Fattura ta’ esportazzjoni awtorizzata mis-SAR.

Id-Dikjarazzjoni Doganali Unika.

Dikjarazzjoni ta’ Esportazzjoni BCH.

Liċenzja FLEGT fil-każ ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Liċenzja H-legal maħruġa mill-Unità tal-Liċenzji fil-każ ta’ esportazzjoni ’l barra mill-Unjoni.

L-Awtorità Doganali tiċċekkja b’mod sistematiku li d-dokumenti inklużi fl-applikazzjoni għall-esportazzjoni huma konsistenti ma’ xulxin.

L-Awtorità Doganali tivverifika l-awtentiċità tad-dokument (il-liċenzja FLEGT jew H-legal) fis-sistemi tal-IT (SIRMA u TIM).

Osservazzjonijiet:

Se jiġu żviluppati għodod biex tiġi rrikonċiljata d-data bejn is-Sistema Internazzjonali tat-Tranżitu ta’ Merkanzija u s-sistema tal-IT tat-Traċċabilità tal-Injam sabiex jiġi vverifikat il-ħruġ tal-liċenzja FLEGT għas-suq Ewropew u l-ħruġ tal-liċenzja H-legal għal swieq oħra.

12.

Konfiska ta’ prodotti tal-injam

Ordni ta’ konfiska maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (MP), akkumpanjata mill-opinjoni esperta li tipprovdi d-dettalji tal-prodott tal-injam.

L-ICF, bl-appoġġ tal-forzi tas-sigurtà (il-pulizija preventiva nazzjonali u l-forzi armati tal-Honduras), jikkonfiska l-prodotti tal-injam.

Il-MP, bl-assistenza teknika tal-ICF, jipprepara immedjatament l-evidenza preliminari u joħroġ l-opinjoni esperta.

L-opinjoni esperta tinkludi:

il-valur kummerċjali tal-prodott tal-injam.

il-karatteristiċi tal-prodott tal-injam.

il-post ta’ oriġini, jekk magħruf, u

il-kwalità jew kundizzjoni tal-prodott tal-injam.

L-ordni ta’ konfiska maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tinkludi:

l-isem tal-awtur tar-reat.

il-kwantità (piż u/jew volum),

l-ispeċi, u

it-tip ta’ prodott tal-injam.

L-ICF jivverifika l-prodott tal-injam ikkunsinjat mal-opinjoni esperta maħruġa mill-MP.

L-ICF jirrikonċilja l-informazzjoni ddikjarata fl-ordni ta’ konfiska mal-informazzjoni mressqa u informazzjoni oħra relatata mas-sid u l-oriġini, u jagħmel dan permezz tal-għodod ta’ rikonċiljazzjoni pprovduti mis-SIRMA.

Osservazzjonijiet:

Prodotti tal-injam konfiskati ma jistgħux jidħlu fil-katina tal-provvista.

Is-SIRMA fiha modulu li jippermetti lill-utenti jirreġistraw il-permessi tat-trasport ta’ injam ikkonfiskat.

It-Taqsima 7.6 ta’ dan l-Anness tiddeskrivi kif jiġu ttrattati l-prodotti tal-injam ikkonfiskati.


Appendiċi 2

ĦOLOQ FIL-KATINA TA’ PROVVISTA (FORESTA TAL-WERAQ WIESA’)

0.

Punti tal-Kontroll Kritiċi

1

Identifikazzjoni tal-prodott

2

Dikjarazzjoni tad-data

3

Verifika tad-data

2.1

Attività u responsabbiltà

2.2

Data biex tiġi ddikjarata

3.1

Validazzjoni

3.2

Rikonċiljazzjoni

1.

Importazzjoni ta’ prodotti tal-injam

Simili għal foresta tal-arżnu.

Simili għal foresta tal-arżnu.

Simili għal foresta tal-arżnu.

Simili għal foresta tal-arżnu.

Simili għal foresta tal-arżnu.

2

Trasportazzjoni ta’ prodotti tal-injam

Simili għal foresta tal-arżnu.

Simili għal foresta tal-arżnu.

Simili għal foresta tal-arżnu.

Simili għal foresta tal-arżnu.

Simili għal foresta tal-arżnu.

3.

Inventarju tal-foresti

(Fil-każ taż-Żoni Forestali Nazzjonali assenjati lil gruppi komunitarji, is-sid tal-art huwa l-Istat tal-Honduras u d-detentur tal-pjan ta’ ġestjoni huwa l-grupp komunitarju korrispondenti.)

3.1

L-inventarju tal-foresti fi pjanijiet ta’ operazzjoni annwali (POA) skont pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti

L-inventarju tal-foresti għal kull sit ta’ qtugħ annwali inkluż fil-POA. Fil-post, kull siġra li għandha tinqata’ hija numerata u identifikata permezz ta’ marki miżbugħin fil-qiegħ tas-siġra u fuq iz-zokk ewlieni.

Id-detentur tal-pjan ta' ġestjoni forestali jippreżenta lill-ICF b’applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-POA, li jkun fiha l-inventarju tal-foresta għal 100 % tas-siġar li se jiġu estratti minn kull sit ta’ qtugħ annwali.

L-inventarju tal-POA tal-foresti jinkludi matriċi tal-volumi li tagħti dettalji dwar dawn li ġejjin għal kull siġra:

in-numru tas-siġra,