ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 211

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
15 ta' Ġunju 2021


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 ( 1 )

1

 

*

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

23

 

*

Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Test b’revelanza għaż-ŻEE)

24

 

*

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

29

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/955 tas-27 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1156 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formoli, il-mudelli, il-proċeduri u l-arranġamenti tekniċi għall-pubblikazzjonijiet u n-notifiki ta’ regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni, tariffi u imposti, u li jispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata għall-ħolqien u ż-żamma tal-bażi ta’ data ċentrali dwar il-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera tal-AIFs u l-UCITS, kif ukoll il-formoli, il-mudelli u l-proċeduri għall-komunikazzjoni ta’ tali informazzjoni ( 1 )

30

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/956 tal-31 ta’ Mejju 2021 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

45

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/957 tal-31 ta’ Mejju 2021 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

48

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/958 tal-31 ta’ Mejju 2021 li tistabbilixxi l-format għar-rapportar tad-data u l-informazzjoni dwar l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik imqiegħed fis-suq u l-iskart tal-irkaptu tas-sajd miġbur fl-Istati Membri u l-format għar-rapport tal-verifika ta’ kwalità f’konformità mal-Artikoli 13(1)(d) u 13(2) tad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

51

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

15.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/1


REGOLAMENT (UE) 2021/953 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Ġunju 2021

dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Billi:

(1)

Kull ċittadin tal-Unjoni għandu d-dritt fundamentali li jiċċaqlaq u jgħix liberament fit-territorju tal-Istati Membri, soġġett għal-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati u l-miżuri adottati biex ikollhom effett. Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-eżerċizzju ta' dak id-dritt.

(2)

Fit-30 ta' Jannar 2020, id-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) iddikjara emerġenza tas-saħħa pubblika ta' rilevanza internazzjonali minħabba t-tifqigħa globali tal-coronavirus tas-sindromu respiratorju akut gravi 2 (SARS-CoV-2), li jikkawża l-marda tal-coronavirus 2019 (COVID-19). Fil-11 ta' Marzu 2020, id-WHO għamlet valutazzjoni li tikkaratterizza l-COVID-19 bħala pandemija.

(3)

Biex jillimitaw it-tixrid tas-SARS-CoV-2, l-Istati Membri adottaw xi miżuri, li kellhom impatt fuq l-eżerċizzju miċ-ċittadini tal-Unjoni tad-drittijiet tagħhom li jiċċaqalqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, bħal restrizzjonijiet għad-dħul jew rekwiżiti għal vjaġġaturi transfruntiera biex jagħmlu l-kwarantina jew l-awtoiżolament jew li jiġu ttestjati għal infezzjoni bis-SARS-CoV-2.

(4)

Fit-13 ta' Ottubru 2020, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475 (4), li introduċiet approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 fl-oqsma ewlenin li ġejjin: l-applikazzjoni ta' kriterji u livelli limitu komuni meta jiġi deċiż jekk jiġux introdotti restrizzjonijiet għall-moviment liberu, immappjar taż-żoni ta' riskju ta' trażmissjoni tas-SARS-CoV-2 abbażi ta' kodiċi tal-kuluri maqbul u approċċ ikkoordinat għal kwalunkwe miżura xierqa li tista' tiġi applikata għall-persuni li jivvjaġġaw lejn iż-żoni ta' riskju jew minnhom, skont il-livell ta' riskju ta' trażmissjoni tas-SARS-CoV-2 f'dawk iż-żoni. Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tagħhom, ir-Rakkomandazzjoni tenfasizza li l-vjaġġaturi b'funzjoni jew bi ħtieġa essenzjali, kif elenkati fil-punt 19 tar-Rakkomandazzjoni, u persuni li jgħixu f’reġjuni tal-fruntiera u li jivvjaġġaw bejn il-fruntieri ta' kuljum jew frekwenti għal skopijiet ta' xogħol, negozju, edukazzjoni, familja, kura medika jew indukrar, li ħajjithom hija partikolarment affettwata minn tali restrizzjonijiet, b'mod partikolari dawk li jeżerċitaw funzjonijiet kritiċi jew li huma essenzjali għall-infrastruttura kritika, jenħtieġ li b'mod ġenerali jiġu eżentati mir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar b'rabta mal-pandemija tal-COVID-19.

(5)

Bl-użu tal-kriterji u l-livelli limitu stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) ilu jippubblika, darba fil-ġimgħa, mappa tal-Istati Membri, b'data dwar in-notifika, l-ittestjar u r-rati ta' testijiet b'riżultat pożittiv tal-COVID-19 imqassmin skont ir-reġjun, sabiex jappoġġa t-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri.

(6)

L-Istati Membri, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, jistgħu jillimitaw id-dritt fundamentali tal-moviment liberu għal raġunijiet ta' saħħa pubblika. Kwalunkwe restrizzjoni għall-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni li hija stabbilita biex tillimita t-tixrid tas-SARS-CoV-2 jenħtieġ li tkun ibbażata fuq raġunijiet speċifiċi u limitati ta' interess pubbliku, jiġifieri l-ħarsien tas-saħħa pubblika kif enfasizzat mir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475. Huwa meħtieġ li tali limitazzjonijiet jiġu applikati f'konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni. Għalhekk, kwalunkwe miżura li tittieħed jenħtieġ li tkun limitata strettament fil-kamp ta' applikazzjoni u fiż-żmien, skont l-isforzi biex jerġa' jiddaħħal il-moviment liberu fl-Unjoni, u jenħtieġ li ma testendix lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ biex titħares is-saħħa pubblika. Barra minn hekk, tali miżuri jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-miżuri meħudin mill-Unjoni biex tiżgura l-moviment liberu mingħajr xkiel ta' oġġetti u servizzi essenzjali fis-suq intern kollu, inkluż il-moviment liberu tal-provvisti mediċi u tal-persunal fil-qasam mediku u tal-kura tas-saħħa permezz tal-punti ta' qsim tal-fruntieri b'"korsiji ħodor" imsemmijin fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Marzu 2020 dwar l-implimentazzjoni tal-Korsiji Ħodor skont il-Linji Gwida għal miżuri ta' ġestjoni tal-fruntieri biex tiġi protetta s-saħħa u tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' oġġetti u servizzi essenzjali.

(7)

Il-persuni li jkunu mlaqqmin jew li jkollhom riżultat ta' test negattiv reċenti tal-COVID-19 u l-persuni li jkunu fiequ mill-COVID-19 fis-sitt xhur preċedenti, jidher li għandhom inqas riskju li jinfettaw lil persuni oħra bis-SARS-CoV-2, skont l-evidenza xjentifika attwali u li għadha qed tevolvi. Jenħtieġ li l-moviment liberu tal-persuni li, skont l-evidenza xjentifika soda, ma jirrappreżentawx riskju sinifikanti għas-saħħa pubblika, pereżempju għax ikunu immuni u ma jistgħux jittrażmettu s-SARS-CoV-2, ma jkunx ristrett, billi tali restrizzjonijiet ma jkunux meħtieġa biex jintlaħaq l-objettiv li titħares is-saħħa pubblika. Fejn is-sitwazzjoni epidemjoloġika tkun tippermetti, jenħtieġ li tali persuni ma jkunux soġġetti għal restrizzjonijiet addizzjonali għall-moviment liberu marbutin mal-pandemija tal-COVID-19, bħall-ittestjar relatat mal-ivvjaġġar għall-infezzjoni bis-SARS-CoV-2 jew il-kwarantina relatati mal-ivvjaġġar jew l-awtoiżolament, dment li tali restrizzjonijiet addizzjonali, abbażi tal-aħħar evidenza xjentifika disponibbli u f'konformità mal-prinċipju ta' prekawzjoni, ma jkunux meħtieġa u proporzjonati biex titħares is-saħħa pubblika, u huma nondiskriminatorji.

(8)

Ħafna Stati Membri nedew jew qed jippjanaw li jniedu inizjattivi għall-ħruġ ta' ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19. Madankollu, biex tali ċertifikati tat-tilqim jintużaw b'mod effettiv f'kuntest transfruntier meta ċ-ċittadini tal-Unjoni jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu, jeħtieġ li jkunu kompletament interoperabbli, kompatibbli, siguri u verifikabbli. Fost l-Istati Membri hemm bżonn approċċ komuni dwar il-kontenut, il-format, il-prinċipji, istandards tekniċi u l-livell ta' sigurtà ta' tali ċertifikati tat-tilqim.

(9)

Miżuri unilaterali biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2 għandhom il-potenzjal li jikkawżaw tfixkil sinifikanti fl-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu, u li jostakolaw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, inkluż is-settur tat-turiżmu, billi l-awtoritajiet nazzjonali u s-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, bħal-linji tal-ajru, il-ferroviji, il-kowċis u l-laneċ, jistgħu jkunu kkonfrontati b'firxa wiesgħa ta' formati ta' dokumenti diverġenti, mhux biss fir-rigward tat-tilqim kontra l-COVID-19 tad-detenturi taċ-ċertifikat, imma anke dwar ir-riżultat tat-testijiet u l-fejqan tagħhom.

(10)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2021 dwar l-istabbiliment ta' strateġija tal-UE għal turiżmu sostenibbli, il-Parlament Ewropew talab li jkun hemm approċċ armonizzat għat-turiżmu fl-Unjoni kollha billi jiġu implimentati l-kriterji komuni għal vjaġġar sikur, bi protokoll dwar is-Sikurezza tas-Saħħa tal-Unjoni għar-rekwiżiti ta' ttestjar u kwarantina, ċertifikat tat-tilqim komuni, ladarba jkun hemm biżżejjed evidenza xjentifika li l-persuni mlaqqmin ma jittrażmettux is-SARS-CoV-2, u r-rikonoxximent reċiproku tal-proċeduri ta' tilqim.

(11)

Fid-dikjarazzjoni tagħhom tal-25 ta' Marzu 2021, il-Membri tal-Kunsill Ewropew talbu li jinbdew it-tħejjijiet rigward approċċ komuni għat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu sabiex jiġi żgurat li l-isforzi jkunu koordinati meta s-sitwazzjoni epidemjoloġika tippermetti li jittaffew il-miżuri eżistenti u li l-ħidma dwar iċ-ċertifikati COVID-19 diġitali interoperabbli u nondiskriminatorji titmexxa 'l quddiem b'urġenza.

(12)

Għall-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju tad-dritt li wieħed jiċċaqlaq u jgħix liberament fit-territorju tal-Istati Membri, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas komuni għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE). Dak il-qafas komuni jenħtieġ li jkun vinkolanti u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Jenħtieġ li jiffaċilita, kull meta jkun possibbli abbażi ta' evidenza xjentifika, it-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet b'mod koordinat mill-Istati Membri, filwaqt li titqies it-tneħħija tar-restrizzjonijiet fit-territorju tagħhom stess. Ir-Regolament 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jestendi dak il-qafas komuni għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fiż-żona Schengen mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni u japplika fl-ambitu tal-acquis ta' Schengen, mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi dwar il-qsim tal-fruntieri interni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Il-faċilitazzjoni tal-moviment liberu hija waħda mill-kundizzjonijiet preliminari fundamentali biex jinbeda rkupru ekonomiku.

(13)

Għalkemm dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jimponu restrizzjonijiet għall-moviment liberu, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jiffaċilita t-tneħħija gradwali ta’ tali restrizzjonijiet b’mod koordinat, kull meta jkun possibbli, f’konformità mar-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475. Tali restrizzjonijiet jistgħu jiġu rrinunzjati b’mod partikolari għal persuni mlaqqmin, f’konformità mal-prinċipju ta’ prekawzjoni, sal-punt li l-evidenza xjentifika dwar l-effetti tat-tilqim kontra l-COVID-19 issir dejjem aktar disponibbli u konklussiva b’mod aktar konsistenti fir-rigward tal-ksur tal-katina ta’ trażmissjoni.

(14)

Dan ir-Regolament huwa maħsub biex jiffaċilita l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' proporzjonalità u nondiskriminazzjoni fir-rigward tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19, filwaqt li jimmira lejn livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika. Huwa jenħtieġ li ma jinftehimx bħala li jiffaċilita jew jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta' restrizzjonijiet għall-moviment liberu, jew restrizzjonijiet għal drittijiet fundamentali oħra, b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, minħabba l-effetti ta' ħsara tagħhom fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni u n-negozji. Kwalunkwe verifika taċ-ċertifikati sottostanti għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jenħtieġ li ma twassalx għal restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-moviment liberu fl-Unjoni jew għal restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar fiż-żona Schengen. L-eżenzjonijiet għar-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 imsemmijin fir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475 jenħtieġ li jkomplu japplikaw u jenħtieġ li titqies is-sitwazzjoni speċifika tal-komunitajiet transfruntiera, li ġew affettwati b'mod partikolari minn tali restrizzjonijiet. Fl-istess ħin, il-qafas taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE huwa maħsub li jiżgura li ċ-ċertifikati interoperabbli jkunu disponibbli wkoll għall-vjaġġaturi b’funzjoni jew bi ħtieġa essenzjali.

(15)

L-introduzzjoni ta' approċċ komuni għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tiddependi mill-fiduċja reċiproka. L-użu ta' ċertifikati COVID-19 kontrafatti huwa ta' riskju sinifikanti għas-saħħa pubblika. L-awtoritajiet fi Stat Membru jeħtieġu assigurazzjoni li l-informazzjoni inkluża f'ċertifikat maħruġ fi Stat Membru ieħor tkun affidabbli, li ċ-ċertifikat ma jkunx ġie ffalsifikat, li ċ-ċertifikat ikun jappartjeni għall-persuna li jippreżentah, u li kull min jivverifika ċ-ċertifikat ikollu aċċess għall-inqas ammont ta' informazzjoni meħtieġ biss.

(16)

Fl-1 ta' Frar 2021, l-Europol ħarġet Notifika ta' Twissija Bikrija dwar il-bejgħ illeċitu ta' ċertifikati kontrafatti ta' riżultati ta' testijiet tal-COVID-19 li jindikaw riżultat negattiv. Minħabba d-disponibbiltà ta' mezzi teknoloġiċi u l-aċċess faċli għalihom, bħall-printers b'riżoluzzjoni għolja u tipi ta' software għall-editjar tal-grafika, il-frodaturi huma kapaċi jipproduċu ċertifikati COVID-19 kontrafatti ta' kwalità għolja. Ġew irrappurtati każijiet ta' bejgħ illeċitu ta' ċertifikati kontrafatti ta' testijiet tal-COVID-19, li jinvolvu aktar ċrieki ta' falsifikazzjoni organizzati u individwi opportunistiċi li jbigħu ċ-ċertifikati COVID-19 kontrafatti online u offline.

(17)

Huwa importanti li jkunu disponibbli biżżejjed riżorsi biex dan ir-Regolament jiġi implimentat kif ukoll għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' frodi u prattiki illeċiti rigward il-ħruġ u l-użu taċ-ċertifikati sottostanti ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.

(18)

Biex jiżguraw l-interoperabbiltà ta’ u l-aċċess ugwali għaċ-ċertifikati sottostanti ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, anki għall-persuni vulnerabbli, bħall-persuni b'diżabbiltà, u għall-persuni b'aċċess limitat għat-teknoloġiji diġitali, jenħtieġ li l-Istati Membri joħorġu t-tali ċertifikati f'format diġitali jew stampat, jew it-tnejn li huma. Id-detenturi prospettivi jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jirċievu ċ-ċertifikati fil-format tal-għażla tagħhom. Dan ikun jippermettilhom li jitolbu u jiċievu kopja stampata taċ-ċertifikat jew li jirċevuh f’format diġitali biex ikunu jistgħu jerfgħuh u juruh fuq apparat mobbli, jew it-tnejn li huma. Jenħtieġ li ċ-ċertifikati jkun fihom barcode interoperabbli li tista' tinqara diġitalment, li tagħti aċċess biss għad-data rilevanti għaċ-ċertifikati. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiggarantixxu l-awtentiċità, il-validità u l-integrità taċ-ċertifikati bl-użu ta' siġilli elettroniċi. Biex jiġi żgurat livell għoli ta' fiduċja fl-awtentiċità, il-validità u fl-integrità taċ-ċertifikati, l-Istati Membri, meta jkun possibbli, jenħtieġ li jagħtu prijorità lill-użu ta' siġilli elettroniċi avvanzati kif definiti fil-punt (26) tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru (UE) 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). L-informazzjoni fuq iċ-ċertifikat jenħtieġ li tintwera f'format li jinqara mill-bniedem, b'mod stampat jew ippreżentata bħala test sempliċi. Il-layout taċ-ċertifikati jenħtieġ li jkun faċli biex jinftiehem u jiżgura s-sempliċità u l-faċilità tal-użu. Biex ikunu evitati ostakli għall-moviment liberu, jenħtieġ li ċ-ċertifikati jinħarġu mingħajr ħlas, u li ċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom ikollhom id-dritt li jinħarġulhom iċ-ċertifikati. Biex jiġu evitati l-abbuż jew il-frodi, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu imposti tariffi xierqa għall-ħruġ ta’ ċertifikat ġdid f'każijiet ta' telf ripetut. Jenħtieġ li l-Istati Membri joħorġu ċ-ċertifikati sottostanti għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE b'mod awtomatiku jew fuq talba, u jiżguraw li jistgħu jinkisbu faċilment u rapidament. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jipprovdu, fejn ikun meħtieġ, l-għajnuna meħtieġa biex jippermettu aċċess ugwali miċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. Jenħtieġ li jinħareġ ċertifikat separat għal kull tilqim, riżultat ta’ test jew fejqan u jenħtieġ li ma jkunx fih data minn ċertifikati preċedenti ħlief meta previst mod ieħor f'dan ir-Regolament.

(19)

Iċ-ċertifikati awtentiċi sottostanti għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jenħtieġ li jkunu identifikabbli individwalment permezz ta' identifikatur uniku taċ-ċertifikat, filwaqt li jitqies li d-detenturi jistgħu jinħarġulhom aktar minn ċertifikat wieħed matul il-pandemija tal-COVID-19. L-identifikatur uniku taċ-ċertifikat huwa magħmul minn sekwenza alfanumerika u l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li ma jkun fiha ebda data li torbotha ma' dokumenti jew identifikaturi oħra, bħal numri tal-passaport jew tal-karta tal-identità, sabiex tiġi evitata l-identifikazzjoni diretta tad-detentur. L-identifikatur uniku taċ-ċertifikat jenħtieġ li jintuża biss għall-finijiet maħsubin tiegħu, li jinkludu talbiet għall-ħruġ ta' ċertifikat ġdid jekk iċ-ċertifikat ma jkunx għadu disponibbli għad-detentur u r-revoka taċ-ċertifikati. Barra minn hekk, l-użu ta’ identifikatur uniku taċ-ċertifikat jevita l-ħtieġa li tiġi pproċessata data personali oħra li altrimenti tkun meħtieġa biex jiġu identifikati ċertifikati individwali. Għal raġunijiet mediċi u ta' saħħa pubblika u fil-każ ta' ċertifikati maħruġin jew miksubin b'mod frawdolenti, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu u jiskambjaw ma' Stati Membri oħra għall-fini ta' dan ir-Regolament listi ta' revoka taċ-ċertifikati f'każijiet limitati, b'mod partikolari sabiex jiġu revokati ċertifikati li jkunu nħarġu bi żball, bħala riżultat ta’ frodi jew wara s-sospensjoni ta' lott ta' vaċċini COVID-19 li jinstab li jkunu difettużi. Il-listi ta' revoka taċ-ċertifikati jenħtieġ li ma jkun fihom ebda data personali apparti l-identifikaturi uniċi taċ-ċertifikat. Id-detenturi taċ-ċertifikati revokati jenħtieġ li jiġu infurmati minnufih dwar ir-revoka taċ-ċertifikati tagħhom u r-raġunijiet għar-revoka.

(20)

Il-ħruġ ta' ċertifikati skont dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jwassalx għal diskriminazzjoni minħabba l-pussess ta' kategorija speċifika ta’ ċertifikat.

(21)

L-aċċess universali, f'waqtu u bi prezz raġonevoli għall-vaċċini kontra l-COVID-19 u t-testijiet għall-infezzjoni bis-SARS-CoV-2, li jiffurmaw il-bażi għall-ħruġ taċ-ċertifikati sottostanti għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, huwa kruċjali fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19 u huwa essenzjali biex jerġa' jiġi stabbilit il-moviment liberu fl-Unjoni. Biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-dritt tal-moviment liberu, l-Istati Membri huma mħeġġa jiżguraw possibbiltajiet ta' ttestjar bi prezz raġonevoli u disponibbli b'mod wiesa', b'kont meħud li mhux il-popolazzjoni kollha se tkun ingħatat l-opportunità li tiġi mlaqqma qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(22)

Is-sigurtà, l-awtentiċità, il-validità u l-integrità taċ-ċertifikati sottostanti għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE u l-konformità tagħhom mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data huma kruċjali għall-aċċettazzjoni tagħhom fl-Istati Membri kollha. Għalhekk hu meħtieġ li jiġi stabbilit qafas ta' fiduċja li jistabbilixxi r-regoli u l-infrastruttura għall-ħruġ u għall-verifika affidabbli u siguri taċ-ċertifikati COVID-19. L-infrastruttura jenħtieġ li tiġi żviluppata, bi preferenza qawwija għall-użu tat-teknoloġija b'sors miftuħ, biex taħdem fuq sistemi operattivi ewlenin differenti, u fl-istess ħin jiġi żgurat li hija tkun protetta mit-theddid relatat mas-sigurtà ċibernetika. Il-qafas ta' fiduċja jenħtieġ li jiżgura li l-verifika ta' ċertifikati COVID-19 tista' titwettaq offline u mingħajr ma l-emittent jew kwalunkwe parti terza oħra jiġu infurmati dwar il-verifika. Il-qafas ta' fiduċja jenħtieġ li jkun ibbażat fuq infrastruttura tal-kjavi pubblika b'katina ta' fiduċja mill-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri jew awtoritajiet fdati oħra sal-entitajiet individwali li joħorġu ċ-ċertifikati COVID-19. Il-qafas ta' fiduċja jenħtieġ li jippermetti l-identifikazzjoni tal-frodi, b'mod partikolari l-falsifikazzjonijiet. L-outline tan-network tal-“e-Saħħa” (network tas-servizzi tas-saħħa elettroniċi) intitolat “L-interoperabbiltà taċ-Ċertifikati tas-Saħħa - Qafas ta’ Fiduċja” adottat, fit-12 ta' Marzu 2021 skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jenħtieġ li jifforma l-bażi għall-qafas ta' fiduċja għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.

(23)

Skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li ċ-ċertifikati sottostanti għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jinħarġu lill-persuni msemmijin fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/38/KE, jiġifieri liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom, irrispettivament miċ-ċittadinanza tagħhom, mill-Istat Membru fejn ikun ingħata t-tilqim jew fejn ikun sar it-test, jew fejn tkun tinsab il-persuna li fieqet. Meta ssir referenza għall-ħruġ mill-Istati Membri, dan jenħtieġ li jinftiehem li jkopri wkoll il-ħruġ minn korpi maħturin f'isem l-Istati Membri, inkluż meta ċertifikati COVID-19 jinħarġu f'pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej jew fil-Gżejjer Faeroe f'isem Stat Membru. Meta jkun rilevanti jew xieraq, jenħtieġ li ċ-ċertifikati jinħarġu lil persuna oħra f'isem il-persuna mlaqqma, ittestjata jew li fieqet, pereżempju lill-kustodju legali f'isem persuni legalment inkapaċitati jew lill-ġenituri f'isem uliedhom. Jenħtieġ li ċ-ċertifikati ma jkunux soġġetti għal legalizzazzjoni jew xi formalitajiet simili oħra.

(24)

F'konformità mar-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-persuni li jgħixu f’reġjuni tal-fruntiera u li jivvjaġġaw bejn il-fruntieri ta’ kuljum jew frekwenti għal skopijiet ta’ xogħol, negozju, edukazzjoni, familja, kura medika jew indukrar.

(25)

Jenħtieġ li jkun possibbli li ċ-ċertifikati COVID-19 sottostanti għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jinħarġu liċ-ċittadini jew lir-residenti ta' Andorra, Monaco, San Marino u l-Vatikan jew is-Santa Sede.

(26)

Il-ftehimiet dwar il-moviment liberu tal-persuni konklużi mill-Unjoni u l-Istati Membri, minn naħa waħda, u ċerti pajjiżi terzi, min-naħa l-oħra, jipprevedu l-possibbiltà li jiġi ristrett il-moviment liberu minħabba raġunijiet ta' saħħa pubblika b'mod mhux diskriminatorju. Jekk tali ftehim ma jkunx fih mekkaniżmu ta' inkorporazzjoni tal-atti legali tal-Unjoni, jenħtieġ li ċ-ċertifikati COVID-19 maħruġin għall-benefiċjarji ta' tali ftehimiet jiġu aċċettati skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament. Tali aċċettazzjoni jenħtieġ li tkun kundizzjonali għal att ta' implimentazzjoni li jiġi adottat mill-Kummissjoni li jistabbilixxi li tali pajjiż terz joħroġ ċertifikati COVID-19 f'konformità ma' dan ir-Regolament u jkun ipprovda assigurazzjonijiet formali li se jaċċetta ċertifikati COVID-19 maħruġin mill-Istati Membri.

(27)

Ir-Regolament (UE) 2021/954 japplika għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorju ta' Stat Membru li dak ir-Regolament japplika għalih u li għandhom id-dritt li jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

(28)

Jenħtieġ li l-qafas ta' fiduċja li jiġi stabbilit għall-fini ta' dan ir-Regolament ifittex li jiżgura l-konsistenza mal-inizjattivi globali, b'mod partikolari dawk li jinvolvu d-WHO u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali. Tali konsistenza jenħtieġ li tinkludi, meta jkun possibbli, l-interoperabbiltà bejn is-sistemi teknoloġiċi stabbiliti fil-livell globali jew minn pajjiżi terzi li l-Unjoni għandha rabtiet stretti magħhom u s-sistemi stabbiliti għall-fini ta' dan ir-Regolament biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu fl-Unjoni, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni f'infrastruttura tal-kjavi pubblika jew l-iskambju bilaterali ta' kjavi pubbliċi. Għall-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom li jkunu mlaqqmin jew ittestjati f’pajjiżi terzi jew fil-pajjiżi jew territorji ekstra-Ewropej imsemmijin fl-Artikolu 355(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u elenkati fl-Anness II tiegħu jew il-Gżejjer Faeroe, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi l-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 maħruġin minn pajjiżi terzi jew minn pajjiżi jew territorji ekstra-Ewropej jew mill-Gżejjer Faeroe liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom jekk il-Kummissjoni tikkonstata li dawk iċ-ċertifikati COVID-19 jinħarġu f'konformità ma' standards li jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti skont dan ir-Regolament.

(29)

Għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-moviment liberu, u biex jiġi żgurat li r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu attwalment fis-seħħ matul il-pandemija tal-COVID-19 ikunu jistgħu jitneħħew b'mod ikkoordinat fuq il-bażi tal-aħħar evidenza u gwida xjentifika mqiegħda għad-dispożizzjoni mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa stabbilit skont l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), mill-ECDC u mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), jenħtieġ li jiġi stabbilit ċertifikat interoperabbli tat-tilqim. Jenħtieġ li tali ċertifikat tat-tilqim iservi biex jikkonferma li d-detentur irċieva vaċċin kontra l-COVID-19 fi Stat Membru u jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu. Jenħtieġ li ċ-ċertifikat tat-tilqim ikun fih biss l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi identifikat b'mod ċar id-detentur kif ukoll il-vaċċin kontra l-COVID-19 mogħti, l-għadd ta’ dożi u d-data u l-post tat-tilqim. Jenħtieġ li l-Istati Membri joħorġu ċertifikati tat-tilqim lill-persuni li jkunu rċevew vaċċini kontra l-COVID-19 li ngħataw awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), lil dawk li rċevew vaċċini kontra l-COVID-19 li ngħataw awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), u lil dawk li rċevew vaċċini kontra l-COVID-19 li d-distribuzzjoni tagħhom ġiet awtorizzata temporanjament skont l-Artikolu 5(2) ta’ dik id-Direttiva.

(30)

Jenħtieġ li l-persuni li jkunu ġew imlaqqmin qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż bħala parti minn prova klinika, ukoll ikollhom id-dritt li jiksbu ċertifikat tat-tilqim skont dan ir-Regolament peress li ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jipprovdi l-qafas aċċettat b'mod reċiproku biex jiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu. Meta ċ-ċittadini tal-Unjoni jew il-membri tal-familja tagħhom ma jkollhomx fil-pussess tagħhom ċertifikat tat-tilqim li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari minħabba li jkunu ġew imlaqqmin qabel id-data ta’ applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, huma jenħtieġ li jingħataw kull opportunità raġonevoli biex jagħtu prova b'mezzi oħra li għandhom jibbenefikaw mit-tneħħija ta' restrizzjonijiet rilevanti għall-moviment liberu mogħtija minn Stat Membru lil detenturi ta’ ċertifikati tat-tilqim maħruġin skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan ma jinftihemx bħala li jaffettwa l-obbligu tal-Istati Membri li joħorġu ċertifikati tat-tilqim li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u lanqas id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni jew tal-membri tal-familja tagħhom li jirċievu, mill-Istati Membri, tali ċertifikati tat-tilqim. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu liberi li joħorġu prova tat-tilqim f'formati oħra għal skopijiet oħra, b'mod partikolari għal skopijiet mediċi.

(31)

L-Istati Membri jistgħu joħorġu wkoll, fuq talba, ċertifikati tat-tilqim lil persuni li jkunu ġew imlaqqmin f'pajjiż terz u li jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluża prova affidabbli f'dan ir-rigward. Dan huwa ta' importanza partikolari sabiex il-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jagħmlu użu minn ċertifikat tat-tilqim interoperabbli u aċċettat meta jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu fl-Unjoni. Dan jenħtieġ li japplika b'mod partikolari għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għall-membri tal-familja tagħhom li jkunu ġew imlaqqmin f'pajjiż terz li għalihom is-sistema tas-saħħa ta' Stat Membru tippermetti l-ħruġ ta' Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE u dment li l-Istat Membru jkun ingħata prova affidabbli tat-tilqim. Jenħtieġ li Stat Membru ma jkunx meħtieġ joħroġ ċertifikat tat-tilqim meta l-vaċċin kontra l-COVID-19 ikkonċernat ma jkunx awtorizzat għall-użu fit-territorju tiegħu. Ma hemm ebda rekwiżit għall-Istati Membri li joħorġu tali ċertifikati tat-tilqim f'uffiċċji konsolari.

(32)

Fit-12 ta' Marzu 2021, in-Network tal-“e-Saħħa” aġġorna l-Linji gwida tiegħu dwar iċ-Ċertifikati tat-tilqim Verifikabbli - Elementi Bażiċi ta' Interoperabbiltà. Dawk il-linji gwida, b'mod partikolari l-istandards ta' kodiċi preferuti, jenħtieġ li jiffurmaw il-bażi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu adottati għall-fini ta' dan ir-Regolament.

(33)

Qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament bosta Stati Membri diġà eżentaw persuni mlaqqmin minn ċerti restrizzjonijiet għall-moviment liberu fl-Unjoni. Jekk l-Istati Membri jaċċettaw prova tat-tilqim biex ineħħu restrizzjonijiet għall-moviment liberu fis-seħħ, skont il-liġi tal-Unjoni għal-limitazzjoni tat-tixrid tas-SARS-CoV-2, pereżempju rekwiżit ta' kwarantina jew ta' awtoiżolament jew ta' ttestjar għal infezzjoni bis-SARS-CoV-2, jenħtieġ li dawn ikollhom jaċċettaw, bl-istess kundizzjonijiet, ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19 maħruġin minn Stati Membri oħra skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li tali aċċettazzjoni ssir bl-istess kundizzjonijiet, jiġifieri, pereżempju, jekk Stat Membru jqis li t-tilqim b'doża waħda ta' vaċċin tkun biżżejjed, jenħtieġ li jittratta bl-istess mod lid-detenturi ta' ċertifikat tat-tilqim li jindika doża waħda tal-istess vaċċin. Meta l-Istati Membri jneħħu restrizzjonijiet għall-moviment liberu abbażi ta' prova tat-tilqim, jenħtieġ li ma jissoġġettawx lil persuni mlaqqmin għal restrizzjonijiet addizzjonali għall-moviment liberu marbutin mal-pandemija tal-COVID-19, bħall-ittestjar relatat mal-ivvjaġġar għall-infezzjoni bis-SARS-CoV-2 jew il-kwarantina relatati mal-ivvjaġġar jew mal-awtoiżolament, dment li tali restrizzjonijiet addizzjonali, skont l-aħħar evidenza xjentifika disponibbli, ma jkunux meħtieġa u proporzjonati sabiex titħares is-saħħa pubblika, u huma nondiskriminatorji.

(34)

Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 jistabbilixxi proċeduri armonizzati, li jinvolvu lill-Istati Membri kollha, għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza tal-prodotti mediċinali fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li jiżgura li prodotti mediċinali ta' kwalità għolja biss jitqiegħdu fis-suq u jingħataw lil persuni fl-Unjoni kollha. B'riżultat ta' dan, l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mogħtija mill-Unjoni skont dak ir-Regolament, inkluża l-evalwazzjoni sottostanti tal-prodott mediċinali kkonċernat f'termini ta' kwalità, sikurezza u effikaċja, huma validi fl-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, il-proċeduri ta' segwitu u sorveljanza tal-effikaċja ta' prodotti mediċinali awtorizzati skont dak ir-Regolament jitwettqu ċentralment għall-Istati Membri kollha. Il-valutazzjoni u l-approvazzjoni tal-vaċċini permezz tal-proċedura ċentralizzata jsegwu standards komuni u jsiru b'mod konsistenti f'isem l-Istati Membri kollha. Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fir-rieżami u fl-approvazzjoni tal-valutazzjoni hija żgurata permezz ta' diversi kumitati u gruppi. Il-valutazzjoni tibbenefika wkoll mill-għarfien espert tan-network regolatorju tal-mediċini Ewropew. L-awtorizzazzjoni permezz tal-proċedura ċentralizzata tipprovdi l-fiduċja li l-Istati Membri kollha jistgħu jiddependu fuq id-data dwar l-effikaċja u s-sikurezza u dwar il-konsistenza tal-lottijiet li qed jintużaw għat-tilqim. L-obbligu li jiġu aċċettati, taħt l-istess kundizzjonijiet, ċertifikati tat-tilqim maħruġin minn Stati Membri oħra għalhekk jenħtieġ li jkopri l-vaċċini kontra l-COVID-19 li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004. Sabiex jappoġġaw il-ħidma tad-WHO u biex jistinkaw favur interoperabbiltà globali aħjar, l-Istati Membri huma mħeġġa b'mod partikolari jaċċettaw ċertifikati tat-tilqim maħruġin għal vaċċini oħra kontra l-COVID-19 li jkunu kkompletaw proċedura ta' elenkar għall-użu ta' emerġenza tad-WHO.

(35)

Jenħtieġ li l-proċeduri armonizzati taħt ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 ma jipprevjenix lill-Istati Membri milli jiddeċiedu li jaċċettaw ċertifikati tat-tilqim maħruġin għal vaċċini oħra kontra l-COVID-19, li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont id-Direttiva 2001/83/KE, vaċċini li d-distribuzzjoni tagħhom tkun ġiet awtorizzata temporanjament skont l-Artikolu 5(2) ta' dik id-Direttiva, u vaċċini li jkunu kkompletaw proċedura ta' elenkar għall-użu ta' emerġenza tad-WHO. Meta tali vaċċin kontra l-COVID-19 sussegwentement jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004, l-obbligu li jiġu aċċettati ċertifikati tat-tilqim taħt l-istess kundizzjonijiet ikun ikopri wkoll ċertifikati tat-tilqim maħruġin minn Stat Membru għal dak il-vaċċin kontra l-COVID-19, irrispettivament minn jekk iċ-ċertifikati tat-tilqim ikunux inħarġu qabel jew wara l-awtorizzazzjoni permezz tal-proċedura ċentralizzata.

(36)

Huwa importanti li tiġi evitata d-diskriminazzjoni diretta jew indiretta ta' persuni li ma jkunux imlaqqmin, pereżempju minħabba raġunijiet mediċi, għax ma jkunux parti mill-grupp fil-mira li l-vaċċin kontra l-COVID-19 huwa attwalment mogħti lilu jew permess għalih, bħat-tfal, jew għax għad ma kellhomx l-opportunità li jiġu mlaqqmin jew għażlu li ma jiġux imlaqqmin. Għaldaqstant, il-pussess ta' ċertifikat tat-tilqim, jew il-pussess ta' ċertifikat tat-tilqim li jindika vaċċin kontra l-COVID-19, jenħtieġ li ma jkunx prekundizzjoni għall-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu jew għall-użu ta’ servizzi tat-trasport tal-passiġġieri transfruntieri bħal-linji tal-ajru, il-ferroviji, il-kowċis jew il-laneċ jew kwalunkwe mezz ta' trasport ieħor. Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma jistax jiġi interpretat bħala li jistabbilixxi dritt jew obbligu għat-tilqim.

(37)

Ħafna Stati Membri qed jitolbu lill-persuni li jivvjaġġaw lejn it-territorju tagħhom biex jagħmlu test għal infezzjoni bis-SARS-CoV-2 qabel jew wara l-wasla. Fil-bidu tal-pandemija tal-COVID-19, l-Istati Membri ġeneralment iddipendew mit-test ta' traskrizzjoni inversa u reazzjoni katina bil-polimerażi (RT-PCR), li huwa test tal-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku (NAAT) għad-dijanjożi tal-COVID-19 meqjus mid-WHO u mill-ECDC bħala l-aktar metodoloġija affidabbli għall-ittestjar ta' każijiet u kuntatti. Hekk kif il-pandemija kompliet tavvanza, saret disponibbli ġenerazzjoni ġdida ta' testijiet aktar rapidi kif ukoll orħos fis-suq tal-Unjoni: l-hekk imsejħin testijiet rapidi tal-antiġeni, li jidentifikaw il-preżenza ta' proteini virali (antiġeni) biex tiġi identifikata infezzjoni tas-SARS-CoV-2 li tkun għadha għaddejja. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1743 (12) tistabbilixxi gwida għall-Istati Membri dwar l-użu ta' tali testijiet rapidi tal-antiġeni.

(38)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2021 (13) tistabbilixxi qafas komuni għall-użu u l-validazzjoni ta' testijiet rapidi tal-antiġeni u r-rikonoxximent reċiproku tar-riżultati tat-testijiet tal-COVID-19 fl-Unjoni u tipprevedi l-iżvilupp ta' lista komuni ta' testijiet rapidi tal-antiġeni tal-COVID-19. Abbażi ta' dik ir-Rakkomandazzjoni, fit-18 ta' Frar 2021, il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa qabel dwar lista komuni ta' testijiet rapidi tal-antiġeni tal-COVID-19, għażla ta' testijiet rapidi tal-antiġeni li għalihom l-Istati Membri se jirrikonoxxu b'mod reċiproku r-riżultati tagħhom u sett standardizzat komuni ta' data li trid tiġi inkluża fiċ-ċertifikati tat-testijiet tal-COVID-19.

(39)

Minkejja dawk l-isforzi komuni, iċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu xorta għadhom jiffaċċjaw problemi meta jippruvaw jiksbu r-riżultat tat-test miksub fi Stat Membru wieħed aċċettat fi Stat Membru ieħor. Dawk il-problemi huma spiss marbutin mal-lingwa li biha jinħareġ ir-riżultat tat-test, jew man-nuqqas ta' fiduċja fl-awtentiċità tad-dokument ippreżentat. F'dak il-kuntest, il-kost tat-testijiet ukoll jeħtieġ li jitqies. Tali problemi huma aggravati għall-persuni li għadhom ma jistgħux jiġu mlaqqmin, b'mod partikolari t-tfal, li għalihom ir-riżultati tat-testijiet jistgħu jkunu l-uniku mod biex jivvjaġġaw fejn ikun hemm restrizzjonijiet fis-seħħ.

(40)

Biex jittejjeb il-livell ta' aċċettazzjoni tar-riżultati tat-testijiet imwettqin fi Stat Membru ieħor meta jiġu ppreżentati dawn ir-riżultati għall-fini tal-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu, jenħtieġ li jiġi stabbilit ċertifikat interoperabbli tat-test, li jkun fih l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni ċara tad-detentur kif ukoll tat-tip, tad-data u tar-riżultat tat-test għal infezzjoni bis-SARS-CoV-2. Biex tiġi żgurata l-affidabbiltà tar-riżultat tat-test, jenħtieġ li għal ċertifikat ta' test maħruġ abbażi ta' dan ir-Regolament ikunu eliġibbli biss ir-riżultati tat-testijiet NAAT u t-testijiet rapidi tal-antiġeni li jidhru fil-lista stabbilita abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2021. Is-sett standardizzat komuni ta' data li trid tiġi inkluża fiċ-ċertifikati tat-testijiet maqbula mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2021, b'mod partikolari l-istandards ta' kodiċi preferuti, jenħtieġ li jifforma l-bażi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu adottati għall-fini ta' dan ir-Regolament.

(41)

L-użu ta' testijiet rapidi tal-antiġeni jservi biex jiffaċilita l-ħruġ ta' ċertifikati tat-testijiet bi prezz raġonevoli. L-aċċess universali u bi prezz raġonevoli għall-vaċċini kontra l-COVID-19 u t-testijiet għall-infezzjoni bis-SARS-CoV-2, li jiffurmaw il-bażi għall-ħruġ taċ-ċertifikati sottostanti għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, huwa kruċjali fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19. Fost l-oħrajn, l-aċċess faċli għal testijiet rapidi tal-antiġeni mhux għaljin li jissodisfaw il-kriterji tal-kwalità jista' jikkontribwixxi għal spejjeż aktar baxxi, b'mod partikolari għal persuni li jaqsmu l-fruntieri kuljum jew spiss għal raġunijiet ta' xogħol jew edukazzjoni, biex iżuru qraba stretti, biex ifittxu kura medika, jew biex jieħdu ħsieb lill-maħbubin tagħhom, għal ħaddiema oħra b’funzjoni jew bi bżonn essenzjali, għal persuni ekonomikament żvantaġġati, u għall-istudenti. Fil-11 ta' Mejju 2021, il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa adotta lista aġġornata ta' testijiet rapidi tal-antiġeni, li żiedet l-għadd ta' testijiet rapidi tal-antiġeni rikonoxxuti bħala li jissodisfaw il-kriterji tal-kwalità għal 83. Qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, diversi Stati Membri diġà pprovdew għal possibbiltajiet ta' ttestjar fuq skala kbira lill-popolazzjonijiet tagħhom. Biex tappoġġa l-kapaċità tal-ittestjar tal-Istati Membri, il-Kummissjoni mmobilizzat EUR 100 miljun biex tixtri aktar minn 20 miljun test rapidu tal-antiġeni. Ġew immobilizzati wkoll EUR 35 miljun permezz ta' ftehim mas-Salib l-Aħmar biex tiżdied il-kapaċità tal-ittestjar fl-Istati Membri permezz ta' kapaċitajiet ta' ttestjar mobbli.

(42)

Iċ-ċertifikati tat-testijiet tal-COVID-19 li jindikaw riżultat negattiv maħruġin mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu aċċettati, taħt l-istess kundizzjonijiet, mill-Istati Membri li jitolbu prova ta' test għal infezzjoni bis-SARS-CoV-2 biex ineħħu r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu fis-seħħ biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2. Meta s-sitwazzjoni epidemjoloġika tkun tippermetti, id-detenturi ta' ċertifikati ta' testijiet li jindikaw riżultat negattiv jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal restrizzjonijiet addizzjonali għall-moviment liberu marbutin mal-pandemija tal-COVID-19, bħal ittestjar addizzjonali relatat mal-ivvjaġġar għall-infezzjoni bis-SARS-CoV-2 mal-wasla jew il-kwarantina relatati mal-ivvjaġġar jew l-awtoiżolament, dment li tali restrizzjonijiet addizzjonali, abbażi tal-aħħar evidenza xjentifika disponibbli, ma jkunux meħtieġa u proporzjonati sabiex titħares is-saħħa pubblika, u huma nondiskriminatorji.

(43)

Skont l-evidenza xjentifika eżistenti, huwa possibbli għall-persuni li fiequ mill-COVID-19 sabiex ikomplu jirriżultaw pożittivi fit-testijiet għas-SARS-CoV-2 għal ċertu perijodu wara l-bidu tas-sintomi. Jekk dawn il-persuni jkunu meħtieġa jagħmlu test qabel ma jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu, dawn il-persuni għalhekk jistgħu jitwaqqfu milli jivvjaġġaw minkejja li ma jkunux għadhom infettivi. Għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-moviment liberu, u biex jiġi żgurat li r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu attwalment fis-seħħ matul il-pandemija tal-COVID-19 ikunu jistgħu jitneħħew b'mod ikkoordinat fuq il-bażi tal-aħħar evidenza xjentifika disponibbli, jenħtieġ li jiġi stabbilit ċertifikat interoperabbli tal-fejqan, li jkun fih l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni ċara tal-persuna kkonċernata u d-data ta’ riżultat tat-test preċedenti li rriżulta pożittiv għal infezzjoni bis-SARS-CoV-2. Ċertifikat tal-fejqan jenħtieġ li jinħareġ mhux qabel 11-il jum wara d-data li fiha l-persuna kienet l-ewwel soġġetta għal test NAAT li ta riżultat pożittiv u jenħtieġ li jkun validu għal mhux aktar minn 180 jum. Skont l-ECDC, l-evidenza reċenti turi li minkejja tnaqqis tas-SARS-CoV-2 vijabbli bejn għaxart ijiem u għoxrin jum mill-bidu tas-sintomi, studji epidemjoloġiċi konvinċenti naqsu milli juru trażmissjoni tas-SARS-CoV-2 suċċessiva wara għaxart-ijiem. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tbiddel dak il-perijodu abbażi ta' gwida mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa jew mill-ECDC, li qed jistudja mill-qrib il-bażi tal-evidenza għat-tul ta' żmien tal-immunità miksuba wara l-fejqan.

(44)

Qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, bosta Stati Membri diġà eżentaw lil persuni li fiequ minn ċerti restrizzjonijiet għall-moviment liberu fl-Unjoni. Jekk l-Istati Membri jaċċettaw prova tal-fejqan biex ineħħu r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu fis-seħħ, skont il-liġi tal-Unjoni, għal-limitazzjoni tat-tixrid tas-SARS-CoV-2, pereżempju rekwiżit ta' kwarantina jew ta' awtoiżolament jew ta' ttestjar għal infezzjoni bis-SARS-CoV-2, jenħtieġ li dawn ikollhom jaċċettaw, bl-istess kundizzjonijiet, ċertifikati tal-fejqan mill-COVID-19 maħruġin minn Stati Membri oħra skont dan ir-Regolament. Fil-15 ta’ Marzu 2021, in-Network tal-e-Saħħa, f'kooperazzjoni mal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, ippubblika linji gwida dwar iċ-ċertifikati interoperabbli tal-irkupru taċ-ċittadini tal-COVID-19 - settijiet minimi ta' data. Meta l-Istati Membri jneħħu restrizzjonijiet għall-moviment liberu abbażi ta' ċertifikat tal-fejqan, jenħtieġ li ma jissoġġettawx lill-persuni li fiequ għal restrizzjonijiet addizzjonali għall-moviment liberu marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, bħall-ittestjar relatat mal-ivvjaġġar għall-infezzjoni bis-SARS-CoV-2 jew il-kwarantina relatati mal-ivvjaġġar jew l-awtoiżolament, dment li tali restrizzjonijiet addizzjonali, abbażi tal-aħħar evidenza xjentifika disponibbli, ma jkunux meħtieġa u proporzjonati sabiex titħares is-saħħa pubblika, u huma nondiskriminatorji.

(45)

Biex tkun tista' tinkiseb pożizzjoni komuni malajr, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' titlob lill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, lill-ECDC jew lill-EMA biex joħorġu gwida dwar l-evidenza xjentifika disponibbli dwar l-effetti ta' eventi mediċi dokumentati fiċ-ċertifikati stabbiliti skont dan ir-Regolament, inklużi l-effikaċja u t-tul ta' żmien tal-immunità mogħtija mill-vaċċini kontra l-COVID-19, jekk il-vaċċini jipprevenux l-infezzjoni asintomatika u t-trażmissjoni tas-SARS-CoV-2, is-sitwazzjoni tal-persuni li jkunu fiequ mill-COVID-19, u l-impatti tal-varjanti l-ġodda tas-SARS-CoV-2 fuq persuni li jkunu ġew imlaqqmin jew li jkunu diġà ġew infettati.

(46)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-qafas ta' fiduċja stabbiliti b'dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

(47)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament jekk, f'każijiet debitament ġustifikati relatati, b'mod partikolari mal-ħtieġa li tiġi żgurata implimentazzjoni fil-ħin tal-qafas ta' fiduċja, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jirrikjedu hekk jew jekk issir disponibbli evidenza xjentifika ġdida.

(48)

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) japplika għall-ipproċessar ta' data personali mwettaq meta jiġi implimentat dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-bażi ġuridika għall-ipproċessar tad-data personali, fis-sens tal-punt (c) tal-Artikolu 6(1) u tal-punt (g) tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2016/679, meħtieġa għall-ħruġ u għall-verifika taċ-ċertifikati interoperabbli previsti f'dan ir-Regolament. Ma jirregolax l-ipproċessar ta' data personali relatata mad-dokumentazzjoni ta' tilqim, ta' test jew ta' fejqan għal finijiet oħra, bħall-farmakoviġilanza jew għaż-żamma tar-rekords mediċi personali u individwali. L-Istati Membri jistgħu jipproċessaw data personali għal finijiet oħra, jekk il-bażi ġuridika għall-ipproċessar ta' tali data għal finijiet oħra, inklużi l-perijodi ta' żamma relatati, tiġi prevista fil-liġi nazzjonali, li trid tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-prinċipji ta' effikaċja, neċessità u proporzjonalità, u jenħtieġ li jkun fiha dispożizzjonijiet li jidentifikaw b'mod ċar l-ambitu u l-portata tal-ipproċessar, l-għan speċifiku involut, il-kategoriji ta' entità li jistgħu jivverifikaw iċ-ċertifikat kif ukoll is-salvagwardji rilevanti għall-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni u l-abbuż, b'kont meħud tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data. Meta ċ-ċertifikat jintuża għal finijiet mhux mediċi, id-data personali aċċessata matul il-proċess ta' verifika ma tridx tinżamm.

(49)

Meta Stat Membru jkun adotta jew jadotta, abbażi tal-liġi nazzjonali, sistema ta' ċertifikati tal-COVID-19 għal finijiet nazzjonali, jenħtieġ li jiżgura għall-perijodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li ċ-ċertifikati sottostanti għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jkunu jistgħu jintużaw ukoll u jiġu aċċettati wkoll għal finijiet nazzjonali, sabiex jiġi evitat li l-persuni li jivvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor u li jużaw Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jkunu obbligati jiksbu ċertifikat tal-COVID-19 nazzjonali addizzjonali.

(50)

B'mod konformi mal-prinċipju ta’ minimizzazzjoni tad-data, jenħtieġ li ċ-ċertifikati COVID-19 ikun fihom biss id-data personali strettament meħtieġa għall-fini li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu fl-Unjoni waqt il-pandemija tal-COVID-19. Il-kategoriji speċifiċi tad-data personali u tal-kampijiet tad-data li jridu jiġu inklużi fiċ-ċertifikati COVID-19 jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(51)

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-data personali dwar ċertifikati individwali mhuwiex neċessarju li tiġi trażmessa jew skambjata b'mod transfruntier. Bi qbil mal-approċċ infrastrutturali ta' kjavi pubblika, huma biss il-kjavi pubbliċi tal-emittenti li jeħtieġu jiġu trasferiti jew ikunu aċċessibbli b'mod transfruntier, li dan jiġi żgurat minn gateway ta' interoperabbiltà mwaqqaf u ġestit mill-Kummissjoni. B'mod partikolari, il-preżenza taċ-ċertifikat kombinat mal-kjavi pubblika tal-emittent jenħtieġ li tippermetti l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikat. Sabiex tkun tista’ sseħħ il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiskambjaw listi ta' ċertifikati revokati. Bi qbil mal-prinċipju ta’ protezzjoni ta' data b'mod awtomatiku, jenħtieġ li jintużaw tekniki ta' verifika li ma jirrikjedux it-trażmissjoni ta' data personali fiċ-ċertifikati individwali.

(52)

Jenħtieġ li tiġi pprojbita ż-żamma ta' data personali miksuba miċ-ċertifikat mill-Istat Membru tad-destinazzjoni jew tat-tranżitu jew mill-operaturi tas-servizzi transfruntieri tat-trasport tal-passiġġieri meħtieġa skont il-liġi nazzjonali għall-implimentazzjoni ta' ċerti miżuri tas-saħħa pubblika waqt il-pandemija tal-COVID-19. Dan ir-Regolament ma jipprevedix bażi ġuridika għall-istabbiliment jew iż-żamma ta' bażi ta' data ċentralizzata fil-livell tal-Unjoni li jkun fiha data personali.

(53)

F'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, il-kontrolluri tad-data u l-proċessuri tad-data personali għandhom l-obbligu jieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiżguraw livell ta' sigurtà xieraq għar-riskju tal-ipproċessar.

(54)

L-awtoritajiet jew korpi maħturin oħra responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati sottostanti għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, bħala kontrolluri fis-sens tar-Regolament (UE) 2016/679, huma responsabbli għal kif jipproċessaw id-data personali li taqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan jinkludi l-iżgurar ta' livell ta' sigurtà xieraq għar-riskji, inkluż billi jiġi stabbilit proċess għall-ittestjar, il-valutazzjoni u l-evalwazzjoni regolari tal-effikaċja tal-miżuri tekniċi u organizzattivi għall-iżgurar tas-sigurtà tal-ipproċessar. Is-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2016/679 japplikaw bis-sħiħ, sabiex li-persuni fiżiċi jiġu protetti fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom.

(55)

Biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra jkunu informati meta Stat Membru jesiġi li d-detenturi taċ-ċertifikati, wara d-dħul fit-territorju tiegħu, imorru fi kwarantina jew f'awtoiżolament jew li jiġu ttestjati għal infezzjoni bis-SARS-CoV-2, jew jekk jimponi restrizzjonijiet oħra fuq detenturi ta' tali ċertifikati.

(56)

Komunikazzjoni ċara, komprensiva u f'waqtha lill-pubbliku, inkluż lid-detenturi, dwar l-iskop tal-ħruġ u l-aċċettazzjoni ta' kull tip ta' ċertifikat sottostanti għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE hija kruċjali biex jiġu żgurati l-prevedibbiltà għall-ivvjaġġar u ċ-ċertezza tad-dritt. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri f'dan ir-rigward, pereżempju billi tagħmel disponibbli l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fuq il-pjattaforma web "Re-open EU".

(57)

Jenħtieġ li jiġi previst perijodu ta’ introduzzjoni gradwali biex l-Istati Membri li ma jkunux jistgħu joħorġu ċertifikati fil-format li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament mid-data ta’ applikazzjoni tiegħu jingħataw il-possibbiltà li jkomplu joħorġu ċertifikati tal-COVID-19 li jkunu għadhom mhux konformi ma' dan ir-Regolament. Matul il-perijodu ta' introduzzjoni gradwali, tali ċertifikati tal-COVID-19 u ċertifikati tal-COVID-19 maħruġin qabel id-data ta’ applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu aċċettati mill-Istati Membri dment li jkun fihom id-data meħtieġa.

(58)

F'konformità mar-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475, kwalunkwe restrizzjoni għall-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni stabbilita biex tillimita t-tixrid tas-SARS-CoV-2 jenħtieġ li titneħħa hekk kif tippermetti s-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dan japplika wkoll għal rekwiżiti li jiġu ppreżentati dokumenti oħra għajr dawk meħtieġa skont il-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari d-Direttiva 2004/38/KE, bħaċ-ċertifikati koperti minn dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għal 12-il xahar mid-data ta’ applikazzjoni tiegħu. Sa erba' xhur wara d-data ta’ applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'kont meħud tal-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta t-tieni rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar it-tagħlimiet meħuda mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż dwar l-impatt tiegħu fuq il-faċilitazzjoni tal-moviment liberu u fuq il-protezzjoni tad-data.

(59)

Sabiex jittieħed kont tal-progress xjentifiku fit-trażżin tal-pandemija tal-COVID-19 jew sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà mal-istandards internazzjonali, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE biex temenda dan ir-Regolament billi timmodifika jew tneħħi l-oqsma tad-data li għandhom jiġu inklużi fiċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE rigward l-identità tad-detentur, l-informazzjoni dwar il-vaċċin kontra il-COVID-19, it-test għall-infezzjoni bis-SARS-CoV-2, infezzjoni fl-imgħoddi bis-SARS-CoV-2 u ċ-ċertifikat tal-metadata, billi żżid oqsma tad-data rigward il-vaċċin kontra l-COVID-19, it-test għall-infezzjoni bis-SARS-CoV-2, infezzjoni fl-imgħoddi bis-SARS-CoV-2 u ċ-ċertifikat tal-metadata u billi temenda l-għadd ta’ jiem li warajhom għandu jinħareġ ċertifikat tal-fejqan. Sabiex jittieħed kont tal-pariri miksubin, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE sabiex temenda d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fir-rigward taċ-ċertifikat tal-fejqan billi tipprevedi l-ħruġ tiegħu abbażi ta' test rapidu tal-antiġeni pożittiv, test tal-antikorpi, inkluż ittestjar seroloġiku għall-antikorpi kontra s-SARS-CoV-2, jew kwalunkwe metodu ieħor xjentifikament affidabbli. Tali atti delegati jenħtieġ li jinkludi l-oqsma tad-data meħtieġa rigward il-kategoriji ta' data stipulati minn dan ir-Regolament li jridu jiġu inklużi fiċ-ċertifikat tal-fejqan. Jenħtieġ li jkun fihom ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-perijodu massimu ta' validità, li jista' jiddependi mit-tip ta' test imwettaq. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqin f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (16). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(60)

F'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fit-tħejjija ta' atti delegati jew atti ta' implimentazzjoni li jkollhom impatt fuq il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali. Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta wkoll lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fejn tali atti jkunu ta’ importanza partikolari għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.

(61)

Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu fl-Unjoni waqt il-pandemija tal-COVID-19 bl-istabbiliment ta' qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim ta' persuna kontra l-COVID-19, ir-riżultati tat-testijiet tagħha jew fejqan tagħha, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(62)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-"Karta"), inkluż id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-ugwaljanza quddiem il-liġi u n-nondiskriminazzjoni, il-moviment liberu u d-dritt għal rimedju effettiv. L-Istati Membri għandhom l-obbligu li jikkonformaw mal-Karta meta jimplimentaw dan ir-Regolament.

(63)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni relatata mal-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(64)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġew ikkonsultati f'konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ppreżentaw opinjoni konġunta fil-31 ta' Marzu 2021 (18),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju tad-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. Dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxi wkoll għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b'mod ikkoordinat.

Huwa jipprevedi l-bażi ġuridika għall-ipproċessar tad-data personali meħtieġa għall-ħruġ ta' tali ċertifikati u għall-ipproċessar tal-informazzjoni meħtieġa biex jiġu vverifikati u kkonfermati l-awtentiċità u l-validità ta' tali ċertifikati f'konformità sħiħa mar-Regolament (UE) 2016/679.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

"detentur" tfisser persuna li jkun inħarġilha ċertifikat interoperabbli li jkun fih informazzjoni dwar it-tilqim kontra l-COVID-19, ir-riżultati tat-test jew il-fejqan tagħha skont dan ir-Regolament;

(2)

"Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE" tfisser ċertifikati interoperabbli li fihom informazzjoni dwar it-tilqim, ir-riżultat tat-test jew il-fejqan tad-detentur maħruġ fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19;

(3)

"vaċċin kontra l-COVID-19" tfisser prodott mediċinali immunoloġiku indikat għall-immunizzazzjoni attiva għall-prevenzjoni tal-COVID-19 ikkawżat mis-SARS-CoV-2;

(4)

"test NAAT" tfisser test ta' amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku molekulari, bħal tekniki ta' traskrizzjoni inversa u reazzjoni katina bil-polimerażi (RT-PCR), amplifikazzjoni isotermika medjata minn loops (LAMP) u tekniki ta' amplifikazzjoni medjata bit-traskrizzjoni (TMA), użati biex tiġi identifikata l-preżenza tal-aċidu ribonuklejku (RNA) tas-SARS-CoV-2;

(5)

"test rapidu tal-antiġeni" tfisser test li jiddependi fuq l-identifikazzjoni ta' proteini virali (antiġeni) bl-użu ta' immunoassaġġ tal-fluss laterali li jagħti riżultati f'inqas minn 30 minuta;

(6)

"test tal-antikorpi" tfisser test ibbażat fil-laboratorju bl-għan li jinstab jekk persuna tkunx żviluppat antikorpi kontra s-SARS-CoV-2, li jindika li d-detentur ikun ġie espost għas-SARS-CoV-2 u jkun żviluppa antikorpi, irrispettivament minn jekk dik il-persuna kinitx sintomatika;

(7)

"interoperabbiltà" tfisser il-kapaċità li s-sistemi ta' verifika fi Stat Membru jużaw data kodifikata minn Stat Membru ieħor;

(8)

"barcode" tfisser metodu ta' ħżin u rappreżentazzjoni tad-data f'format viżiv li jinqara mill-magni;

(9)

"siġill elettroniku" tfisser siġill elettroniku kif definit fil-punt (25) tal-Artikolu 3, tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;

(10)

"identifikatur uniku taċ-ċertifikat" tfisser identifikatur uniku mogħti, f'konformità ma' struttura komuni, għal kull ċertifikat maħruġ f'konformità ma' dan ir-Regolament;

(11)

"qafas ta' fiduċja" tfisser ir-regoli, il-politiki, l-ispeċifikazzjonijiet, il-protokolli, il-formati tad-data u l-infrastruttura diġitali li jirregolaw u jippermettu l-ħruġ u l-verifika affidabbli u siguri taċ-ċertifikati biex jiżguraw l-affidabbiltà tagħhom billi jikkonfermaw l-awtentiċità, il-validità u l-integrità tagħhom, bl-użu ta' siġilli elettroniċi.

Artikolu 3

Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE

1.   Il-qafas taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għandu jippermetti l-ħruġ, il-verifika u l-aċċettazzjoni transfruntiera ta' kwalunkwe wieħed miċ-ċertifikati li ġejjin:

(a)

ċertifikat li jikkonferma li d-detentur irċieva vaċċin kontra l-COVID-19 fl-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat (ċertifikat tat-tilqim);

(b)

ċertifikat li jikkonferma li d-detentur kien soġġett għat-test NAAT jew test rapidu tal-antiġeni elenkati fil-lista komuni u aġġornata ta' testijiet rapidi tal-antiġeni tal-COVID-19 stabbilita abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2021 imwettqin minn professjonisti tas-saħħa jew minn persunal tal-ittestjar imħarreġ fl-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat u li jindika t-tip ta' test, id-data li sar fiha u r-riżultat tat-test (ċertifikat tat-test);

(c)

ċertifikat li jikkonferma li wara riżultat pożittiv ta' test NAAT imwettaq minn professjonisti tas-saħħa jew minn persunal tal-ittestjar imħarreġ id-detentur fieq minn infezzjoni mis-SARS-CoV-2 (ċertifikat tal-fejqan).

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' testijiet rapidi tal-antiġeni tal-COVID-19 stabbilita abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2021, inkluż kwalunkwe aġġornament.

2.   L-Istati Membri, jew il-korpi maħturin li jaġixxu f'isem l-Istati Membri, għandhom joħorġu ċ-ċertifikati msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu f'format diġitali jew stampat, jew it-tnejn li huma. Id-detenturi prospettivi għandu jkollhom id-dritt li jirċievu ċ-ċertifikat fil-format tal-għażla tagħhom. Dawk iċ-ċertifikati għandhom ikunu faċli għall-utent u għandu jkun fihom barcode interoperabbli li tippermetti l-verifika tal-awtentiċità, il-validità u l-integrità tagħhom. Il-barcode għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti skont l-Artikolu 9. L-informazzjoni li tinsab fiċ-ċertifikati għandha tintwera wkoll f'forma li tinqara mill-bniedem u għandha tkun ipprovduta, tal-anqas, bil-lingwa jew bil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru emittenti u bl-Ingliż.

3.   Għandu jinħareġ ċertifikat separat għal kull tilqim, riżultat ta' test jew fejqan. Tali ċertifikat ma għandux ikun fih data minn ċertifikati preċedenti ħlief meta jkun previst mod ieħor f'dan ir-Regolament.

4.   Iċ-ċertifikati msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jinħarġu bla ħlas. Id-detentur għandu jkun intitolat li jitlob il-ħruġ ta' ċertifikat ġdid jekk id-data personali li tinsab fiċ-ċertifikat oriġinali ma tkunx jew ma tibqax preċiża jew aġġornata, inkluż fir-rigward ta' tilqim, ta' riżultat ta' test jew ta' fejqan tad-detentur, jew jekk iċ-ċertifikat oriġinali ma jkunx għadu disponibbli għad-detentur. Jistgħu jiġu imposti tariffi xierqa għall-ħruġ ta’ ċertifikat ġdid f'każijiet ta' telf ripetut.

5.   Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi t-test li ġej:

"Dan iċ-ċertifikat mhuwiex dokument tal-ivvjaġġar. L-evidenza xjentifika dwar it-tilqim kontra l-COVID-19, l-ittestjar għaliha u l-fejqan minnha qed tkompli tevolvi, inkluż fir-rigward ta’ varjanti ġodda tal-virus ta' tħassib. Qabel tivvjaġġa, jekk jogħġbok iċċekkja l-miżuri applikabbli tas-saħħa pubblika u r-restrizzjonijiet relatati applikati fil-punt ta' destinazzjoni."

L-Istat Membru għandu jipprovdi lid-detentur b'informazzjoni ċara, komprensiva u f'waqtha dwar il-ħruġ u l-użu taċ-ċertifikati tat-tilqim, iċ-ċertifikati tat-test, jew iċ-ċertifikati tal-fejqan għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

6.   Il-pussess taċ-ċertifikati msemmijin fil-paragrafu 1 ma għandux ikun prekundizzjoni biex jiġi eżerċitat id-dritt għall-moviment liberu.

7.   Il-ħruġ ta' ċertifikati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux iwassal għal diskriminazzjoni minħabba l-pussess ta' kategorija speċifika ta' ċertifikat kif imsemmi fl-Artikolu 5, 6 jew 7.

8.   Il-ħruġ taċ-ċertifikati msemmijin fil-paragrafu 1 ma għandu jaffettwa l-validità ta' l-ebda prova oħra ta' tilqim, riżultat ta' test jew fejqan maħruġa qabel l-1 ta’ Lulju 2021 jew għal finijiet oħra, b'mod partikolari għal finijiet mediċi.

9.   L-operaturi ta' servizz transfruntier tat-trasport tal-passiġġieri meħtieġa mil-liġi nazzjonali biex jimplimentaw ċerti miżuri tas-saħħa pubblika matul il-pandemija tal-COVID-19 għandhom jiżguraw li l-verifika taċ-ċertifikati msemmijin fil-paragrafu 1 tiġi integrata fl-operazzjoni tal-infrastruttura tat-trasport transfruntiera bħall-ajruporti, il-portijiet marittimi u l-istazzjonijiet tal-ferrovija u l-vendi, kif xieraq.

10.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu li ċertifikati tal-COVID-19 maħruġin minn pajjiż terz li miegħu l-Unjoni u l-Istati Membri jkunu kkonkludew ftehim dwar il-moviment liberu tal-persuni li jippermetti lill-partijiet kontraenti jirrestrinġu tali moviment liberu għal raġunijiet ta' saħħa pubblika b'mod nondiskriminatorju u li ma jkunx fih mekkaniżmu ta' inkorporazzjoni ta' atti legali tal-Unjoni huma ekwivalenti għal dawk maħruġin f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Fejn il-Kummissjoni tadotta tali atti ta’ implimentazzjoni, iċ-ċertifikati kkonċernati għandhom jiġu aċċettati skont il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 5(5), fl-Artikolu 6(5) u fl-Artikolu 7(8).

Qabel ma tadotta tali atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk tali pajjiż terz joħroġx ċertifikati ekwivalenti għal dawk maħruġin f'konformità ma' dan ir-Regolament u pprovdiex assigurazzjonijiet formali li jkun se jaċċetta ċertifikati maħruġin mill-Istati Membri.

L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).

11.   Meta jkun xieraq, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, lill-ECDC jew lill-EMA biex joħorġu gwida dwar l-evidenza xjentifika disponibbli dwar l-effetti ta' eventi mediċi dokumentati fiċ-ċertifikati msemmijin fil-paragrafu 1, b'mod partikolari fir-rigward ta' varjanti ġodda tas-SARS-CoV-2 li jkunu ta' tħassib.

Artikolu 4

Qafas ta' fiduċja għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE

1.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu qafas ta' fiduċja għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.

2.   Il-qafas ta' fiduċja għandu jkun ibbażat fuq infrastruttura tal-kjavi pubblika u jippermetti l-ħruġ u l-verifika affidabbli u sikuri tal-awtentiċità, il-validità u l-integrità taċ-ċertifikati msemmijin fl-Artikolu 3(1). Il-qafas ta' fiduċja għandu jippermetti għall-identifikazzjoni tal-frodi, b'mod partikolari l-falsifikazzjoni. Barra minn hekk, jista' jappoġġa l-iskambju bilaterali ta' listi ta' revoka ta' ċertifikati li jkun fihom l-identifikaturi uniċi taċ-ċertifikati ta' ċertifikati rrevokati. Tali listi ta' revoka ta' ċertifikati ma għandu jkun fihom ebda data personali oħra. Il-verifika ta' ċertifikati msemmijin fl-Artikolu 3(1), u fejn applikabbli, il-listi ta' revoka ta' ċertifikati ma għandhomx jirriżultaw fin-notifika tal-emittent dwar il-verifika.

3.   Il-qafas ta' fiduċja għandu jfittex li jiżgura l-interoperabbiltà mas-sistemi teknoloġiċi stabbiliti fil-livell internazzjonali.

Artikolu 5

Ċertifikat tat-tilqim

1.   Kull Stat Membru għandu, awtomatikament jew fuq talba mill-persuni kkonċernati, joħroġ iċ-ċertifikati tat-tilqim imsemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) lil persuni li jkunu ngħataw il-vaċċin kontra l-COVID-19. Dawk il-persuni għandhom jiġu infurmati bid-dritt tagħhom għal ċertifikat tat-tilqim.

2.   Iċ-ċertifikat tat-tilqim għandu jkun fih il-kategoriji ta' data personali li ġejjin:

(a)

l-identità tad-detentur;

(b)

informazzjoni dwar il-vaċċin kontra l-COVID-19 mogħti u l-għadd ta' dożi mogħtija lid-detentur;

(c)

metadata taċ-ċertifikat, bħall-emittent taċ-ċertifikat jew identifikatur uniku taċ-ċertifikat.

Id-data personali għandha tiġi inkluża fiċ-ċertifikat tat-tilqim f'konformità mal-kampijiet tad-data speċifiċi stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12 biex temenda l-punt 1 tal-Anness billi timmodifika jew tneħħi kampijiet tad-data, jew billi żżid kampijiet tad-data li jaqgħu fil-kategoriji ta' data personali msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, meta tali emenda tkun meħtieġa biex jiġu vverifikati u kkonfermati l-awtentiċità, il-validità u l-integrità taċ-ċertifikat tat-tilqim, fil-każ ta' progress xjentifiku fit-trażżin tal-pandemija tal-COVID-19, jew biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà mal-istandards internazzjonali.

3.   Iċ-ċertifikat tat-tilqim għandu jinħareġ f'format sigur u interoperabbli f’konformità mal-Artikolu 3(2) wara l-għoti ta' kull doża u għandu jindika b'mod ċar jekk il-kors tat-tilqim tlestiex jew le.

4.   Meta, fil-każ ta' evidenza xjentifika emerġenti ġdida jew biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà mal-istandards internazzjonali u s-sistemi teknoloġiċi, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jkunu jirrikjedu hekk, il-proċedura prevista fl-Artikolu 13 għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

5.   Meta l-Istati Membri jaċċettaw prova tat-tilqim sabiex jirrinunzjaw għar-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu stabbiliti, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, biex jillimitaw it-tixrid tas-SARS-CoV-2, huma għandhom jaċċettaw ukoll, taħt l-istess kundizzjonijiet, ċertifikati tat-tilqim maħruġin minn Stati Membri oħra f'konformità ma' dan ir-Regolament għal vaċċin kontra l-COVID-19 li jkun ingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004.

L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw ukoll, għall-istess fini, ċertifikati tat-tilqim maħruġin minn Stati Membri oħra f'konformità ma' dan ir-Regolament għal vaċċin kontra l-COVID-19 li jkun ingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont id-Direttiva 2001/83/KE, vaċċin kontra l-COVID-19 li d-distribuzzjoni tiegħu tkun ġiet awtorizzata temporanjament skont l-Artikolu 5(2) ta' dik d-Direttiva, jew vaċċin kontra l-COVID-19 li jkun lesta l-proċedura ta’ elenkar għall-użu ta' emerġenza tad-WHO.

Meta l-Istati Membri jaċċettaw ċertifikati tat-tilqim għal vaċċin tal-COVID-19 imsemmi fit-tieni subparagrafu, huma għandhom jaċċettaw ukoll, taħt l-istess kundizzjonijiet, ċertifikati tat-tilqim maħruġin minn Stati Membri oħra f’konformità ma’ dan ir-Regolament għall-istess vaċċin tal-COVID-19.

Artikolu 6

Ċertifikat tat-test

1.   Kull Stat Membru għandu, b’mod awtomatiku jew fuq talba mill-persuni kkonċernati, joħroġ iċ-ċertifikati tat-test imsemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1) lill-persuni ttestjati għall-infezzjoni tas-SARS-CoV-2. Dawk il-persuni għandhom jiġu infurmati bid-dritt tagħhom għal ċertifikat tat-test.

2.   Iċ-ċertifikat tat-test għandu jkun fih il-kategoriji ta' data personali li ġejjin:

(a)

l-identità tad-detentur;

(b)

informazzjoni dwar it-test NAAT jew it-test rapidu tal-antiġeni li kien soġġett għalih id-detentur;

(c)

metadata taċ-ċertifikat, bħall-emittent taċ-ċertifikat jew identifikatur uniku taċ-ċertifikat.

Id-data personali għandha tiġi inkluża fiċ-ċertifikat tat-test f'konformità mal-kampijiet tad-data speċifiċi stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12 biex temenda l-punt 2 tal-Anness billi timmodifika jew tneħħi kampijiet tad-data, jew billi żżid kampijiet tad-data li jaqgħu fil-kategoriji ta' data personali msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, meta tali emenda tkun meħtieġa biex jiġu vverifikati u kkonfermati l-awtentiċità, il-validità u l-integrità taċ-ċertifikat tat-test, fil-każ ta' progress xjentifiku fit-trażżin tal-pandemija tal-COVID-19, jew biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà ma' standards internazzjonali.

3.   Iċ-ċertifikat tat-test għandu jinħareġ f'format sigur u interoperabbli f'konformità mal-Artikolu 3(2).

4.   Meta, fil-każ ta' evidenza xjentifika emerġenti ġdida jew biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà mal-istandards internazzjonali u s-sistemi teknoloġiċi, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jkunu jirrikjedu hekk, il-proċedura prevista fl-Artikolu 13 għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

5.   Meta l-Istati Membri jitolbu prova ta' test għall-infezzjoni tas-SARS-CoV-2 biex ineħħu r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u b'kont meħud tas-sitwazzjoni speċifika tal-komunitajiet transfruntiera, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, huma għandhom jaċċettaw ukoll, taħt l-istess kundizzjonijiet, ċertifikati tat-test li jindikaw riżultat negattiv maħruġin minn Stati Membri oħra f'konformità ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Ċertifikat tal-fejqan

1.   Kull Stat Membru għandu joħroġ, fuq talba, iċ-ċertifikati tal-fejqan imsemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 3(1).

Ċertifikati tal-fejqan għandhom jinħarġu mhux qabel 11-il jum wara d-data li fiha l-persuna kienet l-ewwel soġġetta għal test NAAT li ta riżultat pożittiv.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12 biex temenda l-għadd ta' jiem li wara li jgħaddu għandu jinħareġ ċertifikat tal-fejqan, abbażi ta' gwida riċevuta mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa f'konformità mal-Artikolu 3(11) jew fuq evidenza xjentifika rieżaminata mill-ECDC.

2.   Iċ-ċertifikat tal-fejqan għandu jkun fih il-kategoriji ta' data personali li ġejjin:

(a)

l-identità tad-detentur;

(b)

informazzjoni dwar l-infezzjoni preċedenti tas-SARS-CoV-2 tad-detentur wara riżultat pożittiv ta' test;

(c)

metadata taċ-ċertifikat, bħall-emittent taċ-ċertifikat jew identifikatur uniku taċ-ċertifikat.

Id-data personali għandha tiġi inkluża fiċ-ċertifikat tal-fejqan f'konformità mal-kampijiet speċifiċi tad-data stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12 biex temenda l-punt 3 tal-Anness billi timmodifika jew tneħħi kampijiet tad-data, jew billi żżid kampijiet tad-data li jaqgħu fil-kategoriji ta' data personali msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, meta tali emenda tkun meħtieġa biex jiġu vverifikati jew ikkonfermati l-awtentiċità, il-validità u l-integrità taċ-ċertifikat tal-fejqan, fil-każ ta' progress xjentifiku fit-trażżin tal-pandemija tal-COVID-19, jew biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà ma' standards internazzjonali.

3.   Iċ-ċertifikat tal-fejqan għandu jinħareġ f'format sigur u interoperabbli skont l-Artikolu 3(2).

4.   Abbażi tal-gwida riċevuta skont l-Artikolu 3(11), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12 biex temenda l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-punt (c) tal-Artikolu 3(1) biex tippermetti l-ħruġ taċ-ċertifikat tal-fejqan abbażi ta’ test rapidu tal-antiġeni pożittiv, test tal-antikorpi, inkluż test seroloġiku għall-antikorpi kontra s-SARS-CoV-2, jew kwalunkwe metodu ieħor validat xjentifikament. Tali atti delegati għandhom ukoll jemendaw il-punt 3 tal-Anness billi jżidu, jimmodifikaw jew ineħħu l-kampijiet tad-data li jaqgħu fil-kategoriji ta' data personali msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

5.   Wara l-adozzjoni tal-atti delegati msemmijin fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tat-testijiet tal-antikorpi li abbażi tagħhom jista' jinħareġ ċertifikat tal-fejqan, li għandu jiġi stabbilit mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, inkluż kwalunkwe aġġornament.

6.   Fir-rapport previst fl-Artikolu 16(1), il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-adegwatezza u l-fattibbiltà, fid-dawl tal-evidenza xjentifika disponibbli, li tadotta atti delegati imsemmijin fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Qabel ma tippreżenta dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tfittex gwida regolari skont l-Artikolu 3(11) dwar l-evidenza xjentifika disponibbli u l-livell ta' standardizzazzjoni rigward il-ħruġ possibbli ta' ċertifikati tal-fejqan abbażi ta’ testijiet tal-antikorpi, inkluż l-ittestjar seroloġiku għall-antikorpi kontra s-SARS-CoV-2, filwaqt li tqis ukoll id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta' dawn it-testijiet.

7.   Meta, fil-każ ta' evidenza xjentifika emerġenti ġdida jew biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà mal-istandards internazzjonali u s-sistemi teknoloġiċi, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jkunu jirrikjedu hekk, il-proċedura prevista fl-Artikolu 13 għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

8.   Meta l-Istati Membri jaċċettaw prova tal-fejqan mill-infezzjoni tas-SARS-CoV-2 sabiex ineħħu r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti, skont il-liġi tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, huma għandhom jaċċettaw, taħt l-istess kundizzjonijiet, ċertifikati tal-fejqan maħruġin minn Stati Membri oħra skont dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Ċertifikati tal-COVID-19 u dokumentazzjoni oħra maħruġin minn pajjiż terz

1.   Meta ċertifikat tat-tilqim ikun inħareġ f'pajjiż terz għal vaċċin kontra l-COVID-19 li jikkorrispondi ma' wieħed mill-vaċċini kontra l-COVID-19 imsemmijin fl-Artikolu 5(5) u l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jkunu ngħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluża prova affidabbli tat-tilqim, dawk l-awtoritajiet jistgħu, fuq talba, joħorġu ċertifikat tat-tilqim kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) lill-persuna kkonċernata. Stat Membru ma għandux ikun meħtieġ joħroġ ċertifikat tat-tilqim għal vaċċin kontra l-COVID-19 li mhux awtorizzat għall-użu fit-territorju tiegħu.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi li ċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġin minn pajjiż terz f’konformità mal-istandards u s-sistemi teknoloġiċi li jkunu interoperabbli mal-qafas ta' fiduċja għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE u li jippermettu l-verifika tal-awtentiċità, il-validità u l-integrità taċ-ċertifikat, u li jkun fihom id-data stabbilita fl-Anness, għandhom jiġu ttrattati bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikati maħruġin mill-Istati Membri f'konformità ma' dan ir-Regolament, għall-fini li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu fl-Unjoni.

Qabel ma tadotta tali att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk iċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġin mill-pajjiż terz jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu.

L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).

Il-Kummissjoni għandha tqiegħed il-lista ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont dan il-paragrafu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

3.   L-aċċettazzjoni, mill-Istati Membri taċ-ċertifikati msemmijin f'dan l-Artikolu għandha tkun soġġetta għall-Artikolu 5(5), l-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 7(8).

4.   Fejn Stati Membri jaċċettaw ċertifikati tat-tilqim maħruġin minn pajjiż terz għal vaċċin kontra l-COVID-19 kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(5), huma għandhom jaċċettaw wkoll, taħt l-istess kundizzjonijiet, ċertifikati tat-tilqim maħruġin minn Stat Membri oħra f'konformità ma' dan ir-Regolament għall-istess vaċċin kontra l-COVID-19.

5.   Dan l-Artikolu għandu japplika għaċ-ċertifikati tal-COVID-19 u dokumentazzjoni oħra maħruġin minn pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej imsemmijin fl-Artikolu 355(2) tat-TFUE u elenkati fl-Anness II tiegħu, u mill-Gżejjer Faeroe. Huwa ma għandux japplika għaċ-ċertifikati tal-COVID-19 u dokumentazzjoni oħra maħruġin fil-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej imsemmijin fl-Artikolu 355(2) tat-TFUE u elenkati fl-Anness II tiegħu, jew fil-Gżejjer Faeroe f'isem Stat Membru.

Artikolu 9

Speċifikazzjonijiet tekniċi

1.   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-qafas ta' fiduċja stabbilit b'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkun fihom l-ispeċifikazzjonijiet u r-regoli tekniċi għall-fini li:

(a)

jinħarġu u jiġu vverifikati b'mod sigur iċ-ċertifikati msemmijin fl-Artikolu 3(1);

(b)

tiġi żgurata s-sigurtà tad-data personali, b'kont meħud tan-natura tad-data;

(c)

jimtlew iċ-ċertifikati msemmijin fl-Artikolu 3(1), inkluża s-sistema ta' kodifikazzjoni u kwalunkwe element rilevanti ieħor;

(d)

tiġi stabbilita l-istruttura komuni tal-identifikatur uniku taċ-ċertifikat;

(e)

tinħareġ barcode valida, sigura u interoperabbli;

(f)

isiru sforzi biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà mal-istandards internazzjonali u s-sistemi teknoloġiċi;

(g)

jiġu allokati r-responsabbiltajiet fost il-kontrolluri u fir-rigward tal-proċessuri, f'konformità mal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2016/679.

(h)

tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-persuni b'diżabbiltà għall-informazzjoni li tinqara mill-bniedem li tinsab fiċ-ċertifikat diġitali u fiċ-ċertifikat stampat, f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà taħt il-liġi tal-Unjoni.

2.   Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).

3.   Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati, b'mod partikolari biex tiġi żgurata implimentazzjoni f'waqtha tal-qafas ta' fiduċja, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli f'konformità mal-proċedura msemmijin fl-Artikolu 14(3). L-atti ta' implimentazzjoni adottati skont dan il-paragrafu għandhom jibqgħu fis-seħħ għall-perijodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Protezzjoni ta' data personali

1.   Ir-Regolament (UE) 2016/679 għandu japplika għall-ipproċessar tad-data personali mwettqin fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.   Għall-fini ta' dan ir-Regolament, id-data personali li tinsab fiċ-ċertifikati maħruġin skont dan ir-Regolament għandha tiġi pproċessata biss għall-fini ta' aċċess u verifika tal-informazzjoni inkluża fiċ-ċertifikat sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu fl-Unjoni matul il-pandemija tal-COVID-19. Wara t-tmiem tal-perijodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ma għandu jseħħ l-ebda pproċessar ulterjuri.

3.   Id-data personali inkluża fiċ-ċertifikati msemmijin fl-Artikolu 3(1) għandha tiġi pproċessata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' destinazzjoni jew ta' tranżitu, jew mill-operaturi tas-servizzi transfruntieri tat-trasport tal-passiġġieri meħtieġa mil-liġi nazzjonali biex jimplimentaw ċerti miżuri tas-saħħa pubblika matul il-pandemija tal-COVID-19, biex jivverifikaw u jikkonfermaw biss l-istat ta' tilqim, riżultat tat-test jew stat ta' fejqan tad-detentur. Għal dak il-għan, id-data personali għandha tkun limitata għal dak li huwa strettament meħtieġ. Id-data personali li jinkiseb aċċess għaliha skont dan il-paragrafu ma għandhiex tinżamm.

4.   Id-data personali pproċessata għall-fini tal-ħruġ taċ-ċertifikati msemmijin fl-Artikolu 3(1), inkluż il-ħruġ ta' ċertifikat ġdid, ma għandhiex tinżamm mill-emittent għal aktar żmien milli jkun strettament meħtieġ għall-fini tagħha u fl-ebda każ għal aktar żmien mill-perijodu li għalih iċ-ċertifikati jistgħu jintużaw biex jiġi eżerċitat id-dritt għall-moviment liberu.

5.   L-ebda lista ta' revoka ta' ċertifikati skambjata bejn l-Istati Membri skont l-Artikolu 4(2) ma għandha tinżamm wara t-tmiem tal-perijodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

6.   L-awtoritajiet jew korpi maħturin oħra responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati msemmijin fl-Artikolu 3(1) għandhom jitqiesu li huma kontrolluri kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679.

7.   Il-persuna fiżika jew ġuridika, l-awtorità pubblika, l-aġenzija jew korp ieħor li ta vaċċin kontra l-COVID-19 jew wettaq it-test li għalih ikun hemm obbligu li jinħareġ ċertifikat għandhom jittrażmettu lill-awtoritajiet jew korpi maħturin oħra responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati, id-data personali meħtieġa biex jimtlew il-kampijiet tad-data stabbiliti fl-Anness.

8.   Meta kontrollur kif imsemmi fil-paragrafu 6 jirrikorri għal proċessur għall-finijiet imsemmijin fl-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) 2016/679, ma jista' jsir ebda trasferiment ta' data personali mill-proċessur lejn pajjiż terz.

Artikolu 11

Restrizzjonijiet għall-moviment liberu u skambju ta' informazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jimponu restrizzjonijiet għal raġunijiet ta' saħħa pubblika, meta l-Istati Membri jaċċettaw ċertifikati tat-tilqim, ċertifikati ta’ test li jindikaw riżultat negattiv jew ċertifikati ta’ fejqan, huma għandhom iżommu lura milli jimponu restrizzjonijiet addizzjonali għall-moviment liberu, bħal ittestjar addizzjonali relatat mal-ivvjaġġar għall-infezzjoni mis-SARS-CoV-2 jew l-awtoiżolament jew kwarantina jew l-awtoiżolament mal-ivvjaġġar, dment li dawn ma jkunux meħtieġa u proporzjonati biex titħares is-saħħa pubblika b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, filwaqt li titqies ukoll l-evidenza xjentifika disponibbli, inkluża data epidemjoloġika ppubblikata mill-ECDC abbażi tar-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475.

2.   Meta Stat Membru jesiġi, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, li d-detenturi taċ-ċertifikati msemmijin fl-Artikolu 3(1) jgħaddu, wara d-dħul fit-territorju tiegħu, minn kwarantina jew awtoiżolament jew li jiġu ttestjati għall-infezzjoni mis-SARS-CoV-2, jew jekk jimponi restrizzjonijiet oħra fuq id-detenturi ta' tali ċertifikati minħabba li, pereżempju, is-sitwazzjoni epidemjoloġika fi Stat Membru jew f'reġjun fi Stat Membru tmur għall-agħar malajr, b'mod partikolari b'riżultat ta' varjant tas-SARS-CoV-2 ta' tħassib jew interess, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dan, jekk possibbli 48 siegħa qabel l-introduzzjoni ta' tali restrizzjonijiet ġodda. Għal dak il-għan, l-Istat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

ir-raġunijiet għal tali restrizzjonijiet;

(b)

il-kamp ta' applikazzjoni ta' tali restrizzjonijiet, filwaqt li jispeċifika liema detenturi taċ-ċertifikat huma soġġetti għal tali restrizzjonijiet jew huma eżentati minnhom;

(c)

id-data u t-tul ta' żmien ta’ tali restrizzjonijiet.

3.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-ħruġ u l-kundizzjonijiet ta' aċċettazzjoni taċ-ċertifikati msemmijin fl-Artikolu 3(1), inkluż il-vaċċini kontra l-COVID-19 li jaċċettaw skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(5).

4.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubbliku b'informazzjoni ċara, komprensiva u f'waqtha fir-rigward tal-paragrafi 2 u 3. Bħala regola ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli pubblikament 24 siegħa qabel ma r-restrizzjonijiet il-ġodda jidħlu fis-seħħ, b'kont meħud tal-ħtieġa ta' xi flessibbiltà għal emerġenzi epidemjoloġiċi. Barra minn hekk, l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri tista' ssir disponibbli pubblikament mill-Kummissjoni b'mod ċentralizzat.

Artikolu 12

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmijin fl-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 7(1) u (2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' 12-il xahar mill-1 ta’ Lulju 2021.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 7(1) u (2) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma' esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 7(1) jew (2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 13

Proċedura ta' urġenza

1.   L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta' urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(6). F'każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 14

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 15

Perijodu ta’ introduzzjoni gradwali

1.   Iċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġin minn Stat Membru qabel l-1 ta’ Lulju 2021 għandhom jiġu aċċettati mill-Istati Membri l-oħra sat-12 ta' Awwissu 2021 f'konformità mal-Artikolu 5(5), l-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 7(8), fejn ikun fihom id-data stabbilita fl-Anness.

2.   Meta Stat Membru ma jkunx jista' joħroġ iċ-ċertifikati msemmijin fl-Artikolu 3(1) f'format li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament mill-1 ta’ Lulju 2021, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dan. Fejn ikun fihom id-data stabbilita fl-Anness, iċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġin minn tali Stat Membru f’format li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament għandhom jiġu aċċettati mill-Istati Membri l-oħra f'konformità mal-Artikolu 5(5), l-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 7(8) sat-12 ta’ Awwissu 2021.

Artikolu 16

Rapporti tal-Kummissjoni

1.   Sal-31 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jinkludi ħarsa ġenerali fuq:

(a)

l-għadd ta' ċertifikati maħruġin skont dan ir-Regolament;

(b)

gwida mitluba skont l-Artikolu 3(11) dwar l-evidenza xjentifika disponibbli u l-livell ta' standardizzazzjoni rigward il-ħruġ possibbli ta' ċertifikati tal-fejqan abbażi ta' testijiet tal-antikorpi, inkluż l-ittestjar seroloġiku għall-antikorpi kontra s-SARS-CoV-2, filwaqt li jitqiesu d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta' dawn it-testijiet; u

(c)

l-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 11.

2.   Sal-31 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Ir-rapport għandu jinkludi, b'mod partikolari, valutazzjoni tal-impatt ta' dan ir-Regolament dwar il-faċilitazzjoni tal-moviment liberu, inkluż dwar l-ivvjaġġar u t-turiżmu u l-aċċettazzjoni ta' tipi differenti ta' vaċċini, id-drittijiet fundamentali u n-nondiskriminazzjoni, kif ukoll dwar il-protezzjoni tad-data personali matul il-pandemija tal-COVID-19.

Ir-rapport jista' jkun akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi, b'mod partikolari biex jiġi estiż il-perijodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, filwaqt li titqies l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-pandemija tal-COVID-19.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, l-14 ta' Ġunju 2021

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

F'isem il-Kunsill

Il-President

A. COSTA


(1)  L-opinjoni tas-27 ta’ April 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Ġunju 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Ġunju 2021.

(3)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

(4)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1475 tat-13 ta' Ottubru 2020 dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 337, 14.10.2020, p. 3).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ara paġna 24 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

(8)  Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).

(9)  Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).

(11)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

(12)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1743 tat-18 ta' Novembru 2020 dwar l-użu tat-testijiet rapidi tal-antiġeni għad-dijanjożi tal-infezzjoni tas-SARS-CoV-2 (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 63).

(13)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2021 dwar qafas komuni għall-użu u l-validazzjoni ta' testijiet rapidi tal-antiġeni u r-rikonoxximent reċiproku tar-riżultati tat-testijiet tal-COVID-19 fl-UE (ĠU C 24, 22.1.2021, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(15)  Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(16)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(17)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(18)  Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

SETTIJIET TAD-DATA TAĊ-ĊERTIFIKAT

1.

Kampijiet tad-data li jridu jiġu inklużi fiċ-ċertifikat tat-tilqim:

(a)

isem: kunjom/ijiet u isem/ismijiet, f'dik l-ordni;

(b)

data tat-twelid;

(c)

mard jew aġent fil-mira; COVID-19 (SARS-CoV-2 jew wieħed mill-varjanti tiegħu);

(d)

vaċċin kontra l-COVID-19 jew profilassi;

(e)

isem tal-prodott tal-vaċċin kontra l-COVID-19;

(f)

detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-vaċċin kontra l-COVID-19 jew manifattur tal-vaċċin

(g)

għadd f'sensiela ta' dożi kif ukoll l-għadd totali ta' dożijiet fis-serje;

(h)

data tat-tilqim, li tindika d-data tal-aħħar doża riċevuta;

(i)

Stat Membru jew pajjiż terz li fih ġie mogħti l-vaċċin;

(j)

emittent taċ-ċertifikat;

(k)

identifikatur uniku taċ-ċertifikat.

2.

Kampijiet tad-data li għandhom jiġu inklużi fiċ-ċertifikat tat-test:

(a)

isem: kunjom/ijiet u isem/ismijiet, f'dik l-ordni;

(b)

data tat-twelid;

(c)

mard jew aġent fil-mira; COVID-19 (SARS-CoV-2 jew wieħed mill-varjanti tiegħu);

(d)

it-tip ta' test;

(e)

isem tat-test (fakultattiv għat-test NAAT);

(f)

il-manifattur tat-test (fakultattiv għat-test NAAT);

(g)

data u ħin tal-ġbir tal-kampjun għat-test;

(h)

riżultat tat-test;

(i)

ċentru jew faċilità tal-ittestjar (fakultattiv għat-test rapidu tal-antiġeni);

(j)

Stat Membru jew pajjiż terz li fih sar it-test;

(k)

emittent taċ-ċertifikat;

(l)

identifikatur uniku taċ-ċertifikat.

3.

Kampijiet tad-data li għandhom jiġu inklużi fiċ-ċertifikat tal-fejqan:

(a)

isem: kunjom/ijiet u isem/ismijiet, f'dik l-ordni;

(b)

data tat-twelid;

(c)

mard jew aġent li d-detentur ikun fieq minnu: COVID-19 (SARS-CoV-2 jew wieħed mill-varjanti tiegħu);

(d)

data tal-ewwel riżultat pożittiv tat-test NAAT tad-detentur;

(e)

Stat Membru jew pajjiż terz li fih sar it-test;

(f)

emittent taċ-ċertifikat;

(g)

ċertifikat validu minn;

(h)

ċertifikat validu sa (mhux aktar minn 180 jum wara d-data tal-ewwel riżultat pożittiv tat-test NAAT);

(i)

identifikatur uniku taċ-ċertifikat.


15.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/23


DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni taqbel li vaċċini u testijiet affordabbli u aċċessibbli għall-COVID-19 għall-infezzjoni tas-SARS-CoV-2 huma kruċjali fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19. B'kont meħud li mhux il-popolazzjoni kollha se tkun tlaqqmet meta r-Regolamenti (UE) 2021/953 u (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jidħlu fis-seħħ, l-aċċess għal possibbiltajiet ta' ttestjar affordabbli u disponibbli b'mod wiesa' huwa importanti biex jiġu ffaċilitati l-moviment liberu u l-mobbiltà fl-Ewropa.

Biex tappoġġa l-kapaċitajiet tal-ittestjar tal-Istati Membri, il-Kummissjoni diġà mmobilizzat fondi permezz tal-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza biex tixtri testijiet rapidi tal-antiġeni u nediet akkwist bi sħab għal aktar minn nofs biljun test rapidu tal-antiġeni. Il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar qed tappoġġa lill-Istati Membri biex iżidu l-kapaċità tal-ittestjar, b'finanzjament mill-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza.

Biex tkompli tappoġġa d-disponibbiltà ta’ testijiet affordabbli, b’mod partikolari għall-persuni li jaqsmu l-fruntieri ta’ kuljum jew ta’ spiss biex imorru għax-xogħol jew l-iskola, iżuru qraba stretti, ifittxu kura medika, jew jieħdu ħsieb lill-maħbubin tagħhom, il-Kummissjoni timpenja ruħha li timmobilizza fondi addizzjonali ta’ EUR 100 miljun permezz tal-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza għax-xiri ta’ testijiet għall-infezzjoni tas-SARS-CoV-2 li jikkwalifikaw għall-ħruġ ta’ ċertifikat tat-test skont ir-Regolament (UE) 2021/953. Jekk ikun meħtieġ, jista' jiġi mobilizzat finanzjament addizzjonali ta' aktar minn EUR 100 miljun, soġġett għall-approvazzjoni mill-awtorità baġitarja.


15.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/24


REGOLAMENT (UE) 2021/954 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Ġunju 2021

dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19

(Test b’revelanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 77(2)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Skont l-acquis ta' Schengen, iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri jistgħu jiċċaqilqu liberament fit-territorji tal-Istati Membri l-oħrajn kollha matul perijodu ta' 90 jum tul kwalunkwe perijodu ta' 180 jum.

(2)

Fit-30 ta' Jannar 2020, id-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) iddikjara emerġenza tas-saħħa pubblika ta' rilevanza internazzjonali minħabba t-tifqigħa globali tal-coronavirus tas-sindromu respiratorju akut gravi 2 (SARS-CoV-2), li jikkawża l-marda tal-coronavirus 2019 (COVID-19). Fil-11 ta' Marzu 2020, id-WHO għamlet valutazzjoni li tikkaratterizza l-COVID-19 bħala pandemija.

(3)

Biex jillimitaw it-tixrid tas-SARS-CoV-2, l-Istati Membri adottaw xi miżuri, li kellhom impatt fuq l-ivvjaġġar lejn it-territorju tal-Istati Membri u l-ivvjaġġar fih, bħal restrizzjonijiet fuq id-dħul jew rekwiżiti għal vjaġġaturi fruntaliera biex jagħmlu l-kwarantina jew l-awtoiżolament jew li jiġu ttestjati għall-infezzjoni tas-SARS-CoV-2. Tali restrizzjonijiet għandhom effetti negattivi fuq il-persuni u n-negozji, speċjalment persuni li jgħixu f’reġjuni tal-fruntiera u li jivvjaġġaw bejn il-fruntieri ta’ kuljum jew frekwenti għal skopijiet ta’ xogħol, negozju, edukazzjoni, familja, kura medika jew indukrar.

(4)

Fit-13 ta' Ottubru 2020, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475 (2) li introduċiet approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19.

(5)

Fit-30 ta' Ottubru 2020, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1632 (3) li fiha rrakkomanda lill-Istati Membri li huma marbutin bl-acquis ta' Schengen biex japplikaw il-prinċipji ġenerali, il-kriterji komuni, il-livelli limitu komuni u l-qafas komuni ta' miżuri, inklużi rakkomandazzjonijiet dwar il-koordinazzjoni u l-kommunikazzjoni kif stipulat fir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475.

(6)

Ħafna Stati Membri nedew jew qed jippjanaw li jniedu inizjattivi għall-ħruġ ta' ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19. Madankollu, biex tali ċertifikati tat-tilqim jintużaw b'mod effettiv b'konnessjoni mal-ivvjaġġar transfruntier fl-Unjoni, huma jeħtieġ li jkunu kompletament interoperabbli, kompatibbli, siguri u verifikabbli. Fost l-Istati Membri hemm bżonn approċċ komuni dwar il-kontenut, il-format, il-prinċipji, l-istandards tekniċi u l-livell ta' sigurtà ta' tali ċertifikati tat-tilqim.

(7)

Qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, bosta Stati Membri diġà eżentaw persuni mlaqqmin minn ċerti restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar. Fejn l-Istati Membri jaċċettaw prova tat-tilqim biex jidderogaw mir-restrizzjonijiet għall-ivvjaġġar fis-seħħ, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, għal-limitazzjoni tat-tixrid tas-SARS-CoV-2, pereżempju rekwiżit ta' kwarantina jew awtoiżolament jew tal-ittestjar għall-infezzjoni bis-SARS-CoV-2, jenħtieġ li dawn ikollhom jaċċettaw, bl-istess kundizzjonijiet, ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19 maħruġin minn Stati Membri oħra f'konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Jenħtieġ li tali aċċettazzjoni ssir bl-istess kundizzjonijiet, jiġifieri, pereżempju, jekk Stat Membru jqis li doża waħda ta' vaċċin amministrat tkun biżżejjed, jenħtieġ li jittratta bl-istess mod lid-detenturi ta' ċertifikat tat-tilqim li jindika doża waħda tal-istess vaċċin.

(8)

Proċeduri armonizzati taħt ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jenħtieġ li ma jipprevjenux lill-Istati Membri milli jiddeċiedu li jaċċettaw ċertifikati tat-tilqim maħruġin għal vaċċini oħra kontra l-COVID-19 li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), vaċċini li d-distribuzzjoni tagħhom tkun ġiet awtorizzata temporanjament skont l-Artikolu 5(2) ta' dik id-Direttiva, u vaċċini li jkunu kkompletaw il-proċedura ta' elenkar għall-użu ta' emerġenza tad-WHO. Meta tali vaċċin kontra l-COVID-19 sussegwentement jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004, l-obbligu li jiġu aċċettati ċertifikati tat-tilqim maħruġin taħt l-istess kundizzjonijiet ikun ikopri wkoll ċertifikati tat-tilqim maħruġin minn Stati Membru għal dak il-vaċċin kontra l-COVID-19, irrispettivament minn jekk iċ-ċertifikati tat-tilqim ikunux inħarġu qabel jew wara l-awtorizzazzjoni permezz tal-proċedura ċentralizzata. Ir-Regolament (UE) 2021/953 jistabbilixxi qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19. Dan japplika għal ċittadini tal-Unjoni u ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta' ċittadini tal-Unjoni.

(9)

F'konformità mal-Artikoli 19, 20 u 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (7), iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi koperti minn dawk id-dispożizzjonijiet jistgħu jiċċaqilqu liberament fit-territorji tal-Istati Membri.

(10)

Mingħajr preġudizzju għar-regoli komuni dwar il-qsim tal-fruntieri interni minn persuni kif stipulat fir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), u għall-fini li jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar fit-territorji tal-Istati Membri minn ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma intitolati għall-ivvjaġġar ta' dan it-tip, jenħtieġ li l-qafas għall-ħruġ, il-verifika u l-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/953 japplika wkoll għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti minn dak ir-Regolament, sakemm ikunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju ta' Stat Membru u jkunu intitolati jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħrajn f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

(11)

Dan ir-Regolament huwa maħsub biex jiffaċilita l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' proporzjonalità u nondiskriminazzjoni fir-rigward tar-restrizzjonijiet għall-ivvjaġġar matul il-pandemija tal-COVID-19, filwaqt li jimmira lejn livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika. Huwa jenħtieġ li ma jinftehimx bħala li jiffaċilita jew jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta' restrizzjonijiet għall-moviment liberu, jew restrizzjonijiet għal drittijiet fundamentali oħra, b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19. Barra minn hekk, kwalunkwe rekwiżit ta' verifika taċ-ċertifikati stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/953 ma jiġġustifikax għaldaqstant ir-riintroduzzjoni temporanja tal-kontroll fil-fruntieri interni. Jenħtieġ li l-kontrolli fil-fruntieri interni jibqgħu miżura tal-aħħar istanza, soġġetti għal regoli speċifiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/399.

(12)

Peress li dan ir-Regolament japplika għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li diġà joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri, jenħtieġ li dan ma jinftehimx bħala li jagħti lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li jixtiequ jivvjaġġaw lejn Stat Membru d-dritt għal Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE minn dak l-Istat Membru qabel jaslu fit-territorju tiegħu. Ma hemm ebda rekwiżit għall-Istati Membri li joħorġu ċertifikati tat-tilqim f'uffiċċji konsulari.

(13)

Fit-30 ta' Ġunju 2020, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/912 (9) dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq l-ivvjaġġar mhux essenzjali lejn l-Unjoni u t-tneħħija possibbli ta' tali restrizzjoni. Dan ir-Regolament ma jkoprix ir-restrizzjonijiet temporanji fuq l-ivvjaġġar mhux essenzjali lejn l-Unjoni.

(14)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka għandha, f'konformità mal-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk hijiex ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(15)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (10); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jaċċettaw, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/953, ċertifikati COVID-19 maħruġin mill-Irlanda lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorju tagħha għall-finijiet tal-iffaċilitar tal-ivvjaġġar fit-territorji tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-Irlanda toħroġ lil dawk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi ċertifikati COVID-19 li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. Jenħtieġ li l-Irlanda u l-Istati Membri l-oħra jaċċettaw ċertifikati maħruġin lil ċittadini ta' pajjiżi terzi koperti minn dan ir-Regolament fuq bażi reċiproka.

(16)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen jew li b'xi mod ieħor huwa relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003, tal-Artikolu 4(1) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2005 u tal-Artikolu 4(1) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2011 rispettivament.

(17)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (11), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt C, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (12).

(18)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (13) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt C, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (14).

(19)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (15), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt C, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (16).

(20)

Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-faċilitazzjoni tal-ivvjaġġar ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 bl-istabbiliment ta' qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim ta' persuna kontra l-COVID-19, ir-riżultati tat-testijiet tagħha jew il-fejqan tagħha, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(21)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni relatata mal-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(22)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġew ikkonsultati f'konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) u taw opinjoni konġunta fil-31 ta' Marzu 2021 (18),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/953 għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li mhumiex koperti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament, iżda li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorju tagħhom u li huma intitolati li jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħrajn f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 2

Dment li l-Irlanda tkun innotifikat lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li taċċetta ċ-ċertifikati COVID-19 imsemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/953 maħruġin mill-Istati Membri lil persuni koperti minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw, skont il-kundizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2021/953, ċertifikati COVID-19 maħruġin mill-Irlanda fil-format li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-qafas ta ’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma intitolati li jivvjaġġaw liberament fit-territorju tal-Istati Membri.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil- jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. COSTA


(1)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Ġunju 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Ġunju 2021.

(2)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1475 tat-13 ta' Ottubru 2020 dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 337, 14.10.2020, p. 3).

(3)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1632 tat-30 ta' Ottubru 2020 dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 fiż-żona Schengen (ĠU L 366, 4.11.2020, p. 25).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

(7)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

(8)  Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).

(9)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912 tat-30 ta’ Ġunju 2020 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni (ĠU L 208 I, 1.7.2020, p. 1).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(11)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(13)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(15)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(16)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(17)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(18)  Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


15.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/29


DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni taqbel li vaċċini u testijiet affordabbli u aċċessibbli għall-COVID-19 għall-infezzjoni tas-SARS-CoV-2 huma kruċjali fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19. B'kont meħud li mhux il-popolazzjoni kollha se tkun tlaqqmet meta r-Regolamenti (UE) 2021/953 u (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jidħlu fis-seħħ, l-aċċess għal possibbiltajiet ta' ttestjar affordabbli u disponibbli b'mod wiesa' huwa importanti biex jiġu ffaċilitati l-moviment liberu u l-mobbiltà fl-Ewropa.

Biex tappoġġa l-kapaċitajiet tal-ittestjar tal-Istati Membri, il-Kummissjoni diġà mmobilizzat fondi permezz tal-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza biex tixtri testijiet rapidi tal-antiġeni u nediet akkwist bi sħab għal aktar minn nofs biljun test rapidu tal-antiġeni. Il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar qed tappoġġa lill-Istati Membri biex iżidu l-kapaċità tal-ittestjar, b'finanzjament mill-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza.

Biex tkompli tappoġġa d-disponibbiltà ta' testijiet affordabbli, b'mod partikolari għall-persuni li jaqsmu l-fruntieri ta' kuljum jew ta' spiss biex imorru għax-xogħol jew l-iskola, iżuru qraba stretti, ifittxu kura medika, jew jieħdu ħsieb lill-maħbubin tagħhom, il-Kummissjoni timpenja ruħha li timmobilizza fondi addizzjonali ta' EUR 100 miljun permezz tal-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza għax-xiri ta' testijiet għall-infezzjoni tas-SARS-CoV-2 li jikkwalifikaw għall-ħruġ ta' ċertifikat tat-test skont ir-Regolament (UE) 2021/953. Jekk ikun meħtieġ, jista' jiġi mobilizzat finanzjament addizzjonali ta' aktar minn EUR 100 miljun, soġġett għall-approvazzjoni mill-awtorità baġitarja.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

15.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/30


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/955

tas-27 ta’ Mejju 2021

li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1156 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formoli, il-mudelli, il-proċeduri u l-arranġamenti tekniċi għall-pubblikazzjonijiet u n-notifiki ta’ regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni, tariffi u imposti, u li jispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata għall-ħolqien u ż-żamma tal-bażi ta’ data ċentrali dwar il-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera tal-AIFs u l-UCITS, kif ukoll il-formoli, il-mudelli u l-proċeduri għall-komunikazzjoni ta’ tali informazzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Regolament (UE) 2019/1156 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera tal-impriżi ta’ investiment kollettiv u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 345/2013, (UE) Nru 346/2013 u (UE) Nru 1286/2014 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 10(3), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 13(3), it-tielet subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Għandu jiġi żgurat li l-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali applikabbli li jirregolaw ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni għal fondi ta’ investiment alternattivi (AIFs) u impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) tkun komparabbli. Għalhekk jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jużaw mudelli għall-pubblikazzjoni ta’ tali informazzjoni.

(2)

Is-sommarji tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali applikabbli li jirregolaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs u l-UCITS għandhom ikunu aċċessibbli faċilment. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw dawk is-sommarji fuq l-istess paġna web li fiha jiġu ppubblikati dawk il-liġijiet nazzjonali, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli. Dawn is-sommarji għandhom ikunu ċari, konċiżi u jinftiehmu faċilment.

(3)

Il-maniġers tal-fondi ta’ investiment alternattivi (AIFMs), il-maniġers tal-fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (EuVECA), il-maniġers tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (EuSEF) u l-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS għandhom ikunu jistgħu jivvalutaw minn qabel il-kost globali tal-attivitajiet transfruntiera f’kull Stat Membru. Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà tat-tariffi u l-imposti miġbura mill-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom fir-rigward ta’ tali attivitajiet transfruntiera, dawk it-tariffi u l-imposti, jew l-elementi essenzjali għall-kalkolu ta’ tali tariffi jew imposti, jenħtieġ li jiġu ppreżentati fil-forma ta’ tabella.

(4)

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għandha tkun tista’ tivverifika jekk irċevietx l-informazzjoni kollha dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs u l-UCITS u dwar is-sommarji tagħhom, u dwar it-tariffi u l-imposti miġbura b’rabta mal-attivitajiet transfruntiera tal-AIFMs, il-maniġers tal-EuVECA, il-maniġers tal-EuSEF u l-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS. L-ESMA għandha bl-istess mod tkun tista’ tivverifika jekk dik l-informazzjoni hijiex kompluta u aġġornata. Għalhekk l-awtoritajiet kompetenti għandhom, meta jinnotifikaw lill-ESMA dwar il-hyperlinks għas-siti web fejn tista’ tinstab dik l-informazzjoni, jużaw formoli standardizzati.

(5)

Kemm l-ESMA kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaħtru punt ta’ kuntatt uniku biex jibgħat u jirċievi informazzjoni dwar hyperlinks għas-siti web tagħhom fejn tiġi ppubblikata informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs u l-UCITS.

(6)

L-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156 jirrikjedi li l-ESMA tippubblika fuq is-sit web tagħha, sat-2 ta’ Frar 2022, bażi ta’ data ċentrali li jkun fiha l-AIFs, l-AIFM, il-maniġers tal-EuSEF, il-maniġers tal-EuVECA, il-UCITS u l-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS kollha li huma kkummerċjalizzati fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tad-domiċilju. Dik il-bażi ta’ data ċentrali għandha tiġi pprovduta b’informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol wara t-tmiem ta’ kull trimestru li jintemm fil-31 ta’ Marzu, it-30 ta’ Ġunju, it-30 ta’ Settembru u l-31 ta’ Diċembru. Għalhekk, kwalunkwe rekwiżit dwar l-għoti ta’ tali informazzjoni fil-bażi tad-data ċentrali mill-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li ma jibdiex japplika qabel it-2 ta’ Frar 2022.

(7)

Sabiex il-portal ta’ notifika msemmi fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2019/1156 jiffunzjona mingħajr xkiel, jeħtieġ li l-arranġamenti tekniċi jinkludu l-faċilità li tittella’ d-data ta’ akkumpanjament fuq il-portal ta’ notifika. L-ESMA għandha tiżgura l-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni inkorporata fil-portal ta’ notifika.

(8)

Id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, peress li jistabbilixxu formoli, mudelli u proċeduri standardizzati għan-notifika lill-ESMA ta’ informazzjoni relatata mad-distribuzzjoni transfruntiera tal-AIFs u l-UCITS u l-pubblikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ tali informazzjoni fuq is-siti web tagħhom. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza fl-istabbiliment tal-formoli standardizzati u minħabba l-interkonnessjonijiet sostantivi bejn id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, huwa xieraq li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu inklużi f’Regolament wieħed.

(9)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentati mill-ESMA lill-Kummissjoni.

(10)

L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar id-dispożizzjonijiet tal-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) Madankollu, l-ESMA ma kkonsultatx dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fir-rigward tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni u fir-rigward tat-tariffi u l-imposti regolatorji relatati mal-attivitajiet transfruntiera tal-AIFMs, il-maniġers tal-EuVECA, il-maniġers tal-EuSEF u l-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS, u dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata mill-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll il-formoli, il-mudelli u l-proċeduri għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti lill-ESMA għall-fini tal-ħolqien u ż-żamma tal-bażi ta’ data ċentrali dwar il-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera tal-AIFs u l-UCITS u dwar l-arranġamenti tekniċi għall-funzjonament tal-portal ta’ notifika peress li kien ikun sproporzjonat ħafna li jintalbu l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati dwar id-dispożizzjonijiet li jaffettwaw biss l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti.

(11)

Jenħtieġ li l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-forniment tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni tiġi allinjata mad-data tal-applikazzjoni tal-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (UE) 2019/1156 li għandhom x’jaqsmu ma’ dak l-obbligu. L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar l-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata lill-ESMA għall-fini tal-ħolqien u ż-żamma tal-bażi ta’ data ċentrali jenħtieġ li tiġi allinjata mad-data msemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156 li tirrigwarda dak l-obbligu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Pubblikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156, billi jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi ppubblikata mill-awtoritajiet kompetenti, jew b’mod sħiħ fuq paġna web unika ddedikata tas-siti web tagħhom, jew fuq paġni web separati, li jistabbilixxu rispettivament l-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għal fondi ta’ investiment alternattivi (AIFs) u għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS).

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw sommarji tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b’ mod ċar, konċiż u li jinftiehem faċilment, bl-użu tal-mudelli stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Dawk is-sommarji għandhom jiġu ppubblikati fuq l-istess paġna web bħall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew fin-naħa ta’ fuq jew fil-qiegħ ta’ dik il-paġna web.

Artikolu 2

Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar tariffi jew imposti miġbura mill-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom fir-rigward tal-attivitajiet transfruntiera tal-AIFMs, il-maniġers tal-EuVECA, il-maniġers tal-EuSEF u l-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156 b’mod separat għal kull tariffa jew imposta billi jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Notifiki lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) il-hyperlinks għas-siti web tagħhom fejn tiġi ppubblikata l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, u kwalunkwe bidla għal dawk il-hyperlinks u għall-informazzjoni ppubblikata fuq il-paġni web ikkonċernati, billi jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness IV.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA l-hyperlinks għas-siti web tagħhom fejn tiġi ppubblikata l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2, u kwalunkwe bidla f’dawk il-hyperlinks u fl-informazzjoni ppubblikata fuq il-paġni web ikkonċernati, billi jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness V.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA bi kwalunkwe bidla fil-hyperlinks u fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara l-implimentazzjoni tal-bidla fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti.

Artikolu 4

Punt uniku ta’ kuntatt

1.   Għall-finijiet tan-notifiki msemmija fl-Artikolu 3, kull awtorità kompetenti għandha taħtar punt ta’ kuntatt uniku biex jibgħat l-informazzjoni u għall-komunikazzjoni ta’ kwalunkwe kwistjoni relatata mas-sottomissjoni ta’ tali informazzjoni.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA dwar il-punt uniku ta’ kuntatt imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   L-ESMA għandha tagħżel punt ta’ kuntatt biex jirċievi l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 1 u 2 u biex jikkomunika dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mar-riċeviment tal-informazzjoni msemmija f’dan l-Artikoli.

4.   L-ESMA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-punt uniku ta’ kuntatt imsemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 5

Informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata lill-ESMA għall-fini tal-ħolqien u ż-żamma tal-bażi tad- data ċentrali dwar il-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera tal-AIFs u l-UCITS

1.   Għall-finijiet tal-ħolqien u ż-żamma tal-bażi tad-data ċentrali msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2019/1156, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jibagħtu lill-ESMA l-informazzjoni speċifikata fit-Tabella 1 tal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament u kwalunkwe aġġornament tagħha fuq bażi trimestrali.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jibagħtu lill-ESMA l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol wara t-tmiem ta’ kull trimestru li jintemm fil-31 ta’ Marzu, it-30 ta’ Ġunju, it-30 ta’ Settembru u l-31 ta’ Diċembru.

Artikolu 6

Arranġamenti tekniċi għall-funzjonament tal-portal tan-notifiki stabbilit mill-ESMA

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu, f’format XML komuni, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) billi jużaw il-format stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness VI.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156 b’mod elettroniku permezz tal-portal ta’ notifika stabbilit mill-ESMA skont l-Artikolu 13(2) ta’ dak ir-Regolament.

3.   L-ESMA għandha tiżgura l-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 matul it-trażmissjoni tagħha permezz tal-portal ta’ notifika.

4.   L-ESMA għandha tiżgura li l-portal ta’ notifika msemmi fil-paragrafu 2 awtomatikament jipproċessa u jivverifika l-informazzjoni trażmessa kollha u d-data li takkumpanjah u jibgħat feedback lill-awtorità kompetenti trażmittenti dwar is-suċċess tat-trażmissjoni u dwar kwalunkwe żball li jkun seħħ matul dik it-trażmissjoni.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1, u l-Artikolu 3(1) għandhom japplikaw mit-2 ta’ Awwissu 2021 u l-Artikolu 5 għandu japplika mit-2 ta’ Frar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 188, 12.07.2019, p. 55.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS I

Mudell għall-pubblikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs u l-UCITS

[Indika d-data meta l-informazzjoni ġiet immodifikata l-aħħar]

Din il-paġna fiha informazzjoni dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jirregolaw ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera tal-impriżi ta’ investiment kollettiv.

Rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-UCITS

(Daħħal informazzjoni aġġornata u kompluta dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali applikabbli li jirregolaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni għall-UCITS, inklużi hyperlinks għall-verżjonijiet sħaħ ta’ dawk il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi)

L-informazzjoni għandha tinkludi mill-inqas il-kategoriji ta’ regoli li ġejjin li jirregolaw:

(a)

il-format u l-kontenut tal-materjal tal-kummerċjalizzazzjoni, inkluża l-identifikazzjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti li għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti qabel il-bidu tal-kummerċjalizzazzjoni;

(b)

verifika tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni mill-awtorità kompetenti;

(c)

obbligi ta’ rappurtar fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni;

(d)

reġim ta’ passaportar;

(e)

id-denotifika tal-arranġamenti li saru għall-kummerċjalizzazzjoni;

(f)

regoli oħra li jirregolaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-UCITS applikabbli fil-ġurisdizzjoni tal-awtorità kompetenti [fejn applikabbli].

Ċaħda ta’ responsabbiltà: [Isem l-awtorità kompetenti] tat attenzjoni raġonevoli biex tiżgura li l-informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-UCITS fi [Isem l-Istat Membru] inkluża f’din il-paġna web tkun aġġornata u kompluta. [Isem l-awtorità kompetenti] mhijiex responsabbli għaż-żamma ta’ siti web esterni u mhijiex responsabbli għal kwalunkwe żball jew ommissjoni fuq kwalunkwe sit web estern li għalih huma pprovduti hyperlinks fuq din il-paġna web.

Rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs

(Daħħal informazzjoni aġġornata u kompluta dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali applikabbli li jirregolaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs, inklużi l-hyperlinks għall-verżjonijiet sħaħ ta’ dawk il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi). F’każ li tapplika kwalunkwe dispożizzjoni speċifika għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ AIFs (eż. AIFs ta’ proprjetà immobbli, AIFs ta’ ekwità privata, eċċ.), daħħal il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali rilevanti għal kull waħda minn dawn il-kategoriji.

L-informazzjoni għandha tinkludi mill-inqas il-kategoriji ta’ regoli li ġejjin li jirregolaw:

(a)

awtorizzazzjoni minn qabel għall-kummerċjalizzazzjoni;

(b)

il-format u l-kontenut tal-materjal tal-kummerċjalizzazzjoni, inkluża l-identifikazzjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti li għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti qabel il-bidu tal-kummerċjalizzazzjoni;

(c)

verifika tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni mill-awtorità kompetenti;

(d)

il-kummerċjalizzazzjoni lil investituri fil-livell ta’ konsumatur jew lil investituri professjonali;

(e)

obbligi ta’ rappurtar fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni;

(f)

reġim ta’ passaportar;

(g)

distribuzzjoni ta’ fondi stabbiliti f’pajjiż terz taħt ir-reġim nazzjonali ta’ pjazzament privat [fejn applikabbli];

(h)

id-distribuzzjoni ta’ AIFs miftuħa u ta’ AIFs magħluqa;

(i)

id-denotifika tal-arranġamenti li saru għall-kummerċjalizzazzjoni;

(j)

regoli oħra li jirregolaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs applikabbli fil-ġurisdizzjoni tal-awtorità kompetenti [fejn applikabbli].

Ċaħda ta’ responsabbiltà: [Isem l-awtorità kompetenti] tat attenzjoni raġonevoli biex tiżgura li l-informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs fi [Isem l-Istat Membru] inkluża f’din il-paġna web tkun aġġornata u kompluta. [Isem l-awtorità kompetenti] mhijiex responsabbli għaż-żamma ta’ siti web esterni u mhijiex responsabbli għal kwalunkwe żball jew ommissjoni fuq kwalunkwe sit web estern li għalih huma pprovduti hyperlinks fuq din il-paġna web.

Ħtiġiet oħra *

Minbarra d-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq, li huma stabbiliti speċifikament għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ [UCITS/AIFs/UCITS u AIFs], jista’ jkun hemm dispożizzjonijiet legali oħra li jistgħu japplikaw meta jiġu kkummerċjalizzati fi [Isem l-Istat Membru], għalkemm mhumiex imfassla speċifikament għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ [UCITS/AIFs/UCITS u AIFs], skont is-sitwazzjoni individwali ta’ dawk involuti fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ ishma jew unitajiet ta’ [UCITS/AIFs/UCITS jew AIFs]. Il-kummerċjalizzazzjoni fi [isem l-Istat Membru] tista’ tiskatta l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti oħra, bħal [speċifika l-korpi rilevanti tal-liġi nazzjonali li jistgħu jkunu applikabbli].

Ċaħda ta’ responsabbiltà: Din li ġejja hija lista mhux eżawrjenti ta’ liġijiet nazzjonali li jistgħu jkunu applikabbli u [Isem l-awtorità kompetenti] mhix responsabbli għal xi ommissjoni f’dik il-lista. Is-superviżjoni tar-rekwiżiti li jirriżultaw minn dawn il-liġijiet mhijiex taħt is-superviżjoni ta’ [Isem l-awtorità kompetenti]. L-applikabbiltà ta’ dawn ir-rekwiżiti, u kwalunkwe rekwiżiti legali oħra, għandhom jiġu vvalutati qabel il-kummerċjalizzazzjoni jew l-investiment f’[UCITS/AIF/UCITS jew AIF]. Fejn teżisti inċertezza, dawk li jikkummerċjalizzaw jew jinvestu f’UCITS jew AIFs għandhom jiksbu parir indipendenti dwar ir-rekwiżiti applikabbli għas-sitwazzjoni individwali tagħhom.

*

Jekk ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni għall-UCITS u r-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs jiġu ppubblikati fuq paġni web separati fuq is-sit web ta’ awtorità kompetenti, ir-“rekwiżiti l-oħra” jridu jiġu ppubblikati fuq iż-żewġ paġni.

ANNESS II

Mudell għall-pubblikazzjoni tas-sommarji tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs u l-UCITS

[Indika d-data meta l-informazzjoni ġiet immodifikata l-aħħar jekk dan is-sommarju jiġi ppubblikat fuq paġna web separata għall-informazzjoni fl-Anness I]

Sommarju tar-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-UCITS

(Daħħal is-sommarju tar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni għall-UCITS, filwaqt li tidentifika b’mod partikolari r-regoli li jirregolaw:

(a)

notifika u approvazzjoni minn qabel tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni;

(b)

kwalunkwe rekwiżit ieħor għall-kummerċjalizzazzjoni tal-UCITS li l-awtorità kompetenti tqis xieraq [fejn applikabbli].)

Sommarju tar-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs

(Daħħal is-sommarju tar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs, filwaqt li tidentifika b’mod partikolari r-regoli li jirregolaw:

(a)

notifika u approvazzjoni minn qabel tal- kummerċjalizzazzjoni;

(b)

notifika u approvazzjoni minn qabel tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni;

(c)

il-kummerċjalizzazzjoni lil investituri fil-livell ta’ konsumatur jew lil investituri professjonali;

(d)

rekwiżiti addizzjonali applikabbli b’mod partikolari għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ AIFs li jeżistu skont il-liġi nazzjonali (eż. ekwità privata jew AIFs tal-proprjetà immobbli);

(e)

kwalunkwe rekwiżiti oħra għall-kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs li l-awtorità kompetenti tqis xieraq [fejn applikabbli].)


ANNESS III

Mudell għall-pubblikazzjoni ta’ tariffi u imposti regolatorji

[Indika d-data meta l-informazzjoni ġiet immodifikata l-aħħar]

Din il-paġna fiha informazzjoni dwar it-tariffi u l-imposti mitluba minn [isem l-awtorità kompetenti] għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha fir-rigward tal-attivitajiet transfruntiera tal-AIFMs, il-maniġers ta’ EuSEF, il-maniġers tal-EuVECA u l-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS imsemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv.

[L-awtoritajiet kompetenti jridu jużaw dan il-mudell biex jippubblikaw it-tariffi u l-imposti kollha li jimponu għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom fir-rigward tal-attivitajiet transfruntiera tal-AIFMs, il-maniġers tal-EuSEF, il-maniġers tal-EuVECA u l-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS, filwaqt li jaqsmu t-tariffi u l-imposti, fost l-oħrajn, fil-kategoriji li ġejjin, kif applikabbli].

Tariffi u imposti tal-ġestjoni transfruntiera*

(a)

ħlas għar-reġistrazzjoni;

(b)

tariffi imposti għan-notifika ta’ dokumenti u għal kwalunkwe aġġornament sussegwenti ta’ notifika minn qabel;

(c)

tariffi tal-passaportar;

(d)

tariffi tal-ġestjoni;

(e)

kwalunkwe tariffa jew imposta oħra applikabbli stabbilita skont il-liġi tal-Istat Membru [fejn applikabbli].

Tariffi u imposti ta’ kummerċjalizzazzjoni transfruntiera*

(a)

tariffi ta’ qabel il-kummerċjalizzazzjoni;

(b)

ħlas għar-reġistrazzjoni;

(c)

tariffi imposti għan-notifika ta’ dokumenti u għal kwalunkwe aġġornament sussegwenti ta’ notifika minn qabel;

(d)

tariffi tal-passaportar;

(e)

tariffi għad-denotifika;

(f)

kwalunkwe tariffa jew imposta oħra stabbilita skont il-liġi tal-Istat Membru

[fejn applikabbli].

*

Meta ma jiġu imposti l-ebda tariffi jew imposti fir-rigward tal-kategoriji elenkati hawn fuq, trid tiġi inkluża d-dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà li ġejja: “L-ebda tariffa u ħlas ma huma imposti minn [isem l-awtorità kompetenti] fir-rigward ta’ [kategorija ta’ attività rilevanti]”.

[Minbarra l-lista ta’ tariffi u imposti li huma jimponu biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom fir-rigward ta’ l-attivitajiet transfruntiera tal-AIFMs, il-maniġers ta’ EuSEF,

Il-maniġers ta’ EuVECA u l-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS, li hija stabbilita hawn taħt, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprovdu informazzjoni ġenerali dwar l-istruttura ta’ dawn it-tariffi u l-imposti.]

Mudell għat-tariffi u l-imposti

(Isem jew deskrizzjoni qasira tat-tariffa jew l-imposta)

(Bażi legali u hyperlink għall-verżjoni sħiħa tat-test legali rilevanti) (Entità responsabbli għall-ħlas tat-tariffa jew l-imposta)

(Attività li twassal għat-tariffa jew għall-ħlas)

(Deskrizzjoni tal-istruttura tat-tariffa jew tal-ħlas, inkluż, fost l-oħrajn, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

L-ammont — fejn huwa stabbilit bħala ammont fiss — jew il-metodoloġija tal-kalkolu għall-kalkolu tat-tariffa jew l-imposta — inkluż, b’mod partikolari, il-perċentwal, il-bażi tal-kalkolu, u l-indikazzjoni, kif applikabbli, tal-ammont minimu jew massimu tat-tariffa jew l-imposta, flimkien ma’ eżempju;

(b)

Jekk hijiex tariffa jew imposta inizjali jew kontinwa u, kif applikabbli, il-perjodiċità;

(c)

Id-data li fiha trid titħallas it-tariffa jew l-imposta; kif ukoll

(d)

Kwalunkwe dettall addizzjonali.)

(L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprovdu informazzjoni addizzjonali dwar l-istruttura, il-perjodiċità, jew il-metodoloġija tal-kalkolu tat-tariffa jew tal-imposta. Meta l-awtorità tqis li l-informazzjoni li tinsab fir-ringieli ta’ hawn fuq tista’ ma tkunx ċara jew tkun qarrieqa, informazzjoni addizzjonali hija obbligatorja.)

Ċaħda ta’ responsabbiltà: The fees or charges listed above are those that are levied by [name of the competent authority]. Madankollu, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ UCITS jew AIFs fi [isem l-Istat Membru] tista’ ġġarrab spejjeż oħra relatati ma’ obbligi amministrattivi, pariri minn partijiet terzi jew żvilupp kummerċjali. [Name of the competent authority] is not responsible for maintaining external websites and is not liable for any error or omission on any external website to which hyperlinks are provided on this webpage.


ANNESS IV

Mudell għan-notifika ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament

Formola għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2019/1156

MINN:

Stat Membru:

Awtorità kompetenti:

Punt ta’ kuntatt maħtur:

Posta elettronika:

(Notifika inizjali)

Għażiż Sinjur/Sinjura,

F’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2019/1156 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv, nixtieq nipprovdilek l-informazzjoni msemmija f’din id-dispożizzjoni, jiġifieri:

il-hyperlink għas-sit web ta’ [isem l-awtorità kompetenti], fejn tiġi ppubblikata l-informazzjoni dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali applikabbli li jirregolaw ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs u l-UCITS u s-sommarji tagħhom; kif ukoll

is-sommarju tar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni għall-fini tal-pubblikazzjoni fuq is-sit web tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.

It-tabella ta’ hawn taħt fiha din l-informazzjoni

Hyperlinks għas-siti web tal-awtoritajiet kompetenti

Hyperlink għas-sit web ta’ [isem l-awtorità kompetenti], fejn l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156 ġiet ippubblikata fi [speċifika l-lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali]

[Daħħal hyperlink]

(Where applicable) Hyperlink to [Name of the competent authority]‘s website, where the information referred to in Article 5(1) of Regulation (EU) 2019/1156 hija ppubblikata fi [speċifika l-lingwa l-oħra]

[Daħħal hyperlink]

Sommarju tar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni

Summary of marketing requirements referred to in Article 5(1) of Regulation (UE) 2019/1156 in [specify the language customary in the sphere of international finance]

[Daħħal sommarju tar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni]

Summary of marketing requirements referred to in Article 5(1) of Regulation (UE) 2019/1156 in [specify the other language]

Daħħal sommarju tar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni]

Dejjem

tiegħek,

[Firma]

(Fejn in-notifika tikkonċerna bidla fl-informazzjoni notifikata qabel)

Sinjur/Sinjura,

F’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2019/1156, nixtieq ninnotifika bidla fl-informazzjoni msemmija f’din id-dispożizzjoni, jiġifieri (jew) il-hyperlink għas-sit web ta’ [isem l-awtorità], fejn tiġi ppubblikata informazzjoni dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali applikabbli li jirregolaw ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs u l-UCITS u s-sommarji tagħhom, (u/jew) is-sommarju tar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni għall-fini ta’ pubblikazzjoni fuq is-sit web tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.

It-tabella ta’ hawn taħt fiha d-dettalji tal-bidla implimentata fi [data tal-implimentazzjoni tal-bidla fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti].

Hyperlinks għas-siti web tal-awtoritajiet kompetenti

Hyperlink ta’ qabel

Hyperlink aġġornata

Hyperlink għas-sit webta’ [Isem l-awtorità kompetenti], fejn l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156 ġiet ippubblikata fi (speċifika l-lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali):

[Daħħal il-hyperlink ta’ qabel]

Hyperlink aġġornata għas-sit web ta’ [Isem l-awtorità kompetenti], fejn l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156 ġiet ippubblikata fi (speċifika l-lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali):

[Daħħal il-hyperlink aġġornat]

Hyperlink għas-sit web ta’ [Isem l-awtorità kompetenti], fejn l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156 ġiet ippubblikata fi [speċifikal-lingwa l-oħra]:

[Daħħal il-hyperlink ta’ qabel]

Hyperlink aġġornat għas-sit web ta’ [Isem tal-awtorità kompetenti], fejn l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156 hija ppubblikata fi [speċifika l-lingwa l-oħra]:

[Daħħal hyperlink aġġornat]

u/jew

Sommarju tar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni

Sommarju preċedenti tar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni

Sommarju aġġornat tar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni

Verżjoni preċedenti tas-sommarju tar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni ppubblikata fi [speċifika l-lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali]:

Verżjoni aġġornata tas-sommarju tar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni ppubblikata fi [speċifika l-lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali]:

[Daħħal il-verżjoni preċedenti tas-sommarju tar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni]

[Daħħal verżjoni aġġornata tas-sommarju tar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni]

Verżjoni preċedenti tas-sommarju tar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni ppubblikata fi [speċifika l-lingwa l-oħra]:

Verżjoni aġġornata tas-sommarju tar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni ppubblikata fi [speċifika l-lingwa l-oħra]:

[Daħħal il-verżjoni preċedenti tas-sommarju tar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni]

[Daħħal verżjoni aġġornata tas-sommarju tar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni]

Dejjem

tiegħek,

[Firma]


ANNESS V

Mudell għan-notifika ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament

Formola għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2019/1156

MINN:

Stat Membru:

Awtorità kompetenti:

Punt ta’ kuntatt maħtur:

Posta elettronika:

Sinjur/Sinjura,

F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2019/1156 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv, nixtieq nipprovdilek l-informazzjoni msemmija f’din id-dispożizzjoni, jiġifieri l-hyperlink għas-sit web ta’ [isem l-awtorità kompetenti], fejn tiġi ppubblikata informazzjoni dwar it-tariffi jew l-imposti imposti fi [Stat Membru] fir-rigward tal-attivitajiet transfruntiera tal-AIFMs, il-maniġers tal-EuVECA, il-maniġers tal-EuSEF u l-kumpaniji ta’ ġestjoni tal-UCITS.

Hyperlinks għas-siti web tal-awtoritajiet kompetenti

Hyperlink għas-sit web ta’ [isem l-awtorità kompetenti], fejn l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156 ġiet ippubblikata fi [speċifika l-lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali]

[Daħħal hyperlink]

(Fejn applikabbli) Hyperlink għas-sit web ta’ [isem l-awtorità kompetenti], fejn l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156 hija ppubblikata fi [speċifika l-lingwa l-oħra]

[Daħħal hyperlink]

(Fejn in-notifika tikkonċerna bidla fl-informazzjoni notifikata qabel)

Sinjur/Sinjura,

Nixtieq ninnotifika bidla fl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2019/1156, jiġifieri l-hyperlink għas-sit web ta’ [isem l-awtorità kompetenti], fejn tiġi ppubblikata informazzjoni dwar it-tariffi jew l-imposti imposti fi [Stat Membru] b’rabta mal-attivitajiet transfruntiera tal-AIFMs, il-maniġers tal-EuVECA, il-maniġers tal-EuSEF u l-kumpaniji ta’ ġestjoni tal-UCITS.

(Fejn applikabbli) nixtieq ninnotifika bidla fl-informazzjoni ppubblikata fuq is-sit web ta’ [isem l-awtorità kompetenti] fir-rigward tat-tariffi u l-imposti regolatorji imposti fi [Stat Membru] fir-rigward tal-attivitajiet transfruntiera tal-AIFMs, il-maniġers tal-EuVECA, il-maniġers tal-EuSEF u l-kumpaniji ta’ ġestjoni tal-UCITS.

It-tabella ta’ hawn taħt fiha d-dettalji tal-bidla implimentata fi [data tal-implimentazzjoni tal-bidla fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti].

Hyperlinks għas-siti web tal-awtoritajiet kompetenti

Hyperlink ta’ qabel

Hyperlink aġġornata

Hyperlink għas-sit webta’ [isem l-awtorità kompetenti], fejn l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156 ġiet ippubblikata fi (speċifika l-lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali):

[Daħħal il-hyperlink ta’ qabel]

Hyperlink aġġornat għas-sit web ta’ [isem l-awtorità kompetenti], fejn tiġi ppubblikata l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156 (speċifika l-lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali):

[Daħħal hyperlink aġġornat]

(Fejn applikabbli) Hyperlink għas-sit web ta’ [isem l-awtorità kompetenti], fejn l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156 hija ippubblikata fi [speċifika l-lingwa l-oħra]:

[Daħħal il-hyperlink ta’ qabel]

(Fejn applikabbli) Hyperlink aġġornata għas-sit web ta’ [isem tal-awtorità kompetenti], fejn l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156 hija ppubblikatafi hija ppubblikata fi [speċifikal-lingwa l-oħra]:

[Daħħal hyperlink aġġornat]

u/jew

Dettalji tat-tariffi jew imposti regolatorji

Tariffi jew imposti regolatorji preċedenti

Tariffi jew imposti regolatorji aġġornati

Dettalji preċedenti tat-tariffi jew l-imposti regolatorji:

Dettalji aġġornati tat-tariffi jew l-imposti regolatorji:

[Daħħal id-dettalji preċedenti tat-tariffi jew l-imposti regolatorji rilevanti]

[Daħħal dettalji aġġornati tat-tariffi jew l-imposti regolatorji rilevanti]

Dejjem tiegħek,

[Firma]


ANNESS VI

ID-DATA LI GĦANDHA TIĠI PROVDUTA LILL-ESMA GĦALL-ĦOLQIEN U L-MANUTENZJONI TAL-BAŻI TA’ DATA ĊENTRALI DWAR IL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TRANSFRUNTIERA TAL-AIFS U L-UCITS

Tabella 1

Kampi ta’ data li għandhom jiġu rrappurtati

Numru

Kamp ta’ data

Dettalji li għandhom jiġu rrapportati

Standard u format li għandu jintuża

1

Isem il-fond

Isem sħiħ tal-fond.

{ALPHANUM-350}

2

Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-fond

Identifikatur uniku tal-fond.

{ALPHANUM-35}

3

LEI tal-fond

Identifikatur ta’ Entità Ġuridika tal-fond.

{LEI}

4

ISIN tal-klassi ta’ ishma

Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli tal-klassi tal-ishma.

{ISIN}

5

Isem il-kumpanija ta’ ġestjoni

Isem sħiħ tal-kumpanija ta’ ġestjoni.

{ALPHANUM-350}

6

Kumpanija ta’ ġestjoni LEI

Identifikatur ta’ Entità Ġuridika tal-kumpanija ta’ ġestjoni.

{LEI}

7

Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-kumpanija tal-ġestjoni tal-fondi

Identifikatur uniku tal-kumpanija ta’ ġestjoni tal-fondi assenjat mill-awtorità kompetenti.

{ALPHANUM-35}

8

Tip ta’ fond

Tip ta’ fond.

Għażla minn lista ta’ kampi ta’ data definiti minn qabel:

[UCIT] għall-UCITS

[AIFS] għall-AIF

[ESEF] għal EuSEF

[EVCA] għal EuVECA

[LTIF] għal “ELTIF”

9

Stat Membru li jibgħat

Isem tal-Istat Membru li qed jibgħat

{COUNTRYCODE_2}

10

L-Istat Membru ospiti

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw l-Istati Membri ospitanti kollha li fihom il-fond ġie nnotifikat għall-kummerċjalizzazzjoni.

{COUNTRYCODE_2}

11

Data ta’ notifika

Għal kull Stat Membru ospitanti, l-awtorità kompetenti għandha tindika meta tkun bagħtet

in-notifika ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-fond lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri ospitanti.

{DATEFORMAT}

12

Data ta’ denotifika

Għal kull Stat Membru ospitanti, l-awtorità kompetenti għandha tindika meta bagħtet id-denotifika tal-kummerċjalizzazzjoni tal-fond lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri ospitanti.

{DATEFORMAT}

13

Dokumentazzjoni ta’ notifika kif imsemmija fl-Artikolu 93(1) tad-Direttiva 2009/65/KE u fl-Artikoli 31(2) u 32(2) tad-Direttiva 2011/61/UE

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw l-isem tal-fajl użat biex tiġi rrappurtata d-dokumentazzjoni ta’ notifika.

Format li jippermetti li l-kontenut tad-dokument jiġi analizzat mingħajr il-ħtieġa li d-dokument jiġi kkonvertit f’format ieħor.

14

Lingwa tad-dokumentazzjoni ta’ notifika

Lingwa li biha hija abbozzata d-dokumentazzjoni ta’ notifika.

{LANGUAGE}

15

Dokumentazzjoni ta’ denotifika kif imsemmija fl-Artikolu 93a(2) tad-Direttiva 2009/65/KE u fl-Artikolu 32a(2) tad-Direttiva 2011/61/UE

Fejn applikabbli, indika l-isem tal-fajl użat biex tiġi rrappurtata d-dokumentazzjoni ta’ denotifika.

Format li jippermetti li l-kontenut tad-dokument jiġi analizzat mingħajr il-ħtieġa li d-dokument jiġi kkonvertit f’format ieħor.

16

Lingwa tad-dokumentazzjoni tad-denotifika

Lingwa li biha hija abbozzata d-dokumentazzjoni ta’ denotifika.

{LANGUAGE}

17

Imqiegħed fis-suq

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw, jekk disponibbli, jekk il-fond huwiex attwalment kummerċjalizzat.

Għażla minn lista ta’ kampi ta’ datadefiniti minn qabel:

[Y] għal Iva

[N] għal Le

[NA] għal mhux disponibbli

18

Forma tal-fond

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw jekk il-fond huwiex immaniġġat internament.

Għażla minn lista ta’ kampi ta’ datadefiniti minn qabel:

[Y] għal Iva

[N] għal Le


Tabella 2

Forom tal-kamp ta’ data

Numru

Simbolu

Tip ta’ data

Definizzjoni

1

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Kamp ta’ data għal test liberu

2

{LEI}

20 karattri alfanumeriċi

Identifikatur ta’ Entità Ġuridika kif definit f’ISO 17442

3

{ISIN}

12 karattri alfanumeriċi

Kodiċi ISIN, kif definit f’ISO 6166

4

{COUNTRYCODE_2}

Żewġ karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ittri, kif definit mill-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alfa-2

5

{LANGUAGE}

Kodiċi b’żewġ ittri

ISO 639-1

6

{DATEFORMAT}

Dati fil-format li ġej: SSSS-XX-JJ; Id-dati iridu jiġu rrapportati f’UTC

Format tad-data skont l-ISO 8601


15.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/45


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/956

tal-31 ta’ Mejju 2021

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ fil-merkanzija.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, jenħtieġ li l-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella ppreżentata fl-Anness jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati fil-kolonna (3) ta’dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tkunx tikkonforma ma’ dan ir-Regolament tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Jenħtieġ li dan il-perjodu jkun ta’ tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif ippreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Gerassimos THOMAS

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett modulari b’karatteristiċi ta’ assorbiment tal-ħoss u ta’ iżolament tal-ħoss (hekk imsejħa “sistema kamra f’kamra”). Meta mmuntat, id-dimensjonijiet tiegħu huma: bejn wieħed u ieħor 3 m fil-wisa’, bejn 2 m u 6 m fit-tul u 2,3 m fil-għoli, u l-ħitan tiegħu għandhom ħxuna ta’ bejn wieħed u ieħor 40 mm.

Jikkonsisti minn qafas kubiku tal-aluminju, mgħaqqad flimkien b’sensiela ta’ kantunieri tal-metall u ta’ pannelli, li jintramaw mal-ġnub u fil-parti ta’ fuq tal-istruttura.

Kull pannell jikkonsisti minn kisja ta’ poliester akustiku stampat magħmul minn drapp reżistenti għan-nar fuq naħa u minn ċippboard laminat fuq in-naħa l-oħra. Il-parti ta’ ġewwa tal-pannell hija kkuttunata bil-fibra tal-ġebla (densità ta’ 100 kg/m3).

Is-saqaf huwa magħmul minn pannelli tal-poliester u travetti tal-aluminju. L-oġġett huwa mgħammar ukoll b’bieb, twieqi, sistema tat-tidwil bl-LED u sistema tal-ventilazzjoni.

L-oġġett huwa ddisinjat bħala kostruzzjoni speċjali li tintrama ġewwa bini eżistenti lest, peress li ma joffri l-ebda protezzjoni mill-elementi. Huwa ppreżentat biex jintuża f’uffiċċji open-plan, bħala żona magħluqa għad-diskussjonijiet kunfidenzjali, jew biex tinħoloq żona kwieta.

Ara l-istampa  (*1)

7610 90 90

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1, 2(a), 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċijiet NM 7610 , 7610 90 u 7610 90 90 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9406 hija eskluża peress li l-oġġett mhuwiex “bini prefabbrikat” awtonomu lest jew mhux komplut peress li la jista’ jitqies bħala akkomodazzjoni residenzjali jew għal post tax-xogħol u lanqas bħala bini simili (ara wkoll in-Nota 4 tal-Kapitolu 94 u n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 9406 ). Mhuwiex tajjeb għall-użu fuq barra peress li mhux reżistenti għall-elementi. L-oġġett huwa ddisinjat bħala kostruzzjoni speċjali li tintrama ġewwa bini eżistenti lest.

L-oġġett huwa prodott kompost, li l-karattru essenzjali tiegħu huwa pprovdut mill-element kostruttiv (qafas tal-aluminju). Għalhekk għandu jiġi kklassifikat skont il-materjal kostitwent ta’ dak il-komponent.

Għaldaqstant, l-oġġett irid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 7610 90 90 bħal strutturi oħra tal-aluminju.

Image 1


(*1)  L-istampa hija biss għal raġunijiet ta’ inforazzjoni.


15.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/48


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/957

tal-31 ta’ Mejju 2021

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, jenħtieġ li l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella ppreżentata fl-Anness jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati fil-kolonna (3) ta’dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa fir-rigward tal-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Jenħtieġ li dak il-perjodu jkun ta’ tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif ippreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li mhijiex konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Gerassimos THOMAS

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni (Kodiċi-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett f’forma ovali b’tul ta’ madwar 180 cm u wisa’ massima ta’ 95 cm. Jikkonsisti fi drapp tessili maħdum ħafif bil-ganċ li joħloq struttura qisha xibka mwaħħla ma’ tubu tal-plastik li jintefaħ li jservi ta’ qafas għad-drapp tessili. Ma’ naħa waħda tat-tubu hemm imwaħħla mħadda tal-plastik li tintefaħ. It-tubu u l-imħadda huma kompletament magħluqa bi drapp tessili minsuġ ta’ raden ta’ filament sintetiku.

Is-superfiċe esterna tal-oġġett hija magħmula kompletament minn materjali tessili, li jipprevalu fuq il-plastik fil-volum. B’mod speċjali, l-istruttura li qisha xibka fejn jimtedd l-utent hija magħmula esklużivament minn materjal tessili. Madankollu, il-plastik jipprevali fuq il-materjali tessili fil-piż u l-valur.

L-oġġett huwa ddiżinjat biex iżomm f’wiċċ l-ilma, l-istess bħal mitraħ pnewmatiku tal-ilma.

Ara l-istampa  (*1)

6306 90 00

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-regoli ġenerali (GIR) 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (NM), min-nota 7(f) tat-Taqsima XI tan-NM u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 6306 u 6306 90 00 .

L-oġġett huwa prodott kompost magħmul minn materjali differenti (drappijiet tessili u plastik) fis-sens tal-GIR 3(b).

Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 3926 90 97 bħala oġġetti oħrajn tal-plastik hija eskluża għax l-oġġett għandu l-karatteristiċi oġġettivi ta’ oġġett tessili meta wieħed iħares lejh, imissu jew jimtedd fuqu minħabba l-materjal tas-superfiċe esterna ta’ materjal esklużivament tessili. Għalkemm il-plastik għandu rwol importanti fir-rigward tal-użu tal-oġġett bħala apparat li jżomm f’wiċċ l-ilma, id-drappijiet tessili li qishom xibka fin-nofs huma essenzjali biex persuna tkun tista’ timtedd fuq l-apparat waqt li jkun qed iżżomm f’wiċċ l-ilma. Għaldaqstant, b’mod ġenerali l-materjali tessili (il-materjal tas-superfiċe esterna, id-drapp tessili minsuġ qisu xibka) jagħtu l-oġġett il-karattru essenzjali tiegħu fis-sens tal-GIR 3(b).

Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tal-oġġett (iddisinjat biex jinġarr f’postijiet differenti u biex jintuża hemmhekk temporanjament, ħafif, faċli biex jiġi ttrasportat u ppreparat, jixbah l-imtieraħ pnewmatiċi), huwa oġġett għall-ikkampjar. Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tan-NM għall-intestatura 6306 90 00 u n-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata ta’ 6306 , l-ewwel subparagrafu, il-punt (5).

Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 6306 90 00 bħala oġġetti għall-ikkampjar.

Image 2


(*1)  L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta’ informazzjoni.


DEĊIŻJONIJIET

15.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/51


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/958

tal-31 ta’ Mejju 2021

li tistabbilixxi l-format għar-rapportar tad-data u l-informazzjoni dwar l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik imqiegħed fis-suq u l-iskart tal-irkaptu tas-sajd miġbur fl-Istati Membri u l-format għar-rapport tal-verifika ta’ kwalità f’konformità mal-Artikoli 13(1)(d) u 13(2) tad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tagħha,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 13(1)(d) tad-Direttiva (UE) 2019/904, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data dwar l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik imqiegħed fis-suq u dwar l-irkaptu tas-sajd skartat miġbur fl-Istat Membru fil-format stabbilit mill-Kummissjoni.

(2)

L-Artikolu 13(2) tad-Direttiva (UE) 2019/904 jistipula li d-data u l-informazzjoni rrappurtati mill-Istati Membri jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn rapport ta’ verifika tal-kwalità. Il-format tar-rapport ta’ verifika tal-kwalità jenħtieġ li jiżgura li l-informazzjoni u d-data rrappurtati jipprovdu bażi suffiċjenti għall-verifika tal-preċiżjoni, l-affidabbiltà u l-komparabbiltà ta’ din l-informazzjoni u d-data bejn l-Istati Membri.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva (UE) 2019/904, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrappurtaw lill-Kummissjoni d-data u l-informazzjoni b’mod elettroniku fi żmien 18-il xahar minn tmiem is-sena ta’ rappurtar li jkunu nġabru għaliha.

(4)

Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi ta’ rappurtar tagħhom skont id-Direttiva (UE) 2019/904 u biex jiżguraw il-preċiżjoni u l-komparabbiltà tad-data rrappurtata, il-format għar-rappurtar tad-data dwar l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik imqiegħed fis-suq u dwar l-iskart tal-irkaptu tas-sajd miġbur fl-Istat Membru għandu jiġi stabbilit f’konformità mal-Artikolu 13(4) tad-Direttiva (UE) 2019/904.

(5)

Il-format stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jeħtieġ li l-ammonti tal-irkaptu tas-sajd imqiegħed fis-suq u tal-iskart tal-irkaptu tas-sajd jiġu rrappurtati skont il-piż. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-rappurtar ikun jista’ jsir skont il-format.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Xjentifiku u Tekniku u l-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar l-iskart stabbiliti taħt l-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data dwar l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik imqiegħed fis-suq u dwar l-irkaptu tas-sajd skartat miġbur imsemmi fl-Artikolu 13(1)(d) tad-Direttiva (UE) 2019/904 fil-format għar-rappurtar tad-data stipulat fl-Anness 1 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom ifasslu r-rapport ta’ verifika tal-kwalità msemmi fl-Artikolu 13(2) tad-Direttiva (UE) 2019/904 fil-format stabbilit fl-Anness 2 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 12.6.2019, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).


ANNESS 1

Format għar-rappurtar tad-data dwar l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik imqiegħed fis-suq u l-iskart tal-irkaptu tas-sajd miġbur, f’konformità mal-Artikolu 13(1)(d) tad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

A.   Format għar-rappurtar tad-data dwar l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik imqiegħed fis-suq (1)

 

 

Pannelli tax-xibka magħmulin minn spag oħxon (2)

(Ø ≥1mm)

Pannelli tax-xibka magħmulin minn spag irqiq

(Ø≤ 1mm)

Irkaptu ieħor b’materjal tal-plastik jew partijiet minnu

Partijiet tal-irkaptu mhux tal-plastik (3)

Bagi, sufruni, ħbula

Total (*1) =

(tunnellati)

A+B+C+D+E

A

B

C

D = I+K

E = F+J+L

Total ta’ plastiks=

A+B+C+F

A

B

C

 

F

Polipropilen (PP)

 

 

 

 

 

 

Polietilen (PE)

 

 

 

 

 

 

Polietilen ta’ piż molekulari għoli (HMPE)

 

 

 

 

 

 

Nylon

 

 

 

 

 

 

Oħrajn (PET, PVC, HDPE, EVA eċċ..)

 

 

 

 

 

 

Taħlita ta’ polimeri

 

 

 

 

 

 

Total ta’ metalli

G = I+J

 

 

 

I

J

Azzar

 

 

 

 

 

 

Aluminju

 

 

 

 

 

 

Ċomb

 

 

 

 

 

 

Metall jew metall imħallat ieħor

 

 

 

 

 

 

Total ta’ gomma

H = K+L

 

 

 

K

L

B.   Format għar-rappurtar tad-data dwar l-iskart tal-irkaptu tas-sajd miġbur (4)

 

Total

Pannelli tax-xibka magħmulin minn spag oħxon (5)

(Ø ≥1mm)

Pannelli tax-xibka magħmulin minn spag irqiq

(Ø≤ 1mm)

Irkaptu ieħor b’materjal tal-plastik jew partijiet minnu

Partijiet tal-irkaptu mhux tal-plastik (6)

Bagi, sufruni, ħbula

Total (*2) =

(tunnellati)

A+B+C+D+E

A

B

C

D = I+K

E = F+J+L

Total ta’ plastiks =

A+B+C+F

A

B

C

 

F

Polipropilen (PP)

 

 

 

 

 

 

Polietilen (PE)

 

 

 

 

 

 

Polietilen ta’ piż molekulari għoli (HMPE)

 

 

 

 

 

 

Nylon

 

 

 

 

 

 

Oħrajn (PET, PVC, HDPE, EVA eċċ..)

 

 

 

 

 

 

Taħlita ta’ polimeri

 

 

 

 

 

 

Total ta’ metalli

G = I+J

 

 

 

I

J

Azzar

 

 

 

 

 

 

Aluminju

 

 

 

 

 

 

Ċomb

 

 

 

 

 

 

Metall jew metall imħallat ieħor

 

 

 

 

 

 

Total ta’ gomma

H = K+L

 

 

 

K

L


(1)  Id-data għandha tiġi rrappurtata skont il-piż (tunnellati) — ir-rapport ta’ verifika tal-kwalità jrid jispeċifika jekk intużawx fatturi ta’ konverżjoni (eż. minn volum għal massa).

(*1)  L-ammonti totali (fil-kaxxi l-bojod) tal-irkaptu tas-sajd u l-komponenti tiegħu biss huma obbligatorji għar-rappurtar.

Il-kaxxi mimlijin bl-iswed mhumiex rilevanti.

(2)  “Spag” ikopri l-ispag, il-ħbula, il-ħbula ħfief, eċċ. kollha kemm jekk jikkonsistu minn filament wieħed (monofilament) jew minn filamenti multipli mibrumin jew immaljati flimkien biex jiffurmaw spaga waħda b’diversi strixxi.

(3)  Dan jista’ jinkludi piżijiet tal-metall, rombli tal-lastku, apparati/grilji ta’ evakwazzjoni, eċċ.

(4)  Id-data għandha tiġi rrappurtata skont il-piż (tunnellati) — ir-rapport ta’ verifika tal-kwalità jrid jispeċifika jekk intużawx fatturi ta’ konverżjoni (eż. minn volum għal massa).

(*2)  L-ammonti totali (fil-kaxxi l-bojod) tal-irkaptu tas-sajd u l-komponenti tiegħu biss huma obbligatorji għar-rappurtar. Dan jinkludi kwalunkwe rkaptu tas-sajd li fih il-plastik, kif ukoll kwalunkwe komponent, sustanza jew materjal separat li kien parti minn tali rkaptu tas-sajd jew li kien imwaħħal miegħu meta ġie skartat, inkluż meta ġie abbandunat jew mitluf. Il-kaxxi mimlijin bl-iswed mhumiex rilevanti.

(5)  1“Spag” ikopri l-ispag, il-ħbula, il-ħbula ħfief, eċċ. kollha kemm jekk jikkonsistu minn filament wieħed (monofilament) jew minn filamenti multipli li huma mibrumin jew immaljati flimkien biex jiffurmaw spaga waħda b’diversi strixxi.

(6)  2 Dan jista’ jinkludi piżijiet tal-metall, rombli tal-lastku, apparat/grilji ta’ evakwazzjoni, eċċ.


ANNESS 2

Format għar-rapport ta’ verifika tal-kwalità li jakkumpanja d-data msemmija fl-Anness 1, f’konformità mal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

I.   Objettiv tar-rapport

Ir-rapport dwar il-verifika ta’ kwalità għandu l-għan li jiġbor informazzjoni dwar il-metodi ta’ kompilazzjoni tad-data u l-kwalità tad-data ppreżentata. Ir-rapport għandu jippermetti fehim aħjar tal-approċċi meħuda mill-Istati Membri dwar il-ġbir tad-data kif ukoll biex jippermetti li d-data titqabbel bejn l-Istati Membri. Jakkumpanja r-rappurtar tal-Istati Membri dwar l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik imqiegħed fis-suq u l-iskart tal-irkaptu tas-sajd miġbur.

Ir-rapport ta’ verifika tal-kwalità għandu jevalwa l-kwalità tal-proċessi tal-ġbir tad-data, inkluż l-ambitu u l-validazzjoni tas-sorsi tad-data amministrattiva u l-validità statistika tal-approċċi bbażati fuq l-istħarriġ.

Barra minn hekk, ir-rapport ta’ verifika tal-kwalità għandu jikkunsidra r-raġunijiet għal bidliet sinifikanti fid-data rrappurtata u jiżgura l-fiduċja fil-preċiżjoni ta’ dik id-data.

II.   Format għar-rapport ta’ verifika tal-kwalità: Irkaptu tas-sajd li fih il-plastik imqiegħed fis-suq

1.   Informazzjoni Ġenerali

Stat Membru:

 

Organizzazzjoni responsabbli għas-sottomissjoni tad-data:

 

Email ta’ kuntatt:

 

Nru tat-telefon:

 

Sena ta’ referenza:

 

Data ta’ konsenja/verżjoni:

 

Link għall-pubblikazzjoni tad-data mill-Istat Membru (jekk hemm):

 

2.   Deskrizzjoni tal-partijiet involuti fil-ġbir tad-data

Isem l-istituzzjoni

Responsabbiltajiet ewlenin

 

 

Żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ

3.   Deskrizzjoni tal-metodi użati

3.1.   Speċifikazzjoni tal-metodi u s-sorsi

Metodi tal-ġbir tad-data/tas-sors tad-data

Data obbligatorja

(metodu/sors: iva/le)

Data volontarja (fakultattiva)

(metodu/sors: iva/le)

Rappurtar amministrattiv (ċensiment)

 

 

Stħarriġ (ċensiment jew teħid ta’ kampjuni)

 

 

Statistika tal-kummerċ (eż. bl-użu tad-data Prodcom jew Comext)

 

 

Skema tar-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (EPR)

 

 

Produtturi/kummerċjanti tal-irkaptu

 

 

Oħrajn (speċifika)

 

 

Indika n-numru tas-sors ta’ referenza bejn il-parentesi fil-kaxxi li ġew imwieġba “iva”, eż. iva (1).

Żid spjegazzjonijiet speċifiċi fit-tabella ta’ hawn taħt għall-kaxxi li ġew imwieġba “iva”, bl-użu tan-numri ta’ referenza. Indika l-frekwenza tal-ġbir tad-data (eż. kull xahar, kull tliet xhur, kull sena, kontinwu) jekk disponibbli.

Nru ta’ Ref.

Spjegazzjoni/deskrizzjoni ulterjuri

 

 

Żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ

3.2.   Speċifikazzjoni tal-fatturi ta’ konverżjoni

Jekk intużaw fatturi ta’ konverżjoni (1) biex tiġi stmata d-data volontarja, speċifikahom fit-tabella ta’ hawn taħt.

 

Irkaptu tas-sajd totali li fih il-plastik (tunnellati)

Pannelli tax-xibka magħmulin minn spag oħxon

(Ø ≥1mm)

Pannelli tax-xibka u lenez magħmulin minn spag irqiq

(Ø≤ 1mm)

Irkaptu ieħor b’materjal tal-plastik jew partijiet minnu

Partijiet tal-irkaptu mhux tal-plastik

Bagi, sufruni, ħbula

Total għal kull tip ta’ materjal

Total (*1) (tunnellati)

Valur obbligatorju

 

 

 

 

 

 

Total ta’ plastiks

 

 

 

 

 

 

 

Polipropilen (PP)

 

 

 

 

 

 

 

Polietilen (PE)

 

 

 

 

 

 

 

Polietilen ta’ piż molekulari għoli (HMPE)

 

 

 

 

 

 

 

Nylon

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

Imħallat

 

 

 

 

 

 

 

Total ta’ metalli

 

 

 

 

 

 

 

Azzar

 

 

 

 

 

 

 

Aluminju

 

 

 

 

 

 

 

Ċomb

 

 

 

 

 

 

 

Metall jew metall imħallat ieħor

 

 

 

 

 

 

 

Total ta’ gomma

 

 

 

 

 

 

 

Total għal kull komponent tal-irkaptu

 

 

 

 

 

 

 

4.   Preċiżjoni tad-data

4.1.   Stħarriġ statistiku dwar il-kwantità ta’ rkaptu tas-sajd imqiegħed fis-suq

Ambitu tar-rapport

Sena

Unitajiet statistiċi

Perċentwal tal-popolazzjoni mistħarrġa

Data (t)

Livell ta’ fiduċja

Marġni ta’ żball

Aġġustamenti mis-sena tal-istħarriġ għas-sena attwali

Dettalji oħra

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Żid ir-ringieli għal kull stħarriġ li sar.

Żid spjegazzjonijiet speċifiċi fit-tabella ta’ hawn taħt permezz ta’ numerazzjoni/referenzjar tal-kaxxi ta’ hawn fuq.

Nru

Spjegazzjoni/deskrizzjoni ulterjuri

 

 

Żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ

4.2.   Kwistjonijiet ewlenin ta’ preċiżjoni

Deskrizzjoni tal-kwistjonijiet ewlenin li jaffettwaw il-preċiżjoni tad-data, inkluż l-iżbalji relatati mal-kampjunar, mal-kopertura, mal-kejl, mal-ipproċessar u man-nuqqas ta’ tweġiba. Deskrizzjoni tal-metodi użati.

Nru

Kwistjoni ta’ preċiżjoni

Spjegazzjoni/deskrizzjoni ulterjuri

1

Kampjunar

 

2

Kopertura

 

3

Kejl

 

4

Ipproċessar

 

5

Nuqqas ta’ tweġiba

 

6

Estimi

 

7

Oħrajn (speċifika)

 

Żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ

4.3.   Differenzi mid-data tas-sena ta’ qabel

Bidliet metodoloġiċi sinifikanti fil-metodu tal-kalkolu għas-sena ta’ referenza attwali, jekk hemm (jekk jogħġbok inkludi b’mod partikolari r-reviżjonijiet retrospettivi, in-natura tagħhom u jekk huwiex meħtieġ break-flag għal sena partikolari).

Nru

Spjegazzjoni/deskrizzjoni ulterjuri

 

 

Żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ

4.4.   Verifika tad-data

 

Kontroverifika

(iva/le)

Verifika tas-serje kronoloġika

(iva/le)

Awditjar

(iva/le)

Proċess ta’ verifika

(iva/le)

Data obbligatorja

 

 

 

 

Data volontarja

 

 

 

 

Informazzjoni addizzjonali dwar il-metodi, inkluż il-kombinazzjoni tal-metodi użati.

 

Deskrizzjoni dettaljata tal-metodi għall-verifika

Data obbligatorja

 

Data volontarja (fakultattiva)

 

5.   Kunfidenzjalità

5.1.   Speċifika skont il-punt innumerat kif ġiet żgurata l-kunfidenzjalità (eżempju: miżuri jew proċeduri li jipprevjenu l-iżvelar mhux awtorizzat ta’ data eċċ.).

Nru

Deskrizzjoni

 

 

Żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ

5.2.   Kwistjonijiet ta’ kunfidenzjalità relatati mal-pubblikazzjoni tad-data

Nru

Deskrizzjoni

 

 

Żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ

6.   Tixrid: siti web u pubblikazzjonijiet nazzjonali ewlenin

Is-suġġetti li għandhom jiġu elenkati hawn taħt huma relatati mat-tixrid tad-data.

Nru

Lista ta’ siti web, dokumenti, pubblikazzjonijiet

 

 

7.   Metadata

Lista ta’ dokumenti relatati mal-metodoloġija tal-ġbir tad-data, mal-ipproċessar tad-data u mal-kontroll tal-kwalità.

Suġġett

Jeżisti dokument (iva/le)

Referenza għad-dokument (titlu, sena, link tal-web jekk applikabbli)

Ġbir tad-data

 

 

Ipproċessar tad-data

 

 

Kontroll tal-kwalità

 

 

III.   Format għar-rapport ta’ verifika tal-kwalità: Skart tal-irkaptu tas-sajd miġbur

1.   Informazzjoni Ġenerali

Stat Membru:

 

Organizzazzjoni responsabbli għas-sottomissjoni tad-data:

 

Email ta’ kuntatt:

 

Nru tat-telefon:

 

Sena ta’ referenza:

 

Data ta’ konsenja/verżjoni:

 

Link għall-pubblikazzjoni tad-data mill-Istat Membru (jekk hemm):

 

2.   Deskrizzjoni tal-partijiet involuti fil-ġbir tad-data

Isem l-istituzzjoni

Responsabbiltajiet ewlenin

 

 

Żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ

3.   Deskrizzjoni tal-metodi użati

3.1.   Speċifikazzjoni tal-metodi u s-sorsi

Metodi tal-ġbir tad-data/tas-sors tad-data

Data obbligatorja

(metodu/sors: iva/le)

Data volontarja (fakultattiva)

(metodu/sors: iva/le)

Rappurtar amministrattiv (ċensiment)

 

 

Stħarriġ (ċensiment jew teħid ta’ kampjuni)

 

 

Portijiet

 

 

Skema tar-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (EPR)

 

 

Produtturi/kummerċjanti tal-irkaptu

 

 

Operaturi tal-ġestjoni tal-iskart

 

 

Oħrajn (speċifika)

 

 

Indika n-numru tas-sors ta’ referenza bejn il-parentesi fil-kaxxi li ġew imwieġba “iva”, eż. iva (1).

Żid spjegazzjonijiet speċifiċi fit-tabella ta’ hawn taħt għall-kaxxi li ġew imwieġba “iva”, bl-użu tan-numri ta’ referenza. Indika l-frekwenza tal-ġbir tad-data (eż. kull xahar, kull tliet xhur, kull sena, kontinwu) jekk disponibbli.

Nru ta’ Ref.

Spjegazzjoni/deskrizzjoni ulterjuri

 

 

Żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ

3.2.   Speċifikazzjoni tal-fatturi ta’ konverżjoni

Jekk intużaw fatturi ta’ konverżjoni (2) biex tiġi stmata d-data volontarja, speċifikahom fit-tabella ta’ hawn taħt.

 

Irkaptu tas-sajd totali li fih il-plastik (tunnellati)

Pannelli tax-xibka magħmulin minn spag oħxon

(Ø ≥1mm)

Pannelli tax-xibka u lenez magħmulin minn spag irqiq

(Ø≤ 1mm)

Irkaptu ieħor b’materjal tal-plastik jew partijiet minnu

Partijiet tal-irkaptu mhux tal-plastik

Bagi, sufruni, ħbula

Total għal kull tip ta’ materjal

Total (*2) (tunnellati)

Valur obbligatorju

 

 

 

 

 

 

Total ta’ plastiks

 

 

 

 

 

 

 

Polipropilen (PP)

 

 

 

 

 

 

 

Polietilen (PE)

 

 

 

 

 

 

 

Polietilen ta’ piż molekulari għoli (HMPE)

 

 

 

 

 

 

 

Nylon

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

Imħallat

 

 

 

 

 

 

 

Total ta’ metalli

 

 

 

 

 

 

 

Azzar

 

 

 

 

 

 

 

Aluminju

 

 

 

 

 

 

 

Ċomb

 

 

 

 

 

 

 

Metall jew metall imħallat ieħor

 

 

 

 

 

 

 

Total ta’ gomma

 

 

 

 

 

 

 

Total għal kull komponent tal-irkaptu

 

 

 

 

 

 

 

4.   Preċiżjoni tad-data

4.1.   Stħarriġiet statistiċi dwar il-kwantità tal-irakptu tal-irkaptu tas-sajd miġbur

Ambitu tar-rapport

Sena

Unitajiet statistiċi

Perċentwal tal-popolazzjoni mistħarrġa

Data (t)

Livell ta’ fiduċja

Marġni ta’ żball

Aġġustamenti mis-sena tal-istħarriġ għas-sena attwali

Dettalji oħra

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Żid ir-ringieli għal kull stħarriġ li sar.

Żid spjegazzjonijiet speċifiċi fit-tabella ta’ hawn taħt permezz ta’ numerazzjoni/referenzjar tal-kaxxi ta’ hawn fuq.

Nru

Spjegazzjoni/deskrizzjoni ulterjuri

 

 

Żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ

4.2.   Kwistjonijiet ewlenin ta’ preċiżjoni

Deskrizzjoni tal-kwistjonijiet ewlenin li jaffettwaw il-preċiżjoni tad-data, inkluż l-iżbalji relatati mal-kampjunar, mal-kopertura, mal-kejl, mal-ipproċessar u man-nuqqas ta’ tweġiba. Deskrizzjoni tal-metodi użati.

Nru

Kwistjoni ta’ preċiżjoni

Spjegazzjoni/deskrizzjoni ulterjuri

1

Kampjunar

 

2

Kopertura

 

3

Kejl

 

4

Ipproċessar

 

5

Nuqqas ta’ tweġiba

 

6

Estimi

 

7

Oħrajn (speċifika)

 

Żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ

4.3.   Differenzi mid-data tas-sena ta’ qabel

Bidliet metodoloġiċi sinifikanti fil-metodu tal-kalkolu għas-sena ta’ referenza attwali, jekk hemm (jekk jogħġbok inkludi b’mod partikolari r-reviżjonijiet retrospettivi, in-natura tagħhom u jekk huwiex meħtieġ break-flag għal sena partikolari).

Nru

Spjegazzjoni/deskrizzjoni ulterjuri

 

 

Żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ

4.4.   Verifika tad-data

 

Kontroverifika

(iva/le)

Verifika tas-serje kronoloġika

(iva/le)

Awditjar

(iva/le)

Proċess ta’ verifika

(iva/le)

Data obbligatorja

 

 

 

 

Data volontarja

 

 

 

 

Informazzjoni addizzjonali dwar il-metodi, inkluż il-kombinazzjoni tal-metodi użati.

 

Deskrizzjoni dettaljata tal-metodi għall-verifika

Data obbligatorja

 

Data volontarja (fakultattiva)

 

5.   Kunfidenzjalità

5.1.   Speċifika skont il-punt innumerat kif ġiet żgurata l-kunfidenzjalità (eżempju: miżuri jew proċeduri li jipprevjenu l-iżvelar mhux awtorizzat ta’ data eċċ.).

Nru

Deskrizzjoni

 

 

Żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ

5.2.   Kwistjonijiet ta’ kunfidenzjalità relatati mal-pubblikazzjoni tad-data

Nru

Deskrizzjoni

 

 

Żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ

6.   Tixrid: siti web u pubblikazzjonijiet nazzjonali ewlenin

Is-suġġetti li għandhom jiġu elenkati hawn taħt huma relatati mat-tixrid tad-data.

Nru

Lista ta’ siti web, dokumenti, pubblikazzjonijiet

 

 

7.   Metadata

Lista ta’ dokumenti relatati mal-metodoloġija tal-ġbir tad-data, mal-ipproċessar tad-data u mal-kontroll tal-kwalità.

Suġġett

Jeżisti dokument (iva/le)

Referenza għad-dokument (titlu, sena, link tal-web jekk applikabbli)

Ġbir tad-data

 

 

Ipproċessar tad-data

 

 

Kontroll tal-kwalità

 

 


(1)  Fattur ta’ konverżjoni huwa multiplikatur aritmetiku għall-konverżjoni ta’ kwantità espressa f’sett wieħed ta’ unitajiet f’ekwivalenti espress f’ieħor

(*1)  Il-kaxxi mimlijin bl-iswed mhumiex rilevanti.

(2)  Fattur ta’ konverżjoni huwa multiplikatur aritmetiku għall-konverżjoni ta’ kwantità espressa f’sett wieħed ta’ unitajiet f’ekwivalenti espress f’ieħor.

(*2)  Il-kaxxi mimlijin bl-iswed mhumiex rilevanti.