ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
FTEHIMIET INTERISTITUZZJONALI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERISTITUZZJONALI
11.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/1 |
FTEHIM INTERISTITUZZJONALI
tal-20 ta’ Mejju 2021
bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar Reġistru Obbligatorju ta’ Trasparenza
IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 295 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea (“l-istituzzjonijiet firmatarji”) iżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili f’konformità mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) u (2) tiegħu. |
(2) |
Dak id-djalogu jippermetti lill-partijiet ikkonċernati jippreżentaw il-fehmiet tagħhom dwar deċiżjonijiet li jistgħu jaffettwawhom u b’hekk jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-bażi ta’ evidenza li fuqha jsiru l-proposti ta’ politika. L-involviment mal-partijiet ikkonċernati jtejjeb il-kwalità tat-teħid tad-deċiżjonijiet billi jipprovdi mezzi kif jistgħu jingħataw għarfien espert u fehmiet esterni. |
(3) |
It-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont huma essenzjali biex tinżamm il-fiduċja taċ-ċittadini tal-Unjoni fil-leġittimità tal-proċessi politiċi, leġiżlattivi u amministrattivi tal-Unjoni. |
(4) |
L-istituzzjonijiet firmatarji jirrikonoxxu l-importanza li jikkoordinaw l-approċċ tagħhom permezz tal-adozzjoni ta’ qafas konġunt għall-kooperazzjoni tagħhom, sabiex jippromwovu aktar ir-rappreżentanza ta’ gruppi ta’ interess li tkun trasparenti u etika. |
(5) |
It-trasparenza li tikkonċerna r-rappreżentanza ta’ gruppi ta’ interess hija importanti b’mod speċjali biex tippermetti liċ-ċittadini jsegwu l-attivitajiet u jkunu konxji mill-influwenza potenzjali tar-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess, inkluża l-influwenza eżerċitata permezz ta’ appoġġ finanzjarju u sponsorizzazzjoni. Din it-trasparenza tiġi żgurata l-aħjar permezz ta’ kodiċi ta’ kondotta li jkun fih ir-regoli u l-prinċipji li għandhom jiġu osservati mir-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess li jirreġistraw f’reġistru ta’ trasparenza (ir-“reġistru”). |
(6) |
Fid-dawl tal-esperjenza pożittiva bir-reġistru ta’ trasparenza għal organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE stabbilit bil-ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta’ April 2014 (1) (“il-Ftehim tal-2014”), l-istituzzjonijiet firmatarji jqisu li l-ambitu tal--Ftehim tal-2014 jenħtieġ li jitwessa. |
(7) |
Huwa meħtieġ li r-reġistru jsir obbligatorju billi jiġu stabbiliti, permezz ta’ deċiżjonijiet individwali adottati minn kull waħda mill-istituzzjonijiet firmatarji, miżuri b’effett ekwivalenti li jagħmlu r-reġistrazzjoni tar-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess fir-reġistru prekundizzjoni neċessarja għat-twettiq ta’ ċerti tipi ta’ attivitajiet ta’ rappreżentanza ta’ gruppi ta’ interess. |
(8) |
Sabiex jissaħħaħ aktar il-qafas konġunt u ssir aktar ħidma fuq il-progress li sar fl-istabbiliment ta’ kultura ta’ trasparenza komuni, l-istituzzjonijiet firmatarji jenħtieġ li jippubblikaw fuq is-sit web tar-reġistru miżuri ta’ kundizzjonalità u ta’ trasparenza komplementari li huma jistabbilixxu biex jinkoraġġixxu r-reġistrazzjoni, bħal listi ta’ indirizzi elettroniċi apposta, ir-rakkomandazzjoni li ċerti persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet jiltaqgħu biss ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess reġistrati jew il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar laqgħat bejn ċerti persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet u rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess. |
(9) |
Sabiex dan il-Ftehim jiġi promoss lil hinn mill-istituzzjonijiet firmatarji, jenħtieġ li huwa jipprevedi arranġamenti li jippermettu lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, minbarra l-istituzzjonijiet firmatarji, u r-rappreżentanzi permanenti tal-Istati Membri li b’mod volontarju jixtiequ japplikaw il-prinċipji operattivi tal-qafas konġunt biex jibbenefikaw mill-assistenza tas-segretarjat tar-reġistru u l-appoġġ tal-helpdesk tiegħu. |
(10) |
Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn u f’konformità mal-prattika attwali fir-rigward tar-reġistrazzjoni, l-attivitajiet imwettqa minn rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess esklussivament f’isem assoċjazzjoni jew network li jkunu parti minnhom jenħtieġ li jitqiesu bħala attivitajiet ta’ dak in-network jew assoċjazzjoni. |
(11) |
L-attivitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri, kif ukoll ta’ kwalunkwe assoċjazzjoni jew network ta’ tali awtoritajiet pubbliċi li jaġixxu f’isimhom fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali jew subnazzjonali, jenħtieġ li ma jkunux koperti minn dan il-Ftehim, għalkemm assoċjazzjonijiet u networks ta’ awtoritajiet pubbliċi fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali jew subnazzjonali involuti f’attivitajiet ta’ rappreżentanza ta’ gruppi ta’ interess jenħtieġ li jitħallew jirreġistraw. |
(12) |
Il-prattika li jiġi adottat rapport annwali dwar il-funzjonament tar-reġistru jenħtieġ li tinżamm bħala għodda biex tiġi żgurata viżibilità xierqa għall-approċċ koordinat tal-istituzzjonijiet firmatarji u biex tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini. L-ambitu tar-rapport annwali jenħtieġ li jiġi estiż biex ikopri l-miżuri ta’ kundizzjonalità u ta’ trasparenza komplementari implimentati mill-istituzzjonijiet firmatarji. |
(13) |
Il-funzjonament tar-reġistru jenħtieġ li ma jinfluwenzax il-kompetenzi ta’ xi waħda mill-istituzzjonijiet firmatarji jew jaffettwa s-setgħat rispettivi tagħhom ta’ organizzazzjoni interna. |
(14) |
Fl-eżerċitar tas-setgħat rispettivi tagħhom ta’ organizzazzjoni interna, l-istituzzjonijiet firmatarji jenħtieġ li jiddelegaw lis-segretarjat u lill-bord tat-tmexxija tar-reġistru s-setgħa li jaġixxu f’isimhom għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet individwali li jikkonċernaw l-applikanti u r-reġistranti, skont dan il-Ftehim. L-istituzzjonijiet firmatarji jenħtieġ li jkunu kokonvenuti fi kwalunkwe azzjoni legali mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kontra deċiżjonijiet finali tal-bord tat-tmexxija tar-reġistru li jaffettwaw b’mod negattiv lill-applikanti jew lir-reġistranti. |
(15) |
L-istituzzjonijiet firmatarji jenħtieġ li jaġixxu f’kooperazzjoni leali reċiproka fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. |
(16) |
Kwalunkwe waħda mill-istituzzjonijiet firmatarji jenħtieġ li tkun tista’ ssegwi politiki oħra ta’ governanza tajba u trasparenza barra mill-qafas ta’ dan il-Ftehim, sal-punt li dawn il-politiki ma jfixklux l-implimentazzjoni ta’ u l-objettivi segwiti minn dan il-Ftehim. |
(17) |
Dan il-Ftehim huwa mingħajr preġudizzju għall-eżerċitar tad-drittijiet skont l-Artikolu 11(4) TUE, dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, u l-Artikolu 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), dwar id-dritt ta’ petizzjoni lill-Parlament Ewropew, |
JIFTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Għan u kamp ta’ applikazzjoni
Dan il-Ftehim jistabbilixxi qafas u prinċipji operattivi għal approċċ koordinat min-naħa tal-istituzzjonijiet firmatarji fir-rigward tar-rappreżentanza trasparenti u etika ta’ gruppi ta’ interess.
Permezz ta’ deċiżjonijiet individwali meħuda abbażi tas-setgħat tagħhom ta’ organizzazzjoni interna, l-istituzzjonijiet firmatarji jaqblu li jimplimentaw l-approċċ koordinat imsemmi fl-ewwel paragrafu fir-rigward tal-attivitajiet koperti minn dan il-Ftehim (“attivitajiet koperti”) u li jistabbilixxu dawk l-attivitajiet koperti li huma jiddeċiedu li jagħmlu soġġetti għal reġistrazzjoni fir-reġistru.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“rappreżentant ta’ grupp ta’ interess” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jew grupp formali jew informali, assoċjazzjoni jew network, li tinvolvi ruħha f’attivitajiet koperti; |
(b) |
“applikant” tfisser kwalunkwe rappreżentant ta’ grupp ta’ interess li japplika biex jiddaħħal fir-reġistru; |
(c) |
“reġistrant” tfisser kwalunkwe rappreżentant ta’ grupp ta’ interess b’reġistrazzjoni fir-reġistru; |
(d) |
“klijent” tfisser kwalunkwe rappreżentant ta’ grupp ta’ interess li jkun daħal f’relazzjoni kuntrattwali ma’ intermedjarju bil-għan li dak l-intermedjarju javvanza l-interessi ta’ dak ir-rappreżentant ta’ grupp ta’ interess billi jwettaq attivitajiet koperti; |
(e) |
“intermedjarju” tfisser kwalunkwe rappreżentant ta’ grupp ta’ interess li javvanza l-interessi ta’ klijent billi jwettaq attivitajiet koperti; |
(f) |
“relazzjoni bejn il-klijent u l-intermedjarju” tfisser kwalunkwe relazzjoni kuntrattwali bejn klijent u intermedjarju li tikkonċerna t-twettiq ta’ attivitajiet koperti; |
(g) |
“persunal” tfisser il-persunal soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (2), impjegati minn kwalunkwe waħda mill-istituzzjonijiet firmatarji, irrispettivament mill-kategorija li lilha jappartjenu; |
(h) |
“kundizzjonalità” tfisser il-prinċipju li permezz tiegħu r-reġistrazzjoni fir-reġistru tkun prekundizzjoni meħtieġa għar-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess biex ikunu jistgħu jwettqu ċerti attivitajiet koperti. |
Artikolu 3
Attivitajiet koperti
1. Dan il-Ftehim għandu jkopri attivitajiet imwettqa minn rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess bil-għan li jinfluwenzaw il-formulazzjoni jew l-implimentazzjoni ta’ politika jew leġiżlazzjoni, jew il-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet firmatarji jew ta’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni (flimkien imsejħa “istituzzjonijiet tal-Unjoni”), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4.
2. B’mod partikolari, l-attivitajiet koperti msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu fost oħrajn:
(a) |
l-organizzazzjoni jew il-parteċipazzjoni f’laqgħat, konferenzi jew avvenimenti, kif ukoll l-involviment fi kwalunkwe kuntatt simili mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; |
(b) |
il-kontribut għal konsultazzjonijiet, seduti ta’ smigħ jew inizjattivi simili oħra jew il-parteċipazzjoni fihom; |
(c) |
l-organizzazzjoni ta’ kampanji ta’ komunikazzjoni, pjattaformi, networks u inizjattivi fil-livell lokali; |
(d) |
it-tħejjija jew l-ikkummissjonar ta’ dokumenti ta’ politika u ta’ pożizzjoni, emendi, stħarriġ tal-opinjoni pubblika u stħarriġ, ittri miftuħa u materjal ieħor ta’ komunikazzjoni jew informazzjoni, u l-ikkummissjonar u t-twettiq ta’ riċerka. |
Artikolu 4
Attivitajiet mhux koperti
1. Dan il-Ftehim ma għandux ikopri l-attivitajiet li ġejjin:
(a) |
l-għoti ta’ pariri legali u professjonali oħra, fejn:
|
(b) |
il-preżentazzjoni ta’ sottomissjonijiet bħala parti jew parti terza fil-qafas ta’ proċedura legali jew amministrattiva stabbilita mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi internazzjonali applikabbli għall-Unjoni, u sottomissjonijiet ibbażati fuq relazzjoni kuntrattwali ma’ kwalunkwe waħda mill-istituzzjonijiet firmatarji jew abbażi ta’ ftehim ta’ għotja ffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni; |
(c) |
attivitajiet tas-sħab soċjali li jaġixxu bħala parteċipanti fid-djalogu soċjali skont l-Artikolu 152 TFUE; |
(d) |
il-preżentazzjoni ta’ sottomissjonijiet b’rispons għal talbiet diretti u speċifiċi minn kwalunkwe waħda mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, ir-rappreżentanti jew il-persunal tagħhom, għal informazzjoni fattwali, data jew għarfien espert; |
(e) |
attivitajiet imwettqa minn persuni fiżiċi li jaġixxu f’kapaċità strettament personali u mhux bi rbit ma’ oħrajn; |
(f) |
laqgħat spontanji, laqgħat ta’ natura purament privata jew soċjali u laqgħat li jsiru fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva stabbilita mit-TUE jew mit-TFUE jew mill-atti legali tal-Unjoni. |
2. Dan il-Ftehim ma għandux ikopri attivitajiet imwettqa mill-korpi li ġejjin:
(a) |
awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri, inklużi r-rappreżentanzi permanenti u l-ambaxxati tagħhom, fil-livell nazzjonali u subnazzjonali; |
(b) |
assoċjazzjonijiet u networks tal-awtoritajiet pubbliċi fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali jew subnazzjonali, bil-kundizzjoni li jaġixxu esklussivament f’isem l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti; |
(c) |
organizzazzjonijiet intergovernattivi, inkluż l-aġenziji u l-korpi li joħorġu minnhom; |
(d) |
awtoritajiet pubbliċi ta’ pajjiżi terzi, inkluż il-missjonijiet diplomatiċi u l-ambaxxati tagħhom, minbarra fejn tali awtoritajiet ikunu rrappreżentati minn entitajiet legali, uffiċċji jew networks mingħajr status diplomatiku jew ikunu rrappreżentati minn intermedjarju; |
(e) |
partiti politiċi, bl-eċċezzjoni ta’ kwalunkwe organizzazzjoni maħluqa minn jew affiljata ma’ partiti politiċi; |
(f) |
knejjes u assoċjazzjonijiet jew komunitajiet reliġjużi, kif ukoll organizzazzjonijiet filosofiċi u mhux konfessjonali msemmija fl-Artikolu 17 TFUE, bl-eċċezzjoni ta’ uffiċċji, entitajiet ġuridiċi, jew networks maħluqa biex jirrappreżentaw knejjes, komunitajiet reliġjużi jew organizzazzjonijiet filosofiċi u mhux konfessjonali fir-relazzjonijiet tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll l-assoċjazzjonijiet tagħhom. |
Artikolu 5
Miżuri ta’ kundizzjonalità u ta’ trasparenza komplementari
1. L-istituzzjonijiet firmatarji jimpenjaw ruħhom għall-prinċipju tal-kundizzjonalità, li huma għandhom jimplimentaw permezz ta’ deċiżjonijiet individwali abbażi tas-setgħat tagħhom ta’ organizzazzjoni interna.
2. Meta jadottaw miżuri ta’ kundizzjonalità jew ta’ trasparenza komplementari biex jinkoraġġixxu r-reġistrazzjoni u jsaħħu l-qafas konġunt stabbilit minn dan il-Ftehim, l-istituzzjonijiet firmatarji għandhom jiżguraw li dawn il-miżuri jkunu konsistenti ma’ dan il-Ftehim u li jsaħħu l-objettiv tal-approċċ koordinat imsemmi fl-Artikolu 1, jiġifieri, li jistabbilixxu standard għoli ta’ rappreżentanza trasparenti u etika ta’ gruppi ta’ interess fil-livell tal-Unjoni.
3. Il-miżuri ta’ kundizzjonalità u ta’ trasparenza komplementari adottati mill-istituzzjonijiet firmatarji għandhom isiru pubbliċi fuq is-sit web tar-reġistru, li għandu jiġi aġġornat regolarment.
Artikolu 6
Eliġibbiltà u kodiċi ta’ kondotta
1. L-applikanti li jissottomettu applikazzjoni kompluta għal reġistrazzjoni għandhom ikunu eliġibbli li jiddaħħlu fir-reġistru jekk iwettqu attivitajiet koperti u josservaw il-kodiċi ta’ kondotta stabbilit fl-Anness I (“kodiċi ta’ kondotta”).
2. Meta jissottomettu applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, l-applikanti għandhom jipprovdu l-informazzjoni elenkata fl-Anness II u għandhom jaqblu li dik l-informazzjoni tkun disponibbli fl-isfera pubblika.
3. L-applikanti jistgħu jintalbu jissostanzjaw l-eliġibbiltà tagħhom biex jiddaħħlu fir-reġistru u l-preċiżjoni tal-informazzjoni sottomessa minnhom.
4. Is-segretarjat tar-reġistru (“is-Segretarjat”) għandu jattiva r-reġistrazzjoni ta’ applikant ladarba l-eliġibbiltà tal-applikant tkun ġiet stabbilita u r-reġistrazzjoni titqies li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II.
5. Ladarba r-reġistrazzjoni ta’ applikant tkun ġiet attivata, l-applikant għandu jsir reġistrant.
6. Is-Segretarjat għandu jimmonitorja r-reġistrazzjonijiet u jevalwa l-eliġibbiltà kontinwa tar-reġistranti u l-osservanza tal-kodiċi ta’ kondotta, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Anness III.
7. Is-Segretarjat jista’ jwettaq investigazzjonijiet abbażi ta’ lment li jallega li reġistrant ma jkunx osserva l-kodiċi ta’ kondotta, kif ukoll fuq inizjattiva proprja fid-dawl ta’ informazzjoni li r-reġistrant jista’ jkun li ma għadux jissodisfa r-rekwiżiti għall-eliġibbiltà skont il-paragrafu 1.
8. Fil-kuntest ta’ monitoraġġ jew ta’ investigazzjoni mis-Segretarjat, ir-reġistranti għandhom b’mod partikolari:
(a) |
jippreżentaw, jekk jintalbu, materjal ta’ sostenn li juri li l-informazzjoni relatata mar-reġistrazzjoni tagħhom għadha preċiża; u |
(b) |
jikkooperaw b’mod sinċier u kostruttiv skont il-proċeduri stabbiliti fl-Anness III. |
Artikolu 7
Bord tat-Tmexxija
1. Il-bord tat-tmexxija tar-reġistru (“Bord tat-Tmexxija”) għandu jikkonsisti mis-Segretarji Ġenerali tal-istituzzjonijiet firmatarji li għandu jkollhom il-presidenza tiegħu fuq bażi ta’ rotazzjoni għal terminu ta’ sena.
2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu:
(a) |
jissorvelja l-implimentazzjoni ġenerali ta’ dan il-Ftehim; |
(b) |
jiddetermina l-prijoritajiet annwali għar-reġistru kif ukoll l-estimi u s-sehem tal-baġit meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-prijoritajiet; |
(c) |
jagħti struzzjonijiet ġenerali lis-Segretarjat; |
(d) |
jadotta r-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 13; |
(e) |
jeżamina u jiddeċiedi dwar talbiet motivati għal rieżami tad-deċiżjonijiet tas-Segretarjat skont il-punt 9 tal-Anness III. |
3. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiltaqa’ tal-inqas kull sena fuq inizjattiva tal-President tiegħu. Dan jista’ wkoll jiltaqa’ fuq it-talba ta’ wieħed mill-membri tiegħu.
4. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddeċiedi b’kunsens.
Artikolu 8
Segretarjat
1. Is-Segretarjat għandu jkun struttura operattiva konġunta stabbilita għall-ġestjoni tal-funzjonament tar-reġistru. Dan għandu jkun magħmul mill-kapijiet ta’ unità, jew ekwivalenti, responsabbli għall-kwistjonijiet ta’ trasparenza f’kull istituzzjoni firmatarja (“kapijiet ta’ unità”) u l-persunal rispettiv tagħhom.
2. Wieħed mill-kapijiet ta’ unità għandu jinħatar biex jaġixxi bħala “Koordinatur” mill-Bord tat-Tmexxija għal terminu li jista’ jiġġedded ta’ sena. Is-Segretarjat għandu jopera taħt il-koordinazzjoni tal-Koordinatur.
Il-Koordinatur għandu jirrappreżenta s-Segretarjat u jissorvelja x-xogħol ta’ kuljum tiegħu, fl-interess komuni tal-istituzzjonijiet firmatarji.
3. Is-Segretarjat għandu:
(a) |
jirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija, iħejji l-laqgħat tiegħu u jassistih fil-kompiti tiegħu; |
(b) |
jistabbilixxi linji gwida għar-reġistranti, sabiex jiġi żgurat li dan il-Ftehim ikun applikat b’mod konsistenti; |
(c) |
jiddeċiedi dwar l-eliġibbiltà tal-applikanti u jissorvelja l-kontenut tar-reġistru, bil-għan li jinkiseb livell ottimali ta’ kwalità tad-data fir-reġistru, bil-fehim li, madankollu, ir-reġistranti huma fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għall-preċiżjoni tal-informazzjoni li pprovdew; |
(d) |
jipprovdi appoġġ ta’ helpdesk lill-applikanti u lir-reġistranti; |
(e) |
iwettaq investigazzjonijiet u japplika miżuri skont l-Anness III; |
(f) |
iwettaq azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni mmirati lejn il-partijiet ikkonċernati; |
(g) |
jabbozza r-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 13; |
(h) |
ikun responsabbli għall-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-IT tar-reġistru; |
(i) |
jiskambja l-aħjar prattika u esperjenza ma’ korpi simili dwar it-trasparenza tar-rappreżentanza ta’ gruppi ta’ interess; |
(j) |
iwettaq kwalunkwe attività oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. |
4. Is-Segretarjat għandu jiddeċiedi b’kunsens tal-kapijiet ta’ unità.
Artikolu 9
Għoti ta’ setgħa
Il-Bord tat-Tmexxija u s-Segretarjat għandhom iwettqu l-kompiti assenjati lilhom skont l-Artikoli 7 u 8 u, fit-twettiq ta’ dawk il-kompiti, għandu jkollhom is-setgħa li jadottaw deċiżjonijiet f’isem l-istituzzjonijiet firmatarji.
Artikolu 10
Riżorsi
1. L-istituzzjonijiet firmatarji għandhom jiżguraw li r-riżorsi umani, amministrattivi, tekniċi u finanzjarji meħtieġa jsiru disponibbli, inkluż persunal adegwat għas-Segretarjat, sabiex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim tkun effettiva.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(2), punt (b) u filwaqt li jitqies id-daqs differenti tat-tabelli tal-persunal tal-istituzzjonijiet, l-istituzzjonijiet firmatarji għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiffinanzjaw iż-żamma, l-iżvilupp u l-promozzjoni tar-reġistru.
Artikolu 11
Involviment volontarju tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, minbarra l-istituzzjonijiet firmatarji
1. L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, minbarra l-istituzzjonijiet firmatarji, jistgħu jinnotifikaw lill-Bord tat-Tmexxija bil-miżuri li permezz tagħhom jiddeċiedu li jagħmlu ċerti attivitajiet soġġetti għal reġistrazzjoni fir-reġistru, jew bi kwalunkwe miżura ta’ trasparenza komplementari li jieħdu.
2. Fejn il-Bord tat-Tmexxija jqis li l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ikunu konsistenti mal-objettivi segwiti minn dan il-Ftehim, dan jista’, jilħaq qbil mal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni, dwar kundizzjonijiet li taħthom dik l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tista’ tibbenefika mill-assistenza tas-Segretarjat u l-appoġġ tal-helpdesk. Kull miżura nnotifikata taħt il-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tar-reġistru.
Artikolu 12
Involviment volontarju tar-rappreżentanzi permanenti tal-Istati Membri
L-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw lill-Bord tat-Tmexxija bil-miżuri meħuda, skont il-liġi nazzjonali , li permezz tagħha jiddeċiedu li jagħmlu ċerti attivitajiet immirati lejn ir-rappreżentanzi permanenti tagħhom soġġetti għar-reġistrazzjoni fir-reġistru, jew b’kwalunkwe miżura ta’ trasparenza komplementari li jieħdu. Kull miżura nnotifikata b’dan il-mod għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tar-reġistru.
Artikolu 13
Rapport annwali
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta rapport annwali dwar il-funzjonament tar-reġistru matul is-sena preċedenti.
2. Ir-rapport annwali għandu jinkludi:
(a) |
kapitolu dwar informazzjoni fattwali fuq ir-reġistru, il-kontenut tiegħu u kwalunkwe tibdil li jikkonċerna r-reġistru; |
(b) |
kapitolu dwar il-miżuri ta’ kundizzjonalità u ta’ trasparenza komplementari, imsemmija fl-Artikolu 5, li jkunu fis-seħħ. |
3. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jissottometti r-rapport annwali lill-istituzzjonijiet firmatarji u għandu jiżgura li dan jiġi ppubblikat fuq is-sit web tar-reġistru.
Artikolu 14
Rieżami
1. L-istituzzjonijiet firmatarji għandhom jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda skont l-Artikolu 5 sat-2 ta’ Lulju 2022, u b’mod regolari wara dan, bil-ħsieb, fejn xieraq, li jsiru rakkomandazzjonijiet dwar it-titjib u t-tisħiħ ta’ dawn il-miżuri.
2. Dan il-Ftehim għandu jkun soġġett għal rieżami mhux aktar tard mit-2 ta’ Lulju 2025.
Artikolu 15
Dispożizzjonijiet finali u tranżizzjonali
1. Dan il-Ftehim għandu jkun ta’ natura vinkolanti għall-istituzzjonijiet firmatarji.
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 9, kull istituzzjoni firmatarja timpenja ruħha li tadotta deċiżjoni li għandha taqra kif ġej:
“Il-Bord tat-Tmexxija u s-Segretarjat għandu jkollhom is-setgħa li jadottaw f’isem [isem tal-istituzzjoni] deċiżjonijiet individwali li jikkonċernaw l-applikanti u r-reġistranti, skont il-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar reġistru obbligatorju ta’ trasparenza (ĠU L 207, 11.6.2021, p. 1).”.
Dawk id-deċiżjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
3. Dan il-Ftehim għandu jissostitwixxi l-Ftehim tal-2014 li l-effetti tiegħu għandhom jieqfu japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
4. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5. Ir-reġistranti li jkunu ddaħħlu fir-reġistru qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim għandhom, għal perjodu ta’ sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, ikunu intitolati li jemendaw ir-reġistrazzjoni tagħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw minn dan il-Ftehim sabiex jibqgħu fuq ir-reġistru.
6. Kwalunkwe investigazzjoni ta’ allerti jew ilmenti miftuħa skont il-Ftehim tal-2014 għandha titwettaq skont il-proċedura stabbilita f’dak il-Ftehim.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2021.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
David Maria SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
Ana Paula ZACARIAS
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Věra JOUROVÁ
(1) Ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reġistru tat-trasparenza għal organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE (ĠU L 277, 19.9.2014, p. 11).
ANNESS I
KODIĊI TA’ KONDOTTA
Ir-reġistranti għandhom joperaw f’konformità mar-regoli u l-prinċipji stabbiliti f’dan l-Anness. B’mod partikolari, ir-reġistranti għandhom:
(a) |
fir-relazzjonijiet tagħhom ma’ kwalunkwe waħda mill-istituzzjonijiet firmatarji u istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni (flimkien imsemmija bħala “istituzzjonijiet tal-Unjoni”), dejjem jidentifikaw ruħhom bl-isem, bin-numru ta’ reġistrazzjoni u bl-entità jew entitajiet li jaħdmu għalihom jew li jirrappreżentaw; |
(b) |
jiddikjaraw l-interessi u l-objettivi li jippromwovu, u jispeċifikaw il-klijenti jew il-membri li jirrappreżentaw kif ukoll, fejn applikabbli, in-numru ta’ reġistrazzjoni ta’ dawk il-klijenti jew membri; |
(c) |
ma jiksbux jew ma jippruvawx jiksbu informazzjoni jew deċiżjonijiet b’mod diżonest jew bl-użu ta’ pressjoni mhux dovuta, aġir inkorrett jew lingwaġġ offensiv; |
(d) |
ma jabbużawx mir-reġistrazzjoni tagħhom għal qligħ kummerċjali jew ifixklu jew jirrappreżentaw ħażin l-effett tar-reġistrazzjoni; |
(e) |
ma jagħmlux ħsara għar-reputazzjoni tar-reġistru jew jikkawżaw preġudizzju lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, jew jużaw il-logos tagħhom mingħajr awtorizzazzjoni espliċita; |
(f) |
jiżguraw li l-informazzjoni li jipprovdu mar-reġistrazzjoni, u li sussegwentement jamministraw fil-qafas tal-attivitajiet koperti tagħhom, tkun kompluta, aġġornata, preċiża u ma tqarraqx, u jaqblu li dik l-informazzjoni tkun disponibbli fl-isfera pubblika; |
(g) |
jirrispettaw u jevitaw li jostakolaw l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli, kodiċijiet u linji gwida rilevanti disponibbli għall-pubbliku, li huma stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni; |
(h) |
ma jħajrux lil Membri tal-Parlament Ewropew, membri tal-Kummissjoni jew persunal tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex jiksru r-regoli u l-istandards ta’ mġiba applikabbli għalihom; |
(i) |
jekk jimpjegaw ex membri tal-Parlament Ewropew, membri tal-Kummissjoni jew persunal tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, iqisu debitament ir-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità u r-regoli applikabbli għal dawk l-individwi wara li jitilqu mill-istituzzjoni rispettiva, bil-ħsieb li jiġu evitati kunflitti ta’ interess; |
(j) |
fejn ikunu involuti f’relazzjoni bejn il-klijent u l-intermedjarju:
|
(k) |
fejn, għall-fini tat-twettiq ta’ attivitajiet koperti, jesternalizzaw ċerti kompiti lil partijiet terzi li mhumiex irreġistrati huma stess, jiżguraw li dawn il-partijiet jikkonformaw ma’ standards etiċi li huma tal-inqas ekwivalenti għal dawk li japplikaw għar-reġistranti; |
(l) |
jippreżentaw lis-Segretarjat, jekk mitluba, materjal ta’ appoġġ li juri l-eliġibbiltà tagħhom u l-preċiżjoni tal-informazzjoni sottomessa, u jikkooperaw b’mod sinċier u kostruttiv mas-Segretarjat; |
(m) |
jirrikonoxxu li jistgħu jiġu soġġetti għall-proċeduri ta’ investigazzjoni u, fejn applikabbli, għall-miżuri previsti fl-Anness III; |
(n) |
jieħdu l-passi xierqa biex jiżguraw li kwalunkwe wieħed mill-impjegati tagħhom involut fl-attivitajiet koperti jiġi infurmat dwar l-impenn tiegħu bħala reġistrant biex josserva dan il-kodiċi ta’ kondotta; |
(o) |
jinfurmaw lill-klijenti jew il-membri li jirrappreżentaw fil-qafas tal-attivitajiet koperti bl-impenn tagħhom bħala reġistranti li josservaw dan il-kodiċi ta’ kondotta; |
(p) |
jirrispettaw, u jevitaw li jostakolaw ir-regoli u l-arranġamenti speċifiċi dwar l-aċċess u s-sigurtà stabbiliti mill-istituzzjonijiet firmatarji. |
ANNESS II
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIDDAĦĦAL FIR-REĠISTRU
Dan l-Anness jistabbilixxi l-informazzjoni li għandha tkun disponibbli fir-reġistru. Dik l-informazzjoni għandha tingħata mill-applikanti jew, skont il-każ, mir-reġistranti, ħlief fejn tiddaħħal awtomatikament.
I. INFORMAZZJONI ĠENERALI
(a) |
l-isem tal-entità; l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali u l-uffiċċju responsabbli għar-relazzjonijiet mal-Unjoni, jekk ikun differenti mill-uffiċċju prinċipali; in-numru tat-telefon; l-indirizz elettroniku (1); is-sit web; |
(b) |
il-forma tal-entità; |
(c) |
l-interessi rappreżentati; |
(d) |
konferma li l-applikant jopera skont il-kodiċi ta’ kondotta; |
(e) |
l-isem tal-persuna legalment responsabbli għall-entità u tal-persuna responsabbli għar-relazzjonijiet mal-Unjoni; |
(f) |
stima annwali tal-ekwivalenti full-time għall-persuni involuti fl-attivitajiet koperti skont il-perċentwali li ġejjin ta’ attività full-time: 10 %, 25 %, 50 %, 75 % jew 100 %; |
(g) |
l-għanijiet, il-mandat, l-oqsma ta’ interess u l-livell ġeografiku ta’ impenn; |
(h) |
l-organizzazzjonijiet li r-reġistrant ikun membru tagħhom u l-entitajiet li jkun affiljat magħhom ir-reġistrant; |
(i) |
il-membri u/jew l-affiljazzjoni tar-reġistrant man-networks u l-assoċjazzjonijiet rilevanti. |
II. RABTIET MAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-UNJONI
(a) |
il-proposti leġiżlattivi, il-politiki jew l-inizjattivi tal-Unjoni mmirati mill-attivitajiet koperti; |
(b) |
is-sħubija fi gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni (2) u fora u pjattaformi oħra appoġġjati mill-Unjoni; |
(c) |
is-sħubija jew l-appoġġ ta’ intergruppi u attivitajiet oħra ta’ gruppi mhux uffiċjali organizzati fil-bini tal-Parlament Ewropew, jew il-parteċipazzjoni fihom; |
(d) |
l-ismijiet ta’ persuni b’awtorizzazzjoni ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew (3). |
III. INFORMAZZJONI FINANZJARJA
Ir-reġistranti, inkluż l-intermedjarji, għandhom jiddikjaraw l-ammont u s-sors ta’ kwalunkwe għotja mill-Unjoni li tikkontribwixxi għall-ispejjeż operattivi tagħhom. L-ammonti ddikjarati għandhom ikunu f’euro.
(a) |
Ir-reġistranti li jippromwovu l-interessi tagħhom stess jew l-interessi kollettivi tal-membri tagħhom fil-konfront ta’ kwalunkwe waħda mill-istituzzjonijiet firmatarji għandhom jipprovdu stima aġġornata tal-ispejjeż annwali relatati mal-attivitajiet koperti skont il-grilja ta’ hawn taħt. L-istima tal-ispejjeż annwali għandha tkopri sena sħiħa ta’ ħidma u tirreferi għall-aktar sena finanzjarja magħluqa riċenti, mid-data tar-reġistrazzjoni jew mid-data tal-aġġornament annwali tad-dettalji tar-reġistrazzjoni.
Il-klijenti għandhom jiddikjaraw l-intermedjarji li jwettqu l-attivitajiet koperti f’isimhom u l-ispiża għal kull intermedjarju individwali skont il-grilja ta’ hawn taħt. L-istima tal-ispejjeż annwali għandha tkopri sena sħiħa ta’ ħidma u tirreferi għall-aktar sena finanzjarja magħluqa riċenti, mid-data tar-reġistrazzjoni jew mid-data tal-aġġornament annwali tad-dettalji tar-reġistrazzjoni. Kwalunkwe intermedjarju attwali li mhuwiex kopert mill-aktar sena finanzjarja magħluqa riċenti għandu jiġi ddikjarat separatament b’ismu.
|
(b) |
L-intermedjarji għandhom jiddikjaraw id-dħul annwali totali stmat iġġenerat li huwa attribwibbli għal attivitajiet koperti skont il-grilja ta’ hawn taħt. Id-dħul annwali totali stmat iġġenerat għandu jkopri sena sħiħa ta’ ħidma u jirreferi għall-aktar sena finanzjarja magħluqa riċenti, mid-data tar-reġistrazzjoni jew mid-data tal-aġġornament annwali tad-dettalji tar-reġistrazzjoni. Id-dħul minn klijenti individwali għal attivitajiet koperti għandu jiġi elenkat ukoll skont il-grilja ta’ hawn taħt, flimkien ma’ indikazzjoni tal-proposti leġiżlattivi, il-politiki jew l-inizjattivi tal-Unjoni mmirati mill-attivitajiet koperti:
L-istima tad-dħul annwali totali ġġenerat għal attivitajiet koperti għandha tiġi kkalkulata awtomatikament mir-reġistru abbażi tal-aggregat tad-dħul stmat iġġenerat għal kull klijent. L-intermedjarji għandhom jiddikjaraw fir-reġistru l-klijenti li f’isimhom jitwettqu l-attivitajiet koperti. Kwalunkwe klijent attwali li mhuwiex kopert mill-aktar sena finanzjarja magħluqa riċenti għandu jiġi ddikjarat separatament b’ismu fir-reġistru. |
(c) |
Reġistranti li ma jirrappreżentawx interessi kummerċjali għandhom jipprovdu l-informazzjoni finanzjarja li ġejja:
|
(1) L-indirizz elettroniku pprovdut mhux se jiġi ppubblikat.
(2) Is-sħubija tal-gruppi ta’ esperti għandha tiddaħħal fir-reġistru awtomatikament. Ir-reġistrazzjoni ma għandhiex tagħti dritt awtomatiku għal din is-sħubija.
(3) Ir-reġistranti jistgħu jitolbu awtorizzazzjoni għal aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew fi tmiem il-proċess ta’ reġistrazzjoni. L-ismijiet tal-individwi li jirċievu l-permessi ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament għandhom jiddaħħlu fir-reġistru awtomatikament. Ir-reġistrazzjoni ma għandhiex tagħti dritt awtomatiku għal dan il-permess ta’ aċċess.
ANNESS III
MONITORAĠĠ, INVESTIGAZZJONIJIET U MIŻURI
1. Prinċipji ġenerali
1.1. |
Is-Segretarjat jista’ jiftaħ investigazzjoni abbażi ta’ lment li jallega li reġistrant ma jkunx osserva l-kodiċi ta’ kondotta (“nuqqas ta’ osservanza”) kif ukoll fuq inizjattiva proprja fid-dawl ta’ informazzjoni li r-reġistrant jista’ jkun ineliġibbli. |
1.2. |
Investigazzjoni hija proċedura amministrattiva li tinvolvi s-Segretarjat u r-reġistrant kkonċernat, kif ukoll, fejn l-investigazzjoni ma tkunx infetħet fuq l-inizjattiva proprja tas-Segretarjat, il-parti terza li ressqet l-ilment (“ilmentatur”). |
1.3. |
Meta tinfetaħ investigazzjoni, is-Segretarjat jista’ jissospendi r-reġistrazzjoni kkonċernata bħala prekawzjoni. Is-Segretarjat għandu jinforma minnufih lir-reġistrant ikkonċernat dwar id-deċiżjoni tiegħu li tiġi sospiża r-reġistrazzjoni, billi jipprovdi spjegazzjoni motivata għad-deċiżjoni tiegħu. |
2. Ammissibbiltà tal-ilmenti
2.1. |
Kull persuna fiżika jew ġuridika tista’ tressaq ilment lis-Segretarjat dwar allegat nuqqas ta’ osservanza ta’ reġistrant. L-ilmenti għandhom jiġu sottomessi bil-miktub. Sabiex ikun ammissibbli, l-ilment għandu:
|
2.2. |
Meta lment ma jkunx ammissibbli, is-Segretarjat għandu jinnotifika lill-ilmentatur b’dan, u jipprovdi spjegazzjoni motivata għad-deċiżjoni tiegħu. |
3. Proċedura tal-ilmenti
3.1. |
Wara li jirċievi lment ammissibbli, is-Segretarjat għandu jiftaħ investigazzjoni u jinnotifika lill-ilmentatur u lir-reġistrant ikkonċernat. |
3.2. |
Ir-reġistrant ikkonċernat għandu jirċievi kopja tal-ilment, inkluż kwalunkwe anness, u jintalab jipprovdi risposta motivata fi żmien 20 jum tax-xogħol. |
3.3. |
Is-Segretartjat għandu jqis kwalunkwe risposta motivata riċevuta skont il-punt 3.2, jiġbor kwalunkwe informazzjoni rilevanti, u jabbozza rapport dwar is-sejbiet tiegħu. |
3.4. |
Meta r-rapport isib li r-reġistrant ikkonċernat ma jkunx osserva l-kodiċi ta’ kondotta, is-Segretarjat għandu jinnotifika lir-reġistrant dwar dan. Dik in-notifika jista’ jkun fiha wkoll:
|
3.5. |
Is-Segretarjat għandu jiddikjara r-reġistrant ikkonċernat eliġibbli biex jibqa’ fir-reġistru u jagħlaq l-investigazzjoni, fejn tapplika waħda minn dawn li ġejjin:
|
3.6. |
Is-Segretarjat għandu jiddikjara r-reġistrant ikkonċernat ineliġibbli u jagħlaq l-investigazzjoni, fejn ir-rapport isib li r-reġistrant ma jkunx osserva l-kodiċi ta’ kondotta u tapplika waħda minn dawn li ġejjin:
|
3.7. |
Ladarba s-Segretarjat ikun abbozza r-rapport tiegħu, dan għandu jipprovdi lir-reġistrant ikkonċernat b’kopja ta’ dak ir-rapport fuq talba. |
4. Monitoraġġ u investigazzjonijiet fuq inizjattiva proprja
4.1. |
Is-Segretarjat jista’ jitlob li r-reġistranti jemendaw ir-reġistrazzjonijiet tagħhom meta jkollu raġuni biex jemmen li dawk ir-reġistrazzjonijiet ma jipprovdux b’mod preċiż l-informazzjoni speċifikata fl-Anness II. |
4.2. |
Meta ssir talba skont il-punt 4.1, is-Segretarjat jista’ jissospendi r-reġistrazzjoni kkonċernata bħala prekawzjoni. |
4.3. |
Fejn ir-reġistrant ikkonċernat ma jikkooperax b’mod sinċier u kostruttiv, is-Segretarjat jista’ jneħħi reġistrazzjoni mir-reġistru li tkun soġġetta għal talba skont il-punt 4.1. |
4.4. |
Is-Segretarjat jista’ jiftaħ investigazzjoni fuq inizjattiva proprja fid-dawl tal-informazzjoni li reġistrant jista’ ma jkunx eliġibbli. |
4.5. |
Fejn is-Segretarjat jiftaħ investigazzjoni fuq inizjattiva proprja, dan għandu jinnotifika lir-reġistrant ikkonċernat u jitlob lir-reġistrant jagħti risposta motivata fi żmien 20 jum tax-xogħol. |
4.6. |
Is-Segretarjat għandu jqis kwalunkwe risposta motivata riċevuta skont il-punt 4.5, jiġbor kwalunkwe informazzjoni rilevanti, u jabbozza rapport dwar is-sejbiet tiegħu. |
4.7. |
Fejn ir-rapport isib li r-reġistrant ikkonċernat ma jkunx eliġibbli, is-Segretarjat għandu jinnotifika lir-reġistrant dwar dan. Dik in-notifika jista’ jkun fiha wkoll:
|
4.8. |
Is-Segretarjat għandu jiddikjara r-reġistrant ikkonċernat eliġibbli u jagħlaq l-investigazzjoni, fejn tapplika waħda minn dawn li ġejjin:
|
4.9. |
Is-Segretarjat għandu jiddikjara r-reġistrant ikkonċernat ineliġibbli u jagħlaq l-investigazzjoni fejn l-investigazzjoni tikkonċerna primarjament nuqqas suspettat ta’ attivitajiet koperti u r-reġistrant ikkonċernat ma jurix, fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jiġi nnotifikat skont il-punt 4.5, li huwa jwettaq attivitajiet koperti. |
4.10. |
Is-Segretarjat għandu jiddikjara r-reġistrant ikkonċernat ineliġibbli u jagħlaq l-investigazzjoni fejn ir-rapport imsemmi fil-punt 4.6 isib li r-reġistrant ma jkunx eliġibbli u tapplika waħda minn dawn li ġejjin:
|
4.11. |
Ladarba s-Segretarjat ikun abbozza r-rapport tiegħu, dan għandu jipprovdi lir-reġistranti kkonċernati kopja ta’ dak ir-rapport fuq talba. |
5. Kooperazzjoni mas-Segretarjat matul l-investigazzjonijiet
5.1. |
Is-Segretarjat għandu, fejn meħtieġ, jitlob lill-partijiet għal investigazzjoni sabiex jipprovdu informazzjoni rilevanti għall-investigazzjoni fi żmien 20 jum tax-xogħol mit-talba. Il-partijiet ikkonċernati jistgħu jindikaw liema informazzjoni pprovduta minnhom jenħtieġ li titqies bħala sensittiva. |
5.2. |
Is-Segretarjat jista’ jiddeċiedi li jisma’ lill-partijiet f’investigazzjoni. |
5.3. |
Is-Segretarjat jista’ jiddeċiedi li jestendi l-iskadenzi stabbiliti skont dan l-Anness, fejn mitlub mir-reġistranti u ġġustifikat b’raġunijiet raġonevoli. Dik id-deċiżjoni tista’ tinvolvi wkoll is-sospensjoni tar-reġistrazzjoni kkonċernata għat-tul ta’ żmien tal-investigazzjoni. |
5.4. |
Jekk is-Segretarjat iqis li reġistrant ikkonċernat f’investigazzjoni ma jkunx qed jikkoopera b’mod sinċier u kostruttiv fl-investigazzjoni, dan jista’, wara li jkun ta lir-reġistrant il-possibbiltà li jesprimi l-fehmiet tiegħu bil-miktub, jagħlaq l-investigazzjoni u jneħħi r-reġistrazzjoni kkonċernata mir-reġistru. |
6. Id-dritt għal smigħ
Ir-reġistrant għandu jkollu l-possibbiltà li jgħarraf bil-miktub il-fehmiet tiegħu qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar ineliġibbiltà.
7. Deċiżjoni
7.1. |
Is-Segretarjat għandu jagħlaq investigazzjoni b’deċiżjoni motivata. Is-Segretarjat għandu jinnotifika lill-partijiet ikkonċernati bil-miktub dwar dik id-deċiżjoni. Dik id-deċiżjoni għandha tispeċifika jekk ġietx stabbilita ineliġibbiltà. Fejn applikabbli, id-deċiżjoni għandha tispeċifika wkoll il-forma ta’ ineliġibbiltà u liema miżura ttieħdet mis-Segretarjat kif ukoll ir-rimedji rilevanti. |
7.2 |
Fejn is-Segretarjat jistabbilixxi li reġistrant ma jkunx eliġibbli skont il-punt 7.1, dan għandu jneħħi r-reġistrazzjoni kkonċernata mir-reġistru. |
7.3 |
Is-Segretarjat jista’ jikkunsidra talba biex jerġa’ jiftaħ investigazzjoni sa 20 jum tax-xogħol wara li l-partijiet ikkonċernati jkunu ġew infurmati bid-deċiżjoni tiegħu. |
7.4 |
Investigazzjoni tista’ terġa’ tinfetaħ biss fejn l-informazzjoni li kienet disponibbli qabel ma s-Segretarjat ikun ħa d-deċiżjoni tiegħu ma kinitx, bl-ebda nuqqas jew żvista tal-parti li tkun qed tagħmel it-talba skont il-punt 7.3, ikkunsidrata mis-Segretarjat meta jkun ħa d-deċiżjoni tiegħu. |
8. Miżuri
8.1. |
Fejn is-Segretarjat ineħħi reġistrazzjoni skont il-punt 7.2 minħabba li jkun stabbilixxa li l-ineliġibbiltà hija relatata ma’ nuqqas ta’ osservanza, dan jista’ wkoll, fejn xieraq fid-dawl tal-gravità tan-nuqqas ta’ osservanza:
|
8.2. |
Meta jiddeċiedi dwar is-severità tal-miżura meħuda skont il-punt 8.1, is-Segretarjat għandu jqis debitament iċ-ċirkostanzi rilevanti tal- investigazzjoni, fid-dawl tal-objettivi segwiti minn dan il-Ftehim. |
8.3. |
Ir-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess soġġetti għal projbizzjoni skont il-punt (a) tal-punt 8.1 ma jistgħux jerġgħu jirreġistraw qabel ikun skada l-perjodu ta’ tneħħija u r-reġistrant ikun irrimedja b’mod sodisfaċenti r-raġunijiet li wasslu għat-tneħħija. |
9. Rieżami
9.1. |
Ir-reġistranti li huma soġġetti għal miżuri meħuda skont il-punt 8.1 jistgħu jippreżentaw talba motivata għal rieżami mill-Bord tat-Tmexxija. |
9.2. |
It-talba għal rieżami għandha tintbagħat lis-Segretarjat fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-wasla tan-notifika tal-miżura meħuda mis-Segretarjat. |
9.3. |
It-talbiet għal rieżami mressqa skont il-punti 9.1 u 9.2 għandhom jintbagħtu lill-President tal-Bord tat-Tmexxija, li jista’ jirreferi l-każ lill-Bord tat-Tmexxija sħiħ fejn xieraq jew fejn mitlub minn wieħed mill-membri l-oħra tal-Bord tat-Tmexxija. |
9.4. |
Talba għal rieżami ma għandhiex tissospendi l-miżura meħuda mis-Segretarjat, sakemm il-Bord tat-Tmexxija ma jiddeċidix mod ieħor abbażi ta’ raġunijiet speċifiċi stabbiliti fit-talba għal rieżami. |
9.5. |
Il-President tal-Bord tat-Tmexxija għandu jinnotifika lir-reġistranti kkonċernati bid-deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija dwar ir-rieżami fi żmien 40 jum tax-xogħol minn meta jirċievi t-talba għal rieżami. |
10. Rimedji
Ir-reġistranti li ma jkunux sodisfatti b’ deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija skont il-punt 9 jistgħu jappellaw quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 263 TFUE jew jippreżentaw ilment lill-Ombudsman Ewropew skont l-Artikolu 228 TFUE.
11.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/18 |
DIKJARAZZJONI POLITIKA TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U TAL-KUMMISSJONI EWROPEA FL-OKKAŻJONI TAL-ADOZZJONI TAL-FTEHIM INTERISTITUZZJONALI DWAR REĠISTRU TA’ TRASPARENZA OBBLIGATORJU
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea jirrikonoxxu l-importanza tal-prinċipju tal-kundizzjonalità bħala ġebla tax-xewka tal-approċċ ikkoordinat li ħadu t-tliet istituzzjonijiet bil-għan li jsaħħu kultura ta’ trasparenza komuni filwaqt li jistabbilixxu standards għoljin ta’ rappreżentanza tal-interessi trasparenti u etika fil-livell tal-Unjoni.
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea jirrikonoxxu li l-kundizzjonalità u l-miżuri ta’ trasparenza kumplimentari fis-seħħ fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin huma konsistenti mal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Reġistru ta’ Trasparenza Obbligatorju, isaħħu l-objettiv tal-approċċ ikkoordinat tagħhom u jikkostitwixxu bażi soda biex fuqha ikompli jinbena u biex jittejjeb dak l-approċċ u tkompli tissaħħaħ ir-rappreżentanza tal-interessi etika fil-livell tal-Unjoni:
— |
laqgħat ta’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet mar-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess reġistrati, fejn ikun applikabbli (1); |
— |
pubblikazzjoni tal-laqgħat mar-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess, fejn ikun applikabbli (2); |
— |
laqgħat tal-persunal, b’mod partikolari f’livell għoli, ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess reġistrati (3); |
— |
diskors waqt seduti ta’ smigħ pubbliċi fil-Parlament Ewropew (4); |
— |
is-sħubija fi gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni u l-parteċipazzjoni f’ċerti avvenimenti, fora jew sessjonijiet ta’ informazzjoni (5); |
— |
aċċess għall-bini tal-istituzzjonijiet (6); |
— |
patroċinju għal avvenimenti għal rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess reġistrati, fejn ikun rilevanti; |
— |
id-dikjarazzjoni politika tal-Istati Membri li japplikaw volontarjament, f’konformità mal-liġi u l-kompetenzi nazzjonali, il-prinċipju ta’ kundizzjonalità għal-laqgħat tar-Rappreżentant Permanenti tagħhom u tad-Deputat Rappreżentant Permanenti tagħhom ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess matul il-Presidenza tagħhom tal-Kunsill u fis-sitt xhur preċedenti, u kwalunkwe miżura volontarja ulterjuri ta’ Stati Membri individwali f’konformità mal-liġi u l-kompetenzi nazzjonali lil hinn minn dan, li t-tnejn huma nnotati b’mod ugwali. |
(1) L-Artikolu 11(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew; l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 0700 tal-31 ta’ Jannar 2018 dwar Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni Ewropea (C(2018)0700) (ĠU C 65, 21.2.2018, p. 7); il-punt V tal-Metodi ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea.
(2) L-Artikolu 11(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/838/UE, Euratom tal-25 ta’ Novembru 2014 dwar il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar laqgħat li jsiru bejn id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni u organizzazzjonijiet jew persuni li jaħdmu għal rashom (ĠU L 343, 28.11.2014, p. 19); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/839/UE, Euratom tal-25 ta’ Novembru 2014 dwar il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar laqgħat li jsiru bejn Membri tal-Kummissjoni u organizzazzjonijiet jew individwi li jaħdmu għal rashom (ĠU L 343, 28.11.2014, p. 22).
(3) L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/929 tas-6 ta’ Mejju 2021 dwar ir-regolamentazzjoni tal-kuntatti bejn is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess (ara l-paġna 19 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali); il-punt V tal-Metodi ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea.
(4) L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Ġunju 2003 dwar ir-regoli dwar is-seduti ta’ smigħ pubbliċi.
(5) L-Artikolu 35 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew; l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016)3301 tat-30 ta’ Mejju 2016 li tistabbilixxi regoli orizzontali dwar il-ħolqien u l-funzjonament tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni; (C(2016)3301); l-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/929 tas-6 ta’ Mejju 2021 dwar ir-regolamentazzjoni tal-kuntatti bejn is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess (ara l-paġna 19 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali),
(6) L-Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew moqri flimkien mad-Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2013 dwar ir-regoli li jirregolaw it-titoli u l-awtorizzazzjonijiet li jagħtu aċċess għall-binjiet tal-Parlament; l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/929 tas-6 ta’ Mejju 2021 dwar ir-regolamentazzjoni tal-kuntatti bejn is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess (ara l-paġna 19 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
11.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/929
tas-6 ta’ Mejju 2021
dwar ir-regolamentazzjoni tal-kuntatti bejn is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u r-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 11(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jesiġi li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, permezz ta’ mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jgħarrfu u jiskambjaw pubblikament l-opinjonijiet tagħhom fl-oqsma ta’ azzjoni kollha tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 11(2) jesiġi li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili. |
(2) |
L-Artikolu 15(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi li, sabiex tiġi promossa t-tmexxija tajba u sabiex tiġi assigurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni għandhom iwettqu x-xogħol tagħhom b’mod kemm jista’ jkun miftuħ. |
(3) |
Skont l-Artikolu 298 TFUE, fit-twettiq tal-missjonijiet tagħhom, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni għandu jkollhom l-appoġġ ta’ amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti. |
(4) |
Biex l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni (“l-istituzzjonijiet tal-Unjoni”) jaħdmu b’mod kemm jista’ jkun miftuħ, jenħtieġ li l-partijiet ikkonċernati jitħallew jipprovdu l-fehmiet u l-għarfien espert tagħhom matul il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet sabiex jitjiebu l-kwalità tad-deċiżjonijiet li jkunu qed jittieħdu u l-appoġġ għalihom. |
(5) |
Biex tinżamm il-fiduċja fil-proċessi politiċi, leġiżlattivi u amministrattivi tal-Unjoni, jenħtieġ li l-kuntatti mar-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess isiru b’mod trasparenti u etiku. |
(6) |
Għal dan il-għan, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea kkonkludew Ftehim Interistituzzjonali dwar reġistru ta’ trasparenza obbligatorju (1) (“il-Ftehim Interistituzzjonali”). |
(7) |
Il-Kunsill huwa impenjat li jistabbilixxi qafas għall-kuntatti trasparenti u etiċi bejn ir-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess u l-uffiċjali u l-aġenti (il-“persunal”) tas-Segretarjat Ġenerali tiegħu, billi jintroduċi prinċipju ta’ kondizzjonalità. Skont dak il-prinċipju, ir-reġistrazzjoni fir-reġistru ta’ trasparenza hija prekondizzjoni neċessarja biex ir-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess ikunu jistgħu jwettqu ċerti attivitajiet koperti mill-Ftehim Interistituzzjonali. |
(8) |
Il-Kunsill iqis li l-istabbiliment ta’ reġistru ta’ trasparenza, komuni għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u miftuħ għal istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, huwa l-aktar mod effettiv biex jiġi implimentat il-prinċipju ta’ kondizzjonalità. Jenħtieġ li r-rispett tal-kodiċi ta’ kondotta anness mal-Ftehim Interistituzzjonali jkun prekondizzjoni għar-reġistrazzjoni fir-reġistru ta’ trasparenza. |
(9) |
Jenħtieġ li l-organi tar-reġistru ta’ trasparenza jkollhom is-setgħa li jadottaw, anki f’isem il-Kunsill, deċiżjonijiet individwali dwar applikanti u reġistranti, skont il-Ftehim Interistituzzjonali. |
(10) |
Xejn f’din id-Deċiżjoni ma għandu jiġi interpretat bħala li jagħti lil rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess irreġistrati fir-reġistru ta’ trasparenza dritt privileġġjat ta’ aċċess għal dokumenti miżmuma mill-Kunsill, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Prinċipju ta’ kondizzjonalità
Fil-każijiet previsti f’din id-Deċiżjoni u f’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali, ir-reġistrazzjoni fir-reġistru ta’ trasparenza għandha tkun prekondizzjoni meħtieġa biex ir-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess ikunu jistgħu jwettqu ċerti attivitajiet.
Artikolu 2
Reġistru ta’ trasparenza
1. Il-Ftehim Interistituzzjonali jiddefinixxi l-ambitu tal-attivitajiet imwettqa minn rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess li huma soġġetti għal reġistrazzjoni, kif ukoll il-kondizzjonijiet għall-eliġibbiltà u r-reġistrazzjoni ta’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess fir-reġistru ta’ trasparenza.
2. Il-Kunsill għandu jkun rappreżentat fil-Bord tat-Tmexxija tar-reġistru ta’ trasparenza mis-Segretarju Ġenerali tiegħu. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddeċiedi b’kunsens u jkun assistit minn Segretarjat konġunt skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali.
3. Il-Bord tat-Tmexxija u s-Segretarjat għandu jkollhom is-setgħa li jadottaw f’isem il-Kunsill deċiżjonijiet individwali dwar applikanti u reġistranti, skont il-Ftehim Interistituzzjonali.
Artikolu 3
Laqgħat ma’ persunal tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill
1. Il-laqgħat organizzati bejn ir-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess u s-Segretarju Ġenerali u d-Diretturi Ġenerali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom ikunu bil-kondizzjoni li ssir reġistrazzjoni minn qabel tar-rappreżentanti tal-gruppi ta’ interess fir-reġistru ta’ trasparenza.
2. Meta jkun f’kuntatt ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess, il-persunal tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jirrispetta r-regoli u l-istandards ta’ mġiba stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (2), u r-regoli interni pertinenti l-oħra tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għandu jadotta kull struzzjoni addizzjonali lill-persunal li tista’ tkun meħtieġa biex jiġu implimentati dawk ir-regoli u l-istandards, skont il-prinċipji stipulati f’din id-Deċiżjoni.
3. Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għandu jieħu miżuri biex iqajjem kuxjenza fost il-persunal dwar ir-regoli applikabbli għal kuntatti ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess.
Artikolu 4
Laqgħat ta’ informazzjoni tematiċi
Il-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess f’laqgħat ta’ informazzjoni tematiċi, li jkunu organizzati mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, fejn adatt u wara konsultazzjoni mal-Presidenza tal-Kunsill, għandha tkun bil-kondizzjoni tar-reġistrazzjoni minn qabel tagħhom fir-reġistru ta’ trasparenza.
Artikolu 5
Attivitajiet pubbliċi
Il-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess, fil-kapaċità professjonali tagħhom, bħala kelliema f’attivitajiet pubbliċi organizzati mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandha tkun bil-kondizzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ tali rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess fir-reġistru ta’ trasparenza.
Artikolu 6
Aċċess għall-bini tal-Kunsill
1. Biex jitwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jagħti lir-rappreżentanti ta‘ gruppi ta’ interess badges nominattivi li jagħtuhom aċċess temporanju għall-bini tal-Kunsill, soġġett għal reġistrazzjoni minn qabel fir-reġistru ta’ trasparenza u r-rispett għar-regoli ta’ sigurtà tal-Kunsill. Rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess ma għandhomx jattendu laqgħat tal-Kunsill jew tal-korpi preparatorji tiegħu, sakemm il-preżenza tagħhom ma tkunx awtorizzata f’konformità mad-Deċiżjoni ta-Kunsill 2009/937/UE (3) (ir-“Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill”).
2. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jiddetermina r-rekwiżiti ta’ sigurtà u ta’ identità għall-ħruġ ta’ badges lil rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess.
Artikolu 7
Aċċess għal dokumenti
L-aċċess għal dokumenti tal-Kunsill minn rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess għandu jkun irregolat bir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).
Artikolu 8
Implimentazzjoni
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jieħu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar reġistru ta’ trasparenza obbligatorju (ara paġna 1 ta’ da nil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).
(4) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).