ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 193 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
1.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 193/1 |
Emendi tal-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ oġġetti li jaqgħu taħt il-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR tal-1975)
Skont in-Notifika lid-Depożitarju tan-NU C.N. 85.2021. TREATIES-XI.A.16 l-emendi segwenti għall-Konvenzjoni TIR jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2021 għall-Partijiet Kontraenti kollha
Żid Nota ta’ Spjegazzjoni ġdida fl-Artikolu 49 li taqra kif ġej:
0.49. |
Skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jagħtu aktar faċilitajiet lill-persuni debitament awtorizzati fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni. Il-kundizzjonijiet preskritti mill-awtoritajiet kompetenti għall-għoti ta’ tali faċilitajiet jenħtieġ li mill-inqas jinkludu l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni sabiex jiġi żgurat it-twettiq tajjeb tal-proċedura tat-TIR, l-eżenzjoni li jipprovdu l-oġġetti, il-vettura tat-triq, il-kombinament tal-vetturi jew il-container bil-Carnet tat-TIR fl-uffiċċji doganali tat-tluq jew tad-destinazzjoni, kif ukoll l-istruzzjonijiet għall-persuni debitament awtorizzati biex iwettqu l-kompiti speċifiċi fdati skont il-Konvenzjoni TIR lill-awtoritajiet doganali, bħal pereżempju, b’mod partikolari, il-mili u t-timbrar tal-Carnet tat-TIR u t-twaħħil jew il-verifika tas-siġilli doganali. Il-persuni debitament awtorizzati li jkunu ngħataw xi faċilità addizzjonali jenħtieġ li jistabbilixxu sistema ta’ żamma tar-rekords li tippermetti lill-awtoritajiet doganali jwettqu kontrolli doganali u jissorveljaw il-proċedura u jwettqu kontrolli aleatorji. Il-faċilitajiet addizzjonali jenħtieġ li jingħataw mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tad-detenturi tal-Carnet tat-TIR kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tal-Konvenzjoni. |