ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 186

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
27 ta' Mejju 2021


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2021/840 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021-2027 (il-programm Pericles IV), u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 331/2014

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/841 tad-19 ta’ Frar 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 640/2014 fir-rigward tar-regoli dwar in-nuqqas ta’ konformità fir-rigward tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-annimali bovini, ovini u kaprini u dwar il-kalkolu tal-livell ta’ penali amministrattivi fir-rigward tal-annimali ddikjarati skont l-iskemi ta’ għajnuna għall-annimali jew il-miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali

12

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/842 tas-26 ta’ Mejju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 307/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ trasparenza u ta’ konfidenzjalità għall-valutazzjoni tar-riskju tal-UE ta’ sustanzi taħt skrutinju ( 1 )

16

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/843 tas-26 ta’ Mejju 2021 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva cyazofamid f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

20

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/844 tas-26 ta’ Mejju 2021 terminazzjoni ta’ proċediment antisussidji dwar importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mit-Turkija

26

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/845 tas-26 ta’ Mejju 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ kif l-akkumulazzjonijiet tat-trab jaqbdu spontanjament

28

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/238 tat-8 ta’ Frar 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 biex jikklassifika s-sustanza ovotransferrin fir-rigward tal-limitu massimu ta’ residwi tagħha ( ĠU L 39, 11.2.2019 )

32

 

*

Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/810 tal-20 ta’ Mejju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2021/808 rigward id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal ċerti sustanzi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2002/657/KE ( ĠU L 180, 21.5.2021 )

33

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

27.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/1


REGOLAMENT (UE) 2021/840 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Mejju 2021

li jistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021-2027 (il-programm “Pericles IV”), u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 331/2014

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-Unjoni u l-Istati Membri intrabtu bl-objettiv li jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-użu tal-euro bħala munita unika. Dawk il-miżuri jinkludu l-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar u l-frodi relatata biex tiġi żgurata l-effettività tal-ekonomija tal-Unjoni u tiġi assigurata s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 (3) jipprevedi skambji ta’ informazzjoni, kooperazzjoni u assistenza reċiproka, u b’ hekk jistabbilixxi qafas armonizzat għall-protezzjoni tal-euro. L-effetti ta’ dak ir-Regolament ġew estiżi bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2001 (4) għal dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-euro bħala l-munita unika tagħhom, sabiex jiġi pprovdut livell ta’ protezzjoni ekwivalenti tal-euro madwar l-Unjoni.

(3)

L-azzjonijiet li għandhom l-għan li jippromwovu l-iskambji ta’ informazzjoni u ta’ persunal, l-assistenza teknika u xjentifika u t-taħriġ speċjalizzat jgħinu b’mod sinifikanti biex jipproteġu l-munita unika tal-Unjoni kontra l-iffalsifikar u l-frodi relatata u għalhekk biex jintlaħaq livell għoli u ekwivalenti ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni, filwaqt li tintwera l-kapaċità tal-Unjoni li tindirizza l-kriminalità organizzata serja. Tali azzjonijiet jistgħu jgħinu wkoll biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, inkluż il-ħasil tal-flus.

(4)

Programm għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar jikkontribwixxi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni, filwaqt li jżid il-fiduċja tagħhom f’dik il-munita u jtejjeb il-protezzjoni tal-euro, speċjalment permezz tad-disseminazzjoni kontinwa tar-riżultati ta’ azzjonijiet appoġġati minn dak il-programm.

(5)

Il-protezzjoni b’saħħitha tal-euro kontra l-iffalsifikar hija komponent ewlieni ta’ ekonomija tal-Unjoni sigura u kompetittiva, u hija marbuta direttament mal-objettiv tal-Unjoni li ttejjeb il-funzjonament effiċjenti tal-unjoni ekonomika u monetarja.

(6)

Fl-imgħoddi, l-appoġġ għal tali azzjonijiet, permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/923/KE (5) u 2001/924/KE (6), li ġew sussegwentement emendati u estiżi bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2006/75/KE (7), 2006/76/KE (8), 2006/849/KE (9) u 2006/850/KE (10) u r-Regolament (UE) Nru 331/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), għamilha possibbli li jittejbu l-azzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tal-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar. L-objettivi tal-programm għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodi preċedenti inkisbu b’suċċess.

(7)

Fl-2017, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm ta’ azzjoni pluriennali stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 331/2014 (il-programm‘Pericles 2020’), appoġġata minn rapport indipendenti. B’mod ġenerali, ir-rapport dwar il-Programm Pericles 2020kien pożittiv iżda esprima tħassib dwar l-għadd limitat ta’ awtoritajiet kompetenti li japplikaw għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet taħt il-programm Pericles 2020 u l-kwalità tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni użati biex ikejlu r-riżultati tal-programm Pericles 2020. Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm Pericles 2020 u l-evalwazzjoni ex ante tagħha fil-forma ta’ Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li akkumpanja l-proposta tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet, filwaqt li qieset il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu, li l-kontinwazzjoni tal-programm Pericles 2020 lil hinn mill-2020 jenħtieġ li tkun appoġġata, minħabba l-valur miżjud tiegħu għall-Unjoni, l-impatt fit-tul tiegħu u s-sostenibbiltà tal-azzjonijiet tiegħu kif ukoll il-kontribut tiegħu għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata.

(8)

Il-parir fl-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu kien li l-azzjonijiet iffinanzjati taħt il-programm Pericles 2020 jenħtieġ li jitkomplew, filwaqt li tiġi indirizzata l-ħtieġa li tiġi ssimplifikata l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, tiġi mħeġġa d-differenzjazzjoni tal-benefiċjarji u l-parteċipazzjoni tal-akbar għadd ta’ awtoritajiet kompetenti minn pajjiżi varji fl-attivitajiet tal-programm Pericles 2020, tkompli tingħata attenzjoni lit-theddid emerġenti u rikorrenti ta’ ffalsifikar, u jiġu ssimplifikati l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni.

(9)

Ġew identifikati hotspots tal-iffalsifikar f’pajjiżi terzi u l-iffalsifikar tal-euro qed jakkwista dimensjoni internazzjonali li qed tikber. It-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-attivitajiet ta’ taħriġ li jinvolvu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jenħtieġ għalhekk li jitqiesu bħala essenzjali biex tinkiseb protezzjoni effettiva tal-euro u jenħtieġ li jiġu mħeġġa aktar fil-kuntest tal-kontinwazzjoni tal-programm Pericles 2020.

(10)

Jenħtieġ li jiġi adottat programm ġdid għall-perjodu 2021-2027 (il-programm ‘Pericles IV’). Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-programm Pericles IV ikun konsistenti u komplementari ma’ programmi u azzjonijiet rilevanti oħra. Jenħtieġ, għalhekk, li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet kollha meħtieġa fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-ħtiġijiet għall-protezzjoni tal-euro mal-partijiet prinċipali involuti, b’mod partikolari l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti maħtura mill-Istati Membri, mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u mill-Europol, fi dan il-kumitat imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1338/2001, partikolarment fir-rigward ta’ skambji, assistenza u taħriġ, għall-fini tal-applikazzjoni tal-programm Pericles IV. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-esperjenza vasta tal-BĊE fir-rigward tat-twettiq ta’ taħriġ u l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-iffalsifikar tal-karti tal-flus tal-euro meta tkun qed timplimenta l-programm Pericles IV.

(11)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) (ir-‘Regolament Finanzjarju’) u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli fuq ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jinkludu wkoll reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

(12)

Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex l-euro jkun protett mill-iffalsifikar, mingħajr ma jiġu affettwati r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri, u filwaqt li r-riżorsi jintużaw b’mod iktar effiċjenti milli kieku kienu jintużaw fil-livell nazzjonali, li jassisti lill-Istati Membri biex kollettivament jipproteġu l-euro u li jħeġġeġ l-użu ta’ strutturi komuni tal-Unjoni biex jiżdiedu l-kooperazzjoni u l-iskambju f’waqtu u komprensiv ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(13)

Jenħtieġ li l-programm Pericles IV jiġi implimentat f’konformità mal-qafas finanzjarju pluriennali stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (13).

(14)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-programm Pericles IV, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta programmi ta’ ħidma annwali li jistabbilixxu l-prijoritajiet, it-tqassim tal-baġit u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-għotjiet għal azzjonijiet. Jenħtieġ li l-każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, fejn tkun meħtieġa żieda fir-rata tal-kofinanzjament sabiex l-Istati Membri jingħataw flessibbiltà ekonomika ikbar, biex b’hekk ikunu jistgħu jwettqu u jlestu proġetti biex jipproteġu u jissalvagwardjaw l-euro b’mod sodisfaċenti, ikunu parti mill-programmi ta’ ħidma annwali.

(15)

Dan ir-Regolament jistipula pakkett finanzjarju għall-programm Pericles IV li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja, fit-tifsira tal-Punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 (14), għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(16)

Sabiex tiġi żgurata l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-programm Pericles IV lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness fir-rigward tal-indikaturi fejn jitqies meħtieġ għall-finijiet ta’ evalwazzjoni, kif ukoll biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (15). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(17)

F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (17), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (18) u (UE) 2017/1939 (19), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż il-frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għandu s-setgħa, f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni reati kriminali li jaffetwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20). F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni għandha tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri, u fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(18)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tal-programm Pericles IV u rapport ta’ evalwazzjoni finali dwar il-kisba tal-objettivi tiegħu. Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jenħtieġ li l-Programm Pericles IV jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura f’konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ filwaqt li jevitaw piż amministrattiv, b’mod partikolari għall-Istati Membri, u regolamentazzjoni eċċessiva. Dawk ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-programm Pericles IV fil-prattika.

(19)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 331/2014 jitħassar.

(20)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-għoti ta’ appoġġ fil-qasam ta’ politika rilevanti u biex tkun tista’ ssir l-implimentazzjoni mill-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza u jenħtieġ li japplika, b’effett retroattiv, mill-1 ta’ Jannar 2021,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm ‘Pericles IV’), għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Huwa jistipula l-objettivi tal-programm Pericles IV, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli biex jiġi pprovdut tali finanzjament.

Artikolu 2

Objettivi tal-programm

1.   L-objettiv ġenerali tal-programm Pericles IV għandu jkun li jipprevjeni u jiġġieled kontra l-iffalsifikar u l-frodi relatata u jippreserva l-integrità tal-muniti u tal-karti tal-flus tal-euro, biex b’hekk isaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini u tan-negozji fil-ġenwinità ta’ dawn il-muniti u l-karti tal-flus u għalhekk isaħħaħ il-fiduċja fl-ekonomija tal-Unjoni, filwaqt li jiżgura s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.

2.   L-objettiv speċifiku tal-programm Pericles IV għandu jkun li jipproteġi l-muniti u l-karti tal-flus tal-euro kontra l-iffalsifikar u frodi relatata, billi jappoġġa u jissupplimenta l-miżuri mwettqa minn Stati Membri u jassisti lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u tal-Unjoni fl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw, bejniethom u mal-Kummissjoni, kooperazzjoni regolari u mill-qrib u skambju tal-aħjar prattiki, inkluż, fejn xieraq, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 3

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm Pericles IV għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun ta’ EUR 6 193 284 fi prezzijiet attwali.

2.   L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali.

3.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-programm Pericles IV, bħal attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni, inkluż sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva.

Artikolu 4

Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament tal-Unjoni

1.   Il-programm Pericles IV għandu jiġi implimentat taħt ġestjoni diretta f’konformità mar-Regolament Finanzjarju.

2.   Il-programm Pericles IV għandu jiġi implimentat mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, permezz ta’ konsultazzjonijiet regolari fi stadji differenti tal-implimentazzjoni tal-programm Pericles IV, filwaqt li tiġi żgurata l-konsistenza mal-miżuri rilevanti meħuda minn entitajiet kompetenti oħra, b’mod partikolari l-BĊE u l-Europol, u tiġi evitata duplikazzjoni mhux meħtieġa tal-istess miżuri. Għal dak il-għan, meta tħejji l-programmi ta’ ħidma skont l-Artikolu 10, il-Kummissjoni għandha tqis l-attivitajiet eżistenti u ppjanati tal-BĊE u tal-Europol kontra l-iffalsifikar tal-euro u l-frodi relatata.

3.   L-appoġġ finanzjarju taħt il-programm Pericles IV għall-azzjonijiet eliġibbli elenkati fl-Artikolu 6 għandu jieħu l-forma jew ta’ għotjiet jew ta’ akkwist pubbliku.

Artikolu 5

Azzjonijiet konġunti

1.   L-azzjonijiet taħt il-Programm Pericles IV jistgħu jiġu organizzati b’mod konġunt mill-Kummissjoni u sħab oħra li jkollhom l-għarfien espert rilevanti, bħal:

(a)

il-banek ċentrali nazzjonali u l-BĊE;

(b)

iċ-Ċentri Nazzjonali ta’ Analiżi u ċ-Ċentri Nazzjonali ta’ Analiżi tal-Muniti;

(c)

iċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew u z-zekki;

(d)

l-Europol, l-Eurojust u l-Interpol;

(e)

l-uffiċċji ċentrali nazzjonali kontra l-iffalsifikar previst fl-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Soppressjoni tal-Falsifikazzjoni tal-Muniti ffirmata f’Ġinevra fl-20 ta’ April 1929 (21) u aġenziji oħra speċjalizzati fil-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-infurzar tal-liġi b’konnessjoni mal-iffalsifikar;

(f)

korpi speċjalizzati kkonċernati fil-qasam tat-teknoloġiji tad-duplikazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni, stampaturi u inċiżuri;

(g)

korpi oħra għajr dawk imsemmija fil-punti (a) sa (f) li joffru għarfien espert speċifiku, inkluż, fejn xieraq, tali korpi minn pajjiżi terzi u b’mod partikolari minn Stati aderenti u minn pajjiżi kandidati; u

(h)

entitajiet privati li jkunu żviluppaw u pprovdew evidenza ta’ għarfien tekniku u timijiet li jispeċjalizzaw fid-detezzjoni ta’ karti tal-flus u ta’ muniti ffalsifikati.

2.   Fejn l-azzjonijiet eliġibbli jkunu organizzati b’mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-BĊE, l-Eurojust, l-Europol jew l-Interpol, l-infiq li jkun hemm għandhom jinqasmu bejniethom. Fi kwalunkwe każ, kull wieħed minnhom għandu jħallas l-ispejjeż tal-vjaġġi u tal-akkomodazzjoni tal-kelliema mistiedna tiegħu.

KAPITOLU II

ELIĠIBBILTÀ

Artikolu 6

Azzjonijiet eliġibbli

1.   Il-programm Pericles IV għandu jipprovdi, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-programmi ta’ ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 10, appoġġ finanzjarju għall-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

skambju u disseminazzjoni ta’ informazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-organizzazzjoni ta’ workshops, laqgħat u seminars, inkluż taħriġ, traineeships immirati u skambji ta’ persunal tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u azzjonijiet simili oħra. L-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun, fost l-oħrajn, immirat lejn:

l-aħjar prattiki fil-prevenzjoni tal-iffalsifikar u l-frodi relatati mal-euro;

il-metodoloġiji għall-monitoraġġ u l-analiżi tal-impatt ekonomiku u finanzjarju tal-iffalsifikar;

it-tħaddim ta’ bażijiet ta’ data u sistemi ta’ twissija bikrija;

l-użu ta’ għodda ta’ detezzjoni, inkluż bl-għajnuna tal-kompjuter;

il-metodi ta’ inkjesta u ta’ investigazzjoni;

l-assistenza xjentifika, inkluż il-monitoraġġ ta’ żviluppi ġodda;

il-protezzjoni tal-euro barra l-Unjoni;

azzjonijiet ta’ riċerka;

il-forniment ta’ kompetenzi operazzjonali speċifiċi;

(b)

assistenza teknika, xjentifika u operazzjonali kif jidher meħtieġ bħala parti mill-programm Pericles IV, inkluż b’mod partikolari:

kwalunkwe miżura xierqa li tistabbilixxi riżorsi għat-tagħlim fil-livell tal-Unjoni, bħal handbook ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni, bullettini ta’ informazzjoni, manwali prattiċi, glossarji u dizzjunarji, bażijiet ta’ data, speċjalment fil-qasam tal-assistenza xjentifika u l-għassa tat-teknoloġija, jew applikazzjonijiet tal-kompjuter li joffru appoġġ, bħas-software;

studji rilevanti b’dimensjoni multidixxiplinarja u tranżnazzjonali, inkluż ir-riċerka dwar karatteristiċi tas-sigurtà innovattivi;

l-iżvilupp ta’ strumenti u metodi tekniċi ta’ appoġġ li jiffaċilitaw l-azzjonijiet ta’ detezzjoni fil-livell tal-Unjoni;

l-appoġġ għall-kooperazzjoni f’operazzjonijiet li jinvolvu mill-inqas żewġ pajjiżi meta tali appoġġ ma jkunx jista’ jsir disponibbli minn programmi oħra tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni;

(c)

ix-xiri ta’ tagħmir li għandu jintuża minn awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi speċjalizzati kontra l-iffalsifikar għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar, f’konformità mal-Artikolu 7(2).

2.   Il-programm Pericles IV għandu jqis l-aspetti tranżnazzjonali u multidixxiplinarji tal-ġlieda kontra l-iffalsifikar billi jimmira lejn il-parteċipazzjoni tal-gruppi li ġejjin:

(a)

il-persunal tal-aġenziji involuti fid-detezzjoni tal-iffalsifikar u fil-ġlieda kontrih, b’mod partikolari l-korpi tal-pulizija, id-dwana u amministrazzjonijiet finanzjarji, skont il-funzjoni speċifika tagħhom fil-livell nazzjonali;

(b)

il-persunal tal-intelligence;

(c)

ir-rappreżentanti tal-banek ċentrali nazzjonali, taz-zekki, tal-banek kummerċjali u ta’ intermedjarji finanzjarji oħra, b’mod partikolari fir-rigward tal-obbligi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji;

(d)

l-uffiċjali ġudizzjarji, l-avukati speċjalizzati u l-membri tal-ġudikatura f’dan il-qasam;

(e)

kwalunkwe grupp ta’ speċjalisti ieħor kkonċernat bħall-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija jew strutturi komparabbli li kapaċi jipprovdu aċċess lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, bejjiegħa bl-imnut u kumpaniji responsabbli għat-tranżitu ta’ flus kontanti.

3.   Il-gruppi msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jinkludu parteċipanti minn pajjiżi terzi.

KAPITOLU III

GĦOTJIET

Artikolu 7

Għotjiet

1.   L-għotjiet taħt il-programm Pericles IV għandhom jingħataw u jiġu ġestiti f’konformità mat-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Għall-azzjonijiet implimentati permezz ta’ għotjiet, ix-xiri ta’ tagħmir ma għandux ikun l-uniku komponent tal-ftehim ta’ għotja.

Artikolu 8

Rati ta’ kofinanzjament

Ir-rata ta’ kofinanzjament għall-għotjiet mogħtija taħt il-programm Pericles IV ma għandhiex taqbeż 75 % tal-ispejjeż eliġibbli. F’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, definiti fil-programmi ta’ ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 10, ir-rata ta’ kofinanzjament ma għandhiex taqbeż 90 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Artikolu 9

Entitajiet eliġibbli

L-entitajiet eliġibbli għall-finanzjament taħt il-programm Pericles IV għandhom ikunu l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001.

KAPITOLU IV

PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

Artikolu 10

Programmi ta’ ħidma

1.   Sabiex jiġi implimentat il-programm Pericles IV, il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Għall-għotjiet, flimkien mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju, il-programm ta’ ħidma għandu jispeċifika l-kriterji tal-għażla u tal-għoti essenzjali u r-rata massima possibbli ta’ kofinanzjament.

Artikolu 11

Eżerċitar tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 12(2) tingħata lill-Kummissjoni mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 12(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti magħżula minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 12(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 12

Monitoraġġ

1.   L-indikaturi għar-rappurtar dwar il-progress tal-programm Pericles IV lejn il-kisba tal-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 2 huma stabbiliti fl-Anness.

2.   Biex tiġi żgurata l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-programm Pericles IV lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 11, biex temenda l-Anness fir-rigward tal-indikaturi fejn hu meqjus li meħtieġ għall-finijiet tal-evalwazzjoni, u kif ukoll biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni annwali dwar ir-riżultati tal-programm Pericles IV lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-BĊE, filwaqt li tieħu kont tal-indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi stabbiliti fl-Anness.

4.   Il-pajjiżi parteċipanti u benefiċjarji oħra għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni d-data u l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jippermettu l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm Pericles IV.

Artikolu 13

Evalwazzjoni

1.   Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu indipendenti tal-programm Pericles IV għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-programm Pericles IV, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.

2.   Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-programm Pericles IV, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara tmiem il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-programm Pericles IV mill-Kummissjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-BĊE.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 14

Informazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità

1.   Ir-riċevituri ta’ finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini ta’ dawk il-fondi u jiżguraw i l-viżibilità tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż il-media u l-pubbliku

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-programm Pericles IV, u mal-azzjonijiet meħuda skont il-programm Pericles IV, u r-riżultati miksuba.

3.   Ir-riżorsi finanzjarji allokati lill-programm Pericles IV għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawk il-prijoritajiet ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 2.

Artikolu 15

Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 331/2014 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 16

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika ta’ azzjonijiet li jkunu nbdew skont ir-Regolament (UE) Nru 331/2014, li għandhom ikomplu japplikaw għal dawk l-azzjonijiet sal-għeluq tagħhom.

2.   Il-pakkett finanzjarju għall-programm Pericles IV jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tkun żgurata t-transizzjoni bejn il-programm Pericles IV u l-miżuri adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 331/2014.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  ĠU C 378, 19.10.2018, p. 2.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Frar 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tat-13 ta’ April 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jestendi l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m’adottawx l-euro bħala l-munita unika tagħhom (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 11).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/923/KE tas-17 ta’ Diċembru 2001 li tistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles”) (ĠU L 339, 21.12.2001, p. 50).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/924/KE tas-17 ta’ Diċembru 2001 li testendi l-effetti tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi skambju, għajnuna u programm ta’ taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles”) għall-Istati Membri li għadhom m’adottawx l-euro bħala munita unika (ĠU L 339, 21.12.2001, p. 55).

(7)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/75/KE tat-30 ta’ Jannar 2006 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, għajnuna u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni (il-programm “Pericles”) (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 40).

(8)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/76/KE tat-30 ta’ Jannar 2006 li testendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/75/KE li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, għajnuna u taħriġ għall-protezzjoni tal-Euro kontra l-falsifikazzjoni (il-programm “Pericles”) (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 42).

(9)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/849/KE tal-20 ta’ Novembru 2006 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar (il-programm “Pericles”) (ĠU L 330, 28.11.2006, p. 28).

(10)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/850/KE tal-20 ta’ Novembru 2006 li testendi għall-Istati Membri li mhumiex parteċipanti l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/849/KE li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar (il-programm “Pericles”) (ĠU L 330, 28.11.2006, p. 30).

(11)  Regolament (UE) Nru 331/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles 2020”) u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/923/KE, 2001/924/KE, 2006/75/KE, 2006/76/KE, 2006/849/KE u 2006/850/KE (ĠU L 103, 5.4.2014, p. 1).

(12)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(13)  Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).

(14)  Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28).

(15)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(16)  Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal- Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(17)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(18)  Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(19)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(20)  Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(21)  Serje ta’ Trattati tal-Lega tan-Nazzjonijiet Nru 2623 (1931), p. 372.


ANNESS

INDIKATURI GĦALL-EVALWAZZJONI TAL-PROGRAMM PERICLES IV

Il-programm Pericles IV ser jiġi mmonitorjat mill-qrib fuq il-bażi ta’ sett ta’ indikaturi maħsuba biex ikejlu, bi spejjeż u piżijiet amministrattivi minimi, sa fejn ikunu nkisbu l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-programm Pericles IV. Għal dan il-għan, ser tinġabar data fir-rigward tas-sett ta’ indikaturi ewlenin li ġejjin:

(a)

l-għadd ta’ euro foloz skoperti;

(b)

l-għadd ta’ workshops illegali sfrattati;

(c)

l-għadd ta’ awtoritajiet kompetenti li japplikaw għall-programm Pericles IV;

(d)

ir-rata ta’ sodisfazzjoni tal-parteċipanti fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-programm Pericles IV; u

(e)

il-feedback tal-parteċipanti li jkunu diġà ħadu sehem f’azzjonijiet preċedenti tal-Pericles dwar l-impatt tal-programm Pericles IV fuq l-attivitajiet tagħhom fil-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar.

Id-data u l-informazzjoni dwar l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għandhom jinġabru kull sena mill-Kummissjoni u mill-benefiċjarji tal-programm Pericles IV, kif ġej:

il-Kummissjoni għandha tiġbor id-data għall-għadd ta’ muniti u karti tal-flus foloz tal-euro;

il-Kummissjoni għandha tiġbor id-data għall-għadd ta’ workshops illegali sfrattati;

il-Kummissjoni għandha tiġbor id-data għall-għadd ta’ awtoritajiet kompetenti li japplikaw għall-programm Pericles IV;

il-Kummissjoni u l-benefiċjarji tal-programm Pericles IV għandhom jiġbru d-data fir-rigward tar-rata ta’ sodisfazzjoni tal-parteċipanti fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-programm Pericles IV;

il-Kummissjoni u l-benefiċjarji tal-programm Pericles IV għandhom jiġbru d-data fir-rigward tal-feedback tal-parteċipanti li diġà ħadu sehem f’azzjonijiet preċedenti tal-Pericles dwar l-impatt tal-programm Pericles IV fuq l-attivitajiet tagħhom fil-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

27.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/12


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/841

tad-19 ta’ Frar 2021

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 640/2014 fir-rigward tar-regoli dwar in-nuqqas ta’ konformità fir-rigward tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-annimali bovini, ovini u kaprini u dwar il-kalkolu tal-livell ta’ penali amministrattivi fir-rigward tal-annimali ddikjarati skont l-iskemi ta’ għajnuna għall-annimali jew il-miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 63(4), 64(6) u 77(7) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 30 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 (2) fih regoli biex jiġi stabbilit l-għadd ta’ annimali determinati għall-finijiet ta’ appoġġ akkoppjat u volontarju bbażat fuq applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-bhejjem imrobbija skont skemi ta’ għajnuna għall-annimali jew appoġġ għall-iżvilupp rurali bbażat fuq talbiet għall-pagament skont miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali. B’mod partikolari, jistabbilixxi regoli għal każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità fir-rigward tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-annimali bovini u għall-annimali ovini u kaprini. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 (3) jistipula li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini. Peress li dik is-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni fiha rekwiżiti simili għal dawk tas-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni għall-annimali bovini kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), huwa xieraq li jiġu allinjati r-regoli biex jitqiesu n-nuqqasijiet ta’ konformità relatati mas-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ dawk it-tliet kategoriji ta’ annimali. F’dak il-kuntest, huwa xieraq li r-referenza għal “tikketti tal-widnejn” tinbidel b’referenza għal “mezz ta’ identifikazzjoni” f’konformità ma’ dawk iż-żewġ Regolamenti.

(2)

Filwaqt li tqis l-evoluzzjoni tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, huwa xieraq li jiġu adattati l-penali amministrattivi fir-rigward tal-iskemi ta’ għajnuna għall-annimali u l-miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali stabbiliti fl-Artikolu 31 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 640/2014 billi jiġu eżentati sa tliet annimali li jinstabu mhux determinati mill-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu identifikati individwalment permezz ta’ identifikazzjoni jew dokumentazzjoni ta’ sostenn, u billi jiġi aġġustat il-livell ta’ penali li għandhom jiġu applikati jekk jinstab li ma jiġux determinati aktar minn tliet annimali.

(3)

B’konformità mal-Artikolu 53(4) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 (5) meta l-miżura tal-appoġġ akkoppjat tkun tikkonċerna annimali bovini u/jew nagħaġ u mogħoż, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu bħala kundizzjoni għall-eliġibbiltà għall-appoġġ, ir-rekwiżiti għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-annimali previsti fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 jew fir-Regolament (KE) Nru 21/2004 rispettivament. Barra minn hekk, b’konformità ma’ dawk ir-Regolamenti, avvenimenti tal-annimali bħal twelid, imwiet u movimenti għandhom jiġu nnotifikati lill-bażi tad-data kompjuterizzata f’ċerti limiti ta’ żmien. In-nuqqas ta’ rispett ta’ dawk il-limiti ta’ żmien jitqies bħala nuqqas ta’ konformità fir-rigward tal-annimal ikkonċernat. Madankollu, sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità u mingħajr preġudizzju għal kundizzjonijiet oħra ta’ eliġibbiltà stabbiliti mill-Istat Membru, l-annimali bovini, ovini u kaprini jenħtieġ li jitqiesu bħala eliġibbli għall-għajnuna jew għall-appoġġ mingħajr l-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi sakemm tkun saret notifika tard ta’ avveniment tal-annimali qabel il-bidu ta’ perjodu ta’ żamma jew qabel data ta’ referenza partikolari, kif stabbilit mill-Istat Membru skont l-Artikolu 53(4) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 639/2014.

(4)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza u simplifikazzjoni, jenħtieġ li l-formulazzjoni tal-Artikolu 31(3) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014 tiġi allinjata bejn is-sistema bbażata fuq il-pretensjonijiet u s-sistema mingħajr pretensjonijiet.

(5)

Għalhekk, ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(6)

Sabiex l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien biex jaġġustaw is-sistemi tagħhom biex jimplimentaw ir-regoli emendati, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna, l-applikazzjonijiet għall-appoġġ u t-talbiet għall-pagament imressqa għas-snin tat-talba jew għall-perjodi tal-primjum li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2021,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Fejn jinstabu każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità fir-rigward tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-annimali bovini, ovini u kaprini għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

annimal bovin li jkun preżenti fl-impriża agrikola li jkun tilef waħda miż-żewġ mezzi ta’ identifikazzjoni għandu jiġi kkunsidrat bħala stabbilit sakemm ikun identifikat b’mod ċar u individwalment bl-elementi l-oħrajn tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000;

(b)

annimal ovin jew kaprin li jkun preżenti fl-impriża agrikola li jkun tilef wieħed miż-żewġ mezzi ta’ identifikazzjoni għandu jiġi kkunsidrat bħala stabbilit, sakemm l-annimal jista’ xorta waħda jiġi identifikat permezz tal-ewwel mezz ta’ identifikazzjoni skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 21/2004 u sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti l-oħrajn kollha tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini;

(c)

meta annimal bovin, ovin jew kaprin wieħed li jkun preżenti fl-impriża agrikola jkun tilef żewġ mezzi ta’ identifikazzjoni, għandu jiġi kkunsidrat bħala stabbilit, sakemm l-annimal jista’ xorta waħda jiġi identifikat individwalment mir-reġistru, mill-passaport tal-annimal, fejn rilevanti, mill-bażi tad-data jew mezz ieħor stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 jew ir-Regolament (KE) Nru 21/2004 rispettivament u sakemm l-indokratur tal-annimali jkun jista’ jipprovdi evidenza li huwa kien diġà ħa azzjoni biex jirrimedja għas-sitwazzjoni qabel in-notifika tal-verifika fuq il-post;

(d)

meta n-nuqqas ta’ konformità li jinstab jirrigwarda entrati żbaljati fir-reġistru, fil-passaporti tal-bhejjem jew fil-bażi tad-data kompjuterizzata għall-annimali, iżda ma jkunx rilevanti għall-verifika tar-rispett tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 53(4) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 639/2014 fil-qafas tal-iskema ta’ għajnuna jew tal-miżura ta’ appoġġ ikkonċernati, l-annimal ikkonċernat għandu jitqies biss bħala mhux stabbilit jekk jinstabu entrati żbaljati bħal dawn f’minn tal-inqas żewġ verifiki f’perjodu ta’ 24 xahar. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-annimali kkonċernati għandhom jitqiesu bħala mhux stabbiliti wara l-ewwel sejba;

(e)

meta n-nuqqasijiet ta’ konformità misjuba jkunu relatati ma’ notifiki tard ta’ avvenimenti tal-annimali fil-bażi tad-data kompjuterizzata, l-annimal ikkonċernat għandu jitqies bħala ddeterminat jekk in-notifika tkun seħħet qabel il-bidu tal-perjodu taż-żamma jew qabel id-data ta’ referenza stabbilita skont l-Artikolu 53(4) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 639/2014.

L-entrati fis-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini, ovini u kaprini u n-notifiki li jintbagħtulha jistgħu jiġu aġġustati fi kwalunkwe ħin f’każijiet ta’ żbalji evidenti rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti.”;

(b)

jitħassar il-paragrafu 5;

(2)

l-Artikolu 31 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 31

Penali amministrattivi fir-rigward ta’ annimali fil-qafas tal-iskemi ta’ għajnuna għall-annimali jew tal-miżuri ta’ appoġġ marbuta mal-annimali

1.   L-ammont totali ta’ għajnuna jew appoġġ li għalih huwa intitolat il-benefiċjarju skont skema ta’ għajnuna għall-annimali jew miżura ta’ appoġġ relatata mal-annimali jew tip ta’ operazzjoni taħt tali miżura ta’ appoġġ għas-sena tat-talba kkonċernata għandu jitħallas abbażi tal-għadd ta’ annimali stabbilit skont l-Artikolu 30(3), dment li wara l-verifiki amministrattivi jew il-kontrolli fuq il-post:

(a)

mhux aktar minn tliet annimali jinstabu mhux determinati, u

(b)

annimali mhux determinati jistgħu jiġu identifikati individwalment bi kwalunkwe mezz stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 jew ir-Regolament (KE) Nru 21/2004.

2.   Jekk jinstabu aktar minn tliet annimali mhux determinati, l-ammont totali ta’ għajnuna jew ta’ appoġġ li jkun intitolat għalih il-benefiċjarju fil-qafas tal-iskema ta’ għajnuna jew tal-miżura ta’ appoġġ jew tat-tip ta’ operazzjoni fil-qafas ta’ tali miżura ta’ appoġġ, imsemmija fil-paragrafu 1 għas-sena tat-talba kkonċernata għandu jitnaqqas:

(a)

bil-perċentwal li għandu jiġi stabbilit f’konformità mal-paragrafu 3, jekk ma jkunx aktar minn 20 %;

(b)

bid-doppju tal-perċentwal li għandu jiġi stabbilit f’konformità mal-paragrafu 3, jekk ikun aktar minn 20 % iżda ma jkunx aktar minn 30 %.

Jekk il-perċentwal stabbilit f’konformità mal-paragrafu 3 ikun iżjed minn 30 %, l-ebda għajnuna jew appoġġ li għalihom kieku l-benefiċjarju jkun intitolat skont l-Artikolu 30(3) ma għandhom jingħataw fil-qafas tal-iskema ta’ għajnuna jew tal-miżura ta’ appoġġ jew tat-tip ta’ operazzjoni fil-qafas ta’ din il-miżura ta’ appoġġ għas-sena tat-talba kkonċernata.

Jekk il-perċentwal stabbilit skont il-paragrafu 3 ikun iżjed minn 50 %, l-ebda għajnuna jew appoġġ li għalihom kieku l-benefiċjarju jkun intitolat skont l-Artikolu 30(3) ma għandhom jingħataw fil-qafas tal-iskema ta’ għajnuna jew tal-miżura ta’ appoġġ jew tat-tip ta’ operazzjoni fil-qafas ta’ din il-miżura ta’ appoġġ għas-sena tat-talba kkonċernata. Barra minn hekk, il-benefiċjarju għandu jkun soġġett għal penali addizzjonali ta’ ammont li jkun daqs l-ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn l-għadd ta’ annimali ddikjarati u l-għadd ta’ annimali stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 30(3). Jekk dak l-ammont ma jkunx jista’ jiġi paċut għalkollox matul it-tliet snin kalendarji ta’ wara s-sena kalendarja tas-sejba, f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, il-bilanċ pendenti għandu jiġi kkanċellat.

Għal speċijiet oħra għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 30(4) ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu għadd ta’ annimali li jkun differenti mill-livell limitu ta’ tliet annimali li huwa previst fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Meta jistabbilixxu dak l-għadd, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun sostanzjalment ekwivalenti għal dak il-livell limitu, billi fost l-oħrajn iqisu l-unitajiet ta’ bhejjem u/jew l-ammont ta’ għajnuna jew ta’ appoġġ li jkun ingħata.

3.   Sabiex jiġu stabbiliti l-perċentwali msemmija fil-paragrafu 2, l-għadd ta’ annimali ta’ skema ta’ għajnuna jew miżura ta’ appoġġ jew tip ta’ operazzjoni li jinstab li ma jkunx determinat għandu jiġi diviż bl-għadd ta’ annimali determinati għal dik l-iskema ta’ għajnuna jew miżura ta’ appoġġ jew tip ta’ operazzjoni taħt tali miżura ta’ appoġġ għas-sena tat-talba kkonċernata.

4.   Meta l-kalkolu tal-ammont totali ta’ għajnuna jew ta’ appoġġ li jkun intitolat għalih il-benefiċjarju fil-qafas ta’ skema ta’ għajnuna jew ta’ miżura ta’ appoġġ jew ta’ tip ta’ operazzjoni fil-qafas ta’ tali miżura ta’ appoġġ għas-sena tat-talba kkonċernata jkun ibbażat fuq l-għadd ta’ jiem li fihom l-annimali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà jkunu preżenti fl-azjenda, il-kalkolu tal-għadd ta’ annimali li jkunu nstabu mhux determinati kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun ibbażat ukoll fuq l-għadd ta’ jiem li fihom dawk l-annimali jkunu preżenti fl-azjenda.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-appoġġ u tat-talbiet għall-pagament sottomessi għas-snin tat-talba jew għall-perjodi tal-primjum li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istat Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta’ pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 48).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 92/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014, li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-pagamenti diretti lill-bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni u li jemenda l-Anness X ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 1).


27.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/842

tas-26 ta’ Mejju 2021

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 307/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ trasparenza u ta’ konfidenzjalità għall-valutazzjoni tar-riskju tal-UE ta’ sustanzi taħt skrutinju

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħrajn mal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 jarmonizza r-regoli nazzjonali fl-Istati Membri dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 307/2012 (2) jistabbilixxi, b’mod partikolari, regoli ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 dwar il-valutazzjoni tas-sikurezza mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) tas-sustanzi taħt skrutinju elenkati fil-Parti Ċ tal-Anness III tiegħu.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2019/1381 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) emenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Dawk l-emendi għandhom l-għan li jsaħħu t-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fl-oqsma kollha tal-katina alimentari fejn l-Awtorità tagħti valutazzjoni tar-riskju xjentifika.

(4)

L-emendi għar-Regolament (KE) Nru 178/2002 introduċew dispożizzjonijiet ġodda dwar, fost oħrajn, il-pariri ġenerali ta’ qabel is-sottomissjoni mill-persunal tal-Awtorità fuq talba ta’ applikant potenzjali u l-obbligu ta’ notifikazzjoni tal-istudji kkummissjonati jew imwettqa minn operaturi tan-negozji biex jappoġġaw applikazzjoni u l-konsegwenzi fil-każ tan-nuqqas ta’ konformità ma’ dak l-obbligu. L-emendi introduċew ukoll dispożizzjonijiet dwar id-divulgazzjoni pubblika mill-Awtorità, tad-data xjentifika, tal-istudji u ta’ informazzjoni oħra kollha li jappoġġaw l-applikazzjonijiet, bl-eċċezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali ġustifikata kif xieraq, minn kmieni fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju, segwita minn konsultazzjoni ma’ partijiet terzi.

(5)

Għalkemm ir-Regolament (UE) 2019/1381 ma għandux dispożizzjonijiet rigward il-valutazzjoni tar-riskju ta’ sustanzi jew ta’ ingredjenti, li kienu ġew elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, id-dispożizzjonijiet tiegħu huma ta’ rilevanza diretta għal dik il-proċedura, kif deskritt fl-Artikolu 8(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006. Dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw il-fażi ta’ qabel is-sottomissjoni, fir-rigward tal-parir ta’ qabel is-sottomissjoni u n-notifika tal-istudji kkummissjonati, kif ukoll il-fażi tal-valutazzjoni tar-riskju, fir-rigward tar-rekwiżiti tat-trasparenza u tal-kunfidenzjalità u tal-konsultazzjonijiet pubbliċi. Dawn jirregolaw prinċipalment proċessi bbażati fuq l-applikazzjoni li jibdew mill-operaturi tal-industrija tal-ikel.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 jagħti rwol importanti biex juri s-sikurezza ta’ sustanza partikolari taħt skrutinju elenkata fil-Parti Ċ tal-Anness III tiegħu, mhux biss lill-operaturi tal-industrija tal-ikel, iżda wkoll lill-partijiet interessati oħra, bħall-organizzazzjonijiet tal-industrija jew tal-konsumatur. Għaldaqstant, l-evalwazzjoni ta’ sustanza taħt skrutinju ma teħtieġx is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni minn applikant maħtur, iżda l-operaturi tan-negozju interessati kollha u partijiet interessati oħra jistgħu jissottomettu d-data u l-informazzjoni għal dak il-għan.

(7)

Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-proċedura għall-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza taħt skrutinju elenkata fil-Parti Ċ tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 hija rregolata mid-dispożizzjonijiet kumparabbli ma’ dawk fir-Regolament (UE) 2019/1381 kemm għall-fażijiet ta’ qabel is-sottomissjoni kif ukoll għall-valutazzjoni tar-riskju.

(8)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 307/2012 jiġi allinjat mal-emendi tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 introdotti bir-Regolament (UE) 2019/1381, b’mod partikolari fir-rigward (i) tal-possibilità, prevista fl-Artikolu 32a, biex jintalab parir ta’ qabel is-sottomissjoni mill-persunal tal-Awtorità, kull meta l-Awtorità hija meħtieġa jew mitluba li tipprovdi opinjoni; (ii) l-obbligu, stabbilit fl-Artikolu 32b, biex l-Awtorità tiġi notifikata bl-istudji rilevanti; (iii) l-obbligu tal-Awtorità li tikkonsulta mal-partijiet terzi stabbilit fl-Artikolu 32c, (iv) l-obbligi fir-rigward tal-forma tas-sottomissjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 39f, u (v) ir-regoli tal-kunfidenzjalità previsti fl-Artikolu 39.

(9)

Id-dispożizzjoni tal-Awtorità, fuq talba, ta’ parir ta’ qabel is-sottomissjoni dwar ir-regoli applikabbli għas-sottomissjoni tal-fajls, u l-kontenut meħtieġ għalih li juru s-sikurezza ta’ sustanza taħt skrutinju, elenkata fil-Parti Ċ tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, tista’ ttejjeb il-kwalità tas-sottomissjonijiet, u għalhekk tipprovdi appoġġ għall-valutazzjoni tar-riskju. Madankollu, l-operaturi tan-negozji tal-ikel u kwalunkwe partijiet interessati oħra jaf ma jkunux jistgħu jagħmlu użu sħiħ mill-parir ta’ qabel is-sottomissjoni minħabba l-iskadenza tas-sottomissjoni tal-fajls tagħhom. Fl-interess tal-kwalità mtejba tal-valutazzjoni xjentifika, jenħtieġ li l-operaturi tan-negozji tal-ikel u partijiet interessati oħra jkunu jistgħu jitolbu parir ta’ qabel is-sottomissjoni għal sottomissjoni potenzjali, mill-ġurnata tal-adozzjoni ta’ opinjoni mill-Awtorità skont l-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, li jidentifika l-possibilità ta’ effetti ta’ ħsara għas-saħħa assoċjati mal-konsum ta’ sustanza, imma tibqa’ l-inċertezza xjentifika.

(10)

L-istudji li jeħtieġu juru s-sikurezza ta’ sustanza taħt skrutinju, elenkata fil-Parti Ċ tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, iqisu għadd ta’ fatturi u għalhekk jistgħu jvarjaw b’mod sinifikanti. Li jiġi estiż il-perjodu għall-operaturi tan-negozji tal-ikel jew għall-partijiet ikkonċernati biex jissottomettu l-fajls minn 18-il xahar għal 24 xahar mid-data li fiha sustanza tkun ġiet elenkata fil-Parti Ċ tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, jista’ jiffaċilita t-tħejjija u s-sottomissjoni tal-fajls, u għalhekk jipprovdi appoġġ għall-valutazzjoni tar-riskju.

(11)

Jenħtieġ li l-obbligu li jiġu notifikati l-istudji relevanti stabbiliti fl-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 japplika wkoll għall-operaturi tan-negozji tal-ikel jew għall-partijiet interessati li għandhom il-ħsieb li jissottomettu l-fajl għall-evalwazzjoni kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 307/2012. Madankollu, huwa meħtieġ adattament ulterjuri għall-proċedura tal-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Il-konsegwenzi proċedurali previsti fl-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu jirriżultaw f’dewmien fil-valutazzjoni tal-fajl. Madankollu, minħabba t-terminu imperattiv ta’ erba’ snin preskritt mill-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, id-dewmien fl-evalwazzjoni jista’ jfisser li t-terminu preskritt mhux se jitħares. Għaldaqstant, dawk il-konsegwenzi proċedurali mhumiex xierqa fil-kuntest tal-proċedura ta’ evalwazzjoni għal sustanzi mqiegħda fil-parti Ċ tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 u jenħtieġ li ma jiġux previsti. Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tieħu deċiżjoni dwar sustanza taħt skrutinju elenkata fil-Parti Ċ tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 fl-iskadenza mitluba, jenħtieġ li jitqiesu biss il-fajls sottomessi f’24 xahar mid-data li fiha sustanza tkun ġiet elenkata f’dak l-Anness.

(12)

Ir-Regolament (UE) 2019/1381 għandu japplika mis-27 ta’ Marzu 2021. Għaldaqstant, sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza u ċ-ċarezza tad-dritt fir-rigward tar-rekwiżiti tat-trasparenza għall-proċedura skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 u biex tippermetti l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti tat-trasparenza u tal-kunfidenzjalità għall-valutazzjoni tar-riskju tal-UE għas-setturi kkonċernati kollha, huwa meħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu. Għar-raġunijiet taċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għal dawk il-fajls sottomessi lill-Awtorità minn dik id-data ’l quddiem.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 307/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 307/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Is-sustanza inkluża fil-Parti Ċ tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006

1.   Sal-adozzjoni tal-formati standard tad-data skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-Awtorità għandha biss tqis validu fajl li jiġi ppreżentat f’format elettroniku, li jippermetti it-tniżżil, l-istampar u t-tiftix tad-dokumenti.

Wara l-adozzjoni tal-formati standard tad-data, il-fajl għandu jiġi ppreżentat f’konformità ma’ dawk il-formati standard tad-data li għandhom jitqiesu validi.

Meta l-Awtorità tqis li fajl mhuwiex validu, għandha tgħarraf lill-operatur tal-kummerċ tal-ikel jew lill-parti interessata li ressqet il-fajl u lill-Kummissjoni, waqt li tindika r-raġunijiet għalfejn il-fajl mhuwiex meqjus validu.

2.   Għall-finijiet tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, l-Awtorità għandha tqis biss il-fajls sottomessi fi żmien 24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ deċiżjoni li telenka sustanza fil-Parti Ċ tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament, skont l-Artikolu 8(2) tiegħu.”;

(2)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 5a

Pariri ta’ qabel is-sottomissjoni

Fuq talba ta’ operatur tal-kummerċ tal-ikel jew ta’ parti interessati oħra, il-persunal tal-Awtorità għandu jipprovdi parir dwar ir-regoli applikabbli għas-sottomissjoni ta’ fajl u l-kontenut meħtieġ għalih li għandu d-data xjentifika bl-għan li turi s-sikurezza ta’ sustanza elenkata fil-Parti Ċ tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006.

L-operaturi tal-kummerċ tal-ikel u partijiet interessati oħra jistgħu jitolbu parir ta’ qabel is-sottomissjoni għal sottomissjoni potenzjali, mill-ġurnata tal-adozzjoni ta’ opinjoni mill-Awtorità skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, li jidentifika l-possibilità ta’ effetti ta’ ħsara għas-saħħa assoċjati mal-konsum ta’ sustanza.

Tali parir ta’ qabel is-sottomissjoni għandu jingħata f’konformità mal-Artikolu 32a tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 5b

Notifika tal-istudji

1.   L-operaturi tal-kummerċ tal-ikel u partijiet interessati oħra għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità, mingħajr dewmien, bit-titlu, bil-kamp ta’ applikazzjoni, u bid-dati tal-bidu u tat-tlestija ppjanata ta’ kwalunkwe studju kkummissjonat jew imwettaq minnhom biex juru s-sikurezza ta’ sustanza elenkata fil-Parti Ċ tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, kif ukoll bil-laboratorju jew bil-faċilitajiet oħra tal-ittestjar li jinsabu fl-Unjoni u li qed iwettqu dak l-istudju.

2.   Il-laboratorji u faċilitajiet oħra tal-ittestjar li jinsabu fl-Unjoni għandhom ukoll, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Awtorità bit-titlu u bil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe studju kkummissjonat mill-operaturi tal-kummerċ tal-ikel u partijiet interessati oħra, imwettaq minn dawn il-laboratorji jew faċilitajiet oħra tal-ittestjar biex juru s-sikurezza ta’ sustanza elenkata fil-Parti Ċ tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, bid-dati tal-bidu u tat-tlestija ppjanata tagħhom, kif ukoll b’isem l-operatur tal-kummerċ tal-ikel jew tal-parti interessata li kkummissjonat dak l-istudju.

3.   L-Awtorità għandha tinkludi l-istudji nnotifikati f’konformità ma’ dan l-Artikolu fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 32b(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

Artikolu 5c

Trasparenza

Meta l-Awtorità għandha tipprovdi opinjoni dwar sustanza taħt skrutinju elenkata fil-Parti Ċ tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, abbażi ta’ fajl validu, din għandha:

(a)

tippubblika d-data sottomessa f’dak il-fajl f’konformità mal-Artikolu 38(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li għandu japplika mutatis mutandis’;

(b)

tikkonsulta mal-partijiet interessati u mal-pubbliku, skont l-Artikolu 32c(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li għandu japplika mutatis mutandis, abbażi tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-data sottomessa f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5d

Kunfidenzjalità

Mas-sottomissjoni ta’ fajl, l-operatur tal-kummerċ tal-ikel jew parti interessata oħra jistgħu jitolbu li ċerti partijiet tal-informazzjoni jew tad-data sottomessa tiġi trattata bħala kunfidenzjali.

Tali talba għall-kunfidenzjalità għandha tkun akkumpanjata minn ġustifikazzjoni verifikabbli li turi li d-divulgazzjoni ta’ tali informazzjoni jew ta’ data tagħmel ħsara sinifikanti fuq l-interessi ta’ min jagħmel it-talba, fis-sens tal-Artikolu 39(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li għandu japplika mutatis mutandis.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għall-fajls sottomessi lill-Awtorità minn dik id-data.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 307/2012 tal-11 ta’ April 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (ĠU L 102, 12.4.2012, p. 2).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/1381 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 1829/2003, (KE) Nru 1831/2003, (KE) Nru 2065/2003, (KE) Nru 1935/2004, (KE) Nru 1331/2008, (KE) Nru 1107/2009, (UE) 2015/2283 u d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 231, 6.9.2019, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).


27.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/843

tas-26 ta’ Mejju 2021

li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva cyazofamid f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/23/KE (2) inkludiet il-cyazofamid bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(2)

Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva cyazofamid, kif stabbilita fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiskadi fil-31 ta’ Lulju 2021.

(4)

Tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-cyazofamid f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) fil-perjodu ta’ żmien previst f’dak l-Artikolu.

(5)

L-applikant ressaq il-fajls addizzjonali meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta.

(6)

L-Istat Membru relatur ħejja abbozz tar-rapport dwar il-valutazzjoni tat-tiġdid f’konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ressqu lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-23 ta’ Ġunju 2015.

(7)

L-Awtorità għamlet is-sommarju tal-fajl addizzjonali disponibbli għall-pubbliku. L-Awtorità ċċirkolat ukoll l-abbozz tar-rapport dwar il-valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u nediet konsultazzjoni pubblika dwaru. L-Awtorità għaddiet il-kummenti li rċeviet lill-Kummissjoni.

(8)

Fit-23 ta’ Mejju 2016, l-Awtorità kkomunikat lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (6) dwar jekk jistax ikun mistenni li l-cyazofamid jissodisfa l-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Wara mandat mill-Kummissjoni minħabba inċertezzi relatati ma’ artropodi mhux fil-mira, fit-28 ta’ Lulju 2020 l-Awtorità aġġornat il-konklużjoni tagħha (7). Il-Kummissjoni ppreżentat rapport tat-tiġdid dwar il-cyazofamid lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fit-3 ta’ Diċembru 2020 u abbozz ta’ Regolament fis-26 ta’ Jannar 2021.

(9)

Fir-rigward tal-kriterji biex jiġu identifikati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali li daħħal ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 (8), fil-konklużjoni tagħha, l-Awtorità tindika li, abbażi tal-evidenza xjentifika, il-probabbiltà li l-cyazofamid ifixkel is-sistema endokrinali permezz tal-modalitajiet estroġeniċi, androġeniċi, tirojdoġeniċi jew sterojdoġeniċi hija remota ħafna. Abbażi tad-data disponibbli u tal-għarfien attwali miġbur fil-qosor fil-konklużjoni tal-Awtorità, ma ġie osservat l-ebda effett avvers li seta’ jkun relatat ma’ modalità ta’ azzjoni ta’ interferent endokrinali. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-cyazofamid ma jridx jitqies li għandu proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali.

(10)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant iressaq il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità u, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, dwar ir-rapporti tat-tiġdid. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa.

(11)

Dwar użu rappreżentattiv wieħed jew aktar, ta’ mill-inqas prodott wieħed tal-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva cyazofamid, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati.

(12)

Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-cyazofamid hija bbażata fuq għadd limitat ta’ użi rappreżentattivi, li madankollu ma jillimitawx l-użi li għalihom jistgħu jiġu awtorizzati l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-cyazofamid. Għalhekk, jixraq li ma tinżammx ir-restrizzjoni għall-użu bħala fungiċida.

(13)

Għalhekk, jixraq li tiġġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva cyazofamid.

(14)

Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ jiġu previsti ċerti kundizzjonijiet. B’mod partikolari, jixraq li tintalab iktar informazzjoni konfermatorja.

(15)

Sabiex ikun hemm aktar fiduċja fil-konklużjoni li l-cyazofamid ma għandux proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali, jenħtieġ li l-applikant jipprovdi valutazzjoni aġġornata, f’konformità mal-punt 2.2(b) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, tal-kriterji stabbiliti fil-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2018/605, u f’konformità mal-gwida għall-identifikazzjoni tal-interferenti endokrinali (9).

(16)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(17)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/869 (10) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni tal-cyazofamid sal-31 ta’ Lulju 2021 sabiex il-proċess ta’ tiġdid ikun jista’ jitlesta qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ approvazzjoni għal dik is-sustanza attiva. Peress li d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament tkun qrib id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-cyazofamid, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-jum wara d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-cyazofamid.

(18)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva cyazofamid, kif speċifikata fl-Anness I, hija mġedda soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/23/KE tal-25 ta’ Marzu 2003 biex temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi imazamox, oxasulfuron, ethoxysulfuron, foramsulfuron, oxadiargyl u cyazofamid bħala sustanzi attivi (ĠU L 81, 28.3.2003, p. 39).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(6)  EFSA Journal 2016;14(6):4503 [24 pp.]. Disponibbli online: www.efsa.europa.eu.

(7)  Updated peer review of the pesticide risk assessment of the active substance cyazofamid; EFSA Journal 2020;18(9):6232.

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 tad-19 ta’ April 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 billi jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali. (ĠU L 101, 20.4.2018, p. 33).

(9)  L-ECHA (Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi) u l-EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel) bl-appoġġ tekniku taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), Andersson N, Arena M, Auteri D, Barmaz S, Grigard E, Kienzler A, Lepr P, Lostia AM, Mun S, Parra Morte JM, Pellizzato F, Taraona J, Terrron A u Van der Linden S, 2018. Guidance for the identification of endocrine disruptors in the context of Regulations (EU) No 528/2012 and (EC) No 1107/2009. EFSA Journal 2018;16(6):5311, 135 pp.

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/869 tal-24 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi beflubutamid, benalaksil, benthiavalicarb, bifenazate, boscalid, bromossinil, captan, cyazofamid, dimethomorph, ethephon, etoxazole, famossadon, fenamiphos, flumjossażin, fluoxastrobin, folpet, formetanate, metribuzin, milbemectin, Paecilomyces lilacinus strain 251, fenmedifam, phosmet, pirimiphos-methyl, propamocarb, prothioconazole, u S-metolachlor (ĠU L 201, 25.6.2020, p. 7).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità  (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Cyazofamid

Nru CAS: 120116-88-3

Nru CIPAC: 653

4-chloro-2-cyano-N,N-dimethyl-5-p-tolylimidazole-1-sulfonamide

≥ 935 g/kg

01/08/2021

31/07/2036

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tat-tiġdid dwar il-cyazofamid, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għal dawn li ġejjin:

(a)

l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku, kif immanifatturat b’mod kummerċjali;

(b)

l-impatt tal-ipproċessar fuq il-valutazzjoni tar-riskju għall-konsumatur;

(c)

il-protezzjoni ta’ artropodi li mhumiex fil-mira, inkluż il-ħanex.

L-applikant għandu jressaq informazzjoni konfermatorja lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:

1.

l-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta’ taħt l-art, meta l-ilma tal-wiċċ jew l-ilma ta’ taħt l-art jiġi estratt biex jintuża għax-xorb.

2.

il-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605.

L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni mitluba fil-punt 1 fi żmien sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni, mill-Kummissjoni, ta’ dokument ta’ gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi li jinsabu fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta’ taħt l-art.

Fir-rigward tal-punt 2, l-applikant għandu jipprovdi valutazzjoni aġġornata tal-informazzjoni diġà mressqa u, fejn rilevanti, aktar informazzjoni biex jikkonferma n-nuqqas ta’ attività endokrinali sas-16 ta’ Ġunju 2023.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tat-tiġdid.


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti A, titħassar l-entrata 46 dwar il-cyazofamid;

(2)

fil-Parti B, tiżdied l-entrata li ġejja:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità  (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“146

Cyazofamid

Nru CAS: 120116-88-3

Nru CIPAC: 653

4-chloro-2-cyano-N,N-dimethyl-5-p-tolylimidazole-1-sulfonamide

≥ 935 g/kg

01/08/2021

31/07/2036

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tat-tiġdid dwar il-cyazofamid, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għal dawn li ġejjin:

(a)

l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku, kif immanifatturat b’mod kummerċjali;

(b)

l-impatt tal-ipproċessar fuq il-valutazzjoni tar-riskju għall-konsumatur;

(c)

il-protezzjoni ta’ artropodi li mhumiex fil-mira, inkluż il-ħanex.

L-applikant għandu jressaq informazzjoni konfermatorja lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:

1.

l-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta’ taħt l-art, meta l-ilma tal-wiċċ jew l-ilma ta’ taħt l-art jiġi estratt biex jintuża għax-xorb.

2.

il-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605.

L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni mitluba fil-punt 1 fi żmien sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni, mill-Kummissjoni, ta’ dokument ta’ gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi li jinsabu fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta’ taħt l-art.

Fir-rigward tal-punt 2, l-applikant għandu jipprovdi valutazzjoni aġġornata tal-informazzjoni diġà mressqa u, fejn rilevanti, aktar informazzjoni biex jikkonferma n-nuqqas ta’ attività endokrinali sas-16 ta’ Ġunju 2023.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tat-tiġdid.


DEĊIŻJONIJIET

27.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/26


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/844

tas-26 ta’ Mejju 2021

terminazzjoni ta’ proċediment antisussidji dwar importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mit-Turkija

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fit-12 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar (“il-prodott investigat”) li joriġinaw mit-Turkija. Il-Kummissjoni ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“Notifika ta’ Bidu”) (2).

(2)

Il-prodotti li qed jiġi investigat huma ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, f’koljaturi jew le (inklużi prodotti “cut-to-length” u “strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief b’laminazzjoni termali, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin, li joriġinaw mit-Turkija.

Il-prodotti li ġejjin mhumiex koperti minn din l-investigazzjoni:

prodotti ta’ azzar inossidabbli u azzar elettriku bis-siliċju bi grani orjentati;

prodotti tal-azzar tal-għodda u tal-azzar li jintuża f’veloċità għolja;

prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr diżinji f’riljev, ta’ ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew aktar; kif ukoll

prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr diżinji f’riljev, ta’ ħxuna ta’ 4,75 mm jew aktar iżda li ma taqbiżx l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 2 050 mm jew aktar.

(3)

L-investigazzjoni bdiet wara lment ippreżentat mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar, (“il-Eurofer” jew “l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. L-ilment kien fih evidenza suffiċjenti ta’ sussidjar u ta’ dannu konsegwenti li jiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

(4)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jagħmlu kuntatt magħha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-ilmentaturi, lil produtturi magħrufa oħra tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet tat-Turkija, lil importaturi, fornituri u utenti magħrufa, negozjanti, kif ukoll assoċjazzjonijiet li kien magħruf li kienu kkonċernati, dwar il-bidu tal-investigazzjoni, u stednithom jieħdu sehem.

(5)

Il-partijiet interessati kollha kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali sal-limitu ta’ żmien stipulat fin-notifika ta’ bidu.

2.   L-irtirar tal-ilment u t-terminazzjoni tal-proċediment

(6)

Fl-24 ta’ Marzu 2021, l-ilmentatur informa lill-Kummissjoni li kien irtira l-ilment.

(7)

Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2016/1037, il-proċedimenti jistgħu jiġu terminati, fejn ilment jiġi rtirat, sakemm tali terminazzjoni ma tkunx kontra l-interess tal-Unjoni.

(8)

L-investigazzjoni ma kienet żvelat ebda konsiderazzjoni li turi li huwa fl-interess tal-Unjoni li jitkompla l-każ.

(9)

Għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet li l-proċediment antisussidji dwar importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mit-Turkija jenħtieġ li jiġi tterminat mingħajr l-impożizzjoni tal-miżuri.

(10)

Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa b’dan u ngħataw opportunità li jikkummentaw. Ma wasal l-ebda kumment.

(11)

Id-Deċiżjoni hija konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċediment antisussidju li jikkonċerna l-importazzjoni prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid, azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor, kemm jekk f’koljaturi kif ukoll jekk le (inklużi prodotti “maqtugħin għad-daqs” u “strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief irrumblati bis-sħana, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7208 10 00, 7208 25 00, 7208 26 00, 7208 27 00, 7208 36 00, 7208 37 00, 7208 38 00, 7208 39 00, 7208 40 00, 7208 52 10, 7208 52 99, 7208 53 10, 7208 53 90, 7208 54 00, 7211 13 00, 7211 14 00, 7211 19 00, ex 7225 19 10 (TARIC code 7225191090), 7225 30 90, ex 7225 40 60 (kodiċi TARIC 7225406090), 7225 40 90, ex 7226 19 10 (kodiċi TARIC 7226191090), 7226 91 91 u 7226 91 99, li joriġinaw mit-Turkija, huwa tterminat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(2)  Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antisussidji li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mit-Turkija (ĠU C 197, 12.6.2020, p. 4).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21).


27.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/28


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/845

tas-26 ta’ Mejju 2021

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ kif l-akkumulazzjonijiet tat-trab jaqbdu spontanjament

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-prodotti li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom.

(2)

Bl-ittra BC/CEN/46-92 – BC/CLC/05-92 tat-12 ta’ Diċembru 1994, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) għat-tfassil u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik id-Direttiva ġiet sostitwita bid-Direttiva 2014/34/UE mingħajr ma nbidlu r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 94/9/KE.

(3)

B’mod partikolari, is-CEN u s-CENELEC intalbu jfasslu standard dwar id-disinn u l-ittestjar ta’ tagħmir għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi kif indikat fil-Kapitolu I tal-programm ta’ standardizzazzjoni maqbul bejn is-CEN u s-CENELEC u l-Kummissjoni u mehmuża mat-talba BC/CEN/46-92 – BC/CLC/05-92. Is-CEN u s-CENELEC intalbu wkoll jirrevedu l-istandards eżistenti bl-għan li jallinjawhom mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza tad-Direttiva 94/9/KE.

(4)

Abbażi tat-talba BC/CEN/46-92 – BC/CLC/05-92, is-CEN irreveda l-istandard EN 15188:2007 dwar id-determinazzjoni ta’ kif akkumulazzjoni ta’ trab taqbad spontanjament. Bħala riżultat ta’ dik ir-reviżjoni, is-CEN ippreżenta lill-Kummissjoni l-istandard EN 15188:2020.

(5)

Il-Kummissjoni flimkien mas-CEN ivvalutat jekk l-istandard EN 15188:2020 imfassla mis-CEN huwiex konformi mat-talba BC/CEN/46-92 – BC/CLC/05-92.

(6)

L-istandard EN 15188:2020 jissodisfa r-rekwiżiti li għandu l-għan li jkopri u li huma stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2014/34/UE. Għalhekk jixraq li tiġi ppubblikata r-referenza ta’ dak l-istandard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

L-istandard EN 15188:2020 jissostitwixxi l-istandard EN 15188:2007. Għalhekk jeħtieġ li r-referenza tal-istandard EN 15188:2007 tiġi rtirata minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(8)

Sabiex il-manifatturi jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-verżjoni riveduta tal-istandard EN 15188:2007, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenza ta’ dak l-istandard jiġi differit.

(9)

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati mfassla b’appoġġ għad-Direttiva 2014/34/UE huma ppubblikati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1202 (4). Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati mfassla b’appoġġ għad-Direttiva 2014/34/UE jkunu elenkati fl-istess att, ir-referenzi tal-istandards EN 15188:2020 u EN 15188:2007 jenħtieġ li jiġu inklużi f’dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 tiġi emendata skont dan.

(11)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12

(2)  Id-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 309).

(3)  Id-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw it-tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplussivi (ĠU L 100, 19.4.1994, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1202 tat-12 ta’ Lulju 2019 dwar l-istandards armonizzati għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi mfassla b’sostenn għad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 189, 15.7.2019, p. 71).


ANNESS I

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 tiżdied l-entrata li ġejja:

Nru

Referenza tal-istandard

“3.

EN 15188:2020

Determinazzjoni ta’ kif l-akkumulazzjonijiet tat-trab jaqbdu spontanjament”.


ANNESS II

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 tiżdied l-entrata li ġejja:

Nru

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

“3.

EN 15188:2007

Determinazzjoni ta’ kif l-akkumulazzjonijiet tat-trab jaqbdu spontanjament

Is-27 ta’ Novembru 2022”.


Rettifika

27.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/32


Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/238 tat-8 ta’ Frar 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 biex jikklassifika s-sustanza ovotransferrin fir-rigward tal-limitu massimu ta’ residwi tagħha

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 39 tal-11 ta’ Frar 2019 )

Fil-paġna 6, fl-Anness, fl-emenda tat-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010

minflok:

“Mhux għall-użu f’annimali li minnhom jiġu prodotti l-bajd”;

aqra:

“Mhux għall-użu f’annimali li minnhom jiġi prodott bajd għall-konsum mill-bniedem”.


27.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/33


Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/810 tal-20 ta’ Mejju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2021/808 rigward id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal ċerti sustanzi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2002/657/KE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 180 tal-21 ta’ Mejju 2021 )

Fl-ewwel paġna tal-Werrej u fil-paġna 112, it-titolu tar-Regolament jinbidel b’dan li ġej:

“Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/810 tal-20 ta’ Mejju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808 rigward id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal ċerti sustanzi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2002/657/KE”.