ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
6.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/731
tas-26 ta’ Jannar 2021
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura għall-penali imposti fuq kontropartijiet ċentrali ta’ pajjiżi terzi jew partijiet terzi relatati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25i(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 ġie emendat mir-Regolament (UE) 2019/2099 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Dawk l-emendi introduċew fir-Regolament (UE) Nru 648/2012, inter alia, setgħa għall-Kummissjoni biex tispeċifika aktar ir-regoli ta’ proċedura għall-eżerċizzju mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“ESMA”) tas-setgħa li timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali fuq kontropartijiet ċentrali ta’ pajjiżi terzi (“CCPs ta’ pajjiżi terzi”) u partijiet terzi relatati li lilhom is-CCPs ta’ pajjiżi terzi jkunu esternalizzaw funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali (“partijiet terzi relatati”). B’mod partikolari, dawk ir-regoli ta’ proċedura jenħtieġ li jinkludu dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tad-difiża, dispożizzjonijiet temporali, u l-ġbir ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali u l-perjodi ta’limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta’ penali. |
(2) |
L-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxi d-dritt ta’ kull persuna li tinstema’ qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura individwali li tolqotha ħażin, u d-dritt ta’ kull persuna li jkollha aċċess għall-fajl tagħha, filwaqt li jirrispetta l-interessi leġittimi tal-kunfidenzjalità u tas-segretezza professjonali u tan-negozju. |
(3) |
Biex jiġi żgurat li d-drittijiet tad-difiża ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet terzi relatati soġġetti għal azzjonijiet mill-ESMA jiġu rispettati u biex jiġi żgurat li l-ESMA tqis il-fatti rilevanti kollha meta tadotta deċiżjonijiet ta’ infurzar, l-ESMA jenħtieġ li tisma’ lis-CCP ta’ pajjiż terz jew lil partijiet terzi relatati jew lil kwalunkwe persuna oħra kkonċernata. Is-CCPs ta’ pajjiżi terzi u partijiet terzi relatati jenħtieġ li għalhekk ikollhom id-dritt li jagħmlu sottomissjonijiet bil-miktub b’reazzjoni għad-dikjarazzjonijiet tas-sejbiet maħruġa mill-uffiċjal tal-investigazzjoni u l-ESMA, inkluż fil-każ ta’ bidliet materjali fid-dikjarazzjoni inizjali tas-sejbiet. L-uffiċjal tal-investigazzjoni u l-ESMA jenħtieġ li jkollhom ukoll il-possibbiltà li jistiednu CCPs ta’ pajjiżi terzi u partijiet terzi relatati biex jipprovdu spjegazzjonijiet ulterjuri f’seduta ta’ smigħ orali meta l-uffiċjal tal-investigazzjoni jew l-ESMA jqisu li xi elementi tas-sottomissjonijiet bil-miktub magħmula lill-uffiċjal tal-investigazzjoni jew lill-ESMA mhumiex ċari jew dettaljati biżżejjed, u li hija meħtieġa aktar spjegazzjoni. |
(4) |
Huwa importanti li tiġi żgurata t-trasparenza bejn l-uffiċjal tal-investigazzjoni maħtur mill-ESMA skont l-Artikolu 25i tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u l-ESMA stess. Tali trasparenza teħtieġ li l-fajl tal-uffiċjal tal-investigazzjoni, minbarra d-dikjarazzjoni tas-sejbiet, ikun fih kwalunkwe sottomissjoni magħmula mis-CCPs ta’ pajjiż terz jew partijiet terzi relatati, id-dikjarazzjoni tas-sejbiet fuq il-bażi li fuqha dawk is-CCPs ta’ pajjiż terz jew partijiet terzi relatati pprovdew is-sottomissjonijiet tagħhom, u l-minuti ta’ kull smigħ orali. |
(5) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25 l(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-ESMA għandha l-possibbiltà li tadotta, fejn tkun meħtieġa azzjoni urġenti, deċiżjonijiet interim li jimponu multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali mingħajr ma l-ewwel tisma’ lill-persuni soġġetti għal investigazzjoni jew proċedimenti. Biex tiġi żgurata l-effettività tas-setgħa tal-ESMA li tadotta deċiżjonijiet interim, is-CCPs ta’ pajjiżi terzi u partijiet terzi relatati soġġetti għal investigazzjoni ma għandux ikollhom id-dritt ta’ aċċess għall-fajl jew li jinstemgħu qabel ma l-uffiċjal tal-investigazzjoni jkun ippreżenta l-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-ESMA jew qabel ma l-ESMA tkun adottat id-deċiżjoni interim tagħha. Madankollu, biex jiġu rispettati d-drittijiet tad-difiża, is-CCPs ta’ pajjiżi terzi u partijiet terzi relatati jenħtieġ li jkollhom id-dritt ta’ aċċess għall-fajl hekk kif l-uffiċjal tal-investigazzjoni jkun issottometta l-fajl bid-dikjarazzjoni tas-sejbiet tiegħu lill-ESMA, u d-dritt ta’ smigħ kemm jista’ jkun malajr wara li l-ESMA tkun adottat id-deċiżjoni interim tagħha. |
(6) |
Għal raġunijiet ta’ konsistenza, il-perjodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali jenħtieġ li jqisu l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni applikabbli għall-impożizzjoni u l-infurzar ta’ penali fuq entitajiet taħt superviżjoni, l-esperjenza tal-ESMA fl-applikazzjoni ta’ tali leġiżlazzjoni fir-rigward tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, il-fatt li CCPs ta’ pajjiżi terzi jinsabu barra mill-Unjoni u l-ħtieġa li l-ESMA tikkoordina mal-awtoritajiet f’tali ġurisdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi fir-rigward ta’ azzjonijiet ta’ infurzar. Il-perjodi ta’ limitazzjoni jenħtieġ li jiġu kkalkulati skont il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni għal atti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, u b’mod partikolari skont ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill (3). |
(7) |
Skont l-Artikolu 25 m(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-ammonti li jikkorrispondu għall-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali miġbura mill-ESMA jiġu allokati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali miġbura mill-ESMA jenħtieġ li jiġu depożitati f’kontijiet bl-imgħax sakemm isiru finali. Għal kull deċiżjoni li timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, l-ammonti miġbura mill-ESMA jenħtieġ li jiġu ddepożitati f’kont separat jew subkont biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà sakemm dik id-deċiżjoni ssir finali. |
(8) |
Fl-interess tal-eżerċizzju immedjat mill-ESMA ta’ setgħat superviżorji u ta’ infurzar effettivi, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jispeċifika aktar ir-regoli ta’ proċedura rigward multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali li jiġu imposti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) fuq kontropartijiet ċentrali ta’ pajjiżi terzi (CCPs) jew partijiet terzi relatati li lilhom dawn is-CCPs ikunu esternalizzaw funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali soġġetti għall-proċedimenti ta’ investigazzjoni u infurzar tal-ESMA, inklużi regoli dwar id-dritt ta’ difiża u perjodi ta’ limitazzjoni.
Artikolu 2
Id-dritt li jiġi mismugħ mill-uffiċjal tal-investigazzjoni
1. Meta titlesta l-investigazzjoni u qabel ma jippreżenta l-fajl lill-ESMA skont l-Artikolu 3(1), l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinforma lill-persuna soġġetta għal investigazzjoni bil-miktub u jiddikjara s-sejbiet tiegħu u għandu jipprovdi lil dik il-persuna bl-opportunità li tagħmel sottomissjonijiet bil-miktub skont il-paragrafu 3. Dik id-dikjarazzjoni tas-sejbiet għandha tistabbilixxi l-fatti li jistgħu jikkostitwixxu ksur wieħed jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, inkluż kwalunkwe fattur aggravanti jew ta’ mitigazzjoni ta’ dak il-ksur.
2. Id-dikjarazzjoni tas-sejbiet għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien raġonevoli li fih il-persuna soġġetta għal investigazzjoni tista’ tagħmel is-sottomissjonijiet tagħha bil-miktub. L-uffiċjal tal-investigazzjoni ma għandux ikun obbligat jikkunsidra sottomissjonijiet bil-miktub li jaslu wara li jkun skada dak il-limitu ta’ żmien.
3. Fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha, il-persuna soġġetta għal investigazzjoni tista’ tippreżenta l-fatti kollha magħrufa lilha li huma rilevanti għad-difiża tagħha. Hija għandha tehmeż kwalunkwe dokument rilevanti bħala prova tal-fatti ppreżentati. Hija tista’ tipproponi li l-uffiċjal tal-investigazzjoni jisma’ persuni oħra li jistgħu jikkorroboraw il-fatti stabbiliti fis-sottomissjonijiet tal-persuna soġġetta għal investigazzjoni.
4. L-uffiċjal tal-investigazzjoni jista’ jistieden ukoll lil persuna soġġetta għal investigazzjoni li lilha tkun ġiet indirizzata dikjarazzjoni tas-sejbiet biex tattendi seduta ta’ smigħ orali. Il-persuni soġġetti għal investigazzjoni jistgħu jiġu assistiti mill-avukati tagħhom, jew minn persuni kkwalifikati oħra ammessi mill-uffiċjal tal-investigazzjoni. Is-seduti ta’ smigħ orali ma għandhomx isiru fil-pubbliku.
Artikolu 3
Id-dritt ta’ smigħ mill-ESMA fir-rigward tal-multi u l-miżuri superviżorji
1. Il-fajl komplut li għandu jiġi ppreżentat mill-uffiċjal tal-investigazzjoni lill-ESMA għandu jinkludi d-dokumenti li ġejjin:
(a) |
id-dikjarazzjoni tas-sejbiet u kopja tad-dikjarazzjoni tas-sejbiet indirizzata lill-persuna soġġetta għall-investigazzjoni; |
(b) |
kopja tas-sottomissjonijiet bil-miktub mill-persuna soġġetta għall-investigazzjoni; |
(c) |
il-minuti ta’ kull smigħ orali. |
2. Fejn l-ESMA tqis li l-fajl ippreżentat mill-uffiċjal tal-investigazzjoni ma jkunx komplut, hija għandha tibgħat il-fajl lura lill-uffiċjal tal-investigazzjoni b’talba motivata għal dokumenti addizzjonali.
3. Fejn l-ESMA tqis, fuq il-bażi ta’ fajl komplut, li l-fatti deskritti fid-dikjarazzjoni tas-sejbiet jidhru li ma jikkostitwixxux ksur elenkat fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, hija għandha tiddeċiedi li tagħlaq l-investigazzjoni u tinnotifika dik id-deċiżjoni lill-persuni soġġetti għal investigazzjoni.
4. Fejn l-ESMA ma taqbilx mas-sejbiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni, hija għandha tissottometti dikjarazzjoni ġdida tas-sejbiet lill-persuni soġġetti għal investigazzjoni.
Id-dikjarazzjoni tas-sejbiet għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien raġonevoli li fih il-persuni soġġetti għal investigazzjoni jistgħu jagħmlu sottomissjonijiet bil-miktub. L-ESMA ma għandhiex tkun obbligata tqis sottomissjonijiet bil-miktub li jaslu wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien.
L-ESMA tista’ tistieden ukoll lill-persuni soġġetti għal investigazzjoni li lilhom tkun ġiet indirizzata d-dikjarazzjoni tas-sejbiet biex jattendu seduta ta’ smigħ orali. Il-persuni soġġetti għal investigazzjoni jistgħu jiġu assistiti mill-avukati tagħhom, jew minn persuni kkwalifikati oħra ammessi mill-ESMA. Is-seduti ta’ smigħ orali ma għandhomx isiru fil-pubbliku.
5. Fejn l-ESMA taqbel mas-sejbiet kollha tal-uffiċjal tal-investigazzjoni jew ma’ wħud minnhom, hija għandha tinforma lill-persuni soġġetti għal investigazzjoni kif xieraq. Din il-komunikazzjoni għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien raġonevoli li fih il-persuna soġġetta għal investigazzjoni tista’ tagħmel sottomissjonijiet bil-miktub. L-ESMA ma għandhiex tkun obbligata tqis sottomissjonijiet bil-miktub li jaslu wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien.
L-ESMA tista’ tistieden ukoll lill-persuni soġġetti għal investigazzjoni li lilhom tkun ġiet indirizzata d-dikjarazzjoni tas-sejbiet biex jattendu seduta ta’ smigħ orali. Il-persuni soġġetti għal investigazzjoni jistgħu jiġu assistiti mill-avukati tagħhom, jew minn persuni kkwalifikati oħra ammessi mill-ESMA. Is-seduti ta’ smigħ orali ma għandhomx isiru fil-pubbliku.
6. Fejn l-ESMA tiddeċiedi li wieħed jew aktar mill-ksur elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 twettaq minn persuna soġġetta għal investigazzjoni u tadotta deċiżjoni li timponi multa skont l-Artikolu 25j ta’ dan ir-Regolament, hija għandha tinnotifika minnufih dik id-deċiżjoni lill-persuna soġġetta għal investigazzjoni.
Artikolu 4
Id-dritt ta’ smigħ mill-ESMA fir-rigward ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali
Qabel ma tittieħed deċiżjoni li timponi pagament perjodiku ta’ penali skont l-Artikolu 25k tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-ESMA għandha tippreżenta dikjarazzjoni tas-sejbiet lill-persuna soġġetta għall-proċedimenti li tistabbilixxi r-raġunijiet li jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta’ pagament perjodiku ta’ penali u l-ammont tal-pagament perjodiku ta’ penali għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità. Id-dikjarazzjoni tas-sejbiet għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih il-persuna soġġetta għall-proċedimenti tista’ tagħmel sottomissjonijiet bil-miktub. L-ESMA ma għandhiex tkun obbligata tqis sottomissjonijiet bil-miktub li jaslu wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien biex tiddeċiedi dwar il-pagament perjodiku ta’ penali.
Ladarba l-persuna soġġetta għal proċedimenti tkun ikkonformat mad-deċiżjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 25k(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, ma jkunx jista’ jiġi impost aktar pagament perjodiku ta’ penali.
Id-deċiżjoni li timponi pagament perjodiku ta’ penali għandha tindika l-bażi legali u r-raġunijiet għad-deċiżjoni, l-ammont u d-data tal-bidu tal-pagament perjodiku ta’ penali.
L-ESMA tista’ wkoll tistieden lill-persuna soġġetta għal proċedimenti biex tattendi seduta ta’ smigħ orali. Il-persuni soġġetti għall-proċedimenti jistgħu jkunu assistiti mill-avukati tagħhom, jew minn persuni kkwalifikati oħra ammessi mill-ESMA. Is-seduti ta’ smigħ orali ma għandhomx isiru fil-pubbliku.
Artikolu 5
Id-dritt ta’ smigħ mill-ESMA fir-rigward ta’ deċiżjonijiet interim li jimponu multi
1. B’deroga mill-Artikoli 2 u 3 ta’ dan ir-Regolament, il-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tapplika meta l-ESMA tadotta deċiżjonijiet interim li jimponu multi skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25 l(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 mingħajr ma l-ewwel tisma’ lill-persuni soġġetti għal investigazzjonijiet.
2. L-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jippreżenta l-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-ESMA u jinforma immedjatament lill-persuna soġġetta għal investigazzjoni dwar is-sejbiet tiegħu iżda ma għandux jipprovdi lil dik il-persuna bl-opportunità li tagħmel sottomissjonijiet. Id-dikjarazzjoni tas-sejbiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni għandha tistabbilixxi l-fatti li jistgħu jikkostitwixxu ksur wieħed jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, inkluż kwalunkwe fattur aggravanti jew ta’ mitigazzjoni ta’ dak il-ksur.
Meta jintalab, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jagħti aċċess għall-fajl lill-persuna soġġetta għal investigazzjoni.
3. Meta l-ESMA tqis li l-fatti deskritti fid-dikjarazzjoni tas-sejbiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni jidhru li ma jikkostitwixxux ksur elenkat fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, hija għandha tiddeċiedi li tagħlaq l-investigazzjoni u tinnotifika dik id-deċiżjoni lill-persuna soġġetta għall-investigazzjoni.
4. Meta l-ESMA tiddeċiedi li wieħed jew aktar mill-ksur elenkat fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 twettaq minn persuna soġġetta għal investigazzjoni u tadotta deċiżjoni interim li timponi multi skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25 l(1) ta’ dan ir-Regolament, l-ESMA għandha tinnotifika minnufih dik id-deċiżjoni interim lil dik il-persuna.
L-ESMA għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien raġonevoli li fih persuna soġġetta għal investigazzjoni tista’ tagħmel sottomissjonijiet bil-miktub dwar id-deċiżjoni interim. L-ESMA ma għandhiex tkun obbligata tqis sottomissjonijiet bil-miktub li jaslu wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien.
Fejn tintalab tagħmel dan, l-ESMA għandha tagħti aċċess għall-fajl lill-persuni soġġetti għal investigazzjoni.
L-ESMA tista’ tistieden lill-persuni soġġetti għal investigazzjoni biex jattendu seduta ta’ smigħ orali. Il-persuni soġġetti għal investigazzjoni jistgħu jiġu assistiti mill-avukati tagħhom, jew minn persuni kkwalifikati oħra ammessi mill-ESMA. Is-seduti ta’ smigħ orali ma għandhomx isiru fil-pubbliku.
5. L-ESMA għandha tisma’ lill-persuna soġġetta għal investigazzjoni u tieħu deċiżjoni finali malajr kemm jista’ jkun wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni interim.
Fejn l-ESMA tqis, abbażi tal-fajl komplut u wara li tkun semgħet lill-persuni soġġetti għal investigazzjoni, li wieħed jew aktar mill-ksur elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ikun twettaq mill-persuna soġġetta għall-investigazzjoni, hija għandha tadotta deċiżjoni ta’ konferma li timponi multi skont l-Artikolu 25j ta’ dan ir-Regolament. L-ESMA għandha tinnotifika minnufih dik id-deċiżjoni lill-persuni soġġetti għal investigazzjoni.
Fejn l-ESMA tadotta deċiżjoni finali li ma tikkonfermax id-deċiżjoni interim, id-deċiżjoni interim għandha titqies li ġiet imħassra.
Artikolu 6
Id-dritt ta’ smigħ mill-ESMA fir-rigward ta’ deċiżjonijiet interim li jimponu pagamenti perjodiċi ta’ penali
1. B’deroga mill-Artikolu 4, il-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tapplika meta l-ESMA tadotta deċiżjonijiet interim li jimponu pagamenti perjodiċi ta’ penali skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25 l(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 mingħajr ma l-ewwel tisma’ lill-persuna soġġetta għall-proċedimenti.
2. Id-deċiżjoni interim li timponi pagament perjodiku ta’ penali għandha tindika l-bażi legali u r-raġunijiet għad-deċiżjoni, l-ammont u d-data tal-bidu tal-pagament perjodiku ta’ penali.
Ladarba l-persuna soġġetta għall-proċedimenti tkun ikkonformat mad-deċiżjoni rilevanti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25k(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, ma tistax tiġi adottata aktar deċiżjoni interim li timponi pagament perjodiku ta’ penali.
L-ESMA għandha tinnotifika minnufih id-deċiżjoni interim lill-persuna soġġetta għall-proċedimenti u għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih dik il-persuna tista’ tagħmel sottomissjonijiet bil-miktub. L-ESMA ma għandhiex tkun obbligata tqis sottomissjonijiet bil-miktub li jaslu wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien.
Fejn tintalab tagħmel dan, l-ESMA għandha tagħti aċċess għall-fajl lill-persuna soġġetta għall-proċedimenti.
L-ESMA tista’ wkoll tistieden lill-persuna soġġetta għal proċedimenti biex tattendi seduta ta’ smigħ orali. Il-persuna soġġetta għall-proċedimenti tista’ tkun assistita mill-avukati tagħha, jew minn persuni kkwalifikati oħra ammessi mill-ESMA. Is-seduti ta’ smigħ orali ma għandhomx isiru fil-pubbliku.
3. Meta l-ESMA tqis, fuq il-bażi tal-fajl komplut u wara li tkun semgħet lill-persuna soġġetta għal proċedimenti, li meta ġiet adottata d-deċiżjoni interim kien hemm raġunijiet għall-impożizzjoni ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali, l-ESMA għandha tadotta deċiżjoni ta’ konferma li timponi pagamenti perjodiċi ta’ penali skont l-Artikolu 25k tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. L-ESMA għandha tinnotifika minnufih dik id-deċiżjoni lill-persuna soġġetta għall-proċedimenti.
Meta l-ESMA tadotta deċiżjoni li ma tikkonfermax id-deċiżjoni interim, id-deċiżjoni interim għandha titqies li ġiet imħassra.
Artikolu 7
Aċċess għall-fajl u l-użu tad-dokumenti
1. Meta tintalab tagħmel dan, l-ESMA għandha tagħti aċċess għall-fajl lill-partijiet li lilhom l-uffiċjal tal-investigazzjoni jew l-ESMA jkunu bagħtu dikjarazzjoni tas-sejbiet. Aċċess għandu jingħata wara n-notifika ta’ kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ sejbiet.
2. Il-fajl tad-dokumenti aċċessati skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jintuża biss għall-finijiet ta’ proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
Artikolu 8
Perjodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni ta’ penali
1. Is-setgħat konferiti fuq l-ESMA biex timponi multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali fuq CCPs ta’ pajjiżi terzi u partijiet terzi relatati li lilhom is-CCPs ta’ pajjiżi terzi jkunu esternalizzaw funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali għandhom ikunu soġġetti għal perjodu ta’ limitazzjoni ta’ ħames snin.
2. Il-perjodu ta’ limitazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jibda fil-ġurnata ta’ wara dik li fiha jitwettaq il-ksur. Madankollu, fil-każ ta’ ksur kontinwu jew ripetut, dak il-perjodu ta’ limitazzjoni għandu jibda mill-ġurnata li fiha jintemm il-ksur.
3. Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-ESMA għall-fini tal-investigazzjoni jew tal-proċedimenti fir-rigward ta’ ksur elenkat fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandha tinterrompi l-perjodu ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni ta’ multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali. Dak il-perjodu ta’ limitazzjoni għandu jiġi interrott b’effett mid-data li fiha l-azzjoni tiġi nnotifikata lill-persuna soġġetta għall-investigazzjoni jew proċedimenti fir-rigward ta’ ksur elenkat fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
4. Kull interruzzjoni għandha twassal biex il-perjodu ta’ limitazzjoni jerġa’ jibda. Madankollu, il-perjodu ta’ limitazzjoni għandu jiskadi sa mhux aktar tard mill-jum li fih ikun għadda perjodu d-doppju tal-perjodu ta’ limitazzjoni mingħajr ma l-ESMA tkun imponiet multa jew pagament perjodiku ta’ penali. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż biż-żmien li matulu l-limitazzjoni tiġi sospiża skont il-paragrafu 5.
5. Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni ta’ multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali għandu jiġi sospiż sakemm id-deċiżjoni tal-ESMA tkun is-suġġett ta’ proċedimenti pendenti quddiem il-Bord tal-Appell, skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 25n tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
Artikolu 9
Perjodi ta’ limitazzjoni għall-infurzar ta’ penali
1. Is-setgħa tal-ESMA li tinforza deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikoli 25j u 25k tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandha tkun soġġetta għal perjodu ta’ limitazzjoni ta’ tmien snin.
2. Il-perjodu ta’ tmien snin imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jibda fil-ġurnata wara dik li fiha d-deċiżjoni ssir finali.
3. Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-infurzar ta’ penali għandu jiġi interrott minn:
(a) |
notifika mill-ESMA lill-persuna soġġetta għall-proċedimenti ta’ deċiżjoni li tvarja l-ammont oriġinali tal-multa jew tal-pagament perjodiku ta’ penali; |
(b) |
kwalunkwe azzjoni tal-ESMA jew ta’ awtorità ta’ pajjiż terz li taġixxi fuq talba tal-ESMA, imfassla biex tinforza l-pagament jew it-termini u l-kundizzjonijiet tal-multa jew tal-pagament perjodiku ta’ penali. |
4. Kull interruzzjoni għandha twassal biex il-perjodu ta’ limitazzjoni jerġa’ jibda.
5. Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-infurzar tal-penali għandu jiġi sospiż sakemm:
(a) |
huwa permess żmien għall-pagament; |
(b) |
l-infurzar tal-pagament huwa sospiż skont deċiżjoni pendenti tal-Bord tal-Appell tal-ESMA, f’konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, u tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-Artikolu 25n tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
Artikolu 10
Ġbir ta’ multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali
L-ammonti ta’ multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali miġbura mill-ESMA għandhom jiġu ddepożitati f’kont bl-imgħax miftuħ mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-ESMA sakemm isiru finali. F’każ li jinġabru multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali multipli mill-ESMA b’mod parallel, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-ESMA għandu jiżgura li jiġu ddepożitati f’kontijiet jew subkontijiet differenti. L-ammonti mħallsa ma għandhomx jiddaħħlu fil-baġit tal-ESMA jew jiġu rreġistrati bħala ammonti baġitarji.
Ladarba l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-ESMA jkun stabbilixxa li l-multi jew il-pagamenti perjodiċi ta’ penali jkunu saru finali wara l-eżitu tal-isfidi legali kollha possibbli, huwa jew hija għandu jittrasferixxi dawk l-ammonti flimkien ma’ kwalunkwe mgħax li jakkumula lill-Kummissjoni Ewropea. Dawn l-ammonti għandhom jiddaħħlu fil-baġit tal-Unjoni taħt dħul ġenerali.
L-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-ESMA għandu jirrapporta fuq bażi regolari lill-Uffiċjal Awtorizzanti tad-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ammonti tal-multi u tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti u l-istatus tagħhom.
Artikolu 11
Kalkolu tal-perjodi, tad-dati u tal-limiti ta’ żmien
Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 għandu japplika għall-perjodi, id-dati u l-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/2099 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-proċeduri u l-awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni ta’ CCPs u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi (ĠU L 322, 12.12.2019, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
6.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/8 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/732
tas-26 ta’ Jannar 2021
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 667/2014 fir-rigward tal-kontenut tal-fajl li għandu jiġi ppreżentat mill-uffiċjal tal-investigazzjoni lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, id-dritt ta’ smigħ fir-rigward ta’ deċiżjonijiet interim u d-depożiti ta’ multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 64(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2019/834 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Dawn l-emendi kienu jikkonċernaw, fost l-oħrajn, id-definizzjoni ta’ kontropartijiet finanzjarji, id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ta’ investigazzjoni minn persuni soġġetti għal investigazzjoni, il-multi li għandhom jitħallsu minn repożitorju tat-tranżazzjonijiet li, intenzjonalment jew b’negliġenza, wettaq wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, u d-dritt ta’ smigħ tal-persuni li jistgħu jkunu soġġetti għal pagament perjodiku ta’ penali. |
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 667/2014 (3) ġie adottat abbażi tal-Artikolu 64(7) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u jittratta r-regoli ta’ proċedura għall-penali imposti fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (European Securities and Markets Authority, “ESMA”), inklużi r-regoli dwar id-dritt tad-difiża. Peress li l-emendi introdotti mir-Regolament (UE) 2019/834 fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jikkonċernaw dawk ir-regoli ta’ proċedura, hemm bżonn li jiġi ggarantit li dawk l-emendi jkunu riflessi wkoll fir-Regolament Delegat (UE) Nru 667/2014. |
(3) |
Huwa importanti li tiġi ggarantita t-trasparenza bejn l-uffiċjal tal-investigazzjoni maħtur mill-ESMA skont l-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u l-ESMA nnifisha. Tali trasparenza teżiġi li l-fajl tal-uffiċjal tal-investigazzjoni jkun fih il-preżentazzjonijiet li jagħmlu persuni soġġetti għall-investigazzjoni u d-dikjarazzjoni tal-konstatazzjonijiet li abbażi tagħha dawk il-persuni pprovdew il-preżentazzjonijiet tagħhom. |
(4) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-ESMA għandha l-possibbiltà li tadotta, fejn tkun meħtieġa azzjoni urġenti, deċiżjonijiet interim mingħajr ma l-ewwel tisma’ lill-persuni soġġetti għal investigazzjoni jew proċedimenti. Biex tiġi żgurata l-effettività tas-setgħa tal-ESMA li tadotta deċiżjonijiet interim, jenħtieġ li persuni li huma soġġetti għal investigazzjoni ma jkollhomx id-dritt ta’ aċċess għall-fajl jew li jinstemgħu qabel ma l-uffiċjal tal-investigazzjoni jkun ippreżenta l-fajl bil-konstatazzjonijiet tiegħu lill-ESMA jew qabel ma l-ESMA tkun adottat id-deċiżjoni interim tagħha. Madankollu, biex jiġu rispettati d-drittijiet tad-difiża, persuni li huma soġġetti għal investigazzjoni jenħtieġ li jkollhom id-dritt ta’ aċċess għall-fajl hekk kif l-uffiċjal tal-investigazzjoni jkun ippreżenta l-fajl bid-dikjarazzjoni tal-konstatazzjoni tiegħu jew tagħha lill-ESMA, u d-dritt ta’ smigħ kemm jista’ jkun malajr wara li l-ESMA tkun adottat id-deċiżjoni interim tagħha. |
(5) |
Skont l-Artikolu 68(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-ammonti li jikkorrispondu għall-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali miġbura mill-ESMA għandhom jiġu allokati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali miġbura mill-ESMA jenħtieġ li jiġu ddepożitati f’kontijiet bl-imgħax sakemm isiru finali. Għal kull deċiżjoni li timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, l-ammonti miġbura mill-ESMA jenħtieġ li jiġu ddepożitati f’kont separat jew subkont biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà sakemm dik id-deċiżjoni ssir finali. |
(6) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 667/2014 jiġi emendat. |
(7) |
Fl-interess tal-eżerċizzju immedjat mill-ESMA ta’ setgħat superviżorji u ta’ infurzar effettivi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 667/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit bis-segwenti: “1. Il-fajl komplet li jrid jiġi ppreżentat mill-uffiċjal tal-investigazzjoni lill-ESMA għandu jinkludi d-dokumenti li ġejjin:
|
(2) |
jiddaħħal l-Artikolu 3a segwenti: “Artikolu 3a Id-dritt ta’ smigħ mill-ESMA fir-rigward ta’ deċiżjonijiet interim dwar miżuri superviżorji 1. B’deroga mill-Artikoli 2 u 3, il-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tapplika meta l-ESMA tadotta deċiżjonijiet interim skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 67 l(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. 2. L-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jippreżenta l-fajl bil-konstatazzjonijiet tiegħu jew tagħha lill-ESMA u jinforma immedjatament lill-persuna soġġetta għal investigazzjoni dwar il-konstatazzjonijiet tiegħu jew tagħha iżda ma għandux jagħti lil dik il-persuna bl-opportunità li tagħmel preżentazzjonijiet Id-dikjarazzjoni tal-konstatazzjonijiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni għandha tistabbilixxi l-fatti li jistgħu jikkostitwixxu ksur wieħed jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, inkluż kull fattur aggravanti jew mitiganti ta’ dak il-ksur. Meta jintalab, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jagħti aċċess għall-fajl lill-persuna soġġetta għal investigazzjoni. 3. Meta l-ESMA tqis li l-fatti deskritti fid-dikjarazzjoni tal-konstatazzjonijiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni jidhru li ma jikkostitwixxux ksur elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, hija għandha tiddeċiedi li tagħlaq l-investigazzjoni u tinnotifika dik id-deċiżjoni lill-persuna soġġetta għall-investigazzjoni. 4. Meta l-ESMA tiddeċiedi li ksur wieħed jew aktar elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ikunu twettqu minn persuna soġġetta għal investigazzjoni u tadotta deċiżjoni interim li timponi multi skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 73(1), il-punti (a), (c) u (d), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-ESMA għandha tinnotifika minnufih dik id-deċiżjoni interim lil dik il-persuna. L-ESMA għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien raġonevoli li fih persuni soġġetti għal investigazzjoni jistgħu jagħmlu preżentazzjonijiet bil-miktub dwar id-deċiżjoni interim. L-ESMA ma għandhiex tkun obbligata tqis preżentazzjonijiet bil-miktub li jaslu wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien. Meta tintalab tagħmel dan, l-ESMA għandha tagħti aċċess għall-fajl lill-persuni soġġetti għal investigazzjoni. L-ESMA tista’ tistieden lill-persuni soġġetti għal investigazzjoni biex jattendu seduta orali. Il-persuni soġġetti għal investigazzjoni jistgħu jkunu assistiti mill-avukati tagħhom, jew minn persuni kkwalifikati oħra ammessi mill-ESMA. Is-seduti orali ma għandhomx ikunu pubbliċi. 5. L-ESMA għandha tisma’ lill-persuna soġġetta għal investigazzjoni u tieħu deċiżjoni finali malajr kemm jista’ jkun wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni interim. Meta l-ESMA tqis, abbażi tal-fajl komplet u wara li tkun semgħet lill-persuni soġġetti għal investigazzjoni, li ksur jew aktar elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ikunu twettqu mill-persuna soġġetta għal investigazzjoni, hija għandha tadotta deċiżjoni ta’ konferma li timponi waħda mill-miżuri superviżorji jew aktar stabbiliti fl-Artikolu 73(1), il-punti (a), (c) u (d), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. L-ESMA għandha tinnotifika minnufih lill-persuna kkonċernata b’din id-deċiżjoni. Meta l-ESMA tadotta deċiżjoni finali li ma tikkonfermax id-deċiżjoni interim, għandu jitqies li d-deċiżjoni interim ġiet imħassra.”; |
(3) |
L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/834 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 141, 28.5.2019, p. 42).
(3) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 667/2014 tat-13 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura dwar penali imposti fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq inklużi regoli dwar id-dritt tad-difiża u dispożizzjonijiet temporali (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 31).
6.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/733
tal-5 ta’ Mejju 2021
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 887/2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/961 fir-rigward tal-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ Enterococcus faecium CECT 4515 bħala addittiv tal-għalf, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1395 fir-rigward tal-isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 bħala addittiv tal-għalf
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u jipprevedi r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
Evonik Nutrition & Care GmbH ressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 biex tipproponi bidla fl-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni kif stipulat fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 887/2011 (2), fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/961 (3) u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1395 (4). |
(3) |
L-applikant iddikjara li Evonik Nutrition & Care GmbH biddlet l-isem għal “Evonik Operations GmbH”. Mal-applikazzjoni intbagħtet ukoll id-data ġustifikattiva rilevanti. |
(4) |
Dik il-bidla proposta fit-termini tal-awtorizzazzjoni għandha natura purament amministrattiva u ma tinvolvix valutazzjoni ġdida tal-addittiv ikkonċernat. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa bl-applikazzjoni. |
(5) |
Biex l-applikant ikun jista’ jisfrutta d-drittijiet tal-kummerċjalizzazzjoni tiegħu bl-isem ta’ Evonik Operations GmbH, jeħtieġ jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni. |
(6) |
Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 887/2011, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/961 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1395 jenħtieġ jiġu emendati skont dan. |
(7) |
Ir-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-emenda li qed issir b’dan ir-Regolament għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 887/2011, għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/961, u għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1395, u għalhekk jixraq jiġi stipulat perjodu tranżizzjonali li matulu jkunu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 887/2011
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 887/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fit-Titolu, il-kelmiet “detentur tal-awtorizzazzjoni Evonik Nutrition & Care GmbH.” huma sostitwiti bil-kelmiet “detentur tal-awtorizzazzjoni Evonik Operations GmbH”; |
(2) |
fit-tieni kolonna tal-Anness, “Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni”, il-kelmiet “Evonik Nutrition & Care GmbH” huma sostitwiti bil-kelmiet “Evonik Operations GmbH”. |
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/961
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/961 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fit-Titolu, il-kelmiet “detentur tal-awtorizzazzjoni Evonik Nutrition & Care GmbH.” huma sostitwiti bil-kelmiet “detentur tal-awtorizzazzjoni Evonik Operations GmbH”; |
(2) |
fit-tieni kolonna tal-Anness, “Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni”, il-kelmiet “Evonik Nutrition & Care GmbH” huma sostitwiti bil-kelmiet “Evonik Operations GmbH”. |
Artikolu 3
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1395
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1395 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fit-Titolu, il-kelmiet “detentur tal-awtorizzazzjoni Evonik Nutrition & Care GmbH.” huma sostitwiti bil-kelmiet “detentur tal-awtorizzazzjoni Evonik Operations GmbH”; |
(2) |
fit-tieni kolonna tal-Anness, “Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni”, il-kelmiet “Evonik Nutrition & Care GmbH” huma sostitwiti bil-kelmiet “Evonik Operations GmbH”. |
Artikolu 4
Miżuri tranżizzjonali
Il-ħażniet eżistenti tal-addittivi li huma konformi mad-dispożizzjonijiet li japplikaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw kollha.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 887/2011 tal-5 ta’ Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-Enterococcus faecium CECT 4515 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Norel S.A.) (ĠU L 229, 6.9.2011, p. 7).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/961 tas-7 ta’ Ġunju 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-Enterococcus faecium CECT 4515 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes miftuma u ta’ użu ġdid tagħha fl-ilma tax-xorb għall-ħnienes miftuma u għat-tiġieġ tas-simna, u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2005 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 887/2011 (detentur tal-awtorizzazzjoni Evonik Nutrition & Care GmbH) (ĠU L 145, 8.6.2017, p. 7).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1395 tal-5 ta’ Ottubru 2020 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għas-simna, l-awtorizzazzjoni tiegħu għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1292/2008 (detentur tal-awtorizzazzjoni Evonik Nutrition & Care GmbH) (ĠU L 324, 6.10.2020, p. 3).
6.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/734
tal-5 ta’ Mejju 2021
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/521 li jagħmel arranġamenti speċifiċi għall-mekkaniżmu li jagħmel l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti soġġetta għall-produzzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/479 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-esportazzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-30 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2021/111 (2) li jagħmel l-esportazzjoni tal-vaċċini kontra l-COVID-19 kif ukoll tas-sustanzi attivi, inklużi banek ta’ ċelloli prinċipali u ċelloli operatorji, użati għall-manifattura ta’ dawn il-vaċċini, soġġetti għall-produzzjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/479. Fi tmiem il-perjodu ta’ sitt ġimgħat wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawk il-miżuri, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/442 (3) li jagħmel l-esportazzjoni tal-istess prodotti soġġetta għal awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2021, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/479. |
(2) |
Fl-24 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni adottat Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/521 (4) li jintroduċi, bħala fattur addizzjonali li jrid jitqies fil-kunsiderazzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni, il-ħtieġa li jittieħed kont dwar jekk din l-awtorizzazzjoni tkunx ta’ theddida fuq is-sigurtà tal-provvista tal-prodotti koperti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/442 fl-Unjoni. Bl-istess Regolament ta’ Implimentazzjoni, l-eżenzjoni ta’ ċerti pajjiżi destinatarji mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/442 ġiet sospiża fuq bażi temporanja wkoll. |
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/521 ġie adottat skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/479 u japplika għal mhux aktar minn sitt ġimgħat. |
(4) |
Minkejja aċċellerazzjoni tal-vaċċinazzjoni madwar l-Unjoni, il-pandemija għadha gravi u għadhom jippersistu l-kundizzjonijiet deskritti fil-premessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/521. |
(5) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-arranġamenti speċifiċi li ġew introdotti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/521 jibqgħu japplikaw sat-30 ta’ Ġunju 2021. |
(6) |
L-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja (l-Istati taż-ŻEE-EFTA) jipparteċipaw fis-suq intern tal-Unjoni skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. Il-parti l-kbira tal-esportazzjonijiet tal-Istati taż-ŻEE-EFTA jikkonsistu f’tilqim akkwistat minn Stat Membru skont Ftehim ta’ Xiri bil-Quddiem konkluż mill-Unjoni u li jerġa’ jinbiegħ lil dawk il-pajjiżi. Abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/521 ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-esportazzjonijiet qed jgħaddu mill-Istati taż-ŻEE-EFTA lejn pajjiżi oħra mhux eżentati mill-mekkaniżmu ta’ awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 1(9) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/442. Għaldaqstant, mhuwiex neċessarju li tissokta s-sospensjoni tal-eżenzjoni minn dak il-mekkaniżmu fir-rigward tal-esportazzjonijiet lejn l-Istati ŻEE-EFTA. |
(7) |
Għalhekk ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/521 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan u l-emenda tapplika minnufih. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2015/479, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/521 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 1, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Madankollu, is-sospensjoni ma għandhiex tapplika għall-pajjiżi u t-territorji li ġejjin:
|
2. |
Fl-Artikolu 3, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għandu japplika sat-30 ta’ Ġunju 2021.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 83, 27.3.2015, p. 34.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/111 tad-29 ta’ Jannar 2021 li jagħmel l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti soġġetta għall-produzzjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni (ĠU L 31 I, 30.1.2021, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/442 tal-11 ta’ Marzu 2021 li jagħmel l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti soġġetta għall-produzzjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni (ĠU L 85, 12.3.2021, p. 190).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/521 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jagħmel arranġamenti speċifiċi għall-mekkaniżmu li jagħmel l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti soġġetta għall-produzzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni (ĠU L 104, 25.3.2021, p. 52).
DEĊIŻJONIJIET
6.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/15 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/735
tal-4 ta’ Mejju 2021
dwar l-estensjoni tal-azzjoni meħuda mid-Dipartiment Irlandiż għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Baħar li tippermetti t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodott bijoċidali Biobor JF f’konformità mal-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2021) 3026)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 55(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-21 ta’ Ottubru 2020, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, id-Dipartiment Irlandiż għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Baħar (“l-awtorità kompetenti”) adotta deċiżjoni biex ikunu jistgħu jsiru t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodott bijoċidali “Biobor JF” mill-utenti professjonali għat-trattament antimikrobiku preventiv u kurattiv tat-tankijiet tal-fjuwil u tas-sistemi tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru (“l-azzjoni”) sad-19 ta’ April 2021. F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 55(1) ta’ dak ir-Regolament, l-awtorità kompetenti infurmat lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra bl-azzjoni u bil-ġustifikazzjoni tagħha. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li tat l-awtorità kompetenti, l-azzjoni kienet meħtieġa biex titħares is-saħħa pubblika. Il-kontaminazzjoni mikrobijoloġika tat-tankijiet tal-fjuwil u tas-sistemi tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru tista’ twassal għal funzjonament ħażin tal-magni tal-inġenji tal-ajru, u tipperikola l-ajrunavigabbiltà tagħhom, u b’hekk tipperikola s-sikurezza tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ. Il-pandemija tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet li saru fuq it-titjiriet minħabba fiha wasslu biex bosta inġenji tal-ajru jkollhom jibqgħu pparkjati temporanjament. L-immobbiltà tal-inġenji tal-ajru hi fattur aggravanti ta’ kontaminazzjoni mikrobijoloġika. |
(3) |
Il-prodott “Biobor JF” fih 2,2’-(1-metiltrimetilenediossi)bis-(4-metil-1,3,2-dioksaborinan) (bin-numru tal-CAS 2665-13-6) u 2,2’-ossibis (4,4,6-trimetil-1,3,2-dioksaborinan) (bin-numru tal-CAS 14697-50-8), li huma sustanzi attivi għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip tal-prodotti Nru 6 bħala preservattivi tal-prodotti waqt il-ħażna, kif definit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Dawk is-sustanzi attivi mhumiex elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2), u għalhekk mhumiex inklużi fil-programm ta’ ħidma tal-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi eżistenti kollha li jkun hemm fil-prodotti bijoċidali msemmija fir-Regolament (UE) Nru 528/2012. Għaldaqstant, l-Artikolu 89 ta’ dak ir-Regolament ma japplikax għalihom u jeħtieġu valutazzjoni u approvazzjoni qabel ma jiġu awtorizzati l-prodotti bijoċidali li jkun fihom dawk is-sustanzi attivi, anki fil-livell nazzjonali. |
(4) |
Fil-5 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni rċeviet talba motivata mingħand l-awtorità kompetenti biex testendi l-azzjoni f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. It-talba motivata saret minħabba tħassib ta’ periklu għas-sikurezza tat-trasport bl-ajru minħabba kontaminazzjoni mikrobijoloġika tat-tankijiet tal-fjuwil u tas-sistemi tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru wara d-19 ta’ April 2021 u sar l-argument li “Biobor JF” hu essenzjali biex tiġi kkontrollata din il-kontaminazzjoni mikrobijoloġika. |
(5) |
Skont l-informazzjoni li tat l-awtorità kompetenti, l-uniku prodott bijoċidali alternattiv rakkomandat mill-manifatturi tal-inġenji tal-ajru u tal-magni għat-trattament tal-kontaminazzjoni mikrobijoloġika (il-Kathon™ FP 1.5) ġie rtirat mis-suq f’Marzu tal-2020 minħabba anomaliji fl-imġiba tal-magni li ġew osservati wara t-trattament b’dak il-prodott. |
(6) |
It-trattament mekkaniku tal-kontaminazzjoni mikrobijoloġika tat-tankijiet tal-fjuwil u tas-sistemi tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru mhux dejjem ikun possibbli. Barra minn hekk, it-trattament mekkaniku jesponi lill-ħaddiema għal gassijiet tossiċi u għalhekk jenħtieġ ikun evitat. |
(7) |
Skont l-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni, il-manifattur ta’ “Biobor JF” ħa passi għall-awtorizzazzjoni regolari tal-prodott, u fil-futur qrib mistennija titressaq applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi li fih. L-approvazzjoni tas-sustanzi attivi u l-awtorizzazzjoni sussegwenti tal-prodott bijoċidali jkunu jikkostitwixxu soluzzjoni permanenti għall-futur, iżda dawk il-proċeduri jeħtieġu ammont sinifikanti ta’ żmien biex jitlestew. |
(8) |
In-nuqqas ta’ kontroll tal-kontaminazzjoni mikrobijoloġika tat-tankijiet tal-fjuwil u tas-sistemi tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru jista’ jipperikola s-sikurezza tat-trasport bl-ajru, u dak il-periklu ma jistax jitrażżan biżżejjed bl-użu ta’ prodott bijoċidali ieħor jew b’mezzi oħra. Għaldaqstant jixraq li l-awtorità kompetenti titħalla testendi l-azzjoni. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Dipartiment Irlandiż għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Baħar jista’ jestendi l-azzjoni sat-22 ta’ Ottubru 2022 biex ikun jistgħu jsiru t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodott bijoċidali “Biobor JF” mill-utenti professjonali għat-trattament antimikrobiku preventiv u kurattiv tat-tankijiet tal-fjuwil u tas-sistemi tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lid-Dipartiment Irlandiż għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Baħar.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).
REGOLI TA' PROĊEDURA
6.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/17 |
DEĊIŻJONI TAL-BORD AMMINISTRATTIV Nru 5/2020
tal-21 ta’ Ottubru 2020
dwar ir-regoli interni li jikkonċernaw ir-restrizzjonijiet ta’ ċerti drittijiet tas-suġġetti tad-data fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali fil-qafas tal-attivitajiet imwettqa mill- Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea
IL-BORD AMMINISTRATTIV TAL-AĠENZIJA TAS-SIKUREZZA TAL-AVJAZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (2), u b’mod partikulari Artikolu 132 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-regoli ta’ proċedura tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkonsulta mal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data,
Wara li għarraf lill-Kumitat tal-Persunal,
Billi:
(1) |
L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“EASA”) għandha s-setgħa li twettaq inkjesti amministrattivi, proċeduri pre-dixxiplinari, dixxiplinarji u ta’ sospensjoni, skont ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (“Regolamenti tal-Persunal”) (3), u bid-Deċiżjoni Nru 2011/216E tad-Direttur Eżekuttiv tal-EASA tas-16 ta’ Diċembru 2011 li tadotta d-diżpożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni dwar it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċeduri dixxiplinari. Jekk meħtieġ, tgħarraf ukoll bil-każijiet lill-OLAF. |
(2) |
Il-membri tal-persunal tal-EASA huma obbligati li jirrappurtaw attivitajiet potenzjalment illegali, inklużi frodi u korruzzjoni, li huma ta’ ħsara għall-interessi tal-Unjoni. Il-membri tal-persunal huma obbligati wkoll jirrappurtaw imġiba relatata mal-qadi ta’ dmirijiet professjonali li jistgħu jikkostitwixxu nuqqas serju ta’ konformità mal-obbligi tal-uffiċjali tal-Unjoni. Dan huwa rregolat bid-Deċiżjoni 15-2018 tal-Bord Amministrattiv tal-EASA tal-14 ta’ Diċembru 2018. |
(3) |
L-EASA stabbilixxiet politika biex tipprevjeni u tindirizza b’mod effettiv il-każijiet reali jew potenzjali ta’ fastidju psikoloġiku jew sesswali fil-post tax-xogħol, kif previst fid-Deċiżjoni tal-EASA Nru 2008/180/A tad-Direttur Eżekuttiv tal-EASA tal-5 ta’ Awwissu 2009 li tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni skont ir-Regolamenti tal-Persunal. |
(4) |
Id-Deċiżjoni tistabbilixxi proċedura informali li permezz tagħha l-allegat vittma tal-fastidju jista’ jikkuntattja lill-konsulenti ‘kunfidenzjali’ tal-EASA. |
(5) |
L-EASA tista’ wkoll twettaq investigazzjonijiet dwar ksur potenzjali tar-regoli ta’ sigurtà għall-informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea (“IKUE”), skont id-Deċiżjoni tal-EASA Nru 2020/010/ED tad-Direttur Eżekuttiv tal-EASA tas-17 ta’ Frar 2020 dwar ir-regoli ta’ sigurtà tal-EASA dwar il-ħarsien tal-Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea. |
(6) |
L-EASA hija soġġetta kemm għal awditi interni, kif ukoll esterni li jikkonċernaw l-attivitajiet tagħha. |
(7) |
Fil-kuntest ta’ tali inkjesti amministrattivi, awditi u investigazzjonijiet, l-EASA tikkoopera ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni. |
(8) |
L-EASA tista’ tikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali ta’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, jew fuq talba tagħhom jew fuq l-inizjattiva tagħha stess. |
(9) |
L-EASA tista’ wkoll tikkoopera mal-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri tal-UE, jew fuq talba tagħhom jew fuq l-inizjattiva tagħha stess. |
(10) |
L-EASA hija involuta f’każijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea meta jew tirreferi kwistjoni lill-Qorti, tiddefendi deċiżjoni li tkun ħadet u li ġiet ikkontestata quddiem il-Qorti, jew tintervjeni f’każijiet rilevanti għall-kompiti tagħha. F’dan il-kuntest, l-EASA jista’ jkollha bżonn tippreserva l-kunfidenzjalità tad-data personali li tinsab fid-dokumenti miksuba mill-partijiet jew mill-intervenjenti. |
(11) |
L-EASA għandha s-setgħa li twettaq ispezzjonijiet, attivitajiet oħrajn ta’ monitoraġġ u investigazzjonijiet skont l-Artikolu 75(2)(e) tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
(12) |
L-EASA għandha s-setgħa li twettaq investigazzjonijiet dwar is-sigurtà tal-IT ġestiti internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE) skont Artikolu 75(2)d tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
(13) |
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-EASA (“UPD”) għandu s-setgħa li jipproċessa ilmenti interni u esterni u jwettaq awdit intern u investigazzjonijiet skont l-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 (“ir-Regolament”). |
(14) |
Bil-għan li twettaq id-dmirijiet tagħha, l-EASA tiġbor u tipproċessa informazzjoni u kategoriji varji ta’ data personali, inkluż data li tidentifika persuni fiżiċi, informazzjoni dwar fejn wieħed jista’ jiġi kkuntattjat, rwoli u kompiti professjonali, informazzjoni dwar imġiba u prestazzjoni privata u professjonali, u data finanzjarja. L-EASA taġixxi bħala kontrollur tad-data. |
(15) |
Skont ir-Regolament, l-EASA hija għalhekk obbligata li tipprovdi informazzjoni lis-suġġetti tad-data dwar dawk l-attivitajiet ta’ pproċessar u li tirrispetta d-drittijiet tagħhom bħala suġġetti tad-data. |
(16) |
L-EASA tista’ tkun meħtieġa li tirrikonċilja dawk id-drittijiet mal-objettivi ta’ inkjesti amministrattivi, awditi, investigazzjonijiet u proċedimenti tal-qorti. Jista’ jkun ukoll meħtieġ li tibbilanċja d-drittijiet ta’ suġġett tad-data kontra d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ suġġetti oħra tad-data. Għal dak il-għan, l-Artikolu 25 tar-Regolament jagħti lill-EASA l-possibbiltà li tillimita, taħt kundizzjonijiet stretti, l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 22, 35 u 36 tar-Regolament, kif ukoll Artikolu 4 sakemm id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 20. Sakemm ma jkunx hemm restrizzjonijiet previsti f’att legali adottat abbażi tat-Trattati, huwa neċessarju li jiġu adottati regoli interni li skonthom l-EASA hija intitolata li tillimita dawk id-drittijiet. |
(17) |
L-EASA tista’, pereżempju, ikollha bżonn tirrestrinġi l-informazzjoni li tipprovdi lil suġġett tad-data dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħu jew tagħha matul il-fażi ta’ valutazzjoni preliminari ta’ inkjesta amministrattiva jew matul l-inkjesta nnifisha, qabel iċ-ċaħda possibbli ta’ każ jew fl-istadju pre-dixxiplinari. F’ċerti ċirkostanzi, l-għoti ta’ tali informazzjoni jista’ jaffettwa b’mod serju l-kapaċità tal-EASA li twettaq l-investigazzjoni b’mod effettiv, pereżempju kull meta jkun hemm riskju li l-persuna kkonċernata tista’ teqred l-evidenza jew tinterferixxi ma’ xhieda potenzjali qabel dawn jiġu intervistati. L-EASA jista’ wkoll ikollha bżonn tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet tax-xhieda kif ukoll dawk ta’ persuni oħra involuti. |
(18) |
Jista’ jkun hemm il-ħtieġa li tiġi protetta l-anonimità ta’ xhud jew ta’ informatur li jkun talab li ma jiġix identifikat. F’każ bħal dan, l-EASA tista’ tiddeċiedi li tillimita l-aċċess għall-identità, id-dikjarazzjonijiet u data personali oħra ta’ tali persuni, sabiex jipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet tagħhom. |
(19) |
Jista’ jkun hemm il-ħtieġa li tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali dwar membru tal-persunal li jkun ikkuntattja lill-konsulenti kunfidenzjali tal-EASA fil-kuntest ta’ proċedura ta’ fastidju. F’każijiet bħal dawn, l-EASA tista’ tiddeċiedi li tillimita l-aċċess għall-identità, id-dikjarazzjonijiet u dFata personali oħra tal-vittma allegata, tal-persuna allegata li tagħti l-fastidju u tal-persuni l-oħrajn involuti sabiex jipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet ta’ dawk kollha kkonċernati. |
(20) |
L-EASA għandha tapplika restrizzjonijiet biss meta dawn jirrispettaw l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, ikunu strettament meħtieġa u jkunu miżura proporzjonata f’soċjetà demokratika. L-EASA għandha tagħti raġunijiet li permezz tagħhom tispjega l-ġustifikazzjoni għal dawk ir-restrizzjonijiet. |
(21) |
Fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ obbligu ta’ rendikont, l-EASA għandha żżomm rekord tal-applikazzjoni tagħha tar-restrizzjonijiet. |
(22) |
Meta tkun qed tipproċessa data personali skambjata ma’ organizzazzjonijiet oħrajn fil-kuntest tal-kompiti tagħha, l-EASA u dawk l-organizzazzjonijiet għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin dwar ir-raġunijiet potenzjali għaliex ġew imposti restrizzjonijiet u dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità ta’ dawk ir-restrizzjonijiet, sakemm dan ma jxekkilx l-attivitajiet tal-EASA. |
(23) |
L-Artikolu 25(6) tar-Regolament jobbliga lill-kontrollur li jinforma lis-suġġetti tad-data bir-raġunijiet prinċipali li fuqhom tkun ibbażata l-applikazzjoni tar-restrizzjoni u bid-dritt tagħhom li jippreżentaw ilment mal-EDPS. |
(24) |
Skont l-Artikolu 25(8) tar-Regolament, l-EASA hija intitolata tiddifferixxi, tħalli barra jew tiċħad il-provvista ta’ informazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-applikazzjoni ta’ restrizzjoni għas-suġġett tad-data jekk b’xi mod dan jikkanċella l-effett tar-restrizzjoni. L-EASA għandha tivvaluta fuq bażi ta’ każ b’każ jekk il-komunikazzjoni tar-restrizzjoni tikkanċellax l-effett tagħha. |
(25) |
L-EASA għandha tneħħi r-restrizzjoni malli l-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw ir-restrizzjoni ma jibqgħux japplikaw aktar, u għandu jivvaluta dawk il-kundizzjonijiet fuq bażi regolari. |
(26) |
Sabiex tiġi żgurata l-akbar protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet tas-suġġetti tad-data u f’konformità mal-Artikolu 44(1) tar-Regolament, l-UPD għandu jkun ikkonsultat fi żmien xieraq bi kwalunkwe restrizzjoni li tista’ tiġi applikata u jivverifika l-konformità tagħha ma’ din id-Deċiżjoni. |
(27) |
L-Artikoli 16(5) u 17(4) tar-Regolament jipprevedu eċċezzjonijiet għad-dritt tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni u d-dritt ta’ aċċess. Jekk dawn l-eċċezzjonijiet ikunu japplikaw, l-EASA m’għandhiex għalfejn tapplika restrizzjoni skont din id-Deċiżjoni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli relatati mal-kundizzjonijiet li skonthom l-EASA tista’ tillimita l-applikazzjoni tal-Artikoli 4, 14 sa 22, 35 u 36, skont l-Artikolu 25 tar-Regolament.
2. EASA, bħala l-kontrollur, hija rrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.
Artikolu 2
Restrizzjonijiet
1. L-EASA tista’ tillimita l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 22, 35 u 36, u l-Artikolu 4 tiegħu, sakemm id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 20:
(a) |
skont l-Artikolu 25(1) (b), (c), (f), (g) u (h) tar-Regolament, meta twettaq inkjesti amministrattivi, proċeduri pre-dixxiplinari, dixxiplinari jew ta’ sospensjoni skont l-Artikolu 86 u l-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, u d-Deċiżjoni tal-EASA Nru 2011/216/E tad-Direttur Eżekuttiv tas-16 ta’ Diċembru 2011, u meta jiġu notifikati każijiet lill-OLAF; |
(b) |
skont l-Artikolu 25(1)(h) tar-Regolament, meta tiżgura li l-membri tal-persunal tal-EASA jistgħu jirrappurtaw fatti b’mod kunfidenzjali meta jemmnu li hemm irregolaritajiet serji, kif imfisser fid-Deċiżjoni 15-2018 tal-Bord Amministrattiv tal-EASA tal-14 ta’ Diċembru 2018; |
(c) |
skont l-Artikolu 25(1)(h) tar-Regolament, meta tiżgura li l-membri tal-persunal tal-EASA jkunu jistgħu jirrappurtaw lill-konsulenti b’mod kunfidenzjali fil-kuntest ta’ proċedura kontra l-fastidju, kif iddefinit fid-Deċiżjoni Nru 2008/180/A tad-Direttur Eżekuttiv tal-EASA tal-5 ta’ Awwissu 2009; |
(d) |
skont l-Artikolu 25(1) (b), (c), (d), (f), (g) u (h), meta twettaq investigazzjonijiet b’rabta ma’ ksur potenzjali tar-regoli ta’ sigurtà għall-informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea (‘IKUE’), skont id-Deċiżjoni Nru 2020/010/ED tal-EASA tad-Direttur Eżekuttiv tal-EASA tas-17 ta’ Frar 2020 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-ħarsien tal-Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea; |
(e) |
skont l-Artikolu 25(1)(c), (g) u (h) tar-Regolament, meta twettaq awditi interni b’rabta ma’ attivitajiet jew dipartimenti tal-EASA; |
(f) |
skont l-Artikolu 25(1)(c), (d), (g) u (h) tar-Regolament, meta tipprovdi jew tirċievi assistenza lil jew minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni jew li tikkoopera magħhom fil-kuntest tal-attivitajiet skont il-punti (a) sa (d) ta’ dan il-paragrafu u skont ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz rilevanti, memoranda ta’ ftehim u ftehimiet ta’ kooperazzjoni; |
(g) |
skont l-Artikolu 25(1)(c), (g) u (h) tar-Regolament, meta tipprovdi jew tirċievi assistenza lil jew minn awtoritajiet nazzjonali ta’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jew tikkoopera ma’ dawn l-awtoritajiet u organizzazzjonijiet, jew fuq talba tagħhom jew fuq l-inizjattiva tagħha stess; |
(h) |
skont l-Artikolu 25(1)(c), (g) u (h) tar-Regolament, meta tipprovdi jew tirċievi assistenza u kooperazzjoni lil u minn awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri tal-UE, jew fuq talba tagħhom jew fuq l-inizjattiva tagħha stess; |
(i) |
skont l-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament, meta tkun qed tipproċessa data personali f’dokumenti miksuba mill-partijiet jew intervenjenti fil-kuntest tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; |
(j) |
skont l-Artikolu 25(1)(c), (g) u (h) tar-Regolament, meta tkun qed tipproċessa data personali filwaqt li qed twettaq ispezzjonijiet, attivitajiet oħrajn ta’ monitoraġġ u investigazzjonijiet u dan skont Artikolu 75(2)(e) tar-Regolament (UE) 2018/1139; |
(k) |
skont l-Artikolu 25(1) (b), (c), (d), (f), (g) u (h) tar-Regolament, meta tkun qed tipproċessa data personali filwaqt li qed twettaq investigazzjonijiet dwar is-sigurtà tal-IT ġestiti internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE) skont Artikolu 75(2)(d) tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
2. Skont l-Artikolu 25(1) (b), (c), (f), (g) u (h) tar-Regolament, l-UPD għandu s-setgħa li jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 22, 35 u 36, u l-Artikolu 4 tiegħu sakemm il-provvedimenti tiegħu jikkorrispondu mad-drittijiet u l-obbligi pprovduti fl-Artikoli 14 sa 20 filwaqt li qed tipproċessa ilmenti interni u esterni u twettaq awditi u investigazzjonijiet interni skont Artikolu 45(2) tar-Regolament.
3. Kwalunkwe restrizzjoni għandha tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u tkun meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika.
4. Għandu jsir test tan-neċessità u tal-proporzjonalità fuq bażi ta’ każ b’każ qabel ma jiġu applikati r-restrizzjonijiet. Ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu limitati għal dak li hu strettament meħtieġ biex jinkiseb l-objettiv tagħhom.
5. Għal skopijiet ta’ obbligu ta’ rendikont, l-EASA għandha tfassal rekord li jiddeskrivi r-raġunijiet għar-restrizzjonijiet applikati, liema raġunijiet minn dawk elenkati fil-paragrafu 1 japplikaw u l-eżitu tat-test tan-neċessità u tal-proporzjonalità. Dawk ir-rekords għandhom ikunu parti minn reġistru, li għandu jkun disponibbli għall-EDPS, kull meta jintalab minnu. L-EASA għandha tħejji rapporti perjodiċi dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 25 tar-Regolament.
6. Meta tkun qed tipproċessa data personali riċevuta minn organizzazzjonijiet oħrajn fil-kuntest tal-kompiti tagħha, l-EASA għandha tikkonsulta ma’ dawk l-organizzazzjonijiet dwar ir-raġunijiet potenzjali għaliex imponiet restrizzjonijiet u dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità tar-restrizzjonijiet, sakemm dan ma jxekkilx l-attivitajiet tal-EASA.
Artikolu 3
Riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data
1. Valutazzjonijiet tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-data li jimponu restrizzjonijiet u dettalji tal-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dawk ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati fir-reġistru tal-attivitajiet tal-ipproċessar miżmum mill-EASA skont l-Artikolu 31 tar-Regolament. Għandha tiġi rreġistrata wkoll kwalunkwe valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni ta’ data rigward dawk ir-restrizzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 39 tar-Regolament.
2. Kull meta l-EASA tivvaluta n-neċessità u l-proporzjonalità ta’ restrizzjoni, għandha tikkunsidra r-riskji potenzjali għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data.
Artikolu 4
Salvagwardji u perjodi ta’ ħżin
1. L-EASA għandha timplimenta salvagwardji biex tipprevjeni l-abbuż u l-aċċess illegali jew it-trasferiment tad-data personali fir-rigward ta’ liema restrizzjonijiet japplikaw jew jistgħu jiġu applikati. Tali salvagwardji għandhom jinkludu miżuri tekniċi u organizzazzjonali u għandhom ikunu spjegati b’mod dettaljat, skont kif ikun meħtieġ, fid-deċiżjonijiet interni, fil-proċeduri u fir-regoli ta’ implimentazzjoni tal-EASA. Is-salvagwardji għandhom jinkludu:
(a) |
definizzjoni ċara tar-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-passi proċedurali; |
(b) |
jekk jixraq, ambjent elettroniku sigur li jipprevjeni l-aċċess illegali u aċċidentali jew it-trasferiment ta’ data elettronika lil persuni mhux awtorizzati; |
(c) |
jekk jixraq, ħażna u pproċessar b’mod sigur tad-dokumenti mitbugħa fuq karta; |
(d) |
monitoraġġ dovut tar-restrizzjonijiet u rieżami perjodiku tal-applikazzjoni tagħhom. |
Ir-rieżamijiet imsemmija fil-punt (d) għandhom isiru mill-inqas kull sitt xhur.
2. Ir-restrizzjonijiet għandhom jitneħħew hekk kif iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawhom ma jkunux għadhom japplikaw.
3. Id-data dwar il-persunal għandha tinżamm skont ir-regoli dwar iż-żamma tal-EASA applikabbli, li għandhom jiġu ddefiniti fir-rekords tal-protezzjoni tad-data miżmuma skont l-Artikolu 31 tar-Regolament. Fi tmiem il-perjodu taż-żamma, id-data personali għandha titħassar, tiġi anonimizzata jew trasferita fl-arkivji skont l-Artikolu 13 tar-Regolament.
Artikolu 5
Involviment tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-data
1. L-UPD għandu jkun infurmat mingħajr dewmien żejjed kull meta d-drittijiet tas-suġġett tad-data jkunu limitati skont din id-Deċiżjoni. Huwa jew hija għandhom jingħataw aċċess għar-rekords assoċjati u kwalunkwe dokument li jikkonċerna l-kuntest fattwali jew legali.
2. L-UPD jista’ jitlob rieżami tal-applikazzjoni tar-restrizzjoni. L-EASA għandha tinforma lill-UPD tagħha bil-miktub dwar l-eżitu tar-rieżami.
3. L-EASA għandha tiddokumenta l-involviment tal-UPD fl-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet, inkluż liema informazzjoni tiġi kondiviża miegħu jew magħha.
Artikolu 6
Informazzjoni lis-suġġetti tad-data dwar restrizzjonijiet tad-drittijiet tagħhom
1. L-EASA għandha tinkludi taqsima fl-avviżi dwar il-protezzjoni tad-data ppubblikati fuq is-sit web/intranet tagħha li jipprovdu informazzjoni ġenerali lis-suġġetti tad-data dwar il-potenzjal għar-restrizzjoni tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data skont l-Artikolu 2(1). L-informazzjoni għandha tkopri liema drittijiet jistgħu jiġu ristretti, ir-raġunijiet li fuqhom jistgħu jiġu applikati restrizzjonijiet u t-tul potenzjali tagħhom.
2. L-EASA għandha tinforma lis-suġġetti tad-data individwalment, bil-miktub u mingħajr dewmien żejjed dwar ir-restrizzjonijiet kontinwi jew futuri tad-drittijiet tagħhom. L-EASA għandha tinforma lis-suġġett tad-data bir-raġunijiet ewlenin li fuqhom hija bbażata l-applikazzjoni tar-restrizzjoni, bid-dritt tagħhom li jikkonsultaw lill-UPD bil-għan li jikkontestaw ir-restrizzjoni u d-dritt tiegħu/tagħha li jressaq/tressaq ilment mal-EDPS.
3. L-EASA tista’ tiddifferixxi, tħalli barra jew tiċħad il-provvista ta’ informazzjoni li tikkonċerna r-raġunijiet għar-restrizzjoni u d-dritt li jitressaq ilment quddiem l-EDPS sakemm din tikkanċella l-effett tar-restrizzjoni. Il-valutazzjoni dwar jekk dan ikunx ġustifikat għandha ssir fuq bażi ta’ każ b’każ. Hekk kif ma tibqax tikkanċella l-effett tar-restrizzjoni, l-EASA għandha tipprovdi l-informazzjoni lis-suġġett tad-data.
Artikolu 7
Komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data
1. Meta l-EASA tkun taħt obbligu li tikkomunika ksur tad-data skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament, tista’, f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni, tillimita din il-komunikazzjoni b’mod sħiħ jew parzjali. Għandha tiddokumenta f’nota r-raġunijiet għar-restrizzjoni, il-bażi legali għaliha skont l-Artikolu 2 u tagħmel valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tagħha. In-nota għandha tkun ikkomunikata lill-EDPS fil-ħin tan-notifika tal-ksur tad-data personali.
2. Meta r-raġunijiet għar-restrizzjoni ma jkunux għadhom japplikaw, l-EASA għandha tikkomunika l-ksur tad-data personali lis-suġġett tad-data kkonċernat u tinformah/a bir-raġunijiet ewlenin għar-restrizzjoni u dwar id-dritt tiegħu jew tagħha li jressaq/tressaq ilment quddiem l-EDPS.
Artikolu 8
Kunfidenzjalità ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi
1. F’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni, l-EASA tista’ tillimita d-dritt għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi skont l-Artikolu 36 tar-Regolament. Dawn ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu konformi mad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).
2. Fejn l-EASA tillimita d-dritt għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, għandha tinforma lis-suġġett tad-data kkonċernat, fit-tweġiba tagħha għal kull talba mis-suġġett tad-data, bir-raġunijiet ewlenin li fuqhom hija bbażata l-applikazzjoni tar-restrizzjoni u tad-dritt tiegħu jew tagħha li jressaq/tressaq ilment quddiem l-EDPS.
3. L-EASA tista’ tiddifferixxi, tħalli barra jew tiċħad il-provvista ta’ informazzjoni li tikkonċerna r-raġunijiet għar-restrizzjoni u d-dritt li jitressaq ilment quddiem l-EDPS sakemm din tikkanċella l-effett tar-restrizzjoni. Il-valutazzjoni dwar jekk dan ikunx ġustifikat għandha ssir fuq bażi ta’ każ b’każ.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul f’Varsavja, il-21 ta’ Ottubru 2020.
Piotr SAMSON
President tal-Bord Amministrattiv
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(3) Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri speċjali temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika(Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
Rettifika
6.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/23 |
Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2015 tal-21 ta’ Awwissu 2020 li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd fl-Ilmijiet tal-Punent għall-perjodu 2021-2023
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 415 tal-10 ta’ Diċembru 2020 )
F’paġna 33, fl-Artikolu 8(2),
minflok:
“Il-punt tal-irkupru għandu jkun meta l-bastiment bit-tartarun tal-borża jkun 80 % magħluq fis-sajd għall-kavalli u meta jkun 90 % magħluq fis-sajd għall-aringi.”,
aqra:
“Il-punt tal-irkupru fis-sajd għall-kavalli għandu jkun meta t-tartarun tal-borża jkun 80 % magħluq u fis-sajd għall-aringi għandu jkun meta t-tartarun tal-borża jkun 90 % magħluq.”;
F’paġna 33, fl-Artikolu 8(3),
minflok:
“Jekk il-ġliba ħut imdawra tkun tikkonsisti f’taħlita ta’ dawn iż-żewġ speċijiet, il-punt tal-irkupru għandu jkun meta l-bastiment bit-tartarun tal-borża jkun 80 % magħluq.”,
aqra:
“Jekk il-ġliba ħut imdawra tkun tikkonsisti f’taħlita taż-żewġ speċijiet, il-punt tal-irkupru għandu jkun meta t-tartarun tal-borża jkun 80 % magħluq.”.