ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 151

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
3 ta' Mejju 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/715 tal-20 ta’ Jannar 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-gruppi ta’ operaturi ( 1 )

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/716 tad-9 ta’ Frar 2021 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli tal-produzzjoni organika li japplikaw għaż-żrieragħ imnibbta u l-irjus taċ-ċikwejra, għall-għalf ta’ ċerti annimali tal-akkwakultura u għat-trattamenti fl-akkwakultura kontra l-parassiti ( 1 )

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/717 tas-26 ta’ April 2021 li jirreġistra Indikazzjoni Ġeografika ta’ xorb spirituż skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nagykunsági szilvapálinka

8

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/718 tat-30 ta’ April 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011 fir-rigward tal-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-melħ tas-sodju dimetilgliċina bħala addittiv fl-għalf ( 1 )

10

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/719 tat-30 ta’ April 2021 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-valina magħmula minn Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.358 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ( 1 )

12

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/715

tal-20 ta’ Jannar 2021

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-gruppi ta’ operaturi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) 2018/848 jistabbilixxi ċerti rekwiżiti għal gruppi ta’ operaturi. Fl-interess tal-interpretazzjoni armonizzata tal-prossimità ġeografika tal-membri ta’ grupp ta’ operaturi, jenħtieġ li jiġi ddikjarat b’mod espliċitu li l-attivitajiet tal-membri jeħtieġ isiru fl-istess pajjiż.

(2)

Għall-fini tal-istabbiliment tar-rekwiżiti minimi rigward it-twaqqif u l-funzjonament tas-sistema għall-kontrolli interni (ICS), jenħtieġ li jiġu definiti l-aspetti li ġejjin: ir-reġistrazzjoni tal-membri, l-ispezzjonijiet interni, l-approvazzjoni ta’ membri ġodda jew ta’ unitajiet ta’ produzzjoni ġodda jew ta’ attivitajiet ġodda tal-membri eżistenti, it-taħriġ tal-ispetturi tal-ICS, il-miżuri f’każijiet ta’ nonkonformità u t-traċċabilità interna.

(3)

F’dak il-kuntest, jenħtieġ li jiżdied ir-rekwiżit li jinħatar maniġer tal-ICS u spettur wieħed jew aktar tal-ICS sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-ICS mill-persunal kompetenti.

(4)

Barra minn hekk, sabiex jiġi previst qafas ta’ valutazzjoni armonizzat għall-ICS, jixraq li tiġi inkluża lista ta’ sitwazzjonijiet li jeħtieġ jitqiesu bħala nuqqas.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/848 jiġi emendat skont dan.

(6)

Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament (UE) 2018/848

L-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2018/848 huwa emendat kif ġej:

1.

Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

ikun magħmul biss minn membri li l-attivitajiet ta’ produzzjoni jew l-attivitajiet addizzjonali possibbli tagħhom imsemmija fil-punt (a) isiru fil-prossimità ġeografika ta’ xulxin fl-istess Stat Membru jew fl-istess pajjiż terz”;

(b)

fil-punt (g), jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Is-sistema għall-kontrolli interni (ICS) għandu jkollha proċeduri dokumentati dwar:

(i)

ir-reġistrazzjoni tal-membri tal-grupp;

(ii)

l-ispezzjonijiet interni, li jinkludu l-ispezzjonijiet fiżiċi interni annwali fuq il-post ta’ kull membru tal-grupp, u kull spezzjoni interna addizzjonali bbażata fuq ir-riskju, fi kwalunkwe każ skedata mill-maniġer tal-ICS u mwettqa mill-ispetturi tal-ICS, li r-rwoli tagħhom huma definiti fil-punt (h);

(iii)

l-approvazzjoni ta’ membri ġodda fi grupp eżistenti jew, fejn xieraq, l-approvazzjoni ta’ unitajiet tal-produzzjoni ġodda jew attivitajiet ġodda tal-membri eżistenti mal-approvazzjoni mill-maniġer tal-ICS abbażi tar-rapport ta’ spezzjoni interna;

(iv)

it-taħriġ tal-ispetturi tal-ICS, li jeħtieġ isir mill-inqas darba fis-sena u li jeħtieġ jiġi akkumpanjat minn valutazzjoni tal-għarfien miksub mill-parteċipanti;

(v)

it-taħriġ tal-membri tal-grupp dwar il-proċeduri tal-ICS u r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(vi)

il-kontroll tad-dokumenti u tar-rekords;

(vii)

il-miżuri f’każijiet ta’ nonkonformità individwati waqt l-ispezzjonijiet interni, inkluż is-segwitu tagħhom;

(viii)

it-traċċabilità interna, li turi l-oriġini tal-prodotti kkonsenjati fis-sistema ta’ kummerċjalizzazzjoni konġunta tal-grupp u li tippermetti t-traċċar tal-prodotti kollha tal-membri kollha matul l-istadji kollha, bħall-produzzjoni, l-ipproċessar, il-preparazzjoni jew it-tqegħid fis-suq, inkluż l-istima u l-kontroverifika tar-rendimenti ta’ kull membru tal-grupp.”;

(c)

jiżdied il-punt (h) li ġej:

“(h)

jaħtar maniġer tal-ICS u spettur wieħed tal-ICS jew aktar li jistgħu jkunu membri tal-grupp. Il-pożizzjonijiet tagħhom ma għandhomx ikunu kkombinati. L-għadd ta’ spetturi tal-ICS għandu jkun adegwat u proporzjonat b’mod partikolari mat-tip, mal-istruttura mad-daqs, mal-prodotti, mal-attivitajiet u mal-produzzjoni tal-produzzjoni organika tal-grupp. L-ispetturi tal-ICS għandhom ikunu kompetenti fir-rigward tal-prodotti u tal-attivitajiet tal-grupp.

Il-maniġer tal-ICS għandu:

(i)

jivverifika l-eliġibilità ta’ kull membru tal-grupp rigward il-kriterji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (e);

(ii)

jiżgura li hemm ftehim ta’ sħubija bil-miktub u ffirmat, bejn kull wieħed mill-membri u l-grupp, li permezz tiegħu l-membri jimpenjaw ruħhom li:

jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament;

jipparteċipaw fl-ICS u jikkonformaw mal-proċeduri tal-ICS, inkluż il-kompiti u r-responsabbiltajiet assenjati lilhom mill-maniġer tal-ICS u l-obbligu għaż-żamma tar-rekords;

jippermettu aċċess għall-unitajiet u għall-postijiet tal-produzzjoni, u jkunu preżenti waqt l-ispezzjonijiet interni mwettqa mill-ispetturi tal-ICS u l-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtorità kompetenti jew, meta xieraq, mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll, iqiegħdu d-dokumenti u r-rekords kollha għad-dispożizzjoni tagħhom u jikkontrofirmaw ir-rapporti ta’ spezzjoni;

jaċċettaw u jimplimentaw il-miżuri f’każijiet ta’ nonkonformità skont id-deċiżjoni tal-maniġer tal-ICS jew tal-awtorità kompetenti jew, meta xieraq, tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll, fiż-żmien speċifikat;

jinformaw minnufih lill-maniġer tal-ICS dwar nonkonformità suspettata;

(iii)

jiżviluppa l-proċeduri tal-ICS u d-dokumenti u r-rekords rilevanti, iżommhom aġġornati u jqiegħdhom faċilment għad-dispożizzjoni tal-ispetturi tal-ICS, u meta xieraq, tal-membri tal-grupp;

(iv)

ifassal il-lista tal-membri tal-grupp u jżommha aġġornata;

(v)

jassenja kompiti u responsabilitajiet lill-ispetturi tal-ICS;

(vi)

ikun il-punt ta’ kollegament bejn il-membri tal-grupp u l-awtorità kompetenti jew, meta xieraq, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll, inkluż għar-rikjesti ta’ derogi;

(vii)

kull sena jivverifika d-dikjarazzjonijiet dwar il-kunflitt ta’ interess tal-ispetturi tal-ICS;

(viii)

jiskeda spezzjonijiet interni u jiżgura l-implimentazzjoni xierqa tagħhom f’konformità mal-iskeda tal-maniġer tal-ICS imsemmija fil-punt (ii) tat-tieni paragrafu tal-punt (g);

(ix)

jiżgura t-taħriġ adegwat għall-ispetturi tal-ICS u jwettaq valutazzjoni annwali tal-kompetenzi u l-kwalifiki tal-ispetturi tal-ICS;

(x)

japprova membri ġodda jew unitajiet ta’ produzzjoni ġodda jew attivitajiet ġodda tal-membri eżistenti;

(xi)

jiddeċiedi dwar il-miżuri f’każ ta’ nonkonformità skont il-miżuri tal-ICS stabbiliti bil-proċeduri dokumentati f’konformità mal-punt g u jiżgura s-segwitu ta’ dawk il-miżuri;

(xii)

jiddeċiedi li jissottokuntratta l-attivitajiet, inkluż l-issottokuntrattar tal-kompiti tal-ispetturi tal-ICS, u jiffirma l-ftehimiet jew il-kuntratti rilevanti.

L-ispettur tal-ICS għandu:

(i)

jwettaq l-ispezzjonijiet interni tal-membri tal-grupp skont l-iskeda u l-proċeduri pprovduti mill-maniġer tal-ICS;

(ii)

jabbozza r-rapporti ta’ spezzjoni interna skont mudell u jippreżentahom fi żmien raġonevoli lill-maniġer tal-ICS;

(iii)

jippreżenta dikjarazzjoni bil-miktub u ffirmata dwar il-kunflitt ta’ interess hekk kif jinħatar, u jaġġornaha kull sena;

(iv)

jipparteċipa fit-taħriġ.”.

2.

Fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Mill-inqas is-sitwazzjonijiet li ġejjin għandhom jitqiesu bħala nuqqasijiet fl-ICS:

(a)

il-produzzjoni, l-ipproċessar, il-preparazzjoni jew it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti minn membri jew unitajiet ta’ produzzjoni sospiżi/irtirati;

(b)

it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li għalihom il-maniġer tal-ICS ipprojbixxa l-użu tar-referenza għall-produzzjoni organika fit-tikkettar jew fir-reklamar tagħhom;

(c)

iż-żieda ta’ membri ġodda fil-lista tal-membri jew it-tibdil tal-attivitajiet ta’ membri eżistenti mingħajr ma tiġi segwita l-proċedura ta’ approvazzjoni interna;

(d)

in-nuqqas ta’ twettiq ta’ spezzjoni fiżika annwali fuq il-post ta’ membru tal-grupp f’sena partikolari;

(e)

in-nuqqas li jiġu indikati l-membri li ġew sospiżi jew irtirati fil-lista tal-membri;

(f)

id-devjazzjonijiet serji fis-sejbiet bejn l-ispezzjonijiet interni mwettqa mill-ispetturi tal-ICS u l-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtorità kompetenti jew, meta xieraq, mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll;

(g)

in-nuqqasijiet serji fl-impożizzjoni ta’ miżuri xierqa jew fit-twettiq tas-segwitu meħtieġ b’reazzjoni għan-nonkonformità identifikata mill-ispetturi tal-ICS jew mill-awtorità kompetenti jew, meta xieraq, mill-awtorità ta’ kontroll tal-korp ta’ kontroll;

(h)

l-għadd inadegwat ta’ spetturi tal-ICS jew il-kompiti inadegwati tal-ispetturi tal-ICS għat-tip, l-istruttura, id-daqs, il-prodotti, l-attivitajiet u l-produzzjoni tal-produzzjoni organika tal-grupp.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-20 ta’ Jannar 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/5


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/716

tad-9 ta’ Frar 2021

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli tal-produzzjoni organika li japplikaw għaż-żrieragħ imnibbta u l-irjus taċ-ċikwejra, għall-għalf ta’ ċerti annimali tal-akkwakultura u għat-trattamenti fl-akkwakultura kontra l-parassiti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2)(a) u l-Artikolu 15(2)(b) u (c) tiegħu,

Billi:

(1)

Reċentement, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/427 (2) emenda l-punt 1.3 tal-Parti I tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 rigward iż-żrieragħ imnibbta organiċi biex ikun żgurat li dawn jiġu prodotti minn żrieragħ organiċi. Billi ż-żrieragħ imnibbta jinkludu n-nebbieta, ir-rimjiet u l-krexxuni (3), li huma kapaċi jinbtu bl-użu tar-riżervi li fihom iż-żrieragħ biss, jenħtieġ li jintuża biss l-ilma għall-produzzjoni organika. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ċċarat li d-deroga mill-kultivazzjoni fil-ħamrija għaż-żrieragħ imnibbta hija limitata għat-tniddija taż-żrieragħ, u jenħtieġ li jiġi ddikjarat b’mod espliċitu li l-użu ta’ materjal għat-tkabbir mhuwiex permess, ħlief jekk jintuża materjal għat-tkabbir inert li jżomm iż-żrieragħ niedja, meta l-komponenti ta’ dak il-materjal inert ikunu awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/848.

(2)

Fir-rigward tal-irjus taċ-ċikwejra, iċ-ċiklu tal-produzzjoni speċifiku jista’ jkun magħmul minn żewġ fażijiet, waħda fil-ħamrija u waħda msejħa l-“fażi ta’ sfurzar”, li tista’ ssir fil-ħamrija, iżda tista’ ssir ukoll fl-ilma jew fis-sottostrati. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ċċarat li d-deroga mill-kultivazzjoni fil-ħamrija għall-irjus taċ-ċikwejra tinkludi t-tgħaddis f’ilma ċar u li l-użu ta’ materjal għat-tkabbir huwa permess biss meta l-komponenti tiegħu jkunu awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/848.

(3)

L-Artikolu 25l(3)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (4) ippermetta li l-kolesterol organiku jintuża biex jissupplimenta l-għalf naturali fl-istadju tat-tismin u fl-istadji bikrin tal-ħajja tal-gambli tal-familja Penaeidae u tal-gambli tal-ilma ħelu (Macrobrachium spp.). Għalhekk jeħtieġ li tiġi prevista s-supplimentazzjoni tal-għalf bil-kolesterol organiku għal dawk il-gambli u l-gambli l-kbar fil-punt 3.1.3.4 tal-Parti III tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848.

(4)

Fl-2019, meta kienu qed jiddiskutu l-abbozz tar-Regolament Delegat (UE) 2020/427, xi Stati Membri talbu r-reviżjoni ta’ regoli oħra relatati mal-akkwakultura organika. Il-grupp ta’ esperti għall-pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika (EGTOP) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2017/C 287/03 (5) ivvaluta dawk it-talbiet. Filwaqt li qieset il-konklużjonijiet tal-EGTOP ippubblikati (6)f’Jannar tal-2020, il-Kummissjoni identifikat il-ħtieġa li jiġu aġġornati r-regoli eżistenti għall-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura b’mod partikolari rigward it-trattamenti veterinarji.

(5)

Minkejja r-rekwiżiti relatati mal-prevenzjoni tal-mard, bħar-rakkomandazzjoni għall-kontroll bijoloġiku tal-parassiti bi preferenza bl-użu ta’ ħut aktar nadif u b’soluzzjonijiet tal-ilma ħelu, tal-ilma baħar u tal-klorur tas-sodju, bħalissa huwa permess għadd limitat ta’ trattamenti, f’każ ta’ okkorrenza severa ta’ parassiti, fuq bażi ġenerali għall-ispeċijiet kollha. Abbażi tal-konklużjonijiet tal-EGTOP imsemmija hawn fuq, jixraq li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet attwali dwar it-trattamenti kontra l-parassiti stabbiliti fil-punt 3.1.4.2. tal-Parti III tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 bl-introduzzjoni ta’ approċċ aktar speċifiku għall-ispeċijiet biex jiġu indirizzati aħjar il-ħtiġijiet tal-annimali tal-akkwakultura mingħajr ma tiġi kompromessa n-natura organika tal-produzzjoni.

(6)

B’mod partikolari, fid-dawl tal-varjazzjoni fit-tul taċ-ċikli tal-produzzjoni tal-ispeċijiet, għajr tas-salamun, u minħabba l-potenzjal li jokkorru l-parassiti fil-ħut mhux matur, flimkien mat-tendenza li l-operaturi jipposponu kemm jista’ jkun kull kors ta’ trattament minħabba l-limitu tal-frekwenza tagħhom, fl-ewwel sena taċ-ċiklu tal-ħajja, ġiet irrapportata rata għolja ta’ mortalità tal-ħut żgħir u tal-frieħ. Għalhekk, għal speċijiet oħra għajr is-salamun, jixraq li l-frekwenza u l-għadd massimu ta’ trattamenti bil-parassiti jiġu allinjati mal-limiti ta’ frekwenza stabbiliti għall-prodotti mediċinali veterinarji allopatiċi sintetizzati kimikament biex ikunu jistgħu jintervjenu meta jkun verament meħtieġ u biex tiġi evitata mortalità għolja fl-ewwel stadji taċ-ċiklu tal-ħajja.

(7)

Rigward is-salamun, meta wieħed iqis it-tul taċ-ċiklu tal-produzzjoni u l-ħtieġa li jiġi ggarantit li ma jkunx hemm qamel tal-baħar fil-perjodu li l-ħut jagħmel fl-ilma ħelu, jenħtieġ li jinżammu l-limiti tal-frekwenza attwali u l-għadd massimu ta’ korsijiet għat-trattamenti kontra l-parassiti.

(8)

Barra minn hekk, huwa importanti li jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet attwali, billi jiġi stabbilit limitu ġenerali ċar għall-għadd massimu ta’ trattamenti kontra l-parassiti li jistgħu jiġu amministrati, irrispettivament mill-ispeċijiet ikkonċernati.

(9)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 jiġi emendat skont dan.

(10)

Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/427 tat-13 ta’ Jannar 2020 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ ċerti regoli ta’ produzzjoni dettaljati għall-prodotti organiċi (ĠU L 87, 23.3.2020, p. 1).

(3)  Deskrizzjoni taċ-ċikli tal-produzzjoni tagħhom fl-Opinjoni Xjentifika tal-EFSA EFSA Scientific Opinion on the risk posed by Shiga toxin-producing Escherichia coli (STEC) and other pathogenic bacteria in seeds and sprouted seeds – EFSA Journal 2011;9 (11): 2424.[101 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2011,2424.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Awwissu 2017 li taħtar il-membri tal-grupp għal pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika u tfassal il-lista ta’ riżerva (ĠU C 287, 30.08.2017, p. 3).

(6)  Rapport finali tal-EGTOP dwar l-Akkwakultura IV — 13 ta’ Diċembru 2019


ANNESS

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti I, il-punt 1.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.3.

B’deroga mill-punt 1.1., għandhom ikunu permessi dawn li ġejjin:

(a)

il-produzzjoni taż-żrieragħ imnibbta, li jinkludu n-nebbieta, ir-rimjiet u l-krexxuni li jgħixu biss fuq ir-riżervi nutrittivi li hemm fiż-żrieragħ, billi jitniddu bl-ilma ċar, dment li ż-żrieragħ ikunu organiċi. L-użu ta’ materjal għat-tkabbir għandu jkun ipprojbit, minbarra jekk jintuża l-materjal inert maħsub biss biex iżomm iż-żrieragħ niedja, meta l-komponenti ta’ dak il-materjal inert ikunu awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 24;

(b)

il-kisba tal-irjus taċ-ċikwejra, inkluż billi jitgħaddsu f’ilma ċar, dment li l-materjal riproduttiv tal-pjanti jkun organiku. L-użu ta’ materjal għat-tkabbir għandu jkun permess biss meta l-komponenti tiegħu jkunu awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 24.”.

(2)

Il-Parti III hija emendata kif ġej:

(a)

jiżdied il-paragrafu li ġej fil-punt 3.1.3.4.:

“Fil-fażi tat-tismin u fl-istadji bikrin tal-ħajja fl-għadajjar tat-trobbija u fl-imfaqas, il-kolesterol organiku jista’ jintuża biex jissupplimenta d-dieti tal-gambli tal-familja Paenaeidae u tal-gambli tal-ilma ħelu (Macrobrachium, spp), sabiex tiġi ssodisfata l-ħtieġa alimentari kwantitattiva tagħhom.”;

(b)

fil-punt 3.1.4.2, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

l-użu ta’ trattamenti kontra l-parassiti, għajr permezz ta’ skemi obbligatorji ta’ kontroll imħaddma mill-Istati Membri, għandu jkun limitat kif ġej:

(i)

għas-salamun, sa massimu ta’ żewġ korsijiet ta’ trattament fis-sena, jew kors wieħed ta’ trattament fis-sena meta ċ-ċiklu tal-produzzjoni jkun inqas minn 18-il xahar;

(ii)

għall-ispeċijiet kollha għajr is-salamun, żewġ korsijiet ta’ trattament fis-sena, jew kors wieħed ta’ trattament fis-sena meta ċ-ċiklu tal-produzzjoni jkun inqas minn 12-il xahar;

(iii)

għall-ispeċijiet kollha, mhux aktar minn erba’ korsijiet ta’ trattament b’kollox, irrispettivament mit-tul taċ-ċiklu tal-produzzjoni tal-ispeċi;”.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/717

tas-26 ta’ April 2021

li jirreġistra Indikazzjoni Ġeografika ta’ xorb spirituż skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill “Nagykunsági szilvapálinka”

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Ungerija tal-14 ta’ Ottubru 2016 għar-reġistrazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika “Nagykunsági szilvapálinka”.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2019/787 li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 110/2008 daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Mejju 2019. F’konformità mal-Artikolu 49(1) tar-Regolament imsemmi, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tħassar b’effett mit-8 ta’ Ġunju 2019.

(3)

Wara li ddeterminat li t-talba hija konformi mar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni ppubblikat l-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-iskeda informattiva f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament imsemmi, u f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 50(4) tar-Regolament (UE) 2019/787.

(4)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2019/787.

(5)

Għalhekk, huwa xieraq li l-indikazzjoni “Nagykunsági szilvapálinka” tiġi rreġistrata bħala Indikazzjoni Ġeografika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-indikazzjoni ġeografika “Nagykunsági szilvapálinka” hija rreġistrata. F’konformità mal-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE) 2019/787, dan ir-Regolament jagħti lill-isem “Nagykunsági szilvapálinka” il-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2019/787.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).

(3)  ĠU C 14, 13.1.2021, p. 3.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/718

tat-30 ta’ April 2021

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011 fir-rigward tal-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-melħ tas-sodju dimetilgliċina bħala addittiv fl-għalf

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u jipprevedi r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Taminco BVBA ressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 biex tipproponi bidla fl-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni kif stipulat fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 371/2011 (2). L-applikant sostna li l-Belġju rriforma l-Kodiċi tal-Kumpaniji u l-Assoċjazzjonijiet tiegħu (“Wetboek van Vennootschappen en Verenigingen”), u b’hekk inbidel l-entitajiet Belġjani kollha. Bħala parti mil-leġiżlazzjoni mibdula, it-tip ta’ kumpanija “besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid” (“BVBA”), li skontha Taminco qed tagħmel negozju, inbidlet fi “besloten vennootschap” (“BV”). Il-kumpanija tibqa’ kumpanija privata b’responsabbiltà limitata skont il-liġijiet tal-Belġju. Dan ifisser li Taminco se tinnegozja bħala “Taminco BV” mill-1 ta’ Jannar 2021. Mal-applikazzjoni intbagħtet ukoll id-data ġustifikattiva rilevanti.

(3)

Dik il-bidla proposta fit-termini tal-awtorizzazzjoni għandha natura purament amministrattiva u ma tinvolvix valutazzjoni ġdida tal-addittiv ikkonċernat. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa bl-applikazzjoni.

(4)

Biex l-applikant ikun jista’ jisfrutta d-drittijiet tal-kummerċjalizzazzjoni tiegħu bl-isem ta’ Taminco BV, jeħtieġ jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011 jenħtieġ jiġi emendat skont dan.

(6)

Ir-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-emenda li qed issir b’dan ir-Regolament għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011, u għalhekk jixraq jiġi stipulat perjodu tranżizzjonali li matulu jkunu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Titolu, il-kelmiet “detentur tal-awtorizzazzjoni Taminco N.V.” huma sostitwiti bil-kelmiet “detentur tal-awtorizzazzjoni Taminco BV”;

(2)

fit-tieni kolonna tal-Anness, “Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni”, il-kelmiet “Taminco BVBA” huma sostitwiti bil-kelmiet “Taminco BV”.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

Il-ħażniet eżistenti tal-addittiv li huma konformi mad-dispożizzjonijiet li japplikaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw kollha.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 371/2011 tal-15 ta’ April 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-melħ tas-sodju dimetilgliċina bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Taminco N.V.) (ĠU L 102, 16.4.2011, p. 6).


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/719

tat-30 ta’ April 2021

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-valina magħmula minn Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.358 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u jipprevedi r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ dik l-awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-L-valina. Mal-applikazzjoni nhemżu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-valina magħmula minn Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.358 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija “addittivi nutrizzjonali”, il-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, imluħ u l-analogi tagħhom”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-30 ta’ Settembru 2020 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-L-valina magħmula minn Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.358, meta tiġi ssupplimentata fid-dieti f’livelli xierqa, ma tħallix effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Rigward is-sikurezza tal-utenti tal-L-valina magħmula minn Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.358, l-Awtorità ma tistax teskludi riskju mill-ġbid man-nifs jew li s-sustanza tkun irritanti għall-ġilda jew għall-għajnejn, jew sensitizzatur tal-ġilda. Għalhekk, jenħtieġ jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jipprevjenu effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fuq l-utenti tal-addittiv. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li s-sustanza titqies bħala sors effikaċi ta’ aċidu amminiku tal-L-valina essenzjali għan-nutrizzjoni tal-annimali, u li biex tkun effikaċi fir-ruminanti, din jenħtieġ tiġi protetta mid-degradazzjoni fil-kirxa. L-Awtorità ma tikkunsidrax li hemm bżonn rekwiżiti speċifiċi għal monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapporti dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressqu mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-L-valina magħmula minn Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.358 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, jenħtieġ jiġi awtorizzat l-użu ta’ dik is-sustanza kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza speċifikata fl-Anness li tappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali” u l-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, imluħ u l-analogi tagħhom”, hija awtorizzata bħala addittiv tal-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2020; 18(11):6286.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija tal-addittivi nutruzzjonali. Grupp funzjonali: aċidi amminiċi, imluħ u l-analogi tagħhom.

3c371i

L-valina

Kompożizzjoni tal-addittiv

Trab b’kontenut minimu tal-L-valina ta’ 98 % (abbażi ta’ materja niexfa) u kontenut massimu ta’ ilma ta’ 1,5 %

L-ispeċijiet kollha

1.

L-L-valina tista’ titqiegħed fis-suq u tintuża bħala addittiv f’għamla ta’ preparazzjoni.

2.

L-addittiv jista’ jintuża fl-ilma tax-xorb.

3.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-pretaħlitiet għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana u l-istabbiltà fl-ilma tax-xorb.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv u tal-pretaħlita irid jiġi indikat dan li ġej: “Is-supplimentazzjoni bl-L-valina, b’mod partikolari fl-ilma tax-xorb, jenħtieġ tqis kull aċidu amminiku essenzjali u kundizzjonalment essenzjali biex jiġu evitati l-iżbilanċi.”

5.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-pretaħlitiet, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u l-miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-ġbid man-nifs, jew mill-kuntatt mal-għajnejn jew mal-ġilda. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jixxejnu jew jitnaqqsu kemm jista’ jkun bi proċeduri u b’miżuri bħal dawn, għandu jintuża tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza, meta jintużaw l-addittiv u l-pretaħlitiet.

23.5.2031

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

L-valina (aċidu (2S)-2-amino-3-metilbutanojku) magħmula minn Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.358

Formula kimika: C5H11NO2

Numru CAS: 72-18-4

Metodu analitiku  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-L-valina fl-addittiv tal-għalf:

Il-Codex tal-Kimiċi tal-Ikel “Monografija tal-L-valina”

Għall-kwantifikazzjoni tal-L-valina fl-addittiv tal-għalf:

kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS)

Għall-kwantifikazzjoni tal-valina fil-pretaħlitiet, fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (Anness III, F)

Għall-kwantifikazzjoni tal-valina fl-ilma:

kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS/FD)


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports