ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 138 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
22.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 138/1 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/653
tal-20 ta’ April 2021
li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont mal-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE
(notifikata bid-dokument C(2021) 2587)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b’mod partikulari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 29(2) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 96/23/KE jirrikjedi li l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw annimali u prodotti tal-annimali koperti minn dik id-Direttiva, jissottomettu pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi li jipprovdu l-garanziji meħtieġa (“il-pjanijiet”). Jenħtieġ li l-pjanijiet jinkludu mill-inqas il-gruppi ta’ residwi u s-sustanzi elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2) tapprova l-pjanijiet sottomessi minn ċerti pajjiżi terzi fir-rigward tal-annimali u l-prodotti tal-annimali speċifikati elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni (“il-lista”). |
(3) |
L-Albanija ssottomettiet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni. Dak il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Peress li dak il-pjan ma jkoprix il-krustaċji, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-krustaċji mill-approvazzjoni għall-akkwakultura. |
(4) |
Il-Bożnija-Ħerzegovina ssottomettiet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni, li ma jkoprix il-krustaċji. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-krustaċji mill-approvazzjoni għall-akkwakultura. |
(5) |
Il-Gżejjer Falkland ssottomettew pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni, li ma jkoprix il-krustaċji u pjan għar-ruminanti żgħar, li jkopri biss l-annimali ovini. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-krustaċji mill-approvazzjoni għall-akkwakultura u l-approvazzjoni għar-ruminanti żgħar tkun limitata għall-annimali ovini. |
(6) |
Il-Gżejjer Faroe ssottomettew pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni, li ma jkoprix il-krustaċji. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-krustaċji mill-approvazzjoni għall-akkwakultura. |
(7) |
Il-Gwatemala ssottomettiet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni, li ma jkoprix il-ħut bil-pinen. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-ħut bil-pinen mill-approvazzjoni għall-akkwakultura. |
(8) |
L-Iran issottometta pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni, li ma jkoprix il-ħut bil-pinen. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-ħut bil-pinen mill-approvazzjoni għall-akkwakultura. |
(9) |
Il-Kirgiżistan huwa attwalment inkluż fil-lista ta’ approvazzjoni għall-għasel. Dak il-pajjiż terz issottometta pjan għall-għasel lill-Kummissjoni li ma jipprovdix biżżejjed garanziji. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrata tal-Kirgiżistan fir-rigward tal-għasel titneħħa mil-lista. |
(10) |
Il-Moldova ssottomettiet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni, li ma jkoprix il-krustaċji, u pjan għall-ħalib. Il-pjan għall-ħalib jipprovdi biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-krustaċji mill-approvazzjoni għall-akkwakultura, u jenħtieġ li tiġi inkluża entrata għall-Moldova fil-lista, għall-ħalib. |
(11) |
Il-Montenegro ssottometta pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni, li ma jkoprix il-krustaċji u pjan għar-ruminanti żgħar, li jkopri biss l-annimali ovini. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-krustaċji mill-approvazzjoni għall-akkwakultura u l-approvazzjoni għar-ruminanti żgħar tkun limitata għall-annimali ovini. |
(12) |
Il-Marokk issottometta pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni, li ma jkoprix il-krustaċji. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-krustaċji mill-approvazzjoni għall-akkwakultura. |
(13) |
Il-Mozambique ssottometta pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni, li ma jkoprix il-ħut bil-pinen. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-ħut bil-pinen mill-approvazzjoni għall-akkwakultura. |
(14) |
In-Namibja ssottomettiet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni għall-kaċċa salvaġġa u għar-ruminanti żgħar, li jkopri biss l-annimali ovini. Dak il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Jenħtieġ li fil-lista tiġi inkluża entrata għan-Namibja għall-kaċċa salvaġġa u għall-annimali ovini. Madankollu, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li l-approvazzjoni għar-ruminanti żgħar hija limitata għall-annimali ovini. |
(15) |
In-Nikaragwa ssottomettiet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni, li ma jkoprix il-ħut bil-pinen. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-ħut bil-pinen mill-approvazzjoni għall-akkwakultura. |
(16) |
In-Niġerja ssottomettiet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni li ma jkoprix il-ħut bil-pinen. Dak il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk jenħtieġ li fil-lista tiġi inkluża entrata għan-Niġerja, bi speċifikazzjoni li teskludi l-ħut bil-pinen. |
(17) |
New Caledonia ssottomettiet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni li ma jkoprix il-ħut bil-pinen. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-ħut bil-pinen mill-approvazzjoni għall-akkwakultura. |
(18) |
L-Oman issottometta pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni li ma jkoprix il-krustaċji. Dak il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk jenħtieġ li fil-lista tiġi inkluża entrata għall-Oman, bi speċifikazzjoni li teskludi l-krustaċji. |
(19) |
It-Tajwan issottometta pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni. Dak il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk jenħtieġ li fil-lista tiġi inkluża entrata għat-Tajwan għall-bajd. |
(20) |
It-Tanżanija ssottomettiet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni li ma jkoprix il-ħut bil-pinen. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-ħut bil-pinen mill-approvazzjoni għall-akkwakultura. |
(21) |
It-Togo ssottometta pjan għall-għasel lill-Kummissjoni. Dak il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk jenħtieġ li fil-lista tiġi inkluża entrata għat-Togo għall-għasel. |
(22) |
It-Tuneżija ssottomettiet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni li ma jkoprix il-krustaċji. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-krustaċji mill-approvazzjoni għall-akkwakultura. |
(23) |
L-Ukrajna ssottomettiet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni li ma jkoprix il-krustaċji. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-krustaċji mill-approvazzjoni għall-akkwakultura. |
(24) |
Filwaqt li l-Kolombja ma pprovdietx pjan għall-bajd lill-Kummissjoni, dak il-pajjiż pprovda garanziji fir-rigward tal-bajd u tal-prodotti tal-bajd li joriġinaw jew mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi, li huma approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li mal-lista tiżdied entrata għall-Kolombja fir-rigward tal-bajd, bin-nota f’qiegħ il-paġna xierqa. |
(25) |
Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/163/UE tiġi emendata skont dan. |
(26) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ April 2021.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).
ANNESS
“ANNESS
Kodiċi ISO2 |
Pajjiż (1) |
Bovini |
Ovini/ kaprini |
Porċini |
Ekwini |
Tjur |
Akkwakultura |
Ħalib |
Bajd |
Fniek |
Kaċċa salvaġġa |
Kaċċa mrobbija |
Għasel |
AD |
Andorra |
X |
X |
X (3) |
X |
|
|
|
|
|
|
|
X |
AE |
L-Emirati Għarab Magħquda |
|
|
|
|
|
X (3) |
X (13) |
|
|
|
|
|
AL |
L-Albanija |
|
X |
|
|
|
X (8) |
|
X |
|
|
|
|
AM |
L-Armenja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
AR |
L-Arġentina |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
AU |
L-Awstralja |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X |
X |
X |
BA |
Il-Bożnija-Ħerzegovina |
X |
X |
X |
|
X |
X (8) |
X |
X |
|
|
|
X |
BD |
Il-Bangladesh |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
BF |
Il-Burkina Faso |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
BJ |
Il-Benin |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
BN |
Il-Brunei |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
BR |
Il-Brażil |
X |
|
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
X |
BW |
Il-Botswana |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
BY |
Il-Belarussja |
|
|
|
X (2) |
|
X |
X |
X |
|
|
|
X |
BZ |
Il-Belize |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
CA |
Il-Kanada |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
CH |
L-Iżvizzera |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
CL |
Iċ-Ċilì |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
|
|
X |
|
X |
CM |
Il-Kamerun |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
CN |
Iċ-Ċina |
|
|
|
|
X |
X |
|
X |
X |
|
|
X |
CO |
Il-Kolombja |
|
|
|
|
|
X |
X |
X (3) |
|
|
|
|
CR |
Il-Costa Rica |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
CU |
Kuba |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
DO |
Ir-Repubblika Dominicana |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
EC |
L-Ekwador |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
ET |
L-Etjopja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
FK |
Il-Gżejjer Falkland |
X |
X (12) |
|
|
|
X (8) |
|
|
|
|
|
|
FO |
Il-Gżejjer Faeroe |
|
|
|
|
|
X (8) |
|
|
|
|
|
|
GB |
Il-Gran Brittanja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
GE |
Il-Georgia |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
GG |
Guernsey |
X |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
GH |
Il-Ghana |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
GL |
Greenland |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
GT |
Il-Gwatemala |
|
|
|
|
|
X (10) |
|
|
|
|
|
X |
HN |
Il-Honduras |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
ID |
L-Indoneżja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
IL |
Iżrael (6) |
|
|
|
|
X |
X |
X |
X |
|
|
|
X |
IM |
Isle of Man |
X |
X |
X |
|
|
X |
X |
|
|
|
|
X |
IN |
L-Indja |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
X |
IR |
L-Iran |
|
|
|
|
|
X (10) |
|
|
|
|
|
|
JE |
Jersey |
X |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
JM |
Il-Ġamajka |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
JP |
Il-Ġappun |
X |
|
X |
|
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
KE |
Il-Kenja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
KR |
Il-Korea t’Isfel |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
|
|
|
LK |
Is-Sri Lanka |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
MA |
Il-Marokk |
|
|
|
|
X |
X (8) |
|
|
|
|
|
|
MD |
Il-Moldova |
|
|
|
|
X |
X (8) |
X |
X |
|
|
|
X |
ME |
Il-Montenegro |
X |
X (12) |
X |
|
X |
X (8) |
X |
X |
|
|
|
X |
MG |
Madagascar |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
MK |
Il-Maċedonja ta’ Fuq |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
|
X |
|
X |
MM |
Il-Myanmar |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
MU |
Mauritius |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X (3) |
MX |
Il-Messiku |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
X |
MY |
Il-Malasja |
|
|
|
|
X (3) |
X |
|
|
|
|
|
|
MZ |
Il-Mozambique |
|
|
|
|
|
X (10) |
|
|
|
|
|
|
NA |
In-Namibja |
X |
X (12) |
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
NC |
New Caledonia |
|
|
|
|
|
X (10) |
|
|
|
|
X |
X |
NI |
In-Nikaragwa |
|
|
|
|
|
X (10) |
|
|
|
|
|
X |
NG |
In-Niġerja |
|
|
|
|
|
X (10) |
|
|
|
|
|
|
NZ |
New Zealand |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X |
X |
X |
OM |
L-Oman |
|
|
|
|
|
X (8) |
|
|
|
|
|
|
PA |
Il-Panama |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
PE |
Il-Perù |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
PH |
Il-Filippini |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
PM |
Saint Pierre u Miquelon |
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
PN |
Il-Gżejjer Pitcairn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
PY |
Il-Paragwaj |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
RS |
Is-Serbja (4) |
X |
X |
X |
X (2) |
X |
X |
X |
X |
|
X |
|
X |
RU |
Ir-Russja |
X |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X (5) |
X |
RW |
Ir-Rwanda |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
SA |
L-Arabja Sawdija |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
SG |
Singapore |
X (3) |
X (3) |
X (3) |
X (7) |
X (3) |
X |
X (3) |
|
|
X (7) |
X (7) |
|
SL |
Sierra Leone |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
SM |
San Marino |
X |
|
X (3) |
|
|
|
X |
|
|
|
|
X |
SV |
El Salvador |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
SZ |
L-Eswatini |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TG |
It-Togo |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
TH |
It-Tajlandja |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
|
|
X |
TN |
It-Tuneżija |
|
|
|
|
|
X (8) |
|
|
|
X |
|
|
TR |
It-Turkija |
|
|
|
|
X |
X |
X |
X |
|
|
|
X |
TW |
It-Tajwan |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
X |
TZ |
It-Tanzanija |
|
|
|
|
|
X (10) |
|
|
|
|
|
X |
UA |
L-Ukrajna |
X |
|
X |
|
X |
X (8) |
X |
X |
X |
|
|
X |
UG |
L-Uganda |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
US |
L-Istati Uniti |
X |
X (11) |
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
UY |
L-Urugwaj |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X |
|
X |
VE |
Il-Venezwela |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
VN |
Il-Vjetnam |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
XK |
Il-Kosovo |
|
|
|
|
X (3) |
|
|
|
|
|
|
|
ZA |
L-Afrika t’Isfel |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
X (9) |
|
ZM |
Iż-Żambja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
(1) Din it-tabella fiha l-lista ta’ pajjiżi u territorji. Mhijiex limitata għall-pajjiżi rikonoxxuti mill-UE.
(2) L-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin għall-qatla (annimali li jipproduċu l-ikel biss).
(3) Il-pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jkunu approvati għall-importazzjonijiet ta’ din il-materja prima lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2.
(4) Il-Kosovo mhux inkluż (dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Kosovo).
(5) Iċ-ċriev biss.
(6) Minn hawn ’il quddiem mifhum bħala l-Istat ta’ Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li ilhom taħt l-amministrazzjoni ta’ Iżrael minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet tal-Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.
(7) Għall-prodotti bażiċi ta’ laħam frisk li joriġinaw minn New Zealand biss, li jkunu destinati għall-Unjoni, u li jinħattu u jitgħabbew mill-ġdid u jgħaddu minn Singapore, kemm jekk jinħażnu hemm, kif ukoll jekk le.
(8) Esklużi l-krustaċji..
(9) Ir-ratiti biss.
(10) Esklużi l-ħut bil-pinen.
(11) L-ispeċi kaprini biss.
(12) L-ispeċi ovini biss.
(13) Il-ħalib tal-ġemel biss.