ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 122 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
8.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 122/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2021/569
tat-30 ta’ Marzu 2021
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (EUAM Iraq/1/2021)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1869 tas-16 ta’ Ottubru 2017 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Taħt l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bil-iskop li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq), inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni. |
(2) |
Fil-11 ta’ Diċembru 2019, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2188 (2), biex ħatar lis-Sur Christoph BUIK bħala Kap tal-Missjoni tal-EUAM Iraq mill-1 ta’ Jannar 2020 sas-17 ta’ April 2020. |
(3) |
Fis-7 ta’ April 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/513 (3), biex estenda l-mandat tal-EUAM Iraq sat-30 ta’ April 2022. |
(4) |
Fis-16 ta’ April 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/530 (4), biex estenda l-mandat tas-Sur Christoph BUIK bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUAM Iraq mit-18 ta’ April 2020 sas-17 ta’ April 2021. |
(5) |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona li l-mandat tas-Sur Christoph BUIK bħala Kap tal-Missjoni tal-EUAM Iraq jiġi estiż mit-18 ta’ April 2021 sat-30 ta’ April 2022, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Christoph BUIK bħala Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) huwa b’dan estiż mit-18 ta’ April 2021 sat-30 ta’ April 2022.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mit-18 ta’ April 2021.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
(1) ĠU L 266, 17.10.2017, p. 12.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2019/2188 tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (EUAM Iraq/3/2019) (ĠU L 330, 20.12.2019, p. 50).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/513 tas-7 ta’ April 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (ĠU L 113, 8.4.2020, p. 38).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/530 tas-16 ta’ April 2020 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (ĠU L 120, 17.4.2020, p. 1).