ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
Werrej |
|
III Atti oħrajn |
Paġna |
|
|
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
III Atti oħrajn
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 208/2018
tas-26 ta’ Ottubru 2018
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/491]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/718 tal-14 ta’ Mejju 2018 dwar is-sospensjoni tal-kwalifika ta’ Malta bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi fir-rigward tal-annimali bovini u li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/744 tas-16 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2016/2008 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mal-marda tal-infafet fil-ġilda f’ċerti Stati Membri (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar annimali ħajjin li mhumiex ħut u annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma għandhiex tapplika għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda. |
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
(5) |
Għaldaqstant, l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 152 (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2008) fil-Parti 1.2:
|
2. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 70 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE) fil-Parti 4.2:
|
3. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 105 (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/193) fil-Parti 4.2:
Dan l-att ma japplikax għall-Iżlanda.” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/718 u (UE) 2018/744 bil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Ottubru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE ( (*1)
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 120, 16.5.2018, p. 12.
(2) ĠU L 123, 18.5.2018, p. 119.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 209/2018
tas-26 ta’ Ottubru 2018
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/492]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/932 tad-29 ta’ Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-ittestjar permezz ta’ sistemi ta’ kejl ta’ emissjonijiet li jistgħu jinġarru (portable emission measurement systems, PEMS) u r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip universali għal firxa ta’ fjuwils (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 45zzl (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 582/2011) tal-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“— |
32018 R 0932: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/932 tad-29 ta’ Ġunju 2018 (ĠU L 165, 2.7.2018, p. 32).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) 2018/932 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Ottubru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 165, 2.7.2018, p. 32.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 210/2018
tas-26 ta’ Ottubru 2018
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/493]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/736 tas-27 ta’ Frar 2018 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal ċerti komponenti elettriċi u elettroniċi li jkun fihom iċ-ċomb fi ħġieġa jew ċeramika (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/737 tas-27 ta’ Frar 2018 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għaċ-ċomb fl-istann li jintuża għall-issaldjar ma’ kapaċitaturi taċ-ċeramika b’aktar minn saff wieħed diskojdali u tat-tip planar array, b’toqob imħaffra fihom (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(3) |
Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/738 tas-27 ta’ Frar 2018 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għaċ-ċomb fl-elementi ċerametalliċi ta’ potenzjometri trimmer (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(4) |
Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/739 tal-1 ta’ Marzu 2018 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għaċ-ċomb bħala element ta’ lligar fl-azzar (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(5) |
Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/740 tal-1 ta’ Marzu 2018 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għaċ-ċomb bħala element ta’ lligar fl-aluminju (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(6) |
Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/741 tal-1 ta’ Marzu 2018 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għaċ-ċomb bħala element ta’ lligar fir-ram (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(7) |
Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/742 tal-1 ta’ Marzu 2018 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għaċ-ċomb fl-istann tat-tip li jdewweb f’temperaturi għoljin (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(8) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 12q (id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“— |
32018 L 0736: Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/736 tas-27 ta’ Frar 2018 (ĠU L 123, 18.5.2018, p. 94), |
— |
32018 L 0737: Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/737 tas-27 ta’ Frar 2018 (ĠU L 123, 18.5.2018, p. 97), |
— |
32018 L 0738: Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/738 tas-27 ta’ Frar 2018 (ĠU L 123, 18.5.2018, p. 100), |
— |
32018 L 0739: Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/739 tal-1 ta’ Marzu 2018 (ĠU L 123, 18.5.2018, p. 103), |
— |
32018 L 0740: Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/740 tal-1 ta’ Marzu 2018 (ĠU L 123, 18.5.2018, p. 106), |
— |
32018 L 0741: Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/741 tal-1 ta’ Marzu 2018 (ĠU L 123, 18.5.2018, p. 109), |
— |
32018 L 0742: Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/742 tal-1 ta’ Marzu 2018 (ĠU L 123, 18.5.2018, p. 112).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) 2018/736, (UE) 2018/737, (UE) 2018/738, (UE) 2018/739, (UE) 2018/740, (UE) 2018/741 u (UE) 2018/742 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Ottubru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 123, 18.5.2018, p. 94.
(2) ĠU L 123, 18.5.2018, p. 97.
(3) ĠU L 123, 18.5.2018, p. 100.
(4) ĠU L 123, 18.5.2018, p. 103.
(5) ĠU L 123, 18.5.2018, p. 106.
(6) ĠU L 123, 18.5.2018, p. 109.
(7) ĠU L 123, 18.5.2018, p. 112.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 211/2018
tas-26 ta’ Ottubru 2018
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/494]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/236 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Estonjana tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u ġenerali relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b’kombustjoni interna ta’ makkinarju mobbli mhux tat-triq (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied fil-punt 1f (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654) tal-Kapitolu XXIV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“, kif emendata bi:
|
Artikolu 2
It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2018/236 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Ottubru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2018 tat-23 ta’ Marzu 2018 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 212/2018
ġiet irtirata u għalhekk tħalliet vojta
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 213/2018
tas-26 ta’ Ottubru 2018
li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/496]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/730 tal-4 ta’ Mejju 2018 li jistabbilixxi informazzjoni teknika għall-kalkolu tar-riżervi tekniċi u l-fondi proprji bażiċi għar-rapportar b’dati ta’ referenza mill-31 ta’ Marzu 2018 sad-29 ta’ Ġunju 2018 skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (1) għandu jiġu inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1y (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/165) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“1z. |
32018 R 0730: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/730 tal-4 ta’ Mejju 2018 li jistabbilixxi informazzjoni teknika għall-kalkolu tar-riżervi tekniċi u l-fondi proprji bażiċi għar-rapportar b’dati ta’ referenza mill-31 ta’ Marzu 2018 sad-29 ta’ Ġunju 2018 skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (ĠU L 123, 18.5.2018, p. 6).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/730 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Ottubru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 123, 18.5.2018, p. 6.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 214/2018
tas-26 ta’ Ottubru 2018
li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/497]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (riformulazzjoni) (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Id-Direttiva (UE) 2018/411 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2016/97 rigward id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tal-Istati Membri (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE, |
(3) |
Id-Direttiva (UE) 2016/97 tħassar id-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li hija inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(4) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Il-punt 13b (id-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jitħassar. |
2. |
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 13d (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/9/KE):
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
Artikolu 2
It-test tad-Direttivi (UE) 2016/97 u (UE) 2018/411 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Ottubru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(2) ĠU L 76, 19.3.2018, p. 28.
(*1) Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 215/2018
tas-26 ta’ Ottubru 2018
li temenda l-Anness X (Servizzi inġenerali) u l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol, u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/498]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”, Internal Market Information) (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi X u XVIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 3 (ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness X tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“— |
32014 L 0067: Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11).” |
Artikolu 2
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 30a (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/17/KE) tal-Anness XVIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“30b. |
32014 L 0067: Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11). Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej: Fl-Artikolu 4(3)(c), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘skont ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 (Ruma I) u/jew il-Konvenzjoni ta’ Ruma’ ma għandhomx japplikaw.” |
Artikolu 3
It-test tad-Direttiva 2014/67/UE bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Ottubru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11.
(*1) Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.
Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA
tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 215/2018 tas-26 ta’ Ottubru 2018 li tinkorpora d-Direttiva 2014/67/UE fil-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/…]
Id-Direttiva 2014/67/UE tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi tipprevedi dispożizzjonijiet dwar l-infurzar transfruntiera ta’ penali u multi amministrattivi finanzjarji. L-inkorporazzjoni ta’ din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-inkorporazzjoni ta’ atti futuri li fihom dispożizzjonijiet dwar l-infurzar transfruntiera ta’ penali u multi amministrattivi finanzjarji.
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 216/2018
tas-26 ta’ Ottubru 2018
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/499]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/970 tat-18 ta’ April 2018 li temenda l-Annessi II, III u V tad-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 47b (id-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“, kif emendata bi:
|
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva Delegata (UE) 2018/970 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Ottubru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 174, 10.7.2018, p. 15.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 217/2018
tas-26 ta’ Ottubru 2018
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/500]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1065 tas-27 ta’ Lulju 2018 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-validazzjoni awtomatika tal-liċenzji tal-ekwipaġġ tat-titjira tal-Unjoni u mat-taħriġ dwar it-tlugħ u l-inżul (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE |
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66ne (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“— |
32018 R 1065: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1065 tas-27 ta’ Lulju 2018 (ĠU L 192, 30.7.2018, p. 31).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) 2018/1065 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Ottubru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE ( (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 192, 30.7.2018, p. 31.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 218/2018
tas-26 ta’ Ottubru 2018
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/501]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/750 tat-22 ta’ Mejju 2018 li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Pollakka tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66q (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2014) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“— |
32018 R 0750: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/750 tat-22 ta’ Mejju 2018 (ĠU L 126, 23.5.2018, p. 1).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) 2018/750 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Ottubru 2018, dment li jkun sar l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 126, 23.5.2018, p. 1.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 219/2018
tas-26 ta’ Ottubru 2018
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/502]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/871 tal-14 ta’ Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE |
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66zab (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“— |
32018 R 0871: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/871 tal-14 ta’ Ġunju 2018 (ĠU L 152, 15.6.2018, p. 5).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/871 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Ottubru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 152, 15.6.2018, p. 5.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 220/2018
tas-26 ta’ Ottubru 2018
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/503]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/840 tal-5 ta’ Ġunju 2018 li tistabbilixxi lista ta’ sorveljanza ta’ sustanzi għal monitoraġġ fl-Unjoni kollha fil-qasam tal-politika tal-ilma skont id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/495 (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/840 iħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/495 (2) li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(3) |
Jinħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-test tal-punt 13caf (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/495) tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jinbidel b’dan li ġej:
|
“ 32018 D 0840: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/840 tal-5 ta’ Ġunju 2018 li tistabbilixxi lista ta’ sorveljanza ta’ sustanzi għal monitoraġġ fl-Unjoni kollha fil-qasam tal-politika tal-ilma skont id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/495 (ĠU L 141, 7.6.2018, p. 9).” |
Artikolu 2
It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/840 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Ottubru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(2) ĠU L 78, 24.3.2015, p. 40.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 221/2018
tas-26 ta’ Ottubru 2018
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet [2021/504]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tiġi estiża biex tinkludi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2018 dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta’ Kwalità u Effettivi (1). |
(2) |
Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-paragrafu 8 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“— |
32018 H 0502: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2018 dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta’ Kwalità u Effettivi (ĠU C 153, 2.5.2018, p. 1).” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-aħħar avviż lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).