ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
22.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/473
tat-18 ta’ Diċembru 2020
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti dwar id-dokumenti ta’ informazzjoni, dwar il-kostijiet u t-tariffi inklużi fil-kost massimu u dwar tekniki dwar il-mitigazzjoni tar-riskju tal-Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(5), ir-raba’ subparagrafu, l-Artikolu 30(2), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 33(3), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 37(2), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 45(3), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 46(3), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1238 jistabbilixxi regoli uniformi dwar ir-reġistrazzjoni, il-manifattura, id-distribuzzjoni u s-superviżjoni tal-prodotti tal-pensjoni personali li huma ddistribwiti fl-Unjoni taħt id-denominazzjoni Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (PEPP). |
(2) |
Id-dokumenti ta’ informazzjoni tal-PEPP huma komponenti kruċjali tal-qafas tal-PEPP. Dawk id-dokumenti jippermettu li tal-konsumaturi jingħataw informazzjoni b’mod li jiffaċilita l-fehim u l-komparabbiltà tal-PEPPs u ta’ opzjonijiet ta’ investiment differenti. |
(3) |
Biex tinkiseb il-komparabbiltà tal-PEPPs u tal-prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażat fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs), fejn xieraq u rilevanti r-rekwiżiti ta’ informazzjoni jenħtieġ li jiġu allinjati mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/653 (2) dwar id-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għall-PRIIPs. F’għadd żgħir ta’ oqsma, jeħtieġ li r-rekwiżiti jitfasslu speċifikament għal prodott ta’ tfaddil fit-tul għall-pensjoni, li jkun jista’ jinżamm matul il-karriera u l-ħajja ta’ individwu, b’enfasi partikolari fuq ir-riskji speċifiċi għall-pensjonijiet, bħall-inflazzjoni u r-riskji fuq iż-żamma tal-kontribuzzjonijiet. |
(4) |
Meta titqies li d-distribuzzjoni online hija karatteristika importanti tal-PEPPs, huwa partikolarment essenzjali li l-konsumaturi jkunu jistgħu jaċċessaw, jifhmu u jużaw l-informazzjoni ppreżentata f’ambjent diġitali b’mod faċli. Għaldaqstant, id-disinn tad-dokument ta’ informazzjoni jenħtieġ li jiġi żviluppat aktar biex jippreżenta l-informazzjoni b’mod effettiv u trasparenti meta jingħata b’mezzi diġitali bħal sit web, applikazzjoni mobbli, bl-awdjo jew vidjo. Dawk id-disinji jenħtieġ li jiffaċilitaw l-għoti ta’ informazzjoni b’mezzi diġitali b’mod attraenti u li jinftiehem. Il-layering ta’ informazzjoni jenħtieġ li jiżgura biżżejjed flessibbiltà fl-adattament tal-preżentazzjoni ta’ tipi differenti ta’ mezzi diġitali u għall-ambjent diġitali li qiegħed jevolvi. |
(5) |
Huwa meħtieġ livell għoli ta’ standardizzazzjoni biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jingħataw informazzjoni ewlenija tal-PEPP li tkun faċli biex tinqara u biex tinftiehem, u biex ikun jista’ jsir paragun bejn il-PEPPs. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġu stabbiliti mudelli obbligatorji għad-dokumenti ta’ informazzjoni. Biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jifhmu faċilment li l-PEPP huwa prodott ta’ tfaddil fit-tul għall-irtirar, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni jenħtieġ li jitfasslu b’mod speċifiku għall-objettiv tal-pensjoni tal-PEPP, biex tingħata informazzjoni utli għat-teħid tad-deċiżjonijiet b’mod attraenti u ċar għall-faddal potenzjali tal-PEPP fi-rigward tal-faddal potenzjali tal-PEPP u fl-istess waqt ikun jista’ jsir l-użu ta’ mezzi diġitali tad-distribuzzjoni ta’ informazzjoni mill-fornitur tal-PEPP. |
(6) |
Il-klassifikazzjoni tal-profil tar-riskju/redditu u l-“indikatur tas-sommarju tar-riskju” tal-PEPP jenħtieġ li jsegwi r-riskji speċifiċi għall-pensjonijiet li jiġu identifikati u l-objettiv li jinkiseb introjtu xieraq u stabbli għall-pensjoni. Id-disinn tal-indikatur tas-sommarju tar-riskju jenħtieġ li jipprevedi kategorizzazzjoni tar-riskju konsistenti u komparabbli u jenħtieġ li tiġi kkumplimentata minn informazzjoni supplimentari derivata b’mod konsistenti biex issir distinzjoni bejn strateġiji ta’ investiment “superjuri” u tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ dawk “inferjuri” biex il-konsumaturi jingħataw informazzjoni rilevanti dwar jekk opzjoni ta’ investiment aktar riskjuż fil-fatt tipprevedix potenzjal ta’ redditu relattivament ogħla. |
(7) |
Il-projezzjonijiet tal-introjtu futur wara l-irtirar huma importanti biex il-konsumaturi jifhmu l-PEPP u l-adegwatezza tiegħu għall-objettivi individwali tal-irtirar. Għaldaqstant id-dokument bl-informazzjoni ewlenija (KID) tal-PEPP irid juri r-riżultati tal-eżiti tal-irtirar aġġustati għall-inflazzjoni ta’ faddala ġeneriċi tal-PEPP b’perjodi ta’ akkumulazzjoni definiti u b’kontribuzzjonijiet standardizzati. |
(8) |
L-indikaturi ewlenin għar-riskji u l-kostijiet jenħtieġ li jiġu ddisinjati b’mod li jiġu applikati għal opzjonijiet ta’ investiment differenti u potenzjali tal-PEPP b’manjiera koerenti u konsistenti. Id-divulgazzjoni ta’ kostijiet jenħtieġ li jiffoka fuq ammonti tanġibbli u monetarji u jenħtieġ li jiżgura l-komparabbiltà tal-kostijiet u t-tariffi massimu tal-PEPP Bażiku. |
(9) |
Jeħtieġ li jitfassal mudell għall-KID tal-PEPP. Dak il-mudell jenħtieġ li jinftiehem b’mod sempliċi u jiffoka fuq l-informazzjoni li hija utli għall-konsumaturi meta jieħdu deċiżjonijiet dwar it-tfaddil għal PEPP u jimmitiga kwalunkwe preġudizzju komportamentali. |
(10) |
Skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2019/1238, il-fornituri tal-PEPP iridu jiżguraw li l-KIDs tal-PEPP ikunu dejjem preċiżi, ġusti, ċari u mhux qarrieqa biex il-faddala prospettivi tal-PEPP ikunu jistgħu jiddependu fuq l-informazzjoni standardizzata fid-dokument meta jiddeċiedu dwar it-tfaddil fit-tul għall-irtirar. Għaldaqstant ir-regoli jridu jiġu stipulati biex jiġi żgurat rieżami regolari u xieraq tal-KID tal-PEPP u, fejn meħtieġ, rieżami f’waqtu tal-KID tal-PEPP. |
(11) |
Id-deċiżjoni dwar it-tfaddil fit-tul għall-irtirar hija waħda diffiċli għaliex il-ħtiġijiet tal-irtirar futur jista’ ma jkunx magħruf bis-sħiħ u ċ-ċirkostanzi personali u l-karrieri jistgħu jinbidlu. Għalhekk, anki jekk il-KID tal-PPP ikun iddisinjat b’mod li jagħti informazzjoni utli biex tittieħed deċiżjoni dwar it-tfaddil f’PEPP b’manjiera komprensibbli u affidabbli, il-faddala prospettivi tal-PEPP jenħtieġ li jkollhom biżżejjed żmien – b’kunsiderazzjonijiet tal-ħtiġijiet, l-esperjenza u l-għarfien tagħhom - biex qabel jieħdu deċiżjoni dwar jekk ifaddlux f’PEPP partikolari jifhmu u jqisu l-informazzjoni rilevanti. |
(12) |
Id-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP jenħtieġ li tiġi ppreżentata b’mod li jippermetti lill-faddala fil-PEPP jittraċċaw u jimmonitorjaw l-iżvilupp tat-tfaddil tagħhom f’PEPP. Filwaqt li d-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP hija ta’ natura personalizzata, jenħtieġ li tkun konsistenti ma’ informazzjoni prekuntrattwali u jenħtieġ li tippermetti li jsir paragun kostanti bejn il-PEPPs differenti biex il-faddala f’PEPP ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati meta jibdlu l-opzjoni ta’ investiment, meta jibdlu l-fornitur tal-PEPP jew meta jadattaw il-livelli tal-kontribuzzjonijiet tagħhom biex jiksbu l-objettiv tal-irtirar tal-faddal f’PEPP. |
(13) |
Sabiex tiġi żgurata l-kosteffiċjenza tal-PEPP Bażiku, huwa meħtieġ li l-kostijiet u t-tariffi kollha jiġu inklużi fil-kost massimu, għajr fejn ikun meħtieġ li jiġi żgurat li l-PEPPs bażiċi li jagħtu karatteristiċi addizzjonali tal-prodott tal-garanzija kapitali ma jkunx żvantaġġati f’paragun ma’ PEPPs Bażiċi li ma joffrux dik il-karatteristika tal-prodott biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi. |
(14) |
It-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-PEPPs huma essenzjali biex jitrawmu strateġiji ta’ investiment xierqa li jkunu jistgħu jiksbu eżiti aħjar tal-benefiċċji tal-pensjoni. Għal din ir-raġuni, huma meħtieġa kriterji ċari u infurzabbli sabiex il-valutazzjoni tal-effettività ta’ kwalunkwe teknika ta’ mitigazzjoni tar-riskju tkun tista’ ssir b’mod konsistenti. Għalhekk dawk il-kriterji jenħtieġ li japplikaw għat-tliet tipi ewlenin ta’ tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju taċ-ċikli tal-ħajja, l-istabbiliment ta’ riżervi u garanziji u kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċitajiet ta’ dawk it-tipi. Dawk il-kriterji jenħtieġ li japplikaw ukoll għal teknika ġdida, innovattiva tal-mitigazzjoni tar-riskju biex jitrawmu eżiti aħjar tal-irtirar permezz tal-innovazzjoni. |
(15) |
In-natura dejjiema u l-objettiv tal-introjtu wara l-irtirar tal-PEPPs jirrikjedu mudellar stokastiku, li huwa għodda li tbassar il-probabbiltà ta’ diversi eżiti f’kundizzjonijiet differenti, biex b’hekk il-benefiċċji futuri tal-PEPP jitbassru b’mod raġonevoli. Għalhekk se jkun neċessarju li l-valutazzjoni tal-profil tar-riskju u l-prestazzjoni potenzjali tal-istrateġiji ta’ investimenti offruti mill-fornituri tal-PEPP ssir permezz ta’ mmudellar stokastiku, li jirriproduċi l-firxa ta’ eżiti tal-benefiċċji possibbli tal-PEPP li tkun tista’ tiġi osservata fil-ħajja reali minħabba redditi fuq l-assi u livelli ta’ kontribuzzjoni inċerti. L-immudellar stokastiku jenħtieġ li jintuża wkoll meta jiġu stabbiliti l-livelli xierqa ta’ ambizzjoni f’termini ta’ riskji, meta jiġu stabbiliti x-xenarji tal-prestazzjoni għall-KID tal-PEPP u l-projezzjonijiet tal-benefiċċju tal-pensjoni għad-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP kif ukoll meta ssir l-implimentazzjoni effettiva tal-metodoloġija tal-indikatur sommarju tar-riskju. Għal din ir-raġuni, huwa xieraq li jiġu stabbiliti ċerti referenzi biex l-immudellar stokastiku ikun jista’ jintuża mill-fornitur tal-PEPP. Il-fornitur tal-PEPP jenħtieġ li jitħalla liberu li juża l-immudellar stokastiku biex jilħaq l-objettiv meħtieġ u jintegra l-mudelli elaborati mill-fornituri tal-PEPP għal prodotti oħra simili. |
(16) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib. Huma jittrattaw ir-rekwiżiti dwar id-dokumenti ta’ informazzjoni, il-kostijiet u t-tariffi tal-PEPP Bażiku, kif ukoll it-tekniċi tal-mitigazzjoni tar-riskju. Minħabba l-interkonnessjonijiet sostantivi bejn id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament u biex tittejjeb il-konsistenza bejn l-oqsma regolatorji differenti koperti minn dan ir-Regolament, ikun xieraq li r-regoli f’dawk l-oqsma jiġu speċifikati aktar b’manjiera komprensiva u olistika. Dan huwa neċessarju biex jiġi żgurat livell għoli ta’ konsistenza bejn ir-regoli dwar karatteristiċi ta’ kwalità għolja tal-prodott u r-regoli dwar il-komunikazzjoni effettiva ta’ dawk il-karatteristiċi lill-konsumaturi. Ir-regoli għal karatteristiċi speċifiċi tal-prodott tal-PEPP huma meħtieġa biex tinkiseb valutazzjoni olistika tal-bilanċ tar-riskji u l-benefiċċji għall-faddal fil-PEPP, filwaqt li jiġu aċċertati eżiti aħjar tal-pensjoni permezz tal-innovazzjoni, il-kosteffiċjenzi u diġitalizzazzjoni. Huwa importanti li dan l-approċċi innovattivi jiġu kkomunikati lill-konsumaturi b’manjiera konsistenti u komparabbli. Biex tiġi żgurata l-koerenza bejn id-dispożizzjonijiet, dawn jenħtieġ li jiġu inklużi f’Regolament uniku. |
(17) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA). |
(18) |
L-EIOPA mexxiet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u l-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DOKUMENTI TA’ INFORMAZZJONI F’FORMAT ELETTRONIKU
Artikolu 1
Preżentazzjoni ta’ dokumenti ta’ informazzjoni f’ambjent online
Fejn il-kontenut tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija (KID) tal-Pensjoni Personali pan-Ewropea (PEPP) jew id-Dikjarazzjoni ta’ Benefiċċju tal-PEPP jiġu ppreżentati fuq mezz durabbli għajr fuq karti, il-preżentazzjoni għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata b’mod adattat għall-apparat li jintuża mill-faddal fil-PEPP biex jaċċessa l-KID tal-PEPP jew id-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP; |
(b) |
fejn id-daqs tal-komponenti tat-tqassim jinbidel, it-tqassim, l-intestaturi u s-sekwenza tal-format tal-preżentazzjoni standardizzata, kif ukoll il-prominenza u d-daqs relattivi tal-elementi differenti għandhom jinżammu l-istess; |
(c) |
it-tipa u d-daqs tat-tipa għandhom ikunu tali l-informazzjoni tkun tidher, tkun tinftiehem u tiġi ppreżentata f’format li jkun jista’ jinqara b’mod ċar; |
(d) |
jekk jintuża awdjo jew vidjo, ir-ritmu tat-taħdit u l-volum tal-awdjo għandhom ikunu tali li, b’attenzjoni ordinarja, jagħmlu l-informazzjoni tkun evidenti, tinftiehem u ppreżentata b’mod li jinstema’ ċar; |
(e) |
l-informazzjoni li tiġi ppreżentata għandha tkun l-istess bħall-informazzjoni li tingħata fil-KID tal-PEPP jew fid-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP rispettivament f’verżjoni stampata. |
Artikolu 2
Layering tal-informazzjoni
Il-layering tal-informazzjoni fil-KID tal-PEPP jew fid-Dikjarazzjoni ta’ Benefiċċju tal-PEPP rispettivament f’konformità mal-Artikoli 28(3), 35(1) u (2), 36(1) u 37(1) tar-Regolament (UE) 2019/1238 għandu jiġi ddisinjat b’tali mod li ma jtellifx l-attenzjoni tal-konsumatur mill-kontenut tad-dokument jew jaħbi kwalunkwe informazzjoni ewlenija. Fil-każ li jsir layering tal-informazzjoni, għandu jkun possibbli li d-Dikjarazzjoni ta’ Benefiċċju tal-PEPP tiġi stampata bħala dokument uniku.
KAPITOLU II
KONTENUT U PREŻENTAZZJONI TAL-KID TAL-PEPP
Artikolu 3
It-taqsima intitolata “X’inhu l-prodott ?”
1. L-informazzjoni li tiddikjara l-objettivi fit-tul tal-irtirar tal-PEPP u l-mezzi biex jinkisbu dawk l-objettivi fi-taqsima intitolata “X’inhu l-prodott?” tal-KID tal-PEPP għandha titqassar b’mod sintetiku, ċar u li jinftiehem faċilment. Dik l-informazzjoni għandha tidentifika l-fatturi ewlenin li r-redditu fuq l-investiment u l-eżiti tal-pensjonijiet jiddependu fuqhom, l-assi ta’ investimenti sottostanti u l-valuri ta’ referenza u kif jinħadem ir-redditu, kif ukoll l-impatt tal-livell ta’ kontribuzzjoni u l-perjodu mistenni tat-tfaddil sad-data tal-irtirar. Il-prinċipji tat-tekniki applikati tal-mitigazzjoni tar-riskju, b’mod partikolari l-allokazzjoni tar-redditu f’portafoll lill-kuntratt tal-PEPP individwali, għandhom jiġu spjegati. Għandha tirreferi wkoll għat-tip ta’ fornitur tal-PEPP u għall-karatteristiċi speċifiċi li jirriżultaw tal-kuntratt tal-PEPP.
2. Id-deskrizzjoni tat-tip ta’ faddala f’PEPP li l-PEPP ikun maħsub biex jiġi kkummerċjalizzat lilu fit-taqsima intitolata “X’inhu l-prodott?” fil-KID tal-PEPP għandha tinkludi informazzjoni dwar il-faddala fil-PEPP fil-mira li jiġu identifikati mill-fornitur tal-PEPP. Id-determinazzjoni tat-tip ta’ faddala f’PEPP li l-PEPP ikun maħsub għalih għandha tissejjes fuq il-kapaċità tal-faddala f’PEPP li jġarrbu telf tal-investimenti u l-preferenzi dwar il-perjodu taż-żmien tal-investiment tagħhom, l-għarfien teoretiku tagħhom u l-esperjenza mgħoddija f’rabta mal-PEPP u mas-swieq finanzjarji inġenerali, kif ukoll il-ħtiġijiet, il-karatteristiċi u l-objettivi tal-faddala potenzjali f’PEPP.
3. Id-dettalji tal-benefiċċji tal-irtirar tal-PEPP fil-taqsima intitolata “X’inhu l-prodott?” tal-KID tal-PEPP għandhom jinkludu taqsira ġenerali tal-karatteristiċi ewlenin tal-kuntratt tal-PEPP. B’mod partikolari, dawk id-dettalji għandhom jinkludi dawn li ġejjin:
(a) |
is-suriet possibbli ta’ pagamenti msemmija fl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) 2019/1238, u d-dritt li s-sura tal-pagament tiġi modifikata kif imsemmi fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament; |
(b) |
speċifikazzjoni ta’ kull benefiċċju tal-irtirar tal-PEPP inkluż, b’dikjarazzjoni spjegattiva li tindika l-valur ta’ dawk il-benefiċċji tinsab fit-taqsima intitolata “X’inhuma r-riskji u x’nista’ niggwadanja?”. |
4. Fil-każi li l-kuntratt tal-PEPP ikopri riskju bijometriku, l-informazzjoni għandha tiġi inkluża fit-taqsima intitolata “X’inhu l-prodott?” tal-KID tal-PEPP dwar dettalji ta’ dik il-kopertura, fosthom lista tar-riskji koperti u ċ-ċirkostanzi li jiskattaw il-kopertura u l-benefiċċji tal-assigurazzjoni. Il-primjum tar-riskju bijometriku, kif ġie deskritt fil-punt 54 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) 2017/653, għandu jiġi ppreżentat f’termini perċentwali tal-kontribuzzjoni annwali jew fis-sura tal-impatt tal-primjum tar-riskju bijometriku fuq ir-redditu tal-investiment fi tmiem il-fażi ta’ akkumulazzjoni, abbażi tal-perjodu ta-żamma ġeneriku li jintuża għall-benefiċċji mistennija mill-PEPP. Meta l-primjum jitħallas fil-forma ta’ somma waħda f’daqqa, id-dettalji għandhom jinkludu l-ammont li jiġi investit. Fil-każi li l-primjum jitħallas kull tant żmien, l-għadd ta’ pagamenti perjodiċi u stima tal-primjum medju tar-riskju bijometriku bħala perċentwal tal-kontribuzzjoni annwali għandhom jiġu inklużi fl-informazzjoni.
5. It-taqsima intitolata “X’inhu l-prodott?” tal-KID tal-PEPP għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar is-servizz ta’ portabbiltà:
(a) |
informazzjoni li l-faddala f’PEPP, jekk jirrikorru għalih, id-dritt li jużaw servizz ta’ portabbiltà msemmi fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2019/1238; |
(b) |
informazzjoni dwar liema subkonijiet ikunu disponibbli minnufih; |
(c) |
referenza għar-reġistru pubbliku ċentrali tal-EIOPA msemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/1238, fejn tkun tinsab l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet għall-fażi ta’ akkumulazzjoni u l-fażi ta’ dekumulazzjoni tas-subkonijiet nazzjonali stabbiliti mill-Istati Membri; |
(d) |
l-informazzjoni dwar l-għażla prevista fl-Artikolu 20(5) tar-Regolament (UE) 2019/1238 fil-każ li fornitur tal-PEPP ma jkunx jista’ jiżgura subkont ġdid li jkun jikkorrispondi għall-Istat Membru l-ġdid fejn jirrisjedi l-faddal f’PEPP. |
6. It-taqsima intitolata “X’inhu l-prodott?” tal-KID tal-PEPP għandha tinkludi informazzjoni dwar l-għoti ta’ servizz ta’ bdil, u b’mod partikolari, informazzjoni dwar il-possibbiltajiet ta’ tibdil previsti fl-Artikolu 52(3) tar-Regolament (UE) 2019/1238. Jekk il-fornitur tal-PEPP, f’konformità ma’ dak l-Artikolu, jippermetti li l-faddal f’PEPP jibdel il-fornitur tal-PEPP aktar ta’ sikwit, il-frekwenza għandha tiġi indikata fil-KID tal-PEPP. Il-KID tal-PEPP għandu jispeċifika jekk it-tibdil isirx mingħajr ħlas. Fejn ma jkunx mingħajr ħlas, il-KID tal-PEPP għandu jiddivulga l-kostijiet assoċjati.
L-informazzjoni dwar l-għoti ta’ servizz ta’ tibdil għandha wkoll tinkludi informazzjoni dwar id-dritt li wieħed jirċievi informazzjoni addizzjonali dwar is-servizz ta’ bdil kif imsemmi fl-Artikolu 56(2) tar-Regolament (UE) 2019/1238. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għandha tkun disponibbli fuq is-sit web tal-fornitur tal-faddala f’PEPP skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2019/1238.
7. It-taqsima intitolata “X’inhu l-prodott?” tal-KID tal-PEPP għandha tinkludi informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex l-opzjoni ta’ investiment li tintgħażel tkun tista’ tiġi modifikata. B’mod partikolari, fejn rilevanti, l-informazzjoni dwar kwalunkwe opzjoni ta’ investiment alternattiva li tiġi offruta li l-faddal f’PEPP ikun jista’ jagħżilha skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) 2019/1238. Jekk il-fornitur ta’ PEPP jippermetti lil faddal f’PEPP jimmodifika l-opzjoni ta’ investiment li jkun għażel aktar ta’ sikwit mir-rekwiżit minimu, il-frekwenza tal-modifika possibbli għandha tiġi indikata u d-divulgazzjoni għandha tispeċifika li din il-modifika jew tkun mingħajr ħlas jew inkella tiddivulga l-kostijiet assoċjati.
8. L-informazzjoni relatata mal-prestazzjoni tal-investimenti tal-fornitur tal-PEPP f’termini ta’ fatturi ambjentali, soċjali u tal-governanza (“il-fatturi ASG”) fit-taqsima intitolata “X’inhu l-prodott?” tal-KID tal-PEPP għandha tinkludi spjegazzjonijiet narrattivi u informazzjoni kwantitattiva, fejn dawk ikunu disponibbli, dwar kif l-integrazzjoni tal-fatturi ASG jolqtu l-prestazzjoni reali u mistennija tal-investimenti tal-fornitur tal-PEPP.
9. It-taqsima intitolata “X’inhu l-prodott?” tal-KID tal-PEPP għandha tinkludi informazzjoni, fejn applikabbli, dwar jekk hemm perjodu ta’ rtirar jew perjodu ta’ kanċellazzjoni għall-faddal f’PEPP, u l-konsegwenzi tagħhom, fosthom it-tariffi u l-penali applikabbli kollha fir-rigward tal-użu tal-perjodu ta’ rtirar jew ta’ kanċellazzjoni għall-kuntratt.
10. L-informazzjoni fit-taqsima intitolata “X’inhu l-prodott?” tal-KIP tal-PEPP għandha tinkludi referenza għal din l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-opzjonijiet ta’ investiment tal-PEPP, kif jiġu allokati lill-faddal f’PEPP. L-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-passat għandha tkun disponibbli fis-sit web tal-fornitur tal-PEPP.
11. Fil-każ li l-informazzjoni tkun ippreżentata f’format elettroniku bil-layering tal-informazzjoni, tal-anqas l-ewwel saff għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3; |
(b) |
l-informazzjoni dwar jekk il-kuntratt tal-PEPP ikopri r-riskji bijometriċi; |
(c) |
l-informazzjoni dwar waħda minn dawn li ġejjin:
|
Tista’ tingħata informazzjoni oħra fis-saffi ta’ dettall addizzjonali.
Artikolu 4
Fit-taqsima dwar “X’inhuma r-riskji u x’redditu nista’ niggwadanja ?”
1. L-informazzjoni dwar il-profil tar-riskju/redditu ta’ PEPP, fosthom l-ispjegazzjonijiet narrattivi tal-indikatur tar-riskju sommarju fit-taqsima intitolata “X’inhuma r-riskji u x’redditu nista’ niggwadanja?” tal-KID tal-PEPP, għandha tingħata b’manjiera qasira, ċara u li tinftiehem faċilment. L-informazzjoni għandha tispjega l-objettiv u r-riżultati tal-indikatur tar-riskju sommarju biex jiġu identifikati, b’manjiera standardizzat u komparabbli, il-profili tar-riskju/redditu u li l-indikatur tar-riskju sommarju għandhom jitqiesu bħala punt ta’ referenza meta jsir paragun bejn il-profili tar-riskju/redditu ta’ PEPP differenti. Il-fornitur ta’ PEPP għandu jiddikjara b’mod ċar li l-indikatur tar-riskju sommarju tal-PEPP huwa differenti mill-indikatur tar-riskju sommarju ta’ prodotti li jaqgħu taħt ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u mhuwiex komparabbli miegħu (4).
L-informazzjoni għandha tispjega li profil tar-riskju/redditu jimplika li l-faddal f’PEPP ikollu probabbiltà li jirċievu introjtu moderat wara li jirtira, filwaqt li profil tar-riskju/redditu għoli jimplika li l-faddal f’PEPP x’aktarx li jirċievi introjtu relattivament ogħla jew aktar baxx wara li jirtira. L-ispjegazzjonijiet narrattivi għandhom jidentifikaw il-limiti tal-indikatur tar-riskju sommarju fosthom, fejn ikun rilevanti, id-dipendenza tal-profil tar-riskju/redditu fuq l-iżvilupp reali tal-investimenti, il-perjodu tat-tfaddil u l-effettività tat-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju li tiġi applikata.
2. L-informazzjoni meħtieġa, skont il-punt (ii) tal-Artikolu 28(3)(d) tar-Regolament (UE) 2019/1238 tat-telf massimu possibbli tal-kapital investit fit-taqsima intitolata “X’inhuma r-riskji u x’redditu nista’ niggwadanja?”, tal-KID tal-PEPP għandha timtela’ b’informazzjoni dwar il-kapital akkumulat, stabbilit fuq bażi stokastika u standardizzat b’dekumulazzjoni skont xenarju stressat, ugwali għall-ħames perċentil tad-distribuzzjoni.
3. Fit-taqsima dwar “X’inhuma r-riskji u x’redditu nista’ niggwadanja?” tal-KID tal-PEPP, l-informazzjoni dwar ix-xenarji standardizzati tal-prestazzjoni ta; favorevoli, l-aħjar stima u mhux favorevoli, għandha tiġi ppreżentata fir-rigward tal-benefiċċji mbassra tal-PEPP wara l-irtirar abbażi tal-elementi li ġejjin:
(a) |
il-projezzjonijiet għandhom jinkludu erba’ faddala ġeneriċi f’PEPP b’40 sena, 30 sena, 20 sena u 10 snin sa ma tintemm il-fażi ta’ akkumulazzjoni u jkunu msejsa fuq livell ta’ kontribuzzjoni standardizzat; |
(b) |
ix-xenarju favorevoli għandu jirreferi għall-85 perċentil tad-distribuzzjoni, ix-xenarju tal-aħjar stima għall-medjan u x-xenarju mhux favorevoli għall-15-il perċentil tad-distribuzzjoni; |
(c) |
il-kapital akkumulat projettat fi tmiem il-perjodu ta’ akkumulazzjoni u l-benefiċċji projettati ta’ kull xahar wara l-irtirar għandhom jiġu aġġustati għall-effetti tal-inflazzjoni; |
(d) |
l-informazzjoni għandha tinkludi spjegazzjoni narrattiva, li tinkludi l-ammonti nominali, tat-traduzzjoni fil-valuri tal-preżent minħabba t-tibdil fil-kapaċità tal-akkwist maż-żmien. |
4. Fejn applikabbli, l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tar-redditu tal-faddala f’PEPP jew limiti interni fuq il-prestazzjoni fit-taqsima intitolata “X’inhuwa l-prodott?” tal-KID tal-PEPP għandha tagħmel referenza għad-disinn u għall-mekkaniżmi ta’ allokazzjoni tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju li jiġu applikati.
5. L-inputs, is-suppożizzjonijiet u l-metodoloġiji tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu konformi mal-Anness III.
6. Fejn l-informazzjoni tiġi ppreżentata f’format elettroniku bil-layering tal-informazzjoni, l-ewwel saff għandu jinkludi tal-anqas l-indikatur tar-riskju sommarju u l-benefiċċji projettat tal-PEPP wara l-irtirar ta’ erba’ faddala ġeneriċi f’PEPP, filwaqt li l-benefiċċji nominali projettati jistgħu jingħataw fis-saffi ta’ dettall addizzjonali. Tista’ tingħata informazzjoni oħra fis-saffi ta’ dettall addizzjonali.
Artikolu 5
Taqsima intitolata “X’inhuma l-kostijiet ?”
1. L-informazzjoni fit-taqsima intitolata “X’inhuma l-kostijiet?” tal-KID tal-PEPP għandha tingħata b’manjiera qasira, ċara u li tinftiehem faċilment. Kwalunkwe kost u tariffa li jiġu identifikati fit-taqsima “X’inhuma l-kostijiet?” għandhom għall-kostijiet imġarrba realment, imġarrba direttament fil-livell tal-fornitur jew fil-livell ta’ attività esternalizzata jew ta’ fond ta’ investiment, fosthom il-kostijiet ġenerali relatati. Jekk applikabbli, il-kostijiet u t-tariffi imposti fuq il-faddal prospettiv f’PEPP, qabel ma jfaddal fil-PEPP, għandhom jiġu divulgati separatament bħala “kostijiet inizjali”. Il-kostijiet u t-tariffi, kemm dawk ta’ darba u dawk li rikorrenti, għandhom jiġu ppreżentati bħala “kostijiet totali ta’ kull sena” f’termini monetarji u bħala perċentwal tal-kapital akkumulat, kif definit fl-Artikolu 2(24) tar-Regolament (UE) 2019/1238. L-effett kompost tal-kostijiet għandu jiġi ppreżentat abbażi ta’ kontribuzzjoni standardizzata ta’ kull xahar min-naħa tal-faddal f’PEPP f’termini monetarji, kif inhu speċifikat fil-Parti III tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
2. It-taqsima intitolata “X’inhuma l-kostijiet?” tal-KID tal-PEPP għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
informazzjoni dwar il-kostijiet amministrattivi li jirriżultaw mill-attivitajiet ta’ fornitur tal-PEPP meta jamministra l-kontijiet tal-PEPP, jiġbor il-kontribuzzjonijiet, jagħti informazzjoni lill-membri u jeżegwixxi l-pagamenti; |
(b) |
informazzjoni dwar il-kostijiet tal-investiment:
|
(c) |
informazzjoni dwar il-kosti tad-distribuzzjoni li jirriżultaw mill-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ tal-prodott PEPP, fosthom il-kostijiet u t-tariffi relatati mal-għoti ta’ pariri; |
(d) |
informazzjoni dwar il-kostijiet ta’ garanziji imposti fuq faddal f’PEPP għall-garanzija finanzjarja biex tal-anqas jitħallas lura l-kapital akkumulat f’dekumulazzjoni u kwalunkwe garanzija oħra li tingħata fil-kuntest ta’ kuntratt tal-PEPP. |
3. Fejn fornitur ta’ PEPP jimponi tariffi biex jirkupra l-kostijiet imġarrba għall-parir inizjali matul it-terminu inizjali tal-kuntratt tal-PEPP, qabel il-faddal f’PEPP ikollu d-dritt li jibdel il-fornitur tal-PEPP skont l-Artikolu 52(3) tar-Regolament (UE) 2019/1238, il-fornitur tal-PEPP għandu jinforma lill-faddala prospettivi f’PEPP dwar l-ammont totali ta’ dawk it-tariffi, il-perjodu meta japplikaw tali tariffi kif ukoll il-frekwenza tagħhom.
4. Fil-każ li l-informazzjoni tkun ippreżentata f’format elettroniku bil-layering tal-informazzjoni, tal-anqas l-ewwel saff għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
l-informazzjoni dwar il-kostijiet totali kull sena f’termini monetarji u bħala perċentwal tal-kapital akkumulat fi tmiem is-sena, kif inhu speċifikat fil-paragrafu 1; |
(b) |
jekk applikabbli, l-informazzjoni dwar il-kostijiet inizjali. |
Tista’ tingħata informazzjoni oħra fis-saffi ta’ dettall addizzjonali.
Artikolu 6
Tqassim standard tal-KID tal-PEPP
IL-fornituri tal-PEPP għandhom jippreżentaw il-KID tal-PEPP f’konformità mal-Anness I. Fejn l-informazzjoni tiġi ppreżentata f’format elettroniku, il-preżentazzjoni permezz tal-mudell stabbilit f’dak l-Anness tista’ tiġi modifikata biss biex tippermetti l-layering tal-informazzjoni.
KAPITOLU III
RIEŻAMI, REVIŻJONI U FORNIMENT TAL-KID TAL-PEPP
Artikolu 7
Rieżami tal-KID tal-PEPP
1. Il-fornituri tal-PEPP għandha tagħmel rieżami tal-informazzjoni fil-KID tal-PEPP, f’konformità mal-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2019/1238, kull meta jkun hemm bidla li tolqot b’mod sinifikanti jew x’aktarx li tolqot b’mod sinifikanti l-informazzjoni fil-KID tal-PEPP u tal-anqas kull 12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni inizjali tal-KID tal-PEPP.
2. Meta jagħmlu r-rieżami imsemmi fil-paragrafu 1, il-fornituri tal-PEPP għandhom jivverifikaw jekk l-informazzjoni fil-KID tal-PEPP tkun preċiża, ġusta, ċara u mhux qarrieqa. B’mod partikolari, għandu jivverifika l-konformità mal-kritejri li ġejjin:
(a) |
jekk l-informazzjoni fil-KID tal-PEPP tkunx konformi mar-rekwiżiti dwar il-forma u l-kontenut ġenerali skont l-Artikolu 26, 27 u 28 tar-Regolament (UE) 2019/1238, u mar-rekwiżiti tal-forma u l-kontenut speċifiċi stipulati fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
jekk ir-riskji u r-redditi tal-PEPP jinbidlux, fejn tali bidla jkollha l-effett li twassal għall-bdil minn klassi ta’ PEPP għal oħra tal-indikatur tar-riskju sommarju minn dik attribwita fil-KID tal-PEPP li jkun se jiġi rieżaminat. |
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-fornituri tal-PEPP għandhom jistabbilixxu u jżommu proċessi adegwati tul il-ħajja tal-PEPP biex il-faddala f’PEPP ikunu jistgħu jidentifikaw dejjem u mingħajr dewmien kwalunkwe ċirkostanza li tkun tista’ tirriżulta f’tibdil li jaffettwa jew x’aktarx li jaffettwa l-preċiżjoni, l-imparzjalità jew iċ-ċarezza tal-informazzjoni inkluża fil-KID tal-PEPP.
Artikolu 8
Reviżjoni tal-KID tal-PEPP
1. Il-fornituri tal-PEPP għandu jirrevedi minnufih il-KID ta’ PEPP kull meta rieżami skont l-Artikolu 7 jikkonkludi li jeħtieġ li jsir tibdil fil-KID tal-PEPP. Il-fornituri tal-PEPP għandhom jiżguraw li t-taqsimiet kollha tal-KID tal-PEPP milquta mit-tibdil jiġu aġġornati.
2. Il-fornitur tal-PEPP għandu jippubblika l-KID riveduta tal-PEPP fuq is-sit web tiegħu u jgħarraf lill-faddala f’PEPP minnufih skont l-Artikolu 7(3).
Artikolu 9
Forniment tal-KID tal-PEPP
1. Il-persuna li tagħti pariri dwar il-PEPP jew il-bejgħ ta’ PEPP għandu jipprovdi l-KID tal-PEPP kmieni biżżejjed biex jippermetti lill-faddal prospettiv jew attwali f’PEPP biżżejjed żmien biex jikkunsidra d-dokument qabel ma jintrabat b’kuntratt jew offerta relatata ma’ dak il-PEPP, indipendentement minn jekk il-faddal prospettiv jew attwali f’PEPP jingħatax perjodu ta’ rtirar jew le.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-persuna li tagħti pariri dwar il-PEPP għandha tivvaluta ż-żmien li kull faddal prospettivi jew attwali f’PEPP ikollu bżonn biex jikkunsidra l-KID tal-PEPP, b’kunsiderazzjoni tal-kriterji li ġejjin:
(a) |
l-għarfien u l-esperjenza tal-faddal prospettiv jew attwali f’PEPP dwar PEPP jew dwar PEPP ta’ natura simili jew dwar riskji simili għal dawk li jirriżultaw mill-PEPP; |
(b) |
il-kumplessità, in-natura dejjiema u rimborsabbiltà limitata tal-PEPP; |
(c) |
fejn il-pariri jew il-bejgħ isiru fuq inizjattiva tal-faddal prospettiv u attwali tal-PEPP, l-urġenza espliċita murija mill-faddal prospettiv jew attwali f’PEPP li jikkonkludi l-kuntratt jew l-offerta li jiġu proposti. |
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, jekk il-KID tal-PEPP jingħata online, dan għandu jkun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
għandu jitpoġġa fil-parti tas-sib web jew tal-applikazzjoni mobbli fejn ikun jista’ jinstab u aċċessat faċilment; |
(b) |
għandu jingħata fi stadju tal-proċess tal-akkwist fejn il-faddal prospettiv jew attwali f’PEPP jingħata żmien biżżejjed biex jikkunsidra d-dokument qabel ma jintrabat b’kuntratt tal-PEPP jew ma’ offerta relatata mal-kuntratt tal-PEPP. |
KAPITOLU IV
PREŻENTAZZJONI U TQASSIM TAD-DIKJARAZZJONI TA’ BENEFIĊĊJU TAL-PEPP
Artikolu 10
Preżentazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta’ Benefiċċju tal-PEPP
1. L-informazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta’ Benefiċċju tal-PEPP għandha tingħata b’manjiera qasira, ċara u li tinftiehem faċilment. L-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata fis-sekwenza li ġejja għal kull subkont eżistenti:
(a) |
informazzjoni msemmija fl-Artikolu 35(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2019/1238; |
(b) |
fit-taqsima intitolata “Isem il-prodott”, l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) 2019/1238; |
(c) |
fit-taqsima intitolata “Kemm faddalt fil-PEPP tiegħi?”, l-informazzjoni li ġejja:
|
(d) |
fit-taqsima intitolata “X’se nirċievi la nirtira?”, l-informazzjoni li ġejja:
|
(e) |
l-informazzjoni dwar il-kapital akkumulat projettat fi tmiem il-perjodu ta’ akkumulazzjoni u l-benefiċċji tal-irtirar ta’ kull xahar projettati; |
(f) |
fit-taqsima intitolata “X’tibdil kien hemm fil-PEPP tiegħi f’dawn l-aħħar 12-il xahar?”, l-informazzjoni msemmija fil-punti (e), (f) u (h) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) 2019/1238 dwar l-evoluzzjoni tal-kont tal-PEPP fit-12-il xahar ta’ qabel, li tirrikonċilja l-bilanċ tal-bidu mal-bilanċ finali billi tippreżenta l-kontribuzzjonijiet li jkun tħallsu, ir-redditi tal-investiment allokati fil-kont tal-PEPP u l-kostijiet u t-tariffi msemmija fl-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament; |
(g) |
fit-taqsima intitolata “Fatturi ewlenin li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-PEPP tiegħi”, fejn rilevanti l-informazzjoni msemmija fl-punti (g), (j) u (l) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) 2019/1238 u tal-Artikolu 3(10) ta’ dan ir-Regolament; |
(h) |
fit-taqsima intitolata “Informazzjoni importanti”, l-informazzjoni li ġejja:
|
L-informazzjoni msemmija fil-punt (c) (iii) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi ppreżentata separatament skont l-Artikolu 3(4).
L-informazzjoni msemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi ppreżentata aġġustata għall-effetti tal-inflazzjoni. L-informazzjoni għandha tiġi kkumplimentata minn spjegazzjoni narrattiva tat-traduzzjoni fil-valuri attwali minħabba t-tibdil fil-kapaċità tal-akkwist maż-żmien.
Għall-finijiet tal-punt (f) tal-ewwel subparagrafu l-effett kompost tal-kostijiet fuq il-kapital akkumulat projettat fid-dekumulazzjoni skont il-punt (f) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) 2019/1238 għandu jiġi ppreżentat bħala “Tnaqqis fil-Ġid” kif inhu speċifikat fil-Parti III tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
L-informazzjoni msemmija fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu għandha tirreferi għall-prestazzjoni mgħoddija tal-opzjoni ta’ investiment tal-faddal f’PEPP, kif tiġi allokata lill-faddala f’PEPP, u jekk possibbli għandha tingħata għall-għaxar snin ta’ qabel. Jekk ma jkunx possibbli li tingħata l-informazzjoni għall-għaxar snin ta’ qabel, l-informazzjoni għandha tingħata għall-itwal perjodu li l-faddal f’PEPP ikun ilu jfaddal fil-PEPP. Dik l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata bħala r-redditu medju fuq l-investiment, mingħajr ma jitqiesu l-kostijiet tal-investiment għall-perjodi tas-sena ta’ qabel, it-tliet snin ta’ qabel, il-ħames snin ta’ qabel u l-għaxar snin ta’ qabel, bħala perċentwal tal-kapital akkumulat.
2. Is-suppożizzjonijiet tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu konformi mal-Anness III.
3. Fil-każ li l-informazzjoni tkun ippreżentata f’format elettroniku bil-layering tal-informazzjoni, tal-anqas l-ewwel saff għandu jinkludi l-informazzjoni koperta l-punti (a), (b), (d) u (e) tal-paragrafu 1. Tista’ tingħata informazzjoni oħra fis-saffi ta’ dettall addizzjonali.
Artikolu 11
Tqassim standard tad-Dikjarazzjoni ta’ Benefiċċju tal-PEPP
Il-fornituri tal-PEPP għandhom jippreżentaw Dikjarazzjoni ta’ Benefiċċju tal-PEPP f’konformità mal-Anness II. Fejn l-informazzjoni tiġi ppreżentata f’format elettroniku, il-mudell stabbilit f’dak l-Anness jista’ jiġi modifikat biss biex jippermetti l-layering tal-informazzjoni.
KAPITOLU V
IL-KOSTIJIET U T-TARIFFI GĦALL-PEPP BAŻIKU
Artikolu 12
Tipi ta’ kostijiet u tariffi għall-PEPP Bażiku
1. Il-kostijiet u t-tariffi msemmija fl-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2019/1238, fir-rigward tal-kapital akkumulat tal-faddal f’PEPP Bażiku fi tmiem is-sena rispettiva, għandhom jinkludu l-kostijiet u t-tariffi reali mġarrba, imġarrba direttament fil-livell tal-fornitur jew fil-livell ta’ attività esternalizzata, fosthom il-kostijiet u t-tariffi ġenerali fir-rigward tat-tfaddil fil-PEPP Bażiku u d-distribuzzjoni tal-PEPP Bażiku. B’mod partikolari dawn il-kostijiet u t-tariffi għandhom jinkludu l-kostijiet li ġejjin:
(a) |
il-kostijiet amministrattivi; |
(b) |
kostijiet tal-investiment; |
(c) |
il-kostijiet tad-distribuzzjoni. |
2. Kwalunkwe kost u tariffa marbuta ma’ elementi u karatteristiċi addizzjonali tal-PEPP Bażiku, li ma humiex mitluba mill-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2019/1238, u kwalunkwe kost u tariffa marbuta mas-servizzi ta’ bdil stipulati fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2019/1238, ma għandhomx jiġu inklużi fil-kostijiet imsemmija fl-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2019/1238.
Artikolu 13
Kostijiet u tariffi tal-PEPP Bażiku
1. Jekk il-PEPP Bażiku jipprevedi garanzija fuq il-kapital, li tkun se tagħlaq fil-bidu tal-fażi ta’ dekumulazzjoni u matul il-fażi ta’ dekumulazzjoni kif previst fl-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) 2019/1238, il-kostijiet marbuta direttament ma’ dik il-garanzija fuq il-kapital ma għandhomx jinkludu l-kostijiet imsemmija fl-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2019/1238.
2. Il-fornitur tal-PEPP għandu jiddivulga b’mod espliċitu u separat il-kostijiet imposti fuq il-garanzija fuq il-kapital fit-taqsima intitolata “X’inhuma l-kostijiet?” fil-KID tal-PEPP u fit-taqsima intitolata “X’tibdil kien hemm fil-PEPP tiegħi matul l-aħħar sena?” fid-Dikjarazzjoni ta’ Benefiċċju tal-PEPP.
3. Fejn rilevanti, il-fornitur tal-PEPP għandu jkun jista’ jipprovdi provi li l-kostijiet rispettivi jkunu marbuta direttament mal-garanzija fuq il-kapital fuq talba tal-awtorità nazzjonali kompetenti jew tal-EIOPA.
KAPITOLU VI
TEKNIKI TAL-MITIGAZZJONI TAR-RISKJU
Artikolu 14
Objettiv tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju
1. Meta t-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju jintużaw għall-istrateġija t’ investiment tal-PEPP, il-fornituri tal-PEPP għandhom jistabbilixxu objettiv konformi mal-objettiv tal-irtirar speċifiku tal-faddal f’PEPP jew grupp ta’ faddala f’PEPP, f’konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2019/1238.
2. Il-fornitur tal-PEPP għandu jfassal it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju b’mod li jikseb l-objettiv li jiġi pprovdut introjtu xieraq, individwali fil-futur wara li persuna tirtira, b’kunsiderazzjoni tad-durata mistennija li jkun għad fadal tal-fażi ta’ akkumulazzjoni individwali tal-faddal f’PEPP jew grupp ta’ faddala f’PEPP u l-opzjoni ta’ dekumulazzjoni li tingħażel mill-faddal tal-PEPP. Biex dak l-objettiv jiġi implimentat, it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju għandha tiġi ddisinjata bil-manjiera li ġejja:
(a) |
li tiżgura li t-telf mistenni, definit bħala d-diskrepanza bejn iċ-ċifri projettata tal-kontribuzzjonijiet u l-kapital akkumulat projettat fi tmiem il-fażi ta’ akkumulazzjoni, ma jkunx ogħla minn 20 % fix-xenarju ta’ stress, li jkun indaqs il-ħames perċentil tad-distribuzzjoni; |
(b) |
li timmira li jkollha prestazzjoni aħjar mir-rata annwali tal-inflazzjoni bi probabbiltà ta’ mill-anqas 80 % fuq fażi ta’ akkumulazzjoni ta’ 40 snin; |
(c) |
li tqis ir-riżultati ta’ mudellar stokastiku. |
3. Għall-PEPP Bażiku, meta l-fornitur tal-PEPP ma joffrix garanzija fuq il-kapital kif inhu msemmi fl-Artikolu 13, il-fornitur tal-PEPP għandu juża strateġija ta’ investiment li tiżgura, b’kunsiderazzjoni tar-riżultati tal-immudellar stokastiku, l-irkupru tal-kapital fil-bidu tal-fażi ta’ dekumulazzjoni u matul il-fażi ta’ dekumulazzjoni bi probabbiltà ta’ mill-anqas 92,5 %. Madankollu, fil-każ fejn il-fażi ta’ akkumulazzjoni li jifdal tkun ta’ għaxar snin jew anqas mill-bidu ta’ PEPP Bażiku, meta tintuża l-istrateġija ta’ investiment tkun tista’ tintuża probabbiltà ta’ mill-anqas 80 %.
4. Fl-iddisinjar ta’ teknika għall-mitigazzjoni tar-riskju għal grupp ta’ faddala f’PEPP, il-fornitur tal-PEPP għandu jiddisinja teknika għall-mitigazzjoni tar-riskju b’tali mod li jiżgura protezzjoni ġusta u ekwa ta’ kull faddal individwali f’PEPP fil-grupp u għandu jiddiżinċentivizza l-imġiba opportunistika ta’ faddala individwali f’PEPP fil-grupp.
5. Il-fornituri tal-PEPP għandhom jiżguraw li kwalunwe prestazzjoni marbuta mar-remunerazzjoni ta’ individwi li jaġixxu f’isem il-fornitur tal-PEPP u jimplimentaw it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju twassal għall-objettiv tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju.
6. Il-fornituri tal-PEPP għandhom jissalvagwardjaw l-adegwatezza, l-effiċjenza u l-effettività tat-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju permezz ta’ proċess u dispożizzjonijiet speċifiċi fil-qafas ta’ sorveljanza u governanza tal-prodott, skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1238. Dak il-qafas għandu jkun soġġett għal rieżami superviżorju u għal rapportar superviżorju.
7. Jekk faddal f’PEPP jagħżel opzjoni ta’ investiment differenti skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) 2019/1238 jew jibdel il-fornitur tal-PEPP skont l-Artikolu 20(5) jew l-Artikolu 52 ta’ dak ir-Regolament, il-fornitur tal-PEPP għandu jikkontribwixxi r-riżervi allokati, jekk ikun hemm, b’mod ġust, u r-redditi fuq l-investiment lill-faddal f’PEPP li jkun se jitlaq. Il-fornitur tal-PEPP għandu jiżgura li l-allokazzjoni tkun ugwalment ġusta għall-faddal f’PEPP li jkun se jitlaq u għall-faddal li jibqa’ fil-PEPP.
8. Fil-każ ta’ żviluppi ekonomiċi negattivi fi żmien tliet snin qabel it-tmiem mistenni tad-durata tal-fażi ta’ akkumulazzjoni tal-faddal f’PEPP, il-fornitur tal-PEPP għandi jestendi l-aħħar fażi taċ-ċiklu tal-ħajja tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju b’perjodu ta’ żmien addizzjonali xieraq sa tliet snin wara tmiem li inizjalment ikun mistenni tal-fażi ta’ akkumulazzjoni. Din l-estensjoni għandha tkun soġġetta għall-kunsens espliċitu tal-faddal f’PEPP u għandha ssir skont il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2019/1238.
Artikolu 15
Ċiklu tal-ħajja
1. Meta tintuża teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju li tadatta l-allokazzjoni tal-investiment b’mod li jimmitiga r-riskji finanzjarji tal-investimenti għad-durata li jkun għad fadal, il-fornitur ta’ PEPP għandu jispeċifika l-iskopertura medja għall-istrumenti ta’ ekwità u ta’ dejn filwaqt li jiżgura l-konformità mal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2019/1238 għas-subportafolli potenzjali kollha li jikkorrispondu għall-fażijiet taċ-ċiklu tal-ħajja.
2. Il-fornitur ta’ PEPP għandu jiddisinja ċ-ċiklu tal-ħajja b’tali mod li jiżgura li l-faddala f’PEPP li l-aktar ikunu distanti mit-tmiem mistenni ta’ fażi ta’ akkumulazzjoni jinvestu, skont limitu speċifikat f’kuntratt, f’investimenti fit-tul li jibbenefikaw minn redditi ogħla fuq l-investiment minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom ta’ riskju u redditu, fosthom karatteristiċi illikwidi jew fil-forma ta’ ekwità. Għal dawk il-faddal f’PEPP li jkun jinsabu l-eqreb għat-tmiem mistenni tal-fażi ta’ akkumulazzjoni, il-fornitur tal-PEPP għandu jiżgura li l-investimenti jkunu likwidi fil-parti l-kbira tagħhom, ta’ kwalità għolja u li juru redditu fissi fuq l-investiment.
Artikolu 16
Stabbiliment ta’ riżervi
1. Meta tintuża teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju li tistabbilixxi riżervi mill-kontribuzzjoni jew mir-redditi fuq l-investiment tal-faddal f’PEPP, fil-kuntratt tal-PEPP il-fornituri tal-PEPP għandhom jistabbilixxu b’mod trasparenti u komprensibbli r-regoli tal-allokazzjoni tal-kapital akkumulat u tar-redditi fuq l-investiment fil-kont tal-faddal individwali f’PEPP mir-riżervi jew fihom u, jekk ikun japplika, lill-grupp korrispondenti ta’ faddala f’PEPP.
2. Il-fornitur tal-PEPP għandu jalloka kontribuzzjonijiet u redditi fuq l-investiment tal-assi assenjati għar-riżervi f’mod trasparenti u komprensibbli, bl-objettiv li jinġemgħu biżżejjed riżervi fi żminijiet ta’ redditi pożittivi fuq l-investiment. Bl-istess mod, fi żminijiet ta’ redditi negattivi fuq l-investiment, il-fornitur tal-PEPP għandu jalloka jagħmel allokazzjoni mir-riżervi lejn il-kont tal-faddal individwali f’PEPP u, jekk ikun japplika, lill-grupp korrispondenti ta’ faddal f’PEPP b’mod ekwu u trasparenti.
3. Il-fornitur tal-PEPP għandu jidentifika u jalloka b’mod ċar l-assi investiti għall-faddala f’PEPP. Il-fornitur tal-PEPP ma għandux ikun jista’ jinnegozja assi f’ismu bl-assi li jkunu ġew allokati għall-faddala f’PEPP.
4. Fl-ewwel għaxar snin tal-istabbiliment ta’ PEPP ġdid, il-fornitur tal-PEPP jista’ jikkontribwixxi għall-istabbiliment tar-riżervi billi jagħti self jew investiment ta’ ekwità lill-assi tal-faddal f’PEPP. F’dak il-każ, il-fornitur tal-PEPP għandu jispeċifika u jippreżenta b’mod trasparenti u komprensibbli fil-kuntratt tal-PEPP it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kontribuzzjoni u tal-kondiviżjoni tal-profitti tiegħu, kif ukoll ix-xejra tal-iżvestiment gradwali fuq perjodu massimu ta’ għaxar snin.
Artikolu 17
Garanziji ta’ redditu minimu
1. Fil-każi meta l-fornitur tal-PEPP joffri garanziji ta’ redditu minimu, il-fornitur tal-PEPP għandu jiddeskrivi b’mod ċar il-karatteristiċi, fosthom il-limiti tal-garanzija, u jispeċifika jekk il-garanzija tkunx tapplika għar-redditi aġġustati għall-inflazzjoni jew għar-redditi nominali.
2. Il-fornitur tal-PEPP għandu jiżvela b’mod espliċitu fil-KID tal-PEPP, u sussegwentement fir-Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP, jekk il-livell tal-garanzija tkunx ġiet aġġustata jew le għar-rata annwali tal-inflazzjoni.
Artikolu 18
Valutazzjoni olistika tar-riskji u l-benefiċċji tal-PEPP
Għall-finijiet tal-Artikoli 3, 4, 5, 10 u 14, il-fornituri tal-PEPP għandhom japplikaw il-metodoloġiji stabbiliti fl-Anness III.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 198, 25.7.2019, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/653 tat-8 ta’ Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji dwar il-preżentazzjoni, il-kontenut, ir-rieżami u r-reviżjoni tad-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija u l-kundizzjonijiet biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit li jiġu pprovduti dawn id-dokumenti (ĠU L 100, 12.4.2017, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).
ANNESS I
MUDELL GĦAD-DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI EWLENIJA TAL-PEPP
Parti I. Struzzjonijiet għall-mili tal-mudell għad-Dokument ta’ Informazzjoni Ewlenjia tal-PEPP
1. |
Il-fornituri tal-PEPP għandhom jikkonformaw mal-ordni, it-titoli, l-għodod ta’ preżentazzjoni u l-ikoni tat-taqsima stabbiliti fil-mudell għad-Dokument ta’ Informazzjoni Ewlenjia tal-PEPP fil-Parti II ta’ dan l-Anness, li madankollu ma jiffissax parametri rigward it-tul tat-taqsimiet individwali u t-tqegħid tal-waqfiet tal-paġna, u huwa soġġett għal massimu globali ta’ ħames naħat ta’ karta ta’ daqs A4 meta jiġi stampat. |
2. |
Taħt it-titolu prominenti “Dokument ta’ Informazzjoni Ewlenjia tal-PEPP”, għandha tiżdied id-dikjarazzjoni li ġejja: “Dan id-dokument jipprovdilek informazzjoni ewlenija dwar dan il-Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP). Dan mhuwiex materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni. L-informazzjoni hija meħtieġa bil-liġi biex tgħinek tifhem in-natura, ir-riskji, il-kostijiet, il-qligħ u t-telf potenzjali ta’ dan il-prodott tal-pensjoni personali u biex tgħinek tqabbel ma’ PEPPs oħra.” |
3. |
Fil-formola, il-fornituri tal-PEPP jistgħu jinkludu kodiċi QR marbut mal-verżjoni elettronika tal-KID tal-PEPP. |
4. |
Fin-naħa ta’ fuq tal-mudell, taħt it-taqsima bit-titolu “ħarsa ġenerali lejn il-PEPP”, il-fornituri tal-PEPP għandhom jistabbilixxu l-informazzjoni li ġejja:
|
5. |
Il-fornitur tal-PEPP għandu jżid id-dikjarazzjoni li ġejja: “Il-prodott tal-irtirar deskritt f’dan id-dokument huwa prodott fuq terminu twil b’tifdija limitata li ma jistax jiġi tterminat fi kwalunkwe ħin.” |
6. |
Fit-Taqsima li ġejja, il-fornitur tal-PEPP jista’ jżid il-marka korporattiva jew il-logo tiegħu u għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
|
7. |
Taħt it-titolu “Kif jiġu investiti l-flus tiegħi? il-fornitur tal-PEPP għandu jippreżenta l-informazzjoni skont l-Artikolu 3(1). Il-fornituri tal-PEPP jistgħu jużaw il-kolonna tan-naħa tal-lemin jew iż-żona ewlenija biex jipprovdu informazzjoni skont l-Artikolu 3(10) ta’ dan ir-Regolament. |
8. |
Taħt it-titolu “Dan għal min hu?”, il-fornitur tal-PEPP għandu jippreżenta l-informazzjoni skont l-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament. |
9. |
Taħt it-titolu “It-tfaddil tiegħi huwa garantit?”, il-fornitur tal-PEPP għandu jindika:
|
10. |
Taħt it-titolu “X’jiġri meta nirtira?”, il-fornitur tal-PEPP għandu jippreżenta l-informazzjoni skont l-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-Regolament. |
11. |
Taħt it-titolu “X’jiġri mit-tfaddil tal-PEPP tiegħi jekk immut/niġi diżabbli/ngħix għal żmien itwal minn dak preżunt fil-kuntratt tal-PEPP tiegħi?”, il-fornitur tal-PEPP għandu jippreżenta l-informazzjoni skont l-Artikolu 3(4) ta’ dan ir-Regolament. |
12. |
Taħt it-titolu “X’jiġri jekk niċċaqlaq mill-pajjiż?”, il-fornitur tal-PEPP għandu jippreżenta l-informazzjoni skont l-Artikolu 3(5) ta’ dan ir-Regolament. Il-fornituri tal-PEPP jistgħu jużaw il-kolonna tan-naħa tal-lemin jew iż-żona ewlenija biex jindikaw fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni. |
13. |
Taħt it-titolu “Nista’ nirtira mill-prodott kmieni?”, il-fornitur tal-PEPP għandu jinkludi dikjarazzjoni dwar il-konsegwenzi għall-faddal tal-PEPP:
|
14. |
Taħt it-titolu “Nista’ naqleb il-fornitur tiegħi?”, il-fornitur tal-PEPP għandu jippreżenta l-informazzjoni skont l-Artikolu 3(6) ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri tal-PEPP jistgħu jużaw il-kolonna tan-naħa tal-lemin jew iż-żona ewlenija biex jindikaw fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni. |
15. |
Taħt it-titolu “Nista’ nbiddel l-opzjoni ta’ investiment tiegħi?”, il-fornitur tal-PEPP għandu jippreżenta l-informazzjoni skont l-Artikolu 3(7) ta’ dan ir-Regolament. |
16. |
Taħt it-titolu “Il-flus tiegħi se jiġu investiti b’mod sostenibbli?”, il-fornitur tal-PEPP għandu jippreżenta l-informazzjoni skont l-Artikolu 3(8) ta’ dan ir-Regolament. Il-fornituri tal-PEPP jistgħu jużaw il-kolonna tan-naħa tal-lemin jew iż-żona ewlenija biex jindikaw fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni. |
17. |
Taħt it-titolu “Dan huwa rregolat mil-liġi ta’ [Stat Membru]?”, il-fornitur tal-PEPP għandu jippreżenta informazzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-kuntratt tal-PEPP meta l-partijiet ma jkollhomx għażla libera tal-liġi jew, meta l-partijiet ikunu liberi li jagħżlu l-liġi applikabbli, il-liġi li l-fornitur tal-PEPP jipproponi li jagħżel. |
18. |
Taħt it-titolu “Nista’ nikkanċella jew inbiddel fehmti?”, il-fornitur tal-PEPP għandu jippreżenta l-informazzjoni skont l-Artikolu 3(9) ta’ dan ir-Regolament. |
19. |
Taħt it-titolu “X’inhu l-profil tar-riskju ta’ dan il-prodott?”, il-fornitur tal-PEPP għandu jippreżenta l-informazzjoni skont l-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament. Il-fornituri tal-PEPP jistgħu jużaw il-kolonna tan-naħa tal-lemin jew iż-żona ewlenija biex jindikaw fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni, b’mod partikolari dwar il-metodoloġiji applikati għall-indikatur sommarju tar-riskju. |
20. |
Taħt it-titolu “Hemm riskju li se nitlef il-kapital investit kollu tiegħi?”, il-fornitur tal-PEPP għandu jippreżenta l-informazzjoni skont l-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament. |
21. |
Taħt it-titolu “X’nista’ nistenna meta nirtira?”, il-fornitur tal-PEPP għandu, meta jippreżenta l-informazzjoni fl-Artikolu 4(3) u 4(4), jistabbilixxi l-informazzjoni skont l-Artikolu 4(3)(a) sa (c) kif ġej:
|
22. |
Taħt it-titolu “X’nista’ nistenna meta nirtira?”, il-fornitur tal-PEPP għandu jippreżenta dikjarazzjoni li l-liġi tat-taxxa tal-Istat Membru tar-residenza tal-faddal tal-PEPP jista’ jkollha impatt fuq il-ħlas reali. |
23. |
Taħt it-taqsima bit-titolu “X’jiġri jekk [l-isem tal-fornitur tal-PEPP] ma jkunx jista’ jħallas?”, il-fornitur tal-PEPP għandu jżid deskrizzjoni qasira ta’ jekk it-telf relatat huwiex kopert minn skema ta’ kumpens jew ta’ garanzija mill-investitur u jekk iva, liema skema hija, l-isem tal-garanti u liema riskji huma koperti mill-iskema u liema mhumiex. |
24. |
Taħt it-titolu “Kostijiet ta’ darba”, il-fornitur tal-PEPP għandu jippreżenta l-kostijiet għall-iffirmar tal-kuntratt u t-tariffi ta’ darba jekk il-kuntratt jiġi tterminat fi żmien ħames snin. |
25. |
Taħt it-titolu “Kostijiet annwali”, il-fornitur tal-PEPP għandu jippreżenta l-informazzjoni skont l-Artikolu 5(1) u (3). Il-fornituri tal-PEPP jistgħu jużaw il-kolonna tan-naħa tal-lemin jew iż-żona ewlenija biex jispjegaw kwalunkwe kost addizzjonali li l-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP jiċċarġjaw u jipprovdu informazzjoni li tispjega fid-dettall kwalunkwe kost tad-distribuzzjoni li mhuwiex diġà inkluż fil-kostijiet speċifikati taħt it-titoli preċedenti, sabiex il-faddal tal-PEPP ikun jista’ jifhem l-effett kumulattiv li dawk il-kostijiet aggregati għandhom fuq ir-redditu tal-investiment. |
26. |
Taħt it-taqsima intitolata “X’inhuma r-rekwiżiti speċifiċi għas-subkont li jikkorrispondi għal [l-Istat Membru ta’ residenza tiegħi]?” u taħt is-sottotaqsima intitolata “Rekwiżiti għall-fażi ta’ ħlas”, il-fornitur tal-PEPP għandu jiddeskrivi l-kundizzjonijiet għall-fażi ta’ akkumulazzjoni, kif determinat mill-Istat Membru ta’ residenza tal-faddal tal-PEPP. Taħt is-sottotaqsima bit-titolu: “Rekwiżiti għall-fażi tal-ħlas”, il-fornitur tal-PEPP għandu jiddeskrivi l-kundizzjonijiet għall-fażi ta’ dekumulazzjoni, kif iddeterminat mill-Istat Membru ta’ residenza tal-faddal tal-PEPP. |
27. |
Taħt it-taqsima bit-titolu “Kif nista’ nressaq ilment?”, il-fornitur tal-PEPP għandu jippreżenta informazzjoni dwar kif u lil min faddal tal-PEPP jista’ jressaq ilment dwar il-PEPP jew l-imġiba tal-fornitur tal-PEPP jew tad-distributur tal-PEPP. |
Parti II. Mudell
ANNESS II
MUDELL GĦAD-DIKJARAZZJONI TAL-BENEFIĊĊJU TAL-PEPP
Parti I. Struzzjonijiet għall-mili tal-mudell għad-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP
1. |
Il-fornituri tal-PEPP għandhom jikkonformaw mal-ordni tat-taqsima, it-titoli u l-għodod ta’ preżentazzjoni jew iċ-ċarts u l-ikoni stabbiliti fil-mudell, li madankollu ma jiffissax parametri rigward it-tul tat-taqsimiet individwali u t-tqegħid tal-waqfiet tal-paġna. |
2. |
Fil-mudell, il-fornituri tal-PEPP jistgħu jinkludu kodiċi QR li jkun marbut mal-verżjoni elettronika tad-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP u jistgħu jżidu l-marka korporattiva jew il-logo tal-fornitur tal-PEPP. |
3. |
Taħt it-titolu “X’se nirċievi meta nirtira?”, il-fornitur tal-PEPP għandu jippreżenta r-riżultati tax-xenarji li ġejjin:
|
Parti II. Mudell
ANNESS III
INPUTS, SUPPOŻIZZJONIJIET U METODOLOĠIJI
Parti I. Metodoloġija li tirfed il-preżentazzjoni tar-riskju u l-gwadann
Indikatur sommarju tar-riskju
1. |
Il-fornituri tal-PEPP għandhom jallokaw il-PEPP Bażiku u l-għażliet ta’ investiment alternattivi individwali għal erba’ kategoriji differenti: “1”, “2”, “3” u “4”. L-allokazzjoni għandha tkun ibbażata fuq:
|
2. |
Sabiex jiġi kkalkulat ir-riskju li ma jiġux irkuprati l-kontribuzzjonijiet aġġustati għall-inflazzjoni, il-fornituri tal-PEPP għandhom jiddeterminaw b’mod stokastiku l-firxa tal-kapital akkumulat mistenni fi tmiem il-perjodu ta’ akkumulazzjoni għall-faddala ġeneriċi tal-PEPP, it-tul ġeneriku tal-perjodi ta’ akkumulazzjoni u l-livelli standardizzati ta’ kontribuzzjoni. Wara simulazzjoni stokastika, ir-riskju għandu jiġi espress bħala l-probabbiltà f’punti perċentwali, li tiġi tradotta min-numru ta’ osservazzjonijiet fejn is-somma tal-kontribuzzjonijiet aġġustati għall-inflazzjoni tkun ogħla mill-valur mistenni tal-kapital akkumulat fi tmiem il-perjodu ta’ akkumulazzjoni, meta mqabbel man-numru tal-osservazzjonijiet kollha. |
3. |
Ir-riskju tal-opzjoni ta’ investiment individwali li ma jiġux irkuprati l-kontribuzzjonijiet aġġustati għall-inflazzjoni għandu jiġi allokat għall-kategoriji differenti kif ġej:
Meta l-kategorija tar-riskju tal-opzjoni ta’ investiment tvarja bejn il-perjodi ta’ akkumulazzjoni differenti, għandha tintuża l-ogħla kategorija ta’ riskju. |
4. |
Biex jikkalkulaw in-nuqqas mistenni, il-fornituri tal-PEPP għandhom jiddeterminaw b’mod stokastiku l-firxa tal-kapital akkumulat mistenni fi tmiem il-perjodu ta’ akkumulazzjoni għall-faddala ġeneriċi tal-PEPP, it-tul ġeneriku tal-perjodi ta’ akkumulazzjoni u l-livelli standardizzati ta’ kontribuzzjoni. Wara simulazzjoni stokastika, ir-riskju għandu jiġi espress bħala l-perċentwal tan-nuqqas mistenni fir-rigward tas-somma tal-kontribuzzjonijiet aġġustati għall-inflazzjoni. In-nuqqas mistenni jiġi ddeterminat mill-osservazzjonijiet fejn il-kontribuzzjonijiet aġġustati għall-inflazzjoni jkunu ogħla mill-valur mistenni tal-kapital akkumulat fi tmiem il-perjodu ta’ akkumulazzjoni u t-telf medju ta’ dawn l-osservazzjonijiet. |
5. |
Ir-riskju tal-opzjoni ta’ investiment individwali f’termini ta’ nuqqas mistenni jiġi allokat għall-kategoriji differenti kif ġej:
Meta l-kategorija tar-riskju tal-opzjoni ta’ investiment tvarja bejn il-perjodi ta’ akkumulazzjoni differenti, għandha tintuża l-ogħla kategorija ta’ riskju. |
6. |
Biex jikkalkulaw il-benefiċċji mistennija biex jintlaħaq ċertu livell ta’ benefiċċji tal-PEPP, il-fornituri tal-PEPP għandhom jiddeterminaw b’mod stokastiku l-firxa tal-kapital akkumulat mistenni fi tmiem il-perjodu ta’ akkumulazzjoni għall-faddala ġeneriċi tal-PEPP, it-tul ġeneriku tal-perjodi ta’ akkumulazzjoni u l-livelli standardizzati ta’ kontribuzzjoni. Il-fornituri tal-PEPP għandhom jesprimu l-gwadanni f’termini tal-kapital akkumulat medjan fi tmiem il-perjodu ta’ akkumulazzjoni bħala multiplu tas-somma tal-kontribuzzjonijiet aġġustati għall-inflazzjoni. |
7. |
Il-gwadanni tal-opzjoni ta’ investiment individwali biex jintlaħaq ċertu livell ta’ benefiċċji tal-PEPP għandhom jiġu allokati għall-kategoriji differenti kif ġej:
Meta l-kategorija tal-gwadanni tal-opzjoni ta’ investiment tvarja bejn il-perjodi ta’ akkumulazzjoni differenti, għandha tintuża l-inqas kategorija ta’ gwadanni. |
8. |
Sabiex jaggregaw l-eżiti tal-kategorizzazzjoni tal-opzjonijiet ta’ investiment individwali għall-indikatur sommarju tar-riskju, il-fornituri tal-PEPP għandhom:
|
Xenarji ta’ prestazzjoni
9. |
Il-fornituri tal-PEPP għandhom jiddeterminaw b’mod stokastiku l-benefiċċji mistennija tal-PEPP, kif xieraq, fil-bidu tal-fażi ta’ dekumulazzjoni jew matul il-fażi ta’ dekumulazzjoni, filwaqt li jqisu:
|
10. |
Il-valuri tax-xenarju tal-benefiċċji mistennija tal-PEPP fix-xenarji ta’ prestazzjoni differenti għandhom jiġu ddeterminati f’konformità mad-dispersjoni stokastika tal-benefiċċji mistennija tal-PEPP:
|
Parti II. Regoli biex jiġu ddeterminati s-suppożizzjonijiet dwar il-projezzjonijiet tal-benefiċċju tal-pensjoni
Ir-rata annwali tar-redditi nominali tal-investiment
11. |
Il-fornituri tal-PEPP għandhom jiddeterminaw ir-redditi nominali mistennija fuq l-investiment tal-PEPP Bażiku u tal-opzjonijiet ta’ investiment alternattivi b’approċċ stokastiku xieraq, li jirrifletti l-istrateġija ta’ investiment korrispondenti, l-allokazzjoni tal-investiment strateġiku u t-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju applikata għall-opzjoni ta’ investiment individwali. |
12. |
Meta jiddeterminaw l-elementi differenti tal-mudell stokastiku, il-fornituri tal-PEPP għandhom jużaw ir-rata annwali tal-inflazzjoni u jistgħu jikkunsidraw li jieħdu approċċ modulari għall-kalkolu stokastiku ta’, mill-inqas:
|
13. |
Għad-determinazzjoni tar-rati tal-imgħax nominali, il-fornitur tal-PEPP jista’ juża l-mudell ta’ rata qasira G2++, kif deskritt minn Brigo et al. (2006) (1), li huwa ekwivalenti għall-mudell Hull-White b’żewġ fatturi u jippermetti rati tal-imgħax negattivi. L-imġiba tiegħu hija xprunata minn ħames parametri, tnejn għal kull fattur u wieħed għall-korrelazzjoni. Il-komponenti tal-proċess Wiener bidimensjonali huma korrelatati u fattur ta’ xift deterministiku jippermetti adattament perfett tal-istruttura tat-terminu inizjali mar-rati tas-suq.
L-ekwazzjonijiet stokastiċi differenzjali għaż-żewġ fatturi x(t) u y(t) huma
kif ukoll
fejn a, b, σ u η huma parametri pożittivi u
|
14. |
Il-valutazzjoni newtrali tar-riskju li tuża l-miżura newtrali tar-riskju ![]() ![]() |
15. |
Bl-użu tat-teorija ta’ Girsanov, il-kalkolu jsegwi
bi λi
li huwa l-prezz tas-suq tar-riskju. Id-dinamika taħt il-kejl ta’
kif ukoll
Il-proċess ta’ rata qasira r(t) huwa s-somma taż-żewġ fatturi u x-xift deterministiku, jiġifieri r(t) = x(t) + y(t) + φ(t), fejn għall-fattur tax-xift deterministiku φ(t)
hija vera. F’din l-ekwazzjoni, fM (0, T) tirrappreżenta r-rata ’l quddiem istantanja tas-suq fil-ħin inizjali 0 bl-orizzont T. |
16. |
Skont il-mudell G2++, jeżistu soluzzjonijiet analitiċi tal-prezz ta’ bond ta’ kupun żero billi jiġu definiti
kif ukoll
Li għalih il-prezz ta’ bond ta’ kupun żero fil-mudell G2++ huwa P(t,T) = A(t,T) e –B ( a,t,T ) x ( t ) –B ( b,t,T ) y ( t ). PM (t,T) jiddenota hawnhekk il-prezz tas-suq ta’ bond ta’ kupun żero fil-ħin t għall-maturità T. |
17. |
Il-fornitur tal-PEPP jista’ juża l-prezzijiet mudell għad-determinazzjoni tar-redditi ta’ investimenti mingħajr riskju f’bonds. Barra minn hekk, ir-rata qasira tista’ tintuża bħala input għall-immudellar tar-redditi tal-ekwità u potenzjalment għar-redditi fuq il-proprjetà. |
18. |
Għad-determinazzjoni tal-firxiet tal-kreditu, il-fornitur tal-PEPP jista’ juża s-simulazzjoni tal-firxiet tal-kreditu biex jikkombina l-istruttura tat-terminu tal-bonds ta’ kupun żero mingħajr riskju biex jipproduċi struttura tat-terminu tal-bond ta’ kupun żero b’riskju ta’ kreditu. Ir-rati ta’ periklu tal-bonds ta’ klassijiet ta’ klassifikazzjoni differenti jistgħu jiġu mmudellati permezz tal-użu tal-proċessi Cox-Ingersoll-Ross (CIR). Ir-rata ta’ periklu πi tiżviluppa fil-miżura newtrali għar-riskju skont l-ekwazzjoni differenzjali stokastika:
flimkien mal-kundizzjoni 2kθ > σ 2 sabiex jinżamm π(t) pożittiv għal kulħadd t. Jekk wieħed jassumi prezz tas-suq tar-riskju tal-forma
id-dinamika tad-dinja reali tingħata permezz ta’
|
19. |
Il-fornituri tal-PEPP jistgħu jimmudellaw ir-rati ta’ periklu għall-klassijiet ta’ klassifikazzjoni AAA (i = 1), AA, A, BBB u BB (i = 5), potenzjalment differenzjati għal bonds korporattivi, koperti u oħrajn). Il-probabbiltajiet ta’ inadempjenza pi
(t,T) huma mbagħad ikkalkulati bħala l-prodott tal-prezzijiet CIR Pi
(t,T) fil-ħin t għall-maturità T, i.e.
meta
Il-firxiet si (t,T) imbagħad jiġu ddeterminati permezz ta’
b’δ bħala r-rata ta’ rkupru. |
20. |
Għad-determinazzjoni tar-redditi tal-ekwità, il-fornitur tal-PEPP jista’ juża mudell għall-iżvilupp ta’ indiċi wieħed tas-suq tal-ishma permezz tal-użu ta’ mozzjoni ġeometrika Brownian. Dan il-mudell għandu żewġ parametri: il-volatilità u l-primjum tar-riskju tal-ekwità. Il-mudell tar-rata tal-imgħax nominali jipprovdi r-rata mingħajr riskju applikabbli u l-output tal-mudell huwa redditi annwalizzati annwali għal investimenti fl-indiċi tas-suq.
dSt = (r(t) + λ) Stdt + σStdWt |
21. |
Sabiex jiddeterminaw il-volatilità annwali, il-fornituri tal-PEPP jistgħu jużaw id-devjazzjoni standard tar-redditi ta’ kull xahar ta’ indiċi tal-ekwità xieraq għal perjodu ta’ żmien rappreżentattiv xieraq biex jiġi annwalizzat ir-riżultat. |
22. |
Il-fornituri tal-PEPP jistgħu japplikaw il-primjum tar-riskju tal-ekwità λeq
bħala miżura implikata wara Damodaran (2020) (2), iżda jikkalkulawh direttament fuq l-indiċi tal-ekwità xieraq mingħajr primjums ulterjuri tar-riskju tal-pajjiż. Dan huwa definit bħala
λeq := E[Rm ] – Rf , fejn E[Rm ] hu r-redditu tas-suq mistenni u r-rata mingħajr riskju Rf tista’ tintgħażel bħala r-rata spot 10Y tal-kurva tal-BĊE jew tal-Bank Ċentrali Nazzjonali. |
23. |
Għar-rata tat-tkabbir g, il-fornitur tal-PEPP jista’ juża t-tbassir tal-EPS tat-tkabbir fit-tul, filwaqt li γ hija s-somma tar-rendiment tad-dividend u r-rendiment tax-xiri lura. Il-flussi tal-flus jistgħu jiġu ddeterminati bl-użu tar-rata ta’ tkabbir kostanti għal ħames snin, li warajha l-fluss finali tal-flus ikun perpetwu bir-rata ħielsa mir-riskju bħala r-rata ta’ tkabbir.
fejn PVindex huwa l-valur preżenti tal-indiċi f’dan il-mudell tad-dividend skontat u P 0 huwa l-prezz tal-indiċi fil-ħin t = 0. Billi jintalab P 0 = PVIndex, ir-redditu mistenni mis-suq jista’ jiġi solvut u l-primjum tar-riskju tal-ekwità jista’ jiġi kkalkulat. |
Ir-rata annwali tal-inflazzjoni
24. |
Biex jikkalkula r-rata annwali tal-inflazzjoni, il-fornitur tal-PEPP għandu juża proċess Vasicek b’fattur wieħed. Id-dinamika ta’ riverżjoni medja tal-mudell hija xprunata minn tliet parametri. L-ekwazzjoni stokastika differenzjali tal-mudell hija
di(t) = k(θ – i(t))dt + σdW(t), i(0)=i 0, fejni(t) huwa r-rata ta’ inflazzjoni fil-ħin t k jirreferi għall-veloċità tar-riverżjoni medja, θ għal-livell ta’ riverżjoni medja u σ għall-volatilità. |
25. |
L-immudellar għandu jimmira għal-livell fil-mira tar-rata ta’ inflazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew għaż-Żona tal-euro jew, fejn applikabbli, tal-banek ċentrali korrispondenti għal pajjiżi barra ż-żona tal-euro fit-terminu medju, flimkien mad-devjazzjoni standard osservata tar-rati tal-inflazzjoni. Il-veloċità tar-riverżjoni medja, flimkien mar-rata ta’ inflazzjoni attwali, għandhom jintużaw biex il-mudell ikun jaqbel mal-ambjent attwali u t-tbassir tar-rata ta’ inflazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien. |
26. |
Il-kalibrazzjoni tar-rata tal-inflazzjoni għandha tuża għaż-żona tal-Euro, il-Bank Ċentrali Ewropew jew, għall-Istati Membri barra ż-żona tal-Euro, il-mira tal-inflazzjoni tal-bank ċentrali għall θ-parametru. Is-serje kronoloġika tar-rata ta’ inflazzjoni ta’ sena fuq sena ta’ kull xahar tal-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) tal-Istat Membru għandha tintuża biex tiġi derivata d-devjazzjoni standard tar-rata ta’ inflazzjoni fit-tul, li għandha tiġi preżunta bħala 100 sena. Mill-istess serje ta’ żmien, għandu jintuża l-valur inizjali tar-rata ta’ inflazzjoni fid-data ta’ referenza. Il-fornitur tal-PEPP għandu juża l-projezzjonijiet tal-inflazzjoni għall-HICP tal-Istat Membru, ippubblikati bħala l-projezzjonijiet makroekonomiċi biannwali tal-persunal tal-Eurosistema għall-pajjiżi taż-Żona tal-euro, jew tat-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea għall-pajjiżi barra ż-Żona tal-euro, sakemm il-bank ċentrali korrispondenti ma jipprevedix projezzjonijiet. Dawk il-projezzjonijiet ta’ inflazzjoni għandhom jintużaw biex titwaħħal il-veloċità tar-riverżjoni medja. |
Xejra tal-pagi futuri
27. |
Sabiex jitqiesu x-xejriet tal-pagi futuri, fejn applikabbli, il-fornituri tal-PEPP għandhom jikkunsidraw iż-żieda reali fil-pagi fl-Istati Membri differenti, filwaqt li jqisu d-data tal-Eurostat u jqisu li l-pagi reali jiżdiedu b’mod sinifikanti matul il-parti bikrija tal-karriera tal-faddal tal-PEPP u jesperjenzaw tkabbir jew telf ferm aktar baxx fil-partijiet ta’ wara. Il-fornitur tal-PEPP jista’ jikkunsidra li xejra fil-perkorsi tal-pagi reali tal-faddala tal-PEPP parzjalment tilħaq plateau eqreb lejn tmiem il-fażi ta’ akkumulazzjoni u parzjalment tilħaq il-plateau aktar kmieni, li jfisser 20 sena mill-irtirar u taqa’ minn hemm ’il quddiem. |
28. |
Sabiex jirrifletti firxa kbira ta’ perkorsi possibbli, il-fornitur tal-PEPP jista’ juża indiċi tal-pagi reali wara ekwazzjoni kwadratika mal-età: paga = a(massimu - età)2 + b. Il-koeffiċjent “a” jittieħed minn distribuzzjoni uniformi bejn -0,15 u 0,011; massimu jittieħed minn distribuzzjoni uniformi bejn 47 u 64 u jikkorrispondi għall-età meta l-pagi reali jkunu fil-valur massimu tagħhom; u l-koeffiċjent b jiġi solvut sabiex l-indiċi tal-pagi jibda minn 100 fl-età ta’ 25. |
Parti III. Metodoloġija għall-kalkolu tal-kostijiet, inkluża l-ispeċifikazzjoni ta’ indikaturi sommarji
29. |
Fil-KID tal-PEPP, il-fornitur tal-PEPP għandu jippreżenta l-kostijiet annwali totali, li jinkludu l-kostijiet kollha mġarrba u debitabbli fi żmien 12-il xahar f’termini monetarji u bħala perċentwal tal-kapital akkumulat ipproġettat wara 12-il xahar. Fejn meħtieġ, dawn l-ammonti jistgħu jiġu kkalkulati bħala l-kostijiet annwali totali medji matul it-terminu tal-kuntratt tal-PEPP. Il-kalkolu tal-effett kompost tal-kostijiet għandu jkun ibbażat fuq perjodu ta’ akkumulazzjoni ta’ 40 sena, ibbażat fuq kontribuzzjonijiet ta’ kull xahar ta’ EUR 100 u fuq il-kapital akkumulat ipproġettat fl-aħjar xenarju ta’ stima. |
30. |
Fid-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP, il-fornitur tal-PEPP għandu jippreżenta l-impatt stmat tal-kostijiet fuq il-benefiċċji finali tal-PEPP billi juża l-approċċ “Tnaqqis fil-Ġid”. It-“Tnaqqis fil-Ġid” għandu jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn l-iffrankar akkumulat ipproġettat fi tmiem l-akkumulazzjoni u l-iffrankar akkumulat ipproġettat fi tmiem il-perjodu ta’ akkumulazzjoni f’xenarju mingħajr kostijiet. Id-differenza għandha tiġi divulgata f’termini monetarji u perċentwali relattivi għall-iffrankar akkumulat ipproġettat. Il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq il-livell ta’ kontribuzzjoni personalizzat tal-faddal tal-PEPP individwali u bbażat fuq l-aħjar xenarju ta’ stima tal-punt 10. |
(1) Brigo, D., Mercurio, F.: Interest Rate Models – Theory and Practice (Mudelli tar-Rata tal-Imgħax — Teorija u Prattika), it-Tieni Edizzjoni, Springer-Verlag Berlin Heidelberg, 2001, 2006.
(2) Damodaran, Aswath, Equity Risk Premiums (Primjums tar-Riskju ta’ Ekwità): Determinants, Estimation and Implications (Determinanti, Stima u Implikazzjonijiet) — L-Edizzjoni tal-2020 (il-05 ta' Marzu 2020). NYU Stern School of Business.
22.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99/34 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/474
tal-15 ta’ Marzu 2021
li jirreġistra isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Pistacchio di Raffadali” (DOP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, it-talba tal-Italja għar-reġistrazzjoni tal-isem “Pistacchio di Raffadali” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-isem “Pistacchio di Raffadali” jiġi rreġistrat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-isem “Pistacchio di Raffadali” (DOP) huwa b’dan irreġistrat.
L-isem imsemmi fl-ewwel subparagrafu jidentifika prodott tal-klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, kil-15 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 395, 20.11.2020, p. 46.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
22.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99/35 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/475
tas-17 ta’ Marzu 2021
li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem irreġistrat fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetta u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti
“Münchener Bier” (IĠP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Münchener Bier”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/98 (2) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1156/2007 (3) u bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 266/2013 (4). |
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba biex issir emenda, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta’ dan ir-Regolament. |
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-isem “Münchener Bier” (IĠP) hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/98 tas-17 ta’ Lulju 1998 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini skont il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 202, 18.7.1998, p. 25).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1156/2007 tat-3 ta’ Ottubru 2007 li japprova emendi sostanzjali fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Münchener Bier (IĠP)) (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 13).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 266/2013 tat-18 ta’ Marzu 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Münchener Bier (IĠP)] (ĠU L 82, 22.3.2013, p. 36).
DEĊIŻJONIJIET
22.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99/37 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/476
tas-16 ta’ Marzu 2021
li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tal-kisi iebes
(notifikata bid-dokument C(2021) 1579)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata lil dawk il-prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jistipula li jridu jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE skont il-gruppi ta’ prodotti. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/607/KE (2) stabbiliet kriterji u rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati għall-grupp ta’ prodotti “kisi iebes”. Il-perjodu ta’ validità ta’ dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ġie estiż sat-30 ta’ Ġunju 2021 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2076 (3). |
(4) |
Biex tiġi riflessa aħjar l-aqwa prattika fis-suq għal dan il-grupp ta’ prodotti estiż u biex jitqiesu l-innovazzjonijiet introdotti tul il-perjodu ta’ intervent, jixraq jiġi stabbilit sett ġdid ta’ kriterji għal “prodotti tal-kisi iebes”. |
(5) |
Il-kontroll tal-idoneità tal-Ekotikketta tal-UE (4) tat-30 ta’ Ġunju 2017, li jirrieżamina l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, ikkonkluda dwar il-ħtieġa li jiġi żviluppat approċċ aktar strateġiku għall-Ekotikketta tal-UE, li jinkludi wkoll ir-raggruppar ta’ gruppi ta’ prodotti relatati mill-qrib meta xieraq. |
(6) |
F’konformità ma’ dawk il-konklużjonijiet u wara konsultazzjoni mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea (EUEB), jixraq jiġu riveduti l-kriterji għall-grupp ta’ prodotti ta’ “kisi iebes” u li jitwessa’ l-ambitu tiegħu biex jinkludi prodotti oħra użati għal skopijiet primarji simili, li huma magħmula mill-istess materjali u li għalihom hemm interess tas-suq. |
(7) |
Il-Pjan ta’ Azzjoni l-Ġdid għal Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva (5) adottat fil-11 ta’ Marzu 2020 jistipula li r-rekwiżiti tad-durabbiltà, tar-riċiklabbiltà u tal-kontenut riċiklat se jiġu inklużi b’mod aktar sistematiku fil-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE. |
(8) |
Fil-produzzjoni ta’ prodotti tal-ġebel naturali u tal-konkrit prefondut, proporzjon sinifikanti tal-impatti ambjentali huma assoċjati ma’ atturi speċifiċi tal-katina tal-provvista, li bħalissa għandhom ftit jew l-ebda inċentiv dirett biex jikkonformaw mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE. Wara konsultazzjoni mal-EUEB, jixraq li l-Ekotikketta tal-UE tingħata wkoll lil prodotti intermedji minn negozju għal negozju fis-settur tal-ġebel naturali (jiġifieri blokok tal-ġebel tal-qies magħmulin fil-barrieri) u fis-settur tal-konkrit prefondut (jiġifieri leganti idrawliċi magħmulin fi fran jew siment alternattiv). Dan se jiffaċilita wkoll il-valutazzjoni u l-verifika mill-korpi kompetenti meta dawn il-prodotti intermedji jinbiegħu lid-detenturi tal-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE. |
(9) |
Wara konsultazzjoni mal-EUEB, jixraq jiġu introdotti rekwiżiti ta’ kriterji obbligatorji u fakultattivi, kif ukoll sistema ta’ għoti ta’ punteġġi. Il-punti jistgħu jingħataw f’każ ta’ konformità ma’ rekwiżiti fakultattivi jew skont kemm applikant imur lil hinn mill-konformità ma’ xi rekwiżiti obbligatorji. Biex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE, dan irid jikkonforma mar-rekwiżiti obbligatorji kollha u jikseb total minimu ta’ punti. |
(10) |
Is-sistema tal-għoti ta’ punteġġi toffri approċċ aktar flessibbli għall-kisba tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tal-kisi iebes bl-aqwa prestazzjoni ambjentali fis-suq, tippermetti li tingħata ponderazzjoni akbar lill-kriterji assoċjati mal-aktar impatti ambjentali sinifikanti tal-prodott, u tħeġġeġ kif ukoll tirrikonoxxi t-titjib ambjentali kontinwu għad-detenturi tal-liċenzja. |
(11) |
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tal-kisi iebes għandhom l-għan, b’mod partikolari, li jippromwovu prodotti b’inqas impatt ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, li huma magħmulin bi proċessi effiċjenti fl-użu tal-materjali u tal-enerġija, b’inqas emissjonijiet fl-arja u b’inqas konsum tal-ilma. B’kunsiderazzjoni tal-isforzi favur in-newtralità tal-klima u d-dekarbonizzazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ġew stabbiliti limiti fuq l-emissjonijiet tas-CO2 għall-proċessi ta’ kombustjoni, u l-użu tal-elettriku rinnovabbli u l-kalkolu tal-impronta tal-karbonju huma inċentivati bl-għoti ta’ punti. Biex jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ċirkolari, il-kriterji jistabbilixxu rekwiżiti obbligatorji dwar l-użu mill-ġdid tal-iskart tal-proċessi u jinċentivaw l-inkorporazzjoni tal-kontenut tal-materjal riċiklat/sekondarju, meta xieraq. |
(12) |
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE u r-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u ta’ verifika għall-grupp ta’ prodotti jenħtieġ jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2028, filwaqt li jitqies iċ-ċiklu tal-innovazzjoni għall-grupp ta’ prodotti. |
(13) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li titħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/607/KE. |
(14) |
Jenħtieġ jingħata perjodu tranżitorju għall-produtturi li l-prodotti tagħhom ingħataw l-Ekotikketta tal-UE għall-kisi iebes abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/607/KE, ħalli dawn ikollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-prodotti tagħhom ħalli jikkonformaw mal-kriterji u r-rekwiżiti l-ġodda. Għal perjodu limitat wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-produtturi jitħallew ukoll iressqu applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji stabbiliti bid-Deċiżjoni 2009/607/KE jew tal-kriterji l-ġodda stabbiliti b’din id-Deċiżjoni. Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija f’konformità mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni l-antika jistgħu jintużaw għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
(15) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-grupp ta’ prodotti “prodotti tal-kisi iebes” għandu jinkludi madum tal-art, madum tal-ħajt, madum tas-soqfa, blokok, ċangaturi, bords, prodotti tal-pavimentatur, prodotti tal-bankina, prodotti tal-uċuħ tal-mejda, tal-uċuħ tal-bank tal-kamra tal-banju u tal-uċuħ tal-kċina għal użu intern jew estern.
2. Il-grupp ta’ prodotti “prodotti tal-kisi iebes” ma għandux jinkludi:
(a) |
iċ-ċeramika refrattarja, iċ-ċeramika teknika, il-pajpijiet tat-tafal, il-pożati taċ-ċeramika, l-oġġetti ornamentali taċ-ċeramika jew l-oġġetti sanitarji taċ-ċeramika; |
(b) |
unitajiet tal-bini definiti fis-serje ta’ standards EN 771; |
(c) |
madum tas-saqaf tal-fuħħar u attrezzaturi definiti f’EN 1304; |
(d) |
il-prodotti tal-konkrit prefondut rinforzat; |
(e) |
il-prodotti anċillari assoċjati mal-installazzjoni u mat-twaħħil ta’ prodotti tal-kisi iebes bħal mili tal-fili, adeżivi, irbit mekkaniku u materjali tat-twittija. |
3. Il-prodotti tal-kisi iebes għandhom ikunu magħmula minn wieħed mill-materjali li ġejjin:
(a) |
ġebel naturali (magħruf ukoll bħala ġebel tal-qies); |
(b) |
ġebel agglomerat ibbażat fuq leganti tar-reżina; |
(c) |
ċeramika jew tafal residwu; |
(d) |
prodotti tal-konkrit prefondut jew tal-materjal tal-art ikkumpressat, ibbażati fuq leganti idrawliċi jew simenti alternattivi. |
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“ġebel agglomerat” tfisser prodott industrijali manifatturat minn taħlita ta’ aggregati ta’ daqsijiet u ta’ forom varji (ġeneralment ġejjin minn ġebel naturali), xi kultant imħalltin ma’ materjali kompatibbli oħra, ma’ addizzjonijiet u ma’ legant tar-reżina. |
(2) |
“siment alternattiv” tfisser kwalunkwe siment li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ kompożizzjoni għas-siment komuni ddefiniti f’EN 197-1 (6), inkluż siment b’kontenut baxx ħafna ta’ klinker tas-siment ta’ Portland kif ukoll siment attivat bl-alkali u ġeopolimeri, li jista’ ma jkunx fihom klinker tas-siment ta’ Portland affattu. |
(3) |
“ċeramika” tfisser materjal ibbażat fuq materjali tat-tafal jew materjali inorganiċi mhux metalliċi oħrajn li l-proprjetajiet karatteristiċi tagħhom ta’ saħħa għolja, ta’ reżistenza għall-użu, ta’ ħajja twila tas-servizz, ta’ inertezza kimika, ta’ nontossiċità u ta’ reżistenza għas-sħana u għan-nar huma konsegwenza ta’ trasformazzjoni tal-ħin-temperatura ottimizzata bir-reqqa li sseħħ waqt operazzjoni ta’ kombustjoni f’forn. |
(4) |
“blokok tal-materjal tal-art ikkompressati” tfisser prodotti li għandhom karatteristiċi regolari u vverifikati miksubin bil-kompressjoni statika jew dinamika ta’ materjal tal-art fi stat umdu segwit mit-tneħħija tal-moffa immedjat u li l-koeżjoni tagħhom, kemm fl-istat umdu kif ukoll fix-xott, huwa dovut għall-frazzjoni tat-tafal fil-materjal tal-art u li tista’ tittejjeb bl-użu ta’ addittivi. |
(5) |
“tafal residwu” tfisser materjal prodott fil-biċċa l-kbira mit-tafal jew minn materjali oħrajn tat-tafal permezz tal-ifformar (estrużjoni u/jew ippressar), tat-tnixxif u tal-ħruq tat-tafal ippreparat, b’addittivi jew mingħajrhom. |
(6) |
“maduma tal-art” tfisser madum ċatt, ġeneralment b’forma kwadra jew rettangolari fi ħdan meded ta’ dimensjonijiet standardizzati, li jista’ jingħata forma bl-estrużjoni, bl-ifformar dirett jew jinqata’ skont id-daqs minn ċangaturi u li, meta jitwaħħal flimkien, jifforma s-saff tal-wiċċ ta’ strutturi interni jew esterni tal-art li normalment ikunu maħsuba sabiex ikunu viżibbli jew jiġu f’kuntatt ma’ utenti tal-erja tal-art. |
(7) |
“legant idrawliku” tfisser siment komuni jew ġir idrawliku, jiġifieri materjal inorganiku mitħun fin li, meta jitħallat mal-ilma, jifforma pejst li joqgħod u jibbies permezz ta’ reazzjonijiet u proċessi ta’ idratazzjoni u li, wara t-twebbis, iżomm is-saħħa u l-istabbiltà tiegħu anki taħt l-ilma. Is-siment komuni jrid ikun jaqa’ f’waħda mill-27 klassi ta’ siment iddefiniti f’EN 197-1 u l-ġir idrawliku jrid jissodisfa r-rekwiżiti ddefiniti f’EN 459-1 (7) għal ġir idrawliku naturali, għal ġir ifformulat jew għal ġir idrawliku. |
(8) |
“bankina” tfisser unitajiet dritti jew milwija fi ħdan meded ta’ dimensjonijiet standardizzati, li jistgħu jkunu ċċanfrinati jew b’xaqliba fuq it-tarf tal-wiċċ u li l-għan primarju tagħhom huwa li jisseparaw uċuħ tal-istess livelli jew ta’ livelli differenti, pereżempju biex jisseparaw triq jew passaġġ. |
(9) |
“wiċċ tal-bank tal-kċina” tfisser wiċċ li fuqu wieħed jista’ jaħdem, ifformat direttament jew maqtugħ għad-daqs minn ċangaturi u mwaħħal ma’ struttura jew b’mod mekkaniku jew permezz ta’ adeżivi speċifiċi li jkunu primarjament maħsuba biex jintużaw għall-preparazzjoni tal-ikel. |
(10) |
“prodott ta’ ġebel naturali” u “ġebel tad-dimensjoni” jfissru biċċiet ta’ blat li jinsab fin-natura, fejn il-prodotti tal-ġebel naturali jkunu nqatgħu u ngħataw finitura għal daqsijiet, għal forom u għal proprjetajiet tal-wiċċ speċifikati f’impjant ta’ trasformazzjoni, filwaqt li l-ġebel tad-dimensjoni huwa l-materjal ta’ input intermedju għall-impjant ta’ trasformazzjoni, li jikkonsisti fi blokok kbar jew f’ċangaturi ta’ blat li jinsab fin-natura miksub minn operazzjonijiet ta’ tqattigħ f’barrieri. |
(11) |
“pavimentatur” tfisser unità fi ħdan meded dimensjonali standardizzati li tkun rettangolari jew kwalunkwe forma oħra li tippermettilha titwitta f’disinn ripetut fil-perkors tal-wiċċ ta’ paviment flessibbli jew ta’ paviment riġidu u li tista’ tingħaqad bl-użu ta’ tajn, ta’ adeżivi jew ta’ mekkaniżmi fejn waħda tistrieħ mal-oħra. |
(12) |
“konkrit prefondut” tfisser prodotti magħmulin minn konkrit u mmanifatturati f’konformità ma’ standards speċifiċi tal-prodott f’post differenti mid-destinazzjoni finali tal-użu, protetti minn kundizzjonijiet avversi tat-temp matul il-produzzjoni u li huma r-riżultat ta’ proċess industrijali taħt sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika u bil-possibbiltà li ta’ ssortjar qabel il-konsenja, inkluż “madum terrazzo” b’saff wieħed jew b’saff doppju, bħal EN 13748-1:2004 u 13748-2:2004 (8). |
(13) |
“madum tas-soqfa” tfisser prodott għat-tqegħid mhux kontinwu fuq soqfa mmejlin. |
(14) |
“wiċċ tal-mejda” tfisser il-parti ta’ fuq ta’ biċċa għamara tal-mejda, ifformata direttament jew maqtugħa għad-daqs minn ċangaturi, u mwaħħla ma’ struttura ta’ mejda b’mod mekkaniku jew inkella permezz ta’ adeżivi speċifiċi li hija primarjament maħsuba sabiex tipprovdi wiċċ fejn l-utenti jistgħu jistrieħu, ipoġġu, jieklu, jistudjaw jew jaħdmu, fuq ġewwa jew fuq barra, u f’ambjenti domestiċi jew mhux domestiċi. |
(15) |
“wiċċ tal-bank tal-kamra tal-banju” tfisser wiċċ, ifformat direttament jew maqtugħ għad-daqs minn ċangaturi, u mwaħħal ma’ struttura b’mod mekkaniku jew inkella permezz ta’ adeżivi speċifiċi, li huwa primarjament maħsub sabiex jintuża fi kmamar tal-banju domestiċi u mhux domestiċi jew f’faċilitajiet simili fejn jitwettqu regolarment prattiki ta’ iġjene personali (eż. żona tat-titjir tal-ilma). |
(16) |
“maduma tal-ħajt” tfisser madum irqiq, ġeneralment b’forma kwadra jew rettangolari fi ħdan meded ta’ dimensjonijiet standardizzati, li jista’ jingħata forma bl-estrużjoni, bl-ifformar dirett jew jinqata’ skont id-daqs minn ċangaturi u li, meta jitwaħħal flimkien, jifforma s-saff tal-wiċċ ta’ strutturi tal-ħajt viżibbli interni jew esterni li normalment ikunu maħsuba sabiex ikunu viżibbli jew li jiġu f’kuntatt ma’ min jgħaddi fil-viċin. |
Artikolu 3
Sabiex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 għall-grupp ta’ prodotti “prodotti tal-kisi iebes”, dan għandu jaqa’ fid-definizzjoni ta’ dak il-grupp ta’ prodotti kif speċifikat fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, għandu jikkonforma mar-rekwiżiti obbligatorji kollha tal-kriterji u għandu tal-anqas jikseb in-numru minimu meħtieġ ta’ punti kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “prodotti tal-kisi iebes” u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2028.
Artikolu 5
Għall-finijiet amministrattivi n-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta’ “prodotti tal-kisi iebes” għandu jkun “021”.
Artikolu 6
Id-Deċiżjoni 2009/607/KE hija mħassra.
Artikolu 7
1. Minkejja l-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet imressqa qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għall-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “prodotti tal-kisi iebes”, kif definit fid-Deċiżjoni 2009/607/KE, għandhom jiġu evalwati f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/607/KE.
2. L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu fil-grupp ta’ prodotti “prodotti tal-kisi iebes” imressqa fid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jew fi żmien xahrejn minn din jistgħu jkunu bbażati fuq il-kriterji stipulati f’din id-Deċiżjoni jew inkella fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/607/KE għall-grupp ta’ prodotti “kisi iebes”. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati f’konformità mal-kriterji li fuqhom huma bbażati.
3. Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija abbażi ta’ applikazzjoni evalwata f’konformità mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/607/KE jistgħu jintużaw għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/607/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lill-kisi iebes (ĠU L 208, 12.8.2009, p. 21).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2076 tas-7 ta’ Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2009/607/KE rigward il-perjodi tal-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lill-kisi iebes (ĠU L 295, 14.11.2017, p. 74).
(4) Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rieżami tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) u tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (COM(2017) 355 final).
(5) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari Għal Ewropea aktar nadifa u kompetittiva (COM(2020) 98 final).
(6) EN 197-1:2011. Siment-Parti 1: Il-kompożizzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet u l-kriterji tal-konformità għas-siment komuni.
(7) EN 459-1:2015. Ġir tal-bini – il-Parti 1: Definizzjonijiet, speċifikazzjonijiet u kriterji ta’ konformità.
(8) EN 13748-1:2004. Madum terrazzo – Parti 1: Madum terrazzo għall-użu intern. U EN 13748-2:2004. Madum terrazzo – Parti 2: Madum terrazzo għall-użu estern.
ANNESS
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tal-kisi iebes
QAFAS
Għanijiet tal-kriterji
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE huma mmirati lejn l-aqwa prodotti tal-kisi iebes fis-suq, f’termini tal-prestazzjoni ambjentali. Il-kriterji jiffokaw fuq l-impatti ambjentali ewlenin assoċjati maċ-ċiklu tal-ħajja ta’ dawn il-prodotti u jippromwovu l-aspetti tal-ekonomija ċirkolari.
B’mod partikolari u fejn rilevanti, il-kriterji għandhom l-għan li: (i) jippromwovu proċessi ta’ produzzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija; (ii) inaqqsu l-emissjonijiet li jikkontribwixxu għat-tisħin globali (CO2), għall-aċidifikazzjoni (SOx u NOx), għall-ewtrofikazzjoni (NOx), għall-potenzjal ta’ ossidazzjoni fotokimika (trab, NOx u VOCs) u għat-tossiċità tal-bniedem (trab u VOCs); (iii) jippromwovu proċessi tal-produzzjoni effiċjenti fl-użu tal-ilma u (iv) jippromwovu prodotti effiċjenti fl-użu tal-materjali.
Għal dan il-għan, il-kriterji:
— |
jistabbilixxu limiti massimi għall-konsum speċifiku tal-enerġija meta jkunu jistgħu jiġu definiti parametri referenzjarji, u jeħtieġu pjanijiet ta’ tnaqqis tal-konsum tal-enerġija meta ma jkunux jistgħu jiġu ddefiniti parametri referenzjarji; |
— |
jirrikonoxxu u jippremjaw l-użu tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli; |
— |
jistabbilixxu limiti speċifiċi għall-emissjonijiet tas-CO2, tal-SOx, tal-NOx u ta’ trab minn proċessi ta’ kombustjoni tal-fjuwil; |
— |
jistabbilixxu rekwiżiti għall-ġestjoni tal-aqwa prattika għall-proċessi meta t-trab ikun joriġina minn sorsi diffużi; |
— |
jistabbilixxu rekwiżiti għall-użu mill-ġdid tal-ilma mormi tal-proċessi jew limiti għar-rati speċifiċi tal-konsum tal-ilma, fejn xieraq; |
— |
jistabbilixxu rekwiżiti għall-użu mill-ġdid minimu tal-iskart tal-proċessi u jippremjaw l-inkorporazzjoni ta’ kontenut li joriġina minn materjali riċiklati jew sekondarji, fejn xieraq. |
L-importanza li jintgħażlu l-klassi ta’ prestazzjoni u d-dimensjonijiet korretti tal-prodotti tal-kisi iebes għal użu partikolari hija indirizzata billi jiġu stabbiliti rekwiżiti dwar l-adegwatezza għall-użu. L-importanza ta’ installazzjoni u manutenzjoni korretti tal-prodotti tal-kisi iebes fuq l-impatti taċ-ċiklu tal-ħajja hija indirizzata wkoll billi jiġu stabbiliti rekwiżiti dwar l-informazzjoni għall-utent.
Minħabba l-varjetà tal-materjali u l-proċessi tal-produzzjoni relatati għall-prodotti inklużi fl-ambitu, il-kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-“prodotti tal-kisi iebes” jikkonsistu kemm minn kriterji komuni għall-prodotti kollha kif ukoll minn kriterji speċifiċi għall-prodotti, relatati b’mod dirett mal-proċess tal-produzzjoni assoċjat.
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-“prodotti tal-kisi iebes” jinkludu kriterji obbligatorji u fakultattivi. Il-punti jingħataw jekk jinqabżu r-rekwiżiti obbligatorji minimi jew għall-konformità ma’ kriterji fakultattivi.
Biex prodott speċifiku jingħata l-Ekotikketta tal-UE, l-applikanti jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti obbligatorji kollha u jiksbu n-numru minimu meħtieġ ta’ punti stabbilit għall-prodott speċifiku. Il-kriterji huma kif ġej:
Tabella 1
Ħarsa ġenerali lejn il-kriterji applikabbli skont il-prodott speċifiku (tqassru wħud mit-titli twal tal-kriterji)
|
|||||||||||
|
|||||||||||
|
|||||||||||
|
|||||||||||
|
|||||||||||
|
|||||||||||
|
|||||||||||
|
|||||||||||
Kriterji speċifiċi għall-materjal u għat-teknoloġija |
|||||||||||
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
Valutazzjoni u verifika: Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u ta’ verifika huma indikati f’kull kriterju.
Meta l-applikant jeħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżijiet, rapporti tat-testijiet jew evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji, dawn jistgħu joriġinaw mingħand l-applikant u/jew mingħand il-fornitur(i) tiegħu u/jew mingħand il-fornitur(i) tagħhom, eċċ. kif xieraq.
Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu preferenzjalment l-attestazzjonijiet u l-verifiki li jinħarġu mill-korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u tal-ikkalibrar, u l-verifiki maħruġa mill-korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi.
Meta xieraq, jistgħu jintużaw metodi tal-ittestjar għajr dawk indikati għal kull kriterju jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.
Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jeżiġu dokumentazzjoni ġustifikattiva u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti jew spezzjonijiet fuq il-post biex jivverifikaw il-konformità ma’ dawn il-kriterji.
Il-bidliet fil-fornituri u fis-siti tal-produzzjoni li jappartjenu għal prodotti mogħtija l-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu notifikati lill-korpi kompetenti, flimkien ma’ informazzjoni ġustifikattiva li tippermetti l-verifika tal-konformità kontinwa mal-kriterji.
Bħala prerekwiżit, il-prodott(i) tal-kisi iebes għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti legali applikabbli kollha tal-pajjiż(i) fejn il-prodott jitqiegħed fis-suq. L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma’ dan ir-rekwiżit.
Għandhom ikunu japplikaw id-definizzjoni li ġejjin:
(1) |
“Ruttam tal-proċess” tfisser frammenti u bċejjeċ maqtugħin mill-operazzjonijiet tal-qtugħ u prodotti żejda fil-produzzjoni ta’ prodotti tal-kisi iebes tal-ġebel naturali jew tal-ġebel agglomerat. |
(2) |
“Ħama tal-proċess” tfisser solidi rkuprati mit-trattament fuq il-post tal-ilma mormi li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta’ kontroll tat-trab, ta’ qtugħ u/jew ta’ finitura fil-produzzjoni ta’ prodotti tal-kisi iebes tal-ġebel naturali jew tal-ġebel agglomerat. |
(3) |
“Enerġija rinnovabbli” tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli mhux fossili, jiġifieri enerġija eolika, solari (termika solari u fotovoltajka solari) u ġeotermali, enerġija ambjentali, mill-marej, mill-mewġ u enerġija oħra mill-oċean, idroenerġija, bijomassa, gass tal-miżbla, gass mill-impjant tat-trattament tad-drenaġġ u bijogass. |
KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE
1. KRITERJI ORIZZONTALI komuni għall-prodotti tal-kisi iebes kollha
1.1. Estrazzjoni ta’ minerali industrijali u għall-kostruzzjoni
L-estrazzjoni tal-minerali industrijali u tal-kostruzzjoni (eż. franka, tafal, aggregati, ġebel tad-dimensjoni eċċ.) għall-manifattura ta’ prodott tal-kisi iebes bl-Ekotikketta tal-UE għandha sseħħ biss f’siti koperti bid-dokumentazzjoni li ġejja:
— |
valutazzjoni tal-impatt ambjentali u, fejn rilevanti, rapport f’konformità mad-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); |
— |
awtorizzazzjoni valida għall-attività ta’ estrazzjoni maħruġa mill-awtorità reġjonali jew nazzjonali rilevanti; |
— |
pjan ta’ ġestjoni tar-riabilitazzjoni assoċjat mal-awtorizzazzjoni għall-attività ta’ estrazzjoni; |
— |
mappa li tindika l-post tal-barriera; |
— |
dikjarazzjoni tal-konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi; |
— |
dikjarazzjoni ta’ konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (3) (ħabitats) u mad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (għasafar). |
Fir-rigward tal-aħħar punt ta’ hawn fuq, meta s-siti tal-estrazzjoni jinsabu f’żoni tan-network Natura 2000, magħmula minn Żoni Speċjali ta’ Konservazzjoni skont id-Direttiva 92/43/KEE u Żoni ta’ Protezzjoni Speċjali skont id-Direttiva 2009/147/KE, l-attivitajiet ta’ estrazzjoni għandhom ikunu ġew ivvalutati u awtorizzati f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE u jkunu qiesu d-Dokument ta’ Gwida rilevanti tal-KE (5).
Ukoll fir-rigward tal-aħħar punt ta’ hawn fuq, meta s-siti tal-estrazzjoni jkunu jinsabu barra mill-UE, jekk il-materjali jiġu estratti minn żoni uffiċjalment nominati bħala kandidati għal jew adottati bħala Żoni ta’ Interess ta’ Konservazzjoni Speċjali; parti min-network Emerald skont ir-Rakkomandazzjoni Nru 16 (1989) u r-Riżoluzzjoni Nru 3 (1996) tal-Konvenzjoni ta’ Bern (6) jew żoni protetti ddeżinjati bħala tali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiżi li qed jixtru/jesportaw, l-attivitajiet ta’ estrazzjoni għandhom ikunu ġew ivvalutati u awtorizzati f’konformità mad-dispożizzjonijiet li jipprovdu assigurazzjonijiet ekwivalenti għad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE.
Valutazzjoni u verifika : L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan ir-rekwiżit maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti, jew kopja tal-awtorizzazzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti u kwalunkwe dikjarazzjoni u dokumentazzjoni meħtieġa oħra.
Il-pjan tal-ġestjoni tar-riabilitazzjoni għandu jinkludi l-objettivi għar-riabilitazzjoni tal-barriera, id-disinn kunċettwali finali tar-riżalt, inkluż l-użu tal-art propost għal wara l-barriera, dettalji dwar l-implimentazzjoni ta’ programm effettiv ta’ riveġetazzjoni u dettalji ta’ programm effettiv ta’ monitoraġġ għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni taż-żoni riabilitati.
Jekk ikunu saru attivitajiet ta’ estrazzjoni ta’ minerali industrijali jew tal-kostruzzjoni f’żoni tan-network Natura 2000 (fl-Unjoni), fin-network Emerald jew f’żoni protetti ddeżinjati bħala tali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiżi li jixtru/jesportaw (barra mill-Unjoni), l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan ir-rekwiżit maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti jew kopja tal-awtorizzazzjoni tagħhom maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti.
1.2. Sustanzi ristretti
Il-bażi biex tintwera l-konformità ma’ kull wieħed mis-sottokriterji fil-kriterju 1.2 għandha tkun li l-applikant jipprovdi lista tas-sustanzi kimiċi rilevanti kollha użati flimkien ma’ dokumentazzjoni xierqa (skeda ta’ data tas-sikurezza u/jew dikjarazzjoni tal-fornitur tas-sustanza kimika). Bħala minimu, jridu jiġu skrinjati s-sustanzi kimiċi kollha tal-proċessi użati mill-applikant fil-proċessi tal-produzzjoni rilevanti.
1.2. (a) Restrizzjonijiet fuq Sustanzi ta’ Tħassib Serju Ħafna (SVHCs)
Is-sustanzi kimiċi mdaħħla kollha użati fil-proċess tal-produzzjoni mill-applikant u kull materjal fornut li jifforma parti mill-prodott finali għandhom ikunu koperti minn dikjarazzjonijiet tal-fornituri li jiddikjaraw li ma fihomx, f’konċentrazzjonijiet akbar minn 0,10 % (piż skont il-piż), sustanzi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) li ġew identifikati skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 59 ta’ dak ir-Regolament u li huma inklużi fil-lista ta’ kandidati għal sustanzi ta’ tħassib serju ħafna għall-awtorizzazzjoni. Ma għandha tingħata l-ebda deroga minn dan ir-rekwiżit.
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li l-prodott ġie manifatturat bl-użu ta’ sustanzi kimiċi jew ta’ materjali fornuti li ma fihom l-ebda SVHC f’konċentrazzjonijiet akbar minn 0,10 % (piż skont il-piż). Id-dikjarazzjoni għandha tkun sostnuta minn skedi tad-data tas-sikurezza tas-sustanzi kimiċi tal-proċessi użati jew dikjarazzjonijiet xierqa tal-fornituri tas-sustanzi kimiċi jew tal-materjali.
Il-lista tas-sustanzi identifikati bħala SVHCs u inklużi fil-lista ta’ kandidati f’konformità mal-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tinsab hawn:
http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp.
Għandha ssir referenza għal-lista fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni tal-Ekotikketta tal-UE.
1.2. (b) Restrizzjonijiet fuq sustanzi klassifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8)
Sakemm ma jkunx hemm deroga fit-Tabella 2, il-prodott ma għandux ikun fih sustanzi jew taħlitiet f’konċentrazzjonijiet akbar minn 0,10 % (piż skont il-piż) assenjati b’xi waħda mill-klassijiet ta’ periklu, kategoriji u kodiċijiet assoċjati tad-dikjarazzjoni ta’ periklu li ġejjin, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008:
— |
Perikli tal-Grupp 1: Karċinoġeniċi, mutaġeniċi u/jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR) tal-Kategorija 1 A jew 1B: H340, H350, H350i, H360, H360F, H360D, H360FD, H360Fd, H360Df. |
— |
Perikli tal-Grupp 2: CMR tal-Kategorija 2: H341, H351, H361, H361f, H361d, H361fd, H362; Tossiċità akkwatika tal-Kategorija 1: H400, H410; Tossiċità akuta tal-Kategoriji 1 u 2: H300, H310, H330; Tossiċità għall-aspirazzjoni tal-Kategorija 1: H304; Tossiċità speċifika għall-organi fil-mira (STOT) tal-Kategorija 1: H370, H372. |
— |
Perikli tal-Grupp 3: Tossiċità akkwatika tal-Kategoriji 2, 3 u 4: H411, H412, H413; Tossiċità akuta tal-Kategorija 3: H301, H311, H331; STOT tal-Kategorija 2: H371, H373. |
L-użu ta’ sustanzi jew ta’ taħlitiet modifikati kimikament tul il-proċess tal-produzzjoni biex ma jibqax japplika xi periklu rilevanti li għalih is-sustanza jew it-taħlita tkun ġiet klassifikata skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, għandu jkun eżentat mir-rekwiżit ta’ hawn fuq.
Tabella 2
Derogi għar-restrizzjonijiet fuq sustanzi klassifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u l-kundizzjonijiet applikabbli
Tip ta’ sustanza/taħlita |
Applikabbiltà |
Klassi tal-periklu, kategorija u kodiċi tad-dikjarazzjoni tal-periklu derogati |
Kundizzjonijiet tad-deroga |
Diossidu tat-titanju (TiO2) |
Il-materjali kollha fl-ambitu |
Karċinoġeniċi, il-kategorija 2, H351 (teħid bin-nifs) |
TiO2 ma jiżdiedx intenzjonalment mal-prodott iżda hu preżenti għax hu impurità li sseħħ b’mod naturali fil-materja prima użata. Il-kontenut tal-TiO2 (espress bħala TiO2) f’xi materja prima użata għall-manifattura tal-prodott finali hu 2,0 % (w/w) jew anqas. |
Silika kristallina |
Il-materjali kollha fl-ambitu |
Tossiċità Speċifika għall-Organi fil-Mira, (esponiment ripetut), kategoriji 1 u 2, H372, H373 |
L-applikant jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità b’xi struzzjoni rilevanti għall-ġestjoni u d-dożaġġ sikuri speċifikati fl-iskeda tad-data tas-sikurezza jew fid-dikjarazzjoni tal-fornitur. L-operazzjonijiet ta’ qtugħ fil-fabbriki jsiru bl-għodod tal- proċess niedi jew tal-proċessi fin-niexef meta jkun hemm fis-seħħ kappa tal-vakwu biex tiġbor it-trab. L-istruzzjonijiet tas-sikurezza dwar l-esponiment għat-trab waqt xi operazzjoni tal-qtugħ imwettqa mill-installaturi huma pprovduti mal-prodott. |
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi lista tas-sustanzi kimiċi rilevanti kollha użati fil-proċess tal-produzzjoni tagħhom, flimkien mal-iskeda rilevanti tad-data tas-sikurezza jew mad-dikjarazzjoni tal-fornitur tas-sustanza kimika.
Kull sustanza kimika li fiha sustanzi jew taħlitiet bi klassifikazzjonijiet ristretti tas-CLP skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandha tiġi enfasizzata. Għandhom jintużaw ir-rata approssimattiva tad-dożaġġ tas-sustanza kimika, flimkien mal-konċentrazzjoni tas-sustanza ristretta jew tat-taħlita f’dik is-sustanza kimika (kif ipprovdut fl-iskeda tad-data tas-sikurezza jew fid-dikjarazzjoni tal-fornitur) u fattur ta’ ritenzjoni preżunt ta’ 100 % biex tiġi stmata l-kwantità tas-sustanza jew tat-taħlita ristretta li jifdal fil-prodott finali.
Liċenzja waħda tista’ tkopri diversi prodotti jew prodotti potenzjali li jużaw l-istess sustanzi kimiċi għall-ipproċessar, u għalhekk il-kalkolu għal kull sustanza kimika jeħtieġ jiġi ppreżentat biss għall-prodott fl-agħar każ kopert bil-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE (eż. l-aktar prodott bi trattament tas-superfiċje jew pigmentat jew stampat).
Il-ġustifikazzjonijiet għal xi devjazzjoni minn fattur ta’ ritenzjoni ta’ 100 % jew għal modifika kimika ta’ sustanza jew ta’ taħlita perikoluża ristretta jridu jiġu pprovduti bil-miktub.
Għal kull sustanza jew taħlita ristretta li taqbeż iż-0,10 % (piż skont il-piż) tal-prodott tal-kisi iebes finali, trid tkun fis-seħħ deroga rilevanti u trid tingħata prova tal-konformità ma’ kull kundizzjoni rilevanti tad-deroga.
1.3. Emissjonijiet tal-VOCs
Ma għandu jkun permess l-ebda trattament tas-superfiċje bl-użu ta’ reżini abbażi ta’ formaldeid.
Kull prodott tal-ġebla naturali, taċ-ċeramika, tat-tafal moħmi jew tal-konkrit prefondut ibbażat fuq leganti idrawliċi jew siment alternattiv bi trattament tas-superfiċje b’komposti li fihom VOCs għandu jiġi ttestjat għall-emissjonijiet tal-VOC u għandu jikkonforma mal-limiti ddefiniti hawn taħt.
Il-prodotti tal-ġebel agglomerat kollha bbażati fuq leganti tar-reżina għandhom jiġu ttestjati għall-emissjonijiet tal-VOCs irrispettivament min-natura ta’ xi trattament tas-superfiċje użat u għandhom jikkonformaw mal-limiti ddefiniti hawn taħt.
|
Limitu (wara 28 jum) |
Metodu |
VOCs totali |
300 μg/m3 |
EN 16516 |
Formaldeid |
10 μg/m3 |
|
Valur-R |
< 1 |
|
VOCs Karċinoġeniċi 1 A u 1B elenkati fl-Anness H ta’ EN 16516:2017 (bl-esklużjoni tal-formaldeid u tal-aċetaldeid) |
1 μg/m3 għal kull sustanza individwali |
Valutazzjoni u verifika : L-applikant għandu jiddikjara jekk is-superfiċje tal-prodott finali ġietx ittrattata b’xi xama’, adeżiv, kisja, reżina jew sustanza kimika simili tat-trattament tas-superfiċje u jipprovdi kwalunkwe skeda tad-data tas-sikurezza jew dikjarazzjoni tal-fornitur relatata dwar il-kontenut tal-VOCs fis-sustanzi kimiċi tat-trattament tas-superfiċje użati.
Meta jkun meħtieġ ittestjar tal-emissjonijiet tal-VOCs, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità, sostnuta minn rapport tat-testijiet imwettaq skont EN 16516. Jekk il-konformità mal-limiti ta’ konċentrazzjoni tal-kompartiment speċifikati fil-jum 28 tista’ tinkiseb f’xi żmien ieħor bejn 3 u 28 jum, it-test tal-kompartiment jista’ jitwaqqaf qabel iż-żmien.
1.4. Adegwatezza għall-użu
Dan il-kriterju ma japplikax għal prodotti intermedji (jiġifieri blokok ta’ ġebel tad-dimensjoni, leganti idrawliċi jew siment alternattiv).
L-applikant għandu jkollu fis-seħħ proċedura għall-kontroll tal-kwalità u għall-valutazzjoni tal-kwalità biex ikun żgurat li l-prodotti jkunu tajbin għall-użu.
Valutazzjoni u verifika : L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, appoġġata bid-dokumenti li ġejjin:
— |
Iċ-ċertifikazzjoni tas-sit tal-produzzjoni skont ISO 9001 jew kopja tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità interna u l-proċeduri assoċjati ta’ garanzija tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità. |
— |
Deskrizzjoni dettaljata tal-proċedura biex jiġu ttrattati l-ilmenti tal-konsumaturi. |
— |
Immarkar CE tal-prodott(i) skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 (9) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (bl-eċċezzjoni ta’ prodotti tal-uċuħ tal-medja, tal-uċuħ tal-bank tal-kamra tal-banju, u tal-uċuħ tal-kċejjen). |
Meta rilevanti, għandha tingħata aktar evidenza li turi l-adegwatezza għall-użu. Din l-evidenza għandha tkun ibbażata fuq standards EN jew ISO xierqa, jew metodi ekwivalenti. Lista indikattiva u mhux eżawrjenti ta’ standards potenzjalment rilevanti hija pprovduta hawn taħt:
— |
Prodotti tal-ġebel naturali: EN 1341, EN 1342, EN 1343, EN 1467, EN 1468, EN 1469, EN 12057, EN 12058 jew EN 12059; |
— |
Prodotti tal-ġebel agglomerat ibbażati fuq leganti tar-reżina: EN 15285, EN 15286, EN 15388 jew EN 16954; |
— |
Prodotti taċ-ċeramika u tat-tafal moħmi: EN 1344, EN 13006 jew EN 14411; |
— |
Prodotti tal-konkrit prefondut ibbażati fuq leganti idrawliċi jew siment alternattiv: EN 1338, EN 1339, EN 1340 jew EN 13748. |
1.5. Informazzjoni għall-utent
Dan il-kriterju ma japplikax għal prodotti intermedji (jiġifieri blokok ta’ ġebel tad-dimensjoni, leganti idrawliċi jew siment alternattiv).
Il-prodott għandu jinbiegħ bl-informazzjoni rilevanti għall-utent, li tipprovdi pariri dwar l-installazzjoni, il-manutenzjoni u r-rimi xierqa tal-prodott.
L-imballaġġ jew id-dokumentazzjoni tal-prodott li jakkumpanjaw il-prodott għandhom jipprovdu d-dettalji ta’ kuntatt (telefown jew posta elettronika) u referenza għal informazzjoni online għall-konsumaturi li għandhom domandi jew li jeħtieġu pariri speċifiċi dwar l-installazzjoni, il-manutenzjoni jew ir-rimi tal-prodott tal-kisi iebes. L-informazzjoni speċifika li jenħtieġ li titqiegħed għad-dispożizzjoni tinkludi:
— |
Dettalji dwar kull klassi tal-prestazzjoni teknika rilevanti li jindikaw l-ambjent tal-użu xieraq għall-prodott tal-kisi iebes, pereżempju, is-saħħa tensili, ir-reżistenza għall-ġlata/l-assorbiment tal-ilma, ir-reżistenza għat-tbajja’ u r-reżistenza għas-sustanzi kimiċi. |
— |
Dettalji dwar kull preparazzjoni meħtieġa tas-superfiċje sottostanti qabel l-installazzjoni, tekniki ta’ installazzjoni rrakkomandati kif ukoll speċifikazzjonijiet għal kull materjal ieħor rilevanti użat matul l-installazzjoni bħall-mili tal-fili, is-siġillanti, il-kisjiet, l-adeżivi, it-tajn u l-aġenti tat-tindif użati mill-installatur. |
— |
Għall-prodotti tal-kisi iebes bil-wiċċ espost għal ambjenti interni jew esterni, struzzjonijiet dwar operazzjonijiet ta’ tindif ta’ rutina u l-aġenti rrakkomandati tat-tindif. Meta jkun rilevanti, għandha tingħata wkoll informazzjoni dwar operazzjonijiet ta’ manutenzjoni anqas perjodiċi, bħal pereżempju r-riġuventazzjoni ta’ superfiċji tal-art b’deterġenti tat-tindif bi pressjoni għolja jew bil-kisi mill-ġdid jew bl-illostrar. |
— |
Informazzjoni dwar ir-riċiklaġġ korrett jew ir-rimi ambjentalment preferibbli tal-imballaġġ ipprovdut mill-prodott tal-kisi iebes, tal-biċċiet maqtugħin tal-prodott tal-kisi iebes maħluqa waqt l-installazzjoni u tal-prodott innifsu fi tmiem il-ħajja. |
Valutazzjoni u verifika: Lill-korp kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, stampa b’riżoluzzjoni għolja tal-imballaġġ u link għall-verżjoni online tal-informazzjoni għall-utent.
1.6. Informazzjoni fl-Ekotikketta tal-UE
Jekk tintuża t-tikketta fakultattiva bil-kaxxa testwali, din għandu jkun fiha t-tliet dikjarazzjonijiet li ġejjin, kif xieraq:
Għall-prodotti tal-ġebel naturali (blokok intermedji ta’ ġebel tad-dimensjoni jew prodotti finali):
— |
proċess tal-produzzjoni effiċjenti fl-użu tal-materjal; |
— |
emissjonijiet imnaqqsa tat-trab; |
— |
il-produzzjoni b’riċiklaġġ f’ċirkwit magħluq tal-ilma mormi. |
Għal prodotti tal-ġebel agglomerat ibbażati fuq leganti tar-reżina:
— |
proċess tal-produzzjoni effiċjenti fl-użu tal-materjal; |
— |
proċess tal-produzzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija; |
— |
emissjonijiet imnaqqsa tat-trab. |
Għal prodotti taċ-ċeramika u tat-tafal moħmi:
— |
proċess tal-produzzjoni effiċjenti fl-użu tal-materjal; |
— |
proċess tal-produzzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija u b’livell baxx tas-CO2; |
— |
tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ trab u tal-komposti aċidifikanti fl-arja. |
Għal-leganti idrawliċi jew għas-siment alternattiv (prodotti intermedji fil-manifattura ta’ prodotti tal-konkrit prefondut jew tal-materjal tal-art ikkumpressat):
— |
tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2; |
— |
tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ trab; |
— |
tnaqqis fl-emissjonijiet tal-komposti aċidifikanti fl-arja. |
Għall-prodotti tal-konkrit prefondut jew tal-materjal tal-art ikkumpressat, ibbażati fuq leganti idrawliċi jew siment alternattiv:
— |
proċess tal-produzzjoni effiċjenti fl-użu tal-materjal; |
— |
proċess tal-produzzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija; |
— |
juża legant b’impatt ambjentali baxx. |
L-applikant għandu jsegwi l-istruzzjonijiet dwar kif għandu jintuża sew il-logo tal-Ekotikketta tal-UE pprovdut fil-Linji Gwida dwar il-Logo tal-Ekotikketta tal-UE:
http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, sostnuta minn stampa b’riżoluzzjoni għolja tal-imballaġġ tal-prodott li turi b’mod ċar it-tikketta, in-numru ta’ reġistrazzjoni/tal-liċenzja u, fejn rilevanti, id-dikjarazzjonijiet li jistgħu jintwerew flimkien mat-tikketta.
1.7. Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali (fakultattiva)
Dan il-kriterju japplika għas-sit tal-produzzjoni tal-applikant fejn jiġi manifatturat il-prodott liċenzjat tal-Ekotikketta tal-UE.
Għandhom jingħataw 3 punti għall-applikanti li jkollhom sistema ta’ ġestjoni ambjentali ddokumentata skont ISO 14001 u ċċertifikata minn organizzazzjoni akkreditata;
jew
Għandhom jingħataw 5 punti għall-applikanti li jkollhom sistema ta’ ġestjoni ambjentali ddokumentata skont l-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) tal-UE (10) u rreġistrata minn organizzazzjoni akkreditata;
Valutazzjoni u verifika : L-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat validu ta’ ISO 14001 jew evidenza tar-reġistrazzjoni tiegħu fl-EMAS, kif xieraq, u jipprovdi d-dettalji tal-organizzazzjoni li tkun wettqet l-akkreditazzjoni.
Meta applikant ikollu kemm iċ-ċertifikazzjoni ISO 14001 kif ukoll dik tal-EMAS, għandhom jingħataw biss il-punti għaċ-ċertifikazzjoni tal-EMAS.
2. KRITERJI GĦALL-PRODOTTI TAL-ĠEBEL NATURALI
Sistema ta’ għoti ta’ punteġġ
L-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata kemm għal prodotti intermedjarji tal-barriera (blokok kbar jew ċangaturi ta’ ġebel tad-dimensjoni) manifatturati direttament minn operaturi tal-barriera kif ukoll għal prodotti finali ta’ ġebel naturali manifatturati minn impjanti tat-trasformazzjoni.
Meta l-applikant ma jkunx l-operatur tal-barriera, u l-operatur tal-barriera ma jkunx kopert b’liċenzja tat-Tikketta tal-UE, l-applikanti għandu jiddikjara l-barriera li minnha jkun inġieb il-materjal użat biex jipproduċi l-prodott tal-ġebel naturali bl-Ekotikketta tal-UE, bl-appoġġ ta’ fatturi tat-twassil datati sa mhux aktar minn sena qabel id-data tal-applikazzjoni.
F’dak il-każ, l-applikant għandu jipprovdi d-dikjarazzjonijiet rilevanti kollha mingħand l-operatur tal-barriera li juru l-konformità mar-rekwiżiti kollha tal-Ekotikketta tal-UE relatati mal-barriera u kull rekwiżit fakultattiv rilevanti ieħor li jistgħu jwasslu għall-għoti ta’ punti.
Is-sistema tal-għoti tal-punteġġ u n-numru minimu ta’ punti meħtieġa għall-prodotti tal-ġebel naturali bl-Ekotikketta tal-UE huma ppreżentati fit-tabella ta’ hawn taħt.
Kriterji fejn jistgħu jingħataw il-punti |
Blokok intermedji jew ċangaturi ta’ ġebel tad-dimensjoni |
Prodotti tal-kisi iebes finali ttrasformati tal-ġebel naturali |
||
|
0, 3 jew 5 punti |
mhux applikabbli |
||
|
mhux applikabbli |
0, 3 jew 5 punti |
||
|
Sa 20 punt |
Sa 20 punt |
||
|
Sa 25 punt |
Sa 25 punt |
||
|
Sa 10 punt |
Sa 10 punt |
||
|
mhux applikabbli |
Sa 20 punt |
||
|
mhux applikabbli |
Sa 5 punt |
||
|
mhux applikabbli |
Sa 10 punt |
||
|
mhux applikabbli |
Sa 5 punt |
||
Punti massimi totali |
60 |
100 |
||
Punti minimi meħtieġa għall-Ekotikketta tal-UE |
30 |
50 |
Rekwiżiti tal-barriera
2.1. Konsum tal-enerġija fil-barriera
L-operatur tal-barriera għandu jkun stabbilixxa programm biex jimmonitorja, jirreġistra u jnaqqas b’mod sistematiku l-konsum tal-enerġija speċifika u l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi għal livelli ottimali. L-applikant għandu jirrapporta l-konsum tal-enerġija bħala funzjoni tas-sors tal-enerġija (eż. elettriku u diżil) u l-iskop (eż. l-użu ta’ binjiet fuq il-post, id-dawl, it-tħaddim tat-tagħmir tat-tqattigħ, il-pompi u t-tħaddim ta’ vetturi). L-applikant għandu jirrapporta dwar il-konsum tal-enerġija għas-sit kemm fuq bażi assoluta (f’unitajiet ta’ kWh jew ta’ MJ) kif ukoll fuq bażi ta’ produzzjoni speċifika (f’unitajiet ta’ kWh jew ta’ MJ għal kull m3 ta’ materjal prodott estratt mill-barrieri u għal kull m3 jew t ta’ materjal mibjugħ/prodott u lest għall-bejgħ) għal sena kalendarja partikolari.
Pjan biex jitnaqqsu l-konsum speċifiku tal-enerġija u l-emissjonijiet tas-CO2 għandu jiddeskrivi l-miżuri li diġà ttieħdu jew li huma ppjanati li jittieħdu (eż. użu aktar effiċjenti ta’ tagħmir eżistenti, investiment f’tagħmir aktar effiċjenti, trasport u loġistika mtejba eċċ.).
Barra minn hekk, jista’ jingħata total ta’ 20 punt kif ġej:
— |
Għandhom jingħataw sa 10 punti b’mod proporzjonat għal kemm mill-enerġija kkonsmata (fjuwil flimkien mal-elettriku) tiġi minn sorsi rinnovabbli (minn 0 punti għal 0 % ta’ enerġija rinnovabbli sa 10 punti għal 100 % ta’ enerġija rinnovabbli). |
— |
Għandhom jingħataw sa 5 punti skont il-mod li bih jinxtara kwalunkwe elettriku rinnovabbli kif ġej: permezz ta’ ftehimiet privati tas-servizzi tal-enerġija għal sorsi rinnovabbli fuq il-post jew qrib is-sit (5 punti); ftehimiet korporattivi ta’ xiri tal-enerġija għal sorsi rinnovabbli fuq il-post jew qrib is-sit (5 punti); ftehimiet korporattivi fit-tul ta’ xiri tal-enerġija għal sorsi rinnovabbli konnessi mal-grilja jew bi grilja distanti (11) (4 punti); ċertifikazzjonijiet tal-elettriku ekoloġiku (12) (3 punti); xiri ta’ garanziji tal-enerġija rinnovabbli ta’ ċertifikati tal-oriġini għall-provvista sħiħa tal-elettriku jew tariffa ekoloġika mill-fornitur tal-utilità (13) (2 punti). |
— |
Għandhom jingħataw 3 punti jekk tkun saret analiżi tal-impronta tal-karbonju għall-prodott skont ISO 14067 jew 5 punti jekk ikunu ntużaw l-elementi tal-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodott marbutin mal-emissjonijiet tal-gass serra (14). |
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi inventarju tal-enerġija għall-barriera għal perjodu ta’ tal-anqas 12-il xahar qabel id-data tal-għoti tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE u għandu jieħu impenn li jżomm dan l-inventarju tul il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. L-inventarju tal-enerġija għandu jiddistingwi t-tipi differenti ta’ fjuwil ikkonsmat, filwaqt li jenfasizza kwalunkwe fjuwil rinnovabbli jew kontenut rinnovabbli ta’ fjuwils imħallta. Bħala minimu, il-pjan ta’ tnaqqis tal-konsum tal-enerġija speċifika u tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi jrid jiddefinixxi s-sitwazzjoni tal-linja bażi bil-konsum tal-enerġija fil-barriera meta jkun ġie stabbilit il-pjan, jidentifika u jikkwantifika b’mod ċar is-sorsi differenti jew il-konsum tal-enerġija fil-barriera, jidentifika u jiġġustifika azzjonijiet biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija u jirrapporta r-riżultati fuq bażi annwali.
L-applikant għandu jipprovdi dettalji tal-ftehim dwar ix-xiri ta’ elettriku fis-seħħ u jenfasizza s-sehem tar-rinnovabbli li japplika għall-elettriku li jkun qed jinxtara. Jekk ikun meħtieġ, dikjarazzjoni tal-fornitur tal-elettriku għandha tiċċara (i) is-sehem tar-rinnovabbli mill-elettriku fornut, (ii) in-natura tal-ftehim ta’ xiri fis-seħħ (jiġifieri ftehim privat dwar is-servizz tal-enerġija, ftehim korporattiv għax-xiri tal-enerġija, ċertifikat indipendenti ta’ enerġija ekoloġika jew tariffa ekoloġika) u (iii) jekk l-elettriku mixtri huwiex minn sorsi rinnovabbli fuq il-post jew qrib il-post.
Jekk jinxtraw ċertifikati ta’ garanzija tal-oriġini mill-applikant biex jiżdied is-sehem tar-rinnovabbli, l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa biex jiżgura li ċ-ċertifikati ta’ garanzija tal-oriġini jkunu nxtraw f’konformità mal-prinċipji u mar-regoli tal-operat tas-Sistema Ewropea ta’ Ċertifikati tal-Enerġija.
Jekk jintalbu punti għal analiżi tal-impronta tal-karbonju, l-applikant għandu jipprovdi kopja tal-analiżi, li jridu jkunu konformi ma’ ISO 14067 jew mal-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodott u jkunu ġew ivverifikati minn parti terza akkreditata. L-analiżi tal-impronta trid tkun tkopri l-proċessi kollha tal-manifattura relatati direttament mal-produzzjoni tal-ġebel fil-barriera, mat-trasport fuq il-post u lil hinn mill-post matul il-produzzjoni, mal-emissjonijiet relatati mal-proċessi amministrattivi (eż. l-operat ta’ binjiet fuq il-post) u t-trasport tal-prodott mibjugħ sal-kanċell tal-barriera jew saċ-ċentru tat-trasport lokali (eż. l-istazzjon tal-ferrovija jew il-port).
2.2. Effiċjenza fl-użu tal-materjali fil-barriera
L-operatur tal-barriera għandu jipprovdi d-data li ġejja dwar l-attivitajiet ta’ estrazzjoni u kummerċjali fil-barriera għall-perjodu l-aktar riċenti tas-sena kalendarja jew għall-perjodu kontinwu ta’ 12-il xahar qabel id-data tal-għoti tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE:
— |
A: Kwantità totali ta’ materjal estratt (m3). |
— |
B: Blokok li jistgħu jinbiegħu manifatturati minn A (m3). |
— |
C: Il-kwantità totali ta’ skart u ta’ materjali tal-estrazzjoni prodotti minn A li jikkwalifikaw bħala prodotti sekondarji (jiġifieri frammenti fi blokok, ġebel u residwi fini) li jinbiegħu (m3). |
— |
D: Il-kwantità totali ta’ skart u materjali tal-estrazzjoni prodotti minn A li jikkwalifikaw bħala prodotti sekondarji (jiġifieri frammenti fi blokok, ġebel u residwi fini) li jintużaw internament għal skopijiet utli billi jiġu ssostitwiti materjali oħra li kieku kienu jintużaw sabiex jissodisfaw dik il-funzjoni partikolari jew jinħażnu fiż-żona ta’ depożizzjoni ta’ prodotti sekondarji (m3). |
— |
E: Il-kwantità totali ta’ skart tal-estrazzjoni prodott minn A li jiġi ttrasferit lejn iż-żona tad-depożizzjoni tal-iskart tal-estrazzjoni jew lejn il-miżbla flimkien mal-kwantità totali ta’ materjali prodotti minn A li jikkwalifikaw bħala prodotti sekondarji li huma maħżuna fiż-żona ta’ depożizzjoni tal-prodotti sekondarji (m3). |
Meta d-data tkun disponibbli f’tunnellati, jenħtieġ li din tiġi kkonvertita għal m3 bl-użu ta’ fattur fiss ta’ densità tal-massa għall-materjal tal-blat li jkun qed jiġi estratt.
Il-proporzjon tal-effiċjenza tal-estrazzjoni għandu jkun tal-anqas 0,50, u għandu jiġi kkalkolat kif ġej:
Barra minn hekk, għandhom jingħataw sa 25 punt b’mod proporzjonat għal kemm l-applikant juri proporzjon akbar tal-effiċjenza tal-estrazzjoni sal-limitu ta’ eċċellenza ambjentali ta’ 1,00 (minn 0 punti għal proporzjon tal-effiċjenza tal-estrazzjoni ta’ 0,50, sa 25 punt għal proporzjon tal-effiċjenza tal-estrazzjoni ta’ 1,00).
Valutazzjoni u verifika: Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-operatur tal-barriera li tiddikjara l-valuri ta’ A, B, C, D u E, espressi f’m3 u l-kalkolu tal-proporzjon tal-effiċjenza tal-estrazzjoni.
Għall-finijiet tal-kalkolu, jenħtieġ li jiġi preżunt li A-B = C+D+E. Għal kull materjal ikkalkolat taħt C li nbiegħ, għandhom jiġu pprovduti fatturi tat-twassil tal-materjali fis-siti l-oħra.
2.3. Immaniġġjar tal-ilma u tal-ilma mormi fil-barriera
L-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal-użu tal-ilma f’operazzjonijiet tal-barrieri, inkluż strateġiji u metodi għall-ġbir, għar-riċirkolazzjoni u għall-użu mill-ġdid tal-ilma.
B’mod ġenerali:
— |
Is-sit għandu jagħmel dispożizzjonijiet għall-ġbir f’waqtu tal-ilma tax-xeba’ tal-maltemp biex jikkumpensa għall-ilma mitluf fil-ħama mxarrba u għall-evaporazzjoni. |
— |
Is-sit għandu jagħmel dispożizzjonijiet għad-diverżjoni tal-ilma tax-xeba’ tal-maltemp permezz ta’ network tal-iskular biex jevita l-fluss tal-ilma tax-xita fis-superfiċje taż-żona tax-xogħol milli jġorr tagħbijiet solidi sospiżi f’xi vaska impermeabbli (li jfornu l-ilma għat-tagħmir tal-qtugħ) jew fil-passaġġi tal-ilma naturali. |
Meta jintużaw tekniki ta’ qtugħ fl-imxarrab:
— |
L-ilma għall-użu minn tagħmir ta’ qtugħ fl-imxarrab għandu jinħażen f’kontenitur impermeabbli (pereżempju tank, vaski miksija minn ġewwa jew vaski skavati fi blat impermeabbli). |
— |
Is-separazzjoni tas-solidi mill-ilma mormi mit-tqattigħ għandha tinkiseb permezz ta’ sistemi ta’ sedimentazzjoni, baċiri ta’ ritenzjoni, kjarifikaturi tal-pjanċi inklinati tas-separaturi taċ-ċikluni, pressi tal-filtri jew kwalunkwe taħlita tagħhom. L-ilma ċċarat għandu jittieħed lura fil-vaska impermeabbli jew fil-kontenitur li jforni t-tagħmir għall-qtugħ. |
— |
Il-ħama qed jitneħħielha l-ilma qabel: użu intern għal skopijiet utli, użu estern għal skopijiet utli jew għat-trasport barra mis-sit f’faċilità adatta għar-rimi tal-iskart. |
Valutazzjoni u verifika: L-operatur tal-barriera għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, appoġġata bid-dokumentazzjoni rilevanti li tiddeskrivi kif l-ilma jintuża fuq il-post u jipprovdi dettalji dwar is-sistema ta’ mmaniġġjar tal-ilma, is-separazzjoni tal-ħama u l-operazzjonijiet u d-destinazzjonijiet ta’ rimi tal-ħama.
2.4. Kontroll tat-trab fil-barriera
L-applikant għandu juri li fis-sit tal-barriera ġew implimentati miżuri fis-sit operazzjonali għall-kontroll tat-trab. Il-miżuri jistgħu jvarjaw minn sit għal ieħor iżda għandhom jinkludu l-aspetti li ġejjin għas-siti kollha:
— |
L-użu ta’ sprejs tal-ilma li jmewtu t-trab jew ta’ kappa tal-vakwu marbuta ma’ boroż bil-filtri tat-trab/preċipitaturi elettrostatiċi għal kull qtugħ fin-niexef, tgħaffiġ jew attivitajiet oħra li aktarx jiġġeneraw kwantitajiet sinifikanti ta’ trab. |
— |
Pjan fis-seħħ għar-rilokazzjoni, għall-modifika jew għat-twaqqif ta’ operazzjonijiet fuq il-post biex jiġu evitati jew minimizzati l-emissjonijiet ta’ trab fl-arja tul perjodi ta’ temp ikrah (mhux applikabbli għall-barrieri ta’ taħt l-art). |
— |
L-inklużjoni ta’ karatteristiċi ta’ protezzjoni mir-riħ fid-disinn tal-barriera li jkollhom l-għan li jnaqqsu l-veloċità tar-riħ u b’hekk jimminimizzaw l-emissjonijiet tat-trab u l-erożjoni tal-ħamrija fuq il-post (eż. ċnut kontra r-riħ jew windbreaks li jikkonsistu f’ringiela waħda jew aktar ta’ pjanti tul il-fruntiera taż-żona ta’ depożizzjoni għall-iskart mill-estrazzjoni, inkluż il-faċilità għall-iskart mill-estrazzjoni u/jew iż-żona ta’ mmaniġġar tal-iskart mill-estrazzjoni). |
— |
Il-provvista ta’ żona ta’ ħżin magħluqa għall-ħama kollu li jitneħħielu l-ilma mill-qtugħ fl-imxarrab u/jew it-trab kollu minn operazzjonijiet ta’ qtugħ fin-niexef qabel il-bejgħ, qabel il-vjeġġ lejn il-miżbla jew l-użu mill-ġdid fuq il-post. |
— |
L-għata tas-superfiċji tat-toroq l-aktar użati b’pavimentar tal-konkrit jew tal-asfalt. |
— |
L-għoti ta’ taħriġ xieraq lill-impjegati dwar prattika tajba għall-kontroll tat-trab u l-provvista ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali adegwat lill-impjegati u lill-viżitaturi. |
— |
It-twettiq ta’ kontrolli mediċi ta’ rutina fuq l-impjegati bil-possibbiltà ta’ monitoraġġ aktar frekwenti għall-identifikazzjoni ta’ problemi respiratorji u tal-bidu possibbli ta’ silikożi (dan l-aħħar punt japplika biss għal barrieri tal-granit u ta’ blat ieħor tas-silikat). |
Valutazzjoni u verifika: L-operatur tal-barriera għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, appoġġata bid-dokumentazzjoni rilevanti u (i) deskrizzjoni tal-miżuri ta’ kontroll tat-trab implimentati fis-sit tal-barriera u (ii) dettalji tas-sistema ta’ kontroll mediku għall-impjegati, kif xieraq.
2.5. Sikurezza tal-persunal u kundizzjonijiet tax-xogħol fil-barriera
L-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal-politika dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali fis-seħħ fil-barriera. Il-politika għandha tkopri, bħala minimu:
— |
Analiżi sistematika tar-riskji u tal-perikli ewlenin kollha li jistgħu jseħħu fil-barriera. |
— |
Pjan ta’ taħriġ għall-impjegati li huwa relatat ma’ proċeduri speċifiċi tax-xogħol li jsir fil-barriera. |
— |
Pjan ta’ spezzjoni u ta’ manutenzjoni għall-makkinarju, għall-għodod, għall-installazzjonijiet elettriċi, għall-vetturi, għas-slielem, għall-passaġġi tal-mixi, għat-turġien, għall-barrieri tas-sigurtà u għal tagħmir ieħor rilevanti. |
— |
Tqegħid ta’ lqugħ fiss madwar partijiet li jiċċaqalqu ta’ makkinarju bħal ċintorini, tarjoli, gerijiet u protezzjoni aġġustabbli għal lupi ċirkolari. |
— |
Kontrolli għar-rilaxx rapidu sabiex jitfu d-dawl ta’ għodod tal-elettriku li jinżammu fl-idejn u buttuni ta’ waqfien ta’ emerġenza fuq pannelli tal-kontroll għall-makkinarju tqil kollu. |
— |
Ħażna sikura ta’ kull splussiv fuq il-post. |
— |
Tagħmir tat-trasport u tal-irfigħ xieraq għat-tmexxija u għall-ippożizzjonar tal-blokok tal-ġebel tad-dimensjoni u ta’ frammenti kbar ta’ blokok. |
— |
Pjanijiet ta’ emerġenza u taħriġ fl-ewwel għajnuna għall-persunal. |
— |
Il-provvista ta’ Tagħmir Protettiv Personali għall-persunal u għall-viżitaturi kollha fis-sit. |
— |
Identifikazzjoni ċara taż-żoni b’riskji ta’ livelli għoljin ta’ storbju. |
L-aspetti li ġejjin relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom ikunu garantiti:
— |
L-aċċess għal kamra tal-banju, għal kamra għall-bdil tal-ħwejjeġ u faċilitajiet ta’ kamra tal-ikel għall-ħaddiema u l-provvista tal-ilma tax-xorb f’kull ħin. |
— |
Il-konformità mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali jew mal-konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), liema minnhom tkun l-aktar stretta. |
— |
Kuntratti tax-xogħol għall-impjegati kollha li jiddeskrivu b’mod ċar ix-xogħol rilevanti, is-sigħat massimi obbligatorji ta’ xogħol, is-salarju, il-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni soċjali (jew assigurazzjoni xierqa oħra kontra inċidenti f’pajjiżi, meta ma tkunx teżisti assigurazzjoni soċjali), l-intitolamenti għal btala u l-perjodu ta’ notifika. |
— |
Konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni tal-UE jew nazzjonali dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali. |
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, appoġġjata minn kopja tal-prassi tiegħu dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali.
Meta tiġi pprovduta konformità mal-konvenzjonijiet tal-ILO, l-applikant għandu jikseb verifika minn parti terza, appoġġata b’verifiki fuq il-post, li fil-barriera ġew rispettati l-prinċipji applikabbli inklużi fil-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO identifikati hawn taħt:
Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO:
(a) |
It-Tħaddim tat-Tfal:
|
(b) |
Ix-Xogħol Furzat u Obbligatorju:
|
(c) |
Il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u d-Dritt ta’ Negozjar Kollettiv:
|
(d) |
Diskriminazzjoni:
|
Meta l-barriera ma tkunx tinsab fi Stat Membru, għandha tkun meħtieġa verifika minn parti terza (pereżempju minn Fairstone jew minn skemi oħra li jkollhom tal-anqas kriterji ekwivalenti dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol elenkati hawn fuq).
2.6. Proporzjonijiet tal-impatt fuq il-pajsaġġ tal-barriera (fakultattivi)
L-operatur tal-barriera għandu jipprovdi d-data li ġejja relatata mas-sit tal-barriera biex ikun jista’ jsir il-kalkolu tal-proporzjon tal-impronta tal-barriera jew tal-proporzjon tal-użu tal-art benefiku tal-barriera, fuq il-bażi ta’ viżwalizzazzjoni satellitari tas-sit ta’ mhux aktar minn sena qabel id-data tal-għoti tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE.
— |
QF: Iż-żona ta’ quddiem (attiva) tal-barriera (m2). |
— |
EWDA: Iż-Żona ta’ Depożizzjoni tal-Iskart mill-Estrazzjoni (m2). |
— |
BPDA: Iż-Żona ta’ Depożizzjoni tal-Prodotti Sekondarji (m2). |
— |
TAA: Erja Awtorizzata Totali għas-sit tal-attività tal-estrazzjoni (m2). |
— |
BA: Erja Bijodiversa, fejn (i) ġew stabbiliti kisi tal-ħamrija ta’ fuq/tal-veġetazzjoni jew artijiet mistagħdra/sodod tal-qasab maħduma bl-użu ta’ speċijiet indiġeni bħala parti mir-riabilitazzjoni progressiva u/jew (ii) fejn il-ħamrija ta’ fuq u l-veġetazzjoni sempliċiment ma jkunux ġew disturbati affattu u ma jkunux iżolati f’żoni separati fil-barriera (m2). |
— |
REA: Iż-Żona tal-Enerġija Rinnovabbli, fejn l-art tkun ġiet okkupata għall-ġenerazzjoni tal-elettriku permezz tal-enerġija solari, idroelettrika, eolika jew mill-bijomassa (m2).
|
Għandhom jingħataw total sa mhux aktar minn 10 punti (5 għal kull proporzjon) b’mod proporzjonat għal kemm l-applikant juri li l-proporzjonijiet joqorbu jew jaqbżu l-limiti rilevanti għal 5 punti.
Valutazzjoni u verifika: Għandha tingħata dikjarazzjoni mill-operatur tal-barriera, flimkien ma’ dokumentazzjoni li tinkludi mapep jew immaġnijiet satellitari li fihom jiġu deskritti l-QF, l-EDWA, il-BPDA, it-TAA, il-BA u l-REA, u bi stimi tas-superfiċje ta’ kull erja.
Rekwiżiti tal-impjant tat-trasformazzjoni
2.7. Konsum tal-enerġija fl-impjant tat-trasformazzjoni
L-applikant għandu jkun stabbilixxa programm biex jimmonitorja, jirreġistra u jnaqqas b’mod sistematiku l-konsum tal-enerġija speċifika u l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fl-impjant tat-trasformazzjoni għal livelli ottimali. L-applikant għandu jirrapporta l-konsum tal-enerġija bħala funzjoni tas-sors tal-enerġija (eż. elettriku u diżil) u l-iskop (eż. l-użu ta’ binjiet fuq il-post, id-dawl, it-tħaddim tat-tagħmir tat-tqattigħ, il-pompi u t-tħaddim ta’ vetturi). L-applikant għandu jirrapporta dwar il-konsum tal-enerġija għas-sit kemm fuq bażi assoluta (f’unitajiet ta’ kWh jew ta’ MJ) kif ukoll abbażi ta’ produzzjoni speċifika (f’unitajiet ta’ kWh jew ta’ MJ għal kull m3, m2 jew t ta’ materjal mibjugħ/prodott u lest għall-bejgħ) għal sena kalendarja partikolari.
Pjan biex jitnaqqsu l-konsum speċifiku tal-enerġija u l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi għandu jiddeskrivi l-miżuri li diġà ttieħdu jew li huma ppjanati li jittieħdu (eż. użu aktar effiċjenti ta’ tagħmir eżistenti, investiment f’tagħmir aktar effiċjenti, trasport u loġistika mtejba eċċ.).
Barra minn hekk, jista’ jingħata total ta’ 20 punt kif ġej:
— |
Għandhom jingħataw sa 10 punti b’mod proporzjonat għal kemm mill-enerġija kkonsmata (fjuwil flimkien mal-elettriku) tiġi minn sorsi rinnovabbli (minn 0 punti għal 0 % ta’ enerġija rinnovabbli sa 10 punti għal 100 % ta’ enerġija rinnovabbli). |
— |
Għandhom jingħataw sa 5 punti skont il-mod li bih jinxtara kwalunkwe elettriku rinnovabbli kif ġej: permezz ta’ ftehimiet privati tas-servizzi tal-enerġija għal sorsi rinnovabbli fuq il-post jew qrib is-sit (5 punti); ftehimiet korporattivi ta’ xiri tal-enerġija għal sorsi rinnovabbli fuq il-post jew qrib is-sit (5 punti); ftehimiet korporattivi fit-tul ta’ xiri tal-enerġija għal sorsi rinnovabbli konnessi mal-grilja jew bi grilja distanti (15) (4 punti); ċertifikazzjonijiet tal-elettriku ekoloġiku (16) (3 punti); xiri ta’ garanziji tal-enerġija rinnovabbli ta’ ċertifikati tal-oriġini għall-provvista sħiħa tal-elettriku jew tariffa ekoloġika mill-fornitur tal-utilità (17) (2 punti). |
— |
Għandhom jingħataw 3 punti jekk tkun saret analiżi tal-impronta tal-karbonju għall-prodott skont ISO 14067 jew 5 punti jekk ikunu ntużaw l-elementi tal-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodott marbutin mal-emissjonijiet tal-gass serra (18). |
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi inventarju tal-enerġija għall-impjant tat-trasformazzjoni għal perjodu ta’ tal-anqas 12-il xahar qabel id-data tal-għoti tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE u għandu jieħu impenn li jżomm dan l-inventarju tul il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. L-inventarju tal-enerġija għandu jiddistingwi t-tipi differenti ta’ fjuwil ikkonsmat, filwaqt li jenfasizza kwalunkwe fjuwil rinnovabbli jew kontenut rinnovabbli ta’ fjuwils imħallta. Bħala minimu, il-pjan ta’ tnaqqis tal-konsum tal-enerġija speċifika u tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi jrid jiddefinixxi s-sitwazzjoni tal-linja bażi bil-konsum tal-enerġija speċifiku fl-impjant tat-trasformazzjoni meta jkun ġie stabbilit il-pjan, jidentifika u jikkwantifika b’mod ċar is-sorsi differenti tal-konsum tal-enerġija fl-impjant tat-trasformazzjoni, jidentifika u jiġġustifika azzjonijiet biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija speċifiku u jirrapporta r-riżultati fuq bażi annwali.
L-applikant għandu jipprovdi dettalji tal-ftehim dwar ix-xiri ta’ elettriku fis-seħħ u jenfasizza s-sehem tar-rinnovabbli li japplika għall-elettriku li jkun qed jinxtara. Jekk ikun meħtieġ, dikjarazzjoni tal-fornitur tal-elettriku għandha tiċċara (i) is-sehem tar-rinnovabbli mill-elettriku fornut, (ii) in-natura tal-ftehim ta’ xiri fis-seħħ (jiġifieri ftehim privat dwar is-servizz tal-enerġija, ftehim korporattiv għax-xiri tal-enerġija, ċertifikat indipendenti ta’ enerġija ekoloġika jew tariffa ekoloġika) u (iii) jekk l-elettriku mixtri huwiex minn sorsi rinnovabbli fuq il-post jew qrib il-post.
Jekk jinxtraw ċertifikati ta’ garanzija tal-oriġini mill-applikant biex jiżdied is-sehem tar-rinnovabbli, l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa biex jiżgura li ċ-ċertifikati ta’ garanzija tal-oriġini jkunu nxtraw f’konformità mal-prinċipji u mar-regoli tal-operat tas-Sistema Ewropea ta’ Ċertifikati tal-Enerġija.
Meta jintalbu punti għal analiżi tal-impronta tal-karbonju, l-applikant għandu jipprovdi kopja tal-analiżi, li jridu jkunu konformi ma’ ISO 14067 jew mal-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodott u jkunu ġew ivverifikati minn parti terza akkreditata. L-analiżi tal-impronta trid tkopri l-proċessi kollha tal-manifattura relatati direttament mal-produzzjoni tal-ġebel fil-barriera u fl-impjant tat-trasformazzjoni, mat-trasport fuq il-post u lil hinn mill-post matul il-produzzjoni, mal-emissjonijiet relatati ma’ proċessi amministrattivi (eż. l-operat ta’ binjiet fuq il-post) u t-trasport tal-prodott mibjugħ sal-kanċell tal-impjant tat-trasformazzjoni jew saċ-ċentru tat-trasport lokali (eż. l-istazzjon tal-ferrovija jew il-port).
2.8. Immaniġġjar tal-ilma u tal-ilma mormi fl-impjant tat-trasformazzjoni
L-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal-użu tal-ilma fl-impjant tat-trasformazzjoni tal-ġebel naturali, inklużi strateġiji u metodi għall-ġbir, għar-riċirkolazzjoni u għall-użu mill-ġdid tal-ilma.
L-irkupru ta’ solidi mill-ilma mormi minn operazzjonijiet ta’ tqattigħ irid jitwettaq fuq il-post bl-użu ta’ prinċipji ta’ sedimentazzjoni u/jew ta’ filtrazzjoni.
L-ilma mormi ċċarat irid jinħażen fuq il-post u jerġa’ jiġi ċċirkolat għall-operazzjonijiet ta’ tqattigħ, għall-kontroll tat-trab jew għal skopijiet oħra.
Barra minn hekk, għandhom jingħataw 5 punti għall-installazzjoni ta’ sistema tal-ġbir tal-ilma tax-xita biex tiġbor u taħżen l-ilma tax-xita li jinżel f’żoni impermeabbli fuq il-post u tipprevjeni l-fluss tal-ilma tax-xita fuq is-superfiċji taż-żoni tax-xogħol, u li jġorru tagħbijiet solidi sospiżi f’xi vaska impermeabbli (li tipprovdi ilma għat-tagħmir ta’ tqattigħ) jew f’passaġġi tal-ilma naturali.
Valutazzjoni u verifika : L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, appoġġjata mid-dokumentazzjoni rilevanti li tiddeskrivi l-użu tal-ilma fuq il-post, tan-network ta’ ġbir tal-ilma mormi/tal-ilma tax-xita u tas-sistema ta’ trattament u ta’ riċirkolazzjoni tal-ilma mormi.
2.9. Kontroll tat-trab fl-impjant tat-trasformazzjoni
L-applikant għandu juri li fis-sit tal-impjant tat-trasformazzjoni ġew implimentati miżuri fis-sit operazzjonali għall-kontroll tat-trab. Il-miżuri jistgħu jvarjaw minn sit għal ieħor iżda għandhom jinkludu l-aspetti li ġejjin għas-siti kollha:
— |
L-użu ta’ sprejs tal-ilma li jmewtu t-trab jew ta’ kappa tal-vakwu marbuta ma’ boroż bil-filtri tat-trab/preċipitaturi elettrostatiċi għal kwalunkwe qtugħ fin-niexef jew attività oħra ta’ fformar li aktarx jiġġeneraw kwantitajiet sinifikanti ta’ trab. |
— |
Tindif regolari ta’ trab minn żoni tal-art fuq ġewwa bl-użu jew ta’ sprejs tal-ilma fuq superfiċji li jbattlu f’sistema ta’ trattament tal-ilma fuq is-sit jew l-użu ta’ apparat bil-vakwu għat-tneħħija ta’ trab niexef (ma għandux isir knis tat-trab niexef). |
— |
Il-provvista ta’ żona ta’ ħżin magħluqa għall-ħama kollu li jitneħħielu l-ilma mill-qtugħ fl-imxarrab u/jew it-trab kollu minn operazzjonijiet ta’ qtugħ fin-niexef qabel il-bejgħ, qabel il-vjeġġ għall-użu mill-ġdid, qabel l-użu mill-ġdid fuq il-post jew qabel il-vjeġġ lejn il-miżbla. |
— |
Il-kopertura taż-żoni bl-aktar toroq użati b’pavimentar tal-konkrit jew tal-asfalt. |
— |
L-għoti ta’ taħriġ xieraq lill-impjegati dwar prattika tajba għall-kontroll tat-trab u l-provvista ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali adegwat lill-impjegati u lill-viżitaturi. |
— |
It-twettiq ta’ kontrolli mediċi ta’ rutina fuq l-impjegati bil-possibbiltà ta’ monitoraġġ aktar frekwenti għall-identifikazzjoni ta’ problemi respiratorji u tal-bidu possibbli ta’ silikożi (dan l-aħħar punt japplika biss għal impjanti tat-trasformazzjoni li jipproċessaw il-granit jew blat ieħor tas-silikat). |
Valutazzjoni u verifika: L-offerent għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, appoġġjata bid-dokumentazzjoni rilevanti u: (i) deskrizzjoni tal-miżuri ta’ kontroll tat-trab implimentati fl-impjant ta’ trasformazzjoni u (ii) dettalji tas-sistema ta’ kontroll mediku għall-impjegati, kif xieraq.
2.10. Użu mill-ġdid tal-iskart tal-proċessi mill-impjant tat-trasformazzjoni
L-applikant għandu jlesti inventarju tal-produzzjoni tal-iskart tal-proċess għall-impjant tat-trasformazzjoni. L-inventarju għandu jagħti dettalji dwar it-tip u l-kwantità ta’ skart prodott (eż. ruttam tal-proċess u ħama tal-proċess).
L-inventarju tal-iskart tal-proċess għandu jkopri perjodu ta’ 12-il xahar u, matul dak l-istess perjodu, l-output totali tal-prodott għandu jkun stmat kemm f’termini ta’ massa (kg jew tunnellati) kif ukoll f’termini ta’ erja tas-superfiċje (m2).
Tal-anqas 80 % skont il-massa tar-ruttam tal-proċess iġġenerat minn operazzjonijiet ta’ pproċessar tal-ġebel naturali fuq il-post għandu jerġa’ jintuża f’applikazzjonijiet oħra jew jinħażen fuq il-post bi tħejjija għall-bejgħ fil-futur.
Barra minn hekk, jista’ jingħata total ta’ 10 punt kif ġej:
— |
Għandhom jingħataw sa 5 punti b’mod proporzjonali għal kemm l-applikant juri rata akbar ta’ użu mill-ġdid tar-ruttam tal-proċess, sa massimu ta’ 100 % użu mill-ġdid skont il-massa (minn 0 punti għal użu mill-ġdid ta’ 80 % tar-ruttam tal-proċess, sa 5 punti għall-użu mill-ġdid ta’ 100 % tar-ruttam tal-proċess). |
— |
Għandhom jingħataw sa 5 punti b’mod proporzjonat għal kemm l-applikant juri kwalunkwe użu mill-ġdid ta’ ħama tal-proċess, sa massimu ta’ 100 % (minn 0 punti għal użu mill-ġdid ta’ 0 % tal-ħama tal-proċess, sa 5 punti għal użu mill-ġdid ta’ 100 % tal-ħama tal-proċess). |
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi inventarju tal-iskart għall-impjant tat-trasformazzjoni għal perjodu ta’ mill-anqas 12-il xahar qabel id-data tal-għoti tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE u għandu jieħu impenn li jżomm dan l-inventarju tul il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE.
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit obbligatorju ta’ dan il-kriterju, appoġġjata minn kalkolu tar-ruttam totali tal-proċess tal-produzzjoni (f’kg jew f’t). Id-dettalji dwar id-destinazzjoni ta’ dan l-iskart tal-proċess għandhom jiġu pprovduti wkoll bi kjarifiki dwar jekk hix użu mill-ġdid estern fi proċess ieħor jew jekk jintbagħatx f’miżbla. Għal kwalunkwe użu mill-ġdid estern jew rimi f’miżbla, għandhom jiġu ppreżentati n-noti tal-vjeġġ.
2.11. Produzzjoni integrata reġjonalment fl-impjant tat-trasformazzjoni (fakultattiva)
Dan il-kriterju japplika għad-distanza tat-trasport bejn il-kanċell tal-barriera u l-kanċell tal-impjant tat-trasformazzjoni u huwa speċifiku għal prodotti tal-ġebel naturali li joriġinaw minn barriera partikolari.
Għandhom jingħataw sa 5 punti b’mod proporzjonat għal kemm l-applikanti jkunu jistgħu juru li d-distanza tat-trasport għall-blokok tal-ġebel tad-dimensjoni intermedji mill-barriera sal-impjant tat-trasformazzjoni tkun anqas minn 260 km (minn 0 punti jekk ≥ 260 km, sa 5 punti jekk ≤ 10 km).
Valutazzjoni u verifika : L-applikant għandu jipprovdi l-indirizz tal-impjant tat-trasformazzjoni u l-indirizz jew il-post ġeografiku tal-kanċell tal-barriera rilevanti. L-applikant għandu jiddeskrivi wkoll il-mezz(i) tat-trasport użat(i) biex iġib il-blokok tal-ġebel tad-dimensjoni intermedji fl-impjant tat-trasformazzjoni.
Ir-rotta tat-trasport u d-distanza totali għandhom jiġu stmati u indikati fuq mappa bl-użu ta’ mapep tal-immaġnijiet satellitari u ta’ software disponibbli mingħajr ħlas għall-istima tad-distanzi.
3. KRITERJI GĦAL RODOTTI TAL-ĠEBEL AGGLOMERAT IBBAŻATI FUQ LEGANTI TAR-REŻINA
Sistema tal-għoti tal-punteġġ
Is-sistema tal-għoti tal-punteġġ u n-numru minimu ta’ punti meħtieġa għall-prodotti tal-ġebel agglomerat bl-Ekotikketta tal-UE huma ppreżentati fit-tabella ta’ hawn taħt.
Kriterji fejn jistgħu jingħataw il-punti |
Prodotti tal-ġebel agglomerat |
||
|
0, 3 jew 5 punti |
||
|
Sa 30 punt |
||
|
Sa 35 punt |
||
|
Sa 20 punt |
||
|
Sa 10 punt |
||
Punti massimi totali |
100 |
||
Punti minimi meħtieġa għall-Ekotikketta tal-UE |
50 |
3.1. Konsum tal-enerġija
Il-konsum tal-elettriku tal-proċess speċifiku għall-produzzjoni tal-ġebel agglomerat (inkluż il-ġbir f’lottijiet tal-materja prima, it-taħlit primarju, it-taħlit sekondarju, il-formazzjoni u l-finitura) ma għandux jaqbeż il-1,1 MJ/kg.
Jekk isir it-tħin tal-materja prima tal-ġebel, il-konsum tal-elettriku speċifiku tal-proċess tat-tħin (f’MJ/kg) għandu jiġi rrapportat separatament iżda ma għandux jiżdied mat-total għall-proċess.
Barra minn hekk, jista’ jingħata total ta’ 30 punt kif ġej:
— |
Għandhom jingħataw sa 10 punti b’mod proporzjonat għal kemm il-konsum tal-elettriku speċifiku mill-proċess jitnaqqas għal livell limitu ta’ eċċellenza ambjentali ta’ 0,7 MJ/kg (minn 0 punti għal 1,1 MJ/kg sa 10 punti għal 0,7 MJ/kg). |
— |
Jistgħu jingħataw sa 10 punti b’mod proporzjonat għal kemm mill-elettriku kkonsmat jiġi minn sorsi rinnovabbli (minn 0 punti għal 0 % ta’ elettriku rinnovabbli sa 10 punti għal 100 % ta’ elettriku rinnovabbli). |
— |
Għandhom jingħataw sa 10 punti skont il-mod li bih jinxtara kwalunkwe elettriku rinnovabbli kif ġej: permezz ta’ ftehimiet privati tas-servizzi tal-enerġija għal sorsi rinnovabbli fuq il-post jew qrib is-sit (10 punti); ftehimiet korporattivi ta’ xiri tal-enerġija għal sorsi rinnovabbli fuq il-post jew qrib is-sit (10 punti); ftehimiet korporattivi fit-tul ta’ xiri tal-enerġija għal sorsi rinnovabbli konnessi mal-grilja jew bi grilja distanti (19) (8 punti); ċertifikazzjonijiet tal-elettriku ekoloġiku (20) (6 punti); xiri ta’ garanziji tal-enerġija rinnovabbli ta’ ċertifikati tal-oriġini għall-provvista sħiħa tal-elettriku jew tariffa ekoloġika mill-fornitur tal-utilità (21) (4 punti). |
Valutazzjoni u verifika: Il-konsum tal-elettriku speċifiku tal-proċess għandu jiġi kkalkulat billi l-konsum tal-elettriku għal tagħmir tal-proċess rilevanti jiġi diviż bil-volum tal-produzzjoni (f’kg jew f’m3). Id-data rrapportata għandha tkun rappreżentattiva għall-prodott(i) li japplika(w) għall-Ekotikketta tal-UE. Meta prodotti differenti koperti mill-istess applikazzjoni jkollhom valuri differenti b’mod sinifikanti, id-data għandha tiġi rrapportata separatament għal kull prodott. Meta d-data tal-produzzjoni tkun disponibbli f’m3, jenħtieġ tiġi kkonvertita għal kg bl-użu tal-fattur rilevanti ta’ densità tal-massa (f’kg/m3) għall-prodott tal-ġebel agglomerat.
L-applikant għandu jipprovdi dettalji tal-ftehim dwar ix-xiri ta’ elettriku fis-seħħ u jenfasizza s-sehem tar-rinnovabbli li japplika għall-elettriku li jkun qed jinxtara. Jekk ikun meħtieġ, dikjarazzjoni tal-fornitur tal-elettriku għandha tiċċara (i) is-sehem tar-rinnovabbli mill-elettriku fornut, (ii) in-natura tal-ftehim ta’ xiri fis-seħħ (jiġifieri ftehim privat dwar is-servizz tal-enerġija, ftehim korporattiv għax-xiri tal-enerġija, ċertifikat indipendenti ta’ enerġija ekoloġika jew tariffa ekoloġika) u (iii) jekk l-elettriku mixtri hux minn sorsi rinnovabbli fuq il-post jew qrib il-post.
Jekk jinxtraw ċertifikati ta’ garanzija tal-oriġini mill-applikant biex jiżdied is-sehem tar-rinnovabbli, l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa biex jiżgura li ċ-ċertifikati ta’ garanzija tal-oriġini jkunu nxtraw f’konformità mal-prinċipji u mar-regoli tal-operat tas-Sistema Ewropea ta’ Ċertifikati tal-Enerġija.
3.2. Kontroll tat-trab u kwalità tal-arja
Kwalunkwe żona tax-xogħol b’riskju ta’ esponiment għal stiren, fejn il-konċentrazzjoni tal-istiren tista’ taqbeż l-20 ppm (jew 85 mg/m3) skont id-data ta’ monitoraġġ, għandha tiġi indikata b’mod ċar u tkun ventilata sew.
Il-formulazzjonijiet tar-reżina għandhom jiġu ddożati u jitħalltu bl-użu ta’ sistemi magħluqa.
L-applikant għandu juri li fis-sit ġew implimentati miżuri fis-sit għall-kontroll tat-trab. Il-miżuri jistgħu jvarjaw minn sit għal ieħor iżda għandhom jinkludu l-aspetti li ġejjin għas-siti kollha:
— |
L-użu ta’ sprejs tal-ilma li jmewtu t-trab jew ta’ kappa tal-vakwu marbuta ma’ boroż bil-filtri tat-trab/preċipitaturi elettrostatiċi għal kull qtugħ fin-niexef, tgħaffiġ jew attivitajiet oħra li aktarx jiġġeneraw kwantitajiet sinifikanti ta’ trab. |
— |
Tindif regolari ta’ trab minn żoni tal-art fuq ġewwa bl-użu jew ta’ sprejs tal-ilma fuq superfiċji li jbattlu f’sistema ta’ trattament tal-ilma fuq is-sit jew l-użu ta’ apparat bil-vakwu għat-tneħħija ta’ trab niexef (ma għandux isir knis tat-trab niexef). |
— |
Il-provvista ta’ żona ta’ ħżin magħluqa għall-ħama kollu li jitneħħielu l-ilma mill-qtugħ fl-imxarrab u/jew it-trab kollu minn operazzjonijiet ta’ qtugħ fin-niexef qabel il-bejgħ, qabel il-vjeġġ għall-użu mill-ġdid, qabel l-użu mill-ġdid fuq il-post jew qabel il-vjeġġ lejn il-miżbla. |
— |
Il-kopertura taż-żoni bl-aktar toroq użati b’pavimentar tal-konkrit jew tal-asfalt. |
— |
L-għoti ta’ taħriġ xieraq lill-impjegati dwar prattika tajba għall-kontroll tat-trab u l-provvista ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali adegwat lill-impjegati u lill-viżitaturi. |
— |
It-twettiq ta’ kontrolli mediċi ta’ rutina fuq l-impjegati bil-possibbiltà ta’ monitoraġġ aktar frekwenti għall-identifikazzjoni ta’ problemi respiratorji u tal-bidu possibbli ta’ silikożi (dan l-aħħar punt japplika biss għal impjanti li jaħdmu bi prodotti bbażati fuq il-kwarz). |
Valutazzjoni u verifika: L-offerent għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, appoġġjata bid-dokumentazzjoni rilevanti u: (i) deskrizzjoni ta’ kull żona tax-xogħol b’riskju ta’ esponiment għall-istiren u dettalji tas-sistema tal-ventilazzjoni fis-seħħ; (ii) deskrizzjoni tal-miżuri ta’ kontroll tat-trab implimentati fis-sit tal-produzzjoni u (iii) dettalji tas-sistema ta’ kontroll mediku fis-seħħ għall-impjegati, kif xieraq.
3.3. Kontenut ta’ materjal riċiklat/sekondarju
L-applikant għandu jivvaluta u jiddokumenta d-disponibbiltà reġjonali ta’ materjal verġni, ta’ materjal riċiklat minn skart prodott minn proċessi ta’ produzzjoni differenti u ta’ materjal sekondarju minn prodotti sekondarji ta’ proċessi ta’ produzzjoni differenti. Għandhom jiġu dikjarati d-distanzi bejn wieħed u ieħor tat-trasport tas-sorsi tal-materjal iddokumentati.
Barra minn hekk, għandhom jingħataw sa 35 punt b’mod proporzjonat għall-inkorporazzjoni ta’ materjali riċiklati/sekondarji fil-prodott tal-ġebel agglomerat sa limitu ta’ eċċellenza ambjentali ta’ 35 % kontenut skont il-piż (minn 0 punti għal 0 % skont il-piż, sa 35 punt għal ≥ 35 % skont il-piż ta’ kontenut tal-materjal riċiklat/sekondarju).
L-inkorporazzjoni tat-trab, tal-biċċiet u tar-rifjuti tal-prodotti tal-ġebel agglomerat fi prodotti ġodda ma għandhiex titqies bħala kontenut riċiklat jekk dan ikun se jerġa’ jidħol fl-istess proċess li jkun iġġenerah.
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit obbligatorju ta’ dan il-kriterju, appoġġjata bid-dokumentazzjoni li tiddikjara l-identifikazzjoni u d-disponibbiltà reġjonali ta’ materjali verġni, riċiklati u sekondarji.
Il-materjali riċiklati jew sekondarji għandhom jingħaddu biss li jikkontribwixxu għall-kontenut tal-materjal riċiklat/sekondarju jekk ikunu nġiebu minn sorsi li huma ≤ 2,5 drabi ’l bogħod mis-sit tal-produzzjoni tal-ġebel agglomerat mill-materjali verġni ewlenin użati (eż. irħam u kwarz).
Għandha tiġi ppreżentata karta bilanċjali kull xahar tal-materjali riċiklati/sekondarji għat-12-il xahar tal-produzzjoni qabel id-data tal-għoti tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE u l-applikant għandu jimpenja ruħu li jżomm din il-karta bilanċjali tul il-perjodu tal-validità tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Il-karta bilanċjali għandha tipprovdi l-kwantitajiet tal-materjali deħlin riċiklati/sekondarji (ġustifikati bin-noti tat-twassil u bil-fatturi) u tal-materjali riċiklati/sekondarji ħerġin fil-produzzjoni tal-ġebel agglomerat mibjugħa jew lesti għall-bejgħ kollha bid-dikjarazzjonijiet tal-kontenut ta’ materjal riċiklat/sekondarju (ġustifikati bi kwantitajiet tal-prodotti u bid-dikjarazzjonijiet ta’ %).
Id-dikjarazzjonijiet tal-kontenut tal-materjal riċiklat u/jew sekondarju għandhom ikunu rappreżentattivi tal-kompożizzjoni(jiet) tat-taħlita użata/i fil-livell tal-lottijiet għall-prodott(i) tal-Ekotikketta tal-UE. Allokazzjoni ġenerali ta’ materjali riċiklati u/jew sekondarji ma għandhiex tkun permessa.
Meta prodotti differenti koperti mill-istess applikazzjoni għal liċenzja jkollhom valuri differenti b’mod sinifikanti, id-data għandha tiġi rrapportata separatament għal kull prodott.
3.4. Kontenut tal-legant tar-reżina
L-użu ta’ poliester, ta’ epossi jew ta’ reżini oħra fil-produzzjoni għandu jkun limitat għal massimu ta’ 10 % tal-piż totali tal-prodott finali.
Barra minn hekk, għandhom jingħataw sa 20 punt b’mod proporzjonat għal kemm il-kontenut ta’ legant tar-reżina jitnaqqas għal-limitu ta’ eċċellenza ambjentali ta’ 5 % (minn 0 punti għal 10 % kontenut ta’ legant, sa 20 punti għal 5 % kontenut ta’ legant).
Valutazzjoni u verifika : L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti obbligatorji tal-kriterju, sostnuta b’kalkolu tal-użu totali tal-legant tar-reżina bħala % tal-piż totali tal-prodott tal-ġebel agglomerat.
Id-dikjarazzjonijiet tal-kontenut tal-legant għandhom ikunu rappreżentattivi tal-kompożizzjoni(jiet) tat-taħlita użata/i fil-livell tal-lottijiet għall-prodott(i) tal-Ekotikketta tal-UE.
Meta prodotti differenti koperti mill-istess applikazzjoni għal liċenzja jkollhom valuri differenti b’mod sinifikanti, id-data għandha tiġi rrapportata separatament għal kull prodott.
3.5. Użu mill-ġdid tal-iskart tal-proċessi
L-applikant għandu jlesti inventarju tal-produzzjoni tal-iskart tal-proċess għall-proċess tal-produzzjoni tal-ġebel agglomerat. L-inventarju għandu jagħti dettalji dwar it-tip u l-kwantità tal-iskart prodott (eż. ruttam tal-proċess u ħama tal-proċess).
L-inventarju tal-iskart tal-proċess għandu jkopri perjodu ta’ 12-il xahar qabel id-data tal-għoti tal-Ekotikketta tal-UE u, tul dak l-istess perjodu, l-output totali tal-prodott għandu jkun stmat kemm f’termini ta’ massa (kg jew tunnellati) kif ukoll f’termini ta’ erja tas-superfiċje (m2).
Tal-anqas 70 % tal-iskart tal-proċess (ruttam flimkien mal-ħama) iġġenerat mill-produzzjoni ta’ ċangaturi u ta’ blokok tal-ġebel agglomerat għandu jerġa’ jintuża fi proċessi oħra tal-produzzjoni.
Barra minn hekk, għandhom jingħataw sa 10 punti b’mod proporzjonat għal kemm l-applikant ikun jista’ juri l-użu mill-ġdid tal-iskart tal-proċess, sa massimu ta’ 100 % (minn 0 punti għall-użu mill-ġdid ta’ 70 % tal-iskart tal-proċess, sa 10 punti għall-użu mill-ġdid ta’ 100 % tal-iskart tal-proċess).
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi inventarju tal-iskart għall-impjant ta’ produzzjoni tal-ġebel agglomerat għal perjodu ta’ tal-anqas 12-il xahar qabel id-data tal-għoti tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE u għandu jieħu impenn li jżomm dan l-inventarju aġġornat tul il-perjodu tal-validità tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE.
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti obbligatorji ta’ dan il-kriterju, appoġġjata minn kalkolu tar-ruttam u tal-ħama totali tal-proċess tal-produzzjoni (f’kg jew f’t). Id-dettalji dwar id-destinazzjoni ta’ dan l-iskart tal-proċess għandhom jiġu pprovduti wkoll bi kjarifiki dwar jekk hix użu mill-ġdid estern fi proċess ieħor jew jekk jintbagħatx f’miżbla. Għal kull użu mill-ġdid estern jew rimi f’miżbla, għandhom jiġu ppreżentati n-noti tal-vjeġġ.
Jekk ma tkunx tista’ tingħata data speċifika għal linja tal-produzzjoni jew għal prodott, l-applikant għandu jirreferi għad-data tal-impjant kollu.
4. KRITERJI GĦAL PRODOTTI TAĊ-ĊERAMIKA U TAT-TAFAL MOĦMI
Sistema tal-għoti tal-punteġġ
Is-sistema tal-għoti tal-punteġġ u n-numru minimu ta’ punti meħtieġa għall-prodotti taċ-ċeramika u tat-tafal residwu bl-Ekotikketta tal-UE huma ppreżentati fit-tabella ta’ hawn taħt.
Meta l-applikant juża trab imnixxef b’atomizzazzjoni bħala materja prima u ma jkunx il-produttur ta’ dik il-materja prima, l-applikant għandu jiddikjara t-trab imnixxef b’atomizzazzjoni użat biex jagħmel il-prodott(i) taċ-ċeramika jew tat-tafal residwu, appoġġjat b’fatturi tat-twassil datati sa sena qabel id-data tal-applikazzjoni. F’dak il-każ, l-applikant għandu jipprovdi d-dikjarazzjonijiet rilevanti kollha mill-produttur tat-trab imnixxef b’atomizzazzjoni li juru l-konformità mar-rekwiżiti kollha relatati tal-Ekotikketta tal-UE u kull rekwiżit fakultattiv rilevanti ieħor li jista’ jwassal għal għoti ta’ punti.
Għall-kriterji 4.1 u 4.2, żewġ settijiet ta’ limiti huma definiti għall-madum taċ-ċeramika skont jekk il-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE tapplikax għal numru limitat ta’ prodotti (meta jenħtieġ tiġi ppreżentata data operattiva stabbli waqt il-perjodu tal-produzzjoni għal perjodi rappreżentattivi) jew f’każ li l-liċenzja tkun tapplika għal numri kbar ta’ formati tal-prodott ta’ familja ta’ prodotti partikolari (22) (meta jenħtieġ tiġi ppreżentata data medja annwali). Il-valuri limitu għall-produzzjoni medja annwali huma ogħla ħalli titqies l-enerġija meħtieġa biex jinżammu t-temperaturi tal-forn meta l-linja tal-produzzjoni ma tkunx qed taħdem (eż. meta jinbidlu l-formati tal-madum) jew meta ma tkunx qed taħdem b’kapaċità sħiħa (eż. matul ix-xift ta’ billejl jew fi tmiem il-ġimgħa).
Kriterji fejn jistgħu jingħataw il-punti |
Prodotti taċ-ċeramika u tat-tafal moħmi |
||
|
0, 3 jew 5 punti |
||
|
Sa 20 punt |
||
|
Sa 25 punt |
||
|
Sa 40 punt |
||
|
Sa 10 punt |
||
Punti massimi totali disponibbli |
100 |
||
Punti minimi meħtieġa għall-Ekotikketta tal-UE |
50 |
4.1. Konsum ta’ fjuwil għat-tnixxif u għall-kombustjoni
Il-faħam, il-kokk petroliferu, iż-żejt fjuwil ħafif u ż-żejt fjuwil tqil ma għandhomx jintużaw bħala fjuwils f’tagħmir li jnixxef jew fi fran.
Il-konsum speċifiku tal-enerġija mill-fjuwil għall-proċessi ta’ tnixxif u ta’ kombustjoni ma għandux jaqbeż il-limiti obbligatorji rilevanti definiti hawn taħt.
|
Apparat tat-tnixxif b’atomizzazzjoni |
Apparat tat-tnixxif u forn |
||
Limitu obbligatorju |
Limitu ta’ eċċellenza ambjentali |
Limitu obbligatorju |
Limitu ta’ eċċellenza ambjentali |
|
Madum taċ-ċeramika: prodott individwali (**) |
1,8 MJ/kg trab (*) |
1,3 MJ/kg trab (**) |
4,1 MJ/kg |
3,2 MJ/kg |
Madum taċ-ċeramika: familja ta’ prodotti (***) |
5,5 MJ/kg |
4,3 MJ/kg |
||
Ċangaturi tat-tafal moħmi |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
3,5 MJ/kg |
2,1 MJ/kg |
Barra minn hekk, għandhom jingħataw sa 20 punt b’mod proporzjonat għal kemm il-konsum speċifiku tal-fjuwil għall-proċessi ta’ tnixxif u ta’ kombustjoni jitnaqqas għal-limitu rilevanti ta’ eċċellenza ambjentali fit-tabella ta’ hawn fuq (eż. għaċ-ċangaturi tat-tafal moħmi: minn 0 punti għal 3,5 MJ/kg, sa 20 punt għal ≤ 2,1 MJ/kg).
Għall-prodotti tal-madum taċ-ċeramika fejn jintuża t-trab imnixxef b’atomizzazzjoni (jew prodott fuq il-post jew barra l-post), għandhom jiġu kkalkolati żewġ punteġġi skont il-paragrafu preċedenti: wieħed għat-trab imnixxef b’atomizzazzjoni (SDP) u wieħed għall-forn u l-apparat tat-tnixxif (ware dryer) (KWD) tal-madum taċ-ċeramika. Imbagħad iż-żewġ punteġġi għandhom jissarrfu f’punteġġ wieħed kif ġej:
Fjuwilpunteġġ = 0,35(SDP) + 0,65(KWD)
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jiddikjara l-valur(i) speċifiku/ċi tal-konsum tal-fjuwil għall-prodott(i) rilevanti flimkien mal-kalkoli biex il-valur(i) jissarrfu f’punteġġ speċifiku. Il-konsum speċifiku tal-fjuwil għandu jiġi kkalkolat bid-diviżjoni tal-konsum tal-fjuwil (f’MJ) għat-tagħmir tal-proċess rilevanti bil-volum tal-produzzjoni (f’kg) waqt il-perjodu tal-produzzjoni rilevanti.
Meta d-data tal-produzzjoni tkun disponibbli f’m2 biss iżda jeħtieġ li tiġi rrapportata f’kg, il-valur jenħtieġ jissarraf permezz ta’ fattur fiss ta’ densità tal-massa (f’kg/m2) għall-prodott jew għall-familja ta’ prodotti.
Id-data għal familja sħiħa ta’ prodotti għandha tkun rappreżentattiva għal kwalunkwe linja/i tal-produzzjoni għal perjodu ta’ 12-il xahar qabel id-data tal-għoti tal-Ekotikketta tal-UE. Id-data għal prodotti individwali speċifiċi għandha tkun rappreżentattiva għal kundizzjonijiet stabbli tul il-perijod(i) tal-produzzjoni attwali.
L-inputs volumetriċi jew massa ta’ fjuwil fis-sistemi tal-forn u tal-apparat ta’ tnixxif għandhom jittieħdu mill-qari tas-sit u jiġu kkonvertiti f’MJ billi l-volum/massa tal-fjuwil ikkonsmat tul il-perjodu tal-produzzjoni definit (f’kg, f’t, f’L jew f’Nm3) tiġi multiplikata b’valur kalorifiku speċifiku jew ġeneriku għall-istess fjuwil (eż. f’MJ/kg, f’MJ/t, f’MJ/L jew f’MJ/Nm3).
Meta l-fjuwil użat biex jiġġenera s-sħana għall-operazzjonijiet tat-tnixxif jiġi fornut ġo sistema tal-koġenerazzjoni, l-elettriku ġġenerat mis-sistema tul il-perjodu tal-produzzjoni definit (imkejjel f’kWh u msarraf f’MJ) jenħtieġ jitnaqqas mill-qari tal-konsum totali tal-konsum tal-fjuwil tal-apparat tat-tnixxif.
4.2. Emissjonijiet tas-CO2
L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 assoċjati mal-kombustjoni tal-fjuwil u mal-emissjonijiet tal-proċessi mid-dekarbonizzazzjoni tal-materja prima tul il-proċessi tat-tnixxif u tal-kombustjoni ma għandhomx jaqbżu l-limiti obbligatorji rilevanti definiti hawn taħt.
|
Produzzjoni tat-trab imnixxef b’atomizzazzjoni |
Apparat tat-tnixxif u forn (*) |
||
Limitu obbligatorju |
Limitu ta’ eċċellenza ambjentali |
Limitu obbligatorju |
Limitu ta’ eċċellenza ambjentali |
|
Madum taċ-ċeramika: prodott individwali (***) |
84 kgCO2/t trab (*) |
54 kgCO2/t trab (*) |
280 kgCO2/t |
230 kgCO2/t |
Madum taċ-ċeramika: familja ta’ prodotti (****) |
360 kgCO2/t |
290 kgCO2/t |
||
Ċangaturi tat-tafal moħmi |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
192 kgCO2/t |
129 kgCO2/t |
Barra minn hekk, għandhom jingħataw sa 25 punt b’mod proporzjonat għal kemm l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 jitnaqqsu għal-limitu rilevanti ta’ eċċellenza ambjentali indikati fit-tabella ta’ hawn fuq (eż. għaċ-ċangaturi tat-tafal moħmi: minn 0 punti għal 192 kgCO2/t, sa 25 punt għal 129 kgCO2/t).
Għall-prodotti tal-madum taċ-ċeramika fejn jintuża t-trab imnixxef b’atomizzazzjoni (jew prodott fuq il-post jew barra l-post), għandhom jiġu kkalkulati żewġ punteġġi skont il-paragrafu preċedenti, wieħed għat-trab imnixxef b’atomizzazzjoni (SDP) u wieħed għall-forn u l-apparat tat-tnixxif (KWD) tal-madum taċ-ċeramika. Imbagħad iż-żewġ punteġġi għandhom jissarrfu f’punteġġ wieħed kif ġej:
CO2score = 0,35(SDP) + 0,65(KWD)
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit obbligatorju ta’ dan il-kriterju, appoġġjata minn dikjarazzjoni tal-emissjoni tas-CO2 speċifika kkalkolata f’konformità mal-metodoloġija rilevanti li ġejja deskritta hawn taħt.
Għall-prodotti minn installazzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) , il-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi għal kull tunnellata ta’ prodott għandu jkun ibbażat fuq il-livell tal-emissjonijiet u l-livelli tal-attività skont il-pjan tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ stabbilit skont l-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 (24) dwar ir-regoli ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas.
Għall-prodotti minn installazzjonijiet li mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, ir-riżultati għandhom jiġu ddikjarati f’konformità mal-metodoloġija tal-kalkolu rilevanti definita fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (25).
Għall-prodotti taċ-ċeramika li jużaw trab imnixxef b’atomizzazzjoni prodott f’installazzjoni separata bħala materja prima, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mill-produttur tat-trab imnixxef b’atomizzazzjoni li tiddikjara l-valur tal-emissjonijiet speċifiċi medji annwali tas-CO2, f’konformità ma’ wieħed miż-żewġ metodi tal-kalkolu deskritti hawn fuq għall-aktar sena tar-rapportar riċenti.
Fil-każijiet kollha, il-valur speċifiku tal-emissjonijiet tas-CO2 għandu jiġi stmat fil-livell tal-prodott(i) bl-Ekotikketta tal-UE kopert(i) mil-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Il-valuri rilevanti tal-konsum tal-fjuwil ikkalkulati għall-kriterju 4.1, l-intensitajiet tal-karbonju tal-fjuwil(s) użat(i) u l-kontenut medju ta’ karbonat tal-materja prima għandhom jintużaw bħala l-bażi għall-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2.
4.3. Konsum tal-ilma tal-proċessi
Il-faċilità li tipproduċi l-prodott taċ-ċeramika jew tat-tafal moħmi għandu:
— |
Ikollha sistema tar-riċiklaġġ tal-ilma mormi f’ċirkwit magħluq għall-ilma mormi tal-proċess li tiffaċilita skariku żero ta’ likwidu; jew |
— |
Tkun kapaċi turi li l-konsum speċifiku tal-ilma ħelu jkun anqas jew daqs il-limiti tal-konsum definiti fit-tabella hawn taħt.
|
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit obbligatorju, fejn jiddikjara b’liema mezzi jikkonforma.
Meta tiġi implimentata sistema ta’ skariku żero ta’ likwidu għar-riċiklaġġ tal-ilma mormi tal-proċess, dawn għandhom jipprovdu deskrizzjoni qasira tas-sistema u l-parametri operazzjonali ewlenin tagħha.
Meta ma tkunx implimentata sistema bħal din, id-data dwar il-konsum totali tal-ilma tal-proċess (f’L jew f’m3) u d-data totali tal-produzzjoni taċ-ċeramika jew tat-tafal moħmi (f’kg jew f’m2) għandhom jiġu pprovduti għall-aktar sena kalendarja riċenti jew għal perjodu kontinwu ta’ 12-il xahar qabel id-data tal-għoti tal-Ekotikketta tal-UE.
Jekk ma tkunx tista’ tingħata data speċifika għal linja tal-produzzjoni jew għal prodott, l-applikant għandu jirreferi għad-data tal-impjant kollu.
Il-konsum tal-ilma minħabba l-kmamar tal-banju, il-canteens u attivitajiet oħra li mhumiex direttament rilevanti għall-proċess tal-produzzjoni jenħtieġ li jitkejjel separatament u ma jkunx inkluż fil-kalkolu.
4.4. Emissjonijiet ta’ trab, tal-HF, tal-NOx u tal-SOx fl-arja
Il-miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab minn operazzjonijiet tat-trab “kiesaħ” fis-sit tal-produzzjoni tal-madum taċ-ċeramika għandhom ikopru tal-anqas il-wasla, it-taħlit u t-tħin tal-materja prima u t-tiswir u l-ħġieġ/dekorazzjoni tal-madum.
L-emissjonijiet speċifiċi ta’ trab, tal-HF, tal-NOx u tal-SOx fl-arja assoċjati mal-produzzjoni ta’ prodotti taċ-ċeramika jew tat-tafal moħmi ma għandhomx jaqbżu l-limiti obbligatorji rilevanti definiti fit-tabella ta’ hawn taħt.
Parametru tal-emissjonijiet |
Limitu obbligatorju |
Limitu ta’ eċċellenza ambjentali |
Metodu tal-ittestjar |
Punti disponibbli |
Trab (apparat tat-tnixxif b’atomizzazzjoni) (*) |
90 mg/kg |
mhux applikabbli |
EN 13284 |
mhux applikabbli |
Trab (forn) |
50 mg/kg |
10 mg/kg |
EN 13284 |
Sa 10 |
HF (forn) |
20 mg/kg |
6 mg/kg |
ISO 15713 |
Sa 10 |
NOx bħala NO2 (forn) |
250 mg/kg |
170 mg/kg |
EN 14792 |
Sa 10 |
SOx bħala SO2 (forn) |
1300 mg/kg |
750 mg/kg |
EN 14791 |
Sa 10 |
Barra minn hekk, għandhom jingħataw sa 40 punt b’mod proporzjonat għal kemm l-emissjonijiet speċifiċi attwali ta’ trab, tal-HF, tal-NOx u tal-SOx jitnaqqsu għal-limiti rilevanti ta’ eċċellenza ambjentali indikati fit-tabella ta’ hawn fuq (eż. għall-emissjonijiet tal-HF: minn 0 punti għal 20 mg/kg, sa 10 punt għal ≤ 6 mg/kg).
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti obbligatorji ta’ dan il-kriterju, appoġġjata bi (i) deskrizzjoni tal-miżuri fis-seħħ biex inaqqsu l-emissjonijiet tat-trab minn operazzjonijiet bit-trab “kiesaħ” u (ii) data dwar is-sit f’mg/Nm3 u espressa bħala valur medju annwali kkalkolat mill-valuri medji ta’ kuljum. Id-data għandha tkun ġiet iġġenerata b’monitoraġġ kontinwu jew perjodiku skont l-istandards EN jew ISO rilevanti. F’każijiet ta’ monitoraġġ perjodiku, għandhom jittieħdu tal-anqas tliet kampjuni waqt tħaddim stabbli tal-apparat tat-tnixxif b’atomizzazzjoni jew tal-forn għal perjodi tal-produzzjoni tal-prodott(i) bl-Ekotikketta tal-UE.
Meta d-data tal-produzzjoni tkun disponibbli f’m2 biss iżda jeħtieġ li tiġi rrapportata f’kg, il-valur jenħtieġ jissarraf permezz ta’ fattur fiss ta’ densità tal-massa (f’kg/m2) għall-prodott jew għall-familja ta’ prodotti.
Id-data għal familja sħiħa ta’ prodotti jenħtieġ tkun rappreżentattiva għal kwalunkwe linja/i tal-produzzjoni għal 12-il xahar qabel id-data tal-għoti tal-Ekotikketta tal-UE. Id-data għal prodotti individwali speċifiċi jenħtieġ tkun rappreżentattiva għal kundizzjonijiet stabbli tul il-perijod(i) tal-produzzjoni attwali.
Biex ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-gass tal-egżost jissarrfu minn mg/Nm3 (b’kontenut ta’ 18 % O2) f’mg/kg ta’ madum taċ-ċeramika jew tat-tafal moħmi, dan jeħtieġ jiġi mmultiplikat bil-volum speċifiku tal-fluss tal-gass (Nm3/kg tal-prodott). Nm3 wieħed jirreferi għal m3 ta’ gass niexef f’kundizzjonijiet standard ta’ 273K u 101,3 kPa.
Jekk ma tkunx tista’ tingħata data speċifika għal linja tal-produzzjoni jew għal prodott, l-applikant għandu jirreferi għad-data tal-impjant kollu u jalloka emissjonijiet għall-produzzjoni tal-Ekotikketta tal-UE abbażi tal-massa.
4.5. Immaniġġjar tal-ilma mormi
Ilma mormi tal-proċess mill-produzzjoni ta’ prodotti taċ-ċeramika jew tat-tafal moħmi għandu jiġi ttrattat skont waħda minn dawn l-alternattivi li ġejjin:
— |
Alternattiva 1: jiġu ttrattati fuq il-post biex jitneħħew solidi sospiżi, bl-ilma mormi ttrattat li jitreġġa’ lura għall-proċess tal-produzzjoni bħala parti minn sistema ta’ skariku żero ta’ likwidu; jew |
— |
Alternattiva 2: jiġu ttrattati fuq il-post biex jitneħħew solidi sospiżi (jew ma jiġux ittrattati affattu) qabel ma jintbagħtu għat-trattament tal-ilma mormi f’impjanti ta’ trattament imħaddma minn parti terza; jew |
— |
Alternattiva 3: jiġu ttrattati fuq il-post biex jitneħħew is-solidi sospiżi qabel ma l-ilma mormi jiġi skarikat fil-passaġġi tal-ilma lokali. |
Meta jkunu japplikaw l-alternattivi 2 jew 3, l-applikant jew l-operatur terz ta’ impjant tat-trattament tal-ilma mormi, skont kif ikun xieraq, jeħtieġlu juri konformità mal-limiti li ġejjin għall-effluwent finali ttrattat li jiġi skarikat fil-mogħdijiet tal-ilma lokali.
Parametru |
Limitu |
Metodi tal-ittestjar |
Solidi sospiżi |
40 mg/l |
ISO 5667-17 |
Kadmju |
0,015 mg/l |
ISO 8288 |
Ċomb |
0,15 mg/l |
ISO 8288 |
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità, li tispeċifika liema alternattiva tapplika għas-sit tal-produzzjoni.
Meta tiġi implimentata sistema ta’ skariku żero ta’ likwidu għar-riċiklaġġ tal-ilma mormi tal-proċess, dawn għandhom jipprovdu deskrizzjoni qasira tas-sistema u l-parametri operazzjonali ewlenin tagħha.
Meta l-ilma mormi ttrattat jew mhux ittrattat jintbagħat f’impjant ta’ trattament imħaddem minn parti terza, l-operatur tal-impjant għandu jiddikjara l-konċentrazzjonijiet medji ta’ solidi sospiżi, ta’ kadmju u ta’ ċomb fl-effluwent finali ttrattat u jipprovdi rapporti tat-testijiet ibbażati fuq analiżi ta’ kull ġimgħa tal-ilma mormi skarikat skont il-metodi tal-ittestjar standard definiti hawn fuq jew metodi tal-laboratorju intern ekwivalenti. Jista’ jkun permess ittestjar anqas frekwenti meta l-permess tal-operat jippermetti.
Meta l-ilma mormi tal-proċess jiġi ttrattat fuq il-post u l-effluwent jiġi skarikat fil-passaġġ tal-ilma lokali, l-applikant għandu jiddikjara l-konċentrazzjonijiet medji ta’ solidi sospiżi, ta’ kadmju u ta’ ċomb fl-effluwent finali ttrattat u jipprovdi rapporti tat-testijiet ibbażati fuq analiżi ta’ kull ġimgħa tal-ilma mormi skarikat skont il-metodi tal-ittestjar standard definiti hawn fuq jew metodi tal-laboratorju intern ekwivalenti. Jista’ jkun permess ittestjar anqas frekwenti meta l-permess tal-operat jippermetti.
4.6. Użu mill-ġdid tal-iskart tal-proċessi
L-applikant għandu jlesti inventarju tal-produzzjoni tal-iskart tal-proċess għall-proċess tal-produzzjoni taċ-ċeramika jew tat-tafal moħmi. L-inventarju għandu jagħti dettalji dwar it-tip u l-kwantità tal-iskart tal-proċess (26) manifatturat.
L-inventarju tal-iskart tal-proċess għandu jkopri tal-anqas perjodu ta’ 12-il xahar qabel id-data tal-għoti tal-Ekotikketta tal-UE u, matul dak l-istess perjodu, l-output totali tal-prodott għandu jkun stmat kemm f’termini ta’ massa (kg jew tunnellati) kif ukoll f’termini ta’ erja tas-superfiċje (m2).
Tal-anqas 90 % skont il-massa tal-iskart tal-proċess iġġenerat mill-manifattura tal-prodotti taċ-ċeramika jew tal-tafal moħmi għandu jiġi inkorporat mill-ġdid fil-proċess tal-produzzjoni fuq il-post, jiġi inkorporat mill-ġdid fil-proċessi tal-produzzjoni taċ-ċeramika jew tat-tafal moħmi jew jerġa’ jintuża fi proċessi oħra tal-produzzjoni.
Barra minn hekk, għandhom jingħataw sa 10 punti b’mod proporzjonat għal kemm ir-rati ta’ użu mill-ġdid tal-iskart tal-proċess jiżdiedu lejn il-limitu ta’ eċċellenza ambjentali ta’ 100 % użu mill-ġdid (minn 0 punti għall-użu mill-ġdid ta’ 90 % tal-iskart tal-proċess, sa 10 punti għall-użu mill-ġdid ta’ 100 % tal-iskart tal-proċess).
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti obbligatorji ta’ dan il-kriterju, bl-appoġġ ta’ inventarju tal-iskart għall-impjant tal-produzzjoni taċ-ċeramika jew tat-tafal moħmi għal perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar qabel id-data tal-għoti tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE u kalkolu tat-total tar-ruttam u l-ħama tal-proċess tal-produzzjoni (f’kg jew t). L-applikant għandu jieħu impenn li jżomm dan l-inventarju aġġornat tul il-perjodu tal-validità tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE.
Id-dettalji dwar id-destinazzjoni ta’ dan l-iskart tal-proċess għandhom jiġu pprovduti wkoll bi kjarifiki dwar jekk hux użu mill-ġdid intern, użu mill-ġdid estern fi proċess ieħor jew jekk jintbagħatx f’miżbla. Għal kwalunkwe użu mill-ġdid estern jew rimi f’miżbla, għandhom jiġu ppreżentati n-noti tal-vjeġġ.
Jekk ma tkunx tista’ tingħata data speċifika għal linja tal-produzzjoni jew għal prodott, l-applikant għandu jirreferi għad-data tal-impjant kollu.
4.7. Ħġieġ u linka
Meta l-prodotti tal-madum taċ-ċeramika jew tat-tafal moħmi jiġu gglejżjati jew jiżżejnu, il-formulazzjoni tal-glejż jew il-linka għandu jkun fiha anqas minn 0,10 % wt. ta’ Pb u inqas minn 0,10 % wt. ta’ Cd.
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit obbligatorju ta’ dan il-kriterju, appoġġjata bid-dikjarazzjoni rilevanti jew bi skeda tad-data tas-sikurezza mill-fornitur tal-ħġieġ jew tal-linka.
5. KRITERJI GĦALL-PRODOTTI TAL-KONKRIT PREFONDUT JEW TAL-MATERJAL TAL-ART IKKUMPRESSAT, IBBAŻATI FUQ LEGANTI IDRAWLIĊI JEW SIMENT ALTERNATTIV
Sistema tal-għoti tal-punteġġ
L-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata kemm għal-legant idrawliku intermedju jew għall-prodott tas-siment alternattiv imqiegħed fis-suq kif ukoll għall-prodotti finali tal-kisi iebes magħmula bit-taħlit ta’ leganti jew siment bħal dawn mal-aggregati u mal-ilma, segwiti minn aktar ipproċessar u twebbis.
Meta l-applikant ma jkunx il-produttur tal-legant idrawliku intermedju jew tal-prodott tas-siment alternattiv u l-legant jew il-prodott tas-siment ma jkunx ingħata l-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jiddikjara l-legant(i) jew is-siment użati biex jipproduċi l-prodott(i) tal-kisi iebes bl-Ekotikketta tal-UE, appoġġjat b’fatturi tat-twassil datati sa sena qabel id-data tal-applikazzjoni.
F’dak il-każ, l-applikant għandu jipprovdi d-dikjarazzjonijiet rilevanti kollha mill-produttur tal-legant idrawliku jew tas-siment alternattiv li juru l-konformità mar-rekwiżiti kollha relatati tal-Ekotikketta tal-UE u kull rekwiżit fakultattiv rilevanti ieħor li jista’ jwassal għal għoti ta’ punti.
Is-sistema tal-għoti tal-punteġġ għal kull każ u n-numru minimu ta’ punti meħtieġa huma ppreżentati fit-tabella ta’ hawn taħt.
|
Legant idrawliku |
Siment alternattiv |
Prodotti tal-kisi iebes ibbażati fuq is-siment |
Prodotti tal-kisi iebes ibbażati fuq il-ġir |
||
|
0, 3 jew 5 punti |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
||
|
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
0, 3 jew 5 punti |
0, 3 jew 5 punti |
||
|
Sa 15-il punt |
Sa 15-il punt |
Sa 15-il punt |
mhux applikabbli |
||
|
Sa 20 punt |
Sa 20 punt |
Sa 20 punt |
Sa 20 punt |
||
|
Sa 15-il punt |
mhux applikabbli jew Sa 15-il punt |
Sa 15-il punt |
Sa 15-il punt |
||
|
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
Sa 25 punt |
Sa 25 punt |
||
|
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
Sa 20 punt |
Sa 20 punt |
||
|
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
Sa 10 punt |
Sa 15-il punt |
||
Punti massimi totali disponibbli |
55 |
35 jew 50 |
110 |
100 |
||
Punti minimi meħtieġa għall-Ekotikketta tal-UE |
27,5 |
17,5 jew 25 |
55 |
50 |
5.1. Fattur tal-klinker
Dan il-kriterju ma japplikax għal leganti idrawliċi bbażati fuq il-ġir.
Għal-leganti idrawliċi tas-siment:
Fattur tal-klinker jew tal-anqas in-notazzjoni rilevanti ta’ EN 197-1 (li tista’ tintuża bħala indikatur għall-fattur tal-klinker skont it-tabella ta’ hawn taħt) għandhom jiġu rrapportati mill-applikant jew mill-fornitur tal-legant idrawliku tas-siment.
Notazzjoni ta’ EN 197-1 |
Fattur tal-klinker preżunt |
Notazzjoni ta’ EN 197-1 |
Fattur tal-klinker preżunt |
CEM I |
0,96 |
CEM II/A-L |
0,83 |
CEM II/A-S |
0,83 |
CEM II/B-L |
0,68 |
CEM II/B-S |
0,68 |
CEM II/A-LL |
0,83 |
CEM II/A-D |
0,88 |
CEM II/B-LL |
0,68 |
CEM II/A-P |
0,83 |
CEM II/A-M |
0,80 |
CEM II/B-P |
0,68 |
CEM II/B-M |
0,68 |
CEM II/A-Q |
0,83 |
CEM III/A |
0,47 |
CEM II/B-Q |
0,68 |
CEM III/B |
0,25 |
CEM II/A-V |
0,83 |
CEM III/C |
0,09 |
CEM II/B-V |
0,68 |
CEM IV/A |
0,73 |
CEM II/A-W |
0,83 |
CEM IV/B |
0,52 |
CEM II/B-W |
0,68 |
CEM V/A |
0,72 |
CEM II/A-T |
0,83 |
CEM V/B |
0,57 |
CEM II/B-T |
0,68 |
|
|
Jistgħu jingħataw sa 15-il punt lill-applikanti b’mod proporzjonat għal kemm il-fattur tal-klinker tal-legant idrawliku tas-siment jitnaqqas għal-limitu ta’ eċċellenza ambjentali ta’ 0,60 (minn 0 punti għal fattur tal-klinker ta’ ≥ 0,90, sa 15-il punt għall-fattur tal-klinker ≤ 0,60).
Għas-simenti alternattivi:
Jistgħu jingħataw sa 15-il punt lill-applikanti b’mod proporzjonat għal kemm il-fattur tal-klinker tas-siment jitnaqqas għal-limitu ta’ eċċellenza ambjentali ta’ 0,00 (minn 0 punti għal fattur tal-klinker ta’ 0,30, sa 15-il punt għall-fattur tal-klinker ta’ 0,00).
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-fattur speċifiku tal-klinker għal-legant idrawliku jew in-notazzjoni rilevanti għal-legant skont it-Tabella 1 ta’ EN 197-1, għal-legant(i) idrawliċi fornuti.
Meta jintuża aktar minn legant idrawliku jew siment alternattiv wieħed fil-prodott tal-kisi iebes (eż. fi prodotti tal-madum terrazzo b’żewġ saffi), l-applikant għandu jikkalkula l-punti li jkunu japplikaw għal kull legant idrawliku jew siment alternattiv bħallikieku kien l-uniku wieħed użat, imbagħad jkkalkola total ta’ punti medji ponderati abbażi taż-żieda relattiva ta’ kull legant idrawliku jew siment alternattiv għall-prodott.
5.2. Emissjonijiet tas-CO2
L-emissjonijiet tas-CO2 assoċjati mal-produzzjoni ta’ klinker tas-siment ta’ Portland, ta’ ġir jew ta’ siment alternattiv ma għandhomx jaqbżu l-limiti obbligatorji rilevanti ddefiniti fit-tabella ta’ hawn taħt, meta kkalkolati bl-użu tal-metodu tal-kalkolu rilevanti, iddefinit ukoll fit-tabella ta’ hawn taħt.
Tip ta’ prodott |
Limitu obbligatorju |
Limitu ta’ eċċellenza ambjentali |
Metodu tal-kalkolu tas-CO2 |
Klinker tas-siment griż ta’ Portland |
816-il kgCO2/t klinker |
751-il kgCO2/t klinker |
Skont ir-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew ir-Regolament (UE) Nru 601/2012, kif xieraq |
Ġir |
1028 kgCO2/t ġir idrawliku |
775 kg/CO2/t ġir idrawliku |
|
Klinker tas-siment abjad ta’ Portland |
1063-il kgCO2/t klinker |
835-il kgCO2/t klinker |
|
Siment alternattiv |
571 kgCO2/t siment |
526 kgCO2/t siment |
Impronta tal-karbonju ta’ ISO 14067 għall-istadji A1-A3 taċ-ċiklu ta’ ħajja |
Barra minn hekk, għandhom jingħataw sa 20 punt b’mod proporzjonat għal kemm l-emissjonijiet tas-CO2 jitnaqqsu għal-limitu rilevanti ta’ eċċellenza ambjentali indikati fit-tabella ta’ hawn fuq (eż. għall-klinker tas-siment griż ta’ Portland: minn 0 punti għal 816-il kgCO2/t klinker, sa 20 punt għal 751 kgCO2/t klinker).
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit obbligatorju ta’ dan il-kriterju, appoġġjata minn dikjarazzjoni tal-emissjoni speċifika tas-CO2 ikkalkolata f’konformità mal-metodoloġija rilevanti definita fit-tabella ta’ hawn fuq.
Għall-prodotti minn installazzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, il-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi għal kull tunnellata ta’ prodott għandu jkun ibbażat fuq il-livell tal-emissjonijiet u l-livelli tal-attività skont il-pjan tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ stabbilit skont l-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 dwar ir-regoli ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas.
Għall-prodotti minn installazzjonijiet li mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, ir-riżultati għandhom jiġu ddikjarati f’konformità mal-metodoloġija tal-kalkolu rilevanti definita fir-Regolament (UE) Nru 601/2012.
Fil-każijiet kollha, il-valur speċifiku tal-emissjonijiet tas-CO2 għandu jiġi stmat fil-livell tal-prodott(i) bl-Ekotikketta tal-UE kopert(i) mil-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Meta l-installazzjonijiet jipproduċu aktar minn tip wieħed ta’ prodott, id-data għandha tkun ibbażata fuq il-linji tal-produzzjoni u l-proċessi attwali użati għall-manifattura tal-prodott li għandu jiġi liċenzjat sa fejn ikun prattiku. F’każijiet ta’ emissjonijiet minħabba proċessi komuni għal diversi prodotti fl-istess installazzjoni, l-emissjonijiet għandhom jiġu allokati fuq bażi ta’ massa.
Meta jintuża siment alternattiv, l-applikant għandu jipprovdi kopja tal-analiżi tal-impronta tal-karbonju, li jridu jkunu konformi ma’ ISO 14067 u jkunu ġew verifikati minn parti terza akkreditata. L-analiżi tal-impronta trid tkopri l-produzzjoni tal-materja prima ewlenija kollha użata u tal-attivaturi kimiċi kollha għall-istadji A1-A3 taċ-ċiklu tal-ħajja. Fin-nuqqas ta’ data speċifika mill-fornituri tal-materjali, jenħtieġ jintużaw il-fatturi ġeneriċi tal-emissjonijiet minn bażi tad-data tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja.
Meta jintuża aktar minn legant idrawliku jew siment alternattiv wieħed fil-prodott tal-kisi iebes (eż. madum terrazzo b’żewġ saffi), l-applikant għandu jikkalkula l-punti li jkunu japplikaw għal kull legant idrawliku jew siment alternattiv bħallikieku kien l-uniku wieħed użat, imbagħad jkkalkola total ta’ punti medji ponderati abbażi taż-żieda relattiva ta’ kull legant idrawliku jew alternattiva għall-prodott.
5.3. Emissjonijiet ta’ trab, tal-NOx u tal-SOx fl-arja
Dan il-kriterju japplika għal leganti idrawliċi, iżda mhux għal simenti alternattivi jek il-kontenut tal-klinker tagħhom ikun ≤ 30 % w/w.
L-emissjonijiet speċifiċi ta’ trab, tal-NOx u tal-SOx fl-arja mill-forn tas-siment jew mill-forn tal-ġir ma għandhomx jaqbżu l-limiti obbligatorji rilevanti definiti fit-tabella ta’ hawn taħt:
Parametru |
Limitu obbligatorju tal-emissjonijiet speċifiċi |
Limitu ta’ eċċellenza ambjentali |
Metodu tal-ittestjar |
Punti disponibbli |
Trab |
≤ 34,5 g/t klinker jew ġir idrawliku |
≤ 11,5 g/t klinker jew ġir idrawliku |
EN 13284 |
Sa 5 |
NOx (bħala NO2) |
≤ 1472 g/t klinker jew ġir idrawliku |
≤ 920 g/t klinker jew ġir idrawliku |
EN 14791 |
Sa 5 |
SOx (bħala SO2) |
≤ 460 g/t klinker jew ġir idrawliku |
≤ 115 g/t klinker jew ġir idrawliku |
EN 14792 |
Sa 5 |
Barra minn hekk, jistgħu jingħataw sa 15-il punt b’mod proporzjonat għal kemm l-emissjonijiet speċifiċi attwali (espressi bħala g/t klinker jew g/t ġir idrawliku) ta’ trab, ta’ NOx u ta’ SOx jitnaqqsu lejn il-limiti rilevanti għall-eċċellenza ambjentali indikati fit-tabella aktar ’il fuq (eż. 0 punti għal 34,5 g/t emissjonijiet ta’ trab tal-klinker, 5 punti għal 11,5 g/t emissjonijiet ta’ trab tal-klinker).
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti obbligatorji ta’ dan il-kriterju, sostnuta minn data dwar is-sit għal emissjonijiet mill-forn tas-siment jew mill-forn tal-ġir, f’mg/Nm3 u espressa bħala valur medju annwali kkalkolat mill-valuri medji ta’ kuljum. Id-data dwar is-sit għandha tkun ġiet iġġenerata permezz ta’ monitoraġġ kontinwu skont l-istandards EN jew ISO rilevanti.
Biex ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-gass tal-egżost jiġu kkonvertiti minn mg/Nm3 (b’kontenut ta’ 10 % O2) f’g/t tal-klinker, jeħtieġ li ssir moltiplikazzjoni bil-volum speċifiku tal-fluss tal-gass tal-forn (Nm3/t klinker). Il-volumi speċifiċi tal-fluss tal-gass għal fran tas-siment tipikament ivarjaw minn 1700 sa 2500 Nm3/t klinker. Il-produttur tas-siment jeħtieġ jiddikjara b’mod ċar ir-rata speċifika tal-fluss tal-arja fil-kalkoli tal-emissjonijiet ta’ trab, tal-NOx u tal-SOx. Nm3 wieħed jirreferi għal m3 ta’ gass niexef f’kundizzjonijiet standard ta’ 273K u 101,3 kPa.
Biex ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-gass tal-egżost jiġu kkonvertiti minn mg/Nm3 (b’kontenut ta’ 11 % O2) f’g/t tal-ġir, jeħtieġ issir multiplikazzjoni bil-volum speċifiku tal-fluss tal-gass tal-forn (Nm3/t ġir). Il-volumi speċifiċi tal-fluss tal-gass għal fran tal-ġir ġeneralment jistgħu jvarjaw minn 3000 sa 5000 Nm3/t ġir, skont it-tip ta’ forn użat. Il-produttur tal-ġir jeħtieġ jiddikjara b’mod ċar ir-rata speċifika tal-fluss tal-arja fil-kalkoli tal-emissjonijiet ta’ trab, tal-NOx u tal-SOx. Nm3 wieħed jirreferi għal m3 ta’ gass niexef f’kundizzjonijiet standard ta’ 273K u 101,3 kPa.
Għal kampanji kontinwi ta’ produzzjoni, jenħtieġ li d-data tkun rappreżentattiva għal perjodu ta’ 12-il xahar qabel id-data tal-għoti tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Għal kampanji iqsar tal-produzzjoni, il-perjodu/i tal-produzzjoni attwali għandu/għandhom jiġu ddikjarati u d-data tas-sit jenħtieġ tirrappreżenta tal-anqas 80 % tal-kampanja tal-produzzjoni.
Jekk ma tkunx tista’ tingħata data speċifika għal linja tal-produzzjoni jew għal prodott, l-applikant għandu jirreferi għad-data tal-impjant kollu.
Meta jintuża aktar minn legant idrawliku wieħed fil-produzzjoni ta’ prodotti tal-kisi iebes iċċertifikati bl-Ekotikketta tal-UE (eż. madum terrazzo b’żewġ saffi), l-applikant għandu jikkalkula l-punti li jkunu japplikaw għal kull legant idrawliku bħallikieku kien l-uniku wieħed użat, imbagħad jikkalkula total medju ponderat tal-punti abbażi tal-użu relattiv ta’ kull legant idrawliku fil-linja ta’ produzzjoni tal-prodott tal-kisi iebes bl-Ekotikketta tal-UE.
5.4. Irkupru u forniment responsabbli tal-materja prima
L-applikant għandu jivvaluta u jiddokumenta d-disponibbiltà reġjonali ta’ materjal verġni, ta’ materjal riċiklat minn skart prodott minn proċessi ta’ produzzjoni differenti u ta’ materjal sekondarju minn prodotti sekondarji ta’ proċessi ta’ produzzjoni differenti. Għandhom jiġu dikjarati d-distanzi bejn wieħed u ieħor tat-trasport tas-sorsi tal-materjal iddokumentati.
L-applikant għandu jkollu fis-seħħ proċeduri għal kull lott tal-konkrit li jiġi ritornat jew rifjutat meta l-materjal kollu li jkun ġie ritornat/rifjutat ikun:
— |
Riċiklat direttament f’lottijiet ġodda tal-konkrit li jkunu fonduti qabel it-twebbis tal-konkrit ritornat/rifjutat; jew |
— |
Riċiklat bħala aggregat f’lottijiet ġodda wara t-twebbis tal-konkrit ritornat/rifjutat; jew |
— |
Riċiklat lil hinn miż-żona qabel jew wara t-twebbis bħala parti minn arranġament kuntrattwali ma’ parti terza. |
Barra minn hekk, jistgħu jingħataw total ta’ 25 punt fir-rigward tal-forniment tal-materja prima kif ġej:
|
Prodotti bbażati fuq is-siment |
Prodotti bbażati fuq il-ġir jew alternattivi bbażati fuq is-siment |
Kontenut ta’ materjal riċiklat jew sekondarju sa 30 % |
Sa 20 punt |
Sa 25 punt |
Kontenut aggregat verġni miksub b’mod responsabbli sa 100 % |
Sa 5 punti |
Sa 5 punti |
Siment fornut b’mod responsabbli |
5 punti |
mhux applikabbli |
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti obbligatorji ta’ dan il-kriterju, appoġġjata bid-dokumentazzjoni li tiddikjara d-distanzi tat-trasport tal-materjali verġni, riċiklati u sekondarji miksuba potenzjali. Inkella, il-konformità mal-aspetti obbligatorji ta’ dan il-kriterju tista’ tintwera b’ċertifikat tal-fidda, tad-deheb jew tal-platinu mogħti mill-Kunsill għas-Sostenibbiltà tal-Konkrit (CSC) lill-produttur tal-konkrit f’konformità mal-verżjoni 2.0 tal-manwal tekniku tas-CSC.
Materjali riċiklati jew sekondarji għandhom jingħaddu biss bħala li jikkontribwixxu għall-kontenut ta’ materjal riċiklat/sekondarju jekk jinkisbu minn sorsi li jkunu ≤ 2,5 darba ’l bogħod mis-sit tal-produzzjoni tal-konkrit prefondut mill-materjali verġni ewlenin użati (eż. aggregati u materjali tas-siment supplimentari ħorox u fini). L-inkorporazzjoni tat-trab u tar-rifjuti tal-prodotti tal-konkrit prefondut fi prodott ġdid ma għandhiex titqies bħala kontenut riċiklat jekk dan ikun se jerġa’ jidħol fl-istess proċess li jkun iġġenerah.
Il-materjali miksuba b’mod responsabbli jkunu ċertifikati bħala tali mill-Kunsill għas-Sostenibbiltà tal-Konkrit jew skema ta’ ċertifikazzjoni ekwivalenti għal parti terza.
Għandha tiġi ppreżentata karta bilanċjali kull xahar tal-materjali riċiklati/sekondarji u tal-materjali miġjuba b’mod responsabbli abbażi tat-12-il xahar tal-produzzjoni ta’ qabel id-data tal-għoti tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. L-applikant għandu jieħu impenn li jżomm dan l-inventarju aġġornat tul il-perjodu tal-validità tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Il-karta bilanċjali għandha tipprovdi l-kwantitajiet tal-materjali deħlin riċiklati/sekondarji u miġjuba b’mod responsabbli (ġustifikati bin-noti tat-twassil u bil-fatturi) u materjali riċiklati/sekondarji ħerġin u materjali miġjuba b’mod responsabbli fil-produzzjoni tal-konkrit prefondut mibjugħa jew lesti għall-bejgħ kollha bid-dikjarazzjonijiet tal-kontenut tal-materjal riċiklat/sekondarju jew miġjub b’mod responsabbli (ġustifikati bi kwantitajiet tal-prodotti u bid-dikjarazzjonijiet ta’ %).
Minħabba n-natura tal-lott tal-proċess tal-produzzjoni tal-konkrit prefondut, dikjarazzjonijiet dwar il-kontenut tal-materjal riċiklat/sekondarju u dikjarazzjonijiet dwar l-użu ta’ legant idrawliku, siment alternattiv jew aggregati miġjubin b’mod responsabbli għandhom ikunu bbażati fuq kompożizzjonijiet ta’ taħlit użati fil-livell tal-lott. L-allokazzjoni ta’ materjali riċiklati/sekondarji/miġjubin b’mod responsabbli ma għandhiex tkun permessa.
Meta d-data tal-produzzjoni tkun disponibbli f’m3 biss iżda jeħtieġ li tiġi rrapportata f’kg, jew viċi versa, il-valur jenħtieġ jissarraf permezz ta’ fattur fiss ta’ densità tal-massa għall-materjal rilevanti.
5.5. Konsum tal-enerġija
L-applikant għandu jkun stabbilixxa programm biex jimmonitorja, jirreġistra u jnaqqas b’mod sistematiku l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fl-impjant tal-konkrit prefondut għal livelli ottimali. L-applikant għandu jirrapporta l-konsum tal-enerġija bħala funzjoni tas-sors tal-enerġija (eż. elettriku u diżil) u l-iskop (eż. l-użu ta’ binjiet fuq il-post, id-dawl, it-tħaddim tat-tagħmir tat-tqattigħ, il-pompi u t-tħaddim ta’ vetturi). L-applikant għandu jirrapporta dwar il-konsum tal-enerġija għas-sit kemm fuq bażi assoluta (f’unitajiet ta’ kWh jew ta’ MJ) kif ukoll abbażi ta’ produzzjoni speċifika (f’unitajiet ta’ kWh jew ta’ MJ għal kull m3, m2 jew t ta’ materjal mibjugħ/prodott u lest għall-bejgħ) għal sena kalendarja partikolari.
Pjan biex jitnaqqsu l-konsum speċifiku tal-enerġija u l-emissjonijiet tas-CO2 għandu jiddeskrivi l-miżuri li diġà ttieħdu jew li huma ppjanati li jittieħdu (eż. użu aktar effiċjenti ta’ tagħmir eżistenti, investiment f’tagħmir aktar effiċjenti, trasport u loġistika mtejba eċċ.).
Barra minn hekk, jista’ jingħata total ta’ 20 punt kif ġej:
— |
Għandhom jingħataw sa 10 punti b’mod proporzjonat għal kemm mill-enerġija kkonsmata (fjuwil flimkien mal-elettriku) tiġi minn sorsi rinnovabbli (minn 0 punti għal 0 % ta’ enerġija rinnovabbli sa 10 punti għal 100 % ta’ enerġija rinnovabbli). |
— |
Għandhom jingħataw sa 5 punti skont il-mod li bih jinxtara kwalunkwe elettriku rinnovabbli kif ġej: permezz ta’ ftehimiet privati tas-servizzi tal-enerġija għal sorsi rinnovabbli fuq il-post jew qrib is-sit (5 punti); ftehimiet korporattivi ta’ xiri tal-enerġija għal sorsi rinnovabbli fuq il-post jew qrib is-sit (5 punti); ftehimiet korporattivi fit-tul ta’ xiri tal-enerġija għal sorsi rinnovabbli konnessi mal-grilja jew bi grilja distanti (27) (4 punti); ċertifikazzjonijiet tal-elettriku ekoloġiku (28) (3 punti); xiri ta’ garanziji tal-enerġija rinnovabbli ta’ ċertifikati tal-oriġini għall-provvista sħiħa tal-elettriku jew tariffa ekoloġika mill-fornitur tal-utilità (29) (2 punti). |
— |
Għandhom jingħataw 3 punti meta tkun saret analiżi tal-impronta tal-karbonju għall-prodott skont ISO 14067 jew 5 punti meta jkunu ntużaw l-elementi (30) tal-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodott marbutin mal-emissjonijiet tal-gass serra. |
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi inventarju tal-enerġija għall-impjant tal-konkrit prefondut għal perjodu ta’ mill-anqas 12-il xahar qabel id-data tal-għoti tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE u għandu jieħu impenn li jżomm dan l-inventarju tul il-perjodu tal-validità tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. L-inventarju tal-enerġija għandu jiddistingwi t-tipi differenti ta’ fjuwil ikkonsmat, filwaqt li jenfasizza kull fjuwil rinnovabbli jew kontenut rinnovabbli ta’ fjuwils imħallta. Bħala minimu, il-pjan tat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi jrid jiddefinixxi s-sitwazzjoni tal-linja bażi bil-konsum tal-enerġija speċifiku fl-impjant tal-konkrit prefondut meta jkun ġie stabbilit il-pjan, jidentifika u jikkwantifika b’mod ċar is-sorsi differenti tal-konsum tal-enerġija fl-impjant, jidentifika u jiġġustifika azzjonijiet biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija speċifiku u jirrapporta r-riżultati fuq bażi annwali.
L-applikant għandu jipprovdi dettalji tal-ftehim dwar ix-xiri ta’ elettriku fis-seħħ u jenfasizza s-sehem tar-rinnovabbli li japplika għall-elettriku li jkun qed jinxtara. Jekk ikun meħtieġ, dikjarazzjoni tal-fornitur tal-elettriku għandha tiċċara (i) is-sehem tar-rinnovabbli mill-elettriku fornut, (ii) in-natura tal-ftehim ta’ xiri fis-seħħ (jiġifieri ftehim privat dwar is-servizz tal-enerġija, ftehim korporattiv għax-xiri tal-enerġija, ċertifikat indipendenti ta’ enerġija ekoloġika jew tariffa ekoloġika) u (iii) jekk l-elettriku mixtri hux minn sorsi rinnovabbli fuq il-post jew qrib il-post.
Jekk jinxtraw ċertifikati ta’ garanzija tal-oriġini mill-applikant biex jiżdied is-sehem tar-rinnovabbli, l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa biex jiżgura li ċ-ċertifikati ta’ garanzija tal-oriġini jkunu nxtraw f’konformità mal-prinċipji u mar-regoli tal-operat tas-Sistema Ewropea ta’ Ċertifikati tal-Enerġija.
Meta jintalbu punti għal analiżi tal-impronta tal-karbonju, l-applikant għandu jipprovdi kopja tal-analiżi, li jridu jkunu konformi ma’ ISO 14067 jew mal-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodott u jkunu ġew ivverifikati minn parti terza akkreditata. L-analiżi tal-impronta trid tkopri l-proċessi kollha ta’ manifattura relatati direttament mal-produzzjoni ta’ legaturi idrawliċi jew ta’ siment alternattiv, mat-trasport fuq il-post u lil hinn mis-sit tal-materja prima lejn l-impjant tal-konkrit prefondut, mal-produzzjoni tal-konkrit prefondut, mal-emissjonijiet relatati ma’ proċessi amministrattivi (eż. l-operat ta’ binjiet fuq il-post) u t-trasport tal-prodott mibjugħ sal-kanċell tal-impjant tal-konkrit prefondut jew saċ-ċentru tat-trasport lokali (eż. l-istazzjon tal-ferrovija jew il-port).
5.6. Disinji ta’ prodotti innovattivi għall-ambjent (fakultattivi)
Prodotti tal-konkrit prefondut jew tal-materjal tal-art ikkumpressat li jġibu benefiċċji ambjentali diretti jew indiretti permezz ta’ wieħed jew aktar mill-karatteristiċi tad-disinn deskritti hawn taħt għandhom jingħataw punti f’konformità mal-karatteristiċi tad-disinn elenkati hawn taħt.
In-numru totali ta’ punti mogħtija skont dan il-kriterju ma jistax jaqbeż il-15-il punt (għall-prodotti bbażati fuq il-ġir) jew l-10 punti (għall-prodotti l-oħra kollha tal-konkrit prefondut jew tal-materjal tal-art ikkumpressat).
Total ta’ mhux aktar minn 10 jew 15-il punt, kif xieraq, jista’ jingħata kif ġej:
— |
Għandhom jingħataw sa 10 punti b’mod proporzjonat għal kif il-madum tal-art tal-konkrit, iċ-ċangatura tal-art jew il-prodott tal-pavimentar prefonduti jew preċedenti jaqbżu rata minima ta’ infiltrazzjoni ta’ 400 mm/h u joqorbu lejn il-limitu ta’ eċċellenza ambjentali ta’ ≥ 2000 mm/h (minn 0 punti għal 400 mm/h, sa 10 punti għal 2000 mm/h). |
— |
Għandhom jingħataw sa 10 punti b’mod proporzjonat għal kemm il-blokka, iċ-ċangatura jew il-prodott tal-bord jaqbżu spazju vojt minimu ta’ 20 % u javviċinaw il-limitu ta’ eċċellenza ambjentali ta’ ≥ 80 % spazju vojt (minn 0 punti għal 20 % spazju vojt, sa 10 punti għal ≥ 80 % spazju vojt). |
— |
Għandhom jingħataw sa 15-il punt b’mod proporzjonat għal kemm il-blokka, iċ-ċangatura jew il-prodott tal-bord ikunu taħt il-limitu massimu ta’ konduttività termali ta’ 0,45 W/m.K u joqorbu lejn il-limitu ta’ eċċellenza ambjentali ta’ ≤ 0,15 W/m.K (minn 0 punti għal ≥ 0,45 W/m.K, sa 15-il punt għal ≤ 0,15 W/m.K). |
— |
Għandhom jingħataw sa 15-il punt b’mod proporzjonat għal kemm il-kontenut ta’ legant idrawliku jew ta’ siment alternattiv ikun tnaqqas taħt limitu superjuri massimu ta’ 10 % (espress bħala % tal-piż totali tal-prodott) u javviċina l-limitu ta’ eċċellenza ambjentali ta’ ≤ 5 % (minn 0 punti għal ≥ 10 %, sa 15-il punt għal ≤ 5 %). |
— |
Għandhom jingħataw 10 punti għall-unitajiet tal-pavimentar iddisinjati bi spazji vojta sabiex jimtlew b’ħamrija ta’ fuq/b’ramel/bi żrar u jinżergħu bil-ħaxix u li jistgħu jidħlu f’soluzzjonijiet ta’ disinn ta’ pavimenti permeabbli (magħrufa komunement bħala pavimentaturi tal-ħaxix jew tat-turf). |
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li tistipula jekk dan il-kriterju hux rilevanti għall-prodott(i) soġġetti għall-applikazzjoni għall-Ekotikketta tal-UE.
Meta jintalbu punti minħabba rati ta’ infiltrazzjoni tal-madum tal-art, taċ-ċangatura tal-art jew tal-prodotti tal-pavimentar tal-konkrit prefonduti jew permeabbli, l-applikant għandu jipprovdi rapporti tat-testijiet skont BS 7533-13, BS DD 229:1996 jew standards simili.
Meta l-kriterju tal-blokka, taċ-ċangatura jew tal-bord effiċjenti fl-użu tal-materjali jkun rilevanti, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ % ta’ kontenut vojt tal-forma billi jipprovdi d-dimensjonijiet tal-forma tal-prodott f’dettall tali li jkunu jistgħu jiġu kkalkolati l-volum totali u l-volum tal-vojt.
Meta jintalbu punti minħabba prodotti ferm iżolanti b’konduttività termali baxxa, l-applikant għandu jipprovdi rapporti tat-testijiet skont EN 12667 jew standards simili.
Meta jintalbu punti minħabba kontenut baxx ta’ legant idrawliku jew ta’ siment alternattiv, l-applikant għandu jiddikjara l-kontenut speċifiku tal-legant jew tal-anqas kontenut superjuri massimu tal-legant.
Meta l-kriterju tal-pavimentar miftuħ tal-ħaxix/tat-turf ikun rilevanti, l-applikant għandu jipprovdi disinji tekniċi tal-forom tal-konkrit, immaġnijiet ta’ installazzjonijiet fil-ħajja reali kompluti b’superfiċji b’veġetazzjoni u struzzjonijiet dettaljati dwar l-installazzjoni dwar kif jenħtieġ jimtlew u jinżergħu l-prodotti.
(*) kriterji li japplikaw għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal blokok intermedji ta’ ġebel tad-dimensjoni minn barrieri tal-ġebel naturali.
(**) kriterji li japplikaw għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal leganti idrawliċi intermedji jew għal prodotti tas-siment alternattiv.
(1) Id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 124, 25.4.2014, p. 1).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(4) Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
(5) Dokument gwida dwar l-estrazzjoni minerali mhux tal-enerġija u Natura 2000. Sommarju. ISBN: 978-92-79-99542-2.
(6) Il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tal-Ħajja Ferjali Ewropea u tal-Abitati Naturali. Il-Kunsill tal-Ewropa. Serje tat-Trattati tal-Kunsill tal-Ewropa — Nru 104.
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).
(11) Skont l-Artikolu 15(8) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(12) Abbażi ta’ garanziji tal-oriġini b’verifika indipendenti minn parti terza tar-rekwiżiti addizzjonali skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
(13) Sorsi tal-enerġija rinnovabbli żvelati skont l-Artikolu 19(8) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u l-punt 5 tal-Anness I għad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019 p. 125).
(14) https://eplca.jrc.ec.europa.eu/permalink/PEF_method.pdf
(15) Skont l-Artikolu 15(8) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(16) Abbażi ta’ garanziji tal-oriġini b’verifika indipendenti minn parti terza tar-rekwiżiti addizzjonali skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
(17) Sorsi tal-enerġija rinnovabbli żvelati skont l-Artikolu 19(8) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u l-punt 5 tal-Anness I għad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019 p. 125).
(18) https://eplca.jrc.ec.europa.eu/permalink/PEF_method.pdf
(19) Skont l-Artikolu 15(8) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(20) Abbażi ta’ garanziji tal-oriġini b’verifika indipendenti minn parti terza tar-rekwiżiti addizzjonali skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
(21) Sorsi tal-enerġija rinnovabbli żvelati skont l-Artikolu 19(8) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u l-punt 5 tal-Anness I għad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019 p. 125).
(22) Tliet familji ta’ prodotti tal-madum taċ-ċeramika huma kkunsidrati skont il-klassi I, II u III fl-EN 14411
(*) il-limitu japplika biss għall-fjuwil ikkonsmat fl-apparat tat-tnixxif b’atomizzazzjoni, 1 kg ta’ trab imnixxef jinkludi kwalunkwe kontenut ta’ ndewwa residwa, li tipikament ikun 5-7 %
(**) data mkejla f’kundizzjonijiet operattivi stabbli li huma rappreżentattivi tal-prodott waqt il-perjodu tal-produzzjoni
(***) data mkejla tul perjodu ta’ sena, inkluż il-konsum tal-fjuwil bażi bejn il-perjodi tal-produzzjoni
(*) il-limitu japplika biss għall-fjuwil ikkonsmat fl-apparat tat-tnixxif b’atomizzazzjoni, 1 kg ta’ trab imnixxef jinkludi kwalunkwe kontenut ta’ ndewwa residwa, li tipikament ikun 5-7 %
(**) il-limitu japplika biss għall-fjuwil ikkonsmat fl-apparat tat-tnixxif u fil-forn, u l-emissjonijiet tal-proċess stmati fil-forn
(***) abbażi ta’ data dwar il-konsum tal-fjuwil imkejla f’kundizzjonijiet operattivi stabbli li huma rappreżentattivi tal-prodott waqt il-perjodu tal-produzzjoni u l-emissjonijiet preżunti tal-proċess fil-forn minn kontenut ta’ karbonat tal-materja prima
(****) abbażi ta’ data dwar il-konsum tal-fjuwil imkejla tul perjodu ta’ sena, inkluż il-konsum tal-fjuwil bażi bejn il-perjodi tal-produzzjoni u l-emissjonijiet preżunti tal-proċess fil-forn minn kontenut ta’ karbonat tal-materja prima.
(23) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(24) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 59, 27.2.2019, p. 8).
(25) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, 12.7.2012, p. 30).
(*) Rilevanti biss għall-prodotti li jużaw it-trab imnixxef b’atomizzazzjoni bħala materja prima
(26) L-iskart tal-proċess għandu jitqies bħala ħama/solidi nixfin mit-tħin, mill-preparazzjoni tal-korp u mill-preparazzjoni tal-ħġieġ, mill-materjal residwu/miksur mit-tiswir, mit-tnixxif, mill-kombustjoni, mir-rettifika u mill-operazzjonijiet ta’ finitura tas-superfiċje u residwi minn sistemi ta’ tnaqqis tal-gass tal-egżost bħal trab/irmied separat, residwi tat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet u qxur minn materjali tas-sodda assorbenti kaskata.
(27) Skont l-Artikolu 15(8) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni) (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(28) Abbażi tal-garanziji tal-oriġini b’verifika indipendenti minn parti terza tar-rekwiżiti addizzjonali skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni) (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(29) Sorsi tal-enerġija rinnovabbli żvelati skont l-Artikolu 19.8 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni) (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82) u l-Anness I, il-paragrafu 5 tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (riformulazzjoni) (ĠU L 158, 14.6.2019 p. 125).
(30) https://eplca.jrc.ec.europa.eu/permalink/PEF_method.pdf
22.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99/75 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/477
tat-18 ta’ Marzu 2021
li tapprova emendi ippreżentati mill-Finlandja u mill-Iżvezja għall-programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’ċerti annimali ħajjin u prodotti ġejjin mill-annimali
(notifikata bid-dokument C(2021) 1672)
(It-testi bil-Finlandiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-programm operattiv ippreżentat mill-Finlandja għall-kontroll tas-salmonella f’ċerti annimali ħajjin u l-prodotti tal-annimali, li jkopri fost l-oħrajn l-annimali bovini u l-majjali għat-tkabbir, il-produzzjoni u l-qatla, kif ukoll iċ-ċanga, il-majjal u l-laħam tat-tjur, ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/968/KE (2). |
(2) |
Il-programm operattiv ippreżentat mill-Iżvezja għall-kontroll tas-salmonella f’ċerti annimali ħajjin u l-prodotti tal-annimali, li jkopri fost l-oħrajn l-annimali bovini u l-majjali għat-tkabbir, il-produzzjoni u l-qatla, kif ukoll iċ-ċanga u l-majjal, ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/50/KE (3). |
(3) |
Il-programm nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus ippreżentat mill-Finlandja ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/759/KE (4), il-programm nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat ta’ tiġieġ Gallus gallus li jbidu ppreżentat mill-Finlandja ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/848/KE (5), il-programm nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat ta’ brojlers Gallus gallus ippreżentat mill-Finlandja ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/815/KE (6) u l-programm nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella fid-dundjani ppreżentat mill-Finlandja ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/771/KE (7). |
(4) |
L-emendi tal-programm għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus ippreżentat mill-Finlandja ġew approvati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/849/KE (8). |
(5) |
Fl-10 ta’ Marzu 2020, il-Finlandja ppreżentat lill-Kummissjoni l-emendi għall-approvazzjoni tal-programm operattiv tagħha għall-kontroll tas-salmonella f’ċerti annimali ħajjin u prodotti tal-annimali fir-rigward taċ-ċanga u l-majjal, il-laħam tat-tjur u l-annimali bovini u l-majjali għat-tkabbir, il-produzzjoni u l-qatla, kif ukoll l-emendi tal-programmi nazzjonali tagħha għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus, f’qatgħat ta’ tiġieġ ta’ Gallus gallus li jbidu, f’qatgħat ta’ brojlers ta’ Gallus gallus, u fid-dundjani. |
(6) |
Fis-26 ta’ Novembru 2019, l-Iżvezja ppreżentat lill-Kummissjoni l-emendi għall-approvazzjoni tal-programm operattiv tagħha għall-kontroll tas-salmonella f’ċerti annimali ħajjin u prodotti tal-annimali fir-rigward taċ-ċanga u l-majjal, l-annimali bovini u l-majjali għat-tkabbir, il-produzzjoni u l-qatla. |
(7) |
L-emendi proposti għal dawn il-programmi ġew ippreżentati lill-Istati Membri fil-laqgħa tal-10 ta’ Diċembru 2020 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. Dawn iqisu l-evoluzzjoni fis-sitwazzjoni tal-Finlandja u tal-Iżvezja u jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003. |
(8) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-emendi proposti jiġu approvati. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-emendi fir-rigward taċ-ċanga, il-majjal, il-laħam tat-tjur, u l-annimali bovini u l-majjali għat-tkabbir, il-produzzjoni u l-qatla, li l-Finlandja ppreżentat fl-10 ta’ Marzu 2020 fir-rigward tal-programm operattiv tagħha għall-kontroll tas-salmonella f’ċerti annimali ħajjin u prodotti tal-annimali, li ġew approvati bid-Deċiżjoni 94/968/KE, huma approvati.
Artikolu 2
L-emendi fir-rigward taċ-ċanga, il-majjal, il-laħam tat-tjur, u l-annimali bovini u l-majjali għat-tkabbir, il-produzzjoni u l-qatla, li l-Iżvezja ppreżentat fis-26 ta’ Novembru 2019 fir-rigward tal-programm operattiv tagħha għall-kontroll tas-salmonella f’ċerti annimali ħajjin u prodotti tal-annimali, li ġew approvati bid-Deċiżjoni 95/50/KE, huma approvati.
Artikolu 3
L-emendi, li l-Finlandja ppreżentat fl-10 ta’ Marzu 2020 fir-rigward tal-programm nazzjonali tagħha għall-kontroll tas-salmonella fil-qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus, li ġew approvati bid-Deċiżjoni 2006/759/KE, huma approvati.
Artikolu 4
L-emendi, li l-Finlandja ppreżentat fl-10 ta’ Marzu 2020 fir-rigward tal-programm nazzjonali tagħha għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat tat-tiġieġ ta’ Gallus gallus li jbidu, li ġew approvati bid-Deċiżjoni 2007/848/KE, huma approvati.
Artikolu 5
L-emendi, li l-Finlandja ppreżentat fl-10 ta’ Marzu 2020 fir-rigward tal-programm nazzjonali tagħha għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat ta’ brojlers Gallus gallus, li ġew approvati bid-Deċiżjoni 2008/815/KE, huma approvati.
Artikolu 6
L-emendi, li l-Finlandja ppreżentat fl-10 ta’ Marzu 2020 fir-rigward tal-programm nazzjonali tagħha għall-kontroll tas-salmonella fid-dundjani, li ġew approvati bid-Deċiżjoni 2009/771/KE, huma approvati.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Finlandja u lir-Renju tal-Iżvezja.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/968/KE tat-28 ta’ Diċembru 1994 li tapprova l-programm operattiv għall-kontroll tas-salmonella f’ċerti annimali ħajjin u l-prodotti tal-annimali ippreżentat mill-Finlandja (ĠU L 371, 31.12.1994, p. 36).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/50/KE tat-23 ta’ Frar 1995 li tapprova l-programm operattiv għall-kontroll tas-salmonella f’ċerti annimali ħajjin u l-prodotti tal-annimali ppreżentat mill-Iżvezja (ĠU L 53, 9.3.1995, p. 31).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/759/KE tat-8 ta’ Novembru 2006 li tapprova ċerti programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus (ĠU L 311, 10.11.2006, p. 46).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/848/KE tal-11 ta’ Diċembru 2007 li tapprova ċerti programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat ta’ tiġieġ ta’ Gallus gallus li jbidu (ĠU L 333, 19.12.2007, p. 83).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/815/KE tal-20 ta’ Ottubru 2008 li tapprova ċerti programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat ta’ brojlers tal-Gallus gallus (ĠU L 283, 28.10.2008, p. 43).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/771/KE tal-20 ta’ Ottubru 2009 li tapprova ċerti programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella fid-dundjani (ĠU L 275, 21.10.2009, p. 28).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/849/KE tat-12 ta’ Diċembru 2007 li tapprova l-emendi tal-programm nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus ippreżentat mill-Finlandja (ĠU L 333, 19.12.2007, p. 85).