|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
19.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/466
tas-17 ta’ Novembru 2020
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika n-numru u t-titolu tal-varjabbli għad-dominju tal-introjtu u tal-kundizzjonijiet tal-għajxien dwar is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tkopri l-ħtiġijiet identifikati fis-suġġetti dettaljati rilevanti, il-Kummissjoni jenħtieġ tispeċifika n-numru u t-titli tal-varjabbli għas-sett tad-data fid-dominju tal-kundizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC). |
|
(2) |
L-istatistika tal-UE mill-istħarriġ dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (“stħarriġ tal-EU-SILC”) hi strument ewlieni biex tingħata l-informazzjoni meħtieġa mis-Semestru Ewropew u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, b’mod partikolari għad-distribuzzjoni tal-introjtu, il-faqar u l-esklużjoni soċjali. Tipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-kura tas-saħħa, id-determinanti tas-saħħa, l-istat tas-saħħa u d-diżabbiltà mill-modulu ta’ kull tliet snin dwar is-Saħħa, u data dwar il-benesseri u l-parteċipazzjoni soċjali u kulturali mill-modulu ta’ kull sitt snin dwar il-Kwalità tal-Ħajja. |
|
(3) |
In-numru tal-varjabbli li jridu jinġabru ma jaqbiżx b’aktar minn 5% lin-numru tal-varjabbli miġbura għad-dominju tal-kundizzjonijiet tal-għajxien fit-3 ta’ Novembru 2019 meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) 2019/1700, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
In-numru u t-titolu tal-varjabbli għall-modulu ta’ kull tliet snin dwar is-Saħħa u għall-modulu ta’ kull sitt snin dwar il-Kwalità tal-Ħajja fid-dominju tal-kundizzjonijiet tal-għajxien huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
In-numru u t-titolu tal-varjabbli għall-modulu ta’ kull tliet snin dwar is-Saħħa u għall-modulu ta’ kull sitt snin dwar il-Kwalità tal-Ħajja fid-dominju tal-introjtu u tal-kundizzjonijiet tal-għajxien.
|
Modulu |
Suġġett dettaljat |
Identifikatur tal-varjabbli |
Isem il-varjabbli |
|
Saħħa |
Kura tas-saħħa (6 varjabbli miġbura) |
HS200 |
Piż finanzjarju tal-kura medika (għajr il-mediċini) |
|
HS210 |
Piż finanzjarju tal-kura dentali |
||
|
HS220 |
Piż finanzjarju tal-mediċini |
||
|
PH090 |
Għadd ta’ konsulti ma’ prattikant mediku ġenerali jew ma’ tabib tal-familja fl-aħħar 12-il xahar |
||
|
PH080 |
Għadd ta’ konsulti ma’ dentist, ortodontista jew speċjalisti oħra tal-kura dentali fl-aħħar 12-il xahar |
||
|
PH100 |
Għadd ta’ konsulti ma’ speċjalista mediku jew kirurġiku (għajr dentisti, ortodontisti jew speċjalisti oħra tal-kura dentali) fl-aħħar 12-il xahar |
||
|
Determinanti tas-saħħa (8 varjabbli miġbura) |
PH110A |
BMI 1 Piż |
|
|
PH110B |
BMI 2 Għoli |
||
|
PH122 |
Tip ta’ attività fiżika waqt ix-xogħol |
||
|
PH132 |
Frekwenza tal-attivitajiet fiżiċi (għajr ix-xogħol innifsu) |
||
|
PH142 |
Frekwenza tal-konsum tal-frott (għajr il-frott magħsur) |
||
|
PH152 |
Frekwenza tal-konsum tal-ħaxix jew tal-insalata, (għajr il-frott magħsur) |
||
|
PH171 |
Frekwenza tal-użu tat-tabakk (għajr sigaretti elettroniċi jew apparat elettroniku simili) |
||
|
PH180 |
Frekwenza tal-konsum ta’ xorb alkoħoliku ta’ kwalunkwe tip |
||
|
Dettalji dwar l-istatus tas-saħħa u d-diżabbiltà (6 varjabbli miġbura) |
PH101 |
Diffikultà fil-vista, anki meta jintlibsu nuċċali jew lentijiet tal-kuntatt |
|
|
PH111 |
Diffikultà fis-smigħ, anki meta tintlibes l-għajnuna għas-smigħ |
||
|
PH121 |
Diffikultà fil-mixi jew fit-tlugħ ta’ turġien |
||
|
PH131 |
Diffikultà bil-memorja jew bil-konċentrazzjoni |
||
|
PH141 |
Diffikultà bil-kura personali bħall-ħasil tal-ġisem kollu u bix-xedd tal-ilbies |
||
|
PH151 |
Diffikultà bil-komunikazzjoni (bl-użu tal-lingwa ordinarja, pereżempju biex tifhem jew tinftiehem) |
||
|
Kwalità tal-ħajja |
Benesseri (7 varjabbli miġbura) |
PW241 |
Sentiment ta’ emarġinazzjoni |
|
PW030 |
Sodisfazzjon bis-sitwazzjoni finanzjarja |
||
|
PW160 |
Sodisfazzjon bir-relazzjonijiet personali |
||
|
PW120 |
Sodisfazzjon bil-mod kif jitqatta’ l-ħin (l-ammont ta’ ħin liberu) |
||
|
PW230 |
Solitudni |
||
|
PW090 |
Kuntentizza |
||
|
PW180 |
Għajnuna mingħand ħaddieħor |
||
|
Parteċipazzjoni soċjali u kulturali (13-il varjabbli miġbura) |
PS010 |
Għadd ta’ mawriet fiċ-ċinema |
|
|
PS020 |
Għadd ta’ mawriet għal avvenimenti live (reċti, kunċerti, opri, balè u wirjiet taż-żfin) |
||
|
PS030 |
Għadd ta’ mawriet f’siti kulturali |
||
|
PS040 |
Għadd ta’ avvenimenti sportivi live miżjura |
||
|
PS041 |
Prattika ta’ attivitajiet artistiċi |
||
|
PS042 |
Qari ta’ kotba (fosthom kotba elettroniċi jew kotba awdjo, tul is-sena) |
||
|
PS050 |
Frekwenza ta’ attivitajiet li jlaqqgħu lill-familja (qraba) |
||
|
PS060 |
Frekwenza ta’ attivitajiet li jlaqqgħu lill-ħbieb |
||
|
PS070 |
Frekwenza tal-kuntatti mal-familja (qraba) |
||
|
PS080 |
Frekwenza tal-kuntatti mal-ħbieb |
||
|
PS110 |
Parteċipazzjoni f’attivitajiet volontarji formali |
||
|
PS111 |
Parteċipazzjoni f’attivitajiet volontarji informali |
||
|
PS102 |
Ċittadinanza attiva |
|
19.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/467
tas-16 ta’ Marzu 2021
li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem irreġistrat fir-reġistru ta’ Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Volailles d’Ancenis” (IĠP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Volailles d’Ancenis”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2). |
|
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba biex issir emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-isem “Volailles d’Ancenis” (IĠP), hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta’ Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi u Denominazzjonijiet ta’ Oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1).
|
19.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/468
tat-18 ta’ Marzu 2021
li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-ispeċijiet botaniċi li fihom derivati tal-idrossiantraċen
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2)(a)(i) u (b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, il-Kummissjoni tista’, fuq l-inizjattiva tagħha jew abbażi ta’ informazzjoni li tirċievi mingħand l-Istati Membri, tibda proċedura biex iddaħħal sustanza jew ingredjent li jkun fih sustanza li ma tkunx vitamina jew mineral fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 li jelenka s-sustanzi li l-użu tagħhom fl-ikel huwa pprojbit, ristrett jew taħt l-iskrutinju tal-Unjoni, jekk dik is-sustanza tkun marbuta ma’ riskju potenzjali għall-konsumaturi kif iddefinit fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006. |
|
(2) |
Hemm bosta pjanti li fihom derivati tal-idrossiantraċen li huma ta’ diversi familji u ġeneri botaniċi. Dawn jintużaw ħafna fis-supplimenti tal-ikel. |
|
(3) |
Fl-Opinjoni Xjentifika tagħha tad-9 ta’ Ottubru 2013 dwar il-prova xjentifika ta’ indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta mad-derivati tal-idrossiantraċen u t-titjib fil-funzjonament tal-musrana (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li d-derivati tal-idrossiantraċen fl-ikel jistgħu jtejbu l-funzjonament tal-musrana, iżda rrakkomandat li dawn ma jintużawx għal żmien twil u f’dożi qawwijin minħabba tħassib dwar il-possibbiltà li jistgħu jaffettwaw is-saħħa, pereżempju b’nuqqas ta’ bilanċ tal-elettroliti, b’funzjonament indebolit tal-intestin, u b’dipendenza fuq il-lassattivi. |
|
(4) |
Fid-dawl ta’ dik l-opinjoni, u tat-tħassib li qajmu l-Istati Membri, waqt it-taħdita dwar l-indikazzjoni dwar is-saħħa li kienet qed tiġi kkunsidrata fl-2013 dwar l-effetti dannużi possibbli assoċjati mal-konsum ta’ ikel li fih id-derivati tal-idrossiantraċen u preparazzjonijiet tiegħu, fl-2016 il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità toħroġ opinjoni xjentifika dwar l-evalwazzjoni tas-sikurezza tal-użu tad-derivati tal-idrossiantraċen fl-ikel, f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006. |
|
(5) |
L-informazzjoni li taw l-Istati Membri lill-Kummissjoni kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti meħtieġa stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 307/2012 (3). |
|
(6) |
Fit-22 ta’ Novembru 2017, l-Awtorità adottat opinjoni xjentifika dwar l-evalwazzjoni tas-sikurezza tal-użu fl-ikel tad-derivati tal-idrossiantraċen (4). Id-derivati tal-idrossiantraċen li tqiesu rilevanti għal din il-valutazzjoni tar-riskju kienu dawk li jinsabu fl-għerq u fir-riżoma ta’ Rheum palmatum L. u/jew ta’ Rheum officinale Baillon u/jew l-ibridi tagħhom; fil-weraq jew fil-frott ta’ Cassia senna L.; fil-qoxra tas-siġar ta’ Rhamnus frangula L., u ta’ Rhamnus purshiana DC. u fil-weraq ta’ Aloe barbadensis Miller u/jew ta’ diversi speċijiet ta’ Aloe, b’mod ewlieni ta’ Aloe ferox Miller u l-ibridi tagħha. |
|
(7) |
L-Awtorità sabet li d-derivati tal-idrossiantraċen aloe-emodina u emodina u s-sustanza dantron relatata miegħu strutturalment, intwera li huma ġenotossiċi in vitro. Intwera wkoll li l-estratti tal-aloe huma ġenotossiċi in vitro x’aktarx minħabba d-derivati tal-idrossiantraċen li jinsabu fl-estratt. Barra minn hekk, intwera li l-aloe-emodina hija ġenotossika in vivo. Intwera li l-estratt tal-werqa kollha tal-aloe u l-analogu strutturali dantron huma karċinoġeniċi. |
|
(8) |
Billi teżisti l-possibbiltà li l-estratti jkun fihom l-aloe-emodina u l-emodina, l-Awtorità kkonkludiet li jenħtieġ li d-derivati tal-idrossiantraċen jitqiesu li huma ġenotossiċi u karċinoġeniċi sakemm ma jkunx hemm data speċifika li tindika l-kuntrarju, u li jeżisti tħassib dwar is-saħħa fil-każ tal-estratti li fihom id-derivati tal-idrossiantraċen, iżda għad ma hemmx ċertezza dwar dan. L-Awtorità ma setgħetx tirrakkomanda doża ta’ kuljum ta’ derivati tal-idrossiantraċen li ma tkunx tikkawża tħassib għas-saħħa tal-bniedem. |
|
(9) |
Meta wieħed iqis l-effetti dannużi kefrin fuq is-saħħa li huma assoċjati mal-użu tal-aloe-emodina, tal-emodina, tad-dantron u tal-estratti tal-aloe li fihom id-derivati tal-idrossiantraċen li jinsabu fl-ikel, u li ma teżistix doża ta’ kuljum li tista’ tiġi stabbilita, tad-derivati tal-idrossiantraċen li ma tikkawżax tħassib għas-saħħa tal-bniedem, jenħtieġ li dawn is-sustanzi jiġu pprojbiti. Għalhekk jenħtieġ li l-aloe-emodina, l-emodina, id-dantron u preparati tal-aloe li fihom id-derivati tal-idrossiantraċen jiddaħħlu fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006. |
|
(10) |
Id-derivati tal-idrossiantraċen jistgħu jitneħħew mill-preparati botaniċi waqt il-manifattura permezz ta’ sensiela ta’ proċessi filtranti, u b’hekk il-prodotti li jirriżultaw ikun fihom biss traċċi ta’ dawk is-sustanzi li jkunu impuritajiet. |
|
(11) |
Billi teżisti l-possibbiltà li l-użu ta’ Rheum, Cassia u Rhamnus u l-preparati tagħhom fl-ikel jista’ jkollu effetti dannużi fuq is-saħħa tal-bniedem, iżda għad hemm inċertezza xjentifika dwar jekk dan it-tip ta’ preparati jkun fihom is-sustanzi elenkati fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, jenħtieġ li dawn is-sustanzi jitqiegħdu taħt l-iskrutinju tal-Unjoni u għaldaqstant jenħtieġ li jiddaħħlu fil-Parti C tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006. |
|
(12) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1925/2006 jiġi emendat skont dan. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-Parti A, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin f’ordni alfabetika: “l-aloe-emodina u l-preparati kollha li fihom din is-sustanza”; “l-emodina u l-preparati kollha li fihom din is-sustanza”; “preparati mill-weraq tal-ispeċijiet tal-Aloe li fihom derivati tal-idrossiantraċen”; “id-dantron u l-preparati kollha li fihom din is-sustanza”. |
|
(2) |
fil-Parti C, jiżdiedu l-entrati li ġejjin f’ordni alfabetika: “preparati magħmulin mill-għerq u mir-riżoma ta’ Rheum palmatum L., Rheum officinale Baillon u l-ibridi tagħhom li fihom derivati tal-idrossiantraċen”; “preparati mill-weraq u mill-frott ta’ Cassia senna L. li fihom derivati tal-idrossiantraċen”; “preparati magħmulin mill-qoxra tas-siġar tal-ispeċijiet Rhamnus frangula L., Rhamnus purshiana DC. li fihom derivati tal-idrossiantraċen”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.
(2) EFSA Journal 2013;11(10):3412.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 307/2012 tal-11 ta’ April 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (ĠU L 102, 12.4.2012, p. 2).
(4) Il-Bord fuq l-addittivi tal-ikel u s-sorsi tan-nutrijenti miżjuda mal-ikel (ANS); Scientific Opinion on the safety of hydroxyanthracene derivatives. EFSA Journal 2018;16(1):5090.
|
19.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/469
tat-18 ta’ Marzu 2021
li jaċċetta talba għal trattament ta’ produttur esportatur ġdid fir-rigward tal-miżuri anti-dumping definittivi imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1198 tat-12 ta’ Lulju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
Billi,
A. MIŻURI FIS-SEĦĦ
|
(1) |
Fit-13 ta’ Mejju 2013 il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina (“oġġetti li jintużaw fuq il-mejda”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 (3) (“ir-Regolament oriġinali”). |
|
(2) |
Fit-12 ta’ Lulju 2019, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni estendiet il-miżuri tar-regolament oriġinali għal ħames snin oħra permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198. |
|
(3) |
Fit-28 ta’ Novembru 2019, wara investigazzjoni antiċirkomvenzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036, il-Kummissjoni emendat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2131 (4). |
|
(4) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-kampjunar ġie applikat għall-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni impona rati individwali ta’ dazju anti-dumping li jvarjaw minn 13,1 % sa 23,4 % fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għall-produtturi esportaturi mir-RPĊ inklużi fil-kampjun. Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun ġiet imposta rata ta’ dazju ta’ 17,9 %. Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 kif sostitwit mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2131. Barra minn hekk, ġiet imposta wkoll rata ta’ dazju mal-pajjiż kollu ta’ 36,1 % fuq il-prodott ikkonċernat minn kumpaniji fir-RPĊ li jew ma ddikjarawx ruħhom jew inkella ma kkooperawx fl-investigazzjoni. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198, il-Kummissjoni tista’ temenda l-Anness I ta’ dak ir-Regolament billi tagħti lil produttur esportatur ġdid ir-rata tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun, jiġifieri r-rata tad-dazju medja ponderata ta’ 17,9 %, meta kwalunkwe produttur esportatur ġdid fir-RPĊ jipprovdi evidenza suffiċjenti lill-Kummissjoni li:
|
B. TALBA GĦAL TRATTAMENT TA’ PRODUTTUR ESPORTATUR ĠDID
|
(7) |
Il-kumpanija Hunan Legend Porcelain Industry Co., Ltd. (“Hunan Legend” jew “l-applikant”), ressqu talba lill-Kummissjoni biex jingħataw trattament ta’ produttur esportatur ġdid (“NEPT”) u għalhekk huma soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw fir-RPĊ mhux inklużi fil-kampjun, li huwa 17,9 %. L-applikant qal li kien jissodisfa t-tliet kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198. |
|
(8) |
Biex jiġi ddeterminat jekk l-applikant jissodisfax il-kundizzjonijiet biex jingħata n-NEPT kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 (“il-kriterji NEPT”), il-Kummissjoni l-ewwel bagħtet kwestjonarju lill-applikant fejn talbet għal evidenza li turi li hu kien qed jissodisfa l-kriterji NEPT. |
|
(9) |
Wara l-analiżi tat-tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni u evidenza ta’ sostenn, li l-applikant ippreżenta. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni fittxet li tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa biex tiddetermina jekk l-applikant kienx jissodisfa l-kundizzjonijiet tan-NEPT. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni analizzat l-evidenza ppreżentata mill-applikant fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, billi kkonsultat diversi bażijiet ta’ data online inklużi Orbis (5) u Qichacha (6) u billi kkontroverifikat l-informazzjoni dwar il-kumpaniji mal-informazzjoni ppreżentata f’każijiet preċedenti. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-industrija tal-Unjoni dwar it-talba tal-applikant u stednitha tipprovdi kwalunkwe kumment jekk ikun hemm bżonn. Ma wasal l-ebda kumment mill-industrija tal-Unjoni. |
C. ANALIŻI TAT-TALBA
|
(11) |
Fir-rigward tal-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 li l-applikant ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni li l-miżuri huma bbażati fuqu, jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 (‘il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali’), il-Kummissjoni stabbiliet li l-applikant dak iż-żmien tassew ma kienx jeżisti bħala kumpanija. L-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni ta’ Hunan Legend u l-liċenzja tan-negozju tagħha jmorru lura għal Mejju 2014. Għaldaqstant, l-applikant ma setax jesporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u għalhekk jissodisfa din il-kundizzjoni. |
|
(12) |
Fir-rigward tal-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 li l-applikant ma jkunx relatat ma’ ebda esportatur jew produttur li huwa soġġett għall-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament oriġinali, il-Kummissjoni stabbiliet li Hunan Legend mhija relatata ma’ ebda produttur esportatur Ċiniż li huma soġġetti għall-miżuri anti-dumping oriġinali. Skont Qichacha, l-uniku azzjonist ta’ Hunan Legend, is-Sur Liang Feiqiao, ma għandu l-ebda sjieda jew sehem ta’ xi kumpanija li tittratta l-produzzjoni, l-ipproċessar, il-bejgħ jew ix-xiri tal-prodott ikkonċernat għajr Liang Feiqiao stess. Madankollu, meta ġiet stabbilita Hunan Legend, il-parteċipazzjoni azzjonarja stabbilita kienet differenti. Sa Novembru 2016 produttur esportatur Ċiniż li jimmanifattura l-prodott ikkonċernat u soġġett għal dazju individwali ta’ 18,3 %, Hunan Hualian China Industry Co. Ltd. (“Hunan Hualian”), kellu 49 % tal-ishma ta’ Hunan Legend, filwaqt li s-Sur Liang Feiqiao kellu l-ishma li jifdal ta’ 51 %. F’Novembru 2016, Hunan Hualian ittrasferiet l-ishma kollha tagħha lis-Sur Liang Feiqiao permezz ta’ ftehim ta’ trasferiment ta’ ishma konkluż bejn iż-żewġ partijiet u li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet li fuqhom seħħet il-qasma. Wara t-trasferiment, is-Sur Liang Feiqiao sar l-uniku azzjonist ta’ Hunan Legend, u l-applikant u Hunan Hualian temmew ir-relazzjoni tagħhom. |
|
(13) |
Hunan Legend bdiet tesporta fi tmiem l-2017 u l-esportazzjonijiet lejn l-UE mill-2019, jiġifieri wara li Hunan Hualian irtirat bħala l-azzjonista fl-2016. Barra minn hekk, id-dokumenti ewlenin tal-kumpanija li jistabbilixxu l-istruttura ta’ Hunan Legend, l-artikoli ta’ assoċjazzjoni attwali tagħha u r-reġistru tal-bejgħ tagħha ma wrewx li l-applikant kellu xi kumpaniji relatati. Għalhekk, il-Kummissjoni ma identifikat l-ebda relazzjoni skont id-definizzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (7). Għalhekk, l-applikant jissodisfa din il-kundizzjoni. |
|
(14) |
Fir-rigward tal-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 2(c) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198, li l-applikant effettivament esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni wara l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni, il-Kummissjoni stabbiliet li l-applikant esporta lejn l-Unjoni fl-2019, jiġifieri wara l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali. L-applikant ippreżenta fatturi, lista ta’ imballaġġ, polza ta’ kargu u rċevuta ta’ ordni mogħtija fl-2019 minn kumpannija fid-Danimarka. Għalhekk, l-applikant jissodisfa din il-kundizzjoni. |
|
(15) |
Għaldaqstant, l-applikant jissodisfa t-tliet kundizzjonijiet li biex jingħata n-NEPT, kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 u jenħtieġ għalhekk li t-talba tiġi milqugħa. Konsegwentement, l-applikant għandu jkun soġġett għal dazju anti-dumping ta’ 17,9 % għall-kumpaniji li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali. |
D. DIVULGAZZJONI
|
(16) |
L-applikant u l-industrija tal-Unjoni kienu infurmati bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li skonthom tqies xieraq li tingħata r-rata tad-dazju anti-dumping applikabbli lill-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali lil Hunan Legend Porcelain Industry Co., Ltd. (“Hunan Legend”). |
|
(17) |
Il-partijiet ingħataw il-possibbiltà li jippreżentaw kummenti. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(18) |
Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kumpanija li ġejja tiżdied mal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 li fih il-lista tal-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:
|
Kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Hunan Legend Porcelain Industry Co., Ltd. |
C608 |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) ĠU L 189, 15.7.2019, p. 8.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 131, 15.5.2013, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2131 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 139).
(5) Orbis huwa fornitur globali tad-data ta’ informazzjoni korporattiva li jkopri aktar minn 220 miljun kumpanija madwar id-dinja. Prinċipalment jipprovdi informazzjoni standardizzata dwar kumpaniji privati u strutturi korporattivi.
(6) Qichacha hija bażi ta’ data privata, bi skop ta’ qligħ, li tipprovdi data kummerċjali, informazzjoni ta’ kreditu, u analitika ta’ kumpaniji privati u pubbliċi bbażati fiċ-Ċina, għall-konsumaturi/professjonisti.
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). L-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (il-Kodiċi Doganali tal-UE), jistipula li żewġ persuni għandhom jitqiesu relatati jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew iktar tal-azzjonijiet bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) wieħed minnhom direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; (h) ikunu membri tal-istess familja. Il-persuni li huma assoċjati fin-negozju ma’ xulxin, fis-sens li waħda tkun l-aġent waħdieni, id-distributur waħdieni jew il-konċessjonarju waħdieni, bi kwalunkwe mod deskritt, tal-persuna l-oħra, għandhom jitqiesu bħala relatati biss jekk ikunu jaqgħu fi ħdan il-kriterji msemmija fis-sentenza ta’ qabel.
DEĊIŻJONIJIET
|
19.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/470
tat-18 ta’ Marzu 2021
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/489 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Djalogu bejn Belgrad u Pristina u kwistjonijiet reġjonali oħrajn tal-Balkani tal-Punent
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-2 ta’ April 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/489 (1) li taħtar lis-Sur Miroslav LAJČÁK bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għad-Djalogu bejn Belgrad u Pristina u kwistjonijiet reġjonali oħrajn tal-Balkani tal-Punent, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1313 (2). Il-mandat tar-RSUE ser jintemm fil-31 ta’ Marzu 2021. |
|
(2) |
Il-mandat tar-RSUE jenħtieġ li jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta’ 17-il xahar u jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta’ April 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2022. |
|
(3) |
Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/489 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea Il-mandat tas-Sur Miroslav LAJČÁK bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għad-Djalogu bejn Belgrad u Pristina u kwistjonijiet reġjonali oħrajn tal-Balkani tal-Punent huwa estiż sal-31 ta’ Awwissu 2022. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm qabel, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 5(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ April 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2022 għandu jkun ta’ EUR 2 580 000.”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 13, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Ir-RSUE għandu jippreżenta lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapporti ta’ progress regolari u rapport komprensiv finali dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sal-31 ta’ Mejju 2022.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/489 tat-2 ta’ April 2020 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Djalogu bejn Belgrad u Pristina u kwistjonijiet reġjonali oħrajn tal-Balkani tal-Punent (ĠU L 105, 3.4.2020, p. 3).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1313 tal-21 ta’ Settembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/489 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Djalogu bejn Belgrad u Pristina u kwistjonijiet reġjonali oħrajn tal-Balkani tal-Punent (ĠU L 308, 22.9.2020, p. 4).