|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
2.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/367
tal-1 ta’ Marzu 2021
dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 bħala addittiv tal-għalf għall-għoġġiela għat-trobbija u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 883/2010 (detentur tal-awtorizzazzjoni S.I. Lesaffre)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi biex jintużaw fl-għalf għall-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata u tiġġedded din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407, li qabel kienet identifikata bħala Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc47, kienet awtorizzata għal 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-għoġġiela għat-trobbija bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 883/2010 (2). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni mid-detentur tal-awtorizzazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-għoġġiela għat-trobbija, fejn intalab li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. Dik l-applikazzjoni kellha magħha d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-25 ta’ Mejju 2020 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-applikant ipprovda l-evidenza li l-addittiv jikkonforma mal-kundizzjonijiet eżistenti għall-awtorizzazzjoni. L-Awtorità kkonkludiet li l-preparazzjoni Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 ma għandhiex effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi u fuq l-ambjent. Hija kkonkludiet ukoll li din mhijiex irritant tal-ġilda jew tal-għajnejn u, billi ma hemmx data, ma jistgħux jintlaħqu konklużjonijiet dwar il-potenzjal ta’ sensitizzazzjoni tal-ġilda ta’ dan l-addittiv. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi biex jipprevjenu effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf f’għalf li ġie sottomess mil-laboratorju ta’ referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġġedded l-awtorizzazzjoni għal dak l-addittiv. |
|
(6) |
B’konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 bħala addittiv tal-għalf, jenħtieġ li jitħassar ir-Regolament (UE) Nru 883/2010. |
|
(7) |
Billi ma hemmx ħtieġa minħabba xi raġunijiet ta’ sikurezza li jiġu applikati minnufih il-bidliet fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407, jixraq li jingħata perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jitħejjew biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mit-tiġdid tal-awtorizzazzjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tiġdid tal-awtorizzazzjoni
L-awtorizzazzjoni tal-addittiv speċifikat fl-Anness, tal-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u tal-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana” hija awtorizzata soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Perjodu ta’ tranżizzjoni
1. L-addittiv speċifikat fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom minnu, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-22 ta’ Settembru 2021 f’konformità mar-regoli li kienu japplikaw qabel it-22 ta’ Marzu 2021 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittiv speċifikat fl-Anness li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-22 ta’ Marzu 2022 f’konformità mar-regoli li kienu japplikaw qabel it-22 ta’ Marzu 2021 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
Artikolu 3
Tħassir
Ir-Regolament (UE) Nru 883/2010 jitħassar.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 883/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 bħala addittiv tal-għalf għal għoġġiela għat-trobbija (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Société industrielle Lesaffre) (ĠU L 265, 8.10.2010, p. 1).
(3) EFSA Journal 2020;18(6):6167.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||
|
CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana |
|||||||||||||
|
4b1702 |
S.I. Lesaffre |
Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 li fiha minimu ta’ 5 × 109 CFU/g Forma solida |
Għoġġiela għat-trobbija |
- |
1,5 ×109 |
- |
|
22.3.2031 |
||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Ċelloli mnixxfin vijabbli ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 |
|||||||||||||
|
Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni: metodu tat-tferrigħ bl-użu ta’ agar magħmul mid-destrożju, l-estratt tal-ħmira u l-kloramfenikol EN15789 Identifikazzjoni: metodu tar-reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) CEN/TS 15790. |
|||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej:https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.
|
2.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/368
tal-1 ta’ Marzu 2021
li tagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Aero-Sense Aircraft Insecticide ASD”
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-2 ta’ Frar 2018, Aero-Sense NV ippreżentat applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott bijoċidali uniku bl-isem “Aero-Sense Aircraft Insecticide ASD” tat-tip ta’ prodotti 18, kif deskritt fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament, u pprovdiet konferma bil-miktub li l-awtorità kompetenti tal-Belġju kienet aċċettat li tevalwa l-applikazzjoni. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-DX037393-17 fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali. |
|
(2) |
L-“Aero-Sense Aircraft Insecticide ASD” fih il-1R-trans fenotrina, bħala s-sustanza attiva, li hija inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(3) |
Fis-7 ta’ Mejju 2020, f’konformità mal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni ppreżentat rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni tagħha lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”). |
|
(4) |
Fit-2 ta’ Lulju 2020, f’konformità mal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-Aġenzija ssottomettiet lill-Kummissjoni opinjoni (2), l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali (“SPC”) tal-“Aero-Sense Aircraft Insecticide ASD” u r-rapport finali tal-valutazzjoni dwar il-prodott bijoċidali uniku. |
|
(5) |
L-opinjoni kkonkludiet li l-“Aero-Sense Aircraft Insecticide ASD” huwa prodott bijoċidali uniku, li huwa eliġibbli għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u li, soġġett għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(6) |
Fl-4 ta’ Awwissu 2020, f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-Aġenzija bagħtet l-abbozz tal-SPC lill-Kummissjoni bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk hija tal-fehma li jixraq li tagħti l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-“Aero-Sense Aircraft Insecticide ASD”. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Qed tingħata l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0024297-0000 lil Aero-Sense NV għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-prodott bijoċidali uniku “Aero-Sense Aircraft Insecticide ASD”, f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali stabbiliti fl-Anness.
L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mit-22 ta’ Marzu 2021 sat-28 ta’ Frar 2031.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) ECHA opinion of 17 June 2020 on the Union authorisation of the biocidal product “Aero-Sense Aircraft Insecticide ASD” (ECHA/BPC/262/2020), https://echa.europa.eu/bpc-opinions-on-union-authorisation
ANNESS
Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal prodott bijoċidali
Aero-Sense Aircraft Insecticide ASD
Prodott tip 18 - Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra (Kontroll tal-pesti)
Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0024297-0000
Numru tal-ass R4BP: EU-0024297-0000
1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Isem (ismijiet) kummerċjali tal-prodott
|
Isem kummerċjali |
Aero-Sense Aircraft Insecticide ASD |
1.2. Detentur tal-awtorizzazzjoni
|
Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni |
Isem |
Aero-Sense NV |
|
Indirizz |
Schaapbruggestraat 50, 8800 Roeselare, Belġju |
|
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
EU-0024297-0000 |
|
|
Numru tal-ass R4BP |
EU-0024297-0000 |
|
|
Data tal-awtorizzazzjoni |
It-22 ta’ Marzu 2021. |
|
|
Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni |
It-28 ta’ Frar 2031. |
|
1.3. Manifattur(i) tal-prodott
|
L-isem tal-manifattur |
Volcke Aerosol Connection |
|
L-indirizz tal-manifattur |
Industrielaan 15, 8520 Kuurne Il-Belġju |
|
Post ta ‘siti ta’ manifattura |
Industrielaan 15, 8520 Kuurne Il-Belġju |
|
L-isem tal-manifattur |
Envasado Xiomara, S.L. |
|
L-indirizz tal-manifattur |
Polígono Industrial La Torrecilla Chica, 6, 45220 Yeles - Toledo Spanja |
|
Post ta ‘siti ta’ manifattura |
Polígono Industrial La Torrecilla Chica, 6, 45220 Yeles - Toledo Spanja |
|
L-isem tal-manifattur |
Aero-Sense NV |
|
L-indirizz tal-manifattur |
Kachtemsestraat 289, 8800 Roeselare Il-Belġju |
|
Post ta ‘siti ta’ manifattura |
Kachtemsestraat 289, 8800 Roeselare Il-Belġju |
1.4. Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)
|
Sustanza attiva |
1R-trans fenotrin |
|
L-isem tal-manifattur |
Endura S.p.A |
|
L-indirizz tal-manifattur |
Viale Pietro Pietramellara 5, 40121 Bologna Italja |
|
Post ta ‘siti ta’ manifattura |
39 Wenfeng Road, 225009 Yangzhou, Jiangsu Ċina |
2. KOMPOŻIZZJONI U FORMULAZZJONI TAL-PRODOTT
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva fuq il-kompożizzjoni tal-prodott
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru KE |
Kontenut (%) |
|
1R-trans fenotrin |
3-phenoxybenzyl (1R,3R)-2,2-dimethyl- 3-(2-methylprop-1- enyl)cyclopropanecarboxylate |
Sustanza attiva |
26046-85-5 |
247-431-2 |
2,0 |
2.2. Tip ta’ formulazzjoni
AE - Aerosol dispenser
3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U PREKAWZJONI
|
Dikjarazzjonijiet dwar Periklu |
Kontenitur taħt pressjoni. Jista jinfaqa meta jissaħħan Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi. Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema. |
|
Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni |
Biegħed mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħra li jaqbdu. – Tpejjipx. Ittaqqbux u taħarqux, anki wara li tużah. Evita r-rilaxx fl-ambjent. Iġbor it-tixrid. Ipproteġi mid-dawl tax-xemx.Tesponix għal temperaturi li jeċċedu l-50 °C/122 °F. Armi il-kontenitur fi punt ta’ ġbir ta’ skart perikoluż jew speċjali.. |
4. UŻU(IJIET) AWTORIZZATI
4.1. deskrizzjoni użu
Tabella 1. Uża # 1 – Nemus – Trattament tal-ajruplani - Professjonisti
|
Tip ta’ Prodott |
TP 18 - Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra |
||||||
|
Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
Insettiċida |
||||||
|
Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
isem xjentifiku: Culex spp. isem komuni: Nemus Culex istadju iżvilupp: Adulti|Insetti, mammiferi (annimali gerriema eż) isem xjentifiku: Aedes spp. isem komuni: Aedes mosquitoes istadju iżvilupp: Adulti|Insetti, mammiferi (annimali gerriema eż) isem xjentifiku: Anopheles spp. isem komuni: Anopheles mosquitoes istadju iżvilupp: Adulti|Insetti, mammiferi (annimali gerriema eż) |
||||||
|
Qasam tal-użu |
Indoor Applikazzjoni fil-kabina tal-pilota u fil-kabina tal-passiġġieri għal diżinsettizzazzjoni tal-ajruplan. |
||||||
|
Metodu(i) ta’ applikazzjoni |
Metodu: Sprej ajrusol Deskrizzjoni dettaljata: Traxxix |
||||||
|
Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta ‘Applikazzjoni: Rata ta’ applikazzjoni rakkomandata: 35 g/100 m3 (i.e. 0.7 g s.a./100 m3). Dilwizzjoni (%): Prodott lest għall-użu. Numru u ħin tal-applikazzjoni: It-trattament irid jiġi ripetut fuq kull titjira fejn huwa meħtieġ trattament ta’ diżinsettizzazzjoni. Applikazzjoni waħda kull titjira biss. |
||||||
|
Kategorija(i) tal-utenti |
professjonali |
||||||
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Bott tal-Aluminju (ALU) stampat 18 bar - Stampat bil-kulur kollu Tap abjad (Attwatur ta’ Sparatura Waħda) jew Tapp blu (Attwatur ta’ Bosta Sparaturi) Ippakkjat f’imballaġġ tal-kartun kull 24 biċċa Disponibbli f’bosta daqsijiet ta’ bottijiet:
|
4.1.1. Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu
|
— |
Jekk jogħġbok irreferi għall-manwal t’abbord għan-numru ta’ bottijiet meħtieġa għal trattament ta’ diżinsettizzazzjoni għal kull ajruplan speċifiku. |
|
— |
Il-proċedura ta’ diżinsettizzazzjoni għandha tkun imħabbra lill-passiġġieri qabel l-applikazzjoni tal-prodott fl-ajruplan. Il-passiġġieri għandhom jingħataw il-parir li jagħlqu għajnejhom u jgħattu wiċċhom waqt li tkun qed issir il-proċedura. |
|
— |
Tisprejjax direttament fuq il-ġilda jew fl-għajnejn. |
|
— |
Tisprejjax fuq jew qrib l-ikel, żoni ta’ preparazzjoni tal-ikel jew għodod tal-ikel. |
|
— |
Dejjem aħsel idejk wara l-immaniġġar. |
|
— |
Evita użu minn persunal mhux awtorizzat. |
|
— |
Neħħi t-tapp. |
|
— |
Żomm il-bott(ijiet) vertikalment f’distanza ta’ driegħ. |
|
— |
Tapp abjad għal “Sparatura waħda”: agħfas it-tab fuq iż-żennuna tal-isprej sakemm jillokkja ’l isfel. Il-prodott ajrusol jiġi rilaxxata fi sprejjatura kontinwa waħda. |
|
— |
Tapp blu għal “Bosta sparaturi”: agħfas it-tab fuq iż-żennuna tal-isprej sakemm ikun hemm rilaxx ta’ kwantità suffiċjenti jew sakemm il-prodott ikun rilaxxat kollu. |
|
— |
L-ajrusol insettiċida għandu jiġi sprejjat billi ż-żennuna tad-dispensur tal-ajrusol tkun immirata f’angolu ta’ madwar 45° lejn is-saqaf madwar l-ajruplan. |
|
— |
L-isprej għandu jkun dirett lejn ftit wara l-utent. |
|
— |
Sprejja b’uniformità madwar iż-żona kollha. |
|
|
40 g (34 ml) - Bott wieħed jitratta b’mod effettiv 114 m3 volum ta’ arja; |
|
|
60 g (52 ml) - Bott wieħed jitratta b’mod effettiv 171 m3 volum ta’ arja; |
|
|
100 g (86 ml) - Bott wieħed jitratta b’mod effettiv 285 m3 volum ta’ arja. |
Diżinsettizzazzjoni “blocks away”
Din il-proċedura ssir qabel it-tluq wara li jkunu telgħu l-passiġġieri u l-bibien ingħalqu.
Il-gverta tal-ajruplan tiġi sprejjata qabel id-dħul tal-ekwipaġġ.
Biex id-diżinsettizzazzjoni tkun effettiva, is-sistema tal-ajra kondizzjonata tal-ajruplan trid tintefa’ waqt l-isprejjar. L-ekwipaġġ għandu jittratta kull post possibbli ta’ kenn għall-insetti inklużi toilets, kċejjen u gwardarobbi, sakemm dawn iż-żoni ma jkunux ġew sprejjati flimkien mal-gverta tal-ajruplan qabel id-dħul tal-passiġġieri.
“Top-of-descent” (sprejjar matul it-titjira)
Skont il-Gwida tal-WHO, sprejjar ta’ qabel it-titjira u qabel l-inżul huwa metodu ta’ diżinsettizzazzjoni f’żewġ partijiet. “Qabel l-inżul” (sprejjar matul it-titjira) huwa t-tieni teknika ta’ dan il-metodu u jitwettaq qabel l-inżul, hekk kif l-ajruplan jibda l-inżul lejn l-ajruport ta’ destinazzjoni. Iċ-ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-arja għandha tkun issettjata għal fluss normali.
Ebda effikaċja residwa ma ntweriet.
Il-prodott li fih 1R-trans phenothrin ma għandux jintuża għal trattament qabel u waqt it-titjira fl-istess ajruplan.
4.1.2. Miżuri ta ‘mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
|
— |
Il-prodott għandu jiġi applikat darba biss kull titjira. |
|
— |
Membru tal-ekwipaġġ ma għandux jagħmel aktar minn applikazzjoni waħda kuljum. |
|
— |
Tużax/tapplikax direttament fuq jew ħdejn l-ikel, l-għalf jew ix-xorb, jew fuq uċuħ jew għodod li aktarx jistgħu jiġu f’kuntatt mal-ikel u x-xorb. |
|
— |
Fih il-1R-trans phenothrin (pyrethroids), jista’ jkun ta’ periklu għal qtates. Għandha tingħata attenzjoni fl-użu tal-prodott meta qtates huma preżenti fl-ajruplan. Il-qtates għandhom jinżammu l-bogħod matul it-trattament. |
|
— |
It-tindif ta’ ajruplan trattat għandu jsir biss bi prodotti speċjalizzati li ma jirrikjedux l-iskariku ta’ likwidu skartat fid-drenaġġ u l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ lokali. |
|
— |
Tagħmir ta’ tindif (pniezel, biċċiet tad-drapp, eċċ) użati fuq ajruplan wara applikazzjoni tal-prodott għandhom jintremew bħala skart solidu u ma għandhomx jerġgħu jintużaw. |
4.1.3. Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta ‘emerġenza biex jipproteġu l-ambjent
Struzzjonijiet dwar l-ewwel għajnuna:
Ġenerali
|
— |
JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Jekk iseħħu xi sintomi sejjaħ ĊENTRU TA’ AVVELIMENT jew tabib. |
|
— |
JEKK JINBELA’: Jekk iseħħu xi sintomi sejjaħ ĊENTRU TA’ AVVELIMENT jew tabib. |
|
— |
F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Aħsel bis-sapun u l-ilma. Jekk iseħħu xi sintomi sejjaħ ĊENTRU TA’ AVVELIMENT jew tabib. |
|
— |
JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ. Jekk iseħħu xi sintomi sejjaħ ĊENTRU TA’ AVVELIMENT jew tabib. |
|
— |
Pyrethroids jistgħu jikkawżaw paresteżija (ħruq u tingiż fil-ġilda mingħajr irritazzjoni). Jekk is-sintome jippersistu: ikkonsulta tabib. |
Miżuri ta’ emerġenza biex ikun protett l-ambjent f’każ ta’ aċċident
|
— |
Ikkontjeni u kkontrolla n-nixxijat jew it-tixrid b’materjali assorbenti li ma jieħdux in-nar, bħar-ramel, trab, vermiculite, trab diatomaċju f’tankijiet għar-rimi tal-iskart. |
|
— |
Evita li kwalunkwe materjal jidħol fid-drenaġġ jew kanali tal-ilma. |
|
— |
Tidderiġiex sprej tal-ilma lejn il-punt ta’ tnixxija jew tixrid. |
|
— |
Ħalli jevapora kwalunkwe prodott li jibqa’ bħala riżultat tat-tnixxija jew tixrid. |
4.1.4. Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu
|
— |
Għandha ssir entrata xierqa fid-Dikjarazzjoni Ġenerali tal-Ajruplan, li tagħti dettalji tal-proċedura ta’ diżinsettizzazzjoni flimkien man-numri tas-serje tal-bottijiet tal-isprej użati. |
|
— |
Il-bottijiet tal-isprej użati għandhom jinżammu għall-ispezzjoni mill-Awtorità tas-Saħħa tal-Port. |
|
— |
Titfax il-prodott fid-drenaġġ jew kanali tal-ilma. |
|
— |
Assigura li l-immaniġġar tal-iskart isir mingħajr periklu għas-saħħa umana, mingħajr ħsara lill-ambjent u, b’mod partikulari, mingħajr riskju għall-ilma, arja, ħamrija, pjanti jew annimali. |
|
— |
Irriċikla jew armi l-iskart tal-prodott b’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli, preferibbilment permezz ta’ kollettur jew kumpanija ċċertifikata. |
|
— |
Tikkontaminax l-art jew l-ilma bl-iskart tal-prodott. |
|
— |
Tiddisponix mill-iskart tal-prodott fl-ambjent. |
4.1.5. Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara d-direzzjonijiet dwar l-użu
5. DIREZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1)
5.1. Istruzzjonijiet għall-użu
Ara taqsima 4.1.1
5.2. Miżuri ta ‘mitigazzjoni ta’ riskju
Ara taqsima 4.1.2
5.3. Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta ‘emerġenza biex jipproteġu l-ambjent
Ara taqsima 4.1.3
5.4. Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu
Ara taqsima 4.1.4
5.5. Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
|
— |
Aħżen bl-imballaġġ oriġinali f’post frisk (taħt l-40 °C), niexef u ventilat tajjeb. Ipprotegi mill-ġlata. |
|
— |
Aħżen lil hinn minn dawl tax-xemx dirett, anke meta vojt. |
Żmien kemm idum tajjeb il-prodott: Sentejn
6. INFORMAZZJONI OĦRA
(1) L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħrajn għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat.
|
2.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/369
tal-1 ta’ Marzu 2021
li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri meħtieġa għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali msemmija fid-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-preklużjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 31a tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Istati Membri huma meħtieġa jagħmlu interkonnessjoni tar-reġistri nazzjonali tagħhom ta’ sjieda benefiċjarja ċentrali permezz tal-Pjattaforma Ċentrali Ewropea stabbilita bl-Artikolu 22(1) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u l-interkonnessjoni għandha tiġi stabbilita skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri tekniċi stabbiliti mill-atti ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 24 ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, id-differenzi bejn l-għan, l-ambitu u l-kontenut tar-reġistri interkonnessi skont id-Direttiva (UE) 2017/1132 u r-reġistri ċentrali ta’ sjieda benefiċjarja stabbiliti skont id-Direttiva (UE) 2015/849 jeħtieġu definizzjoni u adozzjoni ulterjuri ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi, miżuri u rekwiżiti oħra li jiżguraw kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tas-sistema. |
|
(2) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u tal-Iffinanzjar tat-Terroriżmu. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri msemmija fl-Artikolu 30 u 31 tad- Direttiva (UE) 2015/849 għandhom ikunu kif stipulat fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).
ANNESS
Li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 1
1. Is-suġġett
Is-sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri tas-Sjieda Benefiċjarja (Beneficial Ownership Registers Interconnection System, “BORIS”) għandha tiġi stabbilita bħala sistema deċentralizzata li tgħaqqad flimkien ir-reġistri nazzjonali ċentrali tas-sjieda benefiċjarja u l-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika (1) permezz tal-Pjattaforma Ċentrali Ewropea (2). Il-BORIS għandha sservi bħala servizz ċentrali ta’ tiftix li jagħmel disponibbli l-informazzjoni kollha relatata mas-sjieda benefiċjarja f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/849. (3)
2. Definizzjonijiet
|
(a) |
“reġistru” tfisser reġistri ċentrali nazzjonali dwar informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja msemmija fl-Artikoli 30 u 31 tad-Direttiva (UE) 2015/849; |
|
(b) |
“utent kwalifikat” tfisser l-utenti tal-BORIS imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 30(5) u fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 31(4) tad-Direttiva (UE) 2015/849; |
|
(c) |
“informazzjoni minima obbligatorja” tfisser is-sett komuni ta’ informazzjoni bl-istess struttura u tipi fir-reġistri kollha fl-Istati Membri; |
|
(d) |
“informazzjoni addizzjonali” tfisser sett ta’ informazzjoni predefinit b’mod komuni li l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jaqsmu - flimkien mal-“informazzjoni obbligatorja minima” - parzjalment jew kompletament permezz tal-BORIS; |
|
(e) |
“numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali” tfisser in-numru tal-identità individwali attribwit skont il-liġi nazzjonali lil kumpanija jew entità ġuridika oħra, jew lil trust jew arranġament simili fir-reġistru tas-sjieda benefiċjarja. |
3. Ir-relazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali bl-Identifikatur Uniku Ewropew u bin-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija
|
3.1 |
Ir-reġistru tas-sjieda benefiċjarja għandu jaqsam mal-Pjattaforma Ċentrali Ewropea n-numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali u, għall-kumpaniji, l-Identifikatur Uniku Ewropew (European Unique Identifier, “EUID”) attribwit lilhom fis-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (Business Registers Interconnection System, “BRIS”) (4) kif ukoll in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija, f’każ li dan tal-aħħar ikun differenti min-numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali. In-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija għandu jintuża biex jattribwixxi l-EUID lil kumpaniji li ma għandhomx EUID fil-BRIS. Għal entitajiet legali oħrajn, trusts jew arranġamenti simili, l-EUID għandu jiġi attribwit fuq il-bażi tan-numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali. |
|
3.2 |
L-utenti tal-BORIS għandhom ikunu jistgħu jfittxu kumpaniji, entitajiet legali oħra, trusts jew arranġamenti simili billi jużaw in-numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija, jekk differenti min-numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali. |
|
3.3 |
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jipprovdux numri tar-reġistrazzjoni nazzjonali għal trusts jew arranġamenti legali simili. Fir-rigward ta’ trusts jew ta’ arranġamenti legali simili maħluqa nil-liġi tal-Istat Membru fejn huma miżmuma fir-reġistru ta’ sidien benefiċjarji, din id-deroga tapplika biss għal perjodu ta’ ħames snin li jibda jgħodd mid-data li fiha l-BORIS issir operattiva. |
4. Metodi ta’ komunikazzjoni
Il-BORIS għandha tuża metodi bbażati fuq is-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, bħal servizzi tal-Internet, għall-fini ta’ interkonnessjoni tar-reġistri.
Il-komunikazzjoni bejn il-portal u l-pjattaforma, u bejn reġistru u l-pjattaforma, għandha tkun komunikazzjoni ta’ wieħed ma’ wieħed.
5. Protokolli ta’ komunikazzjoni
Protokolli tal-Internet sikuri, bħal HTTPS, għandhom jintużaw għall-komunikazzjoni bejn il-portal, il-pjattaforma u l-punti ta’ aċċess fakultattivi.
Protokolli ta’ komunikazzjoni standard, bħall-Protokoll ta’ Aċċess ta’ Oġġett Uniku (Simple Object Access Protocol, SOAP), jintużaw għat-trażmissjoni ta’ data u l-metadata.
6. L-istandards tas-sigurtà
Għall-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ informazzjoni permezz tal-BORIS, il-miżuri tekniċi li jiżguraw l-istandards ta’ sigurtà minimi tat-teknoloġija tal-informatika jinkludu:
|
(a) |
miżuri għall-iżgurar tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, inkluż billi jintużaw kanali sikuri bħal HTTPS; |
|
(b) |
miżuri għall-iżgurar tal-integrità tad-data waqt li tkun qed tiġi skambjata; |
|
(c) |
miżuri għall-iżgurar ta’ nonripudju tal-oriġini tal-mittent tal-informazzjoni fil-BORIS u n-nonripudju tal-wasla tal-informazzjoni; |
|
(d) |
miżuri għall-iżgurar ta’ lloggjar ta’ avvenimenti ta’ sigurtà f’konformità ma’ rakkomandazzjonijiet internazzjonali għal standards tas-sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni; |
|
(e) |
miżuri għall-iżgurar tal-awtentikazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ kull utent kwalifikat u miżuri għall-verifika tal-identità tas-sistemi konnessi mal-portal, mal-pjattaforma jew mar-reġistri fil-BORIS; |
|
(f) |
Jekk meħtieġ, miżuri ta’ protezzjoni kontra tfittxijiet awtomatizzati u kopji ta’ reġistri, bħal pereżempju l-limitazzjoni tar-riżultati ritornati minn kull reġistru għal numru massimu u l-użu tal-funzjonalità CAPTCHA (5). |
7. Data li għandha tiġi skambjata fil-qafas tal-BORIS
|
7.1. |
Is-sett ta’ informazzjoni fir-reġistri nazzjonali li jikkonċernaw entità korporattiva jew entità ġuridika oħra, jew trust jew tip simili ta’ arranġament ġuridiku jissejjaħ “rekord BO”. Ir-“rekord BO” jinkludi data dwar il-profil tal-entità jew l-arranġament ikkonċernat, fuq il-persuna tas-sid jew tas-sidien benefiċjarji ta’ din l-entità jew arranġament, kif ukoll fuq l-interess (i) benefiċjarju(i) li għandu(hom) dawn is-sidien. |
|
7.2. |
B’rabta ma’ kumpanija jew entità legali oħra, kif ukoll b’rabta ma’ trust jew arranġament simili, id-data dwar il-profil għandha tinkludi informazzjoni dwar l-isem, il-forma ġuridika, kif ukoll l-indirizz tar-reġistrazzjoni u n-numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali, jekk ikun hemm. |
|
7.3. |
Kull Stat Membru għandu jkollu l-possibbiltà li jestendi l-informazzjoni obbligatorja minima b’informazzjoni addizzjonali. Fir-rigward tas-sid benefiċjarju u l-interess benefiċjarju miżmum minnu/ha, l-informazzjoni obbligatorja minima għandha tikkonsisti fid-data stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(5) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(4) tad-Direttiva (UE) 2015/849. Fir-rigward tal-identità tas-sid benefiċjarju, l-informazzjoni addizzjonali għandha tinkludi tal-inqas id-data tat-twelid jew id-dettalji ta’ kuntatt, kif stabbilit fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 30(5) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 31(4). Id-data mir-rekord ta’ BO għandha tiġi mmudellata fuq il-bażi tal-ispeċifikazzjoni tal-interfaċċa stabbilita. |
|
7.4. |
L-iskambju ta’ informazzjoni għandu jinkludi wkoll messaġġi meħtieġa għall-operazzjoni tas-sistema, bħall-konferma tar-riċevuta, ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar. |
8. Struttura tal-format ta’ messaġġ standard
L-iskambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistri, il-pjattaforma u l-portal għandu jkun ibbażat fuq metodi standard ta’ strutturar tad-data u jiġi espress f’format ta’ messaġġ standard bħal XML (6).
9. Data għall-pjattaforma
|
9.1. |
Skont ir-rekwiżiti ta’ interoperabbiltà, is-servizzi li għandhom jiġu esposti minn kull reġistru għandhom jiġu unifikati u jippreżentaw l-istess interfaċċa biex jippermettu l-interazzjoni mill-applikazzjoni li tagħmel is-sejħa, bħall-pjattaforma, b’tip wieħed ta’ interfaċċa li jesponi sett komuni ta’ elementi ta’ data. L-Istati Membri għandhom jallinjaw l-istruttura tad-data interna tagħhom billi jużaw tabelli tal-immappjar jew implimentazzjoni teknika simili biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet tal-interfaċċja li għandhom jiġu pprovduti mill-Kummissjoni. |
|
9.2. |
Biex il-pjattaforma tkun tista’ twettaq il-funzjonijiet tagħha għandhom jiġu pprovduti t-tipi ta’ data li ġejjin:
|
|
9.3. |
Id-data u l-metadata ġestiti mill-pjattaforma għandhom jiġu pproċessati u maħżuna f’konformità mal-istandards tas-sigurtà deskritti fit-Taqsima 3 ta’ dan l-Anness. |
10. Metodi ta’ operazzjoni tas-sistema u s-servizzi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni pprovduti mill-pjattaforma
|
10.1. |
Għad-distribuzzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni, is-sistema għandha tkun ibbażata fuq il-metodu tekniku ta’ operazzjoni li ġej:
|
|
10.2. |
Għat-twassil ta’ messaġġi fil-verżjoni tal-lingwa rilevanti, il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika għandu jipprovdi artifatti ta’ data ta’ referenza, bħal-listi ta’ kodiċijiet, vokabularji kkontrollati u glossarji; Jekk rilevanti, dawn għandhom jiġu tradotti fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Jekk possibbli, għandhom jintużaw standards rikonoxxuti u messaġġi standardizzati. |
|
10.3. |
Il-Kummissjoni għandha taqsam mal-Istat Membru dettalji ulterjuri dwar il-metodu ta’ teknika għall-implimentazzjoni u l-operazzjoni u s-servizzi tat-teknoloġija tal-informatika pprovduti mill-pjattaforma. |
11. Kriterji tat-Tiftix
|
11.1. |
Mill-inqas pajjiż wieħed għandu jintgħażel meta ssir tfittxija. |
|
11.2. |
Il-portal għandu jipprovdi l-kriterji armonizzati li ġejjin għat-tfittxija:
|
|
11.3. |
Kriterji ulterjuri ta’ tfittxija jistgħu jkunu disponibbli fuq il-portal. |
12. Modalitajiet ta’ ħlas u reġistrazzjoni online
|
12.1. |
Għad-data partikolari li l-Istati Membri jitolbu ħlas għaliha u li hija disponibbli fuq il-portal permezz tal-BORIS, is-sistema għandha tippermetti lill-utenti jħallsu online bl-użu ta’ modalitajiet ta’ pagament użati komunement bħall-karti ta’ kreditu u ta’ debitu. |
|
12.2. |
Il-BORIS għandu jkun fiha miżuri li jiżguraw il-possibbiltà għal reġistrazzjoni online skont l-Artikolu 30(5a) u l-Artikolu 31(4a) tad-Direttiva (UE) 2015/849. |
13. Disponibbiltà tas-servizzi
|
13.1. |
Iż-żmien li fih jingħata servizz għandu jkun 24h/7, b’rata ta’ disponibbiltà tal-BORIS ta’ mill-inqas 98 % eskluża l-manutenzjoni skedata. |
|
13.2. |
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta’ manutenzjoni kif ġej:
|
|
13.3. |
Meta l-Istati Membri jkollhom ħinijiet tas-servizz fissi għal kull ġimgħa, dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-ħin u l-ġurnata tal-ġimgħa meta jkunu ppjanati dawn il-ħinijiet tas-servizz. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi fil-punti minn (a) sa (c) tat-tieni paragrafu, jekk is-sistemi ta’ Stat Membru ma jibqgħux disponibbli matul perjodu fiss bħal dan, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jinnotifikawx lill-Kummissjoni. |
|
13.4. |
F’każ ta’ ħsara teknika mhux mistennija li tikkawża nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ aktar minn nofs siegħa tas-sistemi tal-Istati Membri, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien matul il-ħinijiet tax-xogħol (9:00am - 4:00pm CET) bin-nuqqas ta’ disponibbiltà tas-sistema tagħhom, u, jekk ikun magħruf, bit-tkomplija prevista tas-servizz. |
|
13.5. |
F’każ ta’ ħsara mhux mistennija fil-pjattaforma ċentrali jew fil-portal, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri mingħajr dewmien (9:00am - 4.00pm CET) bin-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-pjattaforma jew tal-portal, u jekk ikun magħruf, meta jaħsbu li se jitkompla s-servizz. |
14. Regoli ta’ traskrizzjoni u trażlitterazzjoni
Kull Stat Membru għandu jittraskrivi jew jittraduċi t-talbiet ta’ tiftix immirati lejh u r-riżultati rritornati skont l-istandards nazzjonali tiegħu.
(1) Minn hawn ’il quddiem: il-portal
(2) Il-Pjattaforma Ċentrali Ewropea (minn hawn ’il quddiem: il-pjattaforma) hija stabbilita bl-Artikolu 22(1) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).
(3) Dan huwa mingħajr preġudizzju għal xi funzjonalitajiet addizzjonali li l-BORIS tista’ tikseb fil-futur.
(4) L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji u l-Artikolu 8 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/884 tat-8 ta’ Ġunju 2015 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri meħtieġa għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita bid-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(5) “Completely Automated Public Turing test to tell Computers and Humans Apart”
(6) Extensible Markup Language
|
2.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/18 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/370
tal-1 ta’ Marzu 2021
li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja soġġetti għal reġistrazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 14(5) tiegħu,
Wara li infurmat lill-Istati Membri,
Billi:
|
(1) |
Fit-30 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, permezz ta’ notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-notifika ta’ bidu”), il-ftuħ ta’ proċediment anti-dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti ta’ stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja (“il-proċediment anti-dumping”), wara lment imressaq fis-17 ta’ Awwissu 2020 mill-European Steel Association (“EUROFER”) (“l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodotti ta’ stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ. |
1. PRODOTT SOĠĠETT GĦAR-REĠISTRAZZJONI
|
(2) |
Il-prodott soġġett għar-reġistrazzjoni (“il-prodott ikkonċernat”) huwa prodotti rrumblati ċatti ta’ stainless steel, mhux maħdumin aktar ħlief irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana) li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja (“il-pajjiżi kkonċernati”). Dawn il-prodotti huma attwalment ikklassifikati taħt il-kodiċijiet NM 7219 31 00, 7219 32 10, 7219 32 90, 7219 33 10, 7219 33 90, 7219 34 10, 7219 34 90, 7219 35 10, 7219 35 90, 7219 90 20, 7219 90 80, 7220 20 21, 7220 20 29, 7220 20 41, 7220 20 49, 7220 20 81, 7220 20 89, 7220 90 20 u 7220 90 80. Il-kodiċijiet NM huma mogħtija għall-informazzjoni biss. |
2. TALBA
|
(3) |
Fil-21 ta’ Diċembru 2020, l-ilmentatur ressaq talba għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, li kompliet tissostanzja t-talba tiegħu għar-reġistrazzjoni fl-ilment. L-ilmentatur talab li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat isiru soġġetti għar-reġistrazzjoni sabiex ikunu jistgħu jiġu applikati miżuri kontra dawk l-importazzjonijiet retroattivament mid-data ta’ tali reġistrazzjoni. |
|
(4) |
Produttur esportatur wieħed li jopera fiż-żewġ pajjiżi kkonċernati, Jindal Group, ippreżenta osservazzjonijiet b’reazzjoni għat-talba. |
3. RAĠUNIJIET GĦAR-REĠISTRAZZJONI
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista’ tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex jieħdu l-passi xierqa għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, sabiex sussegwentement ikunu jistgħu jiġu applikati miżuri fuq dawk l-importazzjonijiet mid-data ta’ din ir-reġistrazzjoni, dment li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fir-Regolament bażiku jkunu ssodisfati. L-importazzjonijiet jistgħu jsiru soġġetti għar-reġistrazzjoni wara talba mill-industrija tal-Unjoni li jkun fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika din l-azzjoni. |
|
(6) |
Abbażi tal-aktar statistika riċenti disponibbli, l-ilmentatur allega li kien hemm żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet wara l-bidu tal-investigazzjoni, u dik iż-żieda x’aktarx kienet se timmina serjament l-effett rimedjali tad-dazji definittivi. Barra minn hekk, l-ilmentatur argumenta li fid-dawl tal-istorja tad-dumping fuq il-prodott ikkonċernat u l-bosta miżuri imposti u investigazzjonijiet miftuħa, l-importaturi kienu, jew kellhom ikunu, konxji tal-prattiki tad-dumping mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni eżaminat it-talba fid-dawl tal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni vverifikat jekk l-importaturi kinux konxji, jew jekk kellhomx ikunu konxji, tad-dumping fir-rigward tal-livell tad-dumping u d-dannu allegat jew misjub. Hija analizzat ukoll jekk kienx hemm żieda oħra sostanzjali fl-importazzjonijiet li, fid-dawl ta’ meta seħħet kif ukoll tal-volum u ta’ ċirkostanzi oħra, x’aktarx kienet timmina serjament l-effett rimedjali tad-dazju anti-dumping definittiv potenzjali li għandu jiġi applikat. |
3.1. Għarfien tal-importaturi dwar id-dumping, il-livell tiegħu u d-dannu allegat
|
(8) |
F’dan l-istadju, il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Indja u mill-Indoneżja huma l-oġġett ta’ dumping. L-ilment ipprovda biżżejjed evidenza ta’ dumping, abbażi ta’ tqabbil tal-valur normali stabbilit b’dan il-mod mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Kumplessivament, u meta titqies il-portata tal-marġnijiet ta’ dumping allegat ta’ 48,8 % għall-Indja u li jvarjaw minn 15,6 % sa 34,4 % għall-Indoneżja, din l-evidenza pprovdiet biżżejjed indikazzjoni li l-produtturi esportaturi qed iwettqu dumping. |
|
(9) |
L-ilment ipprovda wkoll biżżejjed evidenza ta’ dannu allegat lill-industrija tal-Unjoni, inkluż l-iżvilupp negattiv ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(10) |
Din l-informazzjoni kienet tinsab kemm fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment kif ukoll fin-notifika ta’ bidu għal dan il-proċediment ippubblikata fit-30 ta’ Settembru 2020. Permezz tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, in-Notifika ta’ Bidu hija dokument pubbliku aċċessibbli għall-importaturi kollha. Barra minn hekk, bħala partijiet interessati fl-investigazzjoni, l-importaturi għandhom aċċess għall-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment u għall-fajl mhux kunfidenzjali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li, fuq din il-bażi, l-importaturi kienu konxji, jew kellhom ikunu konxji, tad-dumping, il-portata tiegħu u d-dannu allegat. |
|
(11) |
B’hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ewwel kriterju għar-reġistrazzjoni kien issodisfat. |
3.2. Żieda oħra sostanzjali fl-importazzjonijiet
|
(12) |
Il-Kummissjoni analizzat dan il-kriterju abbażi tad-data statistika li tikkonċerna l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiżi kkonċernati disponibbli fil-bażi tad-data Surveillance 2. Biex tivvaluta jekk kienx hemm żieda oħra sostanzjali minn meta nbdiet l-investigazzjoni, il-Kummissjoni l-ewwel iddefiniet il-perjodi ta’ żmien li kellhom jitqabblu. Minn naħa, hija vvalutat id-data tal-importazzjonijiet mill-Indja u mill-Indoneżja wara l-bidu tal-investigazzjoni anti-dumping (jiġifieri l-punt fiż-żmien minn meta l-importaturi kienu konxji, jew kellhom ikunu konxji, tal-prattiki tad-dumping) sal-aktar perjodu riċenti, jiġifieri l-perjodu bejn Ottubru 2020 u Jannar 2021. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni kkalkulat l-importazzjonijiet Indjani u Indoneżjani għall-istess perjodu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (“PI”), jiġifieri minn Ottubru 2019 sa Jannar 2020, kif ukoll il-volumi medji tal-importazzjonijiet fix-xahar fil-perjodu sħiħ tal-PI. |
|
(13) |
It-tqabbil juri li l-volum medju tal-importazzjonijiet fix-xahar mill-Indja u mill-Indoneżja żviluppaw kif ġej: Tabella 1 Volumi ta’ importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati (f’tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||||||
|
(14) |
Abbażi ta’ din id-data statistika, il-Kummissjoni sabet li l-volum medju ta’ importazzjonijiet fix-xahar ta’ prodotti ta’ stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ mill-pajjiżi kkonċernati fil-perjodu minn Ottubru 2020 sa Jannar 2021, jiġifieri wara l-bidu tal-każ ta’ anti-dumping, kien 17 % ogħla mill-volum medju ta’ importazzjonijiet fix-xahar matul il-PI u 6 % ogħla mill-istess perjodu tas-sena preċedenti. |
|
(15) |
Jindal Group argumenta li l-analiżi għar-reġistrazzjoni kellha tkun ibbażata fuq il-perjodu wara l-bidu tal-investigazzjoni anti-dumping, filwaqt li l-Eurofer ipprovdiet data għall-perjodu wara l-PI. Jindal Group iddikjara li żieda oħra sostanzjali fl-importazzjonijiet wara l-bidu tal-investigazzjoni anti-dumping ma kinitx evidenzjata fis-sottomissjoni tal-ilmentatur u li d-data tal-Eurostat uriet tnaqqis fl-importazzjonijiet mill-Indja f’Ottubru 2020 meta mqabbel mal-PI (jiġifieri 8 650 tunnellata f’Ottubru 2020 meta mqabbel ma’ medja fix-xahar ta’ 9 058 tunnellata matul il-PI). Skont Jindal Group, il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja kienu kkonċentrati fl-ewwel xahar ta’ kull trimestru u wrew tnaqqis f’Ottubru 2020 meta mqabbel ma’ April u Lulju 2020 (jiġifieri 21 532 tunnellata f’Ottubru 2020, mentri 22 299 tunnellata f’April 2020 u 26 787 tunnellata f’Lulju 2020). Għaldaqstant, Jindal Group ikkonkluda li ma kien hemm l-ebda żieda fl-importazzjonijiet u b’hekk dan il-kriterju ma kienx issodisfat. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni tinnota mill-bidu li l-ilmentatur ipprovda statistika tal-importazzjonijiet għall-perjodu ta’ investigazzjoni għat-tielet trimestru tal-2020 u għall-perjodu ta’ wara l-bidu, jiġifieri sa Ottubru 2020. Jindal Group ipprovda wkoll data għall-istess perjodi ta’ żmien bħall-ilmentatur, u spiċċa bix-xahar ta’ Ottubru 2020. L-analiżi tal-Kummissjoni hija bbażata fuq l-aktar data riċenti li tispiċċa f’Jannar 2021, kif speċifikat fit-Tabella 1 ta’ hawn fuq. Kif spjegat fil-premessa (12), l-importazzjonijiet medji rilevanti fix-xahar ta’ wara l-PI għall-perjodu minn Ottubru 2020 sa Jannar 2021 tqabblu mal-importazzjonijiet medji fix-xahar għall-perjodu minn Ottubru 2019 sa Jannar 2020, kif ukoll mal-volumi medji ta’ importazzjonijiet fix-xahar fil-PI sħiħ. Il-perjodu bejn il-PI u l-bidu tal-investigazzjoni, jiġifieri t-tielet trimestru tal-2020, ma tqiesx f’din il-valutazzjoni. Id-data rilevanti li qieset il-Kummissjoni, akkumulata għall-pajjiżi kkonċernati, uriet żieda oħra sostanzjali fl-importazzjonijiet wara l-bidu kemm meta mqabbla mal-perjodu ta’ investigazzjoni kif ukoll mal-perjodu korrispondenti matul il-PI. Instab li d-dikjarazzjoni ta’ Jindal Group li ma seħħet l-ebda żieda oħra sostanzjali la mill-Indja u lanqas mill-Indoneżja wara l-bidu hija żbaljata fid-dawl tad-data aktar riċenti disponibbli għall-Kummissjoni. Id-dikjarazzjoni ta’ Jindal Group li l-importazzjonijiet mill-Indoneżja kienu kkonċentrati fl-ewwel xahar ta’ kull trimestru ma biddlitx il-konklużjoni li kien hemm żieda oħra sostanzjali fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati abbażi tad-data rilevanti dwar l-importazzjonijiet. Din il-konċentrazzjoni ta’ importazzjonijiet aktarx li hija marbuta mal-mekkanika tal-Kwota Tariffarja (“TRQ” - Tariff-Rate-Quota) mingħajr dazju ta’ salvagwardja skont il-miżuri ta’ salvagwardja dwar ċerti prodotti tal-azzar (“miżuri ta’ salvagwardja”) (3), fejn il-ftuħ ta’ lottijiet tat-TRQ mingħajr dazju ta’ salvagwardja fil-bidu ta’ kull trimestru ġeneralment iwassal għal volumi kbar ta’ importazzjonijiet ikkonċentrati fl-istadji bikrin tat-trimestri. Għaldaqstant, id-dikjarazzjonijiet ta’ Jindal Group ġew miċħuda. |
|
(17) |
L-ilmentatur iddikjara li kien hemm żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati minħabba l-kwoti tariffarji liberalizzati fuq il-prodott ikkonċernat wara r-rieżami tal-miżuri ta’ salvagwardja (4) u li tista’ tkun mistennija żieda oħra fl-importazzjonijiet, li tikkawża dannu addizzjonali, minħabba l-bidliet li saru fil-kwoti tariffarji wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (5). L-ilmentatur argumenta li, b’riżultat ta’ dan, il-kwota tal-“pajjiż l-ieħor” tiġi aġġustata ’l fuq b’aktar minn 13 000 tunnellata, u li din iż-żieda tagħti l-opportunità lill-Indoneżja biex tkompli żżid l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-UE. Jindal Group ċaħad din id-dikjarazzjoni bħala mhux sostanzjata u spekulattiva. Fl-istess ħin, Jindal Group iddikjara li l-liberalizzazzjoni ulterjuri tal-miżuri ta’ salvagwardja wasslu biss għal żieda fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra u mhux mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(18) |
L-adattament tal-livell tal-kwoti tariffarji skont il-miżuri ta’ salvagwardja wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea wassal għal kwoti speċifiċi għall-pajjiż aktar baxxi, filwaqt li żied il-kwota għal pajjiżi oħra. Filwaqt li l-Indja għandha kwota speċifika għall-pajjiż, l-Indoneżja trid timporta taħt il-kwota globali kondiviża ma’ pajjiżi oħra. L-Indoneżja konsistentement ilha tuża parti kbira mill-kwota globali mid-dħul fis-seħħ tal-miżuri ta’ salvagwardja u l-importazzjonijiet f’Jannar 2021 (jiġifieri kważi 30 000 tunnellata mill-kwota totali tal-ewwel trimestru tal-2021 ta’ 46 536 tunnellata) indikaw żieda oħra fl-importazzjonijiet mill-Indoneżja. B’hekk, il-ħruġ tar-Renju Unit ma wassalx għal żieda biss fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra għajr il-pajjiżi kkonċernati, bħal kif iddikjara Jindal Group. Għaldaqstant, l-evidenza disponibbli tappoġġa d-dikjarazzjoni tal-ilmentatur li l-importazzjonijiet mill-Indoneżja aktarx se jkomplu jiżdiedu wara l-adattament wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. |
|
(19) |
Fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tieni kriterju għar-reġistrazzjoni kien issodisfat ukoll. |
3.3. Imminar tal-effett rimedjali tad-dazju
|
(20) |
Il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza li żieda kontinwa fl-importazzjonijiet mill-Indja u mill-Indoneżja bi prezzijiet li jkomplu jonqsu tikkawża dannu addizzjonali, u b’hekk dan aktarx li jimmina b’mod serju l-effetti rimedjali ta’ dazji anti-dumping definittivi possibbli. |
|
(21) |
Kif stabbilit fit-Taqsima 3.2, hemm biżżejjed evidenza ta’ żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet globali tal-prodott ikkonċernat fil-perjodu wara l-bidu tal-investigazzjoni. |
|
(22) |
Barra minn hekk, hemm evidenza ta’ xejra ta’ tnaqqis fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat abbażi tal-bażi tad-data Surveillance 2. Il-prezz medju f’euro tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati naqas b’medja ta’ 12 % meta mqabbel mal-perjodu minn Ottubru 2020 sa Jannar 2021 għall-istess perjodu fis-sena preċedenti u b’10 % meta mqabbel mal-medja fix-xahar fil-perjodu ta’ investigazzjoni, kif ġie rifless fit-Tabella 2 hawn taħt. Tabella 2 Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (EUR/tunnellata)
|
|
(23) |
L-ilmentatur iddikjara li ż-żieda fl-importazzjonijiet ikkoinċidiet ma’ żieda fil-kostijiet tal-materja prima, speċjalment in-nikil u l-ferrokromju, li allegatament huma distorti fil-pajjiżi kkonċernati, u poġġew aktar pressjoni fuq il-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Jindal Group ikkontesta din iż-żieda fil-prezz tal-ferrokromju u argumenta li ż-żieda fil-prezzijiet tan-nikil ma setgħetx ikkawżat dannu, minħabba x-xejra ċiklika tagħhom. |
|
(24) |
Wara żieda ta’ aktar minn 10 % mill-ewwel trimestru tal-2020, il-prezz tal-ferrokromju baqa’ stabbli għall-aħħar tliet trimestri tal-2020 u żdied bi 3 % fl-2021. Il-prezz tan-nikil fuq il-Borża tal-Metall ta’ Londra żdied b’madwar 40 % mill-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalkemm jidher li l-prezz storiku tan-nikil huwa volatili, Jindal Group ma pprovda l-ebda evidenza ta’ xejra ċiklika ċara. Il-Kummissjoni osservat żieda fil-prezzijiet tal-materja prima mill-bidu tal-investigazzjoni li rriżultat f’aktar soppressjoni tal-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, billi dawn iż-żidiet fil-prezzijiet ma setgħux jiġu riflessi fil-prezz tal-prodott ikkonċernat minħabba l-importazzjonijiet bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati. Id-data tal-ilmentatur dwar it-tnaqqis fl-EBITDA tal-industrija tal-Unjoni hija evidenza ta’ din is-soppressjoni tal-prezzijiet. |
|
(25) |
Barra minn hekk, l-ilmentatur ipprovda indikazzjonijiet li l-importaturi jirriżervaw il-prodott ikkonċernat, u dan jista’ jikkawża dannu addizzjonali lill-industrija tal-Unjoni, speċjalment fid-dawl taż-żieda fil-kost tal-materja prima, u aktarx jimmina serjament l-effett rimedjali ta’ kwalunkwe dazju anti-dumping li għandu jiġi applikat. |
|
(26) |
Barra minn hekk, Jindal Group argumenta li t-talba għar-reġistrazzjoni ma qesitx it-tnaqqis fid-domanda kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19. |
|
(27) |
Il-Kummissjoni tinnota li dan l-argument huwa marbut ma’ konsiderazzjonijiet ta’ kawżalità u ta’ attribuzzjoni, li mhumiex direttament rilevanti fl-analiżi għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe tnaqqis fid-domanda minħabba l-pandemija kien ifisser li ż-żieda fil-volumi tal-importazzjoni bi prezzijiet aktar baxxi setgħet oġġettivament tkompli tiggrava s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, u b’hekk aktarx li tkompli timmina l-effett rimedjali tad-dazji definittivi. Għaldaqstant, dan l-argument ġie miċħud. |
|
(28) |
B’hekk, iż-żieda ulterjuri fl-importazzjonijiet wara l-bidu tal-investigazzjoni aktarx li, fid-dawl taż-żmien u tal-volum tagħha u ta’ ċirkostanzi oħra, bħall-imġiba tal-ipprezzar tal-produtturi esportaturi, iż-żieda fil-kostijiet tal-materja prima, u l-indikazzjoni tal-attivitajiet ta’ riżerva mill-importaturi tal-prodott ikkonċernat, timmina serjament l-effett rimedjali ta’ kwalunkwe dazju definittiv, sakemm dan id-dazju ma jkunx applikat b’mod retroattiv. |
|
(29) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tielet kriterju għar-reġistrazzjoni kien issodisfat ukoll. |
4. PROĊEDURA
|
(30) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(31) |
Il-partijiet kollha interessati huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati, bil-kundizzjoni li dawn jagħmlu talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn dawn jenħtieġ li jinstemgħu. |
5. REĠISTRAZZJONI
|
(32) |
Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni bl-iskop li jiġi żgurat li, f’każ li l-investigazzjonijiet jirriżultaw f’konklużjonijiet li jwasslu għall-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping, dawk id-dazji jkunu jistgħu, jekk il-kundizzjonijiet neċessarji jkunu ssodisfati, jiġu imposti b’mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet irreġistrati f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali applikabbli. |
|
(33) |
Kull obbligazzjoni fil-futur tiġi mill-konklużjonijiet tal-investigazzjoni anti-dumping. |
|
(34) |
L-allegazzjonijiet fl-ilment li jitolbu l-bidu ta’ investigazzjoni anti-dumping jistmaw marġnijiet ta’ dumping ta’ 48,8 % għall-Indja u bejn 15,6 % u 34,4 % għall-Indoneżja u livelli ta’ eliminazzjoni tad-dannu ta’ 33,9 % għall-Indja u 44,1 % għall-Indoneżja għall-prodott ikkonċernat. L-ammont ta’ obbligazzjoni possibbli fil-futur normalment jiġi stabbilit fl-aktar livell baxx skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Madankollu, jekk il-Kummissjoni ssib li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku huma ssodisfati għall-Indja u/jew għall-Indoneżja, jiġifieri li l-marġni ta’ dumping jista’ jitqies li jirrifletti d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, l-ammont ta’ obbligazzjoni possibbli fil-futur għall-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi jista’ jiġi stabbilit fil-livell tal-marġni ta’ dumping. |
6. PROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI
|
(35) |
Kwalunkwe data personali miġbura fil-kuntest ta’ din ir-reġistrazzjoni se tiġi ttrattata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (6), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036, jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet ta’ prodotti rrumblati ċatti ta’ stainless steel, mhux maħdumin aktar ħlief irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana). Dawn il-prodotti huma attwalment ikklassifikati taħt il-kodiċijiet NM 7219 31 00, 7219 32 10, 7219 32 90, 7219 33 10, 7219 33 90, 7219 34 10, 7219 34 90, 7219 35 10, 7219 35 90, 7219 90 20, 7219 90 80, 7220 20 21, 7220 20 29, 7220 20 41, 7220 20 49, 7220 20 81, 7220 20 89, 7220 90 20 u 7220 90 80 u joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja.
2. Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub, jipprovdu evidenza ta’ sostenn jew jitolbu li jinstemgħu fi żmien 21 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) ĠU C 322, 30.9.2020, p. 17.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri definittivi ta' salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 31, 1.2.2019, p. 27).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/894 tad-29 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 206, 30.6.2020, p. 27).
(5) In-Notifika rigward l-adattament tal-livell ta’ kwoti tar-rati tariffarji skont il-miżuri ta’ salvagwardja fuq ċerti prodotti tal-azzar wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Jannar 2021 (ĠU C 366, 30.10.2020, p. 36).
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
Rettifika
|
2.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/24 |
Rettifika tar-Regolament (UE) 2020/2131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq ċerta merkanzija
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 430 tat-18 ta' Diċembru 2020 )
Fil-paġna 3, l-Artikolu 5(4),
minflok:
|
“4. |
Fuq talba tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati, l-awtoritajiet doganali nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrimborżaw kwalunkwe dazju mħallas li jaqbeż l-ammont applikabbli skont dan ir-Regolament għal importazzjonijiet mill-Istati Uniti bejn l-1 ta’ Awwissu 2020 u t-18 ta’ Diċembru 2020.”, |
aqra:
|
“4. |
Fuq talba tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati, l-awtoritajiet doganali nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrimborżaw kwalunkwe dazju mħallas li jaqbeż l-ammont applikabbli skont dan ir-Regolament għal importazzjonijiet bejn l-1 ta’ Awwissu 2020 u t-18 ta’ Diċembru 2020.”. |