ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
1.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/362
tat-22 ta’ Frar 2021
li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem irreġistrat fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Jabugo” (DOP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta’ Spanja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini “Jabugo”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 195/98 (2), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/385 (3). |
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda, kif meħtieġ skont l-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). |
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-isem “Jabugo” (DOP), hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 195/98 tas-26 ta’ Jannar 1998 li jissupplimenta r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-“Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” pprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi d-denominazzjoni tal-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti tal-ikel agrikoli (ĠU L 20, 27.1.1998, p. 20).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/385 tat-2 ta’ Marzu 2017 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' isem imdaħħal fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Jamón de Huelva (DOP)] (ĠU L 59, 7.3.2017, p. 33).
1.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/363
tas-26 ta’ Frar 2021
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ fumoniżina esterażi prodotta mill-Komagataella phaffii DSM 32159 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi biex jintużaw fl-għalf għall-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
Tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ fumoniżina esterażi prodotta mill-Komagataella phaffii DSM 32159 f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dik l-applikazzjoni kellha magħha d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ fumoniżina esterażi prodotta mill-Komagataella phaffii DSM 32159 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “additivi teknoloġiċi”. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-1 ta’ Lulju 2020 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni ta’ fumoniżina esterażi prodotta mill-Komagataella phaffii DSM 32159 ma għandhiex effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi u fuq l-ambjent. Hija kkonkludiet ukoll li l-addittiv mhuwiex tossiku man-nifs u li l-esponiment respiratorju x’aktarx ikun baxx, iżda ma setgħetx teskludi li jista’ jkun hemm sensitizzazzjoni permezz tal-passaġġ respiratorju. L-addittiv ma jirritax il-ġilda u l-għajnejn u mhuwiex meqjus bħala sensitizzatur dermali. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi biex jipprevjenu effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni kkonċernata tista’ tiddegrada l-fumoniżini fl-għalf li jkun qed jiffermenta (b’kontenut ta’ fumoniżina li jkun fil-limiti li joperaw fl-Unjoni) iżda fil-furrajna biss, mhux f’għalf ieħor li jkun qed jiffermenta. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li hemm ħtieġa ta’ rekwiżiti speċifici ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf f’għalf li ġie sottomess mil-laboratorju ta’ referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta’ fumoniżina esterażi prodotta mill-Komagataella phaffii DSM 32159 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dik il-preparazzjoni jiġi awtorizzat. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, tal-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u tal-grupp funzjonali “Sustanzi għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-għalf mill-mikotossini”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2020;18(7):6207.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ materjal verġni |
||||||||||||||||||
Kategorija tal-addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: sustanzi għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-għalf permezz tal-mikotossini: fumoniżini |
||||||||||||||||||
1m03i |
Esterażi tal-fumoniżina EC 3.1.1.87 |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Preparazzjoni ta’ esterażi tal-fumoniżina prodotta mill-Komagataella phaffii DSM 32159 li fiha minimu ta’ 3 000 U/g (1). |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
40 |
- |
|
21.3.2031 |
||||||||||
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Preparazzjoni ta’ esterażi tal-fumoniżina prodotta mill-Komagataella phaffii DSM 32159. |
||||||||||||||||||
Metodu analitiku (2)
|
(1) 1U huwa l-attività enżimatika li tirrilaxxa μmol wieħed ta’ aċidu trikarballiliku kull minuta minn 100 μΜ ta’ fumoniżina B1 f’soluzzjoni mewwieta ta’ 20 mM Tris-Cl b’pH ta’ 8,0 b’0,1 mg/ml ta’ albumina tas-seru bovin f’temperatura ta’ 30 °C.
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej:https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.
(3) Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10).
1.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/364
tas-26 ta’ Frar 2021
li japprova l-kloru attiv iġġenerat mill-klorur tas-sodju permezz tal-elettroliżi bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 1
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta’ Lulju 2007, l-awtorità kompetenti tas-Slovakkja (“l-awtorità kompetenti għall-evalwazzjoni”) irċeviet applikazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għall-inklużjoni tas-sustanza attiva kloru attiv iġġenerat mill-klorur tas-sodju permezz tal-elettroliżi fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 1, l-iġjene tal-bniedem, kif definit fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva, li jikkorrispondi għat-tip ta’ prodott 1 kif definit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(2) |
Fid-19 ta’ Novembru 2010, l-awtorità kompetenti għall-evalwazzjoni ressqet ir-rapport tal-valutazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE. |
(3) |
Fis-16 ta’ Ġunju 2020, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali adotta l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (3) (“l-Aġenzija”), wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti għall-evalwazzjoni. |
(4) |
Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 1 li jużaw il-kloru attiv iġġenerat mill-klorur tas-sodju permezz tal-elettroliżi jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, dment li jiġu ssodisfati ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tagħhom. |
(5) |
Filwaqt li titqies l-opinjoni tal-Aġenzija, jixraq li l-kloru attiv iġġenerat mill-klorur tas-sodju permezz tal-elettroliżi bħala sustanza attiva jiġi approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 1, soġġett għall-konformità ma’ ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kloru attiv iġġenerat mill-klorur tas-sodju permezz tal-elettroliżi huwa approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 1 soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).
(3) L-Opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali dwar l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva kloru attiv iġġenerat mill-klorur tas-sodju permezz tal-elettroliżi, Tip ta’ prodott: 1, ECHA/BPC/250 adottata fis-16 ta’ Ġunju 2020.
ANNESS
Isem Komuni |
Isem tal-IUPAC Numri ta’ Identifikazzjoni |
Grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta’ prodott |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Kloru attiv iġġenerat mill-klorur tas-sodju bl-elettroliżi |
Isem IUPAC: mhux applikabbli Numru KE: mhux applikabbli Nru CAS: mhux applikabbli Prekursur: Isem IUPAC: Klorur tas-Sodju Nru KE 231-598-3 Nru CAS 7647-14-5 |
L-ispeċifikazzjonijiet għall-kloru attiv iġġenerat mill-klorur tas-sodju permezz tal-elettroliżi huma dipendenti fuq il-prekursur klorur tas-sodju li jrid jikkonforma mar-rekwiżiti tal-purità ta’ wieħed mill-istandards li ġejjin: Marka NF, EN 973 A, EN 973 B, EN 14805 Tip 1, EN 14805 Tip 2, EN 16370 Tip 1, EN 16370 Tip 2, EN 16401 Tip 1, EN 16401 Tip 2, CODEX STAN 150-1985 jew Farmakopea Ewropea 9.0. |
L-1 ta’ Lulju 2021 |
It-30 ta’ Ġunju 2031 |
1 |
Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-esponimenti, lir-riskji u lill-effikaċja marbuta ma’ kull użu kopert b’applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, iżda li ma jkunx indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskji tas-sustanza attiva fil-livell tal-Unjoni. |
(1) Ir-rekwiżiti ta’ purità għall-prekursur f’din il-kolonna huma dawk ipprovduti fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva evalwata.
1.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/365
tas-26 ta’ Frar 2021
li japprova l-kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 1
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta’ Lulju 2007, l-awtorità kompetenti tas-Slovakkja (“l-awtorità kompetenti għall-evalwazzjoni”) irċeviet applikazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għall-inklużjoni tas-sustanza attiva kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 1, l-iġjene tal-bniedem, kif definit fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva, li jikkorrispondi għat-tip ta’ prodott 1 kif definit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(2) |
Fid-19 ta’ Novembru 2010, l-awtorità kompetenti għall-evalwazzjoni ressqet ir-rapport tal-valutazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE. |
(3) |
Fis-16 ta’ Ġunju 2020, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali adotta l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (3) (“l-Aġenzija”), wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti għall-evalwazzjoni. |
(4) |
Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 1 li jużaw il-kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, dment li jiġu ssodisfati ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tagħhom. |
(5) |
Filwaqt li titqies l-opinjoni tal-Aġenzija, jixraq li l-kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż bħala sustanza attiva jiġi approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 1, soġġett għall-konformità ma’ ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż huwa approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 1, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).
(3) L-Opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali dwar l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż, Tip ta’ prodott: 1, ECHA/BPC/255 adottata fis-16 ta’ Ġunju 2020.
ANNESS
Isem Komuni |
Isem IUPAC Numri ta’ Identifikazzjoni |
Grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta’ prodott |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż |
Isem IUPAC: Aċidu ipokloruż Numru KE: 232-232-5 Numru CAS: 7790-92-3 |
Speċifikazzjoni stabbilita għall-aċidu ipokloruż (bħala piż niexef min. 90,87 % w/w) li jirrilaxxa l-kloru attiv. L-aċidu ipokloruż huwa l-ispeċi predominanti f’pH 3,0 – 7,4. |
L-1 ta’ Lulju 2021 |
It-30 ta’ Ġunju 2031 |
1 |
Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-esponimenti, lir-riskji u lill-effikaċja marbuta ma’ kull użu kopert b’applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, iżda li ma jkunx indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskji tas-sustanza attiva fil-livell tal-Unjoni. |
(1) Il-purità indikata f’din il-kolonna kienet il-grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva evalwata. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista’ jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun intwera li teknikament din tkun ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.
DEĊIŻJONIJIET
1.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/366
tat-22 ta’ Frar 2021
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Grupp ta’ Esperti dwar il-Ftehim Ewropew dwar il-Ħidma ta’ Ekwipaġġi ta’ Vetturi involuti fit-Trasport Internazzjonali bit-Triq (AETR) u fil-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Trasport bit-Triq tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim Ewropew dwar il-Ħidma ta’ Ekwipaġġi ta’ Vetturi involuti fit-Trasport Internazzjonali bit-Triq (AETR) (1) daħal fis-seħħ fil-5 ta’ Jannar 1976. Dan ġie emendat l-aħħar fl-20 ta’ Settembru 2010. |
(2) |
Skont l-Artikolu 21 AETR, emendi proposti għall-AETR jistgħu jiġu ppreżentati minn kwalunkwe Parti Kontraenti lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU). Qabel ma jintbagħtu lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, il-proposti, l-ewwel jiġu diskussi fil-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Trasport bit-Triq (SC.1) tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU (NU/KEE). |
(3) |
Ġie stabbilit Grupp ta’ Esperti dwar l-AETR mill-UNECE fil-qafas tal-AETR. Dak il-grupp huwa korp li għandu s-setgħa li jiżviluppa u jissottometti proposti għall-emendar tal-AETR lill-Grupp ta’ Ħidma tal-UNECE dwar it-Trasport bit-Triq. |
(4) |
Huwa previst li l-Grupp ta’ Esperti dwar l-AETR, waqt il-25 sessjoni ppjanata tiegħu fi Frar 2021, u l-Grupp ta’ Ħidma tal-UNECE dwar it-Trasport bit-Triq, waqt il-116-il sessjoni ppjanata tiegħu ta’ Ottubru 2021, se jiddiskutu l-emendi għall-AETR dwar l-adozzjoni tat-takografu intelliġenti. |
(5) |
L-Artikolu 22bis AETR jipprevedi li bidliet tal-Anness IB għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 (2) dwar it-takografu diġitali jsiru awtomatikament mill-Partijiet Kontraenti kollha għall-AETR mingħajr ebda konsultazzjoni jew vot formali. In-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-AETR fil-proċess tal-iżvilupp u l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar it-takografu diġitali kien kawża ta’ diżappunt fost uħud minn dawk il-Partijiet Kontraenti. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi fil-komunikazzjoni tagħha tad-19 ta’ Lulju 2011 intitolata ‘Takografu Diġitali: Pjan direzzjonali għal attivitajiet futuri’ li dan il-mekkaniżmu jipperikola l-implimentazzjoni korretta u armonizzata tat-takografu diġitali minn Partijiet Kontraenti mhux tal-Unjoni. |
(6) |
Huwa fl-interess tal-Unjoni li l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet previst fl-AETR fir-rigward tal-apparati ta’ kontroll, inklużi t-takografi diġitali, jiġi modifikat, li l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22(1), (2) u (3) AETR, tiġi applikabbli għall-inklużjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tat-takografu intelliġenti fl-AETR, u li l-Artikolu 22bis AETR jibqa’ fis-seħħ għal emendi futuri possibbli għar-rekwiżiti tal-verżjonijiet preċedenti tat-takografu. |
(7) |
Skont l-Artikolu 10 AETR, takografu li l-kostruzzjoni, l-installazzjoni, l-użu u l-ittestjar tiegħu jitwettqu skont ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti tal-AETR. L-Artikolu 10 AETR jenħtieġ li jiġi emendat sabiex jinkludi referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tat-takografu intelliġenti, li jenħtieġ li jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-AETR mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Appendiċi 1C għall-Anness tal-AETR. |
(8) |
L-Artikolu 13 AETR, li jikkonċerna d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali, jenħtieġ li jiġi emendat biex jistabbilixxi d-data preċiża għall-implimentazzjoni mill-Partijiet Kontraenti tad-dispożizzjonijiet dwar takografi intelliġenti. |
(9) |
L-Artikolu 14 AETR ma jippermettix l-adeżjoni ta’ korpi oħra għajr l-Istati Membri tan-NU/KEE u l-Istati ammessi fin-NU/KEE f’kapaċità konsultattiva. |
(10) |
Hemm diversi argumenti favur li l-Unjoni titħalla taderixxi mal-AETR. L-ewwel nett, l-Unjoni għandha kompetenza esklussiva fil-qasam tax-xogħol tal-ekwipaġġi tal-vetturi involuti fit-trasport internazzjonali bit-triq, kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża 22/70 (3). It-tieni nett, l-adeżjoni tal-Unjoni għall-AETR tiggarantixxi r-rappreżentanza effettiva tal-interessi tal-Unjoni fl-AETR. Fl-aħħar nett, l-ispeċifiċitajiet tal-AETR u tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet propost jagħmluha xieraq li l-Unjoni tkun Parti Kontraenti. Sabiex tkun tista’ ssir l-adeżjoni tal-Unjoni għall-AETR, l-Artikolu 14 AETR jenħtieġ li jiġi emendat sabiex jipprovdi għall-adeżjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ integrazzjoni reġjonali fl-AETR. |
(11) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tat-takografu intelliġenti li għandhom jiġu inklużi fl-AETR bħala Appendiċi 1C għall-Anness tiegħu jenħtieġ li jiġu żviluppati abbażi tal-ispeċifikazzjonijiet ippreżentati lill-Grupp ta’ Esperti dwar l-AETR f’isem l-Unjoni fit-8 ta’ April 2020 u abbażi tal-ispeċifikazzjonijiet li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni fl-2021 skont ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(12) |
Il-mudell għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni fit-Taqsima III tal-Appendiċi 2 għall-Anness tal-AETR jenħtieġ li jiġi emendat sabiex ikun jista’ jintuża wkoll għall-approvazzjoni tat-takografi intelliġenti u l-komponenti tiegħu. |
(13) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Grupp ta’ Esperti dwar l-AETR u fil-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Trasport bit-Triq tan-NU/KEE, peress li l-AETR jeħtieġ li tiġi emendata sabiex tinkiseb armonizzazzjoni pan-Ewropea fil-qasam tal-apparat ta’ reġistrazzjoni fit-trasport bit-triq (takografi), u tali emendi ser ikollhom effettI legali kif imsemmi fl-Artikolu 218(9) TFUE. |
(14) |
Peress li l-Unjoni Ewropea mhix Parti Kontraenti għall-AETR u l-istatus tagħha ma jippermettilhiex tikkomunika l-emendi proposti, l-Istati Membri, li jaġixxu fl-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jikkomunikaw l-emendi proposti lill-Grupp ta’ Esperti dwar l-AETR fl-ispirtu ta’ kooperazzjoni leali sabiex jippromwovu l-ksib tal-għanijiet tal-Unjoni. |
(15) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tiġi espressa mill-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tal-Grupp ta’ Esperti dwar l-AETR u tal-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Trasport bit-Triq tan-NU/KEE, li jaġixxu b’mod konġunt, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-25 sessjoni tal-Grupp ta’ Esperti dwar il-Ftehim Ewropew dwar il-ħidma ta’ ekwipaġġi ta’ vetturi involuti fit-trasport internazzjonali bit-triq (AETR) u fil-116-il sessjoni tal-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Trasport bit-Triq NU/KEE għandha tkun skont l-emendi proposti għall-AETR (5).
Jista’ jintlaħaq qbil fuq bidliet formali u minuri fil-pożizzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
1. Il-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi espressa mill-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tal-Grupp ta’ Esperti għall-AETR u tal-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Trasport bit-Triq tan-NU/KEE, li jaġixxu b’mod konġunt.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-emendi proposti lill-Grupp ta’ Esperti dwar l-AETR.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8).
(3) ECLI:EU:C:1971:32.
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).
(5) Ara d-dokument ST 5700/21 fuq http://register.consilium.europa.eu.
Rettifika
1.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/15 |
Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/357 tal-25 ta’ Frar 2021 li temenda d-Deċiżjoni 98/683/KE dwar kwistjonijiet tar-rata tal-kambju relattivi għall-frank CFA u għall-frank Comorjan
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 69 tas-26 ta’ Frar 2021 )
Fil-qoxra, fil-werrej, u f’paġna 1, fit-titolu:
għal:
“Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/357 tal-25 ta’ Frar 2021 li temenda d-Deċiżjoni 98/683/KE dwar kwistjonijiet tar-rata tal-kambju relattivi għall-frank CFA u għall-frank Comorjan”;
aqra:
“Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/357 tal-25 ta’ Jannar 2021 li temenda d-Deċiżjoni 98/683/KE dwar kwistjonijiet tar-rata tal-kambju relattivi għall-frank CFA u għall-frank Comorjan”.
F’paġna 3:
għal:
“Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2021”;
aqra:
“Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2021”.