ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 11

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
14ta' Jannar 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/24 tat-13 ta’ Jannar 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għar-Renju Unit fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni u jsir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/25 tat-13 ta’ Jannar 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 39 u l-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju 4, 7, 9 u 16 ( 1 )

7

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/26 tat-12 ta’ Jannar 2021 li testendi aktar id-deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill introdotta bid-Deċiżjoni (UE) 2020/430, u estiża bid-Deċiżjonijiet (UE) 2020/556, (UE) 2020/702, (UE) 2020/970, (UE) 2020/1253 u (UE) 2020/1659, fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni

19

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1577 tal-21 ta’ Settembru 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana ( ĠU L 361, 30.10.2020 )

21

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/1


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/24

tat-13 ta’ Jannar 2021

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għar-Renju Unit fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni u jsir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 8, il-paragrafu 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd (2) għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi, u b’mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, tat-tjur u l-prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Jipprevedi li l-komoditajiet jistgħu biss jiġu importati fl-Unjoni jew jgħaddu minnha bi tranżitu, mill-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kumpartimenti elenkati fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment ikunu jistgħu jitqiesu ħielsa mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI).

(3)

Ir-Renju Unit qed jiġi elenkat fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li minnu huma awtorizzati l-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha ta’ ċerti prodotti tat-tjur tal-irziezet minn ċerti partijiet tat-territorju proprju skont il-preżenza tal-HPAI. Ir-reġjonalizzazzjoni tar-Renju Unit ġiet stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/2205 (4).

(4)

Madankollu, f’Diċembru 2020 ir-Renju Unit ikkonferma aktar tifqigħat tal-HPAI tas-sottotipi H5N8 u H5N1 f’azjendi tat-tjur fit-territorju tiegħu. Minħabba dawk it-tifqigħat, reġjonalizzazzjoni ulterjuri tal-pajjiż ġiet stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1742 (5), kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2240 (6) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2242 (7) f’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Ftehim dwar il-Ħruġ), mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq għall-Ftehim dwar il-Ħruġ flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll. Peress li l-miżuri għall-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ dawk it-tifqigħat ikomplu wara l-31 ta’ Diċembru 2020, dik ir-reġjonalizzazzjoni għandha tiġi riflessa fir-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(5)

Barra minn hekk, wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2240 u 2020/2242, ir-Renju Unit ikkonferma aktar tifqigħat tal-HPAI fiż-żoni stabbiliti fihom, li jenħtieġ li jiġu riflessi wkoll fir-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(6)

Għaldaqstant, l-entrata għar-Renju Unit fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jenħtieġ li tiġi emendata biex titqies il-qagħda epidemjoloġika attwali f'dak il-pajjiż terz.

(7)

Barra minn hekk, peress li r-reġjonalizzazzjoni tar-Renju Unit għal dawk it-tifqigħat ġiet stabbilita meta l-liġi tal-Unjoni kienet tapplika għal dak il-pajjiż f’konformità mal-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-miżuri protettivi fir-rigward tat-tifqigħat tal-HPAI kkonfermati fl-2020 kienu jitneħħew 30 jum wara d-data tal-konferma. Huwa xieraq, għalhekk, li dawk id-dati jiġu indikati bħala d-dati minn meta ż-żoni taħt restrizzjoni minħabba t-tifqigħat ikkonfermati fl-2020 jistgħu jerġgħu jitqiesu bħala ħielsa mill-HPAI u l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha ta’ ċerti prodotti tat-tjur li joriġinaw f’dawk iż-żoni jeħtieġ li jerġgħu jiġu awtorizzati.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1)

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2205 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għar-Renju Unit u d-Dipendenza tal-Kuruna ta’ Guernsey fil-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom ċerti kunsinni ta’ tjur jew prodotti tat-tjur jistgħu jiġu importati fl-Unjoni jew jgħaddu minnha bi tranżitu (ĠU L 438, 28.12.2020, p. 11).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1742 tal-20 ta’ Novembru 2020 dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fir-Renju Unit (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 60).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2240 tat-23 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 dwar ċertu miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fir-Renju Unit (ĠU L 436, 28.12.2020, p. 34).

(7)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2242 tat-23 ta’ Diċembru 2020 dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fir-Renju Unit (ĠU L 436, 28.12.2020, p. 69).


ANNESS

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għar-Renju Unit tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“GB - Ir-Renju Unit (*1)

GB-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

 

GB-1

Il-pajjiż kollu tar-Renju Unit, minbarra ż-żona GB-2

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

 

 

A

 

 

WGM

 

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

GB-2

It-territorju tar-Renju Unit li jikkorrispondi għal:

 

 

 

 

 

 

 

 

GB-2.1

Il-Kontea ta’ North Yorkshire:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N54.30 u W1.47

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

6.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

6.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

6.1.2021

 

 

 

GB-2.2

Il-Kontea ta’ North Yorkshire:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N54.29 u W1.45

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

8.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

8.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

8.1.2021

 

 

 

GB-2.3

Il-Kontea ta’ Norfolk:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N52.49 u E0.95

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

10.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

10.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

10.1.2021

 

 

 

GB-2.4

Il-Kontea ta’ Norfolk:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N52.72 u E0.15

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

11.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

11.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

11.1.2021

 

 

 

GB-2.5

Il-Kontea ta’ Derbyshire:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek .N52.93 u W1.57

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

17.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

17.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

17.1.2021

 

 

 

GB-2.6

Il-Kontea ta’ North Yorkshire:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek.N54.37 u W2.16

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

19.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

19.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

19.1.2021

 

 

 

GB-2.7

Il-Gżejjer Orkney

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N59.28 u W2.44

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

20.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

20.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

20.1.2021

 

 

 

GB-2.8

Il-Kontea ta’ Dorset:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N51.06 u W2.27

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

20.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

20.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

20.1.2021

 

 

 

GB-2.9

Il-Kontea ta’ Norfolk:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N52.52 u E0.96

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

23.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

23.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

23.1.2021

 

 

 

GB-2.10

Il-Kontea ta’ Norfolk:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N52.52 u E0.95

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

28.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

28.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

28.1.2021

 

 

 

GB-2.11

Il-Kontea ta’ Norfolk:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10.4 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N52.53 u E0.66

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

7.2.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

7.2.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

7.2.2021

 

 

 

GB-2.12

Il-Kontea ta’ Devon:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N50.70 u W3.36

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

31.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

31.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

31.1.2021

 

 

 


(*1)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.”.


14.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/25

tat-13 ta’ Jannar 2021

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 39 u l-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju 4, 7, 9 u 16

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008.

(2)

Fit-22 ta’ Lulju 2014, il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja ppubblika r-rapport “Reforming Major Interest Rate Benchmarks”, li stabbilixxa rakkomandazzjonijiet biex jissaħħu l-parametri referenzjarji eżistenti u rati ta’ referenza potenzjali oħra bbażati fuq is-swieq interbankarji u biex jiġu żviluppati rati ta’ referenza alternattivi kważi mingħajr riskju.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) introduċa qafas komuni biex tiġi żgurata l-preċiżjoni u l-integrità tal-indiċijiet użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji, jew biex titkejjel il-prestazzjoni tal-fondi tal-investimenti fl-Unjoni.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/34 (4) jipprovdi eżenzjonijiet temporanji u limitati għar-rekwiżiti tal-kontabilità għall-iħħeġġjar skont l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl u l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 9 Strumenti Finanzjarji biex jindirizza l-konsegwenzi tar-rappurtar finanzjarju tar-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax qabel is-sostituzzjoni ta’ parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax eżistenti.

(5)

Fis-27 ta’ Awwissu 2020, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà ppubblika “Interest Rate Benchmark Reform - Phase 2 - Amendments to IFRS 9, IAS 39, IFRS 7, IFRS 4 and IFRS 16” biex jindirizza l-konsegwenzi tar-rappurtar finanzjarju tas-sostituzzjoni attwali ta’ parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax eżistenti b’rati ta’ referenza alternattivi.

(6)

Dawn l-emendi jipprevedu trattament kontabilistiku speċifiku biex jinfirxu maż-żmien il-bidliet fil-valur tal-istrumenti finanzjarji jew il-kuntratti ta’ lokazzjoni minħabba s-sostituzzjoni tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax, li jipprevjeni impatt f’daqqa fuq il-Profitti jew it-Telf, u jipprevjeni diskontinwità bla bżonn tar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar b’konsegwenza tas-sostituzzjoni tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax.

(7)

Wara l-konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-emendi għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl, l-IFRS 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni, l-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar, l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji u l-IFRS 16 Kuntratti ta’ kera jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(8)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(b)

l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(c)

IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(d)

l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(e)

l-IFRS 16 Kuntratti ta’ kera huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta’ Jannar 2021 jew wara.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/34 tal-15 ta’ Jannar 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 39, l-Istandards Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju 7 u 9 (ĠU L 12, 16.1.2020, p. 5).


ANNESS

Riforma tal-Parametru Referenzjarju tar-Rata tal-Imgħax—Fażi 2

Emendi għall-IFRS 9, IAS 39, IFRS 7, IFRS 4 u IFRS 16

Emendi għall-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji

Jiżdiedu l-paragrafi 5.4.5–5.4.9, il-paragrafi 6.8.13, 6.9.1–6.9.13, il-paragrafi 7.1.9 u 7.2.43–7.2.46. Tiżdied intestatura qabel il-paragrafu 6.9.1 u s-sottointestaturi jiżdiedu qabel il-paragrafi 5.4.5, 6.9.7, 6.9.9, 6.9.11 u 7.2.43.

5.4   KEJL TAL-KOST AMORTIZZAT

...

Bidliet fil-bażi għad-determinazzjoni ta’ flussi ta’ flus kuntrattwali bħala riżultat ta’ riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax

5.4.5

Entità għandha tapplika l-paragrafi 5.4.6–5.4.9 għal assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja jekk, u biss jekk, il-bażi għad-determinazzjoni tal-flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ dak l-assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja tinbidel bħala riżultat ta’ riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax. Għal dan il-għan, it-terminu “riforma ta’ parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax” jirreferi għal riforma fis-suq kollu tal-parametru referenzjarju ta’ rata tal-imgħax kif deskritt fil-paragrafu 6.8.2.

5.4.6

Il-bażi għad-determinazzjoni tal-flussi kuntrattwali ta’ flus ta’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja tista’ tinbidel:

(a)

billi jiġu emendati t-termini kuntrattwali speċifikati fir-rikonoxximent inizjali tal-istrument finanzjarju (pereżempju, it-termini kuntrattwali jiġu emendati biex jissostitwixxu l-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax b’rata referenzjarja alternattiva);

(b)

b’ mod li ma kienx ikkunsidrat - jew ikkontemplat - f’termini kuntrattwali fl-istadju tar-rikonoxximent inizjali tal-istrument finanzjarju mingħajr ma jiġu emendati t-termini kuntrattwali (pereżempju, il-metodu għall-kalkolu tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax jinbidel mingħajr ma jiġu emendati t-termini kuntrattwali); u/jew

(c)

minħabba l-attivazzjoni ta’ terminu kuntrattwali eżistenti (pereżempju, tiġi skattata klawsola ta’ riżerva eżistenti).

5.4.7

Bħala espedjent prattiku, entità għandha tapplika l-paragrafu B5.4.5 biex tieħu kont ta’ bidla fil-bażi għad-determinazzjoni tal-flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja li hija meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax. Dan l-espedjent prattiku japplika biss għal bidliet bħal dawn u biss sa fejn il-bidla tkun meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax (ara wkoll il-paragrafu 5.4.9). Għal dan il-għan, bidla fil-bażi għad-determinazzjoni ta’ flussi ta’ flus kuntrattwali hija meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax jekk, u biss jekk, dawn iż-żewġ kundizzjonijiet jiġu ssodisfati:

(a)

il-bidla hija meħtieġa bħala konsegwenza diretta tar-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax; kif ukoll

(b)

il-bażi l-ġdida biex jiġu ddeterminati l-flussi tal-flus kuntrattwali hija ekonomikament ekwivalenti għall-bażi preċedenti (jiġifieri l-bażi immedjatament qabel il-bidla).

5.4.8

Eżempji ta’ bidliet li jwasslu għal bażi ġdida għad-determinazzjoni tal-flussi ta’ flus kuntrattwali li hija ekonomikament ekwivalenti għall-bażi preċedenti (jiġifieri l-bażi immedjatament qabel il-bidla) huma:

(a)

is-sostituzzjoni ta’ parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax eżistenti użat biex jiġu ddeterminati l-flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ assi finanzjarju jew ta’ obbligazzjoni finanzjarja b’rata ta’ referenza alternattiva - jew l-implimentazzjoni ta’ tali riforma ta’ parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax billi jinbidel il-metodu użat biex jiġi kkalkulat il-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax - biż-żieda ta’ firxa fissa meħtieġa biex tikkumpensa għad-differenza tal-bażi bejn il-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax eżistenti u r-rata referenzjarja alternattiva;

(b)

bidliet fil-perjodu ta’ risettjar, dati ta’ risettjar jew l-għadd ta’ jiem bejn id-dati ta’ pagament ta’ kupuni sabiex tiġi implimentata r-riforma ta’ parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax; kif ukoll

(c)

iż-żieda ta’ dispożizzjoni ta’ riżerva għat-termini kuntrattwali ta’ assi finanzjarju jew ta’ obbligazzjoni finanzjarja li tippermetti li tiġi implimentata kwalunkwe bidla deskritta f’(a) u (b) hawn fuq.

5.4.9

Jekk isiru bidliet għal assi finanzjarju jew għal obbligazzjoni finanzjarja flimkien ma’ bidliet fil-bażi għad-determinazzjoni tal-flussi ta’ flus kuntrattwali meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax, entità għandha l-ewwel tapplika l-espedjent prattiku fil-paragrafu 5.4.7 għall-bidliet meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax. L-entità għandha mbagħad tapplika r-rekwiżiti applikabbli f’dan l-Istandard għal kull tibdil addizzjonali li għalihom l-espedjent prattiku ma japplikax. Jekk il-bidla addizzjonali ma tirriżultax fl-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja, l-entità għandha tapplika l-paragrafu 5.4.3 jew il-paragrafu B5.4.6, kif applikabbli, biex tqis dik il-bidla addizzjonali. Jekk il-bidla addizzjonali tirriżulta fl-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja, l-entità għandha tapplika r-rekwiżiti ta’ rtirar tar-rikonoxximent.

...

6.8   EĊĊEZZJONIJIET TEMPORANJI MILL-APPLIKAZZJONI TA’ REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TA’ KONTABBILTÀ GĦALL-IĦĦEĠĠJAR

It-tmiem tal-applikazzjoni

...

6.8.13

Entità għandha tieqaf tapplika prospettivament il-paragrafi 6.8.7 u 6.8.8 fl-iktar mument kmieni possibbli:

(a)

meta jsiru bidliet meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax lill-komponent ta’ riskju speċifikat mhux kuntrattwalment li japplika l-paragrafu 6.9.1; jew

(b)

meta r-relazzjoni tal-iħħeġġjar li fiha l-komponent ta’ riskju mhux speċifikat b’mod kuntrattwali jkun ġie speċifikat titwaqqaf.

6.9   EĊĊEZZJONIJIET TEMPORANJI ADDIZZJONALI LI JIRRIŻULTAW MIR-RIFORMA TAL-PARAMETRU REFERENZJARJU TAR-RATA TAL-IMGĦAX

6.9.1

Kif u meta r-rekwiżiti fil-paragrafi 6.8.4–6.8.8 ma jibqgħux japplikaw għal relazzjoni tal-iħħeġġjar (ara l-paragrafi 6.8.9–6.8.13), entità għandha temenda d-deżinjazzjoni formali ta’ dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar kif dokumentat qabel biex tirrifletti l-bidliet meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax, jiġifieri l-bidliet huma konsistenti mar-rekwiżiti fil-paragrafi 5.4.6–5.4.8. F’dan il-kuntest, id-deżinjazzjoni tal-ħeġġ għandha tiġi emendata biss biex issir waħda jew aktar minn dawn il-bidliet:

(a)

id-deżinjar ta’ parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax alternattiv (kuntrattwalment speċifikat jew mhux speċifikat b’kuntratt) bħala riskju iħħeġġjat;

(b)

l-emenda tad-deskrizzjoni tal-entrata ħħeġġjata, inkluża d-deskrizzjoni tal-porzjon deżinjat tal-flussi tal-flus jew tal-valur ġust li jkun qed jiġi ħħeġġjat; jew

(c)

l-emenda tad-deskrizzjoni tal-istrument tal-iħħeġġjar.

6.9.2

Entità għandha tapplika wkoll ir-rekwiżit fil-paragrafu 6.9.1(c) jekk jiġu ssodisfati dawn it-tliet kundizzjonijiet:

(a)

l-entità tagħmel bidla meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax billi tuża approċċ ieħor għajr it-tibdil tal-bażi għad-determinazzjoni tal-flussi ta’ flus kuntrattwali tal-istrument għall-iħħeġġjar (kif deskritt fil-paragrafu 5.4.6);

(b)

l-istrument oriġinali ta’ ħħeġġjar ma jiġix rtirat ir-rikonoxximent tiegħu; kif ukoll

(c)

l-approċċ magħżul huwa ekonomikament ekwivalenti għat-tibdil tal-bażi għad-determinazzjoni tal-flussi ta’ flus kuntrattwali tal-istrument għall-iħħeġġjar oriġinali (kif deskritt fil-paragrafi 5.4.7 u 5.4.8).

6.9.3

Ir-rekwiżiti fil-paragrafi 6.8.4–6.8.8 jistgħu jieqfu japplikaw fi żminijiet differenti. Għalhekk, fl-applikazzjoni tal-paragrafu 6.9.1, entità tista’ tkun meħtieġa li temenda d-deżinjazzjoni formali tar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar tagħha fi żminijiet differenti, jew tista’ tkun meħtieġa li temenda d-deżinjazzjoni formali ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar aktar minn darba. Meta, u biss meta, tali bidla ssir lid-deżinjazzjoni tal-ħeġġ, entità għandha tapplika l-paragrafi 6.9.7–6.9.12 kif applikabbli. Entità għandha tapplika wkoll il-paragrafu 6.5.8 (għal ħeġġ fuq il-valur ġust) jew il-paragrafu 6.5.11 (għal ħeġġ tal-flussi tal-flus) biex tieħu kont ta’ kwalunkwe bidla fil-valur ġust tal-entrata ħħeġġjata jew tal-istrument għall-iħħeġġjar.

6.9.4

Entità għandha temenda relazzjoni tal-iħħeġġjar kif meħtieġ fil-paragrafu 6.9.1 sa tmiem il-perjodu ta’ rapportar li matulu tkun saret bidla meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax lill-riskju ħeġġjat, entrata ħeġġjata jew strument għall-iħħeġġjar. Biex jiġi evitat id-dubju, tali emenda għad-deżinjazzjoni formali ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar la tikkostitwixxi l-waqfien tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar u lanqas id-deżinjazzjoni ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar ġdida.

6.9.5

Jekk isiru bidliet minbarra dawk il-bidliet meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax għall-assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja deżinjati f’relazzjoni tal-iħħeġġjar (kif deskritt fil-paragrafi 5.4.6–5.4.8) jew għad-deżinjazzjoni tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar (kif meħtieġ skont il-paragrafu 6.9.1), entità għandha l-ewwel tapplika r-rekwiżiti applikabbli f’dan l-Istandard biex tiddetermina jekk dawk il-bidliet addizzjonali jirriżultawx fil-waqfien tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar. Jekk il-bidliet addizzjonali ma jirriżultawx fil-waqfien tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar, entità għandha temenda d-deżinjazzjoni formali tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar kif speċifikat fil-paragrafu 6.9.1.

6.9.6

Il-paragrafi 6.9.7-6.9.13 jipprovdu eċċezzjonijiet għar-rekwiżiti speċifikati f’dawk il-paragrafi biss. Entità għandha tapplika r-rekwiżiti l-oħra kollha tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar f’dan l-Istandard, inklużi l-kriterji ta’ kwalifika fil-paragrafu 6.4.1, għal relazzjonijiet tal-iħħeġġjar li kienu affettwati direttament mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax.

Kontabbiltà għal relazzjonijiet kwalifikanti ta’ ħħeġġjar

Ħeġġijiet tal-fluss ta’ flus

6.9.7

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 6.5.11, fil-punt meta entità temenda d-deskrizzjoni ta’ entrata ħħeġġjata kif meħtieġ fil-paragrafu 6.9.1(b), l-ammont akkumulat fir-riżerva tal-ħeġġ tal-fluss tal-flus għandu jitqies bħala bbażat fuq ir-rata referenzjarja alternattiva li fuqha jiġu ddeterminati l-flussi tal-flus futuri ħħeġġjati.

6.9.8

Għal relazzjoni tal-iħħeġġjar li ma tkomplietx, meta l-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax li fuqu kienu bbażati l-flussi ta’ flus futuri ħħeġġjati jinbidel kif meħtieġ mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax, għall-fini tal-applikazzjoni tal-paragrafu 6.5.12 sabiex jiġi ddeterminat jekk il-flussi tal-flus futuri ħħeġġjati humiex mistennija li jseħħu, l-ammont akkumulat fir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi tal-flus għal dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar għandu jitqies bħala bbażat fuq ir-rata referenzjarja alternattiva li fuqha se jkunu bbażati l-flussi ta’ flus futuri ħħeġġjati.

Gruppi ta’ entrati

6.9.9

Meta entità tapplika l-paragrafu 6.9.1 għal gruppi ta’ entrati deżinjati bħala entrati ħħeġġjati f’valur ġust jew ħeġġ tal-flussi tal-flus, l-entità għandha talloka l-entrati ħħeġġjati lil sottogruppi abbażi tar-rata referenzjarja li qed tkun iħħeġġjata u tiddeżinja r-rata referenzjarja bħala r-riskju ħeġġjat għal kull sottogrupp. Pereżempju, f’relazzjoni tal-iħħeġġjar li fiha grupp ta’ entrati huwa ħħeġġjat għal bidliet f’parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax soġġett għar-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax, il-flussi ta’ flus ħeġġjati jew il-valur ġust ta’ xi entrati fil-grupp jistgħu jinbidlu biex issir referenza għal rata referenzjarja alternattiva qabel ma jinbidlu entrati oħra fil-grupp. F’dan l-eżempju, fl-applikazzjoni tal-paragrafu 6.9.1, l-entità tiddeżinja r-rata referenzjarja alternattiva bħala r-riskju ħeġġjat għal dak is-sottogrupp rilevanti ta’ entrati ħħeġġjati. L-entità tkompli tiddeżinja l-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax eżistenti bħala r-riskju ħħeġġjat għas-sottogrupp l-ieħor ta’ entrati ħħeġġjati sakemm il-flussi tal-flus jew il-valur ġust ta’ dawk l-entrati jkunu mibdula biex tiġi rreferenzjata r-rata referenzjarja alternattiva jew l-entrati jiskadu u jiġu sostitwiti b’entrati ħħeġġjati li jagħmlu referenza għar-rata referenzjarja alternattiva.

6.9.10

Entità għandha tivvaluta separatament jekk kull sottogrupp jissodisfax ir-rekwiżiti fil-paragrafu 6.6.1 biex ikun entrata ħħeġġjata eliġibbli. Jekk xi sottogrupp jonqos milli jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.6.1, l-entità għandha twaqqaf il-kontabbiltà tal-iħħeġġjar b’mod prospettiv għar-relazzjoni tal-iħħeġġjar kollha kemm hi. Entità għandha tapplika wkoll ir-rekwiżiti fil-paragrafi 6.5.8 u 6.5.11 biex titqies l-ineffettività relatata mar-relazzjoni tal-iħħeġġjar kollha kemm hi.

Deżinjazzjoni ta’ komponenti ta’ riskju

6.9.11

Rata referenzjarja alternattiva magħżula bħala komponent ta’ riskju speċifikat mhux kuntrattwalment li mhijiex identifikabbli separatament (ara l-paragrafi 6.3.7(a) u B6.3.8) fid-data li fiha tiġi ddeżinjata għandha titqies li tkun tissodisfa dak ir-rekwiżit f’dik id-data, jekk, u biss jekk, l-entità tistenna b’mod raġonevoli li r-rata referenzjarja alternattiva tkun identifikabbli separatament fi żmien 24 xahar. Il-perjodu ta’ 24 xahar japplika għal kull rata referenzjarja alternattiva separatament u jibda mid-data li fiha l-entità tispeċifika r-rata referenzjarja alternattiva bħala komponent ta’ riskju speċifikat mhux kuntrattwalment għall-ewwel darba (jiġifieri l-perjodu ta’ 24 xahar japplika fuq bażi ta’ rata b’rata).

6.9.12

Jekk sussegwentement entità raġonevolment tistenna li r-rata referenzjarja alternattiva ma tkunx identifikabbli separatament fi żmien 24 xahar mid-data li fiha l-entità tkun iddeżinjatha bħala komponent ta’ riskju speċifikat mhux kuntrattwalment għall-ewwel darba, l-entità għandha tieqaf tapplika r-rekwiżit fil-paragrafu 6.9.11 għal dik ir-rata referenzjarja alternattiva u twaqqaf il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar b’mod prospettiv mid-data ta’ dik il-valutazzjoni mill-ġdid għar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar kollha li fihom ir-rata referenzjarja alternattiva ġiet deżinjata bħala komponent ta’ riskju speċifikat mhux kuntrattwalment.

6.9.13

Minbarra dawk ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar speċifikati fil-paragrafu 6.9.1, entità għandha tapplika r-rekwiżiti fil-paragrafi 6.9.11 u 6.9.12 għal relazzjonijiet tal-iħħeġġjar ġodda li fihom rata referenzjarja alternattiva tiġi deżinjata bħala komponent ta’ riskju speċifikat mhux kuntrattwalment (ara l-paragrafi 6.3.7(a) u B6.3.8) meta, minħabba r-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax, dak il-komponent tar-riskju ma jkunx identifikabbli separatament fid-data deżinjata.

7.1   DATA EFFETTIVA

...

7.1.9

Riforma tal-Parametru Referenzjarju tar-Rata tal-Imgħax — Fażi 2, li emendat l-IFRS 9, l-IAS 39, l-IFRS 7, l-IFRS 4 u l-IFRS 16, maħruġa f’Awwissu 2020, żiedet il-paragrafi 5.4.5–5.4.9, 6.8.13, it-Taqsima 6.9 u l-paragrafi 7.2.43–7.2.46. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2021. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, għandha tiddivulga dan il-fatt.

7.2   TRANŻIZZJONI

...

It-transizzjoni għal Riforma tal-Parametru Referenzjarju tar-Rata tal-Imgħax — Fażi 2

7.2.43

Entità għandha tapplika r-Riforma tal-Parametru Referenzjarju tar-Rata tal-Imgħax — Fażi 2 b’mod retrospettiv skont l-IAS 8, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 7.2.44–7.2.46.

7.2.44

Entità għandha tiddeżinja relazzjoni tal-iħħeġġjar ġdida (pereżempju, kif deskritt fil-paragrafu 6.9.13) b’mod prospettiv biss (jiġifieri entità hija pprojbita milli tispeċifika relazzjoni ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar ġdida f’perjodi preċedenti). Madankollu, entità għandha terġa’ ddaħħal relazzjoni ta’ ħħeġġjar li ma tkomplietx jekk, u biss jekk, dawn il-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati:

(a)

l-entità kienet waqqfet dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar biss minħabba bidliet meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax u l-entità ma kinitx tkun meħtieġa li ma tissoktax dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar jekk dawn l-emendi kienu applikati f’dak iż-żmien; kif ukoll

(b)

fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar li fih entità tapplika għall-ewwel darba dawn l-emendi (id-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi), dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar li ma tkomplietx tissodisfa l-kriterji ta’ kwalifika għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar (wara li jitqiesu dawn l-emendi).

7.2.45

Jekk, fl-applikazzjoni tal-paragrafu 7.2.44, entità terġa’ ddaħħal relazzjoni ta’ ħħeġġjar li ma tkomplietx, l-entità għandha taqra r-referenzi fil-paragrafi 6.9.11 u 6.9.12 tad-data meta r-rata ta’ referenza alternattiva tiġi deżinjata bħala komponent ta’ riskju speċifikat mhux kuntrattwalment għall-ewwel darba bħala li jirreferi għad-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi (jiġifieri l-perjodu ta’ 24 xahar għal dik ir-rata referenzjarja alternattiva deżinjata bħala komponent ta’ riskju speċifikat mhux kuntrattwalment jibda mid-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi).

7.2.46

Entità mhijiex meħtieġa li tiddikjara mill-ġdid perjodi preċedenti biex tirrifletti l-applikazzjoni ta’ dawn l-emendi. L-entità tista’ terġa’ tiddikjara perjodi preċedenti biss jekk dan ikun possibbli mingħajr l-użu ta’ dak li sar magħruf wara. Jekk entità ma terġax tiddikjara perjodi preċedenti, l-entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat preċedenti u l-ammont riportat fil-bidu tal-perjodu annwali tar-rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawk l-emendi fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ (jew f’komponent ieħor ta’ ekwità, kif ikun xieraq) tal-perjodu annwali ta’ rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi.

Emendi għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Għarfien u Kejl

Il-paragrafu 102M ġie emendat.

Jiżdiedu Il-paragrafi 102O–102Z3 u 108H–108K. Tiżdied intestatura qabel il-paragrafu 102P u jiżdiedu subintestaturi qabel il-paragrafi 102P, 102V, 102Y u 102Z1.

Eċċezzjonijiet temporanji mill-applikazzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar

...

It-tmiem tal-applikazzjoni

102M

Entità għandha tieqaf tapplika prospettivament il-paragrafu 102G għal relazzjoni tal-iħħeġġjar fl-iktar kmieni possibbli:

(a)

meta l-inċertezza li tirriżulta mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax ma tkunx għadha preżenti fir-rigward tar-riskju ħħeġġjat u tal-iskeda ta’ żmien u l-ammont tal-flussi ta’ flus ibbażati fuq il-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax tal-entrata ħħeġġjata u tal-istrument iħħeġġjat; kif ukoll

(b)

meta r-relazzjoni tal-iħħeġġjar li għaliha tiġi applikata l-eċċezzjoni titwaqqaf.

...

102O

Entità għandha tieqaf tapplika prospettivament il-paragrafi 102H u 102I fl-iktar mument kmieni possibbli:

(a)

meta jsiru bidliet meħtieġa minn riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax lill-porzjon tar-riskju speċifikat mhux kuntrattwalment bl-applikazzjoni tal-paragrafu 102P; jew

(b)

meta r-relazzjoni tal-iħħeġġjar li fiha l-porzjon tar-riskju speċifikat mhux kuntrattwalment jiġi ddeżinjat titwaqqaf.

Eċċezzjonijiet temporanji addizzjonali li jirriżultaw mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax

Kontabilità għall-iħħeġġjar

102P

Kif u meta r-rekwiżiti fil-paragrafi 102D-102I ma jibqgħux japplikaw għal relazzjoni tal-iħħeġġjar (ara l-paragrafi 102J-102O), entità għandha temenda d-deżinjazzjoni formali ta’ dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar kif dokumentat qabel biex tirrifletti l-bidliet meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax, jiġifieri l-bidliet huma konsistenti mar-rekwiżiti fil-paragrafi 5.4.6–5.4.8 tal-IFRS 9. F’dan il-kuntest, id-deżinjazzjoni tal-ħeġġ għandha tiġi emendata biss biex issir waħda jew aktar minn dawn il-bidliet:

(a)

id-deżinjar ta’ parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax alternattiv (kuntrattwalment speċifikat jew mhux speċifikat b’kuntratt) bħala riskju iħħeġġjat;

(b)

l-emenda tad-deskrizzjoni tal-entrata ħħeġġjata, inkluża d-deskrizzjoni tal-porzjon deżinjat tal-flussi tal-flus jew tal-valur ġust li jkun qed jiġi ħħeġġjat;

(c)

l-emenda tad-deskrizzjoni ġenerali tal-istrument tal-iħħeġġjar; jew

(d)

l-emenda tad-deskrizzjoni ta’ kif l-entità se tivvaluta l-effikaċja tal-ħeġġ.

102Q

Entità għandha tapplika wkoll ir-rekwiżit fil-paragrafu 102P(c) jekk jiġu ssodisfati dawn it-tliet kundizzjonijiet:

(a)

l-entità tagħmel bidla meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax billi tuża approċċ ieħor għajr it-tibdil tal-bażi għad-determinazzjoni tal-flussi ta’ flus kuntrattwali tal-istrument għall-iħħeġġjar (kif deskritt fil-paragrafu 5.4.6 tal-IFRS 9);

(b)

l-istrument oriġinali ta’ ħħeġġjar ma jiġix rtirat ir-rikonoxximent tiegħu; kif ukoll

(c)

l-approċċ magħżul huwa ekonomikament ekwivalenti għat-tibdil tal-bażi għad-determinazzjoni tal-flussi ta’ flus kuntrattwali tal-istrument għall-iħħeġġjar oriġinali (kif deskritt fil-paragrafi 5.4.7 u 5.4.8 tal-IFRS 9).

102R

Ir-rekwiżiti fil-paragrafi 102D-102I jistgħu jieqfu milli japplikaw fi żminijiet differenti. Għalhekk, meta jiġi applikat il-paragrafu 102P, entità tista’ tkun meħtieġa li temenda d-deżinjazzjoni formali tar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar tagħha fi żminijiet differenti, jew tista’ tkun meħtieġa li temenda d-deżinjazzjoni formali ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar aktar minn darba. Meta, u biss meta, tali bidla ssir lid-deżinjazzjoni tal-ħeġġ, entità għandha tapplika l-paragrafi 102V-102Z2 kif applikabbli. Entità għandha tapplika wkoll il-paragrafu 89 (għal ħeġġ fuq il-valur ġust) jew il-paragrafu 96 (għal ħeġġ tal-flussi tal-flus) biex tieħu kont ta’ kwalunkwe bidla fil-valur ġust tal-entrata ħħeġġjata jew tal-istrument għall-iħħeġġjar.

102S

Entità għandha temenda relazzjoni tal-iħħeġġjar kif meħtieġ fil-paragrafu 102P sa tmiem il-perjodu ta’ rapportar li matulu tkun saret bidla meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax lir-riskju ħeġġjat, entrata ħħeġġjata jew strument għall-iħħeġġjar. Biex jiġi evitat id-dubju, tali emenda għad-deżinjazzjoni formali ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar la tikkostitwixxi l-waqfien tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar u lanqas id-deżinjazzjoni ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar ġdida.

102T

Jekk isiru bidliet minbarra dawk il-bidliet meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax għall-assi finanzjarju jew għall-obbligazzjoni finanzjarja deżinjata f’relazzjoni tal-iħħeġġjar (kif deskritt fil-paragrafi 5.4.6–5.4.8 tal-IFRS 9) jew għad-deżinjazzjoni tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar (kif meħtieġ skont il-paragrafu 102P), entità għandha l-ewwel tapplika r-rekwiżiti applikabbli f’dan l-Istandard biex tiddetermina jekk dawk il-bidliet addizzjonali jirriżultawx fil-waqfien tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar. Jekk il-bidliet addizzjonali ma jirriżultawx fil-waqfien tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar, entità għandha temenda d-deżinjazzjoni formali tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar kif speċifikat fil-paragrafu 102P.

102U

Il-paragrafi 102V–102Z3 jipprovdu eċċezzjonijiet għar-rekwiżiti speċifikati f’dawn il-paragrafi biss. Entità għandha tapplika r-rekwiżiti l-oħra kollha tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar f’dan l-Istandard, inklużi l-kriterji ta’ kwalifika fil-paragrafu 88, għal relazzjonijiet tal-iħħeġġjar li kienu affettwati direttament mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax.

Kontabbiltà għal relazzjonijiet kwalifikanti ta’ ħħeġġjar

Valutazzjoni retrospettiva tal-effettività

102V

Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-effettività retrospettiva ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar fuq bażi kumulattiva bl-applikazzjoni tal-paragrafu 88(e) u għal dan il-għan biss, entità tista’ tagħżel li terġa’ tirrisettja għal żero l-bidliet kumulattivi fil-valur ġust tal-entrata ħħeġġjata u tal-istrument għall-iħħeġġjar meta ma jibqgħux japplikaw il-paragrafu 102G kif meħtieġ mill-paragrafu 102M. Din l-elezzjoni ssir b’mod separat għal kull relazzjoni tal-iħħeġġjar (jiġifieri fuq bażi ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar individwali).

Ħeġġijiet tal-fluss ta’ flus

102W

Għall-fini tal-applikazzjoni tal-paragrafu 97, fil-punt meta entità temenda d-deskrizzjoni ta’ entrata ħħeġġjata kif meħtieġ fil-paragrafu 102P(b), il-qligħ jew it-telf kumulattiv f’introjtu ieħor komprensiv għandu jitqies bħala bbażat fuq ir-rata ta’ referenza alternattiva li fuqha jiġu determinati l-flussi ta’ flus futuri ħħeġġjati.

102X

Għal relazzjoni ta’ ħħeġġjar li ma tkomplietx, meta l-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax li fuqu kienu bbażati l-flussi ta’ flus futuri ħħeġġjati jinbidel kif meħtieġ mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax, għall-fini tal-applikazzjoni tal-paragrafu 101(c) sabiex jiġi ddeterminat jekk il-flussi tal-flus futuri ħħeġġjati humiex mistennija li jseħħu, l-ammont akkumulat f’introjtu ieħor komprensiv għal dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar għandu jitqies bħala bbażat fuq ir-rata referenzjarja alternattiva li fuqha se jkunu bbażati l-flussi ta’ flus futuri ħħeġġjati.

Gruppi ta’ entrati

102Y

Meta entità tapplika l-paragrafu 102P għal gruppi ta’ entrati deżinjati bħala entrati ħħeġġjati f’valur ġust jew ħeġġ tal-flussi tal-flus, l-entità għandha talloka l-entrati ħħeġġjati lil sottogruppi fuq il-bażi tar-rata referenzjarja li tkun qed tiġi ħħeġġjata u tiddeżinja r-rata referenzjarja bħala r-riskju ħħeġġjat għal kull sottogrupp. Pereżempju, f’relazzjoni tal-iħħeġġjar li fiha grupp ta’ entrati huwa ħħeġġjat għal bidliet f’parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax soġġett għar-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax, il-flussi ta’ flus ħeġġjati jew il-valur ġust ta’ xi entrati fil-grupp jistgħu jinbidlu biex issir referenza għal rata referenzjarja alternattiva qabel ma jinbidlu entrati oħra fil-grupp. F’dan l-eżempju, fl-applikazzjoni tal-paragrafu 102P, l-entità tispeċifika r-rata referenzjarja alternattiva bħala r-riskju ħħeġġjat għal dak is-sottogrupp rilevanti ta’ entrati ħħeġġjati. L-entità tkompli tiddeżinja l-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax eżistenti bħala r-riskju ħħeġġjat għas-sottogrupp l-ieħor ta’ entrati ħħeġġjati sakemm il-flussi tal-flus jew il-valur ġust ta’ dawk l-entrati jkunu mibdula biex tiġi rreferenzjata r-rata referenzjarja alternattiva jew l-entrati jiskadu u jiġu sostitwiti b’entrati ħħeġġjati li jagħmlu referenza għar-rata referenzjarja alternattiva.

102Z

Entità għandha tivvaluta separatament jekk kull sottogrupp jissodisfax ir-rekwiżiti fil-paragrafi 78 u 83 bħala entrata ħħeġġjata eliġibbli. Jekk xi sottogrupp jonqos milli jissodisfa r-rekwiżiti fil-paragrafi 78 u 83, l-entità għandha twaqqaf il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar b’mod prospettiv għar-relazzjoni tal-iħħeġġjar kollha kemm hi. Entità għandha tapplika wkoll ir-rekwiżiti fil-paragrafi 89 jew 96 biex tqis l-ineffettività relatata mar-relazzjoni tal-iħħeġġjar kollha kemm hi.

Id-deżinjazzjoni ta’ entrati finanzjarji bħala entrati ħħeġġjati

102Z1

Rata referenzjarja alternattiva deżinjata bħala porzjon ta’ riskju speċifikat mhux kuntrattwalment li ma jkunx identifikabbli separatament (ara l-paragrafi 81 u AG99F) fid-data li fiha tiġi deżinjata għandha titqies li tkun tissodisfa dak ir-rekwiżit f’dik id-data, jekk, u biss jekk, l-entità tistenna b’mod raġonevoli li r-rata referenzjarja alternattiva tkun identifikabbli separatament fi żmien 24 xahar. Il-perjodu ta’ 24 xahar japplika għal kull rata referenzjarja alternattiva separatament u jibda mid-data li fiha l-entità tispeċifika r-rata referenzjarja alternattiva bħala porzjon ta’ riskju speċifikat mhux kuntrattwalment għall-ewwel darba (jiġifieri l-perjodu ta’ 24 xahar japplika fuq bażi ta’ rata b’rata).

102Z2

Jekk sussegwentement entità raġonevolment tistenna li r-rata referenzjarja alternattiva ma tkunx identifikabbli separatament fi żmien 24 xahar mid-data li fiha l-entità tkun iddeżinjatha bħala porzjon ta’ riskju speċifikat mhux kuntrattwalment għall-ewwel darba, l-entità għandha tieqaf tapplika r-rekwiżit fil-paragrafu 102Z1 għal dik ir-rata referenzjarja alternattiva u twaqqaf il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar b’mod prospettiv mid-data ta’ dik ir-rivalutazzjoni għar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar kollha li fihom ir-rata referenzjarja alternattiva ġiet deżinjata bħala porzjon ta’ riskju speċifikat b’mod mhux kuntrattwali.

102Z3

Minbarra dawk ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar speċifikati fil-paragrafu 102P, entità għandha tapplika r-rekwiżiti fil-paragrafi 102Z1 u 102Z2 għal relazzjonijiet ta’ ħħeġġjar ġodda li fihom rata referenzjarja alternattiva hija deżinjata bħala porzjon ta’ riskju speċifikat mhux kuntrattwalment (ara l-paragrafi 81 u AG99F) meta, minħabba r-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax, dak il-porzjon tar-riskju ma jkunx identifikabbli separatament fid-data li fiha ġie deżinjat.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

...

108H

Riforma tal-Parametru Referenzjarju tar-Rata tal-Imgħax — Fażi 2, li emendat l-IFRS 9, l-IAS 39, IFRS 7, IFRS 4 u l-IFRS 16, maħruġa f’Awwissu 2020, żiedet il-paragrafi 102O–102Z3 u 108I–108K, u emendat il-paragrafu 102M. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2021. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, għandha tiddivulga dan il-fatt. Entità tapplika dawn l-emendi retrospettivament skont l-IAS 8, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 108I–108K.

108I

Entità għandha tiddeżinja relazzjoni tal-iħħeġġjar ġdida (pereżempju, kif deskritt fil-paragrafu 102Z3) biss b’mod prospettiv (jiġifieri entità hija pprojbita milli tispeċifika relazzjoni ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar ġdida f’perjodi preċedenti). Madankollu, entità għandha terġa’ ddaħħal relazzjoni ta’ ħħeġġjar li ma tkomplietx jekk, u biss jekk, dawn il-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati:

(a)

l-entità kienet waqqfet dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar biss minħabba bidliet meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax u l-entità ma kinitx tkun meħtieġa li ma tissoktax dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar jekk dawn l-emendi kienu applikati f’dak iż-żmien; kif ukoll

(b)

fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar li fih entità tapplika għall-ewwel darba dawn l-emendi (id-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi), dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar li ma tkomplietx tissodisfa l-kriterji ta’ kwalifika għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar (wara li jitqiesu dawn l-emendi).

108J

Jekk, fl-applikazzjoni tal-paragrafu 108I, entità terġa’ ddaħħal relazzjoni ta’ ħħeġġjar li ma tkomplietx, l-entità għandha taqra r-referenzi fil-paragrafi 102Z1 u 102Z2 sad-data meta r-rata referenzjarja alternattiva hija deżinjata bħala porzjon ta’ riskju speċifikat b’mod mhux kuntrattwali għall-ewwel darba bħala li tirreferi għad-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi (jiġifieri l-perjodu ta’ 24 xahar għal dik ir-rata referenzjarja alternattiva deżinjata bħala porzjon ta’ riskju speċifikat mhux kuntrattwalment li jibda mid-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi).

108K

Entità mhijiex meħtieġa li tiddikjara mill-ġdid perjodi preċedenti biex tirrifletti l-applikazzjoni ta’ dawn l-emendi. L-entità tista’ terġa’ tiddikjara perjodi preċedenti biss jekk dan ikun possibbli mingħajr l-użu ta’ dak li sar magħruf wara. Jekk entità ma terġax tiddikjara perjodi preċedenti, l-entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat preċedenti u l-ammont riportat fil-bidu tal-perjodu annwali tar-rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawk l-emendi fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ (jew f’komponent ieħor ta’ ekwità, kif ikun xieraq) tal-perjodu annwali ta’ rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi.

Emendi għall-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet

Jiżdiedu l-paragrafi 24I-24J u 44GG–44HH u tiżdied subintestatura qabel il-paragrafu 24I.

Divulgazzjonijiet oħra

...

Divulgazzjonijiet addizzjonali relatati mar-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax

24I

Sabiex l-utenti tar-rapporti finanzjarji jkunu jistgħu jifhmu l-effett tar-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax fuq l-istrumenti finanzjarji u l-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju ta’ entità, entità għandha tiddivulga informazzjoni dwar:

(a)

in-natura u l-firxa tar-riskji li għalihom hija esposta l-entità li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji soġġetti għal riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax, u kif l-entità timmaniġġja dawn ir-riskji; kif ukoll

(b)

il-progress tal-entità fit-tlestija tat-tranżizzjoni għal rati referenzjarji alternattivi, u kif l-entità qed timmaniġġja t-tranżizzjoni.

24J

Biex jinkisbu l-objettivi tal-paragrafu 24I, entità għandha tiddivulga:

(a)

kif l-entità qed timmaniġġja t-tranżizzjoni għal rati referenzjarji alternattivi, il-progress tagħha fid-data tar-rapportar u r-riskji li hija esposta għalihom li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji minħabba t-tranżizzjoni;

(b)

diżaggregata mill-parametru referenzjarju sinifikanti tar-rata tal-imgħax soġġett għal riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax, informazzjoni kwantitattiva dwar strumenti finanzjarji li għadhom iridu jgħaddu għal rata referenzjarja alternattiva bħal fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar, li turi b’mod separat:

(i)

assi finanzjarji mhux derivattivi;

(ii)

obbligazzjonijiet finanzjarji mhux derivattivi; kif ukoll

(iii)

derivattivi; kif ukoll

(c)

jekk ir-riskji identifikati fil-paragrafu 24J(a) irriżultawx f’bidliet fl-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju tal-entità (ara l-paragrafu 22A), deskrizzjoni ta’ dawn il-bidliet.

...

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

...

44GG

Riforma tal-Parametru Referenzjarju tar-Rata tal-Imgħax — Fażi 2, li emendat l-IFRS 9, l-IAS 39, IFRS 7, IFRS 4 u l-IFRS 16, maħruġa f’Awwissu 2020, żiedet il-paragrafi 24I–24J u 44HH. Entità għandha tapplika dawn l-emendi meta tapplika l-emendi għall-IFRS 9, IAS 39, IFRS 4 jew l-IAS 16.

44HH

Fil-perjodu ta’ rapportar fejn entità tapplika għall-ewwel darba r-Riforma tal-Parametru Referenzjarju tar-Rata tal-Imgħax — Fażi 2, entità mhijiex meħtieġa tiżvela l-informazzjoni li altrimenti tkun meħtieġa mill-paragrafu 28 (f) tal-IAS 8.

Emendi għall-IFRS 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni

Jiżdiedu l-paragrafi 20R-20S u l-paragrafi 50–51. Tiżdied intestatura qabel il-paragrafu 20R.

RIKONOXXIMENT U KEJL

...

Bidliet fil-bażi għad-determinazzjoni ta’ flussi ta’ flus kuntrattwali bħala riżultat ta’ riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax

20R

Assiguratur li japplika l-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9 għandu japplika r-rekwiżiti fil-paragrafi 5.4.6–5.4.9 tal-IFRS 9 għal assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja jekk, u biss jekk, il-bażi għad-determinazzjoni ta’ flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ dak l-assi finanzjarju jew bidliet ta’ obbligazzjoni finanzjarja bħala riżultat ta’ riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax. Għal dan il-għan, it-terminu “riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax” jirreferi għal riforma fis-suq kollu ta’ parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax kif deskritt fil-paragrafu 102B tal-IAS 39.

20S

Għall-applikazzjoni tal-paragrafi 5.4.6–5.4.9 tal-emendi għall-IFRS 9, ir-referenzi għall-paragrafu B5.4.5 tal-IFRS 9 għandhom jinqraw bħala li jirreferu għall-paragrafu AG7 tal-IAS 39. Ir-referenzi għall-paragrafi 5.4.3 u 5.4.6 tal-IFRS 9 għandhom jinqraw bħala li jirreferu għall-paragrafu AG8 tal-IAS 39.

...

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

...

50

Riforma tal-Parametru Referenzjarju tar-Rata tal-Imgħax — Fażi 2, li emendat l-IFRS 9, l-IAS 39, l-IFRS 7, l-IFRS 4 u l-IFRS 16, maħruġa f’Awwissu 2020, żiedet il-paragrafi 20R–20S u l-paragrafu 51. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2021. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, għandha tiddivulga dan il-fatt. Entità tapplika dawn l-emendi retrospettivament skont l-IAS 8, ħlief kif speċifikat fil-paragrafu 51.

51

Entità mhijiex meħtieġa li tiddikjara mill-ġdid perjodi preċedenti biex tirrifletti l-applikazzjoni ta’ dawn l-emendi. L-entità tista’ terġa’ tiddikjara perjodi preċedenti biss jekk dan ikun possibbli mingħajr l-użu ta’ dak li sar magħruf wara. Jekk entità ma terġax tiddikjara perjodi preċedenti, l-entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat preċedenti u l-ammont riportat fil-bidu tal-perjodu annwali tar-rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawk l-emendi fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ (jew f’komponent ieħor ta’ ekwità, kif ikun xieraq) tal-perjodu annwali ta’ rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi.

Emendi għall-IFRS 16 Kuntratti ta’ Kiri

Jiżdiedu l-paragrafi 104–106 u l-paragrafi C1B u C20C-C20D. Tiżdied intestatura qabel il-paragrafu 104 u tiżdied subintestatura qabel il-paragrafu C20C.

EĊĊEZZJONI TEMPORANJA LI TIRRIŻULTA MIR-RIFORMA TAL-PARAMETRU REFERENZJARJU TAR-RATA TAL-IMGĦAX

104

Il-kerrej għandu japplika l-paragrafi 105–106 għall-modifiki kollha tal-kera li jbiddlu l-bażi għad-determinazzjoni ta’ pagamenti ta’ kirjiet futuri bħala riżultat tar-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax (ara l-paragrafi 5.4.6 u 5.4.8 tal-IFRS 9). Dawn il-paragrafi japplikaw biss għal tali modifikazzjonijiet ta’ kiri. Għal dan il-għan, it-terminu “riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax” jirreferi għal riforma fis-suq kollu tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax kif deskritt fil-paragrafu 6.8.2 tal-IFRS 9.

105

Bħala espedjent prattiku, il-kerrej japplika l-paragrafu 42 biex jagħti kont ta’ modifika ta’ kera meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax. Dan l-espedjent prattiku japplika biss għal dawn il-modifiki. Għal dan il-għan, hija meħtieġa modifika fil-kirja mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax jekk, u biss jekk, iż-żewġ kundizzjonijiet jiġu ssodisfati:

(a)

il-modifika hija meħtieġa bħala konsegwenza diretta tar-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax; kif ukoll

(b)

il-bażi l-ġdida għad-determinazzjoni tal-pagamenti tal-kera hija ekonomikament ekwivalenti għall-bażi preċedenti (jiġifieri l-bażi immedjatament qabel il-modifika).

106

Madankollu, jekk isiru modifiki fil-kera flimkien ma’ dawk il-modifiki tal-kera meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax, il-kerrej japplika r-rekwiżiti applikabbli f’dan l-Istandard biex jagħti kont tal-modifiki kollha li saru fl-istess ħin, inklużi dawk meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax.

...

DATA EFFETTIVA

...

C1B

Riforma tal-Parametru Referenzjarju tar-Rata tal-Imgħax — Fażi 2, li emendat l-IFRS 9, l-IAS 39l- IFRS 7, l-IFRS 4 u l-IFRS 16, maħruġa f’Awwissu 2020, żiedet il-paragrafi 104-106 u C20C–C20D. Entità għandha tapplika dawn l-emendi għall-perjodi ta’ rappurtar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2021, jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, għandha tiddivulga dan il-fatt.

TRANŻIZZJONI

...

Riforma tal-Parametru Referenzjarju tar-Rata tal-Imgħax — Fażi 2

C20C

Entità tapplika dawn l-emendi retrospettivament skont l-IAS 8, ħlief kif speċifikat fil-paragrafu C20D.

C20D

Entità mhijiex meħtieġa li tiddikjara mill-ġdid perjodi preċedenti biex tirrifletti l-applikazzjoni ta’ dawn l-emendi. L-entità tista’ terġa’ tiddikjara perjodi preċedenti biss jekk dan ikun possibbli mingħajr l-użu ta’ dak li sar magħruf wara. Jekk entità ma terġax tiddikjara perjodi preċedenti, l-entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat preċedenti u l-ammont riportat fil-bidu tal-perjodu annwali tar-rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawk l-emendi fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ (jew f’komponent ieħor ta’ ekwità, kif ikun xieraq) tal-perjodu annwali ta’ rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi.

DEĊIŻJONIJIET

14.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/19


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/26

tat-12 ta’ Jannar 2021

li testendi aktar id-deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill introdotta bid-Deċiżjoni (UE) 2020/430, u estiża bid-Deċiżjonijiet (UE) 2020/556, (UE) 2020/702, (UE) 2020/970, (UE) 2020/1253 u (UE) 2020/1659, fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/430 (1) introduċiet deroga ta’ xahar mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (2) fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li tintuża l-proċedura ordinarja bil-miktub, fejn dawk id-deċiżjonijiet jittieħdu mill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri (Coreper). Dik id-deroga kienet prevista sat-23 ta’ April 2020.

(2)

Id-Deċiżjoni (UE) 2020/430 tipprevedi li, jekk ikun ġustifikat minn kontinwazzjoni ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kunsill jista’ jġedded dik id-Deċiżjoni. Fil-21 ta’ April 2020, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2020/556 (3), estenda d-deroga prevista fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/430 b’perijodu ieħor ta’ xahar mit-23 ta’ April 2020. Dik l-estensjoni tad-deroga kienet prevista sat-23 ta’ Mejju 2020. Fl-20 ta’ Mejju 2020, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2020/702 (4), estenda d-deroga prevista fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/430 sal-10 ta’ Lulju 2020. Fit-3 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2020/970 (5), estenda dik id-deroga sal-10 ta’ Settembru 2020. Fl-4 ta’ Settembru 2020, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2020/1253 (6), estenda dik id-deroga sal-10 ta’ Novembru 2020. Fis-6 ta’ Novembru 2020, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2020/1659 (7), estenda dik id-deroga sal-15 ta’ Jannar 2021.

(3)

Minħabba li għad jeżistu ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19, b’għadd ta’ miżuri straordinarji preventivi u ta’ konteniment meħuda mill-Istati Membri li għadhom fis-seħħ, teżisti l-ħtieġa li tiġi estiża d-deroga prevista fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/430, kif estiża bid-Deċiżjonijiet (UE) 2020/556, (UE) 2020/702, (UE) 2020/970, (UE) 2020/1253 u (UE) 2020/1659, b’perijodu limitat ieħor sad-19 ta’ Marzu 2021.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/430, kif estiża bid-Deċiżjonijiet (UE) (UE) 2020/556, (UE) 2020/702, (UE) 2020/970, (UE) 2020/1253 u (UE) 2020/1659, hija b’dan estiża aktar sad-19 ta’ Marzu 2021.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/430 tat-23 ta’ Marzu 2020 dwar deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni (ĠU L 88 I, 24.3.2020, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/556 tal-21 ta’ April 2020 li testendi d-deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill introdotta bid-Deċiżjoni (UE) 2020/430 fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni (ĠU L 128 I, 23.4.2020, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/702 tal-20 ta’ Mejju 2020 li testendi aktar id-deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill introdotta bid-Deċiżjoni (UE) 2020/430 u estiża bid-Deċiżjoni (UE) 2020/556 fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni (ĠU L 165, 27.5.2020, p. 38).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/970 tat-3 ta’ Lulju 2020 li testendi aktar id-deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill introdotta bid-Deċiżjoni (UE) 2020/430, u estiża bid-Deċiżjonijiet (UE) 2020/556 u (UE) 2020/702, fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni (ĠU L 216, 7.7.2020, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1253 tal-4 ta’ Settembru 2020 li testendi aktar id-deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill introdotta bid-Deċiżjoni (UE) 2020/430, u estiża bid-Deċiżjonijiet (UE) 2020/556, (UE) 2020/702 u (UE) 2020/970, fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni (ĠU L 294, 8.9.2020, p. 1).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1659 tas-6 ta’ Novembru 2020 li testendi aktar id-deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill introdotta bid-Deċiżjoni (UE) 2020/430, u estiża bid-Deċiżjonijiet (UE) 2020/556, (UE) 2020/702, (UE) 2020/970 u (UE) 2020/1253, fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni (ĠU L 376, 10.11.2020, p. 3).


Rettifika

14.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/21


Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1577 tal-21 ta’ Settembru 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 361 tat-30 ta’ Ottubru 2020 )

Fil-paġna 221,

minflok:

 

“2804 70 10

– – Fosforu aħmar. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .

5,5

 

2804 70 90

– – Oħrajn. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .

5,5

—“

aqra:

“★

2804 70 10

– – Fosforu aħmar. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. ..

5,5

2804 70 90

– – Oħrajn. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .. .

5,5

—“