ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 434

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
23 ta' Diċembru 2020


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2189 tat-18 ta’ Diċembru 2020 li tawtorizza lin-Netherlands jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2190 tad-29 ta’ Ottubru 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/2124 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera minn fejn l-oġġetti jitilqu mill-Unjoni u ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tranżitu u t-trasbord ( 1 )

3

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2191 tal-20 ta’ Novembru 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u dikjarazzjonijiet ta’ qabel it-tluq f’każ ta’ trasport bil-baħar mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, iċ-Channel Islands u Isle of Man u lejhom

8

 

*

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2192 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-marka ta’ identifikazzjoni li għandha tintuża għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq ( 1 )

10

 

*

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2193 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-kompetenza u l-metodi ta’ taħriġ tal-ekwipaġġ tat-titjira, u fir-rigward tar-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili

13

 

*

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2194 tas-16 ta’ Diċembru 2020 għar-reġistrazzjoni ta’ isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetta u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti Milas Zeytinyağı (DOP)

29

 

*

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2195 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imdaħħal fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti [Monti Iblei (DOP)]

30

 

*

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2196 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi ( 1 )

31

 

*

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2197 tal-21 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

50

 

*

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2198 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1628 li jintroduċi sorveljanza retrospettiva tal-Unjoni rigward l-importazzjonijiet tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant

52

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/2199 tat-8 ta’ Diċembru 2020 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/2/2020)

54

 

*

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2200 tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-estensjoni tal-perjodi għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ għal ċerti inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej skont ir-Regolament (UE) 2020/1042 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2020) 9226)

56

 

*

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2201 tat-22 ta’ Diċembru 2020 dwar il-ħatra ta’ ċerti membri u s-sostituti tagħhom tal-Bord tat-Tmexxija tan-Network u taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni għall-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru ( 1 )

59

 

 

REGOLI TA' PROĊEDURA

 

*

Deċiżjoni Nru 19-2020 tal-Qorti tal-Awdituri tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar l-emenda tal-Artikolu 19 tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha

66

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Rakkomandazzjoni Nru 1/2020 tal-Kumitat Doganali stabbilit skont il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra tat-8 ta’ Diċembru 2020 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 27 tal-Protokoll dwar id-definizzjoni ta’ prodotti oriġinarji u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

67

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 434/1


ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2189

tat-18 ta’ Diċembru 2020

li tawtorizza lin-Netherlands jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE jirregolaw id-dritt tal-persuni taxxabbli li jnaqqsu t-taxxa fuq il-valur miżjud (‘VAT’) imposta fuq il-merkanzija u s-servizzi użati għall-iskopijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħhom.

(2)

Permezz ta’ ittra reġistrata mal-Kummissjoni fit-30 ta’ Lulju 2020, in-Netherlands talab l-awtorizzazzjoni biex jintroduċi miżura speċjali ta’ deroga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE (“il-miżura speċjali”), sabiex teskludi il-VAT dovuta fuq merkanzija u servizzi mid-dritt ta’ tnaqqis ta’ VAT fejn il-merkanzija jew is-servizzi inkwistjoni jintużaw għal iktar minn 90 % għall-finijiet privati tal-persuna taxxabbli jew tal-impjegati ta’ dik il-persuna, jew b’mod ġenerali, għal finijiet li mhumiex tan-negozju jew għal attivitajiet mhux ekonomiċi.

(3)

F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni bagħtet it-talba magħmula min-Netherlands lill-Istati Membri l-oħra, b’ittra datata l-10 ta’ Settembru 2020. B’ittra datata l-11 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni nnotifikat lin-Netherlands li kellha l-informazzjoni kollha li hija tqis neċessarja għall-evalwazzjoni tat-talba.

(4)

L-objettiv tal-miżura speċjali huwa li tissimplifika l-proċedura għall-ġbir tal-VAT u b’hekk ikunu wkoll impeduti ċerti forom ta’ evażjoni u evitar tat-taxxa. L-ammont ta’ taxxa dovut fl-istadju tal-konsum finali huwa affettwat biss b’mod negliġibbli.

(5)

Skont l-informazzjoni li bagħat in-Netherlands, is-sitwazzjoni legali u fattwali tiġġustifika l-applikazzjoni tal-miżura speċjali. Għalhekk, jenħtieġ li n-Netherlands ikun awtorizzat ikompli jintroduċi din il-miżura speċjali, iżda għandu jkun limitat fiż-żmien sal-31 ta’ Diċembru 2023. Il-limitu ta’ żmien għandu jkun suffiċjenti biex jippermetti rieżami tan-neċessità u effettività tal-miżura speċjali u tar-rata ta’ tqassim tal-użu kummerċjali u mhux kummerċjali li fuqha hija msejsa.

(6)

F’każ li n-Netherlands jikkunsidra li tkun neċessarja estensjoni tal-miżura speċjali lil hinn mill-2023, huwa għandu jippreżenta talba lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2023, flimkien ma’ rapport dwar l-applikazzjoni tal-miżura speċjali li tinkludi rieżami tar-rata ta’ tqassim applikata.

(7)

Il-miżura speċjali ser ikollha biss effett negliġibbli fuq l-ammont globali ta’ taxxa miġbura fl-istadju tal-konsum finali u mhux se jkollhom impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jinġabru mill-VAT.

(8)

Għalhekk, jixraq li n-Netherlands jiġi awtorizzat japplika l-miżura speċjali sal-31 ta’ Diċembru 2023,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE, in-Netherlands huwa awtorizzat jeskludi l-VAT dovuta fuq il-merkanija u s-servizzi mid-dritt ta’ tnaqqis tal-VAT fejn dawk il-merkanzija u s-servizzi jintużaw, f’iktar minn 90 % għall-finijiet privati ta’ persuna taxxabbli jew tal-impjegati ta’ dik il-persuna, jew, b’mod iktar ġenerali, għal finijiet li mhumiex tan-negozju jew għal attivitajiet mhux ekonomiċi.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Kwalunkwe talba għal awtorizzazzjoni tal-estensjoni tal-miżura speċjali awtorizzati b’din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2023.

Flimkien mat-tali talba għandu jintbagħat rapport dwar l-applikazzjoni tal-miżura speċjali li jinkludi rieżami tar-rata ta’ tqassim applikata għad-dritt ta’ tnaqqis tal-VAT abbażi ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Netherlands.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 434/3


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2190

tad-29 ta’ Ottubru 2020

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/2124 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera minn fejn l-oġġetti jitilqu mill-Unjoni u ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tranżitu u t-trasbord

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-punti (b) u (d) tal-Artikolu 51(1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124 (2) jistabbilixxi regoli għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri (3) fuq kunsinni ta’ annimali u oġġetti fit-tranżitu, fit-trasbord u fit-tkomplija tat-trasport fl-Unjoni.

(2)

Peress li diversi operaturi huma involuti matul it-tranżitu u t-trasbord, inkluż l-importaturi, it-trasportaturi, l-aġenti doganali u n-negozjanti, jeħtieġ li jiġi indikat li l-operaturi responsabbli mill-kunsinni jenħtieġ li jikkonformaw mar-regoli fir-Regolament Delegat (UE) 2019/2124.

(3)

Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-kunsinni sakemm jitilqu mit-territorju tal-Unjoni, iċ-ċertifikat uffiċjali maħruġ f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2128 (4) irid jakkumpanja l-kunsinni mill-imħażen approvati sal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera minn fejn l-oġġetti jitilqu mit-territorju tal-Unjoni.

(4)

F’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2128, iċ-ċertifikati uffiċjali jistgħu jinħarġu f’għamla stampata. B’konsegwenza ta’ dan, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-kontrolli uffiċjali fil-bażijiet militari tan-NATO jew tal-Istati Uniti, l-awtoritajiet kompetenti fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera minn fejn l-oġġetti jitilqu mill-Unjoni u r-rappreżentant tal-kaptan ta’ bastiment jew l-operatur responsabbli mit-twassil ta’ kunsinni lejn bastiment li jitlaq mit-territorju tal-Unjoni jenħtieġ ukoll li jingħataw il-possibbiltà li jikkontrofirmaw ċertifikati uffiċjali li jinħarġu f’għamla stampata u li jirritornaw dawn iċ-ċertifikati uffiċjali fi żmien 15-il jum mid-data ta’ meta t-tranżitu jkun ġie awtorizzat.

(5)

Bil-ħsieb li tiġi protetta s-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, il-kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali, prodotti derivati, ħuxlief u tiben u l-prodotti kompożiti tagħhom fi tranżitu minn pajjiż terz għal pajjiż terz ieħor jistgħu jiġu awtorizzati li jgħaddu mit-territorju tal-Unjoni diment li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet. Dawn il-kundizzjonijiet jenħtieġ li jinkludu l-monitoraġġ xieraq tal-kunsinni matul it-tranżitu u l-preżentazzjoni dovuta tagħhom għall-kontrolli uffiċjali fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera minn fejn dawn jitilqu mit-territorju tal-Unjoni.

(6)

Biex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, il-prodotti li joriġinaw mill-annimali jenħtieġ li jiżdiedu mal-komoditajiet li għandhom jiġu kkontrollati fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera minn fejn l-oġġetti jitilqu mill-Unjoni.

(7)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2124 jistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi tat-tranżitu ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali, prodotti derivati, ħuxlief u tiben u l-prodotti kompożiti tagħhom minn parti mit-territorju tal-Unjoni lejn parti oħra tat-territorju tal-Unjoni, li jgħaddu mit-territorju ta’ pajjiż terz.

(8)

Wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni, li kien miftiehem bħala parti mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Ftehim dwar il-Ħruġ), il-prodotti li joriġinaw mill-annimali, il-prodotti ġerminali, il-prodotti sekondarji mill-annimali, il-ħuxlief u t-tiben u l-prodotti kompożiti li jiġu mċaqilqa minn parti tal-Unjoni għal parti oħra tat-territorju tal-Unjoni, li jgħaddu mir-Renju Unit, minbarra l-Irlanda ta’ Fuq, iridu jiġu ppreżentati għall-kontrolli uffiċjali fil-post ta’ kontroll tal-fruntiera tal-introduzzjoni mill-ġdid fl-Unjoni. Il-kunċett ta’ “territorju tal-Unjoni” jinkludi l-Irlanda ta’ Fuq għall-iskopijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(9)

Abbażi tan-notifika minn qabel tal-wasla tal-kunsinna u tal-verifiki tad-dokumenti, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni mill-ġdid fl-Unjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jivvalutaw jekk il-kunsinna fi tranżitu tkunx tista’ tiġi riammessa fl-Unjoni jew ikollhiex tiġi ppreżentata għal aktar kontrolli. Din in-notifika minn qabel jenħtieġ li ssir mill-operatur responsabbli mill-kunsinna. Il-kontrolli uffiċjali jenħtieġ li jitwettqu permezz tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC).

(10)

Madankollu, diversi Stati Membri enfasizzaw problemi prattiċi u l-piż amministrattiv konsiderevoli tal-użu tal-IMSOC għal notifika minn qabel u għal kontrolli dokumentarji fil-każ speċifiku ta’ tranżitu mir-Renju Unit, eskluż l-Irlanda ta’ Fuq.

(11)

Sabiex jiġi evitat xi dewmien li jirriżulta mill-piż amministrattiv tal-konformità mal-formalitajiet dokumentarji għall-introduzzjoni mill-ġdid ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji mill-annimali, prodotti derivati, tiben u ħuxlief u l-prodotti kompożiti fl-Unjoni, jenħtieġ li tingħata l-possibbiltà lill-Istati Membri li jużaw sistema ta’ informazzjoni alternattiva li tikseb l-istess objettivi bħall-IMSOC għal notifika minn qabel u għal reġistrazzjoni tar-riżultati tal-kontrolli tad-dokumenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni mill-ġdid fl-Unjoni wara tranżitu mir-Renju Unit, eskluż l-Irlanda ta’ Fuq.

(12)

Għalhekk, ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2124 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(13)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi wara li jintemm il-perjodu ta’ tranżizzjoni fil-Ftehim dwar il-Ħruġ, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2021,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2124 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, il-punt (7) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(7)

post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni” tfisser il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera fejn l-annimali u l-oġġetti jiġu ppreżentati għall-kontrolli uffiċjali u li minnu jidħlu fl-Unjoni għat-tqegħid sussegwenti fis-suq jew għat-tranżitu mit-territorju tal-Unjoni (*) u li jista’ jkun post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla fl-Unjoni;

(*)  Il-kunċett “territorju tal-Unjoni” jinkludi l-Irlanda ta’ Fuq għall-iskopijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.”;"

(2)

l-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 14

Il-ħżin ta’ kunsinni ttrasbordati ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali, prodotti derivati, ħuxlief u tiben u l-prodotti kompożiti tagħhom

L-operaturi responsabbli mill-kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali, prodotti derivati, ħuxlief u tiben u l-prodotti kompożiti tagħhom, għandhom jiżguraw li dawk il-kunsinni jinħażnu biss matul il-perjodu tat-trasbord:

(i)

fiż-żona doganali jew fiż-żona ħielsa tal-istess port jew ajruport f’kontejners issiġillati; jew

(ii)

f’faċilitajiet tal-ħżin kummerċjali taħt il-kontroll tal-istess post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(11) u (12) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 (**).

(**)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 tat-12 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, inklużi ċ-ċentri ta’ spezzjoni, u għall-format, il-kategoriji u l-abbrevjazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-elenkar ta’ postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u ta’ punti ta’ kontroll (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 10).”;"

(3)

fl-Artikolu 29, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

l-operatur responsabbli mill-kunsinna jiżgura li ċertifikat uffiċjali f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2128 jakkumpanja l-kunsinna sal-post tad-destinazzjoni tagħha jew sal-post tal-kontroll fuq il-fruntiera minn fejn l-oġġetti jitilqu mit-territorju tal-Unjoni;”;

(4)

l-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-operatur responsabbli mill-kunsinni ta’ oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jista’ jħott dawk il-kunsinni fil-port tad-destinazzjoni qabel ma jitwasslu fil-bastiment li jkun se jitlaq mit-territorju tal-Unjoni, diment li l-operazzjoni tkun awtorizzata u ssorveljata mill-awtorità doganali, u li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tat-twassil indikati fin-notifika msemmija fil-paragrafu 1.”;

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Ir-rappreżentant imsemmi fil-paragrafu 3 jew l-operatur responsabbli mit-twassil tal-kunsinni lill-bastiment li jitlaq mit-territorju tal-Unjoni għandu jirritorna lejn l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni jew tal-maħżen, fi żmien 15-il jum mid-data li fiha t-tranżitu jkun ġie awtorizzat fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jew fil-maħżen, iċ-ċertifikat uffiċjali b’kontrofirma msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3.”;

(5)

l-Artikolu 32 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 32

L-obbligi tal-operatur li jippreżenta l-oġġetti li jkunu se joħorġu mit-territorju tal-Unjoni għall-kontrolli uffiċjali

1.   L-operaturi responsabbli mill-kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali, prodotti derivati, ħuxlief u tiben u l-prodotti kompożiti tagħhom li jitilqu mit-territorju tal-Unjoni biex jiġu ttrasportati lejn pajjiż terz għandhom jippreżentaw dawk il-kunsinni għall-kontrolli uffiċjali lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera indikat fil-CHED, f’post indikat minn dawk l-awtoritajiet kompetenti.

2.   L-operaturi responsabbli mill-kunsinni tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu se joħorġu mit-territorju tal-Unjoni biex jintbagħtu lejn bażi militari tan-NATO jew tal-Istati Uniti li tinsab f’pajjiż terz għandhom jippreżentaw dawk il-kunsinni għall-kontrolli uffiċjali lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera indikat fiċ-ċertifikat uffiċjali maħruġ f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2128.”;

(6)

l-Artikolu 33 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 33

Kontrolli uffiċjali fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera minn fejn jitilqu l-oġġetti mit-territorju tal-Unjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera fejn il-prodotti li joriġinaw mill-annimali, il-prodotti ġerminali, il-prodotti sekondarji tal-annimali, il-prodotti derivati, il-ħuxlief u t-tiben u l-prodotti kompożiti tagħhom jitilqu mit-territorju tal-Unjoni għandhom jagħmlu verifika tal-identità biex jiżguraw li l-kunsinna ppreżentata tikkorrispondi mal-kunsinna msemmija fil-CHED jew fiċ-ċertifikat uffiċjali maħruġ f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2128 li jakkumpanja l-kunsinna. B’mod partikolari, għandhom jivverifikaw li s-siġilli mwaħħla fuq il-vetturi jew fuq il-kontejners tat-trasport, f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 19, mal-punt (d) tal-Artikolu 28, jew mal-punt (e) tal-Artikolu 29, ikunu għadhom intatti.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera minn fejn l-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 joħorġu mit-territorju tal-Unjoni għandhom jirreġistraw l-eżitu tal-kontrolli uffiċjali fil-parti III tal-CHED jew fil-parti III taċ-ċertifikat uffiċjali maħruġ f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2128.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera responsabbli mill-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonfermaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jew tal-maħżen, fi żmien perjodu ta’ 15-il jum mid-data li fiha, it-tranżitu kien awtorizzat fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jew tal-maħżen, bil-wasla u l-konformità tal-kunsinna ma’ dan ir-Regolament, billi:

(a)

idaħħlu l-informazzjoni rilevanti fl-IMSOC; jew

(b)

jikkontrofirmaw iċ-ċertifikat uffiċjali maħruġ f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2128 u jirritornaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-maħżen iċ-ċertifikat oriġinali jew jittrażmettu kopja tiegħu.”;

(7)

l-Artikolu 35 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-kontrolli fil-bażi militari tan-NATO jew tal-Istati Uniti fid-destinazzjoni għandhom jagħmlu verifika tal-identità biex jikkonfermaw li l-kunsinna tikkorrispondi ma’ dik koperta mill-CHED jew miċ-ċertifikat uffiċjali ta’ akkumpanjament maħruġ f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2128. B’mod partikolari, għandhom jivverifikaw li s-siġilli mwaħħla fuq il-vetturi jew fuq il-kontejners tat-trasport, f’konformità mal-Artikoli 19(d) u 29(e) ikunu għadhom intatti.”;

(b)

jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-kontrolli fil-bażi militari tan-NATO jew tal-Istati Uniti fil-post tad-destinazzjoni għandhom jikkonfermaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-post tal-kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jew tal-maħżen, fi ħdan perjodu ta’ 15-il jum mid-data li fiha t-tranżitu kien awtorizzat fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jew tal-maħżen, bil-wasla u l-konformità tal-kunsinna ma’ dan ir-Regolament, billi:

(a)

idaħħlu l-informazzjoni rilevanti fl-IMSOC; jew

(b)

jikkontrofirmaw iċ-ċertifikat uffiċjali maħruġ f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2128 u jroddu lura lill-awtoritajiet kompetenti tal-maħżen iċ-ċertifikat oriġinali jew jittrażmettu kopja tiegħu.”;

(8)

fl-Artikolu 36, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-operatur responsabbli mill-kunsinna tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 għandu jittrasporta l-kunsinna direttament lejn waħda mid-destinazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera li awtorizza t-tranżitu mill-Unjoni; jew

(b)

il-maħżen fejn tkun inħażnet qabel ir-rifjut minn pajjiż terz.”;

(9)

l-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:

“4a.   Għall-kunsinni tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni f’konformità mar-regoli msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 u li jiġu mċaqilqa minn parti mit-territorju tal-Unjoni lejn parti oħra tat-territorju tal-Unjoni, li tgħaddi mir-Renju Unit, eskluż l-Irlanda ta’ Fuq, l-operaturi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jagħtu notifika minn qabel tal-wasla ta’ dawk il-kunsinni lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni mill-ġdid fl-Unjoni permezz ta’ sistema ta’ informazzjoni jew taħlita ta’ sistemi ta’ informazzjoni minbarra l-IMSOC, diment li tali sistema jew taħlita ta’ sistemi:

(a)

ikunu ġew deżinjati mill-awtoritajiet kompetenti;

(b)

jippermettu lill-operaturi jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

(i)

id-deskrizzjoni tal-oġġetti fi tranżitu;

(ii)

l-identifikazzjoni tal-mezzi tat-trasport;

(iii)

il-ħin stmat tal-wasla;

(iv)

l-oriġini u d-destinazzjoni tal-kunsinni; u

(c)

jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera ta’ introduzzjoni mill-ġdid fl-Unjoni:

(i)

jivvalutaw l-informazzjoni pprovduta mill-operaturi;

(ii)

jinfurmaw lill-operaturi jekk il-kunsinni jkollhomx jiġu ppreżentati għall-verifiki addizzjonali previsti fil-paragrafu 4.”;

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   L-operaturi responsabbli mill-kunsinni ta’ annimali li jiġu ttrasportati minn parti mit-territorju tal-Unjoni lejn parti oħra tat-territorju tal-Unjoni u li jgħaddu mit-territorju ta’ pajjiż terz, għandhom jippreżentaw dawk il-kunsinni għall-verifiki uffiċjali fil-punt tal-ħruġ mit-territorju tal-Unjoni.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-kontrolli uffiċjali ta’ kunsinni ta’ annimali u ta’ oġġetti fit-tranżitu, fit-trasbord u fit-tkomplija tat-trasport fl-Unjoni, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, (KE) Nru 1251/2008, (KE) Nru 119/2009, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010, (UE) Nru 142/2011, (UE) Nru 28/2012, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 73).

(3)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, dan ir-Regolament japplika għar-Renju Unit u fih, fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2128 tat-12 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali u r-regoli għall-ħruġ ta’ ċertifikati uffiċjali għal oġġetti li jiġu kkonsenjati lill-bastimenti li jkunu se jitilqu mill-Unjoni u li huma maħsuba għall-provvista tal-vapuri jew għall-konsum mill-ekwipaġġ u mill-passiġġieri, jew għal bażi militari tan-NATO jew tal-Istati Uniti (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 114).


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 434/8


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2191

tal-20 ta’ Novembru 2020

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u dikjarazzjonijiet ta’ qabel it-tluq f’każ ta’ trasport bil-baħar mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, iċ-Channel Islands u Isle of Man u lejhom

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 126 u 127(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, anness ma’ dak il-Ftehim, u b’mod partikolari l-Artikoli 5(3) u (4) u 13(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, (2) u b’mod partikolari l-Artikoli 131(b) u 265(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li jitlaq mill-Unjoni, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(2)

Fl-1 ta’ Frar 2020, ir-Renju Unit irtira mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. Skont l-Artikoli 126 u 127 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Ftehim dwar il-Ħruġ), id-dritt tal-Unjoni huwa applikabbli għar-Renju Unit u fih matul perjodu ta’ tranżizzjoni li għandu jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020 (“il-perjodu ta’ tranżizzjoni”).

(3)

F’konformità mal-Artikolu 185 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u mal-Artikolu 5(3) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, il-leġiżlazzjoni doganali kif definita fil-punt (2) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 hija applikabbli għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq (mhux inklużi l-ibħra territorjali tar-Renju Unit) wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5(4) u l-Anness 2, il-punt 1 ta’ dak il-Protokoll, ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 huwa applikabbli għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. Jenħtieġ għalhekk li r-referenzi f’dan ir-Regolament għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq jeskludu l-portijiet li jinsabu fl-Irlanda ta’ Fuq.

(4)

Ma’ tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-oġġetti li jaslu fit-territorju doganali tal-Unjoni mir-Renju Unit iridu jkunu koperti minn dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, u l-oġġetti li jitlqu mit-territorju doganali tal-Unjoni għal destinazzjoni fir-Renju Unit, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda ta’ Fuq, iridu jkunu koperti minn dikjarazzjoni ta’ qabel it-tluq. Dawk id-dikjarazzjonijiet iridu jiġu ppreżentati fi ħdan perjodu ta’ żmien li jipprevedi biżżejjed żmien għall-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri u tar-Renju Unit għar-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq biex ikunu jistgħu jwettqu analiżi xierqa tar-riskju għal finijiet ta’ sigurtà u sikurezza qabel il-wasla tal-oġġetti u qabel it-tluq tagħhom, rispettivament, mingħajr ma jinħoloq l-ebda tfixkil serju fil-flussi u l-proċessi loġistiċi tal-operaturi ekonomiċi.

(5)

Skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (3), bħalissa hemm stipulati perjodi speċifiċi ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul jew ta’ dikjarazzjonijiet ta’ qabel it-tluq għall-movimenti tal-merkanzija bejn it-territorju doganali tal-Unjoni u kwalunkwe port fil-Baħar tat-Tramuntana. Wara li jgħaddi l-perjodu ta’ tranżizzjoni jenħtieġ li għal dawk il-finijiet japplikaw l-istess perjodi ta’ żmien għall-oġġetti ttrasportati bil-baħar li jaslu jew jitilqu mill-portijiet tar-Renju Unit li ma jinsabux fil-Baħar tat-Tramuntana. Għalhekk, jenħtieġ li l-perjodi ta’ żmien stipulati għall-portijiet tal-Baħar tat-Tramuntana japplikaw għall-portijiet kollha tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u taċ-Channel Islands u Isle of Man, fejn ikun hemm l-obbligu ta’ dikjarazjoni fil-qosor tad-dħul jew ta’ dikjarazzjoni ta’ qabel it-tluq.

(6)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza u japplika mill-1 ta’ Jannar 2021 biex jiġi żgurat l-operat bla xkiel ta’ kuljum tal-amministrazzjonijiet doganali u tal-operaturi ekonomiċi wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 105(c), jiżdied il-punt li ġej:

“(vi)

il-portijiet tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, bl-eċċezzjoni tal-portijiet tal-Irlanda ta’ Fuq, u l-portijiet taċ-Channel Islands u Isle of Man;”;

(2)

fl-Artikolu 244(1)(a), il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

għal movimenti tal-merkanzija f’kontejners bejn it-territorju doganali tal-Unjoni u Greenland, il-Gżejjer Faeroe, l-Iżlanda jew portijiet fuq il-Baħar Baltiku, il-Baħar tat-Tramuntana, il-Baħar l-Iswed jew il-Mediterran, il-portijiet kollha tal-Marokk u l-portijiet kollha tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, bl-eċċezzjoni tal-portijiet fl-Irlanda ta’ Fuq, u l-portijiet taċ-Channel Islands u Isle of Man, sa mhux aktar tard minn sagħtejn qabel it-tluq minn port fit-territorju doganali tal-Unjoni;”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

(2)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 434/10


IR-REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2192

tas-7 ta’ Diċembru 2020

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-marka ta’ identifikazzjoni li għandha tintuża għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi fin-negozju tal-ikel. B’mod partikolari, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar il-marka ta’ identifikazzjoni li għandha tiġi applikata mill-operaturi fin-negozju tal-ikel fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, inkluż ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kodiċi tal-pajjiż li għandhom jintużaw mill-Istati Membri u l-pajjiżi terzi.

(2)

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Ftehim dwar il-ħruġ), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 kif ukoll l-atti tal-Kummissjoni bbażati fuqu, japplikaw għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Għal dik ir-raġuni, jeħtieġ li jiġu emendati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament li jikkonċernaw il-marka ta’ identifikazzjoni li jenħtieġ li tintuża fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

(4)

Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.


ANNESS

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, fit-Taqsima I, fil-parti B, it-tieni subparagrafu tal-punt 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Madankollu, fil-każ tal-Istati Membri (*1), dawn il-kodiċi huma BE, BG, CZ, DK, DE, EE, GR, ES, FR, HR, IE, IT, CY, LV, LT, LU, HU, MT, NL, AT, PL, PT, SI, SK, FI, RO, SE u UK(NI)


(*1)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.””


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 434/13


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2193

tas-16 ta’ Diċembru 2020

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-kompetenza u l-metodi ta’ taħriġ tal-ekwipaġġ tat-titjira, u fir-rigward tar-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23(1), 27(1) u 72(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ taħriġ, ittestjar u kontroll għall-għoti tal-liċenzji lill-bdoti.

(2)

Il-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni adottat mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“l-Aġenzija”) skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/1139, identifika li huwa ta’ importanza ewlenija għall-persunal tal-avjazzjoni li jkollu l-kompetenzi xierqa u li l-metodi ta’ taħriġ jeħtieġ li jiġu adattati biex jiżguraw li l-persunal ikun kapaċi jlaħħaq mat-teknoloġiji emerġenti l-ġodda u mal-kumplessità dejjem akbar tas-sistema tal-avjazzjoni.

(3)

Fl-2013, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) ippubblikat il-“Manual of evidence-based training” (Dok. 9995 AN/497), li fih il-qafas ta’ kompetenza sħiħ (“kompetenzi ewlenin”) b’deskrizzjonijiet korrispondenti u indikaturi ta’ mġiba relatati biex jiġu vvalutati dawk il-kompetenzi, li jinkludu dak li qabel kien magħruf bħala għarfien tekniku u mhux tekniku fit-taħriġ, fil-ħiliet u fl-attitudnijiet tal-bdoti. F’dak l-approċċ il-ġdid, il-kontenut tat-taħriġ huwa allinjat mal-kompetenzi attwali meħtieġa għall-operar b’mod sikur, effettiv u effiċjenti f’ambjent tat-trasport kummerċjali bl-ajru.

(4)

L-objettiv tat-taħriġ ibbażat fuq l-evidenza (EBT) huwa li jtejjeb is-sikurezza u li jtejjeb il-kompetenzi tal-ekwipaġġi tat-titjira biex joperaw l-inġenji tal-ajru b’mod sikur fir-reġimi kollha tat-titjiriet u biex ikunu jistgħu jidentifikaw u jindirizzaw sitwazzjonijiet mhux mistennija. Il-kunċett tal-EBT huwa mfassal biex jimmassimizza t-tagħlim u jillimita l-verifika formali.

(5)

L-allinjament tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 mar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) fir-rigward tar-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili huwa mistenni li jżid iċ-ċertezza legali, jappoġġa l-ispezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni tal-Aġenzija fil-qasam tar-rappurtar tal-okkorrenzi, u jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ sistemi effettivi ta’ rappurtar tal-okkorrenzi bħala parti mill-ġestjoni tas-sikurezza.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jiġi emendat skont dan.

(7)

L-Aġenzija ħejjiet abbozz ta’ regoli ta’ implimentazzjoni u ppreżentathom mal-Opinjoni Nru 08/2019 (4) f’konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 75(2) u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(8)

In-negozjati bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi għadhom għaddejjin, inkluż dwar il-konverżjoni tal-liċenzji tal-bdoti u ċ-ċertifikati mediċi assoċjati. Biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkomplu jirrikonoxxu l-liċenzji u ċ-ċertifikati mediċi ta’ pajjiżi terzi għal perjodu interim fid-dawl ta’ dawk in-negozjati, hemm bżonn li jiġi estiż il-perjodu li matulu l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fit-territorju tagħhom għal bdoti li jkollhom liċenzja u ċertifikat mediku assoċjat maħruġa minn pajjiż terz li jkunu involuti fl-operar mhux kummerċjali ta’ ċerti inġenji tal-ajru.

(9)

Barra minn hekk, l-emendi għall-Appendiċi 1 tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, li ġew introdotti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1974 (5) u li se japplikaw mill-31 ta’ Jannar 2022, jenħtieġ li jiġu allinjati mal-emendi għal dak l-Appendiċi introdotti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/359 (6).

(10)

Ir-Regolament jenħtieġ li jiġi emendat ukoll biex jiġu kkoreġuti ċerti żbalji tekniċi, li kienu jinsabu f’emendi preċedenti, kif ukoll biex tiġi pprovduta kjarifika għal ċerti dispożizzjonijiet.

(11)

L-emendi relatati mal-klassifikazzjoni bażika tal-istrumenti jenħtieġ li jsiru applikabbli fl-istess data bħad-dispożizzjonijiet relatati tar-Regolament (UE) 2020/359, jiġifieri fit-8 ta’ Settembru 2021.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat maħtur f’konformità l-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011

Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 12(4), “20 ta’ Ġunju 2021” huwa sostitwit bi “20 ta’ Ġunju 2022”;

(2)

L-Annessi I, VI u VII huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(3)

L-Annessi I u VI huma kkoreġuti f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Data tad-dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt (1)(r) tal-Anness I u l-punt (1)(a) tal-Anness II għandhom japplikaw mit-8 ta’ Settembru 2021 u l-punt (1)(p) tal-Anness I għandu japplika mill-31 ta’ Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).

(4)  https://www.easa.europa.eu/document-library/opinions

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1974 tal-14 ta’ Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 326, 20.12.2018, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/359 tal-4 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 67, 5.3.2020, p. 82).


ANNESS I

L-Annessi I, VI u VII tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I (il-Parti-FCL) huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt FCL.010, jiddaħħlu d-definizzjonijiet li ġejjin:

(i)

“‘Operatur ta’ taħriġ ibbażat fuq l-evidenza (EBT)’ tfisser organizzazzjoni li għandha ċertifikat tal-operatur tal-ajru (AOC) skont l-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 u li implimentat programm tal-EBT approvat mill-awtorità kompetenti, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament.”;

(ii)

“‘Valutazzjoni prattika tal-EBT’ tfisser metodu għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni li jservi biex tiġi vverifikata l-prestazzjoni integrata tal-kompetenzi. Dan iseħħ jew f’ambjent simulat jew f’ambjent operattiv.”;

(iii)

“‘Programm tal-EBT’ tfisser programm ta’ valutazzjoni u taħriġ tal-bdot skont il-punt ORO.FC.231 tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012.”;

(iv)

“‘Programm tal-EBT imħallat’ tfisser programm ta’ taħriġ rikorrenti u kontrolli regolari ta’ operatur previst fil-punt ORO.FC.230 tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, li porzjon minnu huwa ddedikat għall-applikazzjoni tal-EBT iżda li ma jiħux post il-kontrolli tal-profiċjenza previsti fl-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness.”;

(b)

fil-punt FCL.015, jiżdied il-punt (g) li ġej:

“(g)

Taħriġ imwettaq fuq inġenji tal-ajru jew f’FSTDs skont l-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 għandu jitqies għar-rekwiżiti tal-esperjenza u tal-validazzjoni mill-ġdid stabbiliti f’dan l-Anness (il-Parti-FCL).”;

(c)

fil-punt FCL.035(a), jiżdied il-punt (4) li ġej:

“(4)

Is-sigħat kollha ta’ titjir f’ajruplani jew f’TMGs li huma soġġetti għal deċiżjoni ta’ Stat Membru meħuda skont il-punti (a) jew (c) tal-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu kkreditati bis-sħiħ sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ħin tat-titjir tal-punt FCL.140.A(a)(1) u l-punt FCL.740.A(b)(1)(ii) ta’ dan l-Anness, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-ajruplan jew it-TMG ikkonċernat ikun tal-istess kategorija u klassi bħall-inġenju tal-ajru skont il-Parti-FCL li fir-rigward tiegħu għandhom jiġu kkreditati s-sigħat tat-titjir;

(ii)

fil-każ ta’ titjiriet ta’ taħriġ ma’ għalliem, l-ajruplan jew it-TMG li jintuża jkun soġġett għal awtorizzazzjoni speċifikata fil-punt ORA.ATO.135 tal-Anness VII (il-Parti-ORA) jew fil-punt DTO.GEN.240 tal-Anness VIII (il-Parti-DTO).”;

(d)

fil-punt FCL.235, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Permezz tat-tlestija ta’ test tal-ħiliet, l-applikanti għal PPL għandhom juru l-kapaċità li jwettqu bħala PIC fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa l-proċeduri u l-manuvri rilevanti bil-kompetenza xierqa għall-privileġġi mogħtija.”;

(e)

il-punt FCL.625 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (b), jiżdied il-punt (4) li ġej:

“(4)

L-applikanti għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR għandhom jirċievu krediti sħaħ għall-kontroll tal-profiċjenza kif meħtieġ f’din is-Subparti meta jlestu l-valutazzjoni prattika tal-EBT skont l-Appendiċi 10 relatata mal-IR għand operatur tal-EBT.”;

(ii)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

Tiġdid

Jekk IR tkun skadiet, sabiex iġeddu l-privileġġi tagħhom, l-applikanti għandhom jikkonformaw ma’ dan kollu li ġej:

(1)

sabiex jiġi ddeterminat jekk huwiex meħtieġ taħriġ ta’ aġġornament biex l-applikant jilħaq il-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex jgħaddi mill-element tal-istrument tat-test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 9, huwa għandu jgħaddi minn valutazzjoni għand waħda minn dawn l-organizzazzjonijiet li ġejjin:

(i)

għand ATO;

(ii)

għand operatur tal-EBT li huwa approvat speċifikament għal tali taħriġ ta’ aġġornament;

(2)

jekk l-organizzazzjoni li tipprovdi l-valutazzjoni tqis li jkun meħtieġ skont il-punt (1), huma għandhom ilestu t-taħriġ ta’ aġġornament għand dik l-organizzazzjoni;

(3)

wara li jikkonformaw mal-punt (1) u, kif applikabbli, mal-punt (2), għandhom jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 jew iwettqu valutazzjoni prattika tal-EBT skont l-Appendiċi 10 fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti. Dik il-valutazzjoni prattika tal-EBT tista’ tiġi kkombinata mat-taħriġ ta’ aġġornament speċifikat fil-punt (2);

(4)

għandu jkollhom il-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip rilevanti sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness.”;

(iii)

il-punti (e) u (f) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(e)

Id-detenturi ta’ IR valida fuq liċenzja ta’ bdot maħruġa minn pajjiż terz, f’konformità mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, għandhom ikunu eżentati milli jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punti (c)(1), (c)(2) u (d) meta jġeddu l-privileġġi tal-IR li jinsabu fil-liċenzji maħruġa f’konformità ma’ dan l-Anness.

(f)

Il-kontroll tal-profiċjenza speċifikat fil-punt (c)(3) jista’ jiġi kkombinat ma’ kontroll tal-profiċjenza mwettaq għat-tiġdid tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip rilevanti.”;

(f)

il-punt FCL.625.A(a) huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)

jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9, jew iwettaq valutazzjoni prattika tal-EBT skont l-Appendiċi 10, jekk il-validazzjoni mill-ġdid tal-IR tkun ikkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip;”;

(ii)

il-punt (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(4)

Jista’ jintuża FNPT II jew FFS li jirrappreżenta l-klassi jew it-tip ta’ ajruplan rilevanti għall-validazzjoni mill-ġdid skont il-punt (3), sakemm mill-inqas kull kontroll tal-profiċjenza alternattiv għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR (A) jitwettaq f’ajruplan.”;

(g)

il-punt FCL.740 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“FCL.740   Validità u tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip

(a)

Validità

(1)

Il-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip għandu jkun ta’ sena, ħlief għall-klassifikazzjonijiet tal-klassi ta’ bdot wieħed u magna waħda, li għalihom il-perjodu ta’ validità għandu jkun ta’ sentejn, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD. Jekk il-bdoti jagħżlu li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ validazzjoni mill-ġdid qabel dak preskritt fil-punti FCL.740.A, FCL.740.H, FCL.740.PL u FCL.740.As, il-perjodu ta’ validità l-ġdid għandu jibda mid-data tal-kontroll tal-profiċjenza.

(2)

L-applikanti għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandhom jirċievu krediti sħaħ għall-kontroll tal-profiċjenza kif meħtieġ f’din is-Subparti meta jlestu l-valutazzjoni prattika tal-EBT skont l-Appendiċi 10 għand operatur li jkun implimenta l-EBT għall-klassifikazzjoni rilevanti tal-klassi jew tat-tip.

(b)

Tiġdid

Għat-tiġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, l-applikanti għandhom jikkonformaw ma’ dan kollu li ġej:

(1)

sabiex jiġi ddeterminat jekk huwiex meħtieġ taħriġ ta’ aġġornament biex l-applikant jilħaq il-livell ta’ profiċjenza biex jopera l-inġenju tal-ajru b’mod sikur, huma għandhom jgħaddu minn valutazzjoni għand waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

għand ATO;

(ii)

għand DTO jew għand ATO, jekk il-klassifikazzjoni li skadiet kienet tikkonċerna klassifikazzjoni tal-klassi għal inġenji tal-ajru tal-pistuni b’magna waħda mhux ta’ prestazzjoni għolja, klassifikazzjoni tal-klassi ta’ TMG jew klassifikazzjoni tat-tip għal ħelikopters b’magna waħda msemmija fil-punt DTO.GEN.110(a)(2)(c) tal-Anness VIII;

(iii)

għand DTO, għand ATO jew ma’ għalliem, jekk il-klassifikazzjoni tkun skadiet mhux aktar minn 3 snin qabel u l-klassifikazzjoni tkun tikkonċerna klassifikazzjoni tal-klassi tal-pistuni b’magna waħda mhux ta’ prestazzjoni għolja jew klassifikazzjoni tal-klassi tat-TMG;

(iv)

għand operatur tal-EBT li huwa approvat speċifikament għal tali taħriġ ta’ aġġornament;

(2)

jekk l-organizzazzjoni jew l-għalliem li jipprovdi l-valutazzjoni jqisu li jkun meħtieġ skont il-punt (1), huma għandhom ilestu t-taħriġ ta’ aġġornament għand dik l-organizzazzjoni jew ma’ dak l-għalliem;

(3)

wara li jikkonformaw mal-punt (1) u, kif applikabbli, mal-punt (2), għandhom jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 jew iwettqu valutazzjoni prattika tal-EBT skont l-Appendiċi 10. Dik il-valutazzjoni prattika tal-EBT tista’ tiġi kkombinata mat-taħriġ ta’ aġġornament speċifikat fil-punt (2).

Permezz ta’ deroga mill-punti (b)(1), (b)(2) u (b)(3), il-bdoti li jkollhom klassifikazzjoni tat-test tat-titjira maħruġa skont il-punt FCL.820 li kienu involuti fit-testijiet tat-titjir tal-iżvilupp, taċ-ċertifikazzjoni jew tal-produzzjoni għal tip ta’ inġenju tal-ajru u jkunu kkompletaw jew 50 siegħa ta’ ħin totali ta’ titjir jew 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC f’titjiriet ta’ ttestjar f’dak it-tip matul is-sena qabel id-data tal-applikazzjoni tagħhom, għandhom ikunu intitolati li japplikaw għall-validazzjoni mill-ġdid jew għat-tiġdid tal-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti.

L-applikanti għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit fil-punti (b)(1) u (b)(2) jekk ikollhom klassifikazzjoni valida għall-istess klassi jew tip ta’ inġenju tal-ajru fuq liċenzja ta’ bdot maħruġa minn pajjiż terz skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago u jekk ikunu intitolati jeżerċitaw il-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni.

(c)

Il-bdoti li jitilqu mill-programm tal-EBT ta’ operatur wara li jkunu naqsu milli juru livell aċċettabbli ta’ kompetenza skont dak il-programm tal-EBT ma għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni tat-tip qabel ma jkunu kkonformaw ma’ waħda minn dawn li ġejjin:

(1)

ikunu lestew il-valutazzjoni prattika tal-EBT skont l-Appendiċi 10;

(2)

ikunu għaddew minn kontroll tal-profiċjenza skont il-punt FCL.625(c)(3) jew il-punt FCL.740(b)(3), kif applikabbli. F’każ bħal dan, il-punt FCL.625(b)(4) u l-punt FCL.740(a)(2) ma għandhomx japplikaw.”;

(h)

il-punt FCL.720.A huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

(1)

l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-applikanti għall-ħruġ inizjali tal-privileġġi biex joperaw ajruplan bi bdot wieħed f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, jew meta japplikaw għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip jew meta jestendu l-privileġġi ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip li kellhom diġà għal operazzjoni b’aktar minn bdot wieħed, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-punt (b)(4) u, qabel ma jibdew il-kors ta’ taħriġ rilevanti, il-punt (b) (5).”;

(2)

il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

Ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed

L-applikanti għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-tip għal ajruplan kumpless bi bdot wieħed ikklassifikat bħala ajruplan ta’ prestazzjoni għolja għandhom, minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-punt (2), jikkonformaw ma’ dan kollu li ġej:

(i)

għandu jkollhom jew kellhom IR(A) b’magna waħda jew b’aktar minn magna waħda, kif xieraq u kif stabbilit fis-Subparti G;

(ii)

għall-ħruġ tal-ewwel klassifikazzjoni tat-tip, qabel ma jibdew il-kors ta’ taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-punt (b)(5).”;

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

(1)

il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-applikanti għall-ħruġ tal-ewwel klassifikazzjoni tat-tip għal ajruplan b’aktar minn bdot wieħed għandhom ikunu bdoti studenti li attwalment ikunu qed jitħarrġu fuq kors ta’ taħriġ tal-MPL jew għandhom, qabel ma jibdew il-kors ta’ taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:”;

(2)

il-punt (5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(5)

ikunu lestew il-kors ta’ taħriġ speċifikat fil-punt FCL.745.A, sakemm ma jikkonformawx ma’ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

ikunu lestew, matul is-3 snin preċedenti, it-taħriġ u l-ikkontrollar skont il-punti ORO.FC.220 u ORO.FC.230 tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012;

(ii)

ikunu lestew it-taħriġ speċifikat fil-punt FCL.915(e)(1)(ii).”;

(i)

fil-punt FCL.740.A(a), il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 jew iwettqu valutazzjoni prattika tal-EBT skont l-Appendiċi 10 fil-klassi jew fit-tip rilevanti ta’ ajruplan jew FSTD li jirrappreżenta lil dik il-klassi jew tip, fi żmien 3 xhur immedjatament qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni; kif ukoll”;

(j)

il-punt FCL.905.TRI huwa sostitwit b’dan li ġej:

“FCL.905.TRI   TRI — Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

Il-privileġġi ta’ TRI huma li jipprovdi istruzzjonijiet għal:

(1)

il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ IR, diment li t-TRI jkollu IR valida;

(2)

il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ TRI jew SFI, diment li d-detentur jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

ikollu mill-inqas 50 siegħa esperjenza ta’ tagħlim bħala TRI jew SFI skont dan ir-Regolament jew skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012;

(ii)

ikun wettaq is-sillabu tat-tagħlim fit-titjir tal-parti rilevanti tal-kors ta’ taħriġ ta’ TRI skont il-punt FCL.930.TRI(a)(3) għas-sodisfazzjon tal-kap tat-taħriġ ta’ ATO;

(3)

fil-każ tat-TRI għal ajruplani bi bdot wieħed:

(i)

il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed diment li l-applikant ifittex privileġġi biex jopera f’operazzjonijiet bi bdot wieħed.

Il-privileġġi tat-TRI(SPA) jistgħu jiġu estiżi għat-tagħlim fit-titjir għal klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, sakemm it-TRI jissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(A)

ikollu jew kellu ċertifikat ta’ TRI għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;

(B)

ikun wettaq mill-inqas 500 siegħa fuq ajruplani f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed u jkun temm kors tat-taħriġ għall-MCCI skont il-punt FCL.930.MCCI;

(ii)

il-kors ta’ MPL dwar il-fażi bażika, diment li għandu l-privileġġi estiżi għal operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed u għandu jew kellu ċertifikat ta’ FI(A) jew IRI(A);

(4)

fil-każ tat-TRI għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed:

(i)

il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip għal:

(A)

ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;

(B)

ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed meta l-applikant jitlob privileġġi biex jagħmel operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed;

(ii)

taħriġ f’MCC;

(iii)

il-kors ta’ MPL dwar il-fażijiet bażiċi, intermedji u avvanzati, sakemm, għall-fażi bażika, ikollu jew kellu ċertifikat ta’ FI(A) jew IRI(A);

(5)

fil-każ tat-TRI għall-ħelikopters:

(i)

il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip tal-ħelikopters;

(ii)

taħriġ f’MCC, diment li jkollu klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħelikopter b’aktar minn bdot wieħed;

(iii)

l-estensjoni tal-IR(H) b’magna waħda għal IR(H) b’aktar minn magna waħda;

(6)

fil-każ tat-TRI għal inġenji tal-ajru bil-powered-lift:

(i)

il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip “powered-lift”;

(ii)

taħriġ f’MCC.

(b)

Il-privileġġi ta’ TRI jinkludu privileġġi biex titwettaq valutazzjoni prattika tal-EBT għand operatur tal-EBT, diment li l-għalliem jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 għall-istandardizzazzjoni tal-għalliem tal-EBT għand dak l-operatur tal-EBT.”;

(k)

fil-punt FCL.905.SFI, jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e)

Il-privileġġi ta’ SFI jinkludu privileġġi biex titwettaq valutazzjoni prattika tal-EBT għand operatur tal-EBT, diment li l-għalliem jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 għall-istandardizzazzjoni tal-għalliem tal-EBT għand dak l-operatur tal-EBT.”;

(l)

fil-punt FCL.930.SFI, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Il-kors ta’ taħriġ għall-SFI għandu jinkludi:

(1)

il-kontenut FSTD tal-kors tal-klassifikazzjoni tat-tip applikabbli;

(2)

il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-kontenut tal-FSTD tas-sillabu tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ taħriġ ta’ TRI applikabbli;

(3)

25 siegħa ta’ tagħlim mogħti u riċevut.”;

(m)

fil-punt FCL.1015, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Applikant għal ċertifikat ta’ eżaminatur għandu jwettaq kors ta’ standardizzazzjoni li huwa pprovdut mill-awtorità kompetenti jew li huwa pprovdut minn ATO u approvat mill-awtorità kompetenti.”;

(n)

fil-punt FCL.1025(b), il-punti (1) u (2) u l-frażi introduttorja tal-punt (3) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(1)

qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat, ikunu wettqu mill-inqas sitt testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza, valutazzjonijiet tal-kompetenza, jew fażijiet tal-evalwazzjoni tal-EBT matul modulu tal-EBT imsemmi fil-punt ORO.FC.231 tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012;

(2)

fil-perjodu ta’ 12-il xahar immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat, ikunu temmew kors ta’ aġġornament tal-eżaminatur li huwa pprovdut mill-awtorità kompetenti jew li huwa pprovdut minn ATO u approvat mill-awtorità kompetenti;

(3)

wieħed mit-testijiet tal-ħiliet, mill-kontrolli tal-profiċjenza, mill-valutazzjonijiet tal-kompetenza jew mill-fażijiet tal-evalwazzjoni tal-EBT imwettqa skont il-punt (1) għandu jsir fil-perjodu ta’ 12-il xahar immedjatament qabel id-data ta’ iskadenza taċ-ċertifikat tal-eżaminatur u għandu:”;

(o)

il-punt FCL.1010.SFE(a) huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (1), il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

ikollhom ċertifikat ta’ SFI(A) għat-tip ta’ ajruplan applikabbli; kif ukoll”;

(ii)

fil-punt (2), il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

ikollhom ċertifikat ta’ SFI(A) għall-klassi jew għat-tip ta’ ajruplan applikabbli; kif ukoll”;

(p)

L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

LAPL u PPL”;

(ii)

il-punti 1.1., 1.2., 1.3. u 1.4. huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.1.

Għall-ħruġ ta’ LAPL, id-detentur ta’ LAPL f’kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun ikkreditat b’mod sħiħ lejn ir-rekwiżiti ta’ għarfien teoriku dwar is-suġġetti komuni stabbiliti fil-punt FCL.120(a).

1.2.

Għall-ħruġ ta’ LAPL jew ta’ PPL, id-detenturi ta’ PPL, CPL jew ATPL f’kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru għandhom jiġu kkreditati lejn ir-rekwiżiti tal-għarfien teoriku dwar is-suġġetti komuni stabbiliti fil-punt FCL.215(a). Dan il-kreditu għandu japplika wkoll għal applikanti għal LAPL jew PPL li jkollhom BPL maħruġa skont l-Anness III (il-Parti-BFCL) tar-Regolament (UE) 2018/395 jew SPL maħruġa skont l-Anness III (il-Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976, ħlief li s-suġġett “navigazzjoni” ma għandux jiġi kkreditat.”

1.3.

Għall-ħruġ ta’ PPL, id-detentur ta’ LAPL fl-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru għandu jkun ikkreditat b’mod sħiħ lejn rekwiżiti tat-tagħlim u tal-eżami tal-għarfien teoriku.

1.4.

B’deroga mill-punt 1.2, għall-ħruġ ta’ LAPL(A), id-detentur ta’ SPL maħruġa skont l-Anness III (il-Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976 bil-privileġġi li jtajjar it-TMGs għandu juri livell adegwat ta’ għarfien teoriku għall-klassi tal-ajruplani b’magna waħda bil-pistin li jinżlu fuq l-art f’konformità mal-punt FCL.135.A(a)(2).”;

(iii)

il-punt 4.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.1.

Applikanti għal IR, jew għal BIR, li jkunu għaddew mill-eżamijiet teoretiċi għal CPL fl-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru, għandhom ikunu kkreditati lejn ir-rekwiżiti ta’ għarfien teoriku fis-suġġetti li ġejjin:

Prestazzjoni Umana,

Meteoroloġija,

Komunikazzjoni.”;

(q)

fit-Taqsima A tal-Appendiċi 3, il-punt (b) fil-punt 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

70 siegħa bħala PIC, li minnhom 55 siegħa jistgħu jkunu bħala SPIC. Il-ħin ta’ titjir bl-istrumenti bħala SPIC għandu jingħadd biss bħala ħin ta’ titjir PIC sa massimu ta’ 20 siegħa;”;

(r)

fit-Taqsima A tal-Appendiċi 6, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)

Applikanti għal kors ta’ IR(A) modulari għandhom ikunu detenturi ta’ PPL(A) jew CPL(A). L-applikanti għall-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali, li ma jkollhomx CPL(A), għandhom ikunu detentur ta’ BIR jew ta’ Ċertifikat ta’ Tlestija tal-Kors għall-Modulu Bażiku tat-Titjir bl-Istrumenti.

L-ATO għandha tiżgura li l-applikant għal kors tal-IR(A) b’aktar minn magna waħda li ma kellux klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip ta’ ajruplan b’aktar minn magna waħda jkun irċieva t-taħriġ b’aktar minn magna waħda speċifikat fis-Subparti H qabel ma jibda t-taħriġ fit-titjir għall-kors tal-IR(A).”;

(s)

It-Taqsima B tal-Appendiċi 9 hija emendata kif ġej:

(i)

il-punt (5) huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt (k), it-tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

 

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

 

Tip ta’ operazzjoni

Tip ta’ inġenju tal-ajru

SP

MP

SP → MP (inizjali)

MP → SP (inizjali)

SP + MP

 

Taħriġ

Ittestjar/kontroll

Taħriġ

Ittestjar/kontroll

Taħriġ

Ittestjar/kontroll

Taħriġ, ittestjar u kontroll (ajruplani SE)

Taħriġ, ittestjar u kontroll (ajruplani ME)

Ajruplani SE

Ajruplani ME

L-ewwel ħruġ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kollha (ħlief SP kumpless)

Taqsimiet 1-6

Taqsimiet 1-6

MCC

CRM

Fatturi umani

TEM

Taqsimiet 1-7

Taqsimiet 1-6

MCC

CRM

Fatturi umani

TEM

Taqsima 7

Taqsimiet 1-6

1.6, 4.5, 4.6, 5.2 u, jekk applikabbli, avviċinament wieħed mit-Taqsima 3.B

1.6, Taqsima 6 u, jekk applikabbli, avviċinament wieħed mit-Taqsima 3.B

 

 

SP kumpless

1-7

1-6

Validazzjoni mill-ġdid

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kollha

mhux applikabbli

Taqsimiet 1-6

mhux applikabbli

Taqsimiet 1-6

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

MPO:

Taqsimiet 1-7 (taħriġ)

Taqsimiet 1-6 (kontroll)

SPO:

1.6, 4.5, 4.6, 5.2 u, jekk applikabbli, avviċinament wieħed mit-Taqsima 3.B

MPO:

Taqsimiet 1-7 (taħriġ)

Taqsimiet 1- 6 (kontroll)

SPO:

1.6, Taqsima 6 u, jekk applikabbli, avviċinament wieħed mit-Taqsima 3.B

Tiġdid

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kollha

FCL.740

Taqsimiet 1-6

FCL.740

Taqsimiet 1-6

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Taħriġ: FCL.740

Kontroll: fir-rigward tal-validazzjoni mill-ġdid

Taħriġ: FCL.740

Kontroll: fir-rigward tal-validazzjoni mill-ġdid”;

(2)

fit-Tabella fil-punt (l), ir-ringiela għall-eżerċizzju 7.2.2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“7.2.2

L-eżerċizzji li ġejjin b’rabta mal-instabbiltà:

l-irkupru minn “nose-high” f’diversi angoli ta’ inklinazzjoni laterali; kif ukoll

l-irkupru minn “nose-low” f’diversi angoli ta’ inklinazzjoni laterali.

P

X

Għal dan l-eżerċizzju ma għandux jintuża ajruplan”;

 

 

 

(t)

l-Appendiċi 10 li ġej huwa miżjud:

“Appendiċi 10

— Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip, u validazzjoni mill-ġdid u tiġdid tal-IRs meta kkombinati mal-validazzjoni mill-ġdid jew mat-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip — valutazzjoni prattika tal-EBT

A   — Ġenerali

1.

Il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip kif ukoll il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-IRs meta kkombinati mal-validazzjoni mill-ġdid jew mat-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip skont dan l-Appendiċi għandhom jimtlew biss għand operaturi tal-EBT li jikkonformaw ma’ dan kollu li ġej:

(a)

ikunu stabbilixxew programm tal-EBT rilevanti għall-klassifikazzjoni tat-tip applikabbli jew għall-IR skont il-punt ORO.FC.231 tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012;

(b)

ikollhom esperjenza ta’ mill-inqas 3 snin fit-twettiq ta’ programm imħallat tal-EBT;

(c)

għal kull klassifikazzjoni tat-tip fi ħdan il-programm tal-EBT, l-organizzazzjoni tkun ħatret maniġer tal-EBT. Il-maniġers tal-EBT għandhom jikkonformaw ma’ dawn kollha li ġejjin:

(i)

għandu jkollhom privileġġi ta’ eżaminatur għall-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti;

(ii)

għandu jkollhom esperjenza estensiva fit-taħriġ bħala għalliem għall-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti;

(iii)

għandhom ikunu jew il-persuna nnominata skont il-punt ORO.AOC.135(a)(2) tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 jew deputat ta’ dik il-persuna.

2.

Il-maniġer tal-EBT responsabbli għall-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti għandu jiżgura li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti kollha ta’ kwalifika, taħriġ u esperjenza ta’ dan l-Anness għall-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-klassifikazzjoni rilevanti.

3.

L-applikanti li jixtiequ jivvalidaw mill-ġdid jew iġeddu klassifikazzjoni skont dan l-Appendiċi għandhom jikkonformaw ma’ dan kollu li ġej:

(a)

għandhom ikunu rreġistrati fil-programm tal-EBT tal-operatur;

(b)

fil-każ ta’ validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni, huma għandhom itemmu l-programm tal-EBT tal-operatur fil-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjoni rilevanti;

(c)

fil-każ ta’ tiġdid ta’ klassifikazzjoni, huma għandhom jikkonformaw mal-proċeduri żviluppati mill-operatur tal-EBT skont il-punt ORO.FC.231(a)(5) tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

4.

Il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ klassifikazzjoni skont dan l-Appendiċi għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:

(a)

valutazzjoni prattika kontinwa tal-EBT fi ħdan programm tal-EBT;

(b)

turija ta’ livell aċċettabbli ta’ prestazzjoni fil-kompetenzi kollha;

(c)

l-azzjoni amministrattiva tal-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-liċenzja li għaliha l-maniġer tal-EBT responsabbli għall-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti għandu jagħmel dan kollu li ġej:

(1)

tiżgura li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-punt FCL.1030;

(2)

meta taġixxi skont il-punt FCL.1030(b)(2), tapprova l-liċenzja tal-applikant bid-data ta’ skadenza l-ġdida tal-klassifikazzjoni. Dik l-approvazzjoni tista’ timtela minn persuna oħra f’isem il-maniġer tal-EBT, jekk dik il-persuna tkun irċeviet delegazzjoni mill-maniġer tal-EBT biex tagħmel dan skont il-proċeduri stabbiliti fil-programm tal-EBT.

B   — Twettiq tal-valutazzjoni prattika tal-ebt

Il-valutazzjoni prattika tal-EBT għandha titwettaq skont il-programm tal-EBT tal-operatur.

;

(2)

L-Anness VI (il-Parti-ARA) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt ARA.GEN.125 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ARA.GEN.125   Informazzjoni lill-Aġenzija

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Aġenzija f’każ ta’ kwalunkwe problema sinifikanti bl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu fi żmien 30 jum minn meta l-awtorità ssir taf bil-problemi.

(b)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija b’informazzjoni sinifikanti għas-sikurezza li tirriżulta mir-rapporti dwar l-okkorrenzi maħżuna fil-bażi tad-data nazzjonali, mill-aktar fis possibbli.

(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).”;"

(b)

il-punt ARA.GEN.135 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha timplimenta sistema biex tiġbor, tanalizza u xxerred kif xieraq l-informazzjoni dwar is-sikurezza.

(b)

L-Aġenzija għandha timplimenta sistema biex tanalizza kif xieraq kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tirċievi u mingħajr dewmien żejjed tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni, inklużi rakkomandazzjonijiet jew azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu, meħtieġa biex jirreaġixxu b’mod f’waqtu għal problema ta’ sikurezza li tinvolvi prodotti, parts, tagħmir mhux installat, persuni jew organizzazzjonijiet soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.”;

(ii)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

Il-miżuri meħuda skont il-punt (c) għandhom jiġu nnotifikati minnufih lill-persuni jew lill-organizzazzjonijiet kollha li jeħtieġu jikkonformaw magħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika wkoll dawk il-miżuri lill-Aġenzija u, meta tkun meħtieġa azzjoni kkombinata, lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati.”;

(c)

il-punt ARA.GEN.200 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a), il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

politiki u proċeduri ddokumentati biex jiddeskrivu l-organizzazzjoni, il-mezzi u l-metodi tagħha biex tinkiseb konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. Il-proċeduri għandhom jinżammu aġġornati u jservu bħala d-dokumenti ta’ ħidma bażiċi fi ħdan dik l-awtorità kompetenti għall-kompiti relatati kollha;”;

(ii)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri għall-parteċipazzjoni fi skambju reċiproku tal-informazzjoni u l-assistenza kollha meħtieġa ma’ awtoritajiet kompetenti oħra kkonċernati, kemm jekk minn ġewwa l-Istat Membru jew fi Stati Membri oħra, inkluża l-informazzjoni li ġejja:

(1)

dwar is-sejbiet kollha li jkunu saru, l-azzjonijiet korrettivi ta’ segwitu meħuda skont dawn is-sejbiet u l-miżuri ta’ infurzar meħuda b’riżultat tas-sorveljanza ta’ persuni u organizzazzjonijiet li jeżerċitaw attivitajiet fit-territorju ta’ Stat Membru iżda li jkunu ċċertifikati minn jew li jkunu għamlu dikjarazzjonijiet lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jew lill-Aġenzija;

(2)

li tirriżulta minn rappurtar obbligatorju u volontarju tal-okkorrenzi kif meħtieġ mill-punt ORA.GEN.160 tal-Anness VII.”;

(d)

il-punt ARA.GEN.210 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ARA.GEN.210   Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni

(a)

L-awtorità kompetenti għandu jkollha fis-seħħ sistema biex tidentifika l-bidliet li jaffettwaw il-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti tagħha u twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha kif definit fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. Dik is-sistema għandha tippermettilha tieħu azzjoni kif xieraq biex tiżgura li s-sistema ta’ ġestjoni tagħha tibqa’ adegwata u effettiva.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha taġġorna s-sistema ta’ ġestjoni tagħha biex tirrifletti kwalunkwe bidla fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu b’mod f’waqtu, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva.

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Aġenzija bil-bidliet li jaffettwaw il-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha kif definit fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.”;

(e)

il-punt ARA.FCL.200 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

Approvazzjoni ta’ liċenzji minn eżaminaturi. Qabel ma tawtorizza b’mod speċifiku eżaminatur biex jivvalida mill-ġdid jew iġedded klassifikazzjonijiet jew ċertifikati, l-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa proċeduri xierqa.”;

(ii)

fil-punt (e), il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

il-punti BFCL.315(a)(4)(ii) u BFCL.360(a)(2) tal-Anness III (il-Parti-BFCL) tar-Regolament (UE) 2018/395; kif ukoll”;

(f)

fl-Appendiċi VIII, il-kliem “Ħarġa Nru 2 tal-Formola XXX tal-EASA” huwa sostitwit bil-kliem “Ħarġa Nru 2 tal-Formola 157 tal-EASA”;

(3)

L-Anness VII (il-Parti-ORA) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt ORA.GEN.160 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ORA.GEN.160   Rappurtar ta’ okkorrenza

(a)

Bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tagħha, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u żżomm sistema ta’ rappurtar tal-okkorrenzi, inkluż rappurtar obbligatorju u volontarju. Għall-organizzazzjonijiet li jkollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru, dik is-sistema għandha tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u tar-Regolament (UE) 2018/1139 kif ukoll tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi ta’ dawk ir-Regolamenti.

(b)

L-organizzazzjoni għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti u, fil-każ ta’ inġenji tal-ajru mhux irreġistrati fi Stat Membru, lill-Istat tar-Reġistrazzjoni, kwalunkwe avveniment jew kundizzjoni relatata mas-sikurezza li tipperikola jew, jekk ma tiġix ikkoreġuta jew indirizzata, tista’ tipperikola inġenju tal-ajru, l-okkupanti tiegħu jew kwalunkwe persuna oħra, u b’mod partikolari kwalunkwe aċċident jew inċident serju.

(c)

Mingħajr preġudizzju għall-punt (b), l-organizzazzjoni għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti u lid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tal-inġenju tal-ajru kwalunkwe inċident, funzjonament ħażin, difett tekniku, qbiż tal-limitazzjonijiet tekniċi, okkorrenza li tenfasizza informazzjoni mhux preċiża, mhux kompluta jew ambigwa, li tinsab fid-data stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, jew ċirkostanza irregolari oħra li pperikolat jew li setgħet ipperikolat inġenju tal-ajru, l-okkupanti tiegħu jew kwalunkwe persuna oħra u li ma rriżultatx f’aċċident jew inċident serju.

(d)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, ir-rapporti f’konformità mal-punt (c) għandhom:

(1)

isiru hekk kif ikun prattikabbli, iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li l-organizzazzjoni tkun identifikat l-avveniment jew il-kundizzjoni relatati mar-rapport, sakemm dan ma jiġix ipprevenut minn ċirkostanzi eċċezzjonali;

(2)

isiru f’forma u b’mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti, kif definit fil-punt ORA.GEN.105;

(3)

ikun fihom l-informazzjoni pertinenti kollha dwar il-kundizzjoni magħrufa mill-organizzazzjoni.

(e)

Għall-organizzazzjonijiet li ma jkollhomx il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru:

(1)

ir-rapporti obbligatorji inizjali għandhom:

(i)

jissalvagwardjaw b’mod xieraq il-kunfidenzjalità tal-identità ta’ min jagħmel ir-rapport u tal-persuni msemmija fir-rapport;

(ii)

isiru hekk kif ikun prattikabbli, iżda fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li l-organizzazzjoni tkun saret taf bl-okkorrenza, sakemm dan ma jiġix ipprevenut minn ċirkostanzi eċċezzjonali;

(iii)

isiru f’forma u b’manjiera stabbiliti mill-Aġenzija;

(iv)

ikun fihom l-informazzjoni pertinenti kollha dwar il-kundizzjoni magħrufa mill-organizzazzjoni;

(2)

fejn rilevanti, għandu jsir rapport ta’ segwitu li jipprovdi dettalji tal-azzjonijiet li l-organizzazzjoni biħsiebha tieħu biex tipprevjeni okkorrenzi simili fil-futur hekk kif dawk l-azzjonijiet ikunu ġew identifikati; dawk ir-rapporti ta’ segwitu għandhom:

(i)

jintbagħtu lill-entitajiet rilevanti inizjalment irrapportati skont il-punti (b) u (c);

(ii)

isiru f’forma u b’manjiera stabbiliti mill-Aġenzija.”;

(b)

fil-punt ORA.GEN.200(a), il-punt (7) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(7)

kwalunkwe rekwiżit rilevanti addizzjonali preskritt fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fir-Regolament (UE) Nru 376/2014 kif ukoll fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.”.


(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).”;’


L-ANNESS II

L-Annessi I u VI tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huma kkoreġuti kif ġej:

(1)

L-Anness I (il-Parti-FCL) huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

fil-punt FCL.025(b), il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

Jekk applikant għall-eżami tal-għarfien teoriku tal-ATPL, jew għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot kummerċjali (CPL), jew klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti (IR) ikun naqas milli jgħaddi minn wieħed mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku f’erba’ tentattivi, jew ikun naqas milli jgħaddi mill-karti kollha f’sitt seduti jew fil-perjodu msemmi fil-punt (b)(2), huwa għandu jerġa’ joqgħod għas-sett sħiħ ta’ dokumenti tal-eżami tal-għarfien teoriku.”;

(b)

fil-punt FCL.025(b), il-punt (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(4)

Jekk l-applikanti għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot ta’ inġenju tal-ajru ħafif (LAPL) jew ta’ liċenzja ta’ bdot privat (PPL) ma jkunux għaddew minn wieħed mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku wara erba’ darbiet, jew ma jkunx għaddew mill-eżamijiet kollha fil-perjodu msemmi fil-punt (b)(2), għandhom jerġgħu jagħmlu s-sett kollu tal-eżamijiet tal-għarfien teoriku.”;

(c)

fil-punt FCL.035(b)(5), ir-referenza għal “ FCL.720.A(b)(2)(i)” hija sostitwita bir-referenza għal “FCL.720.A.(a)(2)(ii)(A)”;

(d)

It-Taqsima B tal-Appendiċi 9 hija emendata kif ġej:

Fil-punt (6)(i), ir-referenza għal “FCL.720.A(e)” hija sostitwita bir-referenza għal “FCL.720.A(c)”;

(2)

L-Anness VI (il-Parti-ARA) huwa kkoreġut kif ġej:

Fl-Appendiċi I, fil-qasam XIII fil-mudell li jsegwi l-intestatura “Paġna 3”, ir-referenza għal “Punt 2(b) tal-Artikolu 3b” hija sostitwita bir-referenza għal “Punt (a) tal-Artikolu 3b(2)”


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 434/29


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2194

tas-16 ta’ Diċembru 2020

għar-reġistrazzjoni ta’ isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetta u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Milas Zeytinyağı” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjoni tat-Turkija għar-reġistrazzjoni tal-isem “Milas Zeytinyağı” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-isem “Milas Zeytinyağı” jiġi rreġistrat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Milas Zeytinyağı” (DOP) huwa rreġistrat.

L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 270, 17.8.2020, p. 7.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 434/30


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2195

tas-16 ta’ Diċembru 2020

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imdaħħal fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti [“Monti Iblei” (DOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Monti Iblei” li ġiet irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2325/97 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda, skont l-Artikolu 50(2)(a) ta’ dak ir-Regolament, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-isem “Monti Iblei” (DOP), hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2325/97 tal-24 ta’ Novembru 1997 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini skont il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 322, 25.11.1997, p. 33-35).

(3)  ĠU C 274, 19.8.2020, p. 8.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 434/31


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2196

tas-17 ta’ Diċembru 2020

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi li s-sistemi ta’ produzzjoni u l-miżuri ta’ kontroll tagħhom għall-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(2)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Awstralja, hija rrikonoxxiet korp ta’ kontroll ġdid “Southern Cross Certified Awstralja Pty Ltd”, li jenħtieġ li jiġi inkluż fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(3)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Kanada, jenħtieġ li jinbidel l-indirizz tal-Internet tal-“Quality Assurance International Incorporated (QAI)” u tal-“Organisme de Certification Québec Vrai (OCQV)”. Barra minn hekk, il-Kanada għarrfet lill-Kummissjoni li l-akkreditazzjoni ta’ “Oregon Tilth Incorporated (OTCO)” skadiet u l-akkreditazzjoni tal-“Global Organic Alliance” ġiet ikkanċellata.

(4)

Ir-rikonoxximent mill-Unjoni tal-liġijiet u tar-regolamenti taċ-Ċilì bħala ekwivalenti għal-liġijiet u r-regolamenti tal-Unjoni jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020. Skont l-Artikolu 15 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta’ prodotti organiċi (3), dak ir-rikonoxximent jenħtieġ li jiġi estiż b’mod indefinit.

(5)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Indja, il-lista tal-korpi ta’ kontroll Indjani rikonoxxuti elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jenħtieġ li tiġi aġġornata. Il-bidliet jikkonċernaw aġġornamenti tal-ismijiet jew tal-indirizzi tal-Internet għal IN-ORG-003, IN-ORG-004, IN-ORG-005, IN-ORG-006, IN-ORG-007, IN-ORG-012, IN-ORG-014, IN-ORG-016, IN-ORG-017, IN-ORG-021, IN-ORG-024 u IN-ORG-025. Barra minn hekk, l-Indja rrikonoxxiet tmien korpi ta’ kontroll addizzjonali li jenħtieġ li jiġu inklużi wkoll f’dak l-Anness, jiġifieri l-“Bhumaatha Organic Certification Bureau (BOCB)”, il-“Karnataka State Organic Certification Agency”, ir-“Reliable Organic Certification Organization”, is-“Sikkim State Organic Certification Agency (SSOCA)”, il-“Global Certification Society”, il-“GreenCert Biosolutions Pvt. Ltd”, it-“Telangana State Organic Certification Authority” u l-“Bihar State Seed and Organic Certification Agency”. Fl-aħħar nett, l-Indja ssospendiet ir-rikonoxximent ta’ “Intertek India Pvt Ltd”, u rtirat ir-rikonoxximent tal-“Vedic Organic Certification Agency”.

(6)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Ġappun, huwa meħtieġ li jinbidel l-indirizz tal-Internet tal-“Ehime Organic Agricultural Association”, tal-“Hiroshima Environment and Health Association”, tar-“Rice Research Organic Food Institute”, tal-“NPO Kumamoto Organic Agriculture Association”, tal-“Wakayama Organic Certified Association” u tal-“International Nature Farming Research Center”. Barra minn hekk, l-isem u l-indirizz tal-Internet tal-“Assistant Center of Certification and Inspection for Sustainability” inbidlu. Barra minn hekk, l-“Association of Certified Organic Hokkaido” u “LIFE Co., Ltd” jeħtieġ li jitħassru bħala riżultat tal-irtirar tar-rikonoxximent tagħhom. Fl-aħħar nett, l-awtorità kompetenti Ġappuniża rrikonoxxiet it-tliet korpi ta’ kontroll li ġejjin: Il-“Japan Agricultural Standard Certification Alliance”, il-“Japan Grain Inspection Association” u l-“Okayama Agriculture Development Institute”, li jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(7)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Korea t’Isfel, l-awtorità kompetenti Koreana rrikonoxxiet iż-żewġ korpi ta’ kontroll li ġejjin, li jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008: “Hankyoung Certification Center Co., Ltd.” u “Ctforum. LTD”.

(8)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Uniti, jenħtieġ li jinbidel l-indirizz tal-Internet tal-“Iowa Department of Agriculture and Land Stewardship”, il-“Marin Organic Certified Agriculture ”, il-“Monterey County Certified Organic”, in-“New Hampshire Department of Agriculture, Division of Regulatory Services”, in-“New Jersey Department of Agriculture”, in-“New Mexico Department of Agriculture, Organic Program”, il-“Washington State Department of Agriculture” u l-“Yolo County Department of Agriculture”. Barra minn hekk, l-isem tal-“Oklahoma Department of Agriculture” inbidel. Barra minn hekk, l-isem u l-indirizz tal-Internet ta’ “A bee organic”, “Clemson University”, “Americert International (AI)”, “Scientific Certification Systems” inbidlu.

(9)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet ta’ kontroll u tal-korpi ta’ kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f’pajjiżi terzi għall-iskop ta’ ekwivalenza.

(10)

It-tul ta’ żmien tar-rikonoxximent skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 tal-korpi ta’ kontroll elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jintemm fit-30 ta’ Ġunju 2021. Abbażi tar-riżultati tas-superviżjoni kontinwa mwettqa mill-Kummissjoni, ir-rikonoxximent ta’ dawk il-korpi ta’ kontroll jenħtieġ li jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2021.

(11)

B’riżultat tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1/2020 tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni UE-San Marino (4), San Marino se jkollu jitneħħa mill-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 fl-entrati “Bioagricert S.r.l.”, “CCPB Srl”, “Istituto Certificazione Etica e Ambientale” u “Suolo e Salute srl”.

(12)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “AfriCert Limited” biex jiġi inkluż fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li dak il-korp ta’ kontroll jiġi rikonoxxut għall-kategoriji tal-prodotti A u B għall-Burundi, għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, għall-Ghana, għall-Kenja, għar-Rwanda, għat-Tanzanija u għall-Uganda.

(13)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Agricert — Certificação de Produtos Alimentares LDA” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tiegħu jiġi estiż għall-kategoriji tal-prodotti A u D għall-Ażerbajġan, għall-Brażil, għall-Kamerun, għaċ-Ċina, għal Cabo Verde, għall-Georgia, għall-Ghana, għall-Kambodja, għall-Każakistan, għall-Marokk, għall-Messiku, għall-Panama, għas-Senegal, għal Timor Leste u għall-Vjetnam.

(14)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “BioAgricert SrL” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tiegħu għall-kategoriji tal-prodotti A u D tal-Afganistan, tal-Ażerbajġan, tal-Etjopja, tal-Georgia, il-Kirgiżistan, il-Moldova u r-Russja; għall-kategorija tal-prodotti B għall-Albanija, għall-Bangladesh, għall-Brażil, għall-Kambodja, għall-Ekwador, għal Fiġi, għall-Indja, għall-Indoneżja, għall-Każakistan, għall-Malasja, għall-Marokk, għall-Myanmar/Burma, għan-Nepal, għall-Filippini, għal Singapore, għall-Korea t’Isfel, għat-Togo, għall-Ukrajna u għall-Vjetnam, u biex testendi ir-rikonoxximent tiegħu għas-Serbja għall-kategorija tal-prodotti D, għas-Senegal għall-kategoriji tal-prodotti B u D, u għal-Laos u t-Turkija għall-kategoriji tal-prodotti B u E.

(15)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Biodynamic Association Certification” biex jiġi inkluż fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li dak il-korp ta’ kontroll jiġi rikonoxxut għall-kategoriji tal-prodotti A, B, D u F fir-rigward tar-Renju Unit.

(16)

BioGro New Zealand Limited” u “Bureau Veritas Certification France SAS” innotifikaw lill-Kummissjoni bil-bidla fl-indirizz tagħhom.

(17)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Caucascert Ltd” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tiegħu għall-kategorija tal-prodotti A tat-Turkija.

(18)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Certificadora Biotropico S.A” biex jiġi inkluż fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li dak il-korp ta’ kontroll jiġi rikonoxxut għall-kategoriji tal-prodotti A u D fir-rigward tal-Kolombja.

(19)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Control Union Certifications” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tiegħu jiġi estiż għall-Bożnija-Ħerzegovina u għall-Qatar għall-kategoriji tal-prodotti A u D, u li jiġi estiż ir-rikonoxximent tiegħu għaċ-Ċilì għall-kategoriji tal-prodotti C u F.

(20)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “DQS Polska sp. z o.o.” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tiegħu għall-kategoriji tal-prodotti A, B u D għall-Brażil, għall-Belarussja, għall-Indoneżja, għall-Każakistan, għal-Libanu, għall-Messiku, għall-Malasja, għan-Niġerja, għall-Filippini, għall-Pakistan, għas-Serbja, għar-Russja, għat-Turkija, għat-Tajwan, għall-Ukrajna, għall-Użbekistan, għall-Vjetnam u għall-Afrika t’Isfel.

(21)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Ecocert SA” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu tar-rikonoxximent tiegħu għaċ-Ċilì għall-kategorija tal-prodotti E. Barra minn hekk, jidher li r-rikonoxximent tiegħu għall-kategorija tal-prodotti A fir-rigward tar-Russja jeħtieġ li jiġi rtirat.

(22)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Ecoglobe” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Fuq talba tal-“Ecoglobe”, l-Afganistan u l-Pakistan jenħtieġ li jitħassru mil-lista ta’ pajjiżi terzi li għalihom ġie rikonoxxut.

(23)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Ecogruppo Italia” biex jiġi inkluż fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li dak il-korp ta’ kontroll jiġi rikonoxxut għall-kategorija tal-prodotti A għall-Armenja, għall-Ażerbajġan, għall-Bożnija-Ħerzegovina, għall-Każakistan, għall-Montenegro, għall-Maċedonja ta’ Fuq, għas-Serbja u għat-Turkija, għall-kategorija tal-prodotti B għall-Armenja, għall-Bożnija-Ħerzegovina, għall-Montenegro, għas-Serbja u għat-Turkija, għall-kategorija tal-prodotti D għall-Montenegro, għall-Maċedonja ta’ Fuq, għas-Serbja u għat-Turkija u għall-kategorija tal-prodotti E għat-Turkija.

(24)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “ETKO Ekolojik Tarim Kontrol Org Ltd Sti” biex jiġi inkluż fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li dak il-korp ta’ kontroll jiġi rikonoxxut għall-kategoriji tal-prodotti A u D fir-rigward tat-Turkija.

(25)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tiegħu jiġi estiż għall-kategoriji tal-prodotti A, D u E għall-Emirati Għarab Magħquda, u li jiġi estiż ir-rikonoxximent għall-Costa Rica għall-kategoriji tal-prodotti A u D u r-rikonoxximent għat-Turkija għall-kategorija tal-prodotti E.

(26)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Kiwa Sativa” biex jiġi inkluż fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li dak il-korp ta’ kontroll jiġi rikonoxxut għall-kategoriji tal-prodotti A u D fir-rigward tal-Guinea-Bissau.

(27)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “NASAA Certified Organic Pty Ltd” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li r-rikonoxximent tiegħu jiġi estiż għall-Awstralja, għaċ-Ċina, għall-Indoneżja, għas-Sri Lanka, għall-Malasja, għan-Nepal, għall-Papua New Guinea, għall-Gżejjer Solomon, għal Singapore, għal Timor Leste, għal Tonga u għal Samoa tal-kategorija tal-prodotti B.

(28)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Organic Agriculture Certification Thailand (ACT)” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż ir-rikonoxximent tiegħu għall-Malasja u għan-Nepal għall-kategorija tal-prodotti A. Barra minn hekk, fuq talba tal-“Organic Agriculture Certification Thailand (ACT)”, il-Myanmar/Burma jeħtieġ li jitħassar mil-lista ta’ pajjiżi terzi li għalihom ġie rikonoxxut.

(29)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Organic Farmers & Growers C. I. C” biex jiġi inkluż fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li dak il-korp ta’ kontroll jiġi rikonoxxut għall-kategoriji tal-prodotti A, B (minbarra t-trobbija tan-naħal), D, E u F fir-rigward tar-Renju Unit.

(30)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Organic Farmers & Growers (Scotland) Ltd” biex jiġi inkluż fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li dak il-korp ta’ kontroll jiġi rikonoxxut għall-kategoriji tal-prodotti A, B (minbarra t-trobbija tan-naħal), D, E u F fir-rigward tar-Renju Unit.

(31)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Organic Food Development and Certification Center of China (OFDC)” biex jiġi inkluż fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li dak il-korp ta’ kontroll jiġi rikonoxxut għall-kategoriji tal-prodotti A u D fir-rigward taċ-Ċina.

(32)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Organic Food Federation” biex jiġi inkluż fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li dak il-korp ta’ kontroll jiġi rikonoxxut għall-kategoriji tal-prodotti A, B, D, E u F fir-rigward tar-Renju Unit.

(33)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Organización Internacional Agropecuaria” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż ir-rikonoxximent tiegħu għall-kategoriji tal-prodotti A u D għall-Ukrajna u għat-Turkija, u li r-rikonoxximent tiegħu għar-Russja jiġi estiż għall-kategorija tal-prodotti E.

(34)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Overseas Merchandising Inspection CO., Ltd” biex tirtira r-rikonoxximent tiegħu u biex jitħassar mil-lista fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Il-Kummissjoni aċċettat din it-talba.

(35)

Il-Kummissjoni ġiet infurmata li ġie attribwit numru ta’ kodiċi ħażin lill-Kosovo għall-korp ta’ kontroll “Q-check”. Għalhekk jenħtieġ li dak in-numru tal-kodiċi jiġi emendat skont in-numru tal-kodiċi ISO korrett.

(36)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Quality Welsh Food Certification Ltd” biex jiġi inkluż fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li dak il-korp ta’ kontroll jiġi rikonoxxut għall-kategorija tal-prodotti D fir-rigward tar-Renju Unit.

(37)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Soil Association Certification limited” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li dak il-korp ta’ kontroll jiġi rikonoxxut għall-kategoriji tal-prodotti A, B, C, D, E u F fir-rigward tar-Renju Unit. Fuq talba tal-korp ta’ kontroll, il-kategorija tal-prodotti B tneħħiet għall-Kamerun u għall-Afrika t’Isfel minħabba n-nuqqas ta’ operaturi.

(38)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Southern Cross Certified Awstralja Pty Ltd” biex jiġi inkluż fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li dak il-korp ta’ kontroll jiġi rikonoxxut għall-kategoriji tal-prodotti A, B, D u E fir-rigward ta’ Fiġi, tal-Malasja, ta’ Samoa, ta’ Singapore, ta’ Tonga u ta’ Vanuatu, kif ukoll għall-kategoriji tal-prodotti B u E u għall-inbid u għall-ħmira skont il-kategorija tal-prodotti D għall-Awstralja.

(39)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “SRS Certification GmbH” biex jiġi inkluż fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li dak il-korp ta’ kontroll jiġi rikonoxxut għall-kategoriji tal-prodotti A, D u E fir-rigward taċ-Ċina u tat-Tajwan.

(40)

Għalhemm jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jiġi emendat skont dan.

(41)

Wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fl-1 ta’ Frar 2020, “Biodynamic Association Certification”, “Organic Farmers & Growers C.I.C”, “Organic Farmers & Growers (Scotland) Ltd”, “Organic Food Federation”, “Quality Welsh Food Certification Ltd” u “Soil Association Certification Limited” talbu li jiġu rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 bħala korpi ta’ kontroll kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati fir-Renju Unit bħala pajjiż terz. Għalhekk jenħtieġ li dak ir-rikonoxximent jidħol fis-seħħ mit-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq għall-Ftehim dwar il-Ħruġ flimkien mal-Anness 2 għal dak il-Protokoll.

(42)

Skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-awtorità kompetenti fl-Irlanda ta’ Fuq tista’ tagħti kompetenzi ta’ kontroll lill-awtoritajiet ta’ kontroll u tista’ tiddelega kompiti ta’ kontroll lill-korpi ta’ kontroll.

(43)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness III huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness IV huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punti (5), (22), (26) u (27)(a)(i) tal-Anness II rigward “Biodynamic Association Certification”, “Organic Farmers & Growers C.I.C”, “Organic Farmers & Growers (Scotland) Ltd”, “Organic Food Federation”, “Quality Welsh Food Certification Ltd” u “Soil Association Certification Limited” għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).

(3)  ĠU L 331, 14.12.2017, p. 4.

(4)  Id-Deċiżjoni Nru 1/2020 tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni UE-San Marino tat-28 ta’ Mejju 2020 li tikkonċerna d-dispożizzjonijiet applikabbli fuq il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi, u l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi adottati skont il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ San Marino, min-naħa l-oħra [2020/889] (ĠU L 205, 29.6.2020, p. 20).


ANNESS I

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-entrata relatata mal-Awstralja, fil-punt 5, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“AU-BIO-007

Southern Cross Certified Awstralja Pty Ltd

https://www.sxcertified.com.au”

(2)

fl-entrata relatata mal-Kanada, il-punt 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringieli relatati ma’ CA-ORG-008 “Global Organic Alliance” u CA-ORG-011 “Oregon Tilth Incorporated (OTCO)” jitħassru;

(b)

ir-ringieli relatati man-numri tal-kodiċi CA-ORG-017 u CA-ORG-019 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“CA-ORG-017

Quality Assurance International Incorporated (QAI)

http://www.qai-inc.com

CA-ORG-019

Organisme de Certification Québec Vrai (OCQV)

http://www.quebecvrai.org/”

(3)

fl-entrata relatata maċ-Ċilì, fil-punt 7, il-kliem “sal-31 ta’ Diċembru 2020” huwa sostitwit bil-kliem “mhux speċifikat”;

(4)

fl-entrata relatata mal-Indja, il-punt 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringieli relatati man-numri tal-kodiċi IN-ORG-003, IN-ORG-004, IN-ORG-005, IN-ORG-006, IN-ORG-007, IN-ORG-012, IN-ORG-014, IN-ORG-016, IN-ORG-017, IN-ORG-021, IN-ORG-024 u IN-ORG-025 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“IN-ORG-003

Bureau Veritas (India) Pvt. Limited

www.bureauveritas.co.in

IN-ORG-004

CU Inspections India Pvt Ltd

www.controlunion.com

IN-ORG-005

ECOCERT India Pvt. Ltd.

www.ecocert.in

IN-ORG-006

TQ Cert Services Private Limited

www.tqcert.in

IN-ORG-007

IMO Control Pvt. Ltd

www.imocontrol.in

IN-ORG-012

OneCert International

Private Limited

www.onecertinternational.com

IN-ORG-014

Uttarakhand State Organic Certification Agency (USOCA)

www.usoca.org

IN-ORG-016

Rajasthan State Organic Certification Agency (RSOCA)

www.agriculture.rajasthan.gov.in/rssopca

IN-ORG-017

Chhattisgarh Certification Society, India (CGCERT)

www.cgcert.com

IN-ORG-021

Madhya Pradesh State Organic Certification Agency (MPSOCA)

www.mpsoca.org

IN-ORG-024

Odisha State Organic Certification Agency (OSOCA)

www.ossopca.org

IN-ORG-025

Gujarat Organic Products Certification Agency (GOPCA)

www.gopca.in”

(b)

jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

“IN-ORG-027

Karnataka State Organic

Certification Agency

www.kssoca.org

IN-ORG-028

Sikkim State Organic Certification Agency (SSOCA)

www.ssoca.in

IN-ORG-029

Global Certification

Society

www.glocert.org

IN-ORG-030

GreenCert Biosolutions

Pvt. Ltd

www.greencertindia.in

IN-ORG-031

Telangana State Organic

Certification Authority

www.tsoca.telangana.gov.in

IN-ORG-032

Bihar State Seed and Organic Certification Agency

(BSSOCA)

www.bssca.co.in

IN-ORG-033

Reliable Organic Certification Organization

https://rococert.com

IN-ORG-034

Bhumaatha Organic Certification Bureau (BOCB)

http://www.agricertbocb.in”

(c)

jitħassru r-ringieli relatati ma’ IN-ORG-015 u IN-ORG-020;

(5)

fl-entrata relatata mal-Ġappun, il-punt 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringieli relatati man-numri tal-kodiċi JP-BIO-016, JP-BIO-020, JP-BIO-021, JP-BIO-023, JP-BIO-027, JP-BIO-031 u JP-BIO-034 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“JP-BIO-016

Ehime Organic Agricultural Association

http://eoaa.sakura.ne.jp/

JP-BIO-020

Hiroshima Environment and Health Association

https://www.kanhokyo.or.jp/

JP-BIO-021

ACCIS Inc.

https://www.accis.jp/

JP-BIO-023

Rice Research Organic Food Institute

https://rrofi.jp/

JP-BIO-027

NPO Kumamoto Organic Agriculture Association

http://www.kumayuken.org/

JP-BIO-031

Wakayama Organic Certified Association

https://woca.jpn.org/w/

JP-BIO-034

International Nature Farming Research Center

http://www.infrc.or.jp/”

(b)

jitħassru r-ringieli relatati man-numri tal-kodiċi JP-BIO-026 u JP-BIO-030;

(c)

jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

“JP-BIO-038

Japan Agricultural Standard Certification Alliance

http://jascert.or.jp/

JP-BIO-039

Japan Grain Inspection Association

http://www.kokken.or.jp/

JP-BIO-040

Okayama Agriculture Development Institute

http://www.nokaiken.or.jp”

(6)

jiżdiedu r-ringieli li ġejjin fl-entrata relatata mar-Repubblika tal-Korea, fil-punt 5:

“KR-ORG-036

Hankyoung Certification Center Co., Ltd.

https://blog.naver.com/hk61369

KR-ORG-037

Ctforum. LTD

http://blog.daum.net/ctforum”

(7)

fl-entrata relatata mal-Istati Uniti, fil-punt 5, ir-ringieli relatati man-numri tal-kodiċi US-ORG-001, US-ORG-009, US-ORG-018, US-ORG-022, US-ORG-029, US-ORG-033, US-ORG-034, US-ORG-035, US-ORG-038, US-ORG-039, US-ORG-053, US-ORG-058, u US-ORG-059 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US-ORG-001

Where Food Comes From Organic

www.wfcforganic.com

US-ORG-009

Department of Plant Industry – Clemson University

www.clemson.edu/organic

US-ORG-018

Iowa Department of Agriculture and Land Stewardship

https://www.iowaagriculture.gov/AgDiversification/organicCertification.asp

US-ORG-022

Marin Organic Certified Agriculture

https://www.marincounty.org/depts/ag/moca

US-ORG-029

Monterey County Certified Organic

https://www.co.monterey.ca.us/government/departments-a-h/agricultural-commissioner/agricultural-resource-programs/agricultural-product-quality-and-marketing/monterey-county-certifi#ag

US-ORG-033

New Hampshire Department of Agriculture, Division of Regulatory Services

www.agriculture.nh.gov

US-ORG-034

New Jersey Department of Agriculture

www.nj.gov/agriculture/divisions/md/prog/jerseyorganic.html

US-ORG-035

New Mexico Department of Agriculture, Organic Program

www.nmda.nmsu.edu/marketing/organic-program

US-ORG-038

Americert International (OIA North America, LLC)

http://www.americertorganic.com/home

US-ORG-039

Oklahoma Department of Agriculture, Food and Forestry

www.oda.state.ok.us

US-ORG-053

SCS Global Services, Inc.

www.SCSglobalservices.com

US-ORG-058

Washington State Department of Agriculture

www.agr.wa.gov/FoodAnimal/Organic

US-ORG-059

Yolo County Department of Agriculture

https://www.yolocounty.org/general-government/general-government-departments/agriculture-cooperative-extension/agriculture-and-weights-measures/yolo-certified-organic-agriculture”


ANNESS II

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt 5 tal-entrati kollha, id-data “30 ta’ Ġunju 2021” hija sostitwita bid-data “31 ta’ Diċembru 2021”;

(2)

wara l-entrata relatata ma’ “A CERT European Organization for Certification S.A.”, tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“‘AfriCert Limited

1.

Indirizz: Plaza 2000 1st Floor, East Wing — Mombasa Road, Nairobi, il-Kenja

2.

Indirizz tal-Internet: www.africertlimited.co.ke

3.

Numri tal-kodiċi, pajjiżi terzi u kategoriji ta’ prodotti kkonċernati:

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

A

B

C

D

E

F

BI-BIO-184

Il-Burundi

x

x

CD-BIO-184

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

x

x

GH-BIO-184

Il-Ghana

x

x

KE-BIO-184

Il-Kenja

x

x

RW-BIO-184

Ir-Rwanda

x

x

TZ-BIO-184

It-Tanzanija

x

x

UG-BIO-184

L-Uganda

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni.

5.

Tul taż-żmien tal-inklużjoni: sal-31 ta’ Diċembru 2021.”;

(3)

fl-entrata relatata ma’ “Agricert — Certificação de Produtos Alimentares LDA”, fil-punt 3, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“AZ-BIO-172

L-Ażerbajġan

x

x

BR-BIO-172

Il-Brażil

x

x

CM-BIO-172

Il-Kamerun

x

x

CN-BIO-172

Iċ-Ċina

x

x

CV-BIO-172

Cabo Verde

x

x

GE-BIO-172

Il-Georgia

x

x

GH-BIO-172

Il-Ghana

x

x

KH-BIO-172

Il-Kambodja

x

x

KZ-BIO-172

Il-Każakistan

x

x

MA-BIO-172

Il-Marokk

x

x

MX-BIO-172

Il-Messiku

x

x

PA-BIO-172

Il-Panama

x

x

PY-BIO-172

Il-Paragwaj

x

x

SN-BIO-172

Is-Senegal

x

x

TL-BIO-172

Timor Leste

x

x

TR-BIO-172

It-Turkija

x

x

VN-BIO-172

Il-Vjetnam

x

x

—”

(4)

fl-entrata relatata ma’ “Bioagricert S.r.l.”, il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.

Numri tal-kodiċi, pajjiżi terzi u kategoriji ta’ prodotti kkonċernati:

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

A

B

C

D

E

F

AF-BIO-132

L-Afganistan

x

x

AL-BIO-132

L-Albanija

x

x

x

x

AZ-BIO-132

L-Ażerbajġan

x

x

BD-BIO-132

Il-Bangladesh

x

x

x

BO-BIO-132

Il-Bolivja

x

x

x

BR-BIO-132

Il-Brażil

x

x

x

CA-BIO-132

Il-Kamerun

x

x

x

 

CN-BIO-132

Iċ-Ċina

x

x

x

x

EC-BIO-132

L-Ekwador

x

x

x

ET-BIO-132

L-Etjopja

x

x

FJ-BIO-132

Fiġi

x

x

x

GE-BIO-132

Il-Georgia

x

x

ID-BIO-132

L-Indoneżja

x

x

IN-BIO-132

L-Indja

x

x

IR-BIO-132

L-Iran

x

x

KG-BIO-132

Il-Kirġiżstan

x

x

KH-BIO-132

Il-Kambodja

x

x

x

KR-BIO-132

Il-Korea t’Isfel

x

x

KZ-BIO-132

Il-Każakistan

x

x

x

x

LA-BIO-132

Il-Laos

x

x

x

x

LK-BIO-132

Is-Sri Lanka

x

x

x

MA-BIO-132

Il-Marokk

x

x

x

MD-BIO-132

Il-Moldova

x

x

MM-BIO-132

Il-Myanmar/Burma

x

x

x

MX-BIO-132

Il-Messiku

x

x

x

MY-BIO-132

Il-Malasja

x

x

x

x

NP-BIO-132

In-Nepal

x

x

x

PF-BIO-132

Il-Polineżja Franċiża

x

x

x

PH-BIO-132

Il-Filippini

x

x

x

PY-BIO-132

Il-Paragwaj

x

x

x

x

RS-BIO-132

Is-Serbja

x

x

x

RU-BIO-132

Ir-Russja

x

x

SG-BIO-132

Singapore

x

x

x

x

SN-BIO-132

Is-Senegal

x

x

x

TG-BIO-132

It-Togo

x

x

x

TH-BIO-132

It-Tajlandja

x

x

x

x

TR-BIO-132

It-Turkija

x

x

x

x

UA-BIO-132

L-Ukrajna

x

x

x

UY-BIO-132

L-Urugwaj

x

x

x

x

VN-BIO-132

Il-Vjetnam

x

x

x

—”

(5)

wara l-entrata relatata ma’ “Biocert International Pvt Ltd”, tiddaħħal l-entrata li ġejja:

‘Biodynamic Association Certification’

1.

Indirizz: Painswick Inn, Gloucester Street, Stroud, GL5 1QG, ir-Renju Unit

2.

Indirizz tal-Internet: http://bdcertification.org.uk/

3.

Numri tal-kodiċi, pajjiżi terzi u kategoriji ta’ prodotti kkonċernati:

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

A

B

C

D

E

F

GB-BIO-185

Ir-Renju Unit (*1)

x

x

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni.

5.

Tul taż-żmien tal-inklużjoni: sal-31 ta’ Diċembru 2021.”;

(6)

fl-entrata relatata ma’ “BioGro New Zealand Limited”, il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

Indirizz: Level 1, 233-237 Lambton Quay, The Old Bank Arcade, Te Aro, Wellington 6011, New Zealand”;

(7)

fl-entrata relatata ma’ “Bureau Veritas Certification France SAS”, il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

Indirizz: Le Triangle de l’Arche — 9, cours du Triangle, 92937 Paris la Défense cedex, Franza”;

(8)

fl-entrata relatata ma’ “Caucascert Ltd”, fil-punt 3, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“TR-BIO-117

It-Turkija

x

—”

(9)

fl-entrata relatata ma’ “CCPB Srl”, fil-punt 3, tħassret ir-ringiela dwar San Marino;

(10)

wara l-entrata relatata ma’ “CERES Certification of Environmental standards GmbH”, tiddaħħal l-entrata li ġejja:

Certificadora Biotropico S.A’

1.

Indirizz: Casa 5C, Callejon El Mirador, Via Principal, Paraje, Cali, 760032, il-Kolombja

2.

Indirizz tal-Internet: www.biotropico.com

3.

Numri tal-kodiċi, pajjiżi terzi u kategoriji ta’ prodotti kkonċernati:

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

A

B

C

D

E

F

CO-BIO-186

Il-Kolombja

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni.

5.

Tul taż-żmien tal-inklużjoni: sal-31 ta’ Diċembru 2021.”;

(11)

fl-entrata relatata mal-“Control Union Certifications”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“BA-BIO-149

Il-Bożnija-Ħerzegovina

x

x

QA-BIO-149

Il-Qatar

x

x

—”

(b)

ir-ringiela relatata maċ-Ċilì hija sostitwita b’dan li ġej:

“CL-BIO-149

Iċ-Ċilì

x

x

x

x

x”

(12)

fl-entrata relatata ma’ “DQS Polska sp. z o.o.”, fil-punt 3, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“BR-BIO-181

Il-Brażil

x

x

x

BY-BIO-181

Il-Belarussja

x

x

x

ID-BIO-181

L-Indoneżja

x

x

x

KZ-BIO-181

Il-Każakistan

x

x

x

LB-BIO-181

Il-Libanu

x

x

x

MX-BIO-181

Il-Messiku

x

x

x

MY-BIO-181

Il-Malasja

x

x

x

NG-BIO-181

In-Niġerja

x

x

x

PH-BIO-181

Il-Filippini

x

x

x

PK-BIO-181

Il-Pakistan

x

x

x

RS-BIO-181

Is-Serbja

x

x

x

RU-BIO-181

Ir-Russja

x

x

x

TR-BIO-181

It-Turkija

x

x

x

TW-BIO-181

It-Tajwan

x

x

x

UA-BIO-181

L-Ukrajna

x

x

x

UZ-BIO-181

L-Użbekistan

x

x

x

VN-BIO-181

Il-Vjetnam

x

x

x

ZA-BIO-181

L-Afrika t’Isfel

x

x

x

—”

(13)

fl-entrata relatata ma’ “Ecocert SA”, fil-punt 3, ir-ringieli relatati maċ-Ċilì u mar-Russja huma sostitwiti b’dan li ġej:

“CL-BIO-154

Iċ-Ċilì

x

x

x

x

x

RU-BIO-154

Ir-Russja

x

x

—”

(14)

fl-entrata relatata ma’ “Ecoglobe”, fil-punt 3, jitħassru r-ringieli relatati mal-Afganistan u mal-Pakistan;

(15)

wara l-entrata relatata ma’ “Ecoglobe”, tiddaħħal l-entrata li ġejja:

‘Ecogruppo Italia’

1.

Indirizz: Via Pietro Mascasdni 79, 95129 Catania, l-Italja

2.

Indirizz tal-Internet: http://www.ecogruppoitalia.it

3.

Numri tal-kodiċi, pajjiżi terzi u kategoriji ta’ prodotti kkonċernati:

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

A

B

C

D

E

F

AM-BIO-187

L-Armenja

x

x

AZ-BIO-187

L-Ażerbajġan

x

BA-BIO-187

Il-Bożnija-Ħerzegovina

x

x

KZ-BIO-187

Il-Każakistan

x

ME-BIO-187

Il-Montenegro

x

x

x

MK-BIO-187

Il-Maċedonja ta’ Fuq

x

x

RS-BIO-187

Is-Serbja

x

x

x

TR-BIO-187

It-Turkija

x

x

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni.

5.

Tul taż-żmien tal-inklużjoni: sal-31 ta’ Diċembru 2021.”;

(16)

wara l-entrata relatata ma’ “Ekoagros”, tiddaħħal l-entrata li ġejja:

‘ETKO Ekolojik Tarim Kontrol Org Ltd Sti’

1.

Indirizz: 160 Nr 13 Daire 3. Izmir 35100, it-Turkija

2.

Indirizz tal-Internet: www.etko.com.tr

3.

Numri tal-kodiċi, pajjiżi terzi u kategoriji ta’ prodotti kkonċernati:

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

A

B

C

D

E

F

TR-BIO-109

It-Turkija

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni.

5.

Tul taż-żmien tal-inklużjoni: sal-31 ta’ Diċembru 2021.”;

(17)

fl-entrata relatata ma’ “Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA bħala Quality Certification Services (QCS)”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

tiddaħħal ir-ringiela li ġejja fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“AE-BIO- 144

L-Emirati Għarab Magħquda

x

x

x

—”

(b)

ir-ringieli relatati mal-Costa Rica u mat-Turkija huma sostitwiti b’dan li ġej:

“CR-BIO-144

Il-Costa Rica

x

x

x

TR-BIO-144

It-Turkija

x

x

x

x”

(18)

fl-entrata relatata ma’ “Istituto Certificazione Etica e Ambientale”, fil-punt 3, titħassar ir-ringiela relatata ma’ San Marino;

(19)

wara l-entrata relatata ma’ “Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH”, tiddaħħal l-entrata li ġejja:

‘Kiwa sativa’

1.

Indirizz: Rua Robalo Gouveia, 1, 1 A, 1900-392, Lisbona, il-Portugall

2.

Indirizz tal-Internet: http://www.sativa.pt

3.

Numri tal-kodiċi, pajjiżi terzi u kategoriji ta’ prodotti kkonċernati:

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

A

B

C

D

E

F

GW-BIO-188

Il-Guinea-Bissau

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni.

5.

Tul taż-żmien tal-inklużjoni: sal-31 ta’ Diċembru 2021.”;

(20)

fl-entrata relatata ma’ “NASAA Certified Organic Pty Ltd”, il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.

Numri tal-kodiċi, pajjiżi terzi u kategoriji ta’ prodotti kkonċernati:

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

A

B

C

D

E

F

AU-BIO-119

L-Awstralja

x

x

CN-BIO-119

Iċ-Ċina

x

x

x

ID-BIO-119

L-Indoneżja

x

x

x

LK-BIO-119

Is-Sri Lanka

x

x

x

MY-BIO-119

Il-Malasja

x

x

x

NP-BIO-119

In-Nepal

x

x

x

PG-BIO-119

Papua New Guinea

x

x

x

SB-BIO-119

Il-Gżejjer Solomon

x

x

x

SG-BIO-119

Singapore

x

x

x

TL-BIO-119

Timor Leste

x

x

x

TO-BIO-119

Tonga

x

x

x

WS-BIO-119

Samoa

x

x

x

—”

(21)

fl-entrata relatata ma’ “Organic Agriculture Certification Thailand (ACT )”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringieli relatati mal-Malasja u man-Nepal huma sostitwiti b’dan li ġej:

“MY-BIO-121

Il-Malasja

x

x

NP-BIO-121

In-Nepal

x

x

—”

(b)

titħassar ir-ringiela relatata mal-Myanmar/Burma;

(22)

wara l-entrata relatata ma’ “Organic Crop Improvement Association”, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

‘Organic Farmers and Growers C. I. C’

1.

Indirizz: Old Estate Yard, Shrewsbury Road, Albrighton, Shrewsbury, Shropshire, SY4 3AG, ir-Renju Unit

2.

Indirizz tal-Internet: http://ofgorganic.org/

3.

Numri tal-kodiċi, pajjiżi terzi u kategoriji ta’ prodotti kkonċernati:

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

A

B

C

D

E

F

GB-BIO-189

Ir-Renju Unit (*2)

x

x

x

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, trobbija tan-naħal.

5.

Tul taż-żmien tal-inklużjoni: sal-31 ta’ Diċembru 2021.

“Organic Farmers and Growers (Scotland) Ltd.”

1.

Indirizz: Old Estate Yard, Shrewsbury Road, Albrighton, Shrewsbury, Shropshire, SY4 3AG, ir-Renju Unit

2.

Indirizz tal-Internet: https://ofgorganic.org/about/scotland

3.

Numri tal-kodiċi, pajjiżi terzi u kategoriji ta’ prodotti kkonċernati:

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

A

B

C

D

E

F

GB-BIO-190

Ir-Renju Unit (*3)

x

x

x

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, trobbija tan-naħal.

5.

Tul taż-żmien tal-inklużjoni: sal-31 ta’ Diċembru 2021.

“Organic Food Development and Certification Center of China (OFDC)”

1.

Indirizz: 8# Jiangwangmiao Street, Nanjing, 210042, iċ-Ċina

2.

Indirizz tal-Internet: http://www.ofdc.org.cn

3.

Numri tal-kodiċi, pajjiżi terzi u kategoriji ta’ prodotti kkonċernati:

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

A

B

C

D

E

F

CN-BIO-191

Iċ-Ċina

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni.

5.

Tul taż-żmien tal-inklużjoni: sal-31 ta’ Diċembru 2021.

“Organic Food Federation”

1.

Indirizz: 31 Turbine Way, Swaffham, PE37 7XD, ir-Renju Unit

2.

Indirizz tal-Internet: http://www.orgfoodfed.com

3.

Numri tal-kodiċi, pajjiżi terzi u kategoriji ta’ prodotti kkonċernati:

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

A

B

C

D

E

F

GB-BIO-192

Ir-Renju Unit (*4)

x

x

x

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni.

5.

Tul taż-żmien tal-inklużjoni: sal-31 ta’ Diċembru 2021.”

(23)

fl-entrata relatata ma’ “Organización Internacional Agropecuaria”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringiela relatata mar-Russja hija sostitwita b’dan li ġej:

“RU-BIO-110

Ir-Russja

x

x

x

—”

(b)

jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“UA-BIO-110

L-Ukrajna

x

x

TR-BIO-110

It-Turkija

x

x

—”

(24)

titħassar l-entrata relatata ma’ “Overseas Merchandising Inspection CO., Ltd;

(25)

fl-entrata relatata ma’ “Q-Check”, fil-punt 3, ir-ringiela relatata mal-Kosovo hija sostitwita b’dan li ġej fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“XK-BIO-179

Il-Kosovo  (*5)

x

x

(26)

wara l-entrata relatata ma’ “Quality Assurance International”, tiddaħħal l-entrata li ġejja:

‘Quality Welsh Food Certification Ltd.’

1.

Indirizz: North Road, Aberystwyth, SY23 2HE, ir-Renju Unit

2.

Indirizz tal-Internet: www.qwfc.co.uk

3.

Numri tal-kodiċi, pajjiżi terzi u kategoriji ta’ prodotti kkonċernati:

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

A

B

C

D

E

F

GB-BIO-193

Ir-Renju Unit (*6)

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni.

5.

Tul taż-żmien tal-inklużjoni: sal-31 ta’ Diċembru 2021.”;

(27)

l-entrata relatata ma’ Soil Association Certification Limited, hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(i)

tiddaħħal ir-ringiela li ġejja fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“GB-BIO-142

Ir-Renju Unit  (*7)

x

x

x

x

x

x

(ii)

ir-ringieli relatati mal-Kamerun u mal-Afrika t’Isfel huma sostitwiti b’dan li ġej:

“CM-BIO-142

Il-Kamerun

x

ZA-BIO-142

L-Afrika t’Isfel

x

x

—”

b)

il-punt 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni.”;

(28)

wara l-entrata relatata ma’ “Soil Association Certification Limited”, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

‘Southern Cross Certified Awstralja Pty Ltd’

1.

Indirizz: 8/27 Mayneview Street, Milton, Queensland, 4064, L-Awstralja

2.

Indirizz tal-Internet: https://www.sxcertified.com.au

3.

Numri tal-kodiċi, pajjiżi terzi u kategoriji ta’ prodotti kkonċernati:

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

A

B

C

D

E

F

AU-BIO-194

L-Awstralja (1)

x

x

x

FJ-BIO-194

Fiġi

x

x

x

x

MY-BIO-194

Il-Malasja

x

x

x

x

SG-BIO-194

Singapore

x

x

x

x

TO-BIO-194

Tonga

x

x

x

x

VU-BIO-194

Vanuatu

x

x

x

x

WS-BIO-194

Samoa

x

x

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: il-prodotti u l-prodotti fil-fażi tal-konverżjoni koperti bl-Anness III.

5.

Tul taż-żmien tal-inklużjoni: sal-31 ta’ Diċembru 2021.

‘SRS Certification GmbH’

1.

Indirizz: Friedländer Weg 20, Göttingen, 37085, il-Ġermanja

2.

Indirizz tal-Internet: http://www.srs-certification.com

3.

Numri tal-kodiċi, pajjiżi terzi u kategoriji ta’ prodotti kkonċernati:

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

A

B

C

D

E

F

CN-BIO-195

Iċ-Ċina

x

x

x

TW-BIO-195

It-Tajwan

x

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni.

5.

Tul taż-żmien tal-inklużjoni: sal-31 ta’ Diċembru 2021.”;

(29)

fl-entrata relatata ma’ “Suolo e Salute srl”, fil-punt 3, titħassar ir-ringiela relatata ma’ San Marino;


(*1)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.

(*2)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.

(*3)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.

(*4)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.

(*5)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.”

(*6)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.

(*7)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.”

(1)  Għal dan il-korp ta’ kontroll, ir-rikonoxximent għall-kategorija ta’ prodotti D fir-rigward tal-Awstralja jkopri biss l-inbid u l-ħmira.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 434/50


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2197

tal-21 ta’ Diċembru 2020

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti mill-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq nhar it-22 ta’ Mejju 2003 skont dak ir-Regolament.

(2)

Fis-16 ta’ Diċembru 2020, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi entità waħda mil-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom jeħtieġ li japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6.


ANNESS

Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 titħassar l-entità li ġejja:

“4.

Rafidain Bank (alias Al-Rafidain Bank), Rashid Street, Baghdad, l-Iraq. Tagħrif ieħor: uffiċċji fl-Iraq, ir-Renju Unit, il-Ġordan, l-Emirati Għarab Maqgħuda, il-Jemen, is-Sudan u l-Eġittu.”


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 434/52


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2198

tat-22 ta’ Diċembru 2020

li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1628 li jintroduċi sorveljanza retrospettiva tal-Unjoni rigward l-importazzjonijiet tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar Salvagwardji u Regoli Komuni għall-esportazzjoni,

Billi:

(1)

Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1628 (3), il-Kummissjoni introduċiet sorveljanza retrospettiva tal-Unjoni rigward l-importazzjonijiet tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant.

(2)

Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1628 il-prodott ikkonċernat ikopri l-alkoħol etiliku prodott minn prodotti agrikoli li jinsabu fl-Etil tert-butil etere (ETBE), iżda l-kodiċi NM korrispondenti għal “ETBE” huwa nieqes mil-lista tal-kodiċijiet NM fit-Tabella tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1628. Għalhekk, il-kodiċi NM ex 2909 19 10 irid jiżdied billi tiġi emendata t-Tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1628,

(3)

Il-Kummissjoni tqis li l-iżball ma joħloq l-ebda tħassib billi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1628 irrefera għal “etanol rinnovabbli użat bħala karburant” bħala l-prodott soġġett għal sorveljanza retrospettiva tal-Unjoni u l-kodiċijiet NM u TARIC ġew ipprovduti għall-informazzjoni biss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1628 jinbidel b’dan li ġej:

“KODIĊI NM

ESTENSJONIJIET TAL-KODIĊI TARIC

ex 2207 10 00

11

ex 2207 20 00

11

ex 2208 90 99

11

ex 2710 12 21

10

ex 2710 12 25

10

ex 2710 12 31

10

ex 2710 12 41

10

ex 2710 12 45

10

ex 2710 12 49

10

ex 2710 12 50

10

ex 2710 12 70

10

ex 2710 12 90

10

ex 2909 19 10

10

ex 3814 00 10

10

ex 3814 00 90

70

ex 3820 00 00

10

ex 3824 99 92

66”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 83, 27.3.2015, p.16.

(2)  ĠU L 123, 19.5.2015, p.33.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1628 tat-3 ta’ Novembru 2020 li jintroduċi sorveljanza retrospettiva tal-Unjoni rigward l-importazzjonijiet tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant (ĠU L 366, 4.11.2020, p. 12).


DEĊIŻJONIJIET

23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 434/54


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2020/2199

tat-8 ta’ Diċembru 2020

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/2/2020)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta’ April 2014 dwar il-missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni 2014/219/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà huwa awtorizzat, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika ta’ EUCAP Sahel Mali, inkluż id-deċiżjoni tal-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni.

(2)

Fit-18 ta’ Settembru 2017, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1780 (2), li taħtar lis-Sur Philippe RIO bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUCAP Sahel Mali mill-1 ta’ Ottubru 2017 sal-14 ta’ Jannar 2018.

(3)

Fil-21 ta’ Frar 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/312 (3), li testendi l-mandat ta’ EUCAP Sahel Mali sal-14 ta’ Jannar 2021.

(4)

Il-mandat tas-Sur Philippe RIO bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali ġie estiż regolarment, l-aktar reċentement sal-31 ta’ Diċembru 2020 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/888 (4).

(5)

Fil-25 ta’ Novembru 2020, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sur Hervé FLAHAUT bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUCAP Sahel Mali mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-14 ta’ Jannar 2021,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Hervé FLAHAUT huwa b’dan maħtur bħala l-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-14 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

S. FROM-EMMESBERGER


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK 2014/219 tal-15 ta’ April 2014 dwar il-Missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2017/1780 tat-18 ta’ Settembru 2017 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/1/2017) (ĠU L 253, 30.9.2017, p. 37).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/312 tal-21 ta’ Frar 2019 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 51, 22.2.2019, p. 29).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/888 tat-23 ta’ Ġunju 2020 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/1/2020) (ĠU L 205, 29.6.2020, p. 18).


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 434/56


ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2200

tas-17 ta’ Diċembru 2020

dwar l-estensjoni tal-perjodi għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ għal ċerti inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej skont ir-Regolament (UE) 2020/1042 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2020) 9226)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2020/1042 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2020 li jistabbilixxi miżuri temporanji dwar il-limiti ta’ żmien għall-istadji tal-ġbir, tal-verifika u tal-eżami previsti fir-Regolament (UE) 2019/788 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej stabbilit bl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2020/1042 jistabbilixxi miżuri temporanji fir-rigward tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej biex jiġu indirizzati l-isfidi li l-organizzaturi tal-inizjattivi taċ-ċittadini, l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ffaċċjaw wara li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ħabbret f’Marzu 2020 li t-tifqigħa tal-COVID-19 kienet saret pandemija dinjija. Fix-xhur ta’ wara din id-dikjarazzjoni, l-Istati Membri adottaw miżuri restrittivi kontra l-kriżi tas-saħħa pubblika. B’riżultat ta’ dan, il-ħajja pubblika waqfet fi kważi l-Istati Membri kollha. Ir-Regolament għalhekk estenda ċerti limiti ta’ żmien stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2020/1042 jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni biex testendi ulterjorment il-perjodi ta’ ġbir bi tliet xhur fir-rigward tal-inizjattivi li għalihom il-perjodu ta’ ġbir ikun għadu għaddej fil-mument ta’ tifqigħa ġdida tal-COVID-19 f’ċerti ċirkostanzi. Il-kundizzjonijiet għal kwalunkwe estensjoni ulterjuri huma simili għal dawk li wasslu għall-estensjoni inizjali wara t-tifqigħa tal-COVID-19 f’Marzu 2020, jiġifieri li mill-inqas kwart tal-Istati Membri jew għadd ta’ Stati Membri li jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni japplikaw miżuri b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19, li jxekklu b’mod sostanzjali l-abbiltà tal-organizzaturi li jiġbru dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ f’forma stampata u li jinfurmaw lill-pubbliku dwar l-inizjattivi li għaddejjin tagħhom.

(3)

Mill-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1042 f’Lulju 2020, il-Kummissjoni ilha tissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni fl-Istati Membri. Iż-żieda sinifikanti fl-inċidenza tal-COVID-19 madwar l-Unjoni f’Ottubru 2020 wasslet għal tisħiħ tal-miżuri restrittivi f’għadd dejjem jikber ta’ Stati Membri. Sa tmiem Ottubru 2020, il-miżuri li jirrestrinġu ċ-ċirkolazzjoni libera taċ-ċittadini fi Stati Membri differenti sabiex titwaqqaf jew titnaqqas it-trażmissjoni tal-COVID-19 kienu żdiedu b’mod sinifikanti.

(4)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet għal estensjoni ulterjuri tal-perjodi ta’ ġbir ġew issodisfati fl-1 ta’ Novembru 2020. Minn dik id-data, erba’ Stati Membri kienu rrappurtaw li kienu qed japplikaw miżuri nazzjonali ta’ konfinament, li jipprojbixxu jew jirrestrinġu sostanzjalment il-libertà taċ-ċittadini li jiċċaqilqu liberament fit-territorju tagħhom. Barra minn hekk, disa’ Stati Membri kienu rrappurtaw li, filwaqt li ma applikawx miżuri nazzjonali ta’ konfinament, kienu qed japplikaw miżuri b’effetti restrittivi simili fuq il-ħajja pubblika f’pajjiżhom jew mill-inqas partijiet sostanzjali minnha. Dawk il-miżuri jaffettwaw ukoll b’mod sostanzjali l-kapaċità tal-organizzaturi li jiġbru dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ f’forma stampata u li jinfurmaw lill-pubbliku dwar l-inizjattivi kontinwi tagħhom. Dawk l-effetti negattivi huma r-riżultat ta’ taħlita ta’ miżuri restrittivi, inklużi miżuri ta’ konfinament lokali, restrizzjonijiet fuq l-aċċessibbiltà ta’ spazji pubbliċi, l-għeluq jew il-ftuħ limitat ta’ ħwienet, ristoranti u pubs, restrizzjonijiet ta’ kapaċità qawwija fuq laqgħat u laqgħat pubbliċi u privati u l-impożizzjoni ta’ curfews. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli bħalissa, dawk il-miżuri, jew miżuri b’effett simili, x’aktarx li jkunu fis-seħħ għal perjodu ta’ mill-inqas tliet xhur.

(5)

L-Istati Membri kkonċernati jirrappreżentaw mill-inqas kwart tal-Istati Membri, u aktar minn 35 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni.

(6)

Għal dawk ir-raġunijiet, jista’ jiġi konkluż li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ estensjoni tal-perjodi ta’ ġbir huma ssodisfati fir-rigward ta’ inizjattivi li għalihom il-perjodu ta’ ġbir kien għadu għaddej fl-1 ta’ Novembru 2020. Dawk il-perjodi ta’ ġbir għandhom għalhekk jiġu estiżi bi 3 xhur.

(7)

Għal inizjattivi li għalihom il-perjodu ta’ ġbir beda bejn l-1 ta’ Novembru 2020 u d-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, il-perjodu ta’ ġbir għandu jiġi estiż sal-1 ta’ Frar 2022.

(8)

Fir-rigward ta’ inizjattivi li għalihom il-perjodu ta’ ġbir intemm bejn l-1 ta’ Novembru 2020 u d-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, din id-Deċiżjoni għandha tapplika b’mod retroattiv.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Fejn il-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ għal inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (“inizjattiva”) kien għadu għaddej fl-1 ta’ Novembru 2020, il-perjodu massimu ta’ ġbir għandu jiġi estiż għal perjodu ta’ tliet xhur fir-rigward ta’ dik l-inizjattiva.

2.   Fejn il-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ għal inizjattiva jkun beda bejn l-1 ta’ Novembru 2020 u s-17 ta’ Diċembru 2020, il-perjodu ta’ ġbir għandu jiġi estiż sal-1 ta’ Frar 2022 fir-rigward ta’ dik l-inizjattiva.

Artikolu 2

Id-dati l-ġodda tat-tmiem tal-perijodi ta’ ġbir għall-inizjattivi li ġejjin għandhom ikunu kif ġej:

l-inizjattiva intitolata “Is-soluzzjoni rapida, ġusta u effettiva għat-tibdil fil-klima”: Is-6 ta’ Frar 2021;

l-inizjattiva intitolata “Politika ta’ koeżjoni għall-ugwaljanza bejn ir-reġjuni u għas-sostenibbiltà tal-kulturi reġjonali”: Is-7 ta’ Frar 2021;

l-inizjattiva intitolata “Intemmu l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni fl-Ewropa”: L-10 ta’ Frar 2021;

l-inizjattiva intitolata “Prezz għall-karbonju fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima”: It-22 ta’ April 2021;

l-inizjattiva intitolata “Inkabbru l-progress xjentifiku: l-għelejjel huma importanti!”: Il-25 ta’ April 2021;

l-inizjattiva intitolata “Inwaqqfu l-korruzzjoni fl-Ewropa mill-għeruq tagħha, billi naqtgħu l-fondi għall-pajjiżi b’ġudikatura ineffiċjenti wara l-iskadenza”: It-12 ta’ Ġunju 2021;

l-inizjattiva intitolata “Azzjonijiet dwar l-Emerġenza Klimatika”: It-23 ta’ Ġunju 2021;

l-inizjattiva intitolata “Insalvaw lin-Naħal u lill-bdiewa! Lejn agrikoltura favur in-naħal għal ambjent b’saħħtu”: It-30 ta’ Ġunju 2021;

l-inizjattiva intitolata “Inwaqqfu t-tneħħija tal-pinen tal-klieb il-baħar — Inwaqqfu l-kummerċ”: Il-31 ta’ Ottubru 2021;

L-inizjattiva intitolata “VOTATURI MINGĦAJR FRUNTIERI, Drittijiet Politiċi Sħaħ għaċ-ċittadini tal-UE”: Il-11 ta’ Diċembru 2021;

l-inizjattiva intitolata “Bidu tal-Introjtu Bażiku Inkondizzjonat (UBI) madwar l-UE”: Il-25 ta’ Diċembru 2021;

l-inizjattiva intitolata “Libertà di condividere”: L-1 ta’ Frar 2022;

l-inizjattiva intitolata “Dritt għal Kura”: L-1 ta’ Frar 2022.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett retroattiv fir-rigward tal-inizjattivi li l-perijodu ta’ ġbir tagħhom intemm bejn l-1 ta’ Novembru 2020 u d-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:

il-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva intitolata “Is-soluzzjoni rapida, ġusta u effettiva għat-tibdil fil-klima”;

il-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva intitolata “Politika ta’ koeżjoni għall-ugwaljanza bejn ir-reġjuni u għas-sostenibbiltà tal-kulturi reġjonali”;

il-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva intitolata “Intemmu l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni fl-Ewropa”;

il-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva intitolata “Prezz għall-karbonju fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima”;

il-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva intitolata “Inkabbru l-progress xjentifiku: l-għelejjel huma importanti!”;

il-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva intitolata “Inwaqqfu l-korruzzjoni fl-Ewropa mill-għeruq tagħha, billi naqtgħu l-fondi għall-pajjiżi b’ġudikatura ineffiċjenti wara l-iskadenza”;

il-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva intitolata “Azzjonijiet dwar l-Emerġenza Klimatika”;

il-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva intitolata “Insalvaw lin-Naħal u lill-bdiewa! Lejn agrikoltura favur in-naħal għal ambjent b’saħħtu”;

il-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva intitolata “Inwaqqfu t-tneħħija tal-pinen tal-klieb il-baħar — Inwaqqfu l-kummerċ”;

il-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva intitolata “VOTATURI MINGĦAJR FRUNTIERI, Drittijiet Politiċi Sħaħ għaċ-ċittadini tal-UE”;

il-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva intitolata “Bidu tal-Introjtu Bażiku Inkondizzjonat (UBI) madwar l-UE”;

il-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva intitolata “Libertà di condividere”;

il-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva intitolata “Dritt għal Kura”

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Věra JOUROVÁ

Viċi President


(1)  ĠU L 231, 17.7.2020, p. 7.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 55).


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 434/59


ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2201

tat-22 ta’ Diċembru 2020

dwar il-ħatra ta’ ċerti membri u s-sostituti tagħhom tal-Bord tat-Tmexxija tan-Network u taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni għall-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Ispazju tal-Arja) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 18 u 19 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/123 jistabbilixxi Bord tat-Tmexxija tan-Network biex jimmonitorja u jmexxi l-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru. Jistabbilixxi wkoll Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni sabiex tiġi żgurata ġestjoni tal-kriżijiet effettiva fil-livell tan-network.

(2)

Il-president, il-viċi presidenti, il-membri tal-Bord tat-Tmexxija tan-Network u s-sostituti tagħhom u l-membri taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni u s-sostituti tagħhom inħatru għall-perjodu mill-2020 sal-2024 bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2168 (3).

(3)

Fl-2020, il-Kummissjoni rċeviet għadd ta’ proposti għal ħatriet kemm għall-Bord tat-Tmexxija tan-Network kif ukoll għaċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni skont l-Artikolu 18(7) u l-Artikolu 19(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123.

(4)

Jenħtieġ li l-persuni proposti jinħatru sabiex, mill-1 ta’ Jannar 2021, jieħdu post il-persuni li kienu nħatru bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2168.

(5)

Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza qabel il-bidu tal-perjodu kopert mill-ħatriet inkwistjoni.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness I għandhom jinħatru għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2024 bħala membri u sostituti tal-Bord tat-Tmexxija tan-Network, fil-karigi rispettivi tagħhom imsemmija f’dak l-Anness. Fejn l-Anness jispeċifika perjodu ta’ żmien iqsar, għandu japplika dak il-perjodu ta’ żmien. Fir-rigward tal-pożizzjonijiet ikkonċernati minn dawn il-ħatriet, il-mandati tal-persuni maħtura f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2186 jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2020.

Artikolu 2

Il-persuni elenkati fl-Anness II għandhom jinħatru għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2024 bħala l-membri u s-sostituti taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni, fil-karigi rispettivi tagħhom imsemmija f’dak l-Anness. Fir-rigward tal-pożizzjonijiet ikkonċernati minn dawn il-ħatriet, il-mandati tal-persuni maħtura f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2186 jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2020.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 28, 31.1.2019, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2168 tas-17 ta’ Diċembru 2019 dwar il-ħatra tal-president u tal-membri u s-sostituti tagħhom tal-Bord tat-Tmexxija tan-Network u tal-membri u s-sostituti tagħhom taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni għall-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tielet perjodu ta’ referenza 2020-2024 (ĠU L 328, 18.12.2019, p. 90).


ANNESS I

Ħatriet tal-membri votanti u tal-membri mhux votanti u tas-sostituti tagħhom tal-bord tat-tmexxija tan-network

President:

L-ebda ħatra ġdida

L-ewwel Viċi President:

L-ebda ħatra ġdida

It-tieni Viċi President:

L-ebda ħatra ġdida


Utenti tal-ispazju tal-ajru

 

Membri votanti

Sostituti

AIRE/ERA

L-ebda ħatra ġdida

Montserrat Barriga, Direttur Ġenerali, Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA)

A4E

Achim Baumann, Direttur tal-Politika, A4E

Matthew Krasa, Kap tal-Affarijiet Pubbliċi

Ryanair

IATA

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida

EBAA/IAOPA/EAS

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida


Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru skont il-blokk ta’ spazju tal-ajru funzjonali:

 

Membri votanti

Sostituti

IL-BALTIKU

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida

BLUEMED

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida

ID-DANUBJU

L-ebda ħatra ġdida

Valentin CIMPUIERU

Direttur Ġenerali

Romanian Air Traffic Services Administration (Amministrazzjoni ta’ Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru Rumena, ROMATSA)

DK-SE

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida

FABCE

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida

FABEC

Dirk MAHNS

COO

Deutsche Flugsicherung GmbH (DFS)

L-ebda ħatra ġdida

NEFAB

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida

L-ILBIĊ

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida

L-IRLANDA

L-ebda ħatra ġdida

Joe RYAN,

Irish Aviation Authority (Awtorità tal-Avjazzjoni Irlandiża)


L-operaturi tal-ajruporti:

 

Membri votanti

Sostituti

 

L-ebda ħatra ġdida

Ivan BASSATO, Direttur tal-Ġestjoni tal-Ajruporti, Aeroporti di Roma, Via dell'Aeroporto di Fiumicino, 320 Aeroporto "Leonardo da Vinci" 00054 Fiumicino (Roma)

 

L-ebda ħatra ġdida

Isabelle BAUMELLE, Uffiċjal Kap Operattiv u Direttur tal-Marketing tal-Linja tal-Ajru, Société Aéroports de la Côte d'Azur BP 3331 06206 Nice Cedex 3 France


Militari:

 

Membri votanti

Sostituti

Fornituri tas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru Militari

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida

Utenti tal-ispazju tal-ajru militari

L-ebda ħatra ġdida

Kurunell YANN Pichavant

Rappreżentant tal-ATM għall-UE, in-NATO, l-EUROCONTROL

Il-Ministeru tad-Difiża Franċiż


President tal-bord tat-Tmexxija tan-Network:

 

Membru mhux votanti

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida


Il-Kummissjoni Ewropea:

 

Membru mhux votanti

Sostitut

 

Christine BERG

Kap tal-Unità, Ajru Uniku Ewropew

DĠ MOVE Il-Kummissjoni Ewropea

Staffan EKWALL

Uffiċjal tal-politika,

DĠ MOVE Il-Kummissjoni Ewropea


L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

 

Membru mhux votanti

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida

Valgerður Guðmundsdóttir, Viċi Direttur, Affarijiet tas-Suq Intern, L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA


Il-maniġer tan-Network:

 

Membru mhux votanti

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida


President tal-grupp ta’ ħidma tal-operazzjonijiet (NDOP):

 

Membru mhux votanti

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida

József BAKOS

Kap tal-ATS

HungaroControl


Rappreżentanti tal-Fornituri tas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru tal-pajjiżi assoċjati:

 

Membru mhux votanti

Sostituti

 

 

 

Mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021

Sitki Kagan ERTAS

Fornitur tas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru tat-Turkija (DHMI)

Sevda TURHAN

Fornitur tas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru tat-Turkija (DHMI)

 

Maksim ET’HEMAJ

Direttur tad-Diviżjoni Teknika

ALBCONTROL

Dritan ISAKU

Direttur tad-Diviżjoni Operazzjonali

ALBCONTROL


Eurocontrol:

 

Membru mhux votanti

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida


ANNESS II

ĦATRIET TAL-MEMBRI PERMANENTI U TAS-SOSTITUTI TAGĦHOM TAĊ-ĊELLULA EWROPEA TA’ KOORDINAZZJONI TAL-KRIŻIJIET FIS-SETTUR TAL-AVJAZZJONI

Stati Membri

 

Membru

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida


Stati tal-EFTA

 

Membru

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida


Il-Kummissjoni Ewropea

 

Membru

Sostitut

 

Christine BERG

Kap tal-Unità, Ajru Uniku Ewropew

DĠ MOVE Il-Kummissjoni Ewropea

Staffan EKWALL

Uffiċjal tal-politika,

DĠ MOVE Il-Kummissjoni Ewropea


Aġenzija

 

Membru

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida