ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 433I |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
|
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
|
FTEHIMIET INTERISTITUZZJONALI |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
22.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 433/1 |
REGOLAMENT (UE, Euratom) 2020/2092 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Diċembru 2020
dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 322(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
L-Unjoni hija msejsa fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi, minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Kif imsemmi fl-Artikolu 2 tat-TUE, dawk il-valuri huma komuni għall-Istati Membri kollha f’soċjetà li fiha jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. |
(2) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-21 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti f’konformità mal-prinċipji ġenerali inkorporati fit-Trattati, b’mod partikolari l-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE. Huwa ssottolinja wkoll l-importanza tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u l-importanza tar-rispett għall-istat tad-dritt. |
(3) |
L-istat tad-dritt jitlob li s-setgħat pubbliċi kollha jaġixxu fil-limiti stabbiliti mil-liġi, skont il-valuri tad-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet fundamentali kif stipulati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”) u strumenti applikabbli oħra, u taħt il-kontroll ta’ qrati indipendenti u imparzjali. Dan jitlob, b’mod partikolari, li jiġu rrispettati (3) l-prinċipji tal-legalità (4) li jimplika proċess trasparenti, responsabbli, demokratiku u pluralistiku għat-tfassil tal-liġijiet; taċ-ċertezza legali (5); tal-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi (6); tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, inkluż l-aċċess għall-ġustizzja, minn qrati indipendenti u imparzjali (7); u tas-separazzjoni tas-setgħat (8). |
(4) |
Il-kriterji tal-adeżjoni stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta’ Copenhagen fl-1993 u msaħħa mill-Kunsill Ewropew ta’ Madrid fl-1995 huma l-kondizzjonijiet essenzjali li pajjiż kandidat għandu jissodisfa biex isir Stat Membru tal-Unjoni. Dawk il-kriterji issa huma minquxa fl-Artikolu 49 TUE. |
(5) |
Ladarba pajjiż kandidat isir Stat Membru, huwa jsir parti minn struttura legali li hija bbażata fuq il-premessa fundamentali li kull Stat Membru jikkondividi mal-Istati Membri l-oħra kollha, u jirrikonoxxi li dawn jikkondividu miegħu, sensiela ta’ valuri komuni li fuqhom hija bbażata l-Unjoni, kif jippreċiża l-Artikolu 2 TUE. Din il-premessa timplika u tiġġustifika l-eżistenza ta’ fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri fir-rikonoxximent ta’ dawn il-valuri u, għalhekk, fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni li jimplementahom (9). Jenħtieġ li l-liġijiet u l-prattiki tal-Istati Membri jkomplu jikkonformaw mal-valuri komuni li fuqhom hija msejsa l-Unjoni. |
(6) |
Filwaqt li m’hemm ebda ġerarkija fost il-valuri tal-Unjoni, ir-rispett tal-istat tad-dritt huwa essenzjali għall-protezzjoni tal-valuri fundamentali l-oħra li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, bħalma huma l-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Ir-rispett għall-istat tad-dritt huwa intrinsikament marbut mar-rispett għad-demokrazija u għad-drittijiet fundamentali. Ma jistax ikun hemm demokrazija u rispett għad-drittijiet fundamentali mingħajr rispett għall-istat tad-dritt u viċi versa. |
(7) |
Kull meta l-Istati Membri jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni, inklużi r-riżorsi allokati permezz tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 (10), u permezz ta’ self u strumenti oħra ggarantiti mill-baġit tal-Unjoni, u jkun xi jkun il-metodu ta’ implimentazzjoni li jużaw, ir-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekondizzjoni essenzjali għall-konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba minquxa fl-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
(8) |
Ġestjoni finanzjarja tajba tista’ tiġi żgurata biss mill-Istati Membri jekk l-awtoritajiet pubbliċi jaġixxu f’konformità mal-liġi, jekk każijiet ta’ frodi, inkluż frodi tat-taxxa, evażjoni tat-taxxa, korruzzjoni, kunflitt ta’ interess jew ksur ieħor tal-liġi, jiġu segwiti b’mod effettiv mis-servizzi investigattivi u ta’ prosekuzzjoni, u jekk deċiżjonijiet arbitrarji jew illegali tal-awtoritajiet pubbliċi, inkluż l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, jistgħu jkunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv minn qrati indipendenti u mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
(9) |
L-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura jenħtieġ li jiġu garantiti dejjem, u s-servizzi ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu l-funzjoni tagħhom b’mod xieraq. Il-ġudikatura, u s-servizzi ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni jenħtieġ li jkollhom biżżejjed riżorsi finanzjarji u umani u proċeduri biex jaġixxu b’mod effettiv u b’mod li jirrispetta bis-sħiħ id-dritt ta’ proċess ġust, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tad-difiża. Is-sentenzi finali jenħtieġ li jiġu implimentati b’mod effettiv. Dawk il-kondizzjonijiet huma meħtieġa bħala garanzija minima kontra deċiżjonijiet illegali u arbitrarji ta’ awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
(10) |
L-indipendenza tal-ġudikatura tippresupponi, b’mod partikolari, li l-korp ġudizzjarju ikkonċernat ikun jista’ jeżerċita, kemm skont ir-regoli rilevanti kif ukoll fil-prattika, il-funzjonijiet ġudizzjarji tiegħu kompletament b’mod awtonomu, mingħajr ma jkun soġġett għal ebda restrizzjoni ġerarkika jew ikun subordinat għal ebda korp ieħor, u mingħajr ma jirċievi ordnijiet jew struzzjonijiet minn ebda sors, u li għalhekk huwa protett minn interventi jew minn pressjonijiet esterni li jistgħu jippreġudikaw l-indipendenza ta’ ġudizzju tal-membri tiegħu u jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tagħhom. Il-garanziji tal-indipendenza u tal-imparzjalità jeżiġu regoli, b’mod partikolari fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-korp u tal-ħatra, tat-tul ta’ servizz u tar-raġunijiet għar-rifjut u t-tkeċċija ta’ membri tiegħu, sabiex jitneħħa kwalunkwe dubju raġonevoli li jista’ jkollhom xi wħud dwar l-impermeabbiltà ta’ dak il-korp għal fatturi esterni u dwar in-newtralità tiegħu fir-rigward tal-interessi ppreżentati quddiemu. |
(11) |
Ir-rispett għall-istat tad-dritt mhuwiex essenzjali biss għaċ-ċittadini tal-Unjoni, iżda wkoll għall-inizjattivi imprenditorjali, għall-innovazzjoni, għall-investiment, għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, li jiffjorixxu l-aktar meta jkun hemm fis-seħħ qafas ġuridiku u istituzzjonali sod. |
(12) |
L-Artikolu 19 TUE, li jagħti espressjoni konkreta għall-valur tal-istat tad-dritt stabbilit fl-Artikolu 2 TUE, jeżiġi li l-Istati Membri jagħtu protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mil-liġi tal-Unjoni, inkluż dawk relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni. L-eżistenza stess ta’ stħarriġ ġudizzjarju effettiv maħsub sabiex jiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni hija l-essenza tal-istat tad-dritt u tirrikjedi qrati indipendenti (11). Huwa essenzjali li tinżamm l-indipendenza tal-qrati, kif ikkonfermat mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta (12). Dan huwa minnu, b’mod partikolari, għall-istħarriġ ġudizzjarju tal-validità ta’ miżuri, kuntratti jew strumenti oħra li jagħtu lok għal nefqa jew dejn pubbliku, fost l-oħrajn fil-kuntest tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku li jistgħu jinġiebu quddiem il-qrati. |
(13) |
Hemm għalhekk relazzjoni ċara bejn ir-rispett tal-istat tad-dritt u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. |
(14) |
L-Unjoni żviluppat għadd ta’ strumenti u proċessi li jippromwovu l-istat tad-dritt u l-applikazzjoni tiegħu, inkluż appoġġ finanzjarju għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-Mekkaniżmu Ewropew tal-Istat tad-Dritt u t-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE, u li jipprovdu tweġiba effettiva mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-ksur tal-istat tad-dritt permezz ta’ proċedimenti ta’ ksur u l-proċedura prevista fl-Artikolu 7 TUE. Il-mekkaniżmu previst f’dan ir-Regolament jikkomplementa dawn l-istrumenti billi jipproteġi l-baġit tal-Unjoni kontra ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt li jaffettwa l-ġestjoni finanzjarja tajba tiegħu jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
(15) |
Ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, b’mod partikolari dawk li jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-istħarriġ ġudizzjarju effettiv, jista’ jagħmel ħsara serja lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dan huwa l-każ għal ksur individwali tal-prinċipji tal-istat tad-dritt u saħansitra aktar għal ksur mifrux jew minħabba prattiki rikorrenti jew ommissjonijiet mill-awtoritajiet pubbliċi, jew għal miżuri ġenerali adottati minn tali awtoritajiet. |
(16) |
L-identifikazzjoni ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt teħtieġ valutazzjoni kwalitattiva bir-reqqa mill-Kummissjoni. Dik il-valutazzjoni jenħtieġ li tkun oġġettiva, imparzjali u ġusta, u jeħtieġ li tqis l-informazzjoni rilevanti minn sorsi disponibbli u minn istituzzjonijiet rikonoxxuti, inkluż sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, ir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt u t-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE, rapporti tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) kif rilevanti, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet u networks internazzjonali rilevanti, inklużi l-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa bħall-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (GRECO) u l-Kummissjoni ta’ Venezja, b’mod partikolari l-lista ta’ kontroll tagħha dwar l-istat tad-dritt, u n-networks Ewropej tal-qrati supremi u l-kunsilli tal-ġudikatura. Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Kummissjoni ta’ Venezja jekk ikun meħtieġ biex titħejja bir-reqqa il-valutazzjoni kwalitattiva. |
(17) |
Il-miżuri skont dan ir-Regolament huma meħtieġa b’mod partikolari f’każijiet fejn proċeduri oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma jippermettux li l-baġit tal-Unjoni jiġi protett b’mod aktar effettiv. Il-leġiżlazzjoni finanzjarja tal-Unjoni u r-regoli speċifiċi għas-settur u finanzjarji applikabbli jipprevedu diversi possibbiltajiet biex jiġi protett il-baġit tal-Unjoni, inklużi interruzzjonijiet, sospensjonijiet jew korrezzjonijiet finanzjarji marbuta ma’ irregolaritajiet jew nuqqasijiet serji fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll. Jenħtieġ li jiġu ddeterminati l-miżuri li għandhom jiġu adottati f’każ ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-proċedura biex jiġu adottati t-tali miżuri. Jenħtieġ li tali miżuri jinkludu s-sospensjoni tal-pagamenti u tal-impenji, is-sospensjoni tal-iżborż tal-pagamenti parzjali jew il-ħlas lura bikri tas-self, tnaqqis tal-finanzjament skont l-impenji eżistenti, u projbizzjoni milli jsiru impenji ġodda mar-riċevituri jew milli jsiru ftehimiet ġodda dwar self jew strumenti oħra ggarantiti mill-baġit tal-Unjoni. |
(18) |
Jenħtieġ li japplika l-prinċipju ta’ proporzjonalità meta jiġu determinati l-miżuri li għandhom jiġu adottati, b’mod partikolari billi jitqiesu s-serjetà tas-sitwazzjoni, iż-żmien li għadda mindu seħħ l-aġir rilevanti, id-durata u r-rikorrenza tal-aġir, l-intenzjoni, il-livell ta’ kooperazzjoni tal-Istat Membru biex itemm il-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, u l-effetti fuq il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
(19) |
Huwa essenzjali li l-interessi leġittimi tar-riċevituri u tal-benefiċjarji finali jkunu protetti kif xieraq meta jiġu adottati miżuri f’każ ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt. Meta tikkunsidra l-adozzjoni tal-miżuri, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-impatt potenzjali tagħhom fuq ir-riċevituri u l-benefiċjarji finali. Meta jitqies li, f’ġestjoni kondiviża, il-pagamenti mill-Kummissjoni lill-Istati Membri huma legalment indipendenti mill-pagamenti mill-awtoritajiet nazzjonali lill-benefiċjarji, il-miżuri xierqa skont dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jitqisux li jaffettwaw id-disponibbiltà tal-finanzjament għall-pagamenti lill-benefiċjarji skont l-iskadenzi tal-pagamenti stabbiliti skont ir-regoli speċifiċi għas-settur u finanzjarji applikabbli. Id-deċiżjonijiet adottati skont dan ir-Regolament u l-obbligi lejn ir-riċevituri jew il-benefiċjarji finali stabbiliti f’dan ir-Regolament huma parti mil-liġi tal-Unjoni applikabbli fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-finanzjament f’ġestjoni kondiviża. L-Istati Membri kkonċernati mill-miżuri jenħtieġ li jirrapportaw regolarment lill-Kummissjoni dwar il-konformità mal-obbligi tagħhom lejn ir-riċevituri jew il-benefiċjarji finali. Ir-rappurtar dwar il-konformità mal-obbligi ta’ pagament lejn il-benefiċjarji stabbiliti fir-regoli speċifiċi għas-settur u finanzjarji applikabbli jenħtieġ li jippermetti lill-Kummissjoni tivverifika li d-deċiżjonijiet skont dan ir-Regolament ma jkollhom ebda impatt, direttament jew indirettament, fuq il-pagamenti li jridu jsiru skont ir-regoli speċifiċi għas-settur u finanzjarji applikabbli. Biex tissaħħaħ il-protezzjoni tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi informazzjoni u gwida permezz ta’ sit web jew portal fuq l-Internet, flimkien ma’ għodod adegwati biex il-Kummissjoni tkun informata dwar kwalunkwe ksur tal-obbligu ġuridiku tal-entitajiet tal-gvern u tal-Istati Membri biex ikomplu jagħmlu pagamenti wara li jiġu adottati l-miżuri skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni ssegwi din l-informazzjoni biex tivverifika jekk ir-regoli applikabbli ġewx rispettati, b’mod partikolari l-Artikolu 63, il-punt (b) tal-Artikolu 68(1) u l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) 2020/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ xxx li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (13). Fejn meħtieġ, sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe ammont dovut mill-entitajiet tal-gvern jew mill-Istati Membri jitħallas effettivament lir-riċevituri jew lill-benefiċjarji finali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirkupra l-pagamenti li jkunu saru, jew, fejn xieraq, tagħmel korrezzjoni finanzjarja billi tnaqqas l-appoġġ tal-Unjoni għal programm f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur u finanzjarji applikabbli. |
(20) |
Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u minħabba l-importanza tal-effetti finanzjarji tal-miżuri adottati skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kunsill, li jenħtieġ jaġixxi fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni. |
(21) |
Qabel ma tipproponi l-adozzjoni ta’ kwalunkwe miżura skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinforma lill-Istat Membru kkonċernat għalfejn hija tqis li f’dak l-Istat Membru jista’ jkun hemm ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinforma mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwalunkwe notifika bħal din u dwar il-kontenut tagħha. L-Istat Membru kkonċernat jenħtieġ li jitħalla jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra dawn l-osservazzjonijiet. |
(22) |
Meta tistabbilixxi l-limiti ta’ żmien f’konformità ma’ dan ir-Regolament għall-Istat Membru kkonċernat, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis, b’mod partikolari, l-ammont ta’ informazzjoni pprovduta u mitluba, il-kumplessità tal-fatti rilevanti u tal-valutazzjoni tagħhom, kif ukoll il-kapaċità amministrattiva tal-Istat Membru kkonċernat. |
(23) |
Jenħtieġ li, fejn il-Kummissjoni, wara li tanalizza l-osservazzjonijiet tal-Istat Membru kkonċernat, tikkunsidra li l-kondizzjonijiet għall-adozzjoni ta’ miżuri huma ssodisfati, hija tippreżenta proposta għall-adozzjoni ta’ miżuri xierqa lill-Kunsill. Il-Kunsill jenħtieġ li jaġixxi fuq il-proposta tal-Kummissjoni biex jiġu adottati miżuri xierqa permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni fi żmien xahar, li eċċezzjonalment jista’ jiġi estiż b’massimu ta’ xahrejn addizzjonali. Bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-Kunsill jieħu d-deċiżjoni f’dawk il-limiti ta’ żmien, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel l-aktar użu xieraq mid-drittijiet tagħha skont l-Artikolu 237 TFUE u r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (14). |
(24) |
Wara li tiġi adottata kwalunkwe miżura skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tissorvelja regolarment is-sitwazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid is-sitwazzjoni meta l-Istat Membru kkonċernat jadotta miżuri ta’ rimedju ġodda, jew fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn sena wara l-adozzjoni tal-miżuri. |
(25) |
Jenħtieġ li l-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, ineħħi l-miżuri li għandhom effett sospensiv jekk is-sitwazzjoni li tkun wasslet għall-impożizzjoni ta’ dawn il-miżuri tkun ġiet rimedjata biżżejjed. |
(26) |
Il-proċedura għall-adozzjoni u t-tneħħija tal-miżuri jenħtieġ li tirrispetta l-prinċipji ta’ oġġettività, in-nondiskriminazzjoni u t-trattament ugwali tal-Istati Membri u jenħtieġ li titwettaq skont approċċ mhux partiġġjan u bbażat fuq l-evidenza.Jekk, b’mod eċċezzjonali, l-Istat Membru kkonċernat iqis li hemm ksur serju ta’ dawk il-prinċipji, jista’ jitlob lill-President tal-Kunsill Ewropew biex jirreferi l-kwistjoni lill-Kunsill Ewropew li jmiss. F’tali ċirkostanzi eċċezzjonali, jenħtieġ li ma tittieħed ebda deċiżjoni dwar il-miżuri sakemm il-Kunsill Ewropew ma jkunx iddiskuta l-kwistjoni. Dan il-proċess għandu, bħala regola, ma jiħux aktar minn tliet xhur wara li l-Kummissjoni tkun ippreżentat il-proposta tagħha lill-Kunsill. |
(27) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat dwar kwalunkwe miżura proposta, adottata u mneħħija skont dan ir-Regolament. |
(28) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Meta tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra, minbarra l-effettività tal-miżuri adottati, l-effettività ġenerali tal-proċedura stabbilita f’dan ir-Regolament u l-komplementarjetà ta’ dan l-istrument ma’ oħrajn. |
(29) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax il-kompetenza tal-UPPE jew l-obbligi tal-Istati Membri li ma jipparteċipawx fil-kooperazzjoni msaħħa stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (15), |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli meħtieġa għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“l-istat tad-dritt” tirreferi għall-valur tal-Unjoni minqux fl-Artikolu 2 TUE. Dan jinkludi l-prinċipji ta’ legalità li jimplika proċess trasparenti, responsabbli, demokratiku u pluralistiku għat-tfassil tal-liġijiet; taċ-ċertezza legali; tal-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi; tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, inkluż l-aċċess għall-ġustizzja, minn qrati indipendenti u imparzjali, anke fir-rigward tad-drittijiet fundamentali; tas-separazzjoni tas-setgħat; u n-nondiskriminazzjoni u tal-ugwaljanza f’għajnejn il-liġi. L-istat tad-dritt għandu jinftiehem fid-dawl tal-valuri u l-prinċipji l-oħra tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 TUE; |
(b) |
“entità tal-gvern” tfisser awtorità pubblika fi kwalunkwe livell tal-gvern, inkluż l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll organizzazzjonijiet tal-Istati Membri fis-sens tal-punt (42) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) (ir-“Regolament Finanzjarju”). |
Artikolu 3
Ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dawn li ġejjin jistgħu jkunu indikattivi ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt:
(a) |
it-tqiegħed f’periklu tal-indipendenza tal-ġudikatura; |
(b) |
in-nuqqas milli jiġu impediti, ikkoreġuti jew issanzjonati deċiżjonijiet arbitrarji jew illegali mill-awtoritajiet pubbliċi, inkluż mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, iż-żamma ta’ riżorsi finanzjarji u umani li jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tagħhom jew in-nuqqas milli jiġi żgurat li ma jeżistux kunflitti ta’ interess; |
(c) |
il-limitazzjoni tad-disponibbiltà u tal-effikaċja tar-rimedji legali, inkluż permezz ta’ regoli proċedurali restrittivi u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ sentenzi, jew il-limitazzjoni ta’ investigazzjonijiet, ta’ prosekuzzjoni u ta’ sanzjonar effettivi ta’ ksur tal-liġi. |
Artikolu 4
Kondizzjonijiet għall-adozzjoni ta’ miżuri
1. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa fejn ikun stabbilit skont l-Artikolu 6 li ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fi Stat Membru jaffettwa jew jirriskja serjament li jaffettwa l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’mod suffiċjentement dirett.
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt għandu jikkonċerna wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a) |
il-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet li qed jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni, inkluż self jew strumenti oħrajn iggarantiti mill-baġit tal-Unjoni b’mod partikolari fil-kuntest tal-akkwist pubbliku jew tal-proċeduri għal għotjiet; |
(b) |
il-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet li jwettqu kontroll finanzjarju, monitoraġġ u awditjar, u l-funzjonament xieraq ta’ sistemi effettivi u trasparenti tal-ġestjoni finanzjarja u tal-obbligu ta’ rendikont; |
(c) |
il-funzjonament xieraq tas-servizzi ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni pubblika fir-rigward tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ frodi, inkluż frodi tat-taxxa, korruzzjoni jew ksur ieħor tal-liġi tal-Unjoni b’rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni jew mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; |
(d) |
l-istħarriġ ġudizzjarju effettiv minn qrati indipendenti ta’ azzjonijiet jew ommissjonijiet mill-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c); |
(e) |
il-prevenzjoni u s-sanzjonar ta’ frodi, inkluż frodi tat-taxxa, korruzzjoni jew ksur ieħor tal-liġi tal-Unjoni b’rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni jew mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u l-impożizzjoni ta’ pieni effettivi u dissważivi fuq ir-riċevituri minn qrati nazzjonali jew minn awtoritajiet amministrattivi; |
(f) |
l-irkupru ta’ fondi mħallsa indebitament; |
(g) |
il-kooperazzjoni effettiva u f’waqtha mal-OLAF u, soġġett għall-parteċipazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, mal-UPPE fl-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjonijiet tagħhom skont l-atti tal-Unjoni applikabbli f’konformità mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera; |
(h) |
sitwazzjonijiet jew imġiba oħra ta’ awtoritajiet li huma rilevanti għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
Artikolu 5
Miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni
1. Dment li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament jiġu ssodisfati, jistgħu jiġu adottati miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament:
(a) |
meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit tal-Unjoni b’ġestjoni diretta jew indiretta skont il-punti (a) u (c) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju, u meta entità tal-gvern tkun ir-riċevitur:
|
(b) |
meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri skont il-punt (b) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju:
|
2. Sakemm id-deċiżjoni li tadotta l-miżuri ma tipprevedix mod ieħor, l-impożizzjoni ta’ miżuri xierqa ma għandhiex taffettwa l-obbligi tal-entitajiet governattivi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jew tal-Istati Membri msemmija f’punt (b) tal-paragrafu 1 li jimplimentaw il-programm jew il-fond affettwat mill-miżura, u b’mod partikolari l-obbligi li għandhom lejn ir-riċevituri jew il-benefiċjarji finali, inkluż l-obbligu li jagħmlu pagamenti skont dan ir-Regolament u r-regoli speċifiċi għas-settur jew finanzjarji applikabbli. Meta jimplimentaw fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri kkonċernati mill-miżuri adottati skont dan ir-Regolament għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar il-konformità tagħhom ma’ dawk l-obbligi kull tliet xhur mill-adozzjoni ta’ dawk il-miżuri.
Il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk kienx hemm konformità mal-liġi applikabbli u, fejn meħtieġ, tieħu l-miżuri xierqa kollha biex tipproteġi l-baġit tal-Unjoni, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur u finanzjarji.
3. Il-miżuri meħuda għandhom ikunu proporzjonati. Huma għandhom jiġu ddeterminati fid-dawl tal-impatt reali jew potenzjali tal-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fuq il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. In-natura, it-tul ta’ żmien, il-gravità u l-ambitu tal-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt għandhom jitqiesu kif xieraq. Il-miżuri għandhom, sa fejn ikun possibbli, ikollhom fil-mira l-azzjonijiet tal-Unjoni affettwati mill-ksur.
4. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni u gwida għall-benefiċċju tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali dwar l-obbligi mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 2 permezz ta’ sit web jew portal fuq l-Internet. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll, fuq l-istess sit web jew portal fuq l-Internet, għodod adegwati għar-riċevituri jew għall-benefiċjarji finali biex dawn jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ksur ta’ dawn l-obbligi li, fil-fehma ta’ dawn ir-riċevituri jew il-benefiċjarji finali, jaffettwahom direttament. Dan il-paragrafu għandu jiġi applikat b’mod li jiżgura l-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni, f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17). L-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri jew mill-benefiċjarji finali skont dan il-paragrafu għandha tkun akkumpanjata minn prova li r-riċevitur jew il-benefiċjarju finali kkonċernat ikun ressaq ilment formali mal-awtorità rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat.
5. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri jew mill-benefiċjarji finali f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-almu tagħha kollu biex tiżgura li kwalunkwe ammont dovut mill-entitajiet tal-gvern jew mill-Istati Membri kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu effettivament jitħallas lir-riċevituri jew lill-benefiċjarji finali, f’konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 63, il-punt (b) tal-Artikolu 68(1) u l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) 2020/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ xxx li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi.
Artikolu 6
Proċedura
1. Meta l-Kummissjoni tqis li għandha raġunijiet validi biex tqis li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 huma ssodisfati, hija għandha, sakemm ma tqisx li proċeduri oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jippermettulha tipproteġi l-baġit tal-Unjoni b’mod aktar effettiv, tibgħat notifika bil-miktub lill-Istat Membru kkonċernat, fejn tistabbilixxi l-elementi fattwali u r-raġunijiet speċifiċi li fuqhom huma bbażati s-sejbiet tagħha. Il-Kummissjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar din in-notifika u l-kontenut tagħha.
2. Fid-dawl tal-informazzjoni riċevuta skont il-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-Kummissjoni għal djalogu strutturat dwar is-sejbiet tiegħu.
3. Meta tivvaluta jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 humiex issodisfati, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni rilevanti minn sorsi disponibbli, inkluż deċiżjonijiet, konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra u ta’ istituzzjonijiet rikonoxxuti oħra.
4. Il-Kummissjoni tista’ titlob kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li teħtieġ sabiex tkun tista’ twettaq il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, kemm qabel kif ukoll wara li tkun bagħtet in-notifika bil-miktub skont il-paragrafu 1.
5. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa u jista’ jagħmel osservazzjonijiet dwar is-sejbiet ippreżentati fin-notifika msemmija fil-paragrafu 1 f’limitu ta’ żmien li għandu jkun speċifikat mill-Kummissjoni, li għandu jkun tal-inqas xahar u mhux aktar minn tliet xhur mid-data tan-notifika tas-sejbiet. Fl-osservazzjonijiet tiegħu, l-Istat Membru jista’ jipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ rimedju biex jindirizza s-sejbiet stabbiliti fin-notifika tal-Kummissjoni.
6. Il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni li tasal u kwalunkwe osservazzjoni magħmula mill-Istat Membru kkonċernat, kif ukoll l-adegwatezza ta’ kwalunkwe miżura ta’ rimedju proposta, meta tkun qed tiddeċiedi jekk tippreżentax proposta għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni dwar il-miżuri xierqa. Il-Kummissjoni għandha twettaq il-valutazzjoni tagħha f’limitu ta’ żmien indikattiv ta’ xahar mill-wasla ta’ kwalunkwe informazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat jew tal-osservazzjonijiet tiegħu, jew, meta ma tasal l-ebda informazzjoni jew osservazzjoni, mill-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stabbilit f’konformità mal-paragrafu 5, u fi kwalunkwe każ f’perijodu ta’ żmien raġonevoli.
7. Fejn il-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li tagħmel proposta skont il-paragrafu 9, hija għandha, qabel ma tagħmel dan, tagħti lill-Istat Membru l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu, b’mod partikolari fuq il-proporzjonalità tal-miżuri previsti, fi żmien xahar.
8. Meta tivvaluta l-proporzjonalità tal-miżuri li għandhom jiġu imposti, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni u l-gwida msemmija fil-paragrafu 3.
9. Meta l-Kummissjoni tqis li l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 4 huma ssodisfati u li l-miżuri ta’ rimedju, jekk ikun hemm, proposti mill-Istat Membru skont il-paragrafu 5, ma jindirizzawx adegwatament is-sejbiet fin-notifika tal-Kummissjoni, hija għandha tippreżenta proposta għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni dwar il-miżuri xierqa lill-Kunsill fi żmien xahar minn meta tirċievi l-osservazzjonijiet tal-Istat Membru jew, f’każ li ma ssir ebda osservazzjoni, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar mill-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 7. Il-proposta għandha tippreżenta r-raġunijiet speċifiċi u l-evidenza li fuqhom il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha.
10. Il-Kunsill għandu jadotta d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahar minn meta jirċievi l-proposta tal-Kummissjoni. Jekk jinqalgħu ċirkostanzi eċċezzjonali, il-perijodu għall-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni jista’ jiġi estiż b’massimu ta’ xahrejn. Bil-ħsieb li tiġi żgurata deċiżjoni f’waqtha, il-Kummissjoni għandha tuża d-drittijiet tagħha skont l-Artikolu 237 TFUE, fejn tqis li dan ikun xieraq.
11. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jemenda l-proposta tal-Kummissjoni u jadotta t-test emendat permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.
Artikolu 7
Tneħħija tal-miżuri
1. L-Istat Membru kkonċernat jista’, fi kwalunkwe mument, jadotta miżuri ta’ rimedju ġodda u jippreżenta lill-Kummissjoni notifika bil-miktub li tinkludi evidenza biex juri li l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 4 ma jkunux għadhom issodisfati.
2. Fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, jew fuq l-inizjattiva tagħha stess u mhux aktar tard minn sena wara l-adozzjoni tal-miżuri mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tivvaluta mill-ġdid is-sitwazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat, waqt li tqis kwalunkwe evidenza ppreżentata mill-Istat Membru kkonċernat, kif ukoll l-adegwatezza ta’ kwalunkwe miżura ta’ rimedju ġdida adottata mill-Istat Membru kkonċernat.
Meta l-Kummissjoni tqis li ma għadhomx aktar issodisfati l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 4, hija għandha tippreżenta proposta lill-Kunsill għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tneħħi l-miżuri adottati.
Meta l-Kummissjoni tqis li s-sitwazzjoni li twassal għall-adozzjoni ta’ miżuri tkun ġiet irrimedjata parzjalment, hija għandha tippreżenta proposta lill-Kunsill għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tadatta l-miżuri adottati.
Meta l-Kummissjoni tqis li ma tkunx ġiet rimedjata s-sitwazzjoni li twassal għall-adozzjoni ta’ miżuri, hija għandha tindirizza lill-Istat Membru kkonċernat b’deċiżjoni motivata u tinforma lill-Kunsill dwarha.
Meta l-Istat Membru kkonċernat jippreżenta notifika bil-miktub skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-proposta tagħha jew tadotta d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar minn meta tirċievi dik in-notifika. Dan il-perijodu jista’ jiġi estiż f’ċirkostanzi debitament ġustifikati, u f’dak il-każ il-Kummissjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Istat Membru kkonċernat bir-raġunijiet għall-estensjoni.
Il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3, 4, 5, 6, 9, 10 u 11 tal-Artikolu 6 għandha tapplika b’analoġija kif xieraq.
3. Meta jitneħħew il-miżuri li jikkonċernaw is-sospensjoni tal-approvazzjoni ta’ programm wieħed jew aktar jew tal-emendar tagħha msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 5(1)(b) jew is-sospensjoni tal-impenji msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 5(1)(b), l-ammonti li jikkorrispondu għall-impenji sospiżi għandhom jiddaħħlu fil-baġit tal-Unjoni soġġett għall-[Artikolu 5] tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (18). L-impenji sospiżi tas-sena n ma jistgħux jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mis-sena n+2.
Artikolu 8
Informazzjoni lill-Parlament Ewropew
Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe miżura proposta, adottata jew imneħħija skont l-Artikoli 5, 6 u 7.
Artikolu 9
Rapportar
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta sat-12 ta’ Jannar 2024 dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, partikolarment dwar l-effikaċja tal-miżuri adottati.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) ĠU C 291, 17.8.2018, p. 1.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ April 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-14 ta’ Diċembru 2020. Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2020 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt”, COM(2014) 0158 final, Anness I.
(4) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 2004, CAS Succhi di Frutta, C-496/99 PECLI:EU:C:2004:236, il-paragrafu 63.
(5) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Novembru 1981, Amministrazione delle finanze dello Stato v Srl Meridionale Industria Salumi et al Ditta Italo Orlandi & Figlio u Ditta Vincenzo Divella v Amministrazione delle finanze dello Stato. Il-Kawżi magħquda minn 212 sa 217/80, ECLI:EU:C:1981:270, il-paragrafu 10.
(6) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Settembru 1989, Hoechst, il-Kawżi magħquda 46/87 u 227/88, ECLI:EU:C:1989:337, il-paragrafu 19.
(7) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Frar 2018, Associação Sindical dos Juízes Portugueses v Tribunal de Contas C-64/16, ECLI:EU:C:2018:117, il-paragrafi 31, 40-41; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Lulju 2018, LLM, C-216/18 PPU, ECLI:EU:C:2018:586, il-paragrafi 63-67.
(8) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Novembru 2016, Kovalkovas, C-477/16, ECLI:EU:C:2016:861, il-paragrafu 36; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Novembru 2016, PPU Poltorak, C-452/16, ECLI:EU:C:2016:858, il-paragrafu 35; u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Diċembru 2010, DEB,C-279/09, ECLI:EU:C:2010:811, il-paragrafu 58.
(9) Opinjoni 2/13, EU:C:2014:2454, paragrafu 168.
(10) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ara paġna 23 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(11) Kawża C-64/16, para 32-36.
(12) Kawża C-64/16, para 40-41.
(13) Għadu mhux ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali.
(14) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).
(15) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(16) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r- Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(17) Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).
(18) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 (ara paġna 11 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
22.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 433/11 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2020/2093
tas-17 ta' Diċembru 2020
li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 312 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxi f'konformità ma' proċedura leġiżlattiva speċjali,
Billi:
(1) |
Meta titqies il-ħtieġa ta' livell adegwat ta' prevedibbiltà għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' investimenti fuq terminu medju, it-tul tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) jenħtieġ li jiġi stabbilit għal seba' snin li jibdew fl-1 ta' Jannar 2021. |
(2) |
L-impatt ekonomiku tal-kriżi tal-COVID-19 jirrikjedi lill-Unjoni biex tipprovdi qafas finanzjarju fit-tul li jwitti t-triq għal tranżizzjoni ġusta u inklużiva lejn futur ekoloġiku u diġitali, li jappoġġa l-awtonomija strateġika aktar fit-tul tal-Unjoni u li jrendiha reżiljenti għal xokkijiet fil-futur. |
(3) |
Il-limiti massimi annwali għall-approprjazzjonijiet ta' impenn skont il-kategorija tan-nefqa u l-limiti massimi annwali għall-approprjazzjonijiet ta' pagament stabbiliti minn dan ir-Regolament iridu jirrispettaw il-limiti massimi applikabbli għall-impenji u r-riżorsi proprji, li huma stabbiliti f'konformità mad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ li ġiet adottata f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 311 tat-Trattat dwar il-Funzjaonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (id-"Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji"). |
(4) |
Fejn ikun neċessarju li jiġu mobbilizzati l-garanziji mogħtija skont il-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-assistenza finanzjarja għall-Istati Membri awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 220(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ("ir-Regolament Finanzjarju"), l-ammont neċessarju jenħtieġ li jiġi mobbilizzat lil hinn mil-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament tal-QFP, filwaqt li jiġi rispettat il-limitu massimu tar-riżorsi proprji. |
(5) |
Il-QFP jenħtieġ li ma jqisx elementi tal-baġit iffinanzjati mid-dħul assenjat fis-sens tar-Regolament Finanzjarju. |
(6) |
Il-QFP jenħtieġ li jiġi stabbilit bil-prezzijiet tal-2018. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll ir-regoli għall-aġġustamenti tekniċi annwali tal-QFP biex jiġu kkalkulati mill-ġdid il-limiti massimi u l-marġnijiet disponibbli. |
(7) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għal sitwazzjonijiet oħra li jistgħu jitolbu aġġustament tal-QFP. Tali aġġustamenti jistgħu jkunu relatati mal-adozzjoni tard ta' regoli jew programmi ġodda b'ġestjoni kondiviża, ma' miżuri marbuta mal-governanza ekonomika tajba jew ma' miżuri adottati skont ir-Rgolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni. Jenħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti regoli għal mekkaniżmu għal aġġustament speċifiku tal-programm. |
(8) |
Jenħtieġ li tiġi implimentata flessibbiltà speċifika u dik massima possibbli biex l-Unjoni tkun tista' tissodisfa l-obbligi tagħha f'konformità mal-Artikolu 323 TFUE. |
(9) |
L-istrumenti speċjali tematiċi li ġejjin huma meħtieġa biex jippermettu lill-Unjoni tirreaġixxi għal ċirkostanzi jew konsegwenzi speċifiċi mhux previsti u b'hekk il-proċedura baġitarja tkun tista' taħdem mingħajr diffikultà: il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, ir-Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza u r-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit. Ir-Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza mhijiex immirata biex tindirizza l-konsegwenzi tal-kriżijiet relatati mas-suq li jaffettwaw il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni agrikola. |
(10) |
L-istrumenti speċjali mhux tematiċi li ġejjin huma meħtieġa sabiex tkompli tissaħħaħ il-flessibbiltà: l-Istrument ta' Marġini Uniku u l-Istrument ta' Flessibbiltà. L-Istrument ta' Marġini Uniku jenħtieġ li jippermetti t-trasferiment ta' marġnijiet disponibbli taħt il-limiti massimi għal approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament rispettivament bejn is-snin finanzjarji u, fil-każ ta' approprjazzjonijiet ta' impenn, bejn l-intestaturi tal-QFP, mingħajr ma jinqabżu l-ammonti totali tal-limiti massimi tal-QFP għal approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għall-perijodu sħiħ tal-QFP. L-Istrument ta' Flessibbiltà jenħtieġ li jippermetti l-finanzjament ta' nefqa speċifika mhux prevista għal sena finanzjarja partikolari. |
(11) |
Jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjonijiet speċifiċi għall-possibbiltà li jiddaħħlu fil-baġit approprjazzjonijiet ta' impenn u approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu magħhom, lil hinn mil-limiti massimi stabbiliti fil-QFP, fejn ikun meħtieġ li jintużaw strumenti speċjali. |
(12) |
Jeħtieġ li tiġi stipulata reviżjoni tal-QFP f'każ ta' reviżjoni tat-Trattati b'implikazzjonijiet għall-baġit, jew tar-riunifikazzjoni ta' Ċipru jew tat-tkabbir tal-Unjoni, kif ukoll fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-baġit. |
(13) |
Jista' jkun meħtieġ ukoll li dan ir-Regolament jiġi rivedut fil-każ ta' ċirkostanzi mhux previsti li ma jkunux jistgħu jiġu ttrattati fi ħdan il-limiti stabbiliti fil-QFP. Għalhekk, jeħtieġ li jkun hemm dispożizzjoni għar-reviżjoni tal-QFP f'każijiet bħal dawn. |
(14) |
Huma meħtieġa wkoll regoli speċifiċi sabiex jiġu ttrattati proġetti kbar li l-ħajja tagħhom tmur sostanzjalment lil hinn mill-perijodu stabbilit għall-QFP. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti ammonti massimi għall-kontribuzzjonijiet mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għal dawk il-proġetti biex b'hekk jiġi żgurat li ma jkollhom l-ebda impatt fuq proġetti oħra ffinanzjati minn dak il-baġit. |
(15) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ġenerali dwar kooperazzjoni interistituzzjonali fil-proċedura baġitarja, filwaqt li jiġu rispettati s-setgħat baġitarji tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ('l-istituzzjonijiet') kif stabbilit fit-Trattati kif ukoll ir-rekwiżiti ta' trasparenza. |
(16) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta proposta għall-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid qabel l-1 ta' Lulju 2025, sabiex l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jadottawha kmieni biżżejjed qabel jibda l-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss. F'konformità mal-Artikolu 312(4) TFUE, il-limiti massimi li jikkorrispondu mal-aħħar sena tal-QFP stabbilita f'dan ir-Regolament iridu jkomplu japplikaw fil-każ li qafas finanzjarju pluriennali ġdid ma jiġix adottat qabel tmiem it-terminu tal-QFP stabbilit f'dan ir-Regolament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Qafas finanzjarju pluriennali
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (QFP).
Artikolu 2
Konformità mal-limiti massimi tal-QFP
1. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ('l-istituzzjonijiet') għandhom, waqt kull proċedura baġitarja u meta jiġi implimentat il-baġit għas-sena kkonċernata, jikkonformaw mal-limiti massimi tan-nefqa annwali stabbiliti fl-Anness I ("il-limiti massimi tal-QFP").
Is-sublimitu għall-intestatura 3, kif stabbilit fl-Anness I, huwa stabbilit mingħajr preġudizzju għall-flessibbiltà bejn iż-żewġ pilastri tal-Politika Agrikola Komuni (PAK). Il-limitu massimu aġġustat li jiġi applikat għall-pilastru I tal-PAK wara t-trasferimenti bejn il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-pagamenti diretti għandu jiġi stabbilit fl-att legali rilevanti u l-QFP għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ skont l-aġġustament tekniku previst fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.
2. Fejn ikun meħtieġ li jintużaw ir-riżorsi mill-istrumenti speċjali previsti fl-Artikoli 8, 9, 10 u 12, l-approprjazzjonijiet ta' impenn u approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu magħhom għandhom jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mil-limiti massimi rilevanti tal-QFP.
Fejn ikun meħtieġ li jintużaw ir-riżorsi mill-Istrument ta' Marġini Uniku kif stabbilit fl-Artikolu 11, l-approprjazzjonijiet ta' impenn u approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu magħhom għandhom jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mil-limiti massimi rilevanti tal-QFP għal sena partikolari.
3. Fejn ikun meħtieġ li tiġi mobilizzata garanzija għall-assistenza finanzjarja lill-Istati Membri awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 220(1) tar-Regolament Finanzjarju, l-ammont neċessarju għandu jiġi mobilizzat lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP.
Artikolu 3
Rispett tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji
1. Għal kull waħda mis-snin koperti mill-QFP, l-approprjazzjonijiet totali ta' pagament meħtieġa, wara li jsir l-aġġustament annwali u wara li jitqiesu kwalunkwe aġġustament jew reviżjoni oħra, kif ukoll l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(2) u (3), ma għandhomx ikunu tali li jipproduċu rata ta' ġbir tar-riżorsi proprji li taqbeż il-limitu massimu tar-riżorsi proprji stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ li ġiet adottata f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 311 TFUE ('id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji').
2. Fejn ikun meħtieġ, il-limiti massimi tal-QFP għandhom jitbaxxew sabiex tiġi żgurata konformità mal-limitu massimu tar-riżorsi proprji stabbilit fid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji.
KAPITOLU 2
AĠĠUSTAMENTI GĦALL-QFP
Artikolu 4
Aġġustamenti tekniċi
1. Kull sena l-Kummissjoni, qabel il-proċedura baġitarja għas-sena n+1, għandha tagħmel l-aġġustamenti tekniċi li ġejjin fil-QFP:
(a) |
valutazzjoni mill-ġdid, skont il-prezzijiet tas-sena n+1, tal-limiti massimi u tal-figuri globali għall-approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll għall-approprjazzjonijiet ta' pagament; |
(b) |
kalkolu tal-marġini disponibbli taħt il-limitu massimu tar-riżorsi proprji stabbilit fid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji; |
(c) |
kalkolu tal-ammont ta' approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli taħt l-Istrument ta' Marġini Uniku kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1), kif ukoll tal-ammont massimu totali msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2); |
(d) |
kalkolu tal-aġġustament tal-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta' pagament taħt l-Istrument ta' Marġini Uniku kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1), kif ukoll tal-ammont massimu msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2); |
(e) |
kalkolu tal-allokazzjonijiet addizzjonali għal programmi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(1) u r-riżultat tal-aġġustament annwali msemmi fl-Artikolu 5(2). |
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-aġġustamenti tekniċi msemmija fil-paragrafu 1 fuq il-bażi ta' deflatur fiss ta' 2 % fis-sena.
3. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-riżultati tal-aġġustamenti tekniċi msemmija fil-paragrafu 1 u l-previżjonijiet ekonomiċi li fuqhom ikunu bbażati.
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 6 u 7, l-ebda aġġustament tekniku ieħor ma għandu jsir fir-rigward tas-sena inkwistjoni, la matul is-sena u lanqas bħala korrezzjonijiet ex post fis-snin sussegwenti.
Artikolu 5
Aġġustament speċifiku għall-programm
1. Ammont ekwivalenti għad-dħul minn multi imposti skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (3) u (KE) Nru 139/2004 (4) mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, li jiddaħħal fil-baġit tas-sena n-1 f'konformità mal-Artikolu 107 tar-Regolament Finanzjarju, wara li jitnaqqas l-ammont għas-sena n-1 imsemmi fl-Artikolu 141(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (5), għandu jkun disponibbli għal allokazzjoni addizzjonali ta':
(a) |
approprjazzjonijiet ta' impenn għas-sena n+1, li jibdew għas-sena 2022 u li jintemmu fl-2027, għall-programmi elenkati fl-Anness II, f'konformità mal-perċentwali stabbiliti għal dawk il-programmi fil-kolonna "Koeffiċjent tal-allokazzjoni" tat-tabella fl-Anness II; u |
(b) |
approprjazzjonijiet ta' pagament għas-sena n+1, li jibdew għas-sena 2022 u li jintemmu fl-2027. |
L-ammont totali ta' allokazzjonijiet addizzjonali għall-perijodu 2022 sa 2027 għal approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament rispettivament għandu jkun EUR 11 000 miljun (fi prezzijiet tal-2018). Għal kull sena mill-2022 sal-2026, l-ammont annwali ta' allokazzjonijiet addizzjonali għal approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament rispettivament għandu jkun mill-inqas EUR 1 500 miljun (fi prezzijiet tal-2018) u m'għandux jaqbeż l-EUR 2 000 miljun (fi prezzijiet tal-2018).
L-ammont totali ta' allokazzjonijiet addizzjonali għal approprjazzjonijiet ta' impenn għall-programmi fil-perijodu 2022 sa 2027 huwa stabbilit fil-kolonna "Allokazzjoni addizzjonali totali ta' approprjazzjonijiet ta' impenn taħt l-Artikolu 5" tat-tabella fl-Anness II.
2. Il-limiti massimi għal approprjazzjonijiet ta' impenn tal-intestaturi rilevanti għas-sena n+1, li jibdew għas-sena 2022 u li jintemmu fl-2027, għandhom jiġu aġġustati 'l fuq bl-ammonti li jikkorrispondu mal-allokazzjonijiet addizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 1, f'konformità mal-perċentwali stabbiliti għal dawk l-intestaturi fil-kolonna "Koeffiċjent tad-distribuzzjoni" tat-tabella fl-Anness II. Il-limitu massimu għal approprjazzjonijiet ta' pagament għas-sena n+1, li jibdew għas-sena 2022 u li jintemmu fl-2027, għandhom jiġu awtomatikament aġġustati 'l fuq bl-ammonti li jikkorrispondu mal-allokazzjonijiet addizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 1.
Artikolu 6
Aġġustamenti relatati ma' miżuri marbuta mal-governanza ekonomika tajba jew ma' reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni
1. Fil-każ tat-tneħħija ta' sospensjoni ta' impenji baġitarji dwar fondi tal-Unjoni f'konformità mal-atti bażiċi rilevanti fil-kuntest ta' miżuri marbuta ma' governanza ekonomika tajba jew ma' miżuri adottati skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni, l-ammonti li jikkorrispondu mal-impenji sospiżi għandhom jiġu ttrasferiti għas-snin ta' wara u l-limiti massimi tal-QFP li jikkorrispondu magħhom għandhom jiġu aġġustati skont dan.
2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-riżultat ta' kwalunkwe aġġustament tekniku skont il-paragrafu 1.
3. L-impenji sospiżi tas-sena n ma jistgħux jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni lilhinn mis-sena n+2.
Artikolu 7
Aġġustament wara regoli jew programmi ġodda b'ġestjoni kondiviża
1. Fil-każ tal-adozzjoni wara l-1 ta' Jannar 2021 ta' regoli jew programmi ġodda b'ġestjoni kondiviża għall-Fondi Strutturali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi taħt il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-ammonti li jikkorrispondu għall-allokazzjonijiet mhux użati fl-2021 għandhom jiġu trasferiti fi proporzjonijiet indaqs għal kull sena mill-2022 sal-2025, u l-limiti massimi korrispondenti tal-QFP għandhom jiġu aġġustati skont dan.
2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-riżultat ta' kwalunkwe aġġustament tekniku skont il-paragrafu 1.
KAPITOLU 3
STRUMENTI SPEĊJALI
TAQSIMA 1
Strumenti speċjali tematiċi
Artikolu 8
Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
1. Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, li l-objettivi u l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu huma stabbiliti fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, ma għandux jaqbeż ammont annwali massimu ta' EUR 186 miljun (fi prezzijiet tal-2018).
2. L-approprjazzjonijiet għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandhom jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni bħala dispożizzjoni.
Artikolu 9
Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza
1. Ir-Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza tista' tintuża biex jiġu ffinanzjati:
(a) |
assistenza biex jingħata rispons għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jirriżultaw minn diżastri kbar li huma koperti mill-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, li l-objettivi u l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 (6); u |
(b) |
risponsi rapidi għal ħtiġijiet speċifiċi ta' emerġenza fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi wara avvenimenti li ma setgħux ikunu previsti meta ġie stabbilit il-baġit, b'mod partikolari għal operazzjonijiet ta' rispons u ta' appoġġ ta' emerġenza wara diżastri naturali mhux koperti mill-punt (a), diżastri kkawżati mill-bniedem, kriżijiet umanitarji f'każijiet ta' theddid għas-saħħa pubblika, theddid veterinarju jew theddid fitosanitarju fuq skala kbira, kif ukoll f'sitwazzjonijiet ta' pressjoni partikolari fil-fruntieri esterni tal-Unjoni li tirriżulta mill-flussi migratorji, fejn iċ-ċirkostanzi jkunu jitolbu dan. |
2. Ir-Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza ma għandhiex taqbeż ammont annwali massimu ta' EUR 1 200 miljun (fi prezzijiet tal-2018). Kwalunkwe porzjon tal-ammont annwali mhux użat fis-sena n jista' jintuża sas-sena n+1. Il-porzjon tal-ammont annwali li jirriżulta mis-sena preċedenti għandu jiddaħħal l-ewwel. Kwalunkwe porzjon tal-ammont annwali mis-sena n li ma jintużax fis-sena n+1 għandu jiskadi.
3. L-approprjazzjonijiet għar-Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza għandhom jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni bħala dispożizzjoni.
4. Fl-1 ta' Ottubru ta' kull sena, mill-inqas kwart mill-ammont annwali msemmi fil-paragrafu 2 għandu jibqa' disponibbli biex ikopri ħtiġijiet li jinqalgħu sa tmiem dik is-sena.
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, jistgħu jiġu mobilizzati l-perċentwali massimi li ġejjin tal-ammont ġenerali disponibbli sal-1 ta' Settembru ta' kull sena:
— |
50 % għal assistenza skont il-punt (a) tal-paragrafu 1; l-ammont li jirriżulta minn dak il-kalkolu għandu jitnaqqas bi kwalunkwe ammont mobilizzat fis-sena preċedenti fl-applikazzjoni tal-paragrafu 5; |
— |
35% għal assistenza lil pajjiżi terzi skont il-punt (b) tal-paragrafu 1; |
— |
15% għal assistenza fl-Unjoni skont il-punt (b) tal-paragrafu 1. |
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, mill-1 ta' Settembru ta' kull sena, il-parti li jifdal mill-ammont disponibbli tista' tintuża għal kwalunkwe assistenza msemmija fit-tieni subparagrafu biex jiġu koperti l-ħtiġijiet li jirriżultaw sa tmiem dik is-sena.
5. F'każijiet eċċezzjonali u jekk ir-riżorsi finanzjarji li jifdal disponibbli fir-Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza ma jkunux biżżejjed sabiex ikopru l-ammonti meqjusa neċessarji għall-assistenza skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 fis-sena meta jkun seħħ diżastru, kif imsemmi f'dak il-punt, il-Kummissjoni tista' tipproponi li d-differenza tiġi ffinanzjata permezz tal-ammonti annwali disponibbli għar-Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza fis-sena ta' wara, sa ammont massimu ta' EUR 400 miljun (fi prezzijiet tal-2018).
Artikolu 10
Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit
1. Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit għandha tipprovdi assistenza biex jingħelbu konsegwenzi mhux previsti u avversi fl-Istati Membri u fis-setturi li huma l-aktar affettwati mill-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-istrument rilevanti u f'konformità magħhom.
2. Ir-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit ma għandhiex taqbeż ammont ta' EUR 5 000 miljun (fi prezzijiet tal-2018).
3. L-approprjazzjonijiet għar-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit għandhom jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni bħala dispożizzjoni.
TAQSIMA 2
Strumenti speċjali mhux tematiċi
Artikolu 11
Strument ta' Marġini Uniku
1. L-Istrument ta' Marġini Uniku għandu jinkludi:
(a) |
mill-2022, ammonti li jikkorrispondu għal marġnijiet li jkunu għadhom disponibbli taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-approprjazzjonijiet ta' impenn tas-sena n-1, li għandhom isiru disponibbli lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP għall-approprjazzjonijiet ta' impenn għas-snin 2022 sa 2027; |
(b) |
mill-2022, ammonti ekwivalenti għad-differenza bejn il-pagamenti mwettqa u l-limitu massimu tal-pagamenti tal-QFP tas-sena n-1 biex jiġi aġġustat 'il fuq il-limitu massimu tal-pagamenti għas-snin 2022 sa 2027; u |
(c) |
ammonti addizzjonali li jistgħu jsiru disponibbli lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP f'sena partikolari għal approprjazzjonijiet ta' impenn jew ta' pagament, jew it-tnejn li huma, skont il-każ, dment li jiġu kkumpensati kollha mal-marġnijiet f'intestatura waħda jew aktar tal-QFP għas-sena finanzjarja attwali jew is-snin finanzjarji futuri fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u jiġu kkumpensati kollha mal-marġnijiet taħt il-limitu massimu tal-pagamenti għas-snin finanzjarji futuri fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' pagament. |
L-ammonti jistgħu jiġu mobilizzati biss taħt il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu jekk l-ammonti disponibbli skont il-punti (a) u (b) ta' dak is-subparagrafu, skont kif ikun applikabbli, ma jkunux suffiċjenti, u fi kwalunkwe każ bħala l-aħħar soluzzjoni bħala rispons għal ċirkostanzi mhux previsti.
Rikors għall-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ma għandux jirriżulta f'sitwazzjoni fejn jinqabżu l-ammonti totali tal-limiti massimi tal-QFP għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għas-sena finanzjarja attwali u s-snin finanzjarji futuri. Għalhekk, kwalunkwe ammont ikkumpensat f'konformità ma' dak il-punt ma għandux jiġi mobbilizzat aktar fil-kuntest tal-QFP.
2. Rikors għall-Istrument ta' Marġini Uniku skont il-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandux jaqbeż, fi kwalunkwe sena partikolari, total ta':
(a) |
0,04 % tad-dħul nazzjonali gross tal-Unjoni f'approprjazzjonijiet ta' impenn, kif ikkalkulat fl-aġġustament tekniku annwali tal-QFP imsemmi fl-Artikolu 4; |
(b) |
0,03 % tad-dħul nazzjonali gross tal-Unjoni f'approprjazzjonijiet ta' pagament, kif ikkalkulat fl-aġġustament tekniku annwali tal-QFP imsemmi fl-Artikolu 4. |
Rikors għall-Istrument ta' Marġini Uniku fi kwalunkwe sena partikolari għandu jkun konsistenti mal-limiti massimi tar-riżorsi proprji stabbiliti fid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji.
3. L-aġġustamenti annwali msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandhomx jaqbżu l-ammonti massimi li ġejjin (prezzijiet tal-2018) għas-snin 2025 sa 2027 meta mqabbla mal-limitu massimu tal-pagament oriġinali tas-snin rilevanti:
— |
2025 - EUR 8 000 miljun; |
— |
2026 - EUR 13 000 miljun; |
— |
2027 - EUR 15 000 miljun. |
L-ammonti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) għandhom ikunu flimkien mal-ammonti massimi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
Kwalunkwe aġġustament 'il fuq għandu jiġi kkumpensat kollu bi tnaqqis korrispondenti tal-limitu massimu tal-pagamenti għas-sena n-1.
4. L-ammonti msemmija fil-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu mobilizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja prevista fl-Artikolu 314 TFUE biex jippermettu l-finanzjament ta' nefqa li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fil-limiti massimi rilevanti tal-QFP disponibbli f'sena partikolari.
L-aġġustament 'il fuq imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jitwettaq mill-Kummissjoni, li jibda fl-2022, bħala parti mill-aġġustament tekniku msemmi fl-Artikolu 4.
Artikolu 12
Strument ta' Flessibbiltà
1. L-Istrument ta' Flessibbiltà jista' jintuża għall-finanzjament, għal sena finanzjarja partikolari, ta' nefqa speċifika mhux prevista f'approprjazzjonijiet ta' impenn u approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu magħhom li ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-limiti massimi disponibbli ta' intestatura waħda oħra jew aktar. Il-limitu massimu għall-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta' Flessibbiltà għandu jkun ta' EUR 915-il miljun (fi prezzijiet tal-2018).
2. Il-porzjon li ma jintużax tal-ammont annwali tal-Istrument ta' Flessibbiltà jista' jiġi użat sas-sena n+2. Kwalunkwe porzjon tal-ammont annwali li jirriżulta mis-snin ta' qabel għandu jintuża l-ewwel, skont l-età tiegħu. Kwalnukwe porzjon tal-ammont annwali mis-sena n li ma jintużax sas-sena n+2 għandu jiskadi.
KAPITOLU 4
REVIŻJONI TAL-QFP
Artikolu 13
Reviżjoni tal-QFP
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(2) u l-Artikoli 14 sa 17, f'każ ta' ċirkostanzi mhux previsti, il-QFP jista' jiġi rivedut f'konformità mal-limitu massimu tar-riżorsi proprji stabbilit fid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji.
2. Bħala regola ġenerali, kwalunkwe proposta għal reviżjoni tal-QFP f'konformità mal-paragrafu 1 għandha tiġi ppreżentata u adottata qabel il-bidu tal-proċedura baġitarja għas-sena jew l-ewwel sena tas-snin ikkonċernati.
3. Kwalunkwe proposta għal reviżjoni tal-QFP f'konformità mal-paragrafu 1 għandha teżamina l-possibbiltà għar-riallokazzjoni tan-nefqa bejn il-programmi koperti mill-intestatura kkonċernata mir-reviżjoni, b'referenza partikolari għal kwalunkwe nuqqas ta' utilizzazzjoni mistennija tal-approprjazzjonijiet.
4. Kwalunkwe reviżjoni tal-QFP f'konformità mal-paragrafu 1 għandha tqis il-possibbiltà ta' tpaċija għal kwalunkwe żieda fil-limitu massimu għal intestatura waħda permezz tat-tnaqqis tal-limitu massimu għal intestatura oħra.
5. Kwalunkwe reviżjoni tal-QFP f'konformità mal-paragrafu 1 għandha żżomm relazzjoni xierqa bejn l-approprjazzjonijiet ta' impenn u l-approprjazzjonijiet ta' pagament.
Artikolu 14
Reviżjoni relatata mal-implimentazzjoni
Meta tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati tal-aġġustamenti tekniċi għall-QFP, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta kwalunkwe proposta biex jiġu riveduti l-approprjazzjonijiet ta' pagament totali li din tkun tqis neċessarja, fid-dawl tal-implimentazzjoni, biex tiżgura ġestjoni tajba tal-limiti massimi tal-pagamenti annwali, u b'mod partikolari l-progress ordnat tagħhom fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' impenn.
Artikolu 15
Reviżjoni fil-każ ta' reviżjoni tat-Trattati
Fil-każ ta' reviżjoni tat-Trattati b'implikazzjonijiet baġitarji, il-QFP għandu jiġi rivedut kif xieraq.
Artikolu 16
Reviżjoni fil-każ ta' tkabbir tal-Unjoni
Fil-każ ta' adeżjoni jew adeżjonijiet mal-Unjoni, il-QFP għandu jiġi rivedut biex jitqiesu l-ħtiġijiet tan-nefqa li jirriżultaw minn dan.
Artikolu 17
Reviżjoni fil-każ tar-riunifikazzjoni ta' Ċipru
Fil-każ tar-riunifikazzjoni ta' Ċipru, il-QFP għandu jiġi rivedut sabiex jitqies il-ftehim komprensiv dwar il-problema ta' Ċipru u l-ħtiġijiet finanzjarji addizzjonali li jirriżultaw mir-riunifikazzjoni.
KAPITOLU 5
KONTRIBUZZJONI GĦALL-FINANZJAMENT TA' PROĠETTI FUQ SKALA KBIRA
Artikolu 18
Kontribuzzjoni għall-finanzjament ta' proġetti fuq skala kbira
1. Ammont massimu ta' EUR 13 202 miljun (fi prezzijiet tal-2018) għandu jkun disponibbli mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-perjodu 2021 sal-2027 għal proġetti fuq skala kbira skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi il-Programm Spażjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali.
2. Ammont massimu ta' EUR 5 000 miljun (fi prezzijiet tal-2018) għandu jkun disponibbli mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-perjodu 2021 sal-2027 għall-proġett tar-Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER).
KAPITOLU 6
KOOPERAZZJONI INTERISTITUZZJONALI FIL-PROĊEDURA BAĠITARJA
Artikolu 19
Kooperazzjoni interistituzzjonali fil-proċedura baġitarja
1. L-Istituzzjonijiet għandhom jieħdu miżuri biex jiffaċilitaw il-proċedura baġitarja annwali.
2. L-Istituzzjonijiet għandhom jikkooperaw b'rieda tajba matul il-proċedura bil-ħsieb li jirrikonċiljaw il-pożizzjonijiet tagħhom. L-Istituzzjonijiet għandhom, fl-istadji kollha tal-proċedura, jikkooperaw permezz ta' kuntatti interistituzzjonali xierqa sabiex isegwu l-progress tax-xogħol u janalizzaw il-grad ta' konverġenza.
3. L-Istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l-kalendarji tax-xogħol rispettivi tagħhom ikunu kkoordinati kemm jista' jkun sabiex il-proċedimenti jkunu jistgħu jitwettqu b'mod koerenti u konverġenti, u li jwasslu għall-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.
4. Jistgħu jiġu organizzati trilogi f'kull stadju tal-proċedura u f'livelli differenti tar-rappreżentazzjoni, skont in-natura tad-diskussjonijiet mistennija. Kull istituzzjoni, f'konformità mar-regoli ta' proċedura tagħha stess, għandha tiddeżinja l-parteċipanti tagħha għal kull laqgħa, tistabbilixxi l-mandat tagħha għan-negozjati u tinforma lill-istituzzjonijiet l-oħra bl-arranġamenti għal-laqgħat fi żmien adegwat.
Artikolu 20
Unità tal-Baġit
In-nefqa kollha u d-dħul kollu tal-Unjoni u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għandhom jiġu inklużi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament Finanzjarju, inkluż in-nefqa li tirriżulta minn kwalunkwe deċiżjoni rilevanti meħuda b'mod unanimu mill-Kunsill wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, fil-qafas tal-Artikolu 332 TFUE.
KAPITOLU 7
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 21
Tranżizzjoni lejn il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss
Qabel l-1 ta' Lulju 2025, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta għal qafas finanzjarju pluriennali ġdid.
Artikolu 22
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
S. SCHULZE
(1) L-approvazzjoni tas-16 ta’ Diċembru 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġunrnal Uffiċjali).
(2) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1 ).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p.1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta' l-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p.1).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3).
ANNESS I
IL-QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI (UE-27)
(EUR miljun - prezzijiet tal-2018) |
||||||||||
Approprjazzjonijiet ta' impenn |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
Total 2021-2027 |
||
|
19 712 |
19 666 |
19 133 |
18 633 |
18 518 |
18 646 |
18 473 |
132 781 |
||
|
49 741 |
51 101 |
52 194 |
53 954 |
55 182 |
56 787 |
58 809 |
377 768 |
||
|
45 411 |
45 951 |
46 493 |
47 130 |
47 770 |
48 414 |
49 066 |
330 235 |
||
|
4 330 |
5 150 |
5 701 |
6 824 |
7 412 |
8 373 |
9 743 |
47 533 |
||
|
55 242 |
52 214 |
51 489 |
50 617 |
49 719 |
48 932 |
48 161 |
356 374 |
||
li minnhom: Nefqa marbuta mas-suq u pagamenti diretti |
38 564 |
38 115 |
37 604 |
36 983 |
36 373 |
35 772 |
35 183 |
258 594 |
||
|
2 324 |
2 811 |
3 164 |
3 282 |
3 672 |
3 682 |
3 736 |
22 671 |
||
|
1 700 |
1 725 |
1 737 |
1 754 |
1 928 |
2 078 |
2 263 |
13 185 |
||
|
15 309 |
15 522 |
14 789 |
14 056 |
13 323 |
12 592 |
12 828 |
98 419 |
||
|
10 021 |
10 215 |
10 342 |
10 454 |
10 554 |
10 673 |
10 843 |
73 102 |
||
li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet |
7 742 |
7 878 |
7 945 |
7 997 |
8 025 |
8 077 |
8 188 |
55 852 |
||
TOTAL TA' APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN |
154 049 |
153 254 |
152 848 |
152 750 |
152 896 |
153 390 |
155 113 |
1 074 300 |
||
TOTAL TA' APPROPRJAZZJONIJIET TA' PAGAMENT |
156 557 |
154 822 |
149 936 |
149 936 |
149 936 |
149 936 |
149 936 |
1 061 058 |
ANNESS II
AĠĠUSTAMENT SPEĊIFIKU GĦALL-PROGRAMM – LISTA TA' PROGRAMMI, KOEFFIĊJENT TAD-DISTRIBUZZJONI U ALLOKAZZJONI ADDIZZJONALI TOTALI TA' APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN
(f'EUR miljuni, prezzijiet tal-2018) |
||||
|
Koeffiċjent tad-distribuzzjoni |
Allokazzjoni addizzjonali totali ta' approprjazzjonijiet ta' impenn skont l-Artikolu 5 |
||
|
36,36 % |
4 000 |
||
Orizzont Ewropa |
27,27 % |
3 000 |
||
Fond InvestEU |
9,09 % |
1 000 |
||
|
54,55 % |
6 000 |
||
Programm l-UE għas-Saħħa |
26,37 % |
2 900 |
||
Erasmus+ |
15,46 % |
1 700 |
||
Ewropa Kreattiva |
5,45 % |
600 |
||
Drittijiet u Valuri |
7,27 % |
800 |
||
|
9,09 % |
1 000 |
||
Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri |
9,09 % |
1 000 |
||
TOTAL |
100,00 % |
11 000 |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
22.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 433/23 |
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/2094
tal-14 ta’ Diċembru 2020
li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropeagħall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 122 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Sabiex jitrażżan it-tixrid tal-COVID-19, li fil-11 ta’ Marzu 2020 ġiet iddikjarata pandemija mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, l-Istati Membri adottaw ġabra ta’ miżuri bla preċedent. |
(2) |
Il-miżuri bla preċedent, meħuda b’rispons għas-sitwazzjoni eċċezzjonali ikkawżati mill- COVID-19, li tmur lil hinn mill-kontroll tal-Istati Membri, ikkawżaw xkiel sinifikanti għall-attività ekonomika li jirriflettu fi tnaqqis qawwi fil-prodott domestiku gross u f’impatt sinifikanti fuq l-impjiegi, il-kundizzjonijiet soċjali, il-faqar u l-inugwaljanzi. B’mod partikolari, dawn il-miżuri xekklu l-ktajjen ta’ provvista u l-produzzjoni u kkawżaw assenzi mill-post tax-xogħol. Barra minn hekk, l-għoti ta’ ħafna servizzi sar diffiċli ħafna jew impossibbli. Fl-istess ħin, id-domanda tal-konsumaturi naqset. Ħafna negozji qed jesperjenzaw nuqqas ta’ likwidità, u s-solvenza tagħhom tinsab f’riskju, filwaqt li s-swieq finanzjarji huma volatili ħafna. Setturi ewlenin bħall-ivvjaġġar u t-turiżmu huma partikularment milquta b’mod qawwi. B’mod aktar ġenerali, dawk il-miżuri diġà wasslu jew ser iwasslu biex is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ ħafna negozji fl-Unjoni tmur ferm għall-agħar. |
(3) |
Il-kriżi kkawżata mill- COVID-19 infirxet malajr fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi. Għall-2020 hija prevista kontrazzjoni qawwija tat-tkabbir fl-Unjoni. Hemm ir-riskju li l-irkupru ser ivarja ħafna fl-Istati Membri differenti, u b’hekk ser tiżdied id-diverġenza bejn l-ekonomiji nazzjonali. L-abbiltajiet fiskali differenti tal-Istati Membri li jipprovdu appoġġ finanzjarju fejn ikun meħtieġ l-iktar għall-irkupru u d-diverġenza fil-miżuri tal-Istati Membri jipperikolaw is-suq uniku kif ukoll il-koeżjoni soċjali u territorjali. |
(4) |
Hija meħtieġa ġabra komprensiva ta’ miżuri għall-irkupru ekonomiku. Dik il-ġabra ta’ miżuri tirrikjedi ammonti sostanzjali ta’ investiment pubbliku u privat biex l-Unjoni taqbad sew fit-triq it-tajba lejn irkupru sostenibbli u reżiljenti, toħloq impjiegi ta’ kwalità għolja, tappoġġa l-inklużjoni soċjali u ssewwi l-ħsara immedjata kkawżata mill-kriżi tal-COVID-19, filwaqt li jiġu appoġġati l-prijoritajiet ekoloġiċi u diġitali tal-Unjoni. |
(5) |
Is-sitwazzjoni eċċezzjonali kkawżata mill-COVID-19, li tmur lil hinn mill-kontroll tal-Istati Membri, titlob approċċ koerenti u unifikat fil-livell tal-Unjoni. Sabiex l-ekonomija, l-impjiegi u l-koeżjoni soċjali ma jibqgħux sejrin għall-agħar u biex tingħata spinta lill-irkupru sostenibbli u reżiljenti tal-attività ekonomika, jenħtieġ li jiġi stabbilit programm eċċezzjonali u kkoordinat ta’ appoġġ ekonomiku u soċjali, fl-ispirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari għal dawk l-Istati Membri li ntlaqtu b’mod partikularment qawwi. |
(6) |
Billi dan ir-Regolament huwa rispons eċċezzjonali għal ċirkostanzi temporanji iżda estremi, jenħtieġ li l-appoġġ skont dan ir-Regolament ikun magħmul disponibbli biss bl-iskop li jiġu indirizzati l-konsegwenzi ekonomiċi avversi tal-kriżi tal-COVID-19 jew il-bżonnijiet immedjati ta’ finanzjament biex jiġi evitat li l-kriżi tal-COVID-19 tfeġġ mill-ġdid. |
(7) |
Jenħtieġ li l-appoġġ skont l-istrument stabbilit permezz ta’ dan ir-Regolament (l-Istrument) jiffoka partikularment fuq miżuri biex jiġu restawrati s-swieq tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali kif ukoll is-sistemi tal-kura tas-saħħa, biex tingħata spinta ġdida lill-potenzjal għat-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni fost l-Istati Membri u tiġi appoġġata t-tranżizzjoni tagħhom lejn ekonomija ekoloġika u diġitali, biex jingħata appoġġ lin-negozji milqutin mill-impatt tal-kriżi tal-COVID-19, partikularment l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll appoġġ għall-investiment f’ attivitajiet li huma essenzjali għat-tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli fl-Unjoni inkluż investiment finanzjarju dirett f’intrapriżi, miżuri għar-riċerka u l-innovazzjoni b’rispons għall-kriżi tal-COVID-19, għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-livell tal-Unjoni biex tittejjeb it-tħejjija għal kriżijiet futuri, għat-tkomplija tal-isforzi biex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija b’impatt newtrali fuq il-klima, u appoġġ għall-agrikoltura u l-iżvilupp f’żoni rurali fl-indirizzar tal-impatt tal-kriżi tal-COVID-19. |
(8) |
Sabiex ikun żgurat irkupru sostenibbli u reżiljenti fl-Unjoni kollha u biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-appoġġ ekonomiku, iridu jintużaw il-mekkaniżmi stabbiliti tal-infiq permezz tal-programmi tal-Unjoni skont il-qafas finanzjarju pluriennali. L-appoġġ fil-qafas ta’ dawn il-programmi jrid jiġi pprovdut fil-forma ta’ appoġġ li ma jitħallasx lura, self, u proviżjonament għal garanziji baġitarji. Jenħtieġ li l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji tkun tirrifletti l-punt sa fejn dawk il-programmi huma kapaċi jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Istrument. Il-kontribuzzjonijiet għal dawk il-programmi taħt l-Istrument jenħtieġ li jkunu soġġetti għal konformità stretta mal-objettivi tal-Istrument, li jkunu marbuta mal-appoġġ għall-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19. |
(9) |
Fid-dawl tan-natura tal-miżuri li għandhom jiġu ffinanzjati, jenħtieġ li parti mill-ammonti disponibbli taħt l-Istrument tintuża għal self lill-Istati Membri, filwaqt li l-parti l-oħra tal-ammonti jenħtieġ li tikkostitwixxi dħul assenjat estern għall-fini tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (ir-“Regolament Finanzjarju”) u jenħtieġ li tintuża għal appoġġ li ma jitħallasx lura, appoġġ permezz ta’ strumenti finanzjarji jew il-proviżjonament għal garanziji baġitarji u n-nefqa relatata mill-Unjoni. Għal dak il-għan, bħala parti mill-miżuri meħtieġa skont dan ir-Regolament, huwa xieraq li l-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju jkun jista’ jinkludi li tiġi assenjata skont dan ir-Regolament, bħala att bażiku, parti mid-dħul previst taħt l-għoti eċċezzjonali u temporanju tal-awtorizzazzjoni prevista fid-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom (2) (“id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji”). |
(10) |
Filwaqt li l-punt (c) tal-Artikolu 12(4) u l-Artikolu 14(3) tar-Regolament Finanzjarju japplikaw għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament magħmula disponibbli b’rabta mad-dħul assenjat estern skont dan ir-Regolament, fid-dawl tal-limiti ta’ żmien stabbiliti għat-tipi differenti ta’ appoġġ, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jirriżultaw minn dak id-dħul assenjat estern jenħtieġ li ma jiġux awtomatikament trasferiti lil hinn mid-dati finali rispettivi, ħlief għal approprjazzjonijiet ta’ impenn meħtieġa għall-assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-Istrument. |
(11) |
Jenħtieġ li l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-appoġġ li ma jitħallasx lura jkunu magħmula disponibbli awtomatikament sal-ammont awtorizzat. Jenħtieġ li l-likwidità tiġi ġestita b’mod effettiv, biex il-fondi jinġabru biss meta jkun meħtieġ li l-impenji legali jiġu onorati permezz ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament korrispondenti. |
(12) |
Minħabba l-importanza li l-ammonti jintużaw fl-ewwel snin tal-implimentazzjoni tal-Istrument, ikun xieraq li jiġi rieżaminat il-progress li jkun inkiseb fl-implimentazzjoni tal-Istrument u l-użu tal-appoġġ allokat f’konformità ma’ dan ir-Regolament. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li -Kummissjoni tħejji rapport sal-31 ta’ Ottubru 2022. |
(13) |
L-Artikolu 135(2) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3) (il-Ftehim dwar il-Ħruġ) jipprevedi li l-emendi tad-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom li jiġu adottati fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim dwar il-Ħruġ jew warajha ma għandhomx japplikaw għar-Renju Unit sa fejn dawk l-emendi jkollhom impatt fuq l-obbligi finanzjarji tar-Renju Unit. L-appoġġ skont dan ir-Regolament u ż-żieda korrispondenti tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji tal-Unjoni jkollhom impatt fuq l-obbligi finanzjarji tar-Renju Unit. L-Artikolu 143(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jillimita r-responsabbiltà tar-Renju Unit għas-sehem tiegħu tal-obbligazzjonijiet finanzjarji kontinġenti tal-Unjoni għal dawk l-obbligazzjonijiet finanzjarji kontinġenti tal-Unjoni li jirriżultaw mill-operazzjonijiet finanzjarji li l-Unjoni tkun ħadet qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Kull obbligazzjoni finanzjarja kontinġenti tal-Unjoni li tirriżulta mill-appoġġ skont dan ir-Regolament tkun sussegwenti għad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għar-Renju Unit u fih, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Sabiex jiġi appoġġat l-irkupru wara l-kriżi tal--COVID-19, dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (“l-Istrument”).
2. L-appoġġ skont l-istrument għandu b’mod partikolari jiffinanzja l-miżuri li ġejjin biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi ekonomiċi avversi tal-kriżi tal-COVID-19 jew il-ħtiġijiet immedjati ta’ finanzjament biex tiġi evitata li terġa’ tfeġġ dik il-kriżi:
(a) |
miżuri biex jiġu restawrati l-impjiegi u l-ħolqien tal-impjiegi; |
(b) |
miżuri fil-forma ta’ riformi u investimenti li jagħtu spinta ġdida lill-potenzjal għat-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni fost l-Istati Membri u tiżdied ir-reżiljenza tagħhom; |
(c) |
miżuri għal negozji milqutin mill-impatt ekonomiku tal-kriżi tal-COVID-19, b’mod partikolari miżuri li minnhom jibbenefikaw intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll appoġġ għal investiment f’attivitajiet li huma essenzjali għat-tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli fl-Unjoni inkluż investiment finanzjarju dirett f’intrapriżi; |
(d) |
miżuri għar-riċerka u l-innovazzjoni b’rispons għall-kriżi tal-COVID-19; |
(e) |
miżuri biex jiżdied il-livell ta’ tħejjija tal-Unjoni għal kriżijiet u biex ikun possibbli rispons rapidu u effettiv tal-Unjoni f’każ ta’ emerġenzi kbar, inkluż miżuri bħall-kumulazzjoni ta’ riżerva ta’ provvisti u tagħmir mediku essenzjali u l-akkwist tal-infrastrutturi meħtieġa għar-rispons rapidu għall-kriżijiet; |
(f) |
miżuri biex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija b’impatt newtrali fuq il-klima ma tiġix ipperikolata mill-kriżi tal-COVID-19; |
(g) |
miżuri li jindirizzaw l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 fuq l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali. |
3. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitwettqu skont programmi speċifiċi tal-Unjoni u f’konformità mal-atti rilevanti tal-Unjoni li jistabbilixxu r-regoli għal dawk il-programmi filwaqt li jiġu rispettati bis-sħiħ l-objettivi tal-Istrument. Dawk il-miżuri għandhom jinkludu assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tagħhom.
Artikolu 2
Finanzjament tal-Istrument u allokazzjoni tal-fondi
1. L-Istrument għandu jiġi ffinanzjat sa ammont ta’ EUR 750 000 miljun fi prezzijiet tal-2018 fuq il-bażi tal-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji.
Għall-finijiet ta’ implimentazzjoni skont il-programmi speċifiċi tal-Unjoni, l-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi aġġustat abbażi ta’ deflatur fiss ta’ 2 % kull sena. Għal approprjazzjonijiet ta’ impenn dak id-deflatur għandu japplika għall-pagamenti akkont annwali.
2. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi allokat kif ġej:
(a) |
appoġġ sa EUR 384 400 miljun fi prezzijiet tal-2018 fil-forma ta’ appoġġ li ma jitħallasx lura u appoġġ li jitħallas lura permezz ta’ strumenti finanzjarji għandu jiġi allokat kif ġej:
|
(b) |
sa EUR 360 000 miljun fi prezzijiet tal-2018 f’self lill-Istati Membri għal programm li jiffinanzja l-irkupru u r-reżiljenza ekonomika u soċjali permezz ta’ appoġġ għal riformi u għall-investimenti. |
(c) |
sa EUR 5 600 miljun fi prezzijiet tal-2018 għall-proviżjonament għal garanziji baġitarji u n-nefqa relatata għal programmi li jkollhom l-għan li jappoġġaw operazzjonijiet ta’ investiment fil-qasam tal-politiki interni tal-Unjoni. |
Artikolu 3
Regoli għall-implimentazzjoni tal-baġit
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju, EUR 384 400 miljun fi prezzijiet tal-2018, tal-ammont msemmi fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern għall-programmi tal-Unjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament u EUR 5 600 miljun fi prezzijiet tal-2018 ta’ dak l-ammont għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern għall-programmi tal-Unjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament.
2. EUR 360 000 miljun fi prezzijiet tal-2018, tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 2(1), għandhom jintużaw għal self lill-Istati Membri taħt il-programmi tal-Unjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2).
3. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jkopru l-appoġġ għall-programmi tal-Unjoni msemmija fil-punt (a) u (c) tal-Artikolu 2(2) għandhom isiru disponibbli awtomatikament sal-ammonti rispettivi msemmija f’ dawk il-punti mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji li tipprevedi l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament..
4. L-impenji legali li jwasslu għal nefqa għal appoġġ kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2), u fejn xieraq fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2), għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni jew mill-aġenziji eżekuttivi tagħha sal-31 ta’ Diċembru 2023. L-impenji legali b’ammont ta’ mill-inqas 60 % tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2) għandhom jittieħdu sal-31 ta’ Diċembru 2022.
5. Id-deċiżjonijiet dwar l-għoti tas-self imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2) għandhom jiġu adottati sal-31 ta’ Diċembru 2023.
6. Il-garanziji baġitarji tal-Unjoni sa ammont li, f’konformità mar-rata ta’ proviżjonament rilevanti stipulata fl-atti bażiċi rispettivi, jikkorrispondi għall-proviżjonament għall-garanziji baġitarji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2), skont il-profili tar-riskju tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment appoġġati, għandhom jingħataw biss għall-appoġġ tal-operazzjonijiet li jkunu ġew approvati mill-kontropartijiet sal-31 ta’ Diċembru 2023. Il-ftehimiet ta’ garanziji baġitarji rispettivi għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li jirrikjedu li l-operazzjonijiet finanzjarji li jikkorrispondu għal mill-inqas 60 % tal-ammont ta’ dawk il-garanziji baġitarji jiġu approvati mill-kontropartijiet sal-31 ta’ Diċembru 2022. Fejn il-proviżjonament għal garanziji baġitarji jintuża għal appoġġ li ma jitħallasx lura b’rabta mal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2), l-impenji legali relatati għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2023.
7. Il-paragrafi 4 sa 6 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-assistenza teknika u amministrattiva msemmija fl-Artikolu 1(3).
8. L-ispejjeż mill-assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Istrument, bħall-attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditu u ta’ evalwazzjoni, inkluż is-sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni.
9. Il-pagamenti relatati mal-impenji legali li jittieħdu, id-deċiżjonijiet adottati u d-dispożizzjonijiet rigward l operazzjonijiet finanzjarji approvati f’konformità mal-paragrafi 4 sa 6 ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru sal-31 ta’ Diċembru 2026, bl-eċċezzjoni tal-assistenza teknika u amministrattiva msemmija fl-Artikolu 1(3) u ta’ każijiet fejn, bħala eċċezzjoni, minkejja li jkun ittieħed l-impenn legali, tkun ġiet adottata d-deċiżjoni jew tkun ġiet approvata l-operazzjoni, b’termini konformi mal-iskadenza applikabbli skont dan il-paragrafu, ikunu meħtieġa pagamenti wara l-2026 biex l-Unjoni tkun tista’ tonora l-obbligi tagħha lejn partijiet terzi, inkluż bħala riżultat ta’ sentenza definittiva kontra l-Unjoni.
Artikolu 4
Rappurtar
Sal-31 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill dwar il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-Istrument u l-użu tal-fondi allokati f’konformità mal-Artikolu 2(2).
Artikolu 5
Applikabbiltà
1. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għar-Renju Unit u fih.
2. Ir-referenzi għall-“Istati Membri” f’dan ir-Regolament għandhom jinftiehmu li ma jinkludux lir-Renju Unit.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r- Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (2014/335/UE, Euratom) (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105).
FTEHIMIET INTERISTITUZZJONALI
22.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 433/28 |
FTEHIM INTERISTITUZZJONALI BEJN IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI EWROPEA DWAR DIXXIPLINA BAĠITARJA, DWAR KOOPERAZZJONI F’MATERJI BAĠITARJI U DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA, KIF UKOLL DWAR RIŻORSI PROPRJI ĠODDA, INKLUŻ PJAN DIREZZJONALI LEJN L-INTRODUZZJONI TA’ RIŻORSI PROPRJI ĠODDA
FTEHIM INTERISTITUZZJONALI
tas-16 ta’ Diċembru 2020
bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda
IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI EWROPEA,
minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Istituzzjonijiet”,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 295 tiegħu,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
1. |
L-għan ta’ dan il-Ftehim huwa li tiġi implimentata dixxiplina baġitarja, li jittejjeb il-funzjonament tal-proċedura baġitarja annwali u l-kooperazzjoni bejn l-Istituzzjonijiet dwar kwistjonijiet baġitarji kif ukoll li jiżgura ġestjoni finanzjarja tajba, u li jimplimenta kooperazzjoni u jistabbilixxi pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni, matul il-perijodu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 (‘QFP 2021-2027’), ta’ riżorsi proprji ġodda li jkunu biżżejjed biex ikopru l-ħlas lura tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 (1) (“ir-Regolament EURI”). |
2. |
Id-dixxiplina baġitarja kif imsemmija f’dan il-Ftehim tkopri n-nefqa kollha. Dan il-Ftehim huwa vinkolanti fuq l-Istituzzjonijiet sakemm jibqa’ fis-seħħ. L-Annessi għal dan il-Ftehim jifformaw parti integrali minnu. |
3. |
Dan il-Ftehim ma jibdilx is-setgħat baġitarji u leġiżlattivi rispettivi tal-Istituzzjonijiet kif stipulati fit-Trattati, fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (2) (“ir-Regolament dwar il-QFP”), fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (“ir-Regolament Finanzjarju”) u fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053. (4) (“id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji”), u huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-parlamenti nazzjonali fir-rigward tar-riżorsi proprji. |
4. |
Kwalunkwe emenda għal dan il-Ftehim tirrikjedi l-qbil komuni tal-Istituzzjonijiet. |
5. |
Dan il-Ftehim jinqasam f’erba’ partijiet:
|
6. |
Dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Diċembru 2020 u jissostitwixxi l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (5). |
PARTI I
QFP U STRUMENTI SPEĊJALI
A. DISPOŻIZZJONIJIET RELATATI MAL-QFP
7. |
L-Istituzzjonijiet għandhom, għall-finijiet ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, jiżguraw, sa fejn ikun possibbli matul il-proċedura baġitarja u fiż-żmien tal-adozzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jkun fadal biżżejjed marġni disponibbli taħt il-livelli massimi għad-diversi intestaturi tal-QFP, ħlief għas-sottointestatura “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”. |
Aġġornament tal-previżjonijiet għal approprjazzjonijiet ta’ pagament
8. |
Kull sena, il-Kummissjoni għandha taġġorna il-previżjonijiet għal approprjazzjonijiet ta’ pagament mill-inqas għall-perijodu sal-2027. Dak l-aġġornament għandu jqis l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż l-implimentazzjoni reali ta’ approprjazzjonijiet baġitarji għal impenji u approprjazzjonijiet baġitarji għal pagamenti, kif ukoll il-previżjonijiet tal-implimentazzjoni. Għandu jqis ukoll ir-regoli mfassla biex jiżguraw li l-approprjazzjonijiet ta’ pagament jiżviluppaw b’mod ordnat meta mqabbla mal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mal-previżjoni tat-tkabbir tad-dħul nazzjonali gross tal-Unjoni (DNG). |
B. DISPOŻIZZJONIJIET RELATATI MAL-ISTRUMENTI SPEĊJALI TEMATIĊI U MHUX TEMATIĊI
Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
9. |
Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-immobilizzar tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni kif stabbilit fl-att bażiku rilevanti, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta biex timmobilizzah, u d-deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandha tittieħed b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.
Fl-istess żmien li tressaq il-proposta tagħha għal deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal trasferiment għal-linji baġitarji rilevanti. It-trasferimenti relatati mal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandhom isiru f’konformità mar-Regolament Finanzjarju. |
Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna f’Emerġenza
10. |
Fejn il-Kummissjoni tqis li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tar- Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna f’Emerġenza, għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal trasferiment minn dik ir-Riżerva għal-linji baġitarji korrispondenti f’konformità mar-Regolament Finanzjarju.
Id-deċiżjoni biex jiġu mobilizzati ammonti skont il-punt (a) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament dwar il-QFP għandha tittieħed b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni, f’konformità mal-att bażiku rilevanti. Qabel ma tagħmel kwalunkwe proposta għal trasferiment mir-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna f’Emerġenza għall-assistenza skont il-punt (b) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament dwar il-QFP, il-Kummissjoni għandha teżamina l-ambitu għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet. |
Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit
11. |
Fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit li jinsabu fl-istrument rilevanti, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal trasferiment għal-linji baġitarji rilevanti.
It-trasferimenti relatati mar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit għandhom isiru f’konformità mar-Regolament Finanzjarju. |
Strument ta’ Marġini Uniku
12. |
Il-Kummissjoni tista’ tipproponi li timmobilizza l-ammonti li jkunu ekwivalenti għall-marġnijiet kollha, jew għal parti minnhom, imsemmija fil-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament dwar il-QFP, b’rabta ma’ abbozz ta’ baġit jew abbozz ta’ baġit emendatorju. Il-mobilizzazzjoni ta’ kwalunkwe ammont imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1) ta’ dak ir-Regolament għandha tiġi proposta mill-Kummissjoni wara analiżi bir-reqqa tal-possibiltajiet finazjarji l-oħra kollha.
Dawk l-ammonti jistgħu jiġu mobilizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja stabbilita fl-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni (TFUE). |
Strument ta’ Flessibbiltà
13. |
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità wara li tkun eżaminat il-possibbiltajiet kollha għall-allokazzjoni mill-ġdid tal-approprjazzjonijiet taħt l-intestatura li teħtieġ nefqa addizzjonali.
Dik il-proposta għandha tidentifika l-ħtiġijiet li għandhom jiġu koperti u l-ammont. Tali proposta tista’ ssir b’rabta ma’ abbozz ta’ baġit jew ma’ abbozz ta’ baġit emendatorju. L-Istrument ta’ Flessibbiltà jista’ jiġi mobilizzat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja stabbilita fl-Artikolu 314 TFUE. |
PARTI II
TITJIB TAL-KOOPERAZZJONI INTERISTITUZZJONALI F’MATERJI BAĠITARJI
A. PROĊEDURA TA’ KOOPERAZZJONI INTERISTITUZZJONALI
14. |
Id-dettalji dwar il-kooperazzjoni interistituzzjonali matul il-proċedura baġitarja jinsabu fl-Anness I. |
15. |
F’konformità mal-Artikolu 312(5) TFUE, l-Istituzzjonijiet għandhom jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta’ QFP ġdid jew reviżjoni tiegħu, f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva speċjali msemmija fl-Artikolu 312(2) TFUE. Tali miżuri ser jinkludu laqgħat regolari u skambju ta’ informazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill u, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, laqgħat tal-Presidenti tal-Istituzzjonijiet kif stabbilit fl-Artikolu 324 TFUE sabiex tiġi promossa il-konsultazzjoni u r-rikonċiljazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Istituzzjonijiet. Meta tiġi mressqa proposta għall-QFP ġdid jew għal reviżjoni sostanzjali, l-Istituzzjonijiet ser ifittxu li jistabbilixxu arranġamenti speċifiċi għall-kooperazzjoni u d-djalogu bejniethom tul il-proċedura kollha li twassal għall-adozzjoni tagħha. |
Trasparenza baġitarja
16. |
Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport annwali biex jakkumpanja l-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jiġbor flimkien l-informazzjoni disponibbli li mhix kunfidenzjali relatata ma’:
Il-metodoloġiji effettivi msemmija fil-punti (d) u (e) tal-ewwel paragrafu ser jinkludu, sa fejn ikun possibbli, referenza għall-kontribuzzjoni tal-baġit tal-Unjoni għall-Patt Ekoloġiku Ewropew, li tinkludi l-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara”. Il-metodoloġija effettiva msemmija fil-punt (d) tal-ewwel paragrafu ser tkun trasparenti, komprensiva, orjentata lejn ir-riżultati u bbażata fuq il-prestazzjoni, ser tinkludi konsultazzjoni annwali mill-Kummissjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u ser tidentifika l-miżuri rilevanti li għandhom jittieħdu f’każ li l-progress lejn il-kisba tal-miri applikabbli jkun insuffiċjenti. Jenħtieġ li l-ebda waħda mill-metodoloġiji msemmija f’dan il-punt ma jwasslu għal piż amministrattiv eċċessiv fuq id-detenturi tal-proġetti jew fuq il-benefiċjarji. |
17. |
Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru. Dak ir-rapport annwali għandu jiġbor flimkien l-informazzjoni disponibbli u mhux kunfidenzjali relatata ma’:
|
B. INKORPORAZZJONI TAD-DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI F’ATTI LEĠIŻLATTIVI
18. |
Kull att leġiżlattiv, li jikkonċerna programm pluriennali, adottat f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja għandu jkun fih dispożizzjoni li fiha l-leġiżlatur jistipula l-pakkett finanzjarju għall-programm.
Dak l-ammont għandu jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. Għall-programmi msemmija fl-Anness II għar-Regolament dwar il-QFP, l-ammont ta’ referenza primarja jiġi miżjud awtomatikament bl- allokazzjonijiet addizzjonali msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament dwar il-QFP. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, u l-Kummissjoni meta tħejji l-abbozz ta’ baġit, jimpenjaw ruħhom li tul il-programm ikkonċernat ma jitbegħdux b’aktar minn 15 % minn dak l-ammont, sakemm ma jirriżultawx ċirkostanzi ġodda, oġġettivi u fit-tul li għalihom jingħataw raġunijiet espliċiti u preċiżi, filwaqt li jitqiesu r-riżultati miksuba mill-implimentazzjoni tal-programm, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-valutazzjonijiet. Kwalunkwe żieda li tirriżulta minn tali varjazzjoni għandha tibqa’ taħt il-limitu massimu eżistenti għall-intestatura kkonċernata, mingħajr preġudizzju għall-użu tal-istrumenti msemmija fir-Regolament dwar il-QFP u f’dan il-Ftehim. Ir-raba’ paragrafu ma japplikax għall-allokazzjonijiet addizzjonali msemmija fit-tielet paragrafu. Dan il-punt ma japplikax għall-approprjazzjonijiet għall-koeżjoni adottati f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u allokati minn qabel għal kull Stat Membru, li fihom pakkett finanzjarju għat-tul kollu tal-programm u lanqas għall-proġetti fuq skala kbira msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament dwar il-QFP. |
19. |
Atti tal-Unjoni legalment vinkolanti li jikkonċernaw programmi pluriennali li mhumiex adottati f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja ma għandux ikun fihom “ammont meqjus neċessarju”.
F’każ li l-Kunsill ikun jixtieq jinkludi ammont ta’ referenza finanzjarja, dak l-ammont għandu jitqies bħala turija tar-rieda tal-leġiżlatur u ma għandux jaffettwa s-setgħat baġitarji tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif stabbiliti fit-TFUE. Fl-atti kollha legalment vinkolanti tal-Unjoni li fihom ammont ta’ referenza finanzjarja bħal dak, għandu jkun hemm dispożizzjoni f’dak ir-rigward. |
C. NEFQA RELATATA MA’ FTEHIMIET DWAR IS-SAJD
20. |
In-nefqa fuq ftehimiet dwar is-sajd għandha tkun soġġetta għar-regoli speċifiċi li ġejjin.
Il-Kummissjoni timpenja ruħha li żżomm lill-Parlament Ewropew informat b’mod regolari dwar it-tħejjija u t-tmexxija tan-negozjati dwar ftehimiet dwar is-sajd, inkluż l-implikazzjonijiet baġitarji ta’ dawk il-ftehimiet. Matul il-proċedura leġiżlattiva relatata ma’ ftehimiet dwar is-sajd, l-Istituzzjonijiet jimpenjaw ruħhom li jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-proċeduri kollha jitwettqu kemm jista’ jkun malajr. L-ammonti previsti fil-baġit għal ftehimiet ġodda dwar is-sajd jew għat-tiġdid ta’ ftehimiet dwar is-sajd li jidħlu fis-seħħ wara l-1 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja kkonċernata għandhom jitpoġġew fir-riżerva. Jekk jirriżulta li l-approprjazzjonijiet relatati mal-ftehimiet dwar is-sajd, inkluż ir-riżerva, ma jkunux biżżejjed, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-informazzjoni meħtieġa dwar il-kawżi tas-sitwazzjoni u dwar il-miżuri li jistgħu jiġu adottati skont il-proċeduri stabbiliti. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri adatti. Kull tliet xhur, il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dettaljata dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar is-sajd fis-seħħ u previżjonijiet finanzjarji għall-bqija tas-sena. |
21. |
Mingħajr preġudizzju għall-proċedura rilevanti li tirregola n-negozjati ta’ ftehimiet dwar is-sajd, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom, fil-qafas ta’ kooperazzjoni baġitarja, biex jaslu għal ftehim f’waqtu dwar il-finanzjament adegwat ta’ ftehimiet dwar is-sajd. |
D. FINANZJAMENT TAL-POLITIKA ESTERA U TA’ SIGURTÀ KOMUNI (PESK)
22. |
L-ammont totali tan-nefqa operattiva tal-PESK għandu jiddaħħal kollu kemm hu f’kapitolu wieħed tal-baġit, intitolat PESK. Dak l-ammont għandu jkopri l-bżonnijiet reali prevedibbli, evalwati fil-qafas li jistabbilixxi l-abbozz tal-baġit, fuq il-bażi ta’ tbassir imħejji kull sena mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, (“ir-Rappreżentant Għoli”). Għandu jitħalla marġni raġonevoli biex ikopri azzjonijiet mhux previsti. L-ebda fondi ma jistgħu jiddaħħlu f’riżerva. |
23. |
Fir-rigward tan-nefqa fuq il-PESK li hija addebitata lill-baġit tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 41 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Istituzzjonijiet għandhom jimpenjaw ruħhom, fil-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 314(5) TFUE, u fuq il-bażi tal-abbozz ta’ baġit stabbilit mill-Kummissjoni, biex kull sena jiżguraw li jkun hemm qbil dwar l-ammont tan-nefqa operattiva u dwar it-tqassim ta’ dak l-ammont bejn l-artikoli tal-kapitolu tal-baġit tal-PESK. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, huwa mifhum li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom idaħħlu fil-baġit l-ammont li jinsab fil-baġit preċedenti jew l-ammont propost fl-abbozz ta’ baġit, skont liema wieħed ikun l-aktar baxx.
L-ammont totali tan-nefqa operattiva tal-PESK għandu jitqassam bejn l-artikoli tal-kapitolu tal-baġit tal-PESK kif issuġġerit fit-tielet paragrafu. Kull artikolu għandu jkopri azzjonijiet diġà adottati, azzjonijiet li huma previsti iżda li għadhom ma ġewx adottati u ammonti għal azzjonijiet futuri — jiġifieri mhux previsti — li għandhom jiġu adottati mill-Kunsill matul is-sena finanzjarja kkonċernata. Fil-kapitolu tal-baġit dwar il-PESK, l-artikoli li fihom għandhom jiddaħħlu l-azzjonijiet tal-PESK jistgħu jkunu fit-termini li ġejjin:
Billi, skont ir-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha l-awtorità li tittrasferixxi b’mod awtonomu approprjazzjonijiet bejn l-artikoli fil-kapitolu tal-baġit dwar il-PESK, għandha tiġi żgurata kif xieraq il-flessibbiltà li titqies meħtieġa għall-implimentazzjoni malajr tal-azzjonijiet tal-PESK. F’każ li l-ammont tal-kapitolu tal-baġit tal-PESK matul is-sena finanzjarja ma jkunx biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż meħtieġa, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ifittxu soluzzjoni b’urġenza, fuq proposta mill-Kummissjoni. |
24. |
Kull sena, ir-Rappreżentant Għoli għandu jikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar dokument ta’ prospettiva, li għandu jiġi trażmess sal-15 ta’ Ġunju tas-sena kkonċernata, li jistabbilixxi l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-PESK, inkluż l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-Unjoni, evalwazzjoni tal-miżuri mnedija fis-sena n-1 u valutazzjoni tal-koordinazzjoni u l-kumplementarjetà tal-PESK mal-istrumenti finanzjarji esterni l-oħra tal-Unjoni. Barra minn hekk, ir-Rappreżentant Għoli għandu jżomm informat b’mod regolari lill-Parlament Ewropew billi jorganizza laqgħat konġunti ta’ konsultazzjoni mill-anqas ħames darbiet fis-sena, fil-qafas tad-djalogu politiku regolari dwar il-PESK, li għandu jintlaħaq ftehim dwarhom mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru ta’ kull sena. Il-parteċipazzjoni f’dawk il-laqgħat għandha tiġi determinata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill rispettivament, filwaqt li jiġi kkunsidrat l-objettiv u n-natura tal-informazzjoni skambjata f’dawk il-laqgħat.
Il-Kummissjoni għandha tiġi mistiedna tipparteċipa f’dawk il-laqgħat. Jekk il-Kunsill jadotta deċiżjoni fil-qasam tal-PESK li tinvolvi nefqa, ir-Rappreżentant Għoli għandu minnufih, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara, jibgħat lill-Parlament Ewropew estima tal-ispejjeż previsti (“dikjarazzjoni finanzjarja”), b’mod partikolari dawk l-ispejjeż marbuta maż-żmien meħtieġ„ persunal impjegat, użu ta’ bini u infrastruttura oħra, faċilitajiet tat-trasport, rekwiżiti tat-taħriġ u arranġamenti dwar is-sigurtà. Darba kull tliet xhur, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-PESK u l-previżjonijiet finanzjarji għall-bqija tas-sena finanzjarja. |
E. INVOLVIMENT TAL-ISTITUZZJONIJIET FIR-RIGWARD TA’ KWISTJONIJIET TA’ POLITIKA TAL-IŻVILUPP
25. |
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi djalogu informali mal-Parlament Ewropew dwar kwistjonijiet ta’ politika tal-iżvilupp. |
PARTI III
ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA TAL-FONDI TAL-UNJONI
A. PROGRAMMAR FINANZJARJU
26. |
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta darbtejn fis-sena, l-ewwel darba flimkien mad-dokumenti li jakkumpanjaw l-abbozz ta’ baġit u t-tieni darba wara l-adozzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, programmar finanzjarju komplut għall-intestaturi 1, 2 (ħlief għas-sottointestatura “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”), 3 (għal “Ambjent u azzjoni dwar il-klima” u “Politika marittima u sajd”), 4, 5 u 6 tal-QFP. Dak l-ipprogrammar, strutturat skont l-intestatura, il-qasam ta’ politika u linja baġitarja, jenħtieġ li jidentifika:
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis modi ta’ kontroreferenzjar tal-ipprogrammar finanzjarju mal-ipprogrammar leġiżlattiv tagħha biex tipprovdi previżjonijiet aktar preċiż u affidabbli. Għal kull proposta leġiżlattiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tindika jekk hijiex inkluża fl-ipprogrammar ikkomunikat fiż-żmien meta tressaq l-abbozz ta’ baġit jew wara l-adozzjoni finali tal-baġit. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’mod partikolari:
Kull fejn meħtieġ, jenħtieġ li l-Kummissjoni tindika l-ipprogrammar mill-ġdid li jirriżulta mill-proposti leġiżlattivi ġodda. |
B. AĠENZIJI U SKEJJEL EWROPEJ
27. |
Qabel ma tressaq proposta għall-ħolqien ta’ aġenzija ġdida, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproduċi valutazzjoni tal-impatt tajba, kompleta u oġġettiva, filwaqt li tikkunsidra, fost oħrajn, il-massa kritika tal-persunal u tal-kompetenzi, aspetti tal-ispejjeż f’termini ta’ benefiċċji, is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, l-impatt fuq l-attivitajiet nazzjonali u tal-Unjoni, u l-implikazzjonijiet baġitarji għall-intestatura ta’ nefqa kkonċernata. Fuq il-bażi ta’ dik l-informazzjoni u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri leġiżlattivi li jirregolaw it-twaqqif tal-aġenzija, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jintrabtu, fil-qafas ta’ kooperazzjoni baġitarja, li jilħqu ftehim f’waqtu dwar l-iffinanzjar tal-aġenzija proposta.
Għandhom jiġu applikati l-passi proċedurali li ġejjin:
L-istess proċedura tiġi applikata għal kwalunkwe emenda għal att legali li jikkonċerna aġenzija li jista’ jkollha impatt fuq ir-riżorsi tal-aġenzija kkonċernata. F’każ li l-kompiti ta’ aġenzija jiġu modifikati b’mod sostanzjali mingħajr emenda għall-att legali li jistabbilixxi l-aġenzija kkonċernata, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill permezz ta’ dikjarazzjoni finanzjarja riveduta, sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jaslu għal ftehim f’waqtu dwar il-finanzjament tal-aġenzija. |
28. |
Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet rilevanti mill-Approċċ Komuni anness mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati ffirmata fid-19 ta’ Lulju 2012 jitqiesu b’mod xieraq fil-proċedura baġitarja. |
29. |
Meta l-Bord tal-Gvernaturi jipprevedi l-ħolqien ta’ skola Ewropea ġdida, għandha tiġi applikata, mutatis mutandis, proċedura simili għall-implikazzjonijiet baġitarji tagħha fuq il-baġit tal-Unjoni. |
PARTI IV
IL-PROTEZZJONI TAL-BAĠIT TAL-UNJONI: IL-KWALITÀ U L-KOMPARABBILTÀ TAD-DATA DWAR IL-BENEFIĊJARJI
30. |
F’konformità mat-talbiet tal-Parlament Ewropew u bħala reazzjoni għall-punt 24 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 sal-21 ta’ Lulju 2020, sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni u talIstrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkuprukontra l-frodi u l-irregolaritajiet, l-Istituzzjonijiet jaqblu dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri standardizzati biex jiġbru, iqabblu u jaggregaw l-informazzjoni u l-figuri dwar ir-riċevituri u l-benefiċjarji finali tal-finanzjament tal-Unjoni, għall-finijiet ta’ kontroll u awditjar. |
31. |
Sabiex jiġu żgurati kontrolli u awditjar effettivi, huwa meħtieġ li tinġabar data dwar dawk li fl-aħħar mill-aħħar jibbenefikaw, direttament jew indirettament, minn finanzjament tal-Unjoni b’ġestjoni kondiviża u minn proġetti u riformi appoġġati mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, inkluż id-data dwar is-sidien benefiċjarji tar-riċevituri tal-finanzjament. Ir-regoli relatati mal-ġbir u l-ipproċessar ta’ tali data ser ikollhom jikkonformaw mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data. |
32. |
Sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni, il-Kummissjoni ser tagħmel disponibbli sistema ta’ informazzjoni u monitoraġġ integrata u interoperabbli li tinkludi għodda unika ta’ estrazzjoni tad-data u ta’ kejl tar-riskju biex jinkiseb aċċess għad-data msemmija fil-punt 31 u biex tiġi analizzata bil-ħsieb li tiġi applikata b’mod ġenerali mill-Istati Membri. Dik is-sistema tiżgura verifiki effiċjenti dwar kunflitti ta’ interess, irregolaritajiet, kwistjonijiet ta’ finanzjament doppju, u kwalunkwe użu ħażin tal-fondi. Il-Kummissjoni, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (l-OLAF) u korpi investigattivi u ta’ kontroll oħra tal-Unjoni jenħtieġ li jkollhom l-aċċess meħtieġ għal dik l-informazzjoni sabiex jeżerċitaw il-funzjonijiet superviżorji tagħhom b’rabta mal-kontrolli u l-awditjar li għandhom jitwettqu l-ewwel mill-Istati Membri biex jidentifikaw irregolaritajiet u jwettqu investigazzjonijiet amministrattivi dwar l-użu ħażin tal-finanzjament ikkonċernat tal-Unjoni, u biex jiksbu stampa ġenerali preċiża tad-distribuzzjoni tiegħu. |
33. |
Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Istituzzjonijiet skont it-Trattati, matul il-proċedura leġiżlattiva relatata mal-atti bażiċi rilevanti, l-Istituzzjonijiet jieħdu l-impenn li jikkooperaw b’mod sinċier sabiex jiżguraw li l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 sal-21 ta’ Lulju 2020 jkollhom segwitu, f’konformità mal-approċċ deskritt f’din il-Parti. |
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
David Maria SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
Michael ROTH
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Johannes HAHN
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ara paġna 23 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 (ara paġna 11 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1).
(5) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(6) Kif stabbilit fil-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1) u l-Ftehimiet Interni preċedenti.
ANNESS I
KOOPERAZZJONI INTERISTITUZZJONALI MATUL IL-PROĊEDURA BAĠITARJA
Parti A. Kalendarju tal-proċedura baġitarja
1. |
L-Istituzzjonijiet għandhom jaqblu dwar kalendarju prammatiku kull sena fi żmien debitu qabel il-bidu tal-proċedura baġitarja fuq il-bażi tal-prattika attwali. |
2. |
Sabiex jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jeżerċitaw il-prerogattivi baġitarji tagħhom b’mod effettiv, il-pożizzjonijiet baġitarji, it-trasferimenti jew notifiki oħra li jinvolvu l-attivazzjoni ta’ skadenzi għandhom jiġu ppreżentati billi jqisu b’mod xieraq kwalunkwe perijodu ta’ waqfien li l-Istituzzjonijiet ikunu infurmaw lil xulxin fi żmien debitu dwar id-dati tagħhom permezz tas-servizzi rispettivi tagħhom. |
Parti B. Prijoritajiet għall-proċedura baġitarja
3. |
Fi żmien debitu qabel il-Kummissjoni tadotta l-abbozz ta’ baġit, għandu jitlaqqa’ trilogu biex jiġu diskussi l-prijoritajiet possibbli għall-baġit tas-sena finanzjarja li jmiss u kwalunkwe mistoqsija li tirriżulta mill-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena finanzjarja attwali, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni f’konformità mal-punt 37. |
Parti C. Stabbiliment tal-abbozz ta’ baġit u l-aġġornament tal-estimi
4. |
L-istituzzjonijiet, għajr il-Kummissjoni, huma mistiedna jadottaw id-dikjarazzjoni tal-estimi tagħhom qabel l-aħħar ta’ Marzu. |
5. |
Il-Kummissjoni għandha tressaq kull sena abbozz ta’ baġit li juri r-rekwiżiti finanzjarji reali tal-Unjoni.
Hija għandha tqis:
|
6. |
L-Istituzzjonijiet għandhom, sa fejn ikun possibbli, jevitaw li jdaħħlu partiti fil-baġit li jinvolvu ammonti insinifikanti ta’ nefqa operattiva. |
7. |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom ukoll li jżommu f’moħħhom il-valutazzjoni tal-possibbiltajiet għall-implementazzjoni tal-baġit magħmula mill-Kummissjoni fl-abbozzi tagħha u b’rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja attwali. |
8. |
Fl-interessi ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u minħabba l-effett ta’ bidliet kbar fit-titoli u l-kapitoli tan-nomenklatura tal-baġit dwar ir-responsabbiltajiet tar-rappurtar maniġerjali tad-dipartimenti tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jiddiskutu mal-Kummissjoni kwalunkwe bidla kbira waqt il-konċiljazzjoni. |
9. |
Fl-interess ta’ kooperazzjoni istituzzjonali leali u tajba, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jieħdu l-impenn li jżommu kuntatti regolari u attivi fil-livelli kollha, permezz tan-negozjaturi rispettivi tagħhom, matul il-proċedura baġitarja kollha u, b’mod partikolari, matul il-perijodu kollu ta’ konċiljazzjoni bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jiżguraw skambju reċiproku f’waqtu u kontinwu tal-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti kemm f’livell formali kif ukoll dak informali, kif ukoll li jorganizzaw laqgħat tekniċi jew informali kif meħtieġ, matul il-perijodu ta’ konċiljazzjoni, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikollhom aċċess f’waqtu u ugwali għall-informazzjoni u d-dokumenti. |
10. |
Saż-żmien li jitlaqqa’ l-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, il-Kummissjoni tista’, jekk meħtieġ, tippreżenta ittri ta’ emenda tal-abbozz ta’ baġit f’konformità mal-Artikolu 314(2) TFUE, inkluż ittra emendatorja li taġġorna, b’mod partikolari l-estimi tan-nefqa għall-agrikoltura. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-informazzjoni dwar l-aġġornamenti, hekk kif issir disponibbli, sabiex ikunu jistgħu jikkunsidrawha. Hija għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-raġunijiet motivati kollha li huma jistgħu jeħtieġu. |
Parti D. Proċedura baġitarja qabel il-proċedura ta’ konċiljazzjoni
11. |
Għandu jitlaqqa’ trilogu fi żmien debitu qabel il-qari tal-Kunsill, biex l-Istituzzjonijiet ikunu jistgħu jiskambjaw il-fehmiet tagħhom dwar l-abbozz ta’ baġit. |
12. |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta f’ħin debitu l-eżegwibbiltà tal-emendi, previsti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li joħolqu azzjonijiet preparatorji jew proġetti pilota ġodda jew li jtawlu dawk eżistenti, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tagħhom f’dak ir-rigward, sabiex tkun tista’ ssir fil-pront l-ewwel diskussjoni f’dak it-trilogu. |
13. |
Jista’ jitlaqqa’ trilogu qabel il-votazzjoni fil-plenarja tal-Parlament Ewropew. |
Parti E. Proċedura ta’ konċiljazzjoni
14. |
Jekk il-Parlament Ewropew jadotta emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill, il-President tal-Kunsill għandu, matul l-istess seduta plenarja, jieħu nota tad-differenzi fil-pożizzjoni taż-żewġ istituzzjonijiet u jinforma lill-President tal-Parlament Ewropew bil-qbil tiegħu li jitlaqqa’ b’mod immedjat il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni. L-ittra li tlaqqa’ l-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni għandha tintbagħat sa mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol tal-ġimgħa ta’ wara tmiem is-sessjoni parzjali parlamentari li matulha jkun ittieħed il-vot plenarju, u l-perijodu ta’ konċiljazzjoni għandu jibda l-għada. Il-perijodu ta’ 21 jum għandu jiġi kkalkulat f’konformità mar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill (1). |
15. |
Jekk il-Kunsill ma jkunx jista’ jaqbel dwar l-emendi kollha adottati mill-Parlament Ewropew, jenħtieġ li jikkonferma l-pożizzjoni tiegħu permezz ta’ ittra mibgħuta qabel l-ewwel laqgħa prevista matul il-perijodu ta’ konċiljazzjoni. F’dak il-każ, il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni għandu jipproċedi f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punti li ġejjin. |
16. |
Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni għandu jkun ippresedut b’mod konġunt mir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-laqgħat tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni għandhom jiġu ppreseduti mill-kopresidenza tal-istituzzjoni li tospita l-laqgħa. Kull istituzzjoni, f’konformità mar-regoli ta’ proċedura tagħha stess, għandha tinnomina l-parteċipanti tagħha għal kull laqgħa u tistabbilixxi l-mandat tagħha għan-negozjati. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu rrappreżentati f’livell adatt fil-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, b’tali mod li kull delegazzjoni tkun tista’ timpenja politikament lill-istituzzjoni rispettiva tagħha, u jkun jista’ jsir progress reali lejn il-ftehim finali. |
17. |
F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 314(5) TFUE, il-Kummissjoni għandha tieħu sehem fil-proċeduri tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni u għandha tieħu l-inizjattivi kollha meħtieġa bil-ħsieb li tirrikonċilja l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
18. |
It-trilogi għandhom isiru matul il-perijodu tal-proċedura ta’ konċiljazzjoni, f’livelli differenti ta’ rappreżentanza, bil-għan li jiġu solvuti l-kwistjonijiet pendenti u titwitta t-triq għal ftehim li għandu jintlaħaq fil-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni. |
19. |
Il-laqgħat tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni u t-trilogi għandhom isiru alternattivament fil-bini tal-Parlament Ewropew u f’dak tal-Kunsill, bil-għan li l-faċilitajiet jiġu kondiviżi ndaqs, inkluż il-faċilitajiet ta’ interpretazzjoni. |
20. |
Id-dati tal-laqgħat tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni u tat-trilogi għandhom jiġu stabbiliti minn qabel bi ftehim bejn l-Istituzzjonijiet. |
21. |
Sett komuni ta’ dokumenti (“dokumenti inizjali”) li jqabblu d-diversi stadji tal-proċedura baġitarja għandu jitpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni (2). Dawk id-dokumenti għandhom jinkludu ċifri “linja b’linja”, totali skont l-intestaturi tal-QFP u dokument konsolidat b’ċifri u rimarki għal-linji baġitarji kollha li jitqiesu teknikament “miftuħa”. Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, għandu jkun hemm dokument speċifiku li jelenka l-linji baġitarji kollha li jitqiesu teknikament magħluqa (3). Dawk id-dokumenti għandhom jiġu kklassifikati skont in-nomenklatura baġitarja.
Għandhom jiġu mehmuża wkoll dokumenti oħra mad-dokumenti inizjali għall-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, inkluż ittra ta’ implimentabbiltà mill-Kummissjoni dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill u l-emendi tal-Parlament Ewropew, u kwalunkwe ittra minn istituzzjonijiet oħrajn li jikkonċernaw il-pożizzjoni tal-Kunsill jew l-emendi tal-Parlament Ewropew. |
22. |
Bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim sal-aħħar tal-perijodu ta’ konċiljazzjoni, it-trilogi għandhom:
Għandhom jintlaħqu konklużjonijiet tentattivi b’mod konġunt matul jew immedjatament wara kull trilogu, u, b’mod simultanju, għandha tiġi miftiehma l-aġenda tal-laqgħa li jmiss. Dawk il-konklużjonijiet għandhom jiġu rreġistrati mill-istituzzjoni li tospita t-trilogu u għandhom jitqiesu approvati b’mod proviżorju wara 24 siegħa, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni. |
23. |
Waqt il-laqgħa tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni għandu jkun hemm għad-dispożizzjoni tiegħu l-konklużjonijiet tat-trilogi u dokument li possibbilment jiġi approvat, kif ukoll il-linji baġitarji li dwarhom ikun intlaħaq ftehim tentattiv matul it-trilogi. |
24. |
It-test konġunt previst fl-Artikolu 314(5) TFUE għandu jiġi stabbilit mis-segretarjati tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bl-assistenza tal-Kummissjoni. Huwa għandu jikkonsisti minn ittra ta’ trażmissjoni indirizzata mill-presidenti taż-żewġ delegazzjonijiet lill-President tal-Parlament Ewropew u lil dak tal-Kunsill, li jkun fiha d-data tal-ftehim fil-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni u annessi li għandhom jinkludu:
Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni jista’ japprova wkoll konklużjonijiet u dikjarazzjonijiet konġunti possibbli b’rabta mal-baġit. |
25. |
It-test konġunt għandu jiġi tradott fil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni (mis-servizzi tal-Parlament Ewropew) u għandu jiġi ppreżentat għall-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’perijodu ta’ 14-il jum mid-data tal-ftehim dwar it-test konġunt imsemmi fil-punt 24.
Il-baġit għandu jkun soġġett għal reviżjoni mill-ġuristi lingwisti wara l-adozzjoni tat-test konġunt billi jiġu integrati l-annessi tat-test konġunt mal-linji baġitarji mhux emendati matul il-proċedura ta’ konċiljazzjoni. |
26. |
L-istituzzjoni li tospita l-laqgħa (it-trilogu jew il-konċiljazzjoni) għandha tipprovdi faċilitajiet ta’ interpretazzjoni b’reġim lingwistiku sħiħ applikabbli għal-laqgħat tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni u reġim lingwistiku ad hoc għat-trilogi.
L-istituzzjoni li tospita l-laqgħa għandha tipprevedi l-ikkupjar u t-tqassim ta’ dokumenti tal-kamra. Is-servizzi tal-Istituzzjonijiet għandhom jikkooperaw fil-kodifikazzjoni tar-riżultati tan-negozjati sabiex jiġi ffinalizzat it-test konġunt. |
Parti F. Baġits emendatorji
Prinċipji ġenerali
27. |
Konsapevoli li ħafna drabi l-baġits emendatorji jiffukaw fuq kwistjonijiet speċifiċi u xi kultant urġenti, l-Istituzzjonijiet jaqblu dwar il-prinċipji li ġejjin biex jiżguraw li jkun hemm kooperazzjoni interistituzzjonali xierqa biex il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar baġits emendatorji jkun mingħajr diffikultajiet u ma jdumx, filwaqt li jiġi evitat, safejn ikun possibbli, li jkollha tissejjaħ laqgħa ta’ konċiljazzjoni għall-baġits emendatorji. |
28. |
Sa fejn ikun possibbli, l-Istituzzjonijiet għandhom jimpenjaw ruħhom li jillimitaw l-għadd ta’ baġits emendatorji. |
Kalendarju
29. |
Il-Kummissjoni għandha tinforma bil-quddiem lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-dati possibbli għall-adozzjoni tal-abbozzi ta’ baġits emendatorji, mingħajr preġudizzju għad-data finali tal-adozzjoni. |
30. |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, kull wieħed minnhom f’konformità mar-regoli interni ta’ proċedura tiegħu, għandhom jimpenjaw ruħhom li jeżaminaw l-abbozz ta’ baġit emendatorju propost mill-Kummissjoni mal-ewwel opportunità wara l-adozzjoni tiegħu mill-Kummissjoni. |
31. |
Sabiex titħaffef il-proċedura, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiżguraw, sa fejn ikun possibbli, li jkunu ikkoordinati l-kalendarji ta’ ħidma rispettivi tagħhom sabiex il-proċedimenti jkunu jistgħu jitwettqu b’mod koerenti u konverġenti. Għalhekk, kemm jista’ jkun malajr, għandhom ifittxu li jistabbilixxu skeda ta’ żmien indikattiva għad-diversi stadji li jwasslu għall-adozzjoni finali tal-baġit emendatorju.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom iqisu l-urġenza relattiva tal-baġit emendatorju u l-ħtieġa li japprovawh fi żmien debitu biex ikun effettiv matul is-sena finanzjarja kkonċernata. |
Kooperazzjoni waqt il-qari
32. |
L-Istituzzjonijiet għandhom jikkooperaw bona fide matul il-proċedura, billi jwittu t-triq, sa fejn ikun possibbli, għall-adozzjoni tal-baġits emendatorji fi stadju bikri tal-proċedura.
Fejn xieraq, u meta jkun hemm il-potenzjal ta’ diverġenza, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill, qabel ma kull wieħed minnhom jieħu l-pożizzjoni finali tiegħu dwar il-baġit emendatorju, jew il-Kummissjoni fi kwalunkwe ħin, jistgħu jipproponu li jitlaqqa’ trilogu speċifiku biex jiġu diskussi d-diverġenzi u jipprova jintlaħaq kompromess. |
33. |
L-abbozzi ta’ baġits emendatorji kollha proposti mill-Kummissjoni u li jkunu għadhom ma ġewx approvati b’mod finali għandhom jiddaħħlu b’mod sistematiku fuq l-aġenda tat-trilogi ppjanati għall-proċedura baġitarja annwali. Il-Kummissjoni għandha tressaq l-abbozzi ta’ baġits emendatorji u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, sa fejn ikun possibbli, jgħarrfu l-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom qabel it-trilogu. |
34. |
Jekk jintlaħaq kompromess waqt trilogu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jikkunsidraw ir-riżultati tat-trilogu meta jiddeliberaw fuq il-baġit emendatorju f’konformità mat-TFUE u mar-regoli ta’ proċedura tagħhom. |
Kooperazzjoni wara l-qari
35. |
Jekk il-Parlament Ewropew japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill mingħajr emendi, il-baġit emendatorju għandu jiġi adottat f’konformità mat-TFUE. |
36. |
Jekk il-Parlament Ewropew jadotta l-emendi permezz ta’ maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, għandu japplika l-punt (c) tal-Artikolu 314(4) TFUE. Madankollu, qabel ma jiltaqa’ l-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, għandu jissejjaħ trilogu:
|
Parti G. Implimentazzjoni tal-baġit, pagamenti u mpenji pendenti (reste à liquider (RAL)
37. |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li jsir progress ordnat tal-approprjazzjonijiet totali ta’ pagament b’rabta mal-approprjazzjonijiet ta’ impenn sabiex jiġi evitat kwalunkwe riport anormali tar-RAL minn sena għal oħra, l-Istituzzjonijiet jaqblu li jissorveljaw mill-qrib il-previżjonijiet tal-pagamenti u l-livell tar-RAL sabiex jitnaqqas ir-riskju li tiġi ostakolata l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni minħabba nuqqas ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagamenti fi tmiem il-QFP.
Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm livell u profil maniġġabbli għall-pagamenti fl-intestaturi kollha, ir-regoli ta’ diżimpenn għandhom jiġu applikati b’mod strett fl-intestaturi kollha, b’mod partikolari r-regoli għad-diżimpenji awtomatiċi. Matul il-proċedura baġitarja, l-Istituzzjonijiet għandhom jiltaqgħu b’mod regolari bil-ħsieb li jivvalutaw b’mod konġunt is-sitwazzjoni attwali u l-prospetti għall-implimentazzjoni baġitarja fis-sena finanzjarja attwali u fis-snin finanzjarji futuri. Dik il-valutazzjoni għandha ssir permezz ta’ laqgħat interistituzzjonali speċifiċi fil-livell xieraq, li qabilhom il-Kummissjoni għandha tinforma b’mod dettaljat dwar is-sitwazzjoni attwali, skont il-fond u l-Istat Membru, tal-implimentazzjoni tal-pagamenti, tat-trasferimenti, tat-talbiet għal rimborżi riċevuti u tal-previżjonijiet riveduti, inkluż previżjonijiet fit-tul, fejn applikabbli. B’mod partikolari, sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tista’ tissodisfa l-obbligi finanzjarji kollha tagħha li jirriżultaw mill-impenji eżistenti u futuri fil-perijodu 2021-2027 f’konformità mal-Artikolu 323 TFUE, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom janalizzaw u jiddiskutu l-estimi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament meħtieġ. |
Parti H. Kooperazzjoni fir-rigward tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (4)
38. |
Bl-għan ewlieni li jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19, il-Kummissjoni ser tingħata s-setgħa li tissellef fondi fuq is-swieq tal-kapital f’isem l-Unjoni sa EUR 750 000 miljun fi prezzijiet tal-2018, li minnhom sa mhux aktar minn EUR 390 000 miljun fi prezzijiet tal-2018 jistgħu jintużaw għan-nefqa u sa mhux aktar minn EUR 360 000 miljun fi prezzijiet tal-2018 jistgħu jintużaw għall-għoti ta’ self skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji. Kif previst fir-Regolament EURI, l-ammont li għandu jintuża għan-nefqa jikkostitwixxi dħul assenjat estern għall-finijiet tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju. |
39. |
L-Istituzzjonijiet jaqblu li r-rwol tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, meta jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta’ awtorità baġitarja, jeħtieġ li jissaħħaħ fir-rigward tad-dħul assenjat estern skont l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, bil-ħsieb li jiġu żgurati sorveljanza xierqa ta’ dak id-dħul u involviment fl-użu tiegħu, fil-limiti stabbiliti fir-Regolament EURI u, kif xieraq, fil-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti. L-Istituzzjonijiet jaqblu wkoll dwar il-ħtieġa li jiġu żgurati trasparenza u viżibbiltà sħiħa tal-fondi kollha skont l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru. |
Dħul assenjat estern skont l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru
40. |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat l-involviment xieraq tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-governanza tad-dħul assenjat estern skont l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, it-tliet Istituzzjonijiet jaqblu dwar il-proċedura stabbilita fil-punti 41 sa 46. |
41. |
Il-Kummissjoni ser tipprovdi informazzjoni dettaljata mal-abbozz tal-estimi tagħha fil-kuntest tal-proċedura baġitarja. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi estimi dettaljati tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kif ukoll tal-impenji legali, imqassma skont l-intestatura u skont il-programm li jirċievi d-dħul assenjat skont ir-Regolament EURI. Il-Kummissjoni ser tipprovdi kwalunkwe informazzjoni rilevanti addizzjonali mitluba mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Il-Kummissjoni ser tehmeż mal-abbozz ta’ baġit emendatorju dokument li jiġbor l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, inkluż tabelli sommarji li jaggregaw l-approprjazzjonijiet tal-baġit u d-dħul assenjat skont l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru. Dak id-dokument ser ikun parti mill-anness għall-baġit ġenerali tal-Unjoni dwar id-dħul assenjat estern previst fil-punt 44. |
42. |
Il-Kummissjoni ser tressaq aġġornamenti regolari tal-informazzjoni msemmija fil-punt 41 matul is-sena finanzjarja kollha u mill-inqas qabel kull laqgħa speċifika kif imsemmi fil-punt 45. Il-Kummissjoni ser tpoġġi l-informazzjoni rilevanti għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’ħin biżżejjed minn qabel li jippermetti diskussjonijiet u deliberazzjonijiet sinifikanti dwar dokumenti ta’ ppjanar korrispondenti, inkluż qabel ma l-Kummissjoni tadotta deċiżjonijiet rilevanti. |
43. |
It-tliet Istituzzjonijiet ser jiltaqgħu regolarment fil-kuntest tal-proċedura baġitarja bil-ħsieb li jivvalutaw b’mod konġunt l-implimentazzjoni tad-dħul assenjat estern skont l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, b’mod partikolari s-sitwazzjoni attwali u l-prospetti u biex jiddiskutu l-estimi annwali pprovduti mal-abbozzi ta’ baġits rispettivi u d-distribuzzjoni tagħhom, billi jqisu debitament il-limitazzjonijiet u l-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament EURI u, kif xieraq, fil-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti. |
44. |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser jehmżu mal-baġit ġenerali tal-Unjoni, fil-forma ta’ anness, dokument li jistabbilixxi l-linji baġitarji kollha li jirċievu dħul assenjat mill- Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru. Barra minn hekk, huma ser jużaw l-istruttura tal-baġit biex jakkomodaw id-dħul assenjat skont l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, u b’mod partikolari r-rimarki baġitarji, biex jeżerċitaw kontroll dovut fuq l-użu ta’ dak id-dħul. F’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fid-dikjarazzjoni tan-nefqa, ser jinkludu rimarki, inklużi rimarki ġenerali, li juru liema linji baġitarji jistgħu jirċievu l-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat fuq il-bażi tar-Regolament EURI u jindikaw l-ammonti rilevanti. Il-Kummissjoni, fl-eżerċizzju tar-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tad-dħul assenjat, tintrabat li tqis debitament dawk ir-rimarki. |
45. |
L-Istituzzjonijiet jaqblu li jorganizzaw laqgħat interistituzzjonali speċifiċi fil-livell xieraq bil-ħsieb li jivvalutaw is-sitwazzjoni attwali u l-prospetti għad-dħul assenjat estern skont l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru. Dawk il-laqgħat ser isiru mill-inqas tliet darbiet f’sena finanzjarja eżattament qabel jew wara t-trilogi baġitarji. Barra minn hekk, l-Istituzzjonijiet għandhom jiltaqgħu fuq bażi ad hoc jekk istituzzjoni waħda tipprovdi talba motivata. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu fi kwalunkwe ħin iressqu osservazzjonijiet bil-miktub dwar l-implimentazzjoni ta’ dħul assenjat estern. Il-Kummissjoni timpenja ruħha li tqis debitament kwalunkwe kumment u suġġeriment magħmul mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Dawk il-laqgħat jistgħu jindirizzaw devjazzjonijiet sinifikanti fin-nefqa tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, f’konformità mal-punt 46. |
46. |
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar kwalunkwe devjazzjoni mill-previżjonijiet inizjali tagħha qabel laqgħa interistituzzjonali speċifika kif imsemmi fil-punt 45 u fuq bażi ad hoc f’każ ta’ devjazzjoni sinifikanti. Devjazzjoni min-nefqa prevista tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru tkun sinifikanti jekk in-nefqa f’sena finanzjarja partikolari u fi programm partikolari tiddevja mill-previżjonijiet b’aktar minn 10 %. F’każ ta’ devjazzjonijiet sinifikanti mill-previżjonijiet inizjali, l-Istituzzjonijiet ser jiddiskutu l-kwistjoni, f’każ li ssir talba mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien ġimgħatejn wara l-avviż ta’ tali devjazzjoni sinifikanti. L--Istituzzjonijiet ser jivvalutaw il-kwistjoni b’mod konġunt bil-ħsieb li jsibu bażi komuni fi żmien tliet ġimgħat mit-talba għal laqgħa. Il-Kummissjoni ser tqis bis-sħiħ kwalunkwe kumment li jaslilha. Il-Kummissjoni timpenja ruħha li ma tieħu l-ebda deċiżjoni sakemm id-deliberazzjonijiet ikunu ġew konklużi jew il-perijodu ta’ tliet ġimgħat ikun skada. Fil-każ tal-aħħar, il-Kummissjoni għandha debitament tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha. F’każ ta’ urġenza, l-Istituzzjonijiet jistgħu jaqblu li jqassru l-iskadenzi b’ġimgħa waħda. |
Self ipprovdut skont Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru
47. |
Sabiex tiġi żgurata informazzjoni sħiħa kif ukoll trasparenza u viżibbiltà fir-rigward tal-komponent tas-self tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, il-Kummissjoni ser tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar self ipprovdut lill-Istati Membri skont l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru flimkien mal-abbozz tal-estimi tagħha, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari lil informazzjoni sensittiva, li hija protetta. |
48. |
L-informazzjoni dwar is-self skont l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru ser tintwera fil-baġit f’konformità mar-rekwiżiti fil-punt (d) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament Finanzjarju u ser tinkludi wkoll l-anness imsemmi fil-punt (iii) ta’ dak il-punt. |
(1) Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).
(2) Id-diversi stadji jinkludu: il-baġit tas-sena finanzjarja attwali (inkluż baġits emendatorji adottati); l-abbozz ta’ baġit inizjali; il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit; l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni tal-Kunsill u l-ittri ta’ emendi mressqa mill-Kummissjoni (jekk ma jkunux diġà ġew approvati b’mod sħiħ mill-Istituzzjonijiet).
(3) Linja baġitarja li titqies teknikament magħluqa hija linja li dwarha ma jkun hemm l-ebda nuqqas ta’ qbil bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, u li dwarha ma tkun ġiet imressqa l-ebda ittra emendatorja.
(4) Fejn il-Kummissjoni tippreżenta proposta għal att tal-Kunsill skont l-Artikolu 122 TFUE b’implikazzjonijiet baġitarji potenzjalment apprezzabbli, il-proċedura kif stabbilita fid-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2020. dwar l-iskrutinju baġitarju ta’ proposti ġodda fuq il-bażi tal-Artikolu 122 TFUE b’implikazzjonijiet potenzjali apprezzabbli għall-baġit tal-Unjoni (ĠU C 444, 22.12.2020, p. 5) hija applikabbli.
ANNESS II
KOOPERAZZJONI INTERISTITUZZJONALI DWAR PJAN DIREZZJONALI LEJN L-INTRODUZZJONI TA’ RIŻORSI PROPRJI ĠODDA
Preambolu
A. |
L-Istituzzjonijiet huma impenjati lejn kooperazzjoni sinċiera u trasparenti u l-ħidma lejn l-implimentazzjoni ta’ pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda matul il-perijodu tal-QFP 2021-2027. |
B. |
L-Istituzzjonijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-kuntest tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, li fih jenħtieġ jiġu introdotti r-riżorsi proprji l-ġodda. |
C. |
Bl-għan ewlieni li jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19, il-Kummissjoni ser tingħata s-setgħa, skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji, li tissellef fondi mis-swieq kapitali f’isem l-Unjoni sa mhux aktar minn EUR 750 000 miljunfi prezzijiet tal-2018, li minnhom mhux aktar minn EUR 390 000 miljun fi prezzijiet tal-2018 jistgħu jintużaw għan-nefqa skont il-punt (b) tal-Artikolu 5(1) ta’ dik id-Deċiżjoni. |
D. |
Il-ħlas lura tal-kapital ta’ dawk il-fondi li għandhom jintużaw għan-nefqa skont l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru u l-imgħax dovut relatat ser ikollhom jiġu ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, inkluż permezz ta’ dħul suffiċjenti minn riżorsi proprji ġodda introdotti wara l-2021. L-obbligazzjonijiet relatati kollha ser jitħallsu lura kompletament sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2058 previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji. L-ammonti annwali pagabbli ser jiddependu fuq il-maturitajiet tal-bonds maħruġa u l-istrateġija tal-ħlas lura tad-dejn, filwaqt li jirrispettaw il-limitu għall-ħlas lura tal-kapital tal-fondi msemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dak il-paragrafu stabbilit għal 7,5 % tal-ammont massimu li għandu jintuża għan-nefqa msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5(1) ta’ dik id-Deċiżjoni. |
E. |
In-nefqa mill-baġit tal-Unjoni relatata mal-ħlas lura tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru jenħtieġ li ma twassalx għal tnaqqis mhux dovut fin-nefqa tal-programm jew fl-istrumenti ta’ investiment taħt il-QFP. Huwa mixtieq ukoll li jiġu mitigati l ż-żidiet fir-riżorsa proprja bbażata fuq id-DNG għall-Istati Membri. |
F. |
Għalhekk, u sabiex jissaħħu l-kredibbiltà u s-sostenibbiltà tal-pjan ta’ ħlas lura tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, l-Istituzzjonijiet ser jaħdmu biex jintroduċu biżżejjed riżorsi proprji ġodda bil-ħsieb li jkopru ammont li jikkorrispondi għan-nefqa mistennija relatata mal-ħlas lura. F’konformità mal-prinċipju ta’ universalità, dan ma jkunx jimplika allokazzjoni jew assenjazzjoni ta’ kwalunkwe riżorsa proprja partikolari biex tkopri tip speċifiku ta’ nefqa. |
G. |
L-Istituzzjonijiet jirrikonoxxu li l-introduzzjoni ta’ pakkett ta’ riżorsi proprji ġodda jenħtieġ li tappoġġa l-finanzjament adegwat tan-nefqa tal-Unjoni fil-QFP, filwaqt li tnaqqas is-sehem tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali bbażati fuq id-DNG fil-finanzjament tal-baġit annwali tal-Unjoni. Min-naħa tagħha, id-diversifikazzjoni tas-sorsi ta’ dħul tista’ twassal biex in-nefqa fil-livell tal-Unjoni tkun iffukata aħjar fuq oqsma ta’ prijorità u beni pubbliċi komuni b’kisbiet kbar fl-effiċjenza meta mqabbla mal-infiq nazzjonali. |
H. |
Għalhekk, jenħtieġ li r-riżorsi proprji l-ġodda jiġu allinjati mal-objettivi ta’ politika tal-Unjoni u jenħtieġ li jappoġġaw il-prijoritajiet tal-Unjoni bħall-Patt Ekoloġiku Ewropew u Ewropa adatta għall-Era Diġitali, u jenħtieġ li jikkontribwixxu għal tassazzjoni ġusta u t-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa. |
I. |
L-Istituzzjonijiet jaqblu li jenħtieġ li riżorsi proprji ġodda preferibbilment jinħolqu b’mod li jippermettu li jiġi ġġenerat “flus ġodda”. B’mod parallel, dawn għandhom l-għan li jnaqqsu l-burokrazija u l-piż għall-kumpaniji, speċjalment għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), u għaċ-ċittadini. |
J. |
Ir-riżorsi proprji ġodda jenħtieġ li jissodisfaw il-kriterji ta’ sempliċità, trasparenza, prevedibbiltà u ġustizzja. Il-kalkolu, it-trasferiment u l-kontroll tar-riżorsi proprji l-ġodda jenħtieġ li ma jwasslux għal piż amministrattiv eċċessiv għall-Istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-amministrazzjonijiet nazzjonali. |
K. |
Meta jitqiesu r-rekwiżiti proċedurali kbar għall-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda, l-Istituzzjonijiet jaqblu li r-riforma meħtieġa tas-sistema tar-riżorsi proprji jenħtieġ li tinkiseb b’għadd limitat ta’ reviżjonijiet tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji. |
L. |
L-Istituzzjonijiet għalhekk jaqblu li jikkooperaw matul il-perijodu 2021-2027 fuq il-bażi tal-prinċipji stabbiliti f’dan l-Anness sabiex jaħdmu lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda f’konformità mal-pjan direzzjonali stabbilit fil-Parti B u mad-dati stabbiliti fih. |
M. |
L-Istituzzjonijiet jirrikonoxxu wkoll l-importanza tal-għodod għal Tfassil Aħjar tal-Liġijiet kif stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (1), b’mod partikolari tal-valutazzjoni tal-impatt. |
Parti A. Prinċipji għall-implimentazzjoni
1. |
Il-Kummissjoni ser tagħmel il-proposti leġiżlattivi meħtieġa għal riżorsi proprji ġodda u għal riżorsi proprji ġodda oħra potenzjali kif imsemmi fil-punt 10 f’konformità mal-prinċipji ta’ Tftassil Aħjar tal-Liġijiet. F’dak il-kuntest ser tqis kif xieraq is-suġġerimenti magħmula mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Dawk il-proposti leġiżlattivi ser ikunu akkumpanjati mil-leġiżlazzjoni dwar l- implimentazzjoni tar-riżorsi proprji rilevanti. |
2. |
L-Istituzzjonijiet jaqblu dwar il-prinċipji gwida li ġejjin għall-introduzzjoni ta’ pakkett ta’ riżorsi proprji ġodda:
|
3. |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser janalizzaw, jiddiskutu u jipproċedu mingħajr dewmien żejjed fir-rigward tal-proposti leġiżlattivi msemmija fil-punt 1 f’konformità mal-proċeduri interni tagħhom bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat it-teħid ta’ deċiżjoni rapida. Wara li l-Kummissjoni tkun ressqet il-proposti tagħha, membri tal-Parlament Ewropew u rappreżentanti tal-Kunsill ser jiltaqgħu, matul id-deliberazzjonijiet tagħhom, fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-Kummissjoni sabiex jinfurmaw lil xulxin dwar is-sitwazzjoni attwali rispettiva. Barra minn hekk, l-Istituzzjonijiet ser jidħlu fi djalogu regolari biex iqisu l-progress fir-rigward tal-pjan direzzjonali. |
Parti B. Pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda
L-ewwel pass: 2021
4. |
Bħala l-ewwel pass, ser tiġi introdotta riżorsa proprja ġdida li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021 magħmula minn sehem ta’ dħul minn kontribuzzjonijiet nazzjonali kkalkulat fuq il-piż ta’ skart mill-imballaġġ tal-plastik mhux irriċiklat kif previst fid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji. Huwa ppjanat li din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ f’Jannar 2021, soġġett għall-approvazzjoni mill-Istati Membri, skont il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom. |
5. |
Il-Kummissjoni ser tħaffef il-ħidma tagħha u, wara l-valutazzjonijiet tal-impatt imnedija fl-2020, ser tressaq proposti dwar mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera u dwar imposta diġitali kif ukoll proposta ta’ akkumpanjament biex jiġu introdotti riżorsi proprji ġodda fuq dik il-bażi sa Ġunju 2021 bil-ħsieb li jiġu introdotti sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2023. |
6. |
Il-Kummissjoni ser tirrevedi l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet fir-rebbiegħa tal-2021, inkluż il-possibilità li tiġi estiżal għall-avjazzjoni u t-trasport marittimu. Sa Ġunju 2021 ser tipproponi riżorsa proprja bbażata fuq l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet. |
7. |
L-Istituzzjonijiet jaqblu li l-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri u l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet huma tematikament interkonnessi u li għalhekk ikun iġġustifikat li jiġu diskussi fl-istess spirtu. |
It-tieni pass: 2022 u 2023
8. |
Wara l-proċeduri applikabbli skont it-Trattati u soġġett għall-approvazzjoni mill-Istati Membri skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali rispettivi tagħhom, dawn ir-riżorsi proprji l-ġodda huma previsti li jiġu introdotti sal-1 ta’ Jannar 2023. |
9. |
Il-Kunsill ser jiddelibera dwar dawn ir-riżorsi proprji l-ġodda sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2022 bil-ħsieb li jiġu introdotti sal-1 ta’ Jannar 2023. |
It-tielet pass: 2024-2026
10. |
Il-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-valutazzjonijiet tal-impatt, ser tipproponi riżorsi proprji ġodda addizzjonali, li jistgħu jinkludu Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji u kontribuzzjoni finanzjarja marbuta mas-settur korporattiv jew bażi komuni ġdida għat-taxxa korporattiva. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tippreżenta proposta sa Ġunju 2024. |
11. |
Wara l-proċeduri applikabbli skont it-Trattati u soġġett għall-approvazzjoni mill-Istati Membri skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali rispettivi tagħhom, dawn ir-riżorsi proprji l-ġodda huma previsti li jiġu introdotti sal-1 ta’ Jannar 2026. |
12. |
Il-Kunsill ser jiddelibera dwar dawn ir-riżorsi proprji l-ġodda sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2025 bil-ħsieb li jiġu introdotti sal-1 ta’ Jannar 2026. |
(1) Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).