ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 424

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
15 ta' Diċembru 2020


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2054 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera, fir-rigward tal-emenda tal-dak il-Ftehim billi tissostitwixxi l-Protokoll 3 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarji u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

11

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2055 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 3 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarji u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

13

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2056 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll Nru 3 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarji u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

15

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2057 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda fir-rigward tal-emenda tal-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll Nru 3 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarji u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

17

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2058 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, fir-rigward tal-emenda tal-Protokoll 4 (dwar ir-Regoli tal-Oriġini) ta’ dak il-Ftehim

19

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2059 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra, rigward l-emendar ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll II għall-Ftehim dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarji u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

21

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2060 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Kummerċ stabbilit skont il-Ftehim ta’ Sħubija Interim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emendar ta’ dak il-Ftehim sabiex titqies l-adeżjoni tal-Istat Indipendenti ta’ Samoa u tal-Gżejjer Solomon

23

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2061 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat tal-Kummerċ stabbilit skont il-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tal-Kummerċ u r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitati Speċjali

25

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2062 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 4 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarji u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

27

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2063 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 2 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarji u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

29

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2064 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 4 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarji u l-metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva

31

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2065 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan is-Sottokumitat Doganali stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll I tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarji u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

33

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2066 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u l-Istat ta’ Iżrael mill-parti ’l oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 4 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarji u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

35

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2067 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 3 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarji u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

37

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2068 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropeafi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehimta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra,fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll IIItiegħu dwar il-kunċett ta’ prodotti oriġinarji

39

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2069 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 4 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarji u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

41

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2070 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il- Protokoll 4 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarjiu l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

43

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2071 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan is-Sottokumitat Doganali stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll II tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarji u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

45

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2072 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 3 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarji u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

47

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2073 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Turkija fir-rigward tal-emenda tad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija dwar ir-reġim kummerċjali għall-prodotti agrikoli, billi jiġi sostitwit il-Protokoll 3 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarji u l-metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva

49

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2074 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-kummerċ tal-prodotti koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 1 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarji u l-metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva

51

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2075 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fis-Sottokumitat Doganali stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll I tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarji u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

53

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2076 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

55

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2077 tat-8 ta’ Diċembru 2020 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 10 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020

57

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2078 tal-10 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali UE-Kanada fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-Programm Partners in Protection tal-Kanada u tal-Programm tal-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati tal-Unjoni Ewropea

58

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej ( ĠU L 130, 17.5.2019 )

60

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2020/2053

tal-14 ta’ Diċembru 2020

dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 311 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Waqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)

Is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni trid tiggarantixxi riżorsi adegwati għall-iżvilupp fl-ordni tal-politiki tal-Unjoni, soġġett għall-ħtieġa ta’ dixxiplina baġitarja stretta. L-iżvilupp tas-sistema tar-riżorsi proprji jista’ u anke jenħtieġ li jikkontribwixxi, bl-akbar sehem possibbli, għall-iżvilupp tal-politiki tal-Unjoni.

(2)

It-Trattat ta’ Lisbona daħħal tibdil fid-dispożizzjonijiet marbuta mas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, li jippermetti l-abolizzjoni ta’ kategorija eżistenti ta’ riżorsi proprji u t-twaqqif ta’ kategorija ġdida.

(3)

Il-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta’ Frar 2013 appella lill-Kunsill biex ikompli jaħdem fuq il-proposta tal-Kummissjoni dwar riżorsa proprja ġdida bbażata fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) sabiex issir sempliċi u trasparenti kemm jista’ jkun, biex tissaħħaħ ir-rabta mal-politika tal-Unjoni dwar il-VAT u r-riċevuti reali tal-VAT, kif ukoll sabiex jiġi ggarantit it-trattament indaqs tal-kontribwenti fl-Istati Membri kollha.

(4)

F’Ġunju 2017, il-Kummissjoni adottat dokument ta’ riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE. Fih, il-Kummissjoni pproponiet firxa ta’ għażliet fejn ir-riżorsi proprji jintrabtu b’mod aktar viżibbli mal-politiki tal-Unjoni, b’mod partikolari mas-suq uniku u mat-tkabbir sostenibbli. Skont id-dokument, bl-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda, jenħtieġ li tingħata attenzjoni għat-trasparenza, is-sempliċità u l-istabbiltà tagħhom, il-konsistenza tagħhom mal-objettivi ta’ politika tal-Unjoni, l-impatt tagħhom fuq il-kompetittività u t-tkabbir sostenibbli, u t-tqassim ekwu tagħhom fost l-Istati Membri.

(5)

Is-sistema preżenti għad-determinazzjoni tar-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT ġiet ikkritikata ripetutament mill-Qorti tal-Awdituri, il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri bħala waħda kkumplikata wisq. Il-Kunsill Ewropew tas-17 sal-21 ta’ Lulju 2020 għalhekk ikkonkluda li huwa xieraq li jiġi ssimplifikat il-kalkolu ta’ dik ir-riżorsa proprja.

(6)

Sabiex l-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni jiġu allinjati aħjar mal-prijoritajiet politiċi tagħha, sabiex jirriflettu aħjar ir-rwol tal-baġit ġenerali tal-Unjoni (“il-baġit tal-Unjoni”) fil-funzjonament tas-suq uniku, biex jappoġġaw aħjar l-objettivi tal-politiki tal-Unjoni u biex jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri bbażati fuq id-dħul nazzjonali gross (DNG) għall-baġit annwali tal-Unjoni, il-Kunsill Ewropew tas-17 sal-21 ta’ Lulju 2020 ikkonkluda li fis-snin li ġejjin l-Unjoni ser taħdem biex tirriforma s-sistema tar-riżorsi proprji u tintroduċi riżorsi proprji ġodda.

(7)

Bħala l-ewwel pass, jenħtieġ li tiġi introdotta kategorija ġdida ta’ riżorsi proprji bbażata fuq kontribuzzjonijiet nazzjonali kkalkulati abbażi tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik mhux irriċiklat. F’konformità mal-istrateġija tal-Unjoni dwar il-plastik, il-baġit tal-Unjoni jista’ jikontribwixxi għat-tnaqqis tat-tniġġis minn skart mill-imballaġġ tal-plastik. Riżorsa proprja li tkun ibbażata fuq kontribuzzjonijiet nazzjonali li jkunu proporzjonali għall-kwantità ta’ skart mill-imballaġġ tal-plastik li ma jiġix irriċiklat f’kull Stat Membru ser tipprovdi inċentiv biex jitnaqqas il-konsum ta’ plastik li jintuża darba biss, jitrawwem ir-riċiklar u tingħata spinta lill-ekonomija ċirkolari. Fl-istess ħin, l-Istati Membri ser ikunu liberi li jieħdu l-miżuri l-aktar xierqa sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Sabiex jiġi evitat impatt eċċessivament rigressiv fuq il-kontribuzzjonijiet nazzjonali, jenħtieġ li jiġi applikat mekkaniżmu ta’ aġġustament bi tnaqqis annwali ta’ somma f’daqqa għall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri bi DNG per capita fl-2017 anqas mill-medja tal-UE. Jenħtieġ li t-tnaqqis jikkorrispondi għal 3,8 kilogrammi mmultiplikati bil-popolazzjoni fl-2017 tal-Istati Membri kkonċernati.

(8)

Il-Kunsill Ewropew tas-17 sal-21 ta’ Lulju 2020 innota li, bħala bażi għal riżorsi proprji addizzjonali, fl-ewwel semestru tal-2021 il-Kummissjoni ser tressaq proposti dwar mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera u imposta diġitali bil-ħsieb tal-introduzzjoni tagħhom sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2023. Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni tressaq proposta riveduta dwar l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, biex possibbilment testendiha għas-settur tal-avjazzjoni u dak marittimu. Ikkonkluda li tul il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perijodu 2021-2027 (“QFP 2021-2027”), l-Unjoni ser taħdem biex tintroduċi riżorsi proprji oħra li jistgħu jinkludu Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji.

(9)

Il-Kunsill Ewropew tas-17 sal-21 ta’ Lulju 2020 ikkonkluda li jenħtieġ li l-arranġamenti tar-riżorsi proprji jimxu skont l-objettivi globali tas-sempliċità, it-trasparenza u l-ekwità, inkluż il-qsim ġust tal-piżijiet. Ikkonkluda wkoll li d-Danimarka, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Iżvezja, u fil-kuntest tal-appoġġ għall-irkupru u r-reżiljenza, anki l-Ġermanja, iridu jibbenefikaw minn korrezzjonijiet b’somma f’daqqa għall-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom ibbażati fuq id-DNG għall-perijodu 2021-2027.

(10)

Jenħtieġ li l-Istati Membri, permezz ta’ kosti tal-ġbir, iżommu 25 % tal-ammonti tar-riżorsi proprji tradizzjonali li jiġbru.

(11)

Jenħtieġ li l-integrazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fil-baġit tal-Unjoni tkun akkumpanjata minn żieda fil-limiti massimi tar-riżorsi proprji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. Huwa neċessarju li jkun hemm marġini suffiċjenti bejn il-pagamenti u l-limitu massimu tar-riżorsi proprji sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tkun tista’ — fi kwalunkwe ċirkostanza — twettaq l-obbligi finanzjarji tagħha, anki fi żminijiet ta’ kriżi ekonomika.

(12)

Jenħtieġ li jiġi ppreservat marġini suffiċjenti skont il-limiti massimi tar-riżorsi proprji għall-Unjoni biex tkopri l-obbligi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet kontinġenti kollha tagħha li jkunu dovuti fi kwalunkwe sena partikolari. Jenħtieġ li l-ammont totali ta’ riżorsi proprji allokat għall-baġit tal-Unjoni biex ikopri approprjazzjonijiet ta’ pagament annwali ma jaqbiżx il-1,40 % tat-total tad-DNG kollu tal-Istati Membri kollha. Jenħtieġ li l-ammont annwali totali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn ma jaqbiżx il-1,46 % tat-total tad-DNG kollu tal-Istati Membri kollha.

(13)

Sabiex l-ammont ta’ riżorsi finanzjarji li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Unjoni ma jinbidilx, huwa xieraq li l-livell massimu tar-riżorsi proprji għal approprazzjonijiet għall-pagamenti u għal approprazzjonijiet għall-impenji espress bħala perċentwali tad-DNG jiġi aġġustat, fil-każ ta’ emendi għar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li jirriżultaw f’bidliet sinifikanti fil-livell tad-DNG.

(14)

L-impatt ekonomiku tal-kriżi tal-COVID-19 jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat li l-Unjoni jkollha kapaċità finanzjarja suffiċjenti f’każ ta’ xokkijiet ekonomiċi. L-Unjoni teħtieġ li tipprovdi għaliha nfisha l-mezzi biex tilħaq l-objettivi tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji fuq skala eċċezzjonali huma meħtieġa sabiex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19, mingħajr ma tiżdied il-pressjoni fuq il-finanzi tal-Istati Membri f’mument fejn il-baġits tagħhom diġà huma taħt pressjoni enormi biex jiffinanzjaw miżuri ekonomiċi u soċjali nazzjonali marbuta mal-kriżi. Jenħtieġ għalhekk li jkun hemm rispons eċċezzjonali fil-livell tal-Unjoni. Għal dik ir-raġuni, huwa xieraq li fuq bażi eċċezzjonali l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissellef temporanjament sa EUR 750 000 miljun bi prezzijiet tal-2018 fis-swieq kapitali f’isem l-Unjoni. Jintużaw sa EUR 360 000 miljun bi prezzijiet tal-2018 tal-fondi mislufa biex jingħata self u sa EUR 390 000 miljun bi prezzijiet tal-2018 tal-fondi mislufa għall-infiq, it-tnejn għall-iskop uniku li jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19.

(15)

Dan ir-rispons eċċezzjonali jenħtieġ li jindirizza l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19 u jevita li din terġa’ tfeġġ. Għalhekk, jenħtieġ li l-appoġġ ikun limitat fiż-żmien u li l-biċċa l-kbira tal-finanzjament tingħata immedjatament wara l-kriżi, jiġifieri li l-impenji legali ta’ programm iffinanzjat minn dawn ir-riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jsiru sal-31 ta’ Diċembru 2023. L-approvazzjoni tal-pagamenti taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ser tkun soġġetta għat-twettiq sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri rilevanti stabbiliti fil-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li ser jiġu vvalutati skont il-proċedura rilevanti stabbilita fir-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li jirrifletti l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 sal-21 ta’ Lulju 2020.

(16)

Żieda straordinarja u temporanja fil-limiti massimi tar-riżorsi proprji hija neċessarja biex tiflaħ għall-obbligazzjonijiet marbuta mas-self previst ta’ fondi. Għalhekk, għall-iskop uniku ta’ kopertura tal-obbligazzjonijiet kollha tal-Unjoni li jirriżultaw mis-self li tagħmel biex tindirizza l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19, il-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet għal pagamenti u l-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet għal impenji jenħtieġ li jiżdiedu kull wieħed b’0,6 punti perċentwali. Is-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni biex tissellef fondi fis-swieq kapitali, f’isem l-Unjoni, għall-iskop uniku u esklussiv li tiffinanzja miżuri li jindirizzaw il-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19 hija marbuta mill-qrib maż-żieda fil-limiti massimi ta’ riżorsi proprji previst f’din id-Deċiżjoni u, fl-aħħar mill-aħħar, mal-funzjonament tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni. Għaldaqstant, dik is-setgħa mogħtija jenħtieġ li tiġi inkluża f’din id-Deċiżjoni. In-natura mingħajr preċedent ta’ din l-operazzjoni u l-ammont eċċezzjonali tal-fondi li jridu jissellfu jitolbu ċertezza dwar il-volum globali tal-obbligazzjoni tal-Unjoni u l-karatteristiċi essenzjali tal-ħlas lura tagħha, kif ukoll għall-implimentazzjoni ta’ strateġija ta’ self diversifikata.

(17)

Iż-żieda fil-limiti massimi tar-riżorsi proprji hija meħtieġa għaliex inkella l-limiti massimi ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw id-disponibbiltà ta’ riżorsi adegwati li l-Unjoni għandha bżonn biex tissodisfa l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mis-setgħa eċċezzjonali u temporanja mogħtija biex tissellef fondi. Il-ħtieġa li jkun hemm rikors għal din l-allokazzjoni addizzjonali ser tkun ukoll waħda temporanja biss billi l-obbligi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet kontinġenti rilevanti ser jonqsu maż-żmien hekk kif il-fondi mislufa jitħallsu lura u s-self jimmatura. Għaldaqstant, jenħtieġ li ż-żieda tiskadi meta l-fondi mislufa kollha jkunu tħallsu lura u l-obbligazzjonijiet kontinġenti kollha marbuta mis-self li jingħata abbażi ta’ dawk il-fondi jkunu spiċċaw, li jenħtieġ li jsir sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2058.

(18)

L-attivitajiet tal-Unjoni biex tindirizza l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19 jeħtieġ li jkunu sinifikanti u jridu jseħħu fi żmien relattivament qasir. Is-self ta’ fondi jeħtieġ li jsir skont dan iż-żmien. Għaldaqstant jenħtieġ li l-attività ġdida ta’ self nett tieqaf sa mhux aktar tard minn tmiem l-2026. Wara l-2026 l-operazzjonijiet mutwatarji jenħtieġ li jkunu strettament limitati għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tad-dejn. Meta timplimenta l-operazzjonijiet permezz ta’ strateġija ta’ finanzjament diversifikata, jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-kapaċità tas-swieq bl-aħjar mod biex tassorbi s-self ta’ ammonti ta’ fondi daqstant sinifikanti b’maturitajiet differenti, inkluż il-finanzjament fuq terminu qasir għall-fini tal-ġestjoni tal-flus kontanti, u li tiżgura l-aktar kundizzjonijiet vantaġġużi għall-ħlas lura. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni, b’mod regolari u komprensiv, tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-aspetti kollha tal-ġestjoni tad-dejn tagħha. Malli jsiru magħrufa l-iskedi ta’ pagament għall-politiki li għandhom jiġu ffinanzjati mis-self, il-Kummissjoni ser tikkomunika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kalendarju tal-ħruġ li jkun fih id-dati tal-ħruġ mistennija kif ukoll il-volumi mistennija għas-sena li jmiss kif ukoll pjan li jistipula l-pagamenti tal-kapital u tal-imgħax mistennija. Jenħtieġ li l-Kummissjoni taġġorna dak il-kalendarju b’mod regolari.

(19)

Il-ħlas lura ta’ fondi mislufa bl-iskop li jingħata appoġġ li ma jitħallasx lura, li jingħata appoġġ li jitħallas lura permezz ta’ strumenti finanzjarji jew il-provvediment għal garanziji baġitarji, kif ukoll il-pagament tal-imgħax dovut, jenħtieġ li jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-fondi mislufa li jintużaw biex jingħata self lill-Istati Membri jitħallsu lura bl-użu tas-somom li jkunu waslu mingħand l-Istati Membri benefiċjarji. Hemm bżonn li r-riżorsi meħtieġa jiġu allokati u jsiru disponibbli għall-Unjoni biex hija tkun tista’ tkopri l-obbligi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet kontinġenti kollha tagħha li jirriżultaw mis-setgħa eċċezzjonali u temporanja mogħtija biex tissellef fondi fi kwalunkwe sena partikolari u fi kwalunkwe ċirkostanza, f’konformità mal-Artikolu 310(4) u l-Artikolu 323 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(20)

L-ammonti mhux użati għall-ħlas tal-imgħax kif previst ser jintużaw għall-ħlas lura bikri qabel tmiem il-QFP 2021-2027, b’ammont minimu, u jistgħu jiżdiedu ‘il fuq minn dan il-livell dment li riżorsi proprji ġodda jkunu ġew introdotti wara l-2021 f’konformità mal-proċedura li tinsab fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 311 TFUE. L-obbligazzjonijiet kollha mġarrba mis-setgħa eċċezzjonali u temporanja għas-self tal-fondi jenħtieġ li jitħallsu lura kompletament sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2058. Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni baġitarja effiċjenti tal-approprjazzjonijiet meħtieġa biex jiġi kopert il-ħlas lura tal-fondi mislufa, huwa xieraq li tiġi prevista l-possibbiltà li l-impenji baġitarji sottostanti jitqassmu f’pagamenti akkont annwali.

(21)

Jenħtieġ li l-iskeda tal-ħlas lura tirrispetta l-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u tkopri l-volum sħiħ tal-fondi mislufa taħt is-setgħa tal-Kummissjoni bil-ħsieb li jinkiseb tnaqqis kostanti u prevedibbli tal-obbligazzjonijiet matul il-perijodu globali. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-ammonti dovuti mill-Unjoni f’sena partikolari għall-ħlas lura tal-kapital ma jaqbżux 7,5 % tal-ammont massimu ta’ EUR 390 000 miljun għall-infiq.

(22)

Minħabba l-karatteristiċi tas-setgħa eċċezzjonali, temporanja u limitata mogħtija lill-Kummissjoni biex tissellef fondi bl-iskop li jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19, jenħtieġ li jiġi ċċarat li, bħala regola, l-Unjoni jenħtieġ li ma tużax il-fondi mislufa fis-swieq kapitali għall-finanzjament tal-infiq operazzjonali.

(23)

Sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tkun dejjem kapaċi tissodisfa f’waqthom l-obbligi legali tagħha fir-rigward ta’ partijiet terzi, jenħtieġ li jiġu previsti regoli speċifiċi minn din id-Deċiżjoni li jawtorizzaw lill-Kummissjoni, matul il-perijodu ta’ żieda temporanja fil-limiti massimi tar-riżorsi proprji, li ssejjaħ lill-Istati Membri biex jagħmlu proviżorjament disponibbli r-riżorsi tal-flus kontanti rilevanti jekk l-approprjazzjonijiet awtorizzati mdaħħla fil-baġit tal-Unjoni ma jkunux biżżejjed biex jiġu koperti l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mis-self marbut ma’ dik iż-żieda temporanja. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, bħala l-aħħar għażla, tkun tista’ biss tirrikorri għal flus kontanti jekk ma tkunx tista’ tiġġenera l-likwidità neċessarja billi tattiva miżuri oħra ta’ ġestjoni attiva ta’ flus kontanti, inkluż jekk ikun neċessarju, permezz ta’ rikors għal finanzjament fuq terminu qasir mis-swieq kapitali, sabiex tiżgura l-konformità f’waqtha mal-obbligi tal-Unjoni fir-rigward tas-selliefa. Huwa xieraq li jkun stipulat li tali sejħiet jenħtieġ li jitħabbru mill-Kummissjoni lill-Istati Membri debitament minn qabel u jenħtieġ li jkunu strettament pro rata mad-dħul tal-baġit stmat ta’ kull Stat Membru, u fi kwalunkwe każ, limitati għas-sehem tagħhom tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji temporanjament miżjud, jiġifieri 0,6 % tad-DNG tal-Istati Membri. Madankollu, jekk Stat Membru, kompletament jew parzjalment, jonqos milli jonora sejħa fil-ħin, jew jekk jinnotifika lill-Kummissjoni li mhux ser ikun jista’ jonora sejħa, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun awtorizzata xorta waħda, fuq bażi proviżorja, li tagħmel talbiet addizzjonali lil Stati Membri oħra fuq bażi pro rata. Huwa xieraq li jiġi pprovdut ammont massimu li l-Kummissjoni tista’ titlob kull sena minn Stat Membru. Il-Kummissjoni mistennija tippreżenta l-proposti meħtieġa bl-iskop li jiddaħħal l-infiq kopert mill-ammonti ta’ riżorsi ta’ flus kontanti proviżorjament mogħtija mill-Istati Membri fil-baġit tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat li dawk ir-riżorsi jitqiesu kmieni kemm jista’ jkun bl-iskop li r-riżorsi proprji jiġu akkreditati f’kontijiet mill-Istati Membri, jiġifieri f’konformità mal-qafas legali applikabbli u għaldaqstant abbażi tal-koeffiċjenti tad-DNG rispettivi u mingħajr preġudizzju għal riżorsi proprji oħra jew dħul ieħor.

(24)

F’konformità mar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 311 tat-TFUE, ser jiġi adottat Regolament tal-Kunsill li jistipula miżuri ta’ implimentazzjoni għas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jinkludu dispożizzjonijiet ta’ natura ġenerali u teknika li jkunu applikabbli għall-kategoriji kollha ta’ riżorsi proprji. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jinkludu regoli ddettaljati għall-kalkolu u l-ibbaġitjar tal-bilanċ, kif ukoll id-dispożizzjonijiet u l-arranġamenti meħtieġa għall-kontroll u s-superviżjoni tal-ġbir tar-riżorsi proprji.

(25)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ biss ladarba tkun ġiet approvata mill-Istati Membri kollha skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali rispettivi tagħhom u b’hekk tiġi rrispettata bis-sħiħ is-sovranità nazzjonali. Il-Kunsill Ewropew tas-17 sal-21 ta’ Lulju 2020 innota l-intenzjoni tal-Istati Membri li jipproċedu bl-approvazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni mill-aktar fis possibbli.

(26)

Għal raġunijiet ta’ konsistenza, kontinwità u ċertezza legali, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mis-sistema li ddaħħlet bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom (3), għal dik prevista f’din id-Deċiżjoni.

(27)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/335/UE titħassar.

(28)

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-ammonti monetarji kollha jiġu espressi f’euro.

(29)

Minħabba l-bżonn urġenti li jkun jista’ jsir self bil-ħsieb li jiġu ffinanzjati miżuri biex jindirizzaw il-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li tasal l-aħħar notifika tat-tlestija tal-proċeduri għall-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(30)

Sabiex tiġi żgurata t-tranżizzjoni lejn is-sistema riveduta tar-riżorsi proprji u sabiex din id-Deċiżjoni tkun tikkoinċidi mas-sena finanzjarja, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli dwar l-allokazzjoni ta’ riżorsi proprji għall-Unjoni sabiex jiġi ggarantit l-iffinanzjar tal-baġit annwali tal-Unjoni.

Artikolu 2

Kategoriji tar-riżorsi proprji u metodi speċifiċi għall-kalkolu tagħhom

1.   Id-dħul minn dawn li ġejjin għandu jikkostitwixxi riżorsi proprji mdaħħla fil-baġit tal-Unjoni:

(a)

riżorsi proprji tradizzjonali li jikkonsistu minn imposti, premiums, ammonti addizzjonali jew kumpensatorji, ammonti jew fatturi addizzjonali, dazji tat-Tariffa Doganali Komuni u dazji oħra stabbiliti, jew li għandhom jiġu stabbiliti, mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fir-rigward tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi, dazji doganali fuq prodotti skont it-Trattat skadut li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, kif ukoll kontribuzzjonijiet u dazji oħra previsti fil-qafas tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fiz-zokkor;

(b)

l-applikazzjoni ta’ rata uniformi ta’ ġbir ta’ 0,30 % għall-Istati Membri kollha għall-ammont totali ta’ riċevuti tal-VAT miġbura fir-rigward tal-provvisti taxxabbli kollha diviż bil-medja ponderata tar-rata tal-VAT ikkalkulata għas-sena kalendarja rilevanti kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 (4). Għal kull Stat Membru, il-bażi tal-VAT li għandha titqies għal dan l-għan ma għandhiex taqbeż 50 % tad-DNG;

(c)

l-applikazzjoni ta’ rata uniformi ta’ ġbir għall-piż tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik iġġenerat minn kull Stat Membru li mhux irriċiklat. Ir-rata ta’ ġbir uniformi għandha tkun ta’ EUR 0,80 kull kilogramm. Għandu japplika tnaqqis annwali ta’ somma f’daqqa għal ċerti Stati Membri kif definit fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2;

(d)

l-applikazzjoni ta’ rata uniformi ta’ ġbir, li għandha tiġi ddeterminata skont il-proċedura baġitarja fid-dawl tat-total tad-dħul l-ieħor kollu, għas-somma tad-DNG tal-Istati Membri kollha.

2.   Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, “plastik” għandha tfisser polimeru skont it-tifsira tal-punt (5) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li miegħu setgħu ġew miżjuda addittivi jew sustanzi oħra; “skart mill-imballaġġ” u “riċiklaġġ” għandhom it-tifsira assenjata lil dawk it-termini fil-punti (2) u (2c) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE (6) rispettivament, u kif użati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE (7).

Il-piż tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik li mhux irriċiklat għandu jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn il-piż tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik iġġenerat fi Stat Membru f’sena partikolari u l-piż tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik li jkun irriċiklat f’dik is-sena li hija determinata skont id-Direttiva 94/62/KE.

L-Istati Membri li ġejjin għandhom ikunu intitolati għal tnaqqis annwali ta’ somma f’daqqa, espress bi prezzijiet attwali, li għandu jiġi applikat għall-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 fl-ammont ta’ EUR 22 miljun għall-Bulgarija, EUR 32,1876 miljun għaċ-Ċekja, EUR 4 miljun għall-Estonja, EUR 33 miljun għall-Greċja, EUR 142 miljun għal Spanja, EUR 13-il miljun għall-Kroazja, EUR 184,0480 miljun għall-Italja, EUR 3 miljun għal Ċipru, EUR 6 miljun għal-Latvja, EUR 9 miljun għal-Litwanja, EUR 30 miljun għall-Ungerija, EUR 1 415 900 għal Malta, EUR 117-il miljun għall-Polonja, EUR 31 322 000 għall-Portugall, EUR 60 miljun għar-Rumanija, EUR 6 279 700 għas-Slovenja u EUR 17-il miljun għas-Slovakkja.

3.   Għall-finijiet tal-punt (d) tal-paragrafu 1, ir-rata uniformi ta’ ġbir għandha tapplika għad-DNG ta’ kull Stat Membru.

Id-DNG kif imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ifisser d-DNG annwali bil-prezzijiet tas-suq, kif previst mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

4.   Għall-perijodu 2021-2027, l-Istati Membri li ġejjin għandhom jibbenefikaw minn tnaqqis gross fil-kontribuzzjonijiet tagħhom bbażati fuq id-DNG skont il-punt (d) tal-paragrafu 1 ta’ EUR 565 miljun għall-Awstrija, EUR 377 miljun għad- Danimarka, EUR 3 671 miljun għall-Ġermanja, EUR 1 921 miljun għan-Netherlands u EUR 1 069 miljun għall-Iżvezja. Dawn l-ammonti għandhom jitkejlu skont il-prezzijiet tal-2020 u jiġu aġġustati għall-prezzijiet attwali bl-applikazzjoni tad-deflatur l-aktar reċenti tal-prodott domestiku gross għall-Unjoni, espress f’euro, kif previst mill-Kummissjoni, li jkun disponibbli meta jitfassal l-abbozz ta’ baġit. Dan it-tnaqqis gross għandu jiġi ffinanzjat mill-Istati Membri kollha.

5.   Jekk, fil-bidu tas-sena finanzjarja, il-baġit tal-Unjoni ma jkunx ġie adottat, ir-rati ta’ ġbir uniformi ta’ qabel ibbażati fuq id-DNG għandhom jibqgħu japplikaw sakemm jidħlu fis-seħħ ir-rati l-ġodda.

Artikolu 3

Limiti massimi tar-riżorsi proprji

1.   L-ammont totali tar-riżorsi proprji allokat għall-Unjoni sabiex jiġu koperti l-approprjazzjonijiet annwali għal pagamenti ma għandux jeċċedi 1,40 % tas-somma tad-DNG tal-Istati Membri kollha.

2.   L-ammont totali annwali tal-approprjazzjonijiet għal impenji li jiddaħħal fil-baġit tal-Unjoni ma għandux jeċċedi 1,46 % tas-somma tad-DNG tal-Istati Membri kollha.

3.   Għandu jinżamm proporzjon ordnat bejn l-approprjazzjonijiet għal impenji u l-approprjazzjonijiet għal pagamenti sabiex tiġi ggarantita l-kompatibbiltà tagħhom u sabiex ikun hemm konformità mal-limitu massimu stabbilit fil-paragrafu 1 fis-snin ta’ wara.

4.   Fejn l-emendi għar-Regolament (UE) Nru 549/2013 jirriżultaw f’bidliet sinifikanti fil-livell tad-DNG, il-Kummissjoni għandha tikkalkula mill-ġdid il-limiti massimi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 bħala temporanjament miżjuda f’konformità mal-Artikolu 6 abbażi tal-formula li ġejja:

Image 1

fejn:

“x % ” hija l-limitu massimu tar-riżorsi proprji għal approprjazzjonijiet għal pagamenti;

“y % ” hija l-limitu massimu tar-riżorsi proprji għal approprjazzjonijiet għal impenji;

“t” hija l-aħħar sena sħiħa li għaliha hija disponibbli d-data definita mir-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

“ESA” hija s-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni.

Artikolu 4

Użu ta’ fondi mislufa fuq is-swieq kapitali

L-Unjoni ma għandhiex tuża fondi mislufa fuq is-swieq kapitali għall-finanzjament tal-infiq operazzjonali.

Artikolu 5

Mezzi addizzjonali straordinarji u temporanji biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19

1.   Għall-iskop uniku li jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19 permezz tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Irkupru tal-Unjoni Ewropea u l-leġiżlazzjoni settorjali msemmija fih:

(a)

il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tissellef fondi fuq is-swieq kapitali f’isem l-Unjoni sa EUR 750 000 miljun bi prezzijiet tal-2018. L-operazzjonijiet mutwatarji għandhom jitwettqu f’euro;

(b)

sa EUR 360 000 miljun bi prezzijiet tal-2018 mill-fondi mislufa jistgħu jintużaw biex jingħata self u, b’deroga mill-Artikolu 4, sa EUR 390 000 miljun bi prezzijiet tal-2018 mill-fondi mislufa jistgħu jintużaw għall-infiq.

L-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi aġġustat abbażi ta’ deflatur fiss ta’ 2 % kull sena. Kull sena l-Kummissjoni għandha tikkomunika l-ammont kif aġġustat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi s-self imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu sabiex ma jsir l-ebda self nett ġdid wara l-2026.

2.   Il-ħlas lura tal-kapital tal-fondi mislufa biex jintużaw għall-infiq kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-imgħax dovut relatat għandhom jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni. L-impenji baġitarji jistgħu jinqasmu fuq diversi snin f’pagamenti parzjali annwali f’konformità mal-Artikolu 112(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

Il-ħlas lura tal-fondi msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun skedat, f’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, sabiex jiġi żgurat it-tnaqqis kostanti u prevedibbli tal-obbligazzjonijiet. Il-ħlasijiet lura tal-kapital tal-fondi għandhom jibdew qabel tmiem il-perijodu tal-QFP 2021–2027, b’ammont minimu, sa fejn jippermettu l-ammonti mhux użati għall-pagamenti tal-imgħax dovuti taħt is-self imsemmi fil- paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 314 TFUE. L-obbligazzjonijiet kollha mġarrba permezz tas-setgħa eċċezzjonali u temporanja tal-Kummissjoni li tissellef fondi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jitħallsu lura kollha sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2058.

L-ammonti dovuti mill-Unjoni f’sena partikolari għall-ħlas lura tal-kapital tal-fondi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx jaqbżu 7,5 % tal-ammont massimu li għandu jintuża għall-infiq imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

3.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa għall-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet mutwatarji. Il-Kummissjoni, b’mod regolari u komprensiv, għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-aspetti kollha tal-istrateġija ta’ ġestjoni tad-dejn tagħha. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kalendarju tal-ħruġ li jkun fih id-dati tal-ħruġ u l-volumi mistennija għas-sena li jmiss kif ukoll pjan li jistipula l-pagamenti prinċipali u ta’ imgħax mistennija, u tikkomunikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha taġġorna dak il-kalendarju b’mod regolari.

Artikolu 6

Żieda straordinarja u temporanja fil-limiti massimi tar-riżorsi proprji għall-allokazzjoni tar-riżorsi meħtieġa biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19

Il-limiti massimi li jinsabu fl-Artikolu 3(1) u (2) għandhom temporanjament jiżdiedu kull wieħed b’0,6 punti perċentwali għall-iskop uniku li jiġu koperti l-obbligazzjonijiet kollha tal-Unjoni li jirriżultaw mis-self imsemmi fl-Artikolu 5 sakemm dawn l-obbligazzjonijiet kollha ma jibqgħux jeżistu, u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2058.

Iż-żieda fil-limiti massimi tar-riżorsi proprji ma għandhomx jintużaw biex jiġu koperti xi obbligazzjonijiet oħra tal-Unjoni.

Artikolu 7

Prinċipju tal-universalità

Id-dħul imsemmi fl-Artikolu 2 għandu jintuża mingħajr distinzjoni biex jiġi ffinanzjat l-infiq kollu mdaħħal fil-baġit annwali tal-Unjoni.

Artikolu 8

Riport tas-surplus

Kull surplus fid-dħul tal-Unjoni fuq l-infiq attwali totali matul sena finanzjarja għandu jiġi riportat għas-sena finanzjarja ta’ wara.

Artikolu 9

Ġbir tar-riżorsi proprji u d-disponibbiltà tagħhom għall-Kummissjoni

1.   Ir-riżorsi proprji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) għandhom jinġabru mill-Istati Membri f’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali imposti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva. L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jadattaw dawk id-dispożizzjonijiet sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-regoli tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha teżamina d-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti kkomunikati lilha mill-Istati Membri, tibgħat l-aġġustamenti li tqis li huma neċessarji lill-Istati Membri sabiex tiżgura li huma jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni u, jekk ikun hemm bżonn, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.   L-Istati Membri għandhom iżommu, bħala kost tal-ġbir, 25 % tal-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1).

3.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu r-riżorsi proprji previsti fl-Artikolu 2(1) ta’ din id-Deċiżjoni disponibbli għall-Kummissjoni, f’konformità mar-regolamenti adottati skont l-Artikolu 322(2) TFUE.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 (10), jekk l-approprjazzjonijiet awtorizzati mdaħħla fil-baġit tal-Unjoni ma jkunux biżżejjed biex l-Unjoni tikkonforma mal-obbligi tagħha li jirriżultaw mis-self imsemmi fl-Artikolu 5 ta’ din id-Deċiżjoni u l-Kummissjoni ma tkunx tista’ tiġġenera l-likwidità neċessarja billi tattiva miżuri oħra previsti mill-arranġamenti finanzjarji li japplikaw għal tali self fil-ħin sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi tal-Unjoni, inkluż permezz ta’ ġestjoni attiva tal-flus kontanti u, jekk meħtieġ, permezz ta’ rikors għal finanzjament fuq perijodu ta’ żmien qasir fuq is-swieq kapitali b’konsistenza mal-kondizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 5(2) ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom, bħala l-aħħar għażla tal-Kummissjoni, jagħmlu r-riżorsi meħtieġa għal dak l-iskop disponibbli għall-Kummissjoni. F’ każijiet bħal dawn, il-paragrafi 5 sa 9 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw b’deroga mill-Artikolu 14(3) u mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014.

5.   Soġġett għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014, il-Kummissjoni tista’ ssejjaħ lill-Istati Membri biex b’mod proviżorju jipprovdu d-differenza bejn l-assi globali u r-rekwiżiti tar-riżorsi ta’ flus kontanti, b’mod proporzjonat (“pro rata”) għad-dħul tal-baġit stmat ta’ kull wieħed minnhom. Il-Kummissjoni għandha tħabbar tali sejħiet lill-Istati Membri minn qabel b’mod xieraq. Il-Kummissjoni ser tistabbilixxi djalogu strutturat mal-uffiċċji tal-ġestjoni tad-dejn u t-teżori nazzjonali fir-rigward tal-ħruġ u l-iskedi tal-ħlas lura tagħha.

Jekk Stat Membru jonqos, b’mod sħiħ jew parzjali, milli jonora sejħa fil-ħin, jew jekk jinnotifika lill-Kummissjoni li mhux ser ikun jista’ jonora sejħa, il-Kummissjoni, sabiex tkopri l-parti li tikkorrispondi għall-Istat Membru kkonċernat, proviżorjament għandu jkollha d-dritt li tagħmel sejħiet addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra. Tali sejħiet għandhom ikunu pro rata għad-dħul tal-baġit stmat ta’ kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra. L-Istat Membru li jkun naqas milli jonora sejħa għandu jibqa’ responsabbli li jonoraha.

6.   L-ammont annwali totali massimu ta’ riżorsi ta’ flus kontanti li jista’ jintalab minn Stat Membru skont il-paragrafu 5 għandu, fiċ-ċirkostanzi kollha, ikun limitat għas-sehem relattiv tiegħu bbażat fuq id-DNG fiż-żieda straordinarja u temporanja tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji kif imsemmi fl-Artikolu 6. Għal dan l-iskop , is-sehem relattiv ibbażat fuq id-DNG għandu jiġi kkalkulat bħala s-sehem fid-DNG totali tal-Unjoni, kif jirriżulta mill-kolonna rispettiva fil-parti tad-dħul tal-aħħar baġit annwali tal-Unjoni adottat.

7.   Kwalunkwe provvediment ta’ riżorsi ta’ flus kontanti skont il-paragrafi 5 u 6 għandu jiġi kkumpensat mingħajr dewmien f’konformità mal-qafas legali applikabbli għall-baġit tal-Unjoni.

8.   L-infiq kopert mill-ammonti tar-riżorsi ta’ flus kontanti mogħtija mill-Istati Membri b’mod proviżorju f’konformità mal-paragrafu 5 għandu jiddaħħal fil-baġit tal-Unjoni mingħajr dewmien sabiex jiġi żgurat li d-dħul relatat jitqies kmieni kemm jista’ jkun bl-iskop li r-riżorsi proprji tal-Istati Membri jiġu akkreditati f’kontijiet f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014.

9.   Fuq bażi annwali, l-applikazzjoni tal-paragrafu 5 ma għandhiex twassal għal rikors għal riżorsi ta’ flus kontanti li jaqbeż il-limiti massimi għar-riżorsi proprji msemmija fl-Artikolu 3 kif miżjuda f’konformità mal-Artikolu 6.

Artikolu 10

Miżuri ta’ implimentazzjoni

Il-Kunsill għandu, jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-proċedura stabbilita fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 311 TFUE, fir-rigward tal-elementi li ġejjin tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni:

(a)

il-proċedura għall-kalkolu u l-ibbaġitjar tal-bilanċ baġitarju annwali kif stabbilit fl-Artikolu 8;

(b)

id-dispożizzjonijiet u l-arranġamenti meħtieġa għall-kontroll u s-superviżjoni tal-ġbir tar-riżorsi proprji msemmija fl-Artikolu 2(1) u kull rekwiżit rilevanti ta’ rappurtar.

Artikolu 11

Dispożizzjonijiet finali u tranżizzjonali

1.   Soġġett għall-paragrafu 2, titħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE Euratom. Kull referenza għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 70/243/KEFA, KEE, Euratom (11), għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/257/KEE, Euratom (12), għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/376/KEE, Euratom (13), għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/728/KE, Euratom (14), għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom (15), għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom (16) jew għad-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom għandha tittieħed bħala referenza għal din id-Deċiżjoni; referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jinqraw f’konformità ma-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

2.   L-Artikoli 2, 4 u 5 tad-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom, l-Artikoli 2, 4 u 5 tad-Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom, l-Artikoli 2, 4 u 5 tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom u l-Artikoli 2, 4 u 5 tad-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom għandhom jibqgħu japplikaw għall-kalkolu u l-aġġustament tad-dħul dovut mill-applikazzjoni tar-rata ta’ ġbir għall-bażi tal-VAT iddeterminata b’mod uniformi u limitata sa bejn 50 % u 55 % tal-PNG jew tad-DNG ta’ kull Stat Membru, skont is-sena rilevanti, għall-kalkolu tal-korrezzjoni tal-iżbilanċi baġitarji mogħtija lir-Renju Unit fis-snin 1995 sa 2020 u għall-kalkolu tal-finanzjament tal-korrezzjonijiet mogħtija lir-Renju Unit minn Stati Membri oħra.

3.   L-Istati Membri għandhom jibqgħu jżommu, bħala kost tal-ġbir, 10 % tal-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) li kellhom ikunu magħmula disponibbli mill-Istati Membri qabel it-28 ta’ Frar 2001 f’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jibqgħu jżommu, bħala kost tal-ġbir, 25 % tal-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) li kellhom ikunu magħmula disponibbli mill-Istati Membri bejn l-1 ta’ Marzu 2001 u t-28 ta’ Frar 2014 f’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni.

5.   L-Istati Membri għandhom jibqgħu jżommu, bħala kost tal-ġbir, 20 % tal-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) li kellhom ikunu magħmula disponibbli mill-Istati Membri bejn l-1 ta’ Marzu 2014 u t-28 ta’ Frar 2021 f’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni.

6.   Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-ammonti monetarji kollha għandhom jiġu espressi f’euro.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għandu jinnotifika lill-Istati Membri b’din id-Deċiżjoni.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill mingħajr dewmien malli jitlestew il-proċeduri għall-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’konformità mar-rekwiżiti kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li tkun waslet l-aħħar notifika min-notifiki msemmija fit-tieni paragrafu.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 13

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Opinjoni tas-16 ta’ Settembru 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar is-sistema tar-Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta’ riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(6)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE tat-22 ta’ Marzu 2005 li tistabbilixxi l-formati relatati mas-sistema tal-bażi tad-dejta skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 86, 5.4.2005, p. 6).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 (Regolament dwar id-DNG) (ĠU L 91, 29.3.2019, p. 19).

(9)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r- Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 39).

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 70/243/KEFA, KEE, Euratom tal-21 ta’ April 1970 dwar is-sostituzzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri mir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 94, 28.4.1970, p. 19).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/257/KEE, Euratom tas-7 ta’ Mejju 1985 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 128, 14.5.1985, p. 15).

(13)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/376/KEE, Euratom tal-24 ta’ Ġunju 1988 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 185, 15.7.1988, p. 24).

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/728/KE, Euratom tal-31 ta’ Ottubru 1994 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 293, 12.11.1994, p. 9).

(15)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta’ Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42).

(16)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17).


ANNESS

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom

Din id-Deċiżjoni

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 2(1)(b)

-

Artikolu 2(1)(c)

Artikolu 2(1)(c)

Artikolu 2(1)(d)

Artikolu 2(2)

-

-

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 9(2)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu u Artikolu 2(4)

Artikolu 2(6)

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(7)

Artikolu 2(3), it-tieni subparagrafu u Artikolu 3(4)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(2) u (3)

Artikolu 3(3)

-

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(4)

Artikolu 4

-

-

Artikolu 4

Artikolu 5

-

-

Artikolu 5

-

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8(1)

Artikolu 9(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 9(3)

-

Artikolu 9(4) sa (9)

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10(1)

Artikolu 11(1)

Artikolu 10(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 10(3)

Artikolu 11(3)

Artikolu 10(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(4)

-

Artikolu 11(5)

Artikolu 10(4)

Artikolu 11(6)

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

-

-

Artikolu 13


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/11


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2054

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera, fir-rigward tal-emenda tal-dak il-Ftehim billi tissostitwixxi l-Protokoll 3 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2840/72 tal-Kunsill (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1973.

(2)

Il-Ftehim jinkludi l-Protokoll 3 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (il-‘Protokoll 3’). Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll 3, il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 29 tal-Ftehim (“il-Kumitat Konġunt”) jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 3.

(3)

Fil-laqgħa li jmiss tiegħu, qabel tmiem l-2023, il-Kumitat Konġunt ser jadotta deċiżjoni li temenda l-Ftehim billi tissostitwixxi l-Protokoll 3 (‘deċiżjoni’).

(4)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt, peress li d-deċiżjoni ser ikollha effetti legali vinkolanti fl-Unjoni.

(5)

Il-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (2) u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-oġġetti nnegozjati skont ftehimiet bilaterali rilevanti ta’ kummerċ ħieles konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni., li japplikaw mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’dawk il-ftehimiet bilaterali.

(6)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprevedi li kull Parti Kontraenti trid tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura l-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni. Għal dak l-għan, id-deċiżjonI ser tintroduċi referenza dinamika għall-Konvenzjoni fil-Protokoll 3, sabiex dejjem issir referenza għall-aħħar verżjoni tal-Konvenzjoni fis-seħħ.

(7)

Diskussjonijiet dwar l-emenda tal-Konvenzjoni wasslu għal sett ġdid ta’ regoli tal-oriġini iżjed moderni u iżjed flessibbli li jridu jiġu inkorporati fil-Konvenzjoni. Sakemm tiġi konkluża u tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni, l-Unjoni u l-Konfederazzjoni Żvizzera qablu li japplikaw kemm jista’ jkun malajr set alternattiv ta’ regoli tal-oriġini bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni emendata, li jistgħu jintużaw b’mod bilaterali bħala regoli tal-oriġini alternattivi għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni (“Regoli tranżitorji”). Għal dak il-għan, id-deċiżjoni ser tipprevedi wkoll ir-Regoli tranżitorji

(8)

Fiż-żona tal-akkumulazzjoni kostitwita mill-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni, ir-Repubblika tat-Turkija, il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna, jenħtieġ li tinżamm il-possibbiltà li jintużaw iċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini minflok iċ-ċertifikati tal-moviment EUR-MED jew id-dikjarazzjoni tal-oriġini EUR-MED bħala deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni applikabbli għall-akkumulazzjoni dijagonali fost dawk il- parteċipanti,

(9)

Għaldaqstant, il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fir-rigward tal-emenda tal-dak il-Ftehim billi tissostitwixxi l-Protokoll 3 tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjonigħandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Ir-Regolament (KEE) Nru 2840/72 tad-19 ta’ Diċembru 1972 tal-Kunsill li jikkonkludi l-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera u li jadotta d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tiegħu u li jikkonkludi ftehim addizzjonali dwar il-validità, għall-Prinċipalità ta’ Liechtenstein tal-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 (ĠU L 300, 31.12.1972, p. 188).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3).

(3)  Ara d-dokument ST 10245/20 fuq http://register.consilium.europa.eu


15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/13


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2055

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 3 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġiet konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/126/KE (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1997.

(2)

Il-Ftehim jinkludi l-Protokoll 3 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (‘il-Protokoll 3). Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll 3, il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 31 tal-Ftehim (“il-Kumitat Konġunt”) jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 3.

(3)

Fil-laqgħa li jmiss tiegħu, qabel tmiem l-2023, il-Kumitat Konġunt ser jadotta deċiżjoni li temenda l-Ftehim billi tissostitwixxi l-Protokoll 3 (‘deċiżjoni’).

(4)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt, peress li -d-deċiżjoni ser ikollha effetti legali vinkolanti fl-Unjoni.

(5)

Il-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (2) u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-oġġetti nnegozjati skont ftehimiet bilaterali rilevanti ta’ kummerċ ħieles konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, li japplikaw mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’dawk il-ftehimiet bilaterali.

(6)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprevedi li kull Parti Kontraenti trid tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura l-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni. Għal dak l-għan, id-deċiżjonI ser tintroduċi referenza dinamika għall-Konvenzjoni fil-Protokoll 3, sabiex dejjem issir referenza għall-aħħar verżjoni tal-Konvenzjoni fis-seħħ.

(7)

Diskussjonijiet dwar l-emenda tal-Konvenzjoni wasslu għal sett ġdid ta’ regoli tal-oriġini iżjed moderni u iżjed flessibbli li jridu jiġu inkorporati fil-Konvenzjoni. Sakemm tiġi konkluża u tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni, l-Unjoni u l-Gżejjer Faroe qablu li japplikaw kemm jista’ jkun malajr set alternattiv ta’ regoli tal-oriġini bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni emendata, li jistgħu jintużaw b’mod bilaterali bħala regoli tal-oriġini alternattivi għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni (“Regoli tranżitorji”). Għal dak il-għan, id-deċiżjoni ser tipprevedi wkoll ir-Regoli tranżitorji

(8)

Fiż-żona tal-akkumulazzjoni kostitwita mill-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni, ir-Repubblika tat-Turkija, il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna, jenħtieġ li tinżamm il-possibbiltà li jintużaw iċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini minflok iċ-ċertifikati tal-moviment EUR-MED jew id-dikjarazzjoni tal-oriġini EUR-MED bħala deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni applikabbli għall-akkumulazzjoni dijagonali fost dawk il-parteċipanti,

(9)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra, dwar l-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 3 tiegħu għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fil31 ta’ Diċembru 2023.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/126/KE tas-6 ta’ Diċembru 1996 dwar il-konklużjoni ta’ ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faroe, min-naħa l-oħra (ĠU L 53, 22.2.1997, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3).

(3)  Ara d-dokument ST 10257/20 fuq http://register.consilium.europa.eu


15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/15


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2056

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll Nru 3 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, u r-Renju tan-Norveġja (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1691/73 tal-Kunsill (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1973.

(2)

Il-Ftehim jinkludi l-Protokoll Nru 3 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (“il-Protokoll Nru 3”). Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 3, il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 29 tal-Ftehim (“il-Kumitat Konġunt”) jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Nru 3.

(3)

Fil-laqgħa li jmiss tiegħu, qabel tmiem l-2023, il-Kumitat Konġunt ser jadotta deċiżjoni li temenda l-Ftehim billi tissostitwixxi l-Protokoll Nru 3 (“deċiżjoni”).

(4)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt, peress li d-deċiżjoni ser ikollha effetti legali vinkolanti fl-Unjoni.

(5)

Il-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (2) u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-oġġetti nnegozjati skont Ftehimiet bilaterali rilevanti ta’ kummerċ ħieles konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, li japplikaw mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’dawk il-ftehimiet bilaterali.

(6)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprevedi li kull Parti Kontraenti trid tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura l-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni. Għal dak l-għan, id-deċiżjoni ser tintroduċi referenza dinamika għall-Konvenzjoni fil-Protokoll Nru 3, sabiex dejjem issir referenza għall-aħħar verżjoni tal-Konvenzjoni fis-seħħ.

(7)

Diskussjonijiet dwar l-emenda tal-Konvenzjoni wasslu għal sett ġdid ta’ regoli tal-oriġini iżjed moderni u iżjed flessibbli li jridu jiġu inkorporati fil-Konvenzjoni. Sakemm tiġi konkluża u tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni, l-Unjoni u r-Renju tan-Norveġja qablu li japplikaw kemm jista’ jkun malajr sett alternattiv ta’ regoli tal-oriġini bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni emendata, li jistgħu jintużaw b’mod bilaterali bħala regoli tal-oriġini alternattivi għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni (“Regoli tranżitorji”). Għal dak il-għan, id-deċiżjoni ser tipprevedi wkoll ir-Regoli tranżitorji

(8)

Fiż-żona tal-akkumulazzjoni kostitwita mill-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni, r-Repubblika tat-Turkija, il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna, jenħtieġ li tinżamm il-possibbiltà li jintużaw iċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini minflok iċ-ċertifikati tal-moviment EUR-MED jew id-dikjarazzjoni tal-oriġini EUR-MED bħala deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni applikabbli għall-akkumulazzjoni dijagonali fost dawk i-il-parteċipanti,

(9)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan l-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll Nru 3 tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjonital-Kumitat Konġunt (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Regulation (EEC) No 1691/73 of the Council of 25 June 1973 concluding an Agreement between the European Economic Community and the Kingdom of Norway and adopting provisions for its implementation (ĠU L 171, 27.6.1973, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3).

(3)  Ara d-dokument ST 10281/20 fuq http://register.consilium.europa.eu


15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/17


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2057

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda fir-rigward tal-emenda tal-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll Nru 3 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, u r-Repubblika tal-Iżlanda, (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2842/72 tal-Kunsill (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 1973.

(2)

Il-Ftehim jinkludi l-Protokoll Nru 3 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (“il-Protokoll Nru 3”). Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 3, il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 30 tal-Ftehim (“il-Kumitat Konġunt”) jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Nru 3.

(3)

Fil-laqgħa li jmiss tiegħu, qabel tmiem l-2023, il-Kumitat Konġunt ser jadotta deċiżjoni li temenda l-Ftehim billi tissostitwixxi l-Protokoll Nru 3 (‘deċiżjoni’).

(4)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt peress li d-deċiżjoni ser ikollha effetti legali vinkolanti fl-Unjoni.

(5)

Il-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (2) u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-oġġetti nnegozjati skont Ftehimiet bilaterali rilevanti ta’ kummerċ ħieles konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, li japplikaw mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’dawk il-ftehimiet bilaterali.

(6)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprevedi li kull Parti Kontraenti trid tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura l-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni. Għal dak l-għan, id-deċiżjonI ser tintroduċi referenza dinamika għall-Konvenzjoni fil-Protokoll Nru 3, sabiex dejjem issir referenza għall-aħħar verżjoni tal-Konvenzjoni fis-seħħ.

(7)

Diskussjonijiet dwar l-emenda tal-Konvenzjoni wasslu għal sett ġdid ta’ regoli tal-oriġini iżjed moderni u iżjed flessibbli li jridu jiġu inkorporati fil-Konvenzjoni. Sakemm tiġi konkluża u tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni, l-Unjoni u r-Repubblika tal-Iżlandaqablu li japplikaw kemm jista’ jkun malajr sett alternattiv ta’ regoli tal-oriġini bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni emendata, li jistgħu jintużaw b’mod bilaterali bħala regoli tal-oriġini alternattivi għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni (“Regoli tranżitorji”). Għal dak il-għan, id-deċiżjoni ser tipprevedi wkoll ir-Regoli tranżitorji

(8)

Fiż-żona tal-akkumulazzjoni kostitwita mill-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni Ewropea, r-Repubblika tat-Turkija, il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna, jenħtieġ li tinżamm il-possibbiltà li jintużaw iċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini minflok iċ-ċertifikati tal-moviment EUR-MED jew id-dikjarazzjoni tal-oriġini EUR-MED bħala deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni applikabbli għall akkumulazzjoni dijagonali fost dawk il-parteċipanti.

(9)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt għalhekk jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda, fir-rigward tal-emenda tal-dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit l-Protokoll Nru 3 tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Ir-Regolament (KKE) Nru 2842/72 tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1972 li jikkonkludi l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u li jadotta d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tiegħu (ĠU L 301, 31.12.1972, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3).

(3)  Ara d-dokument ST 10292/20 fuq is-sit web http://register.consilium.europa.eu


15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/19


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2058

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, fir-rigward tal-emenda tal-Protokoll 4 (dwar ir-Regoli tal-Oriġini) ta’ dak il-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwariż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni 94/1/ECSC, KE tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

(2)

Il-Protokoll 4 tal-Ftehim ŻEE jistabbilixxi r-regoli tal-oriġini. Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE stabbilit bl-Artikolu 92 tal-Ftehim ŻEE (“il-Kumitat Konġunt”) jista’ jiddeċiedi li jemenda l-Protokoll 4.

(3)

Fil-laqgħa li jmiss tiegħu, qabel tmiem l-2023, il-Kumitat Konġunt ser jadotta deċiżjoni li temenda l-Protokoll 4 (‘deċiżjoni’).

(4)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt peress li d-deċiżjoni ser ikollha effetti legali vinkolanti fl-Unjoni.

(5)

Il-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (2) u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-oġġetti nnegozjati skont Ftehimiet bilaterali rilevanti ta’ kummerċ ħieles konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, li japplikaw mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’dawk il-ftehimiet bilaterali.

(6)

Diskussjonijiet dwar l-emenda tal-Konvenzjoni wasslu għal sett ġdid ta’ regoli tal-oriġini iżjed moderni u iżjed flessibbli li jridu jiġu inkorporati fil-Konvenzjoni. Sakemm tiġi konkluża u tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni, il-Partijiet taż-ŻEE qablu li japplikaw kemm jista’ jkun malajr sett alternattiv ta’ regoli tal-oriġini bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni emendata, li jistgħu jintużaw b’mod bilaterali bħala regoli tal-oriġini alternattivi għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni (“Regoli tranżitorji”). Għal dak il-għan, id-deċiżjoni ser tipprevedi wkoll ir-Regoli tranżitorji

(7)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt għalhekk jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-Komunità Ekonomika Ewropea fir-rigward tal-emenda tal-Protokoll 4 ta’ dak il-Ftehim, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni 94/1/KEFA, KE tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea bejn il-Komunitajiet Ewropej, l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Iżvezja u l-Konfederazzjoni Żvizzera (ĠU L 1, 3.1.1994, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3).

(3)  Ara d-dokument ST 10297/20 fuq is-sit web http://register.consilium.europa.eu


15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/21


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2059

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra, rigward l-emendar ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll II għall-Ftehim dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), iffirmat fit-30 ta’ Lulju 2009, stabbilixxa qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika. Il-Ftehim ġie applikat b’mod proviżorju mill-Istat Indipendenti ta’ Papua New Guinea u mir-Repubblika ta’ Fiġi mill-20 ta’ Diċembru 2009 u mit-28 ta’ Lulju 2014 rispettivament. Wara l-adeżjoni tagħhom mal-Ftehim, l-Istat Indipendenti ta’ Samoa u l-Gżejjer Solomon ukoll bdew japplikaw il-Ftehim b’mod proviżorju mill-31 ta’ Diċembru 2018 u mis-17 ta’ Mejju 2020 rispettivament.

(2)

Skont l-Artikolu 68 tal-Ftehim u l-Artikolu 41 tal-Protokoll II tal-Ftehim, fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ “Prodotti Oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (“Protocoll II”), il-Kumitat tal-Kummerċ stabbilit skont il-Ftehim (“il-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku”) jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll II.

(3)

Il-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku, waqt it-tmien laqgħa tiegħu, il- irid jadotta deċiżjoni li temenda ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll II

(4)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku, billi d-deċiżjoni prevista ser tkun vinkolanti għall-Unjoni.

(5)

Jenħtieġ li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll II sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi riċenti dwar ir-regoli tal-oriġini, jingħataw regoli tal-oriġini aktar flessibbli u aktar sempliċi li jiffaċilitaw il-kummerċ għall-operaturi ekonomiċi, u tiġi ottimizzata r-rata ta’ użu tat-trattament preferenzjali.

(6)

Jenħtieġ li jiġu emendati l-intestaturi u d-eskrizzjonijiet għal ċerti prodotti inklużi fl-Anness II għall-Protokoll II sabiex dawn jiġu allinjati mal-aġġornamenti magħmula mill-Organizzazzjoni Dinjija Doganali għall-edizzjonijiet tal-2012 u l-2017 tan-Nomenklatura tas-Sistema Arminozzata (SA) u sabiex tinżamm konsistenza tad-deskrizzjonijiet tal-prodotti u l-klassifikazzjoni tas-SA.

(7)

It-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ġie ffirmat fid-9 ta’ Diċembru 2011 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2013. Il-Ftehim japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fihom it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplika u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorji tal-Istati tal-Paċifiku firmatarji. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IV għall-Protokoll II jiġi emendat biex ikun jinkludi l-verżjoni Kroata tad-dikjarazzjoni fuq fattura.

(8)

L-Anness VIII għall-Protokoll II jelenka l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej tal-Unjoni. Fit-tifsira tal-Protokoll II “pajjiżi u territorji extra-Ewropej” tfisser il-pajjiżi u t-territorji msemmijin fir-Raba’ Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Jenħtieġ li l-lista fl-Anness VIII għall-Protokoll II tiġi aġġornata biex tqis il-bidliet riċenti fl-istatus ta’ ċerti pajjiżi u territorji extra-Ewropej.

(9)

Wara l-adeżjoni tal-Istat Indipendenti ta’ Samoa u tal-Gżejjer Solomon mal-Ftehim, jenħtieġ li dawn iż-żewġ Stati jitħassru mil-lista ta’ “Stati oħrajn tal-AKP” imsemmija fl-Anness X għall-Protokoll II,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-tmien laqgħa tal-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku (2).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 272, 16.10.2009, p. 2.

(2)  Ara d-dokument ST10899/20 fuq http://register.consilium.europa.eu


15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/23


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2060

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Kummerċ stabbilit skont il-Ftehim ta’ Sħubija Interim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emendar ta’ dak il-Ftehim sabiex titqies l-adeżjoni tal-Istat Indipendenti ta’ Samoa u tal-Gżejjer Solomon

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Sħubija Interim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”), li jistabbilixxi qafas għal ftehim ta’ sħubija ekonomika, ġie ffirmat f’Londra fit-30 ta’ Lulju 2009. Il-Ftehim ilu jiġi applikat b’mod provviżorju minn l-Istat Indipendenti ta’ Papua New Guinea u mir-Repubblika ta’ Fiġi mill-20 ta’ Diċembru 2009 u mit-28 ta’ Lulju 2014, rispettivament.

(2)

L-Artikolu 80 tal-Ftehim jipprovdi għall-adeżjoni ta’ Stati Gżejjer tal-Paċifiku oħrajn. Permezz tad-Deċiżjonijiet (UE) 2018/1908 (2) u (UE) 2020/409 (3) rispettivament, il-Kunsill approva l-adeżjoni tal-Istat Indipendenti ta’ Samoa (Samoa) u l-adeżjoni tal-Gżejjer Solomon mal-Ftehim. Samoa aderixxa mal-Ftehim fil-21 ta’ Diċembru 2018 u ilu japplikah b’mod provviżorju mill-31 ta’ Diċembru 2018. Il-Gżejjer Solomon aderixxew mal-Ftehim fis-7 ta’ Mejju 2020 u ilhom japplikawh b’mod provviżorju mis-17 ta’ Mejju 2020.

(3)

Wara l-adeżjonijiet ta’ Samoa u tal-Gżejjer Solomon, jeħtieġ li jiġi emendat l-Anness II tal-Ftehim sabiex l-offerti ta’ aċċess għas-suq ta’ dawk il-pajjiżi jiżdiedu ma’ dak l-Anness.

(4)

L-Artikolu 68 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat tal-Kummerċ li għandu jindirizza l-kwistjonijiet kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Ftehim.

(5)

Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1707 (4), il-Kunsill iddetermina l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat tal-Kummerċ fir-rigward ta’ dawk l-emendi. Matul is-seba’ laqgħa tiegħu, li saret fit-3 u l-4 ta’ Ottubru 2019, il-Kumitat tal-Kummerċ adotta Rakkomandazzjoni lill-Partijiet għall-Ftehim li tirrakkomanda, fost affarijiet oħra, li jiġi emendat il-Ftehim sabiex titqies l-adeżjoni ta’ Samoa u jitqiesu adeżjonijiet futuri ta’ Stati Gżejjer tal-Paċifiku oħrajn.

(6)

L-Artikolu 13 tal-Ftehim jipprovdi li l-Kumitat tal-Kummerċ bi ftehim jista’ jimmodifika l-Anness II tal-Ftehim fi kwalunkwe mod meqjus xieraq. Għaldaqstant, matul it-tmien laqgħa tiegħu, il-Kumitat tal-Kummerċ ser ikun jista’ jintroduċi dak l-emendar tekniku għall-Ftehim sabiex titqies l-adeżjoni ta’ Samoa u tal-Gżejjer Solomon.

(7)

Jenħtieġ li l-Unjoni tiddetermina l-pożizzjoni li għandha tittieħed fil-Kumitat tal-Kummerċ fit-tmien laqgħa tiegħu fir-rigward tal-emendar propost.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt fit-tmien laqgħa tiegħu tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat tal-Kummerċ fit-tmien laqgħa tiegħu fir-rigward tal-emendar għall-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra sabiex titqies l-adeżjoni tal-Istat Indipendenti ta’ Samoa u tal-Gżejjer Solomon għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ (5).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 272, 16.10.2009, p. 2.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1908 tas-6 ta’ Diċembru 2018 dwar l-adeżjoni ta’ Samoa mal-Ftehim ta’ Sħubija Interim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (ĠU L 333, 28.12.2018, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/409 tas-17 ta’ Frar 2020 dwar l-adeżjoni tal-Gżejjer Solomon mal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (ĠU L 85, 20.3.2020, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1707 tas-17 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat tal-Kummerċ stabbilit skont il-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ rakkomandazzjoni għal ċerti emendi li għandhom isiru għall-Ftehim biex titqies l-adeżjoni ta’ Samoa u ta’ adeżjonijiet futuri ta’ Stati Gżejjer oħra tal-Paċifiku (ĠU L 260, 11.10.2019, p. 45).

(5)  Ara d-dokument ST11630/20 fuq http://register.consilium.europa.eu.


15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/25


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2061

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat tal-Kummerċ stabbilit skont il-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tal-Kummerċ u r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitati Speċjali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Lulju 2009, l-Unjoni ffirmat Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (1), (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”), li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika. Il-Ftehim ġie applikat b’mod proviżorju minn Papua New Guinea mill-20 ta’ Diċembru 2009, mill-Fiġi mit-28 ta’ Lulju 2014, mis-Samoa mill-31 ta’ Diċembru 2018 u mill-Gżejjer Solomon mis-17 ta’ Mejju 2020.

(2)

L-Artikolu 68 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat tal-Kummerċ (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku’) li jittratta l-kwistjonijiet kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Ftehim.

(3)

Skont l-Artikolu 68 tal-Ftehim, il-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu u jista’ jistabbilixxi Kumitati Speċjali li lilhom jiddelega setgħat speċifiċi ta’ implimentazzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet kif previst fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim.

(4)

Il-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku, matul it-tmien laqgħa tiegħu, ser jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu u dawk tal-Kumitati Speċjali.

(5)

L-Unjoni jenħtieġ li tiddetermina l-pożizzjoni li għandha tittieħed fi ħdan il-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku rigward l-adozzjoni ta’ tali regoli ta’ proċedura,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-tmien laqgħa tal-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku stabbilit skont il-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku u tal-Kumitati Speċjali għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku (2).

Artikolu 2

Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE u l-Paċifiku għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 272, 16.10.2009, p. 2.

(2)  Ara d-dok ST 11960/20 fuq http://register.consilium.europa.eu


15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/27


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2062

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 4 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2009/332/KE, Euratom (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2009.

(2)

Il-Ftehim jinkludi l-Protokoll 4 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (“il-Protokoll 4”). Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll 4, il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit bl-Artikolu 116 tal-Ftehim (“il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni”) jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4.

(3)

Fil-laqgħa li jmiss tiegħu, qabel tmiem l-2023, il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni ser jadotta deċiżjoni li temenda l-Ftehim billi tissostitwixxi l-Protokoll 4 (“deċiżjoni”).

(4)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni peress li d--deċiżjoni ser ikollha effetti legali vinkolanti fl-Unjoni.

(5)

Il-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (2) u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-oġġetti nnegozjati skont il-ftehimiet bilaterali rilevanti ta’ kummerċ ħieles konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, li japplikaw mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’dawk il-ftehimiet bilaterali.

(6)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprevedi li kull Parti Kontraenti trid tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b’mod effettiv. Għal dak l-għan, id-deċiżjoni ser tintroduċi referenza dinamika għall-Konvenzjoni fil-Protokoll 4, sabiex dejjem issir referenza għall-aħħar verżjoni tal-Konvenzjoni fis-seħħ.

(7)

Diskussjonijiet dwar l-emenda tal-Konvenzjoni wasslu għal sett ġdid ta’ regoli tal-oriġini iżjed moderni u iżjed flessibbli li jridu jiġu inkorporati fil-Konvenzjoni. Sakemm tiġi konkluża u tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni, l-Unjoni u r-Repubblika tal-Albanija qablu li japplikaw kemm jista’ jkun malajr sett alternattiv ta’ regoli tal-oriġini bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni emendata, li jistgħu jintużaw b’mod bilaterali bħala regoli tal-oriġini alternattivi għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni (“Regoli tranżitorji”). Għal dak il-għan, id-deċiżjoni ser tipprevedi wkoll ir-Regoli tranżitorji.

(8)

Ir-Repubblika tat-Turkija, il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna, jenħtieġ li tinżamm il-possibbiltà li jintużaw iċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini minflok iċ-ċertifikati EUR-MED jew id-dikjarazzjoni tal-oriġini EUR-MED bħala deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni applikabbli għall-akkumulazzjoni dijagonali fost dawk il-parteċipanti,

(9)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 4 għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fit-31 ta’ Diċembru 2023.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2009/332/KE tas-26 ta’ Frar 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra (ĠU L 107, 28.4.2009, p. 165).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3).

(3)  Ara d-dokument ST 11141/20 fuq is-sit web http://register.consilium.europa.eu


15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/29


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2063

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 2 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/998 (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2015.

(2)

Il-Ftehim jinkludi l-Protokoll 2 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (“il-Protokoll 2”). Skont l-Artikolu 3 tal -Protokoll 2, il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit bl-Artikolu 115 tal-Ftehim (“il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni”) jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 2.

(3)

Fil-laqgħa li jmiss tiegħu, qabel tmiem l-2023, il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni ser jadotta deċiżjoni li temenda l-Ftehim billi tissostiwixxi l-Protokoll 2 (“deċiżjoni”).

(4)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan l-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni peress li d-deċiżjoni ser ikollha effetti legali vinkolanti fl-Unjoni.

(5)

Il-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (2) u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-oġġetti nnegozjati skont il-ftehimiet bilaterali rilevanti ta’ kummerċ ħieles konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, li japplikaw mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’dawk il-ftehimiet bilaterali.

(6)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprevedi li kull Parti Kontraenti trid tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b’mod effettiv. Għal dak l-għan, id-deċiżjoni ser tintroduċi referenza dinamika għall-Konvenzjoni fil-Protokoll 2, sabiex dejjem issir referenza għall-aħħar verżjoni tal-Konvenzjoni fis-seħħ.

(7)

Id-diskussjonijiet dwar l-emenda tal-Konvenzjoni wasslu għal sett ġdid ta’ regoli tal-oriġini iżjed moderni u iżjed flessibbli li jridu jiġu inkorporati fil-Konvenzjoni. Sakemm tiġi konkluża u tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni l-Unjoni u l-Bożnija-Ħerzegovina qablu li japplikaw kemm jista’ jkun malajr sett alternattiv ta’ regoli tal-oriġini bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni emendata, li jistgħu jintużaw b’mod bilaterali bħala regoli tal-oriġini alternattivi għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni (“Regoli tranżitorji”). Għal dak il-għan, id-deċiżjoni ser tipprevedi wkoll ir-Regoli tranżitorji

(8)

Fiż-żona tal-akkumulazzjoni kostitwita mill-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni Ewropea, r-Repubblika tat-Turkija, il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna, jenħtieġ li tinżamm il-possibbiltà li jintużaw iċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini minflok iċ-ċertifikati EUR-MED jew id-dikjarazzjoni tal-oriġini EUR-MED bħala deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni applikabbli għall akkumulazzjoni dijagonali fost dawk il-parteċipanti,

(9)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 2 tiegħu għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fit-31 ta’ Diċembru 2023.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/998 tal-21 ta’ April 2015 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (ĠU L 164 30.6.2015, p. 548).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3).

(3)  Ara d-dokument ST 11065/20 fuq is-sit web http://register.consilium.europa.eu


15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/31


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2064

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 4 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti l-oħra (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/635/KE (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2006.

(2)

Il-Ftehim jinkludi l-Protokoll 4 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (“il-Protokoll 4”). Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll 4, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit bl-Artikolu 74(1) tal-Ftehim (“il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni”) jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4.

(3)

Fil-laqgħa li jmiss tiegħu, qabel tmiem l-2023, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ser jadotta deċiżjoni li temenda l-Protokoll 4 (id-deċiżjoni).

(4)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni peress li d-deċiżjoni ser ikollha effetti legali vinkolanti fl-Unjoni.

(5)

Il-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (2) u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-oġġetti nnegozjati skont il-ftehimiet bilaterali rilevanti ta’ kummerċ ħieles konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, li japplikaw mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’dawk il-ftehimiet bilaterali.

(6)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprevedi li kull Parti Kontraenti trid tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura l-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni. Għal dak l-għan, jenħtieġ jadotta deċiżjoni li tintroduċi referenza fil-Protokoll 4.

(7)

Id-diskussjonijiet dwar l-emenda tal-Konvenzjoni wasslu għal sett ġdid ta’ regoli tal-oriġini iżjed moderni u iżjed flessibbli li jridu jiġu inkorporati fil-Konvenzjoni. Sakemm tiġi konkluża u tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni l-Unjoni u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu qablu li japplikaw kemm jista’ jkun malajr sett alternattiv ta’ regoli tal-oriġini bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni emendata, li jistgħu jintużaw b’mod bilaterali bħala regoli tal-oriġini alternattivi għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni (“Regoli tranżitorji”). Għal dak il-għan, id-deċiżjoni ser tipprevedi wkoll ir-Regoli tranżitorji

(8)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 4 tiegħu għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fit-31 ta’ Diċembru 2023.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/635/KE tal-21 ta’ April 2004 li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti l oħra (ĠU L 304, 30.9.2004, p. 38).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3).

(3)  Ara d-dokument ST 11075/20 fuq is-sit web http://register.consilium.europa.eu


15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/33


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2065

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan is-Sottokumitat Doganali stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll I tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/495/Euratom (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016.

(2)

Il-Ftehim jinkludi l-Protokoll I dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (“Protokoll I”). Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll I, is-Sottokumitat Doganali stabbilit bl-Artikolu 74(1) tal-Ftehim (“is-Sottokumitat Doganali”) jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll I.

(3)

Fil-laqgħa li jmiss tiegħu, qabel tmiem l-2023, is-Sottokumitat Doganali ser jadotta deċiżjoni li temenda il-Ftehim billi tissostiwixxi l-Protokoll I (‘deċiżjoni’).

(4)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan is-Sottokumitat Doganali peress li d-deċiżjoni ser ikollha effetti legalivinkolanti fl-Unjoni.

(5)

Il-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (2) u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-oġġetti nnegozjati skont ftehimiet bilaterali rilevanti ta’ kummerċ ħieles konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, li japplikaw mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’dawk il-ftehimiet bilaterali.

(6)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprevedi li kull Parti Kontraenti trid tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b’mod effettiv. Għal dak l-għan, id-deċiżjoni ser tintroduċi referenza dinamika għall-Konvenzjoni fil-Protokoll I, sabiex dejjem issir referenza għall-aħħar verżjoni tal-Konvenzjoni fis-seħħ.

(7)

Diskussjonijiet dwar l-emenda tal-Konvenzjoni wasslu għal sett ġdid ta’ regoli tal-oriġini iżjed moderni u iżjed flessibbli li jridu jiġu inkorporati fil-Konvenzjoni. Sakemm tiġi konkluża u tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni, l-Unjoni u l-Georgia qablu li japplikaw sett alternattiv ta’ regoli tal-oriġini bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni emendata, li jistgħu jintużaw b’mod bilaterali bħala regoli tal-oriġini alternattivi għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni (“Regoli tranżitorji”). Għal dak il-għan, id-deċiżjoni ser tipprevedi wkoll ir-Regoli tranżitorji

(8)

Fiż-żona tal-akkumulazzjoni kostitwita mill-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tat-Turkija, il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna, jenħtieġ li tinżamm il-possibbiltà li jintużaw iċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini minflok iċ-ċertifikati tal-moviment EUR-MED jew id-dikjarazzjoni tal-oriġini EUR-MED bħala deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni applikabli għall-akkumulazzjoni dijagonali fost dawk il-parteċipanti.

(9)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan is-Sottokumitat Doganali tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan is-Sottokumitat Doganali stabbilit mill-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit l- Protokoll I tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tas-Sottokumitat Doganali (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/495/Euratom tas-16 ta’ Ġunju 2014 li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra (ĠU L 261, 30.8.2014, p. 744).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3).

(3)  Ara d-dokument ST 11080/20 fuq http://register.consilium.europa.eu.


15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/35


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2066

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u l-Istat ta’ Iżrael mill-parti ’l oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 4 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u l-Istat ta’ Iżrael mill-parti ’l oħra (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni 2000/384/KE, ECSC tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2000.

(2)

Il-Ftehim jinkludi l-Protokoll 4 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (‘Protokoll 4’). Skont l-Artikolu 39 tal-Protokoll 4, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit bl-Artikolu 67 tal-Ftehim (“il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni”) jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4.

(3)

Fil-laqgħa li jmiss tiegħu, qabel tmiem tal-2023, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ser jadotta deċiżjoni li temenda l-Protokoll 4 (‘deċiżjoni’).

(4)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni peress li d-deċiżjoni ser ikollha effetti legalivinkolanti fl-Unjoni.

(5)

Il-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (2) u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-oġġetti nnegozjati skont ftehimiet bilaterali rilevanti ta’ kummerċ ħieles konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, li japplikaw mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’dawk il-ftehimiet bilaterali.

(6)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprevedi li kull Parti Kontraenti trid tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b’mod effettiv. Għal dak l-għan, id-deċiżjoni ser tintroduċi referenza dinamika għall-Konvenzjoni fil-Protokoll 4, sabiex dejjem issir referenza għall-aħħar verżjoni tal-Konvenzjoni fis-seħħ.

(7)

Diskussjonijiet dwar l-emenda tal-Konvenzjoni wasslu għal sett ġdid ta’ regoli tal-oriġini iżjed moderni u iżjed flessibbli li jridu jiġu inkorporati fil-Konvenzjoni. Sakemm tiġi konkluża u tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni, l-Unjoni u l-Istat ta’ Iżrael qablu li japplikaw kemm jista’ jkun malajr sett alternattiv ta’ regoli tal-oriġini bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni emendata, li jistgħu jintużaw b’mod bilaterali bħala regoli tal-oriġini alternattivi għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni (“Regoli tranżitorji”). Għal dak il-għan, id-deċiżjoni ser tipprevedi wkoll ir-Regoli tranżitorji

(8)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u l-Istat ta’ Iżrael mill-parti ’l oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 4 tiegħu għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni 2000/384/KE, KEFA tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tad-19 ta’ April 2000 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u l-Istat ta’ Iżrael, fuq in-naħa l-oħra (ĠU L 147, 21.6.2000, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3).

(3)  Ara d-dokument ST 11081/20 fuq http://register.consilium.europa.eu


15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/37


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2067

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 3 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2002/357/KE, ECSC (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2002.

(2)

Il-Ftehim jinkludi l-Protokoll 3 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (Protokoll 3). Skont l-Artikolu 39 tal-Protokoll 3, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit bl-Artikolu 89 tal-Ftehim (“il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni”) jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 3.

(3)

Fil-laqgħa li jmiss tiegħu, qabel tmiem tal-2023. il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ser jadotta deċiżjoni dwar emenda tal-Protokoll 3 (‘deċiżjoni’).

(4)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’iseml-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni peress li -deċiżjoni i ser ikollha effetti legali vinkolanti fl-Unjoni.

(5)

Il-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (2) u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-oġġetti nnegozjati skont Ftehimiet bilaterali rilevanti ta’ kummerċ ħieles konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, li japplikaw mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’dawk il-ftehimiet bilaterali.

(6)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprevedi li kull Parti Kontraenti trid tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b’mod effettiv. Għal dak l-għan, id-deċiżjoni ser tintroduċi referenza dinamika għall-Konvenzjoni fil-Protokoll 3, sabiex dejjem issir referenza għall-aħħar verżjoni tal-Konvenzjoni fis-seħħ.

(7)

Diskussjonijiet dwar l-emenda tal-Konvenzjoni wasslu għal sett ġdid ta’ regoli tal-oriġini iżjed moderni u iżjed flessibbli li jridu jiġu inkorporati fil-Konvenzjoni. Sakemm tiġi konkluża u tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni,.l-Unjoni u -r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan qablu li japplikaw kemm jista’ jkun malajr sett alternattiv ta’ regoli tal-oriġini bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni emendata, li jistgħu jintużaw b’mod bilaterali bħala regoli tal-oriġini alternattivi għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni (“Regoli tranżitorji”). Għal dak il-għan, id-deċiżjoni ser tipprevedi wkoll ir-Regoli tranżitorji

(8)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 3 tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2002/357/KE, KEFA tas-26 ta’ Marzu 2002 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, fuq in-naħa l-oħra (ĠU L 129, 15.5.2002, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3).

(3)  Ara d-dokument ST 11085/20 fuq http://register.consilium.europa.eu


15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/39


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2068

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropeafi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehimta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo (*), min-naħa l-oħra,fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll IIItiegħu dwar il-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji”

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo (*), min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/342 (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2016.

(2)

Il-Ftehim jinkludi l-Protokoll III dwar il-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” (‘Protokoll III’). Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll III, il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit bl-Artikolu 126 tal-Ftehim (“il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni”) jista’ jiddeċiedi li jemendal-Protokoll III.

(3)

Fil-laqgħa li jmiss tiegħu, qabel tmiem l-2023, il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni ser jadotta deċiżjoni li temenda l-Protokoll III (deċiżjoni)=.

(4)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni peress li d-deċiżjoni ser ikollha effetti legali vinkolanti fl-Unjoni.

(5)

Il-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (2) u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-oġġetti nnegozjati skont ftehimiet bilaterali rilevanti ta’ kummerċ ħieles konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, li japplikaw mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’dawk il-ftehimiet bilaterali.

(6)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprevedi li kull Parti Kontraenti trid tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b’mod effettiv. Għal dak l-għan, id-deċiżjoni ser tintroduċi referenza dinamika għall-Konvenzjoni fil-Protokoll III, sabiex dejjem issir referenza għall-aħħar verżjoni tal-Konvenzjoni fis-seħħ.

(7)

Diskussjonijiet dwar l-emenda tal-Konvenzjoni wasslu għal sett ġdid ta’ regoli tal-oriġini iżjed moderni u iżjed flessibbli li jridu jiġu inkorporati fil-Konvenzjoni. Sakemm tiġi konkluża u tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni, l-Unjoni u l-Kosovo (*) qablu li japplikaw kemm jista’ jkun malajr sett alternattiv ta’ regoli tal-oriġini bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni emendata, li jistgħu jintużaw b’mod bilaterali bħala regoli tal-oriġini alternattivi għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni (“Regoli tranżitorji”). Għal dak il-għan, id-deċiżjoni ser tipprevedi wkoll ir-Regoli tranżitorji

(8)

Fiż-żona tal-akkumulazzjoni kostitwita mill-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni, ir-Repubblika tat-Turkija, il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna, jenħtieġ li tinżamm il-possibbiltà li jintużaw iċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjonijiet tal-oriġini minflok iċ-ċertifikati tal-moviment EUR-MED jew id-dikjarazzjoni tal-oriġini EUR-MED bħala deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni applikabli għall-akkumulazzjoni dijagonali fost dawk il-parteċipanti.

(9)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo (*), min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll III tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(*)  Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/342 tat-12 ta’ Frar 2016 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo*, min-naħa l-oħra (ĠU L 71, 16.3.2016, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3).

(*)  Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(3)  Ara d-dokument ST 11096/20 fuq http://register.consilium.europa.eu


15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/41


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2069

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 4 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/356/KE (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2006.

(2)

Il-Ftehim jinkludi l-Protokoll 4 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (“il-Protokoll 4”). Skont l-Artikolu 38 tal-Protokoll 4, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit bl-Artikolu 74(1) tal-Ftehim (“il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni”) jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4.

(3)

Fil-laqgħa li jmiss tiegħu, qabel tmiem l-2023, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ser jadotta deċiżjoni li temenda l-Ftehim billi tissostittwixxi l- Protokoll 4 (“id-deċiżjoni”).

(4)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għaliex id-deċiżjoni ser ikollha effetti legali vinkolanti fl-Unjoni.

(5)

Il-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (2) u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-oġġetti nnegozjati skont il-ftehimiet bilaterali rilevanti ta’ kummerċ ħieles konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, li japplikaw mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’dawk il-ftehimiet bilaterali.

(6)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprevedi li kull Parti Kontraenti trid tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura l-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni. Għal dak l-għan, id-deċiżjoni ser tintroduċi referenza dinamika għall-Konvenzjoni fil-Protokoll 4, sabiex dejjem issir referenza għall-aħħar verżjoni tal-Konvenzjoni fis-seħħ.

(7)

Id-diskussjonijiet dwar l-emenda tal-Konvenzjoni wasslu għal sett ġdid ta’ regoli tal-oriġini iżjed moderni u iżjed flessibbli li jridu jiġu inkorporati fil-Konvenzjoni. Sakemm tiġi konkluża u tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni l-Unjoni u ir-Repubblika tal-Libanu qablu li japplikaw kemm jista’ jkun malajr sett alternattiv ta’ regoli tal-oriġini bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni emendata, li jistgħu jintużaw b’mod bilaterali bħala regoli tal-oriġini alternattivi għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni (“Regoli tranżitorji”). Għal dak il-għan, id-deċiżjoni ser tipprevedi wkoll ir-Regoli tranżitorji.

(8)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’Assoċjazzjoni tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 4 tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/356/KE tal- 14 ta’ Frar 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra (ĠU L 143, 30.5.2006, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3).

(3)  Ara d-dokument ST 11104/20 fuq is-sit web http://register.consilium.europa.eu


15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/43


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2070

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il- Protokoll 4 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji”u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2004/239/KE, Euratom (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2004.

(2)

Il-Ftehim jinkludi l-Protokoll 4 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (“il- Protokoll 4). Skont l-Artikolu 3 ta’ dal-Protokoll 4, il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit bl-Artikolu 108 tal-Ftehim (“il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni”) jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4.

(3)

Fil-laqgħa li jmiss tiegħu, qabel tmiem l-2023, il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni ser jadotta deċiżjoni li temenda l-Protokoll 4 (id-deċiżjoni)

(4)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni peress li d-deċiżjoni ser ikollha effetti legali vinkolanti fl-Unjoni.

(5)

Il-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (2) u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-oġġetti nnegozjati skont il-ftehimiet bilaterali rilevanti ta’ kummerċ ħieles konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, li japplikaw mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’dawk il-ftehimiet bilaterali.

(6)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprevedi li kull Parti Kontraenti trid tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b’mod effettiv. Għal dak l-għan,id-deċiżjoni ser tintroduċi referenza dinamika għall-Konvenzjoni fil-Protokoll 4, sabiex dejjem issir referenza għall-aħħar verżjoni tal-Konvenzjoni fis-seħħ.

(7)

Diskussjonijiet dwar l-emenda tal-Konvenzjoni wasslu għal sett ġdid ta’ regoli tal-oriġini iżjed moderni u iżjed flessibbli li jridu jiġu inkorporati fil-Konvenzjoni. Sakemm tiġi konkluża u tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni, l-Unjoni u r-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq qablu li japplikaw kemm jista’ jkun malajr sett alternattiv ta’ regoli tal-oriġini bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni emendata, li jistgħu jintużaw b’mod bilaterali bħala regoli tal-oriġini alternattivi għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni (“Regoli tranżitorji”). Għal dak il-għan, id-deċiżjoni ser tipprevedi wkoll ir-Regoli tranżitorji

(8)

Fiż-żona tal-akkumulazzjoni kostitwita mill-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni, r-Repubblika tat-Turkija, il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna, jenħtieġ li tinżamm il-possibbiltà li jintużaw iċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini minflok iċ-ċertifikati tal-moviment EUR-MED jew id-dikjarazzjoni tal-oriġini EUR-MED bħala deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni applikabbli għall-akkumulazzjoni dijagonali fost dawk il-parteċipanti.

(9)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan l-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 4 għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2004/239/KE, Euratom tat-23 ta’ Frar 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra (ĠU L 84, 20.3.2004, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3).

(3)  Ara d-dokument ST 11113/20 fuq is-sit web http://register.consilium.europa.eu.


15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/45


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2071

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan is-Sottokumitat Doganali stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll II tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/493/Euratom (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016.

(2)

Il-Ftehim jinkludi l-Protokoll II dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (“il-Protokoll II”). Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll II, is-Sottokumitat Doganali stabbilit bl-Artikolu 200 tal-Ftehim (“is-Sottokumitat Doganali”) jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll II.

(3)

Fil-laqgħa li jmiss tiegħu, qabel tmiem l-2023, is-Sottokumitat Doganali ser jadotta deċiżjoni li temenda l-Protokoll II (“id-deċiżjoni”),

(4)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan is-Sottokumitat Doganali peress li d-deċiżjoni ser ikollha effetti legali vinkolanti fl-Unjoni.

(5)

Il-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (2) u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-oġġetti nnegozjati skont il-ftehimiet bilaterali rilevanti ta’ kummerċ ħieles konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, li japplikaw mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’dawk il-ftehimiet bilaterali.

(6)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprevedi li kull Parti Kontraenti trid tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura l-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni. Għal dak l-għan, id-deċiżjoni ser tintroduċi referenza dinamika għall-Konvenzjoni fil-Protokoll II, sabiex dejjem issir referenza għall-aħħar verżjoni tal-Konvenzjoni fis-seħħ.

(7)

Id-diskussjonijiet dwar l-emenda tal-Konvenzjoni wasslu għal sett ġdid ta’ regoli tal-oriġini iżjed moderni u iżjed flessibbli li jridu jiġu inkorporati fil-Konvenzjoni. Sakemm tiġi konkluża u tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni l-Unjoni u r-Repubblika tal-Moldova qablu li japplikaw kemm jista’ jkun malajr sett alternattiv ta’ regoli tal-oriġini bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni emendata, li jistgħu jintużaw b’mod bilaterali bħala regoli tal-oriġini alternattivi għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni (“Regoli tranżitorji”). Għal dak il-għan, id-deċiżjoni ser tipprevedi wkoll ir-Regoli tranżitorji.

(8)

Fiż-żona tal-akkumulazzjoni kostitwita mill-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni Ewropea, r-Repubblika tat-Turkija, il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna, jenħtieġ li tinżamm il-possibbiltà li jintużaw iċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini minflok iċ-ċertifikati tal-moviment EUR-MED jew id-dikjarazzjoni tal-oriġini EUR-MED bħala deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni applikabbli għall-akkumulazzjoni dijagonali fost dawk il-parteċipanti.

(9)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan is-Sottokumitat Doganali tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan is-Sottokumitat Doganali stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll II għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tas-Sottokumitat Doganali (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/493/Euratom tas-16 ta’ Ġunju 2014 dwar l-approvazzjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU L 260, 30.8.2014, p. 739).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3).

(3)  Ara d-dokument ST 11115/20 fuq is-sit web http://register.consilium.europa.eu


15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/47


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2072

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 3 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2013/490/UE, Euratom (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2013.

(2)

Il-Ftehim jinkludi l-Protokoll 3 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (“il- Protokoll 3”). Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll 3, il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit bl-Artikolu 119 tal-Ftehim (“il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni”) jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 3.

(3)

Fil-laqgħa li jmiss tiegħu, qabel tmiem tal-2023.il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni ser jadotta deċiżjoni li temenda l-Protokoll 3 (id- deċiżjoni).

(4)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni peress li d-Deċiżjoni ser ikollha effetti legalivinkolanti fl-Unjoni.

(5)

Il-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (2) u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-oġġetti nnegozjati skont il-ftehimiet bilaterali rilevanti ta’ kummerċ ħieles konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, li japplikaw mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’dawk il-ftehimiet bilaterali.

(6)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprevedi li kull Parti Kontraenti trid tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b’mod effettiv. Għal dak l-għan, id-deċiżjoni ser tintroduċi referenza dinamika għall-Konvenzjoni fil-Protokoll 3, sabiex dejjem issir referenza għall-aħħar verżjoni tal-Konvenzjoni fis-seħħ.

(7)

Diskussjonijiet dwar l-emenda tal-Konvenzjoni wasslu għal sett ġdid ta’ regoli tal-oriġini iżjed moderni u iżjed flessibbli li jridu jiġu inkorporati fil-Konvenzjoni. Sakemm tiġi konkluża u tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni l-Unjoni u s-Serbja qablu li japplikaw kemm jista’ jkun malajr sett alternattiv ta’ regoli tal-oriġini bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni emendata, li jistgħu jintużaw b’mod bilaterali bħala regoli tal-oriġini alternattivi għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni (“Regoli tranżitorji”). Għal dak il-għan, id-deċiżjoni ser tipprevedi wkoll ir-Regoli tranżitorji

(8)

Fiż-żona tal-akkumulazzjoni kostitwita mill-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni, r-Repubblika tat-Turkija, il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna, jenħtieġ li tinżamm il-possibbiltà li jintużaw iċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjonijiet tal-oriġini minflok iċ-ċertifikati tal-moviment EUR-MED jew id-dikjarazzjoni tal-oriġini EUR-MED bħala deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni applikabbli għall-akkumulazzjoni dijagonali fost dawk il-parteċipanti.

(9)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 3 tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni 2013/490/UE, Euratom tat-22 ta’ Lulju 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra (ĠU L 278, 18.10.2013, p. 14.).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3).

(3)  Ara d-dokument ST 11126/20 fuq is-sit web http://register.consilium.europa.eu


15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/49


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2073

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Turkija fir-rigward tal-emenda tad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija dwar ir-reġim kummerċjali għall-prodotti agrikoli, billi jiġi sostitwit il-Protokoll 3 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija tal-25 ta’ Frar 1998 dwar ir-reġim kummerċjali għall-prodotti agrikoli (1) (“id-Deċiżjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/223/KE u daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1998.

(2)

Id-Deċiżjoni tinkludi l-Protokoll 3 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (“il-Protokoll 3”). Il-Protokoll 3 ġie sostitiwit bi protokoll ġdid permezz tad-Deċiżjoni Nru 3/2006 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija (2). Skont l-Artikolu 39 tal-Protokoll 3, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 3.

(3)

Fil-laqgħa li jmiss tiegħu, qabel tmiem l-2023, il-Kunsill ser jadotta deċiżjoni li temenda l-Protokoll 3 (“id-deċiżjoni”.

(4)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni peress li d-deċiżjoni ser ikollha effetti legali vinkolanti fl-Unjoni.

(5)

Il-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (3) u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-oġġetti nnegozjati skont il-ftehimiet bilaterali rilevanti ta’ kummerċ ħieles konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, li japplikaw mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’dawk il-ftehimiet bilaterali.

(6)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprevedi li kull Parti Kontraenti trid tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura l-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni. Għal dak l-għan, id-deċiżjoni ser tintroduċi referenza dinamika għall-Konvenzjoni fil-Protokoll 3, sabiex dejjem issir referenza għall-aħħar verżjoni tal-Konvenzjoni fis-seħħ.

(7)

Id-diskussjonijiet dwar l-emenda tal-Konvenzjoni wasslu għal sett ġdid ta’ regoli tal-oriġini iżjed moderni u iżjed flessibbli li jridu jiġu inkorporati fil-Konvenzjoni. Sakemm tiġi konkluża u tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni l-Unjoni u t-Turkija qablu li japplikaw kemm jista’ jkun malajr sett alternattiv ta’ regoli tal-oriġini bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni emendata, li jistgħu jintużaw b’mod bilaterali bħala regoli tal-oriġini alternattivi għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni (“Regoli tranżitorji”). Għal dak il-għan, id-deċiżjoni ser tipprevedi wkoll ir-Regoli tranżitorji

(8)

Fiż-żona tal-akkumulazzjoni kostitwita mill-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni, r-Repubblika att-Turkija, il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna, jenħtieġ li tinżamm il-possibbiltà li jintużaw iċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini minflok iċ-ċertifikati tal-moviment EUR-MED jew id-dikjarazzjoni tal-oriġini EUR-MED bħala deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni applikabbli għall-akkumulazzjoni dijagonali fost dawk il-parteċipanti.

(9)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni fir-rigward tal-emenda tad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Turkija dwar ir-reġim kummerċjali għall-prodotti agrikoli billi jiġi sostitwit il-Protokoll 3, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni (4).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)   ĠU L 86, 20.3.1998, p. 1.

(2)  Decision No 3/2006 of the EC-Turkey Association Council of 19 December 2006 amending Protocol 3 to Decision No 1/98 of the EC-Turkey Association Council of 25 February 1998 on trade regime for agricultural products (ara d-dokument CE-TR 110/06 fuq http://register.consilium.europa.eu). Deċiżjoni Nru 3/2006 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija tad-19 ta’ Diċembru 2006 li temenda l-Protokoll 3 tad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija tal-25 ta’ Frar 1998 dwar ir-reġim kummerċjali għall-prodotti agrikoli (traduzzjoni mhux uffiċċjali).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3).

(4)  Ara d-dokument ST 11128/20 fuq is-sit web http://register.consilium.europa.eu


15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/51


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2074

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-kummerċ tal-prodotti koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 1 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-kummerċ tal-prodotti koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/528/ECSC (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 1996.

(2)

Il-Ftehim jinkludi l-Protokoll 1 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (‘Protokoll 1’). Skont l-Artikolu 39 tal-Protokoll 1, il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 14(1) tal-Ftehim (‘il-Kumitat Konġunt’) jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1.

(3)

Fil-laqgħa li jmiss tiegħu, qabel tmiem l-2023. il-Kumitat Konġunt ser jadotta deċiżjoni li temenda l-Protokoll 1 (‘deċiżjoni’).

(4)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt peress li d-deċiżjoni ser ikollha effetti legali vinkolanti fl-Unjoni.

(5)

Il-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (2) u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-oġġetti nnegozjati skont ftehimiet bilaterali rilevanti ta’ kummerċ ħieles konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, li japplikaw mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’dawk il-ftehimiet bilaterali.

(6)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprevedi li kull Parti Kontraenti trid tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura l-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni. Għal dak l-għan, id-deċiżjoni ser tintroduċi referenza dinamika għall-Konvenzjoni fil-Protokoll 1, sabiex dejjem issir referenza għall-aħħar verżjoni tal-Konvenzjoni fis-seħħ.

(7)

Diskussjonijiet dwar l-emenda tal-Konvenzjoni wasslu għal sett ġdid ta’ regoli tal-oriġini iżjed moderni u iżjed flessibbli li jridu jiġu inkorporati fil-Konvenzjoni. Sakemm tiġi konkluża u tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni, l-Unjoni u t-Turkija qablu li japplikaw kemm jista’ jkun malajr sett alternattiv ta’ regoli tal-oriġini bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni emendata, li jistgħu jintużaw b’mod bilaterali bħala regoli tal-oriġini alternattivi għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni (“Regoli tranżitorji”). Għal dak il-għan, id-deċiżjoni ser tipprevedi wkoll ir-Regoli tranżitorji

(8)

Fiż-żona tal-akkumulazzjoni kostitwita mill-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni, ir-Repubblika tat-Turkija, il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna, jenħtieġ li tinżamm il-possibbiltà li jintużaw iċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini minflok iċ-ċertifikati tal-moviment EUR-MED jew id-dikjarazzjoni tal-oriġini EUR-MED bħala deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni applikabli għall-akkumulazzjoni dijagonali fost dawk il-parteċipanti.

(9)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il- Kumitat Konġunt tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed fi ħdan l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-kummerċ tal-prodotti koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 1 tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni: tal-Kumitat Konġunt (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Commission Decision 96/528/ECSC of 29 February 1996 on the conclusion of an Agreement between the European Coal and Steel Community and the Republic of Turkey on trade in products covered by the Treaty establishing the European Coal and Steel Community (ĠU L 227, 7.9.1996, p. 1). Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/528/ECSC tad-29 ta’ Frar 1996 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-prodotti koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (traduzzjoni mhux uffiċċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3)..

(3)  Ara d-dokument ST 11130/20 fuqhttp://register.consilium.europa.eu


15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/53


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2075

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fis-Sottokumitat Doganali stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll I tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/670/Euratom (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017.

(2)

Il-Ftehim jinkludi l-Protokoll I dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (‘Protokoll I’). Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll I, is-Sottokumitat Doganali stabbilit bl-Artikolu 83 tal-Ftehim (“is-Sottokumitat Doganali”) jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll I.

(3)

Fil-laqgħa li jmiss tiegħu, qabel tmiem 2023, is-Sottokumitat Doganali ser jadotta deċiżjoni li temenda l-Protokoll I (‘deċiżjoni’).

(4)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan is-Sottokumitat Doganali peress li d-deċiżjoni ser ikollha effetti legali vinkolanti fl-Unjoni.

(5)

Il-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (2) u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-oġġetti nnegozjati skont ftehimiet bilaterali rilevanti ta’ kummerċ ħieles konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, li japplikaw mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’dawk il-ftehimiet bilaterali.

(6)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprevedi li kull Parti Kontraenti trid tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b’mod effettiv. Għal dak l-għan, id-deċiżjoni ser tintroduċi referenza dinamika għall-Konvenzjoni fil-Protokoll I, sabiex dejjem issir referenza għall-aħħar verżjoni tal-Konvenzjoni fis-seħħ.

(7)

Diskussjonijiet dwar l-emenda tal-Konvenzjoni wasslu għal sett ġdid ta’ regoli tal-oriġini iżjed moderni u iżjed flessibbli li jridu jiġu inkorporati fil-Konvenzjoni. Sakemm tiġi konkluża u tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni, l-Unjoni u l-Ukrajna qablu li japplikaw kemm jista’ jkun malajr sett alternattiv ta’ regoli tal-oriġini bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni emendata, li jistgħu jintużaw b’mod bilaterali bħala regoli tal-oriġini alternattivi għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni (“Regoli tranżitorji”). Għal dak il-għan, id-deċiżjoni ser tipprevedi wkoll ir-Regoli tranżitorji.

(8)

Fiż-żona tal-akkumulazzjoni kostitwita mill-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tat-Turkija, il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna, jenħtieġ li tinżamm il-possibbiltà li jintużaw iċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini minflok iċ-ċertifikati tal-moviment EUR-MED jew id-dikjarazzjoni tal-oriġini EUR-MED bħala deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni applikabli għall- akkumulazzjoni dijagonali fost dawk il-parteċipanti.

(9)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan is-Sottokumitat Doganali tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed fi ħdan l-Unjoni fis-Sottokumitat Doganali stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll I tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tas-Sottokumitat Doganali (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/670/Euratom tat-23 ta’ Ġunju 2014 dwar l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (ĠU L 278, 20.9.2014, p. 8).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3).

(3)  Ara d-dokument ST 11131/20 fuq http://register.consilium.europa.eu


15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/55


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2076

tas-7 ta’ Diċembru 2020

li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, fl-20 ta’ Jannar 2020, fit-3 ta’ Frar 2020 u fis-26 ta’ Marzu 2020 il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2019/2157 (1), (UE) 2020/102 (2), (UE) 2020/144 (3) u (UE) 2020/511 (4) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fit-8 ta’ Ġunju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/766 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mill-1 ta’ Frar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (5). Fit-30 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill adotta wkoll id-Deċiżjoni (UE) 2020/1153 li taħtar membri u membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni (6).

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sinjura Monica MARINI, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat li abbażi tiegħu ġie propost is-Sur Nicola MARINI (Sindaco del Comune di Albano Laziale (RM)), sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħtura membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

Is-Sur Nicola MARINI, Consigliere comunale di Albano Laziale (RM) (bidla tal-mandat),

Is-Sur Enrico ROSSI, Assessore del Comune di Signa (FI).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/144 tat-3 ta’ Frar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 32, 4.2.2020, p. 16).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/511 tas-26 ta’ Marzu 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 113, 8.4.2020, p. 18).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/766 tat-8 ta’ Ġunju 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mill-1 ta’ Frar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 187, 12.6.2020, p. 3).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1153 tat-30 ta’ Lulju 2020 li taħtar membri u membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 256, 5.8.2020, p. 12).


15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/57


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2077

tat-8 ta’ Diċembru 2020

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 10 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

Billi:

il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2020 ġie adottat definittivament fis-27 ta’ Novembru 2019  (2);

fid-9 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 10 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2020;

bil-ħsieb ta’ adozzjoni f’waqtha mill-Parlament Ewropew ta’ dan l-abbozz ta’ baġit emendatorju qabel tmiem is-sena finanzjarja 2020, il-Kunsill jeħtieġ li jipproċedi mingħajr dewmien bl-adozzjoni tal-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 10 għall-baġit ġenerali għall-2020. Għaldaqstant, huwa ġġustifikat li jitqassar il-perijodu ta’ tmien ġimgħat għall-informazzjoni tal-Parlamenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1, f’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 10 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 ġiet adottata fit-8 ta’ Diċembru 2020.

Jista’ jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(2)   ĠU L 57, 27.2.2020, p. 1.


15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/58


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2078

tal-10 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali UE-Kanada fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-Programm Partners in Protection tal-Kanada u tal-Programm tal-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali u l-għajnuna reċiproka dwar materji doganali (“CMAA”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/18/KE (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1998.

(2)

L-Artikolu 2 tas-CMAA jistieden lill-awtoritajiet doganali biex jiżviluppaw il-kooperazzjoni doganali bl-aktar kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ possibbli.

(3)

Skont l-Artikolu 20 tas-CMAA, il-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali (“KKKD”) għandu jieħu l-miżuri meħtieġa għall-kooperazzjoni doganali.

(4)

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali fir-rigward ta’ materji relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista (“SCSA”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/941/UE (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2013.

(5)

Skont l-Artikolu 5 tal-SCSA, il-KKKD għandu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ tekniki tal-immaniġġjar tar-riskji, standards tar-riskji, kontrolli tas-sigurtà u programmi ta’ sħubija kummerċjali.

(6)

Il-KKKD biħsiebu jadotta deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-Programm Partners in Protection tal-Kanada u tal-Programm tal-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati tal-Unjoni Ewropea waqt il-ħames laqgħa tiegħu u fi kwalunkwe każ qabel it-tmiem tal-2022.

(7)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-KKKD, peress li d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-Programm Partners in Protection tal-Kanada u tal-Programm tal-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati tal-Unjoni Ewropea se jkollha effetti legali fl-Unjoni.

(8)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-KKKD rigward ir-rikonoxximent reċiproku tal-Programm Partners in Protection tal-Kanada u tal-Programm tal-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-KKKD,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali (“KKKD”) stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-Għajnuna Reċiproka dwar Materji Doganali, fil-ħames laqgħa tal-KKKD, fir-rigward tar-rikonoxximent reċiproku tal-Programm Partners in Protection tal-Kanada u tal-Programm tal-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati tal-Unjoni Ewropea, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-KKKD (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2022.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/18/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar koperazzjoni u assistenza doganali reċiproka fuq affarijiet doganali (ĠU L 7, 13.1.1998, p. 37).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/941/UE tas-27 ta’ Ġunju 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali fir-rigward ta’ materji relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista (ĠU L 367, 23.12.2014, p. 8).

(3)  Ara d-dokument ST13014/20 fuq http://register.consilium.europa.eu


Rettifika

15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 424/60


Rettifika għar-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 130 tas-17 ta’ Mejju 2019 )

Fil-paġna 74, Anness III, Dikjarazzjoni ta’ Formola ta’ Appoġġ – Parti A (1) (għall-Istati Membri li ma jirrikjedux il-provediment ta’parti minn numru ta’ identifikazzjoni personali/numru ta’ dokument ta’ identifikazzjoni personali):

minflok:

"(għall-Istati Membri li ma jirrikjedux il-provediment ta’parti minn numru ta’ identifikazzjoni personali/numru ta’ dokument ta’ identifikazzjoni personali)",

aqra:

"(għall-Istati Membri li ma jirrikjedux il-provediment ta’ numru ta’ identifikazzjoni personali/numru ta’ dokument ta’ identifikazzjoni personali)";

minflok:

"4.

Indirizz ta’ sit web ta’ din l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta fir-reġistru tal-Kummissjoni Ewropea:",

aqra:

"4.

Indirizz ta’ sit web ta’ din l-inizjattiva fir-reġistru tal-Kummissjoni Ewropea:".

Fil-paġna 75, Anness III, Dikjarazzjoni ta’ formola ta’ appoġġ – Parti A (1) (għall-Istati Membri li ma jirrikjedux il-provediment ta’parti minn numru ta’ identifikazzjoni personali/numru ta’ dokument ta’ identifikazzjoni personali):

minflok:

"Skont ir-Regolament (UE) 2016/679 (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), id-data personali tiegħek ipprovduta f’din il-formola se tintuża biss għall-appoġġ tal-inizjattiva u se tkun disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-fini ta’ verifika u ċertifikazzjoni. Inti għandek id-dritt li titlob lill-grupp ta’ organizzaturi ta’ din l-inizjattiva, l-aċċess, ir-rettifika, it-tħassir u r-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek.",

aqra:

"Skont ir-Regolament (UE) 2016/679 (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), id-data personali tiegħek ipprovduta f’din il-formola se tintuża biss għall-appoġġ tal-inizjattiva u se tkun disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-fini ta’ verifika u ċertifikazzjoni. Inti għandek id-dritt li titlob mill-grupp ta’ organizzaturi ta’ din l-inizjattiva, l-aċċess, ir-rettifika, it-tħassir u r-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek.";

minflok:

"Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor, għandek id-dritt li jressaq fi kwalunkwe ħin ilment quddiem awtorità tal-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari fl-Istat Membru tiegħek ta’ residenza abitwali, post tax-xogħol jew post tal-ksur allegat, jekk taħseb li d-data tiegħek tkun ipproċessata illegalment.",

aqra:

"Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor, għandek id-dritt li tressaq fi kwalunkwe ħin ilment quddiem awtorità tal-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari fl-Istat Membru tiegħek ta’ residenza abitwali, post tax-xogħol jew post tal-ksur allegat, jekk taħseb li d-data tiegħek tkun ipproċessata illegalment.";

minflok:

"Id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data (jekk hemm) huma disponibbli fl-indirizz tal-web ta’ din l-inizjattiva fir-reġistru tal-Kummissjoni, kif previst fil-punt 4 ta’ din il- formola.",

aqra:

"Id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data (jekk ikun hemm) huma disponibbli fl-indirizz web ta’ din l-inizjattiva fir-reġistru tal-Kummissjoni Ewropea, kif previst fil-punt 4 ta’ din il-formola.";

minflok:

"Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità nazzjonali li se tirċievi u tipproċessa d-data personali tiegħek u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data huma disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/citizens-initiative/public/data-protection?lg=mt.",

aqra:

"Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità nazzjonali li se tirċievi u tipproċessa d-data personali tiegħek u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data huma disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/citizens-initiative/public/data-protection.";

minflok:

"Id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-Kummissjoni Ewropea, tal-awtorità nazzjonali li se tirċievi u tipproċessa d-data personali tiegħek, tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data jistgħu jiġu kkonsultati fuq: http://ec.europa.eu/citizens-initiative/public/data-protection?lg=mt.",

aqra:

"Id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-Kummissjoni Ewropea, tal-awtorità nazzjonali li se tirċievi u tipproċessa d-data personali tiegħek, tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data jistgħu jiġu kkonsultati fuq: http://ec.europa.eu/citizens-initiative/public/data-protection."

Fil-paġna 76, Dikjarazzjoni ta’ appoġġ – Parti B (3) (for Member States that require the provision of a personal identification number/personal identification document number):

minflok:

"(for Member States that require the provision of a personal identification number/personal identification document number)",

aqra:

"(għall-Istati Membri li jirrikjedu l-provediment ta’ numru ta’ identifikazzjoni personali/numru ta’ dokument ta’ identifikazzjoni personali)";

minflok:

"4.

Indirizz ta’ sit web ta’ din l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta fir-reġistru tal-Kummissjoni Ewropea:",

aqra:

"4.

Indirizz ta’ sit web ta’ din l-inizjattiva fir-reġistru tal-Kummissjoni Ewropea:";

minflok:

"7.

Ismijiet u l-indirizzi tal-posta elettronika tal-persuni ta’ kuntatt:",

aqra:

"7.

Ismijiet u indirizzi tal-posta elettronika tal-persuni ta’ kuntatt:";

minflok:

"Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità nazzjonali li se tirċievi u tipproċessa d-data personali tiegħek u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data huma disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/citizens-initiative/public/data-protection?lg=mt.",

aqra:

"Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità nazzjonali li se tirċievi u tipproċessa d-data personali tiegħek u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data huma disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/citizens-initiative/public/data-protection";

minflok:

"Id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-Kummissjoni Ewropea, tal-awtorità nazzjonali li se tirċievi u tipproċessa d-data personali tiegħek, tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data jistgħu jiġu kkonsultati fuq: http://ec.europa.eu/citizens-initiative/public/data-protection?lg=mt.",

aqra:

"Id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-Kummissjoni Ewropea, tal-awtorità nazzjonali li se tirċievi u tipproċessa d-data personali tiegħek, tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data jistgħu jiġu kkonsultati fuq:. http://ec.europa.eu/citizens-initiative/public/data-protection.".