ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 420 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
14.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 420/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2040
tal-11 ta’ Diċembru 2020
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi tal-alkalojdi pirroliżidiniċi f’ċerti oġġetti tal-ikel
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel. |
(2) |
Fit-8 ta’ Novembru 2011, il-Bord Xjentifiku dwar Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel (il-Bord CONTAM) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adotta opinjoni xjentifika dwar ir-riskji għas-saħħa pubblika relatati mal-preżenza tal-alkalojdi pirroliżidiniċi fl-ikel u fl-għalf (3). Il-Bord CONTAM ikkonkluda li l-alkalojdi pirroliżidiniċi 1,2 mhux saturati jistgħu jaġixxu bħala karċinoġeni ġenotossiċi fil-bnedmin. Il-Bord CONTAM ikkonkluda li hemm tħassib possibbli dwar is-saħħa għal dawk it-trabi li telqu jimxu u għat-tfal li jikkunsmaw ħafna l-għasel. Minbarra l-għasel, hemm sorsi oħra possibbli tal-esponiment djetetiku għall-alkalojdi pirroliżidiniċi, li l-Bord CONTAM ma setax jikkwantifika minħabba n-nuqqas ta’ data. Waslet għall-konklużjoni li, għalkemm ma kienet disponibbli l-ebda data ta’ okkorrenza, l-esponiment għall-alkalojdi pirroliżidiniċi minn għabra tad-dakra, te, infużjonijiet erbali u supplimenti tad-dieta erbali jista’ potenzjalment jippreżenta riskju ta’ effetti kemm akuti kif ukoll kroniċi fil-konsumatur. |
(3) |
F’April 2013, l-Awtorità ppubblikat sejħa għal proposti biex jiġu investigati l-konċentrazzjonijiet tal-alkalojdi pirroliżidiniċi f’prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali inkluż il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-bajd u l-laħam u l-prodotti tal-laħam, u għal prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-pjanti, inklużi tejiet u supplimenti tal-ikel (erbali), f’reġjuni differenti fl-Ewropa. L-eżitu tal-investigazzjonijiet ġie ppubblikat fit-3 ta’ Awwissu 2015 (4). |
(4) |
Fis-26 ta’ Awwissu 2016, l-Awtorità ppubblikat rapport xjentifiku dwar il-valutazzjoni tal-esponiment djetetiku għall-alkalojdi pirroliżidiniċi fil-popolazzjoni Ewropea (5), li qies data ta’ okkorrenza ġdida. Ir-rapport ikkonkluda li l-infużjonijiet erbali u tat-te huma l-kontributuri ewlenin għall-esponiment tal-bniedem għall-alkalojdi pirroliżidiniċi u li s-supplimenti bbażati fuq l-għabra tad-dakra wkoll jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għal dak l-esponiment. Ir-rapport sab li l-esponiment għall-alkalojdi pirroliżidiniċi relatat mal-konsum tal-għasel kien iktar baxx. Ikkonkluda wkoll li s-supplimenti tal-ikel erbali jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-esponiment iżda li kien hemm nuqqas ta’ data ta’ okkorrenza suffiċjenti. |
(5) |
Fis-27 ta’ Lulju 2017, l-Awtorità ppubblikat id-dikjarazzjoni dwar ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem marbuta mal-preżenza tal-alkalojdi pirroliżidiniċi fl-għasel, fit-te, fl-infużjonijiet u s-supplimenti tal-ikel erbali (6). Il-Bord CONTAM stabbilixxa punt ta’ referenza ġdid ta’ 237 μg/kg ta’ piż tal-ġisem għal kull jum biex jivvaluta r-riskji karċinoġeniċi tal-alkalojdi pirroliżidiniċi u kkonkluda li hemm tħassib possibbli għas-saħħa tal-bniedem relatat mal-esponiment għall-alkalojdi pirroliżidiniċi, b’mod partikolari għal dawk li jikkunsmaw b’mod frekwenti u kwantità kbira ta’ te u infużjonijiet erbali fil-popolazzjoni ġenerali iżda, b’mod partikolari, għall-gruppi aktar żagħżugħa tal-popolazzjoni. |
(6) |
Il-preżenza tal-alkalojdi pirroliżidiniċi f’dan l-ikel tista’ tiġi minimizzata jew ipprojbita bl-applikazzjoni ta’ prattiki agrikoli u ta’ ħsad tajbin. L-iffissar tal-livelli massimi jiżgura li l-prattiki agrikoli u ta’ ħsad tajbin jiġu applikati fir-reġjuni kollha tal-produzzjoni biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Għalhekk jixraq li jiġu ffissati livelli massimi fl-oġġetti tal-ikel li jkun fihom livelli sinifikanti tal-alkalojdi pirroliżidiniċi u li għalhekk jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-esponiment tal-bniedem jew li huma ta’ rilevanza għall-esponiment ta’ gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni. |
(7) |
F’ċerti reġjuni tal-produzzjoni, prattiki agrikoli u ta’ ħsad tajbin ġew introdotti reċentement jew għad iridu jiġu implimentati, u għalhekk jixraq li jingħata perjodu raġonevoli biex ir-reġjuni kollha ta’ produzzjoni jkunu jistgħu jintroduċu prattiki bħal dawn. Huma meħtieġa żewġ staġuni ta’ tkabbir għall-implimentazzjoni sħiħa tal-prattiki agrikoli u ta’ ħsad tajbin sabiex tiġi żgurata provvista suffiċjenti għall-operaturi tan-negozju tal-ikel biex jipproduċu oġġetti tal-ikel li jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(8) |
Filwaqt li jitqies li l-oġġetti tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament għandhom żmien ta’ ħżin twil sa tliet snin, jixraq li jiġi previst perjodu tranżizzjonali twil ferm sabiex l-oġġetti tal-ikel li tqiegħdu fis-suq legalment qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ikunu jistgħu jibqgħu fis-suq għal tul ta’ żmien biżżejjed. Jixraq li jkun hemm perjodu tranżizzjonali ta’ 18-il xahar li jippermetti l-bejgħ lill-konsumatur finali tal-prodotti li kienu ġew prodotti qabel id-data tal-applikazzjoni. |
(9) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-oġġetti tal-ikel elenkati fl-Anness li jkunu tqiegħdu fis-suq legalment qabel l-1 ta’ Lulju 2022 jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati sal-31 ta’ Diċembru 2023.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
(3) EFSA CONTAM Panel, 2011. Scientific Opinion on Pyrrolizidine alkaloids in food and feed. EFSA Journal 2011; 9(11):2406. [134 pp.], doi:10.2903/j.efsa. 2011,2406.
(4) Mulder PPJ, López Sánchez P, These A, Preiss-Weigert A u Castellari M, 2015. Occurrence of Pyrrolizidine Alkaloids in food. EFSA supporting publication 2015:EN-859, 116 pp. http://www.efsa.europa.eu/en/supporting/pub/en-859.
(5) EFSA (European Food Safety Authority), 2016. Dietary exposure assessment to pyrrolizidine alkaloids in the European population. EFSA Journal 2016;14(8):4572, 50 pp. doi:10.2903/j.efsa.2016,4572.
(6) EFSA CONTAM Panel, 2017. Statement on the risks for human health related to the presence of pyrrolizidine alkaloids in honey, tea, herbal infusions and food supplements. EFSA Journal 2017;15(7):4908, 34 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2017,4908.
ANNESS
Fit-Taqsima 8 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
“Oġġetti tal-Ikel (1) |
Livell massimu (*1) (f’μg/kg) |
|
8.4 |
Alkalojdi pirroliżidiniċi |
|
8.4.1. |
Infużjonijiet erbali (prodott imnixxef) (*2) (*3) bl-eċċezzjoni tal-infużjonijiet erbali msemmija f’8.4.2. u f’8.4.4 |
200 |
8.4.2. |
Infużjonijiet erbali ta’ rooibos, ħlewwa (Pimpinella anisum), melissa, kamumella, sagħtar, pepermint, alwiża (prodott imnixxef) u taħlitiet magħmula esklussivament minn dawn il-ħxejjex aromatiċi mnixxfin (*2) (*3) bl-eċċezzjoni tal-infużjonijiet erbali msemmija f’8.4.4 |
400 |
8.4.3. |
Te (Camellia sinensis) u te mħawwar (*4) (Camellia sinensis) (prodott imnixxef) (*3) bl-eċċezzjoni tat-te u tat-te mħawwar msemmija f’8.4.4 |
150 |
8.4.4. |
Te (Camellia sinensis), te mħawwar (*4) (Camellia sinensis) u infużjonijiet erbali għat-trabi u għat-tfal żgħar (prodott imnixxef) |
75 |
8.4.5. |
Te (Camellia sinensis), te mħawwar (*4) (Camellia sinensis) u infużjonijiet erbali għat-trabi u għat-tfal żgħar (likwidu) |
1,0 |
8.4.6. |
Supplimenti tal-ikel li fihom ingredjenti erbali inkluż estratti (*2) bl-eċċezzjoni tas-supplimenti tal-ikel imsemmija f’8.4.7 |
400 |
8.4.7. |
Supplimenti tal-ikel ibbażati fuq l-għabra tad-dakra (39) Għabra tad-dakra u prodotti tal-għabra tad-dakra |
500 |
8.4.8. |
Weraq tal-fidloqqom (friski, iffriżati) li jitqiegħdu fis-suq għall-konsumatur finali (*2) |
750 |
8.4.9. |
Ħxejjex aromatiċi mnixxfin bl-eċċezzjoni ta’ ħxejjex aromatiċi mnixxfin imsemmija f’8.4.10 (*2) |
400 |
8.4.10. |
Fidloqqom, karfus tal-muntanji, merqdux u origanu (imnixxef) u taħlitiet komposti esklussivament minn dawn il-ħxejjex aromatiċi mnixxfin (*2) |
1 000 |
8.4.11. |
Żrieragħ tal-kemmun (żerriegħa tal-ħwawar) |
400 |
(*1) Il-livell massimu jirreferi għas-somma tal-limiti aktar baxxi tal-21 alkalojdu pirroliżidiniku li ġejjin:
— |
intermedina/likopsammina, intermedina-N-ossidu/likopsammina-N-ossidu, |
— |
seneċjonina/seneċivernina, seneċjonina-N-ossidu/seneċivernina-N-ossidu, |
— |
seneċifillina, seneċifillina-N-ossidu, |
— |
retrorsina, retrorsina-N-ossidu, |
— |
ekimidina, ekimidina-N-ossidu, |
— |
lasjokarpina, lasjokarpina-N-ossidu, |
— |
senkirkina, |
— |
ewropina, ewropina-N-ossidu, |
— |
eljotrina u eljotrina-N-ossidu |
l-14-il alkalojdu pirroliżidiniku addizzjonali li ġejjin magħrufin li jikkoelutaw b’waħda jew aktar mill-21 alkalojdu pirroliżidiniku, identifikati hawn fuq, li jagħmlu użu minn ċerti metodi analitiċi użati bħalissa:
— |
indiċina, ekinatina, rinderina (koelwizzjoni possibbli mal-likopsammina/mal-intermedina) |
— |
indiċina-N-ossidu, ekinatina-N-ossidu, rinderina-N-ossidu (koelwizzjoni possibbli mal-likopsammina-N-ossidu/mal-intermedina-N-ossidu) |
— |
inteġerrimmina (koelwizzjoni possibbli mas-seneċivernina/mas-seneċjonina) |
— |
inteġerrimmina-N-ossidu (koelwizzjoni possibbli mas-seneċivernina-N-ossidu/mas-seneċjonina-N-ossidu) |
— |
eljosupina (koelwizzjoni possibbli mal-ekimidina) |
— |
eljosupina-N-ossidu (koelwizzjoni possibbli mal-ekimidina-N-ossidu) |
— |
spartjojdina (koelwizzjoni possibbli mas-seneċifillina) |
— |
spartjojdina-N-ossidu (koelwizzjoni possibbli mas-seneċifillina-N-ossidu) |
— |
usarammina (koelwizzjoni possibbli mar-retrorsina) |
— |
usarammina N-ossidu (koelwizzjoni possibbli mar-retrorsina N-ossidu) |
Alkalojdi pirroliżidiniċi, li jistgħu jiġu identifikati individwalment u separatament bil-metodu użat ta’ analiżi, għandhom jiġu kkwantifikati u inklużi fis-somma.
(*2) Mingħajr preġudizzju għal regoli nazzjonali aktar restrittivi f’ċerti Stati Membri dwar it-tqegħid fis-suq ta’ pjanti li fihom l-alkalojdi pirroliżidiniċi.
(*3) It-termini “infużjonijiet erbali (prodott imnixxef)” u “te (Camellia sinensis) (prodott imnixxef)” jirreferu għal:
— |
infużjonijiet erbali (prodott imnixxef) minn fjuri, weraq u ħxejjex aromatiċi, għeruq, u kwalunkwe parti oħra tal-pjanta (fi qratas jew fi kwantitajiet kbar)/te (Camellia sinensis) (prodott imnixxef) minn weraq, zkuk u fjuri mnixxfin (fi qratas jew fi kwantitajiet kbar) użati għat-tħejjija ta’ infużjoni erbali (prodott likwidu)/te (prodott likwidu) |
— |
tejiet erbali/tejiet instant. Fil-każ ta’ estratti tat-trab tat-te, għandu jiġi applikat fattur ta’ konċentrazzjoni ta’ 4. |
(*4) Te mħawwar huwa te b’aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).
Għat-tejiet bil-frott u bi ħxejjex aromatiċi oħra, japplika l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006.”
14.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 420/6 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2041
tal-11 ta’ Diċembru 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/585 fir-rigward tal-għadd ta’ kampjuni li jridu jittieħdu u jiġu analizzati minn kull Stat Membru fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2),
Billi:
(1) |
Fl-Anness II tiegħu, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/585 (3) jistabbilixxi l-għadd ta’ kampjuni għal kull Stat Membru li jridu jittieħdu għall-finijiet tal-programm ta’ kontroll previst minn dak ir-Regolament sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għar-residwi tal-pestiċidi. |
(2) |
Mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u ma’ tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2020, huma meħtieġa adattamenti biex jiġi żgurat li l-programm jibqa’ rappreżentattiv tas-suq tal-Unjoni u li l-għadd kumplessiv ta’ kampjuni jibqa’ suffiċjenti biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dak il-programm. |
(3) |
Fil-passat, ir-Renju Unit ikkontribwixxa b’ammont sinifikanti ta’ kampjuni, proporzjonat mad-daqs tal-popolazzjoni tiegħu. Minn issa ’l quddiem, jenħtieġ li l-għadd ta’ kampjuni li għandhom jinġabru mir-Renju Unit jiġi adattat fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq u skont id-daqs tal-popolazzjoni ta’ dak it-territorju. |
(4) |
Jenħtieġ li l-għadd ta’ kampjuni miġbura mill-Istati Membri wkoll jiġi adattat skont dan sabiex jinżamm għadd ġenerali suffiċjenti ta’ kampjuni fir-rigward tal-premessa 3 tar-Regolament (UE) 2020/585. |
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/585 jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi ta’ analiżi tagħhom, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika fl-1 ta’ Jannar 2021. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/585 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/585 tas-27 ta’ April 2020 dwar programm ikkoordinat ta’ kontroll pluriennali tal-Unjoni għall-2021, l-2022 u l-2023 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fl-ikel u fuq l-ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali, u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 135, 29.4.2020, p. 1).
ANNESS
Fil-punt (5) tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/585, it-tabella hija sostitwita bit-tabella li ġejja:
BE |
15 |
BG |
15 |
CZ |
15 |
DK |
12 |
DE |
106 |
EE |
12 |
IE |
12 |
EL |
15 |
ES |
55 |
FR |
78 |
HR |
12 |
IT |
75 |
CY |
12 |
LV |
12 |
LT |
12 |
LU |
12 |
HU |
15 |
MT |
12 |
NL |
20 |
AT |
15 |
PL |
51 |
PT |
15 |
RO |
22 |
SI |
12 |
SK |
12 |
FI |
12 |
SE |
15 |
Ir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq (1) |
12 |
GĦADD TOTALI TA’ KAMPJUNI: 683 |
(1) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, dan ir-Regolament japplika għar-Renju Unit u fih, fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.
14.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 420/9 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2042
tal-11 ta’ Diċembru 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/464 fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tiegħu u ċerti dati oħra li huma rilevanti għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6), l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 17(3) u l-Artikolu 26(7)(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
Minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi tas-saħħa pubblika relatata, ir-Regolament (UE) 2020/1693 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ippospona b’sena d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848, flimkien ma’ dati relatati oħra msemmija fir-Regolament (UE) 2018/848. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/464 (3) stabbilixxa ċerti regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848, b’mod partikolari fir-rigward tad-dokumenti meħtieġa għar-rikonoxximent retroattiv tal-perjodi għall-finijiet tal-konverżjoni, il-produzzjoni ta’ prodotti organiċi u l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri. Fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li dawk ir-regoli japplikaw mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848. |
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/464 u d-dati konsegwenti l-oħra inklużi fih, jiġu allinjati mad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848. |
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/464 jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi żgurata minnufih iċ-ċertezza tad-dritt għas-settur organiku dwar il-posponiment tad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/464, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Produzzjoni Organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/464 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 25, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta kull sena sat-30 ta’ Ġunju, u għall-ewwel darba sat-30 ta’ Ġunju 2023 rigward is-sena 2022.”; |
(2) |
fil-paragrafi 1, 5, 6 u 7 tal-Artikolu 26, il-kliem “sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2029” huma sostitwiti bil-kliem “sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2030”; |
(3) |
fil-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 26, il-kliem “sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2024” huma sostitwiti bil-kliem “sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025”; |
(4) |
fl-Artikolu 27, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2020/1693 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Novembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/848 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tiegħu u ta’ ċerti dati oħra msemmija f’dak ir-Regolament, ĠU L 381, 13.11.2020, p. 1.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/464 tas-26 ta’ Marzu 2020 li jistabbilixxi ċerti regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti meħtieġa għar-rikonoxximent retroattiv tal-perjodi għall-konverżjoni, il-produzzjoni ta’ prodotti organiċi u l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri (ĠU L 98, 31.3.2020, p. 2).
14.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 420/11 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2043
tal-11 ta’ Diċembru 2020
li jidderoga mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39 għas-snin skolastiċi 2019/2020 u 2020/2021 fir-rigward tal-verifiki fuq il-post fil-bini tal-applikanti għall-għajnuna jew fl-istabbilimenti edukattivi għall-finijiet tal-iskema għall-iskejjel
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-punti (a) (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 10(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 (2) jistabbilixxi l-perċentwal minimu tal-verifiki fuq il-post li jridu jitwettqu fil-bini tal-applikanti għall-għajnuna li jkollhom x’jaqsmu mal-provvista u d-distribuzzjoni tal-prodotti u mal-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament fil-qafas tal-iskema msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (“l-iskema għall-iskejjel”). Ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39 jipprevedi li, meta l-applikant għall-għajnuna ma jkunx stabbiliment edukattiv, il-verifika fuq il-post imwettqa fl-istabbiliment tal-applikant għandha tkun issupplimentata minn verifiki fuq il-post fl-istabbiliment ta’ mill-inqas żewġ stabbilimenti edukattivi jew ta’ mill-inqas 1 % tal-istabbilimenti edukattivi rreġistrati mill-applikant f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/40 (4), skont liema minnhom ikun l-akbar. |
(2) |
Minħabba l-miżuri meħuda sabiex tiġi indirizzata l-pandemija tal-COVID-19, l-Istati Membri jistgħu jiltaqgħu ma’ diffikultajiet fl-ippjanar u fit-twettiq ta’ verifiki fuq il-post f’waqthom fil-bini tal-applikanti għall-għajnuna jew fl-istabbilimenti edukattivi fis-snin skolastiċi 2019/2020 u 2020/2021. Għalhekk, jixraq li jiġi previst li meta l-Istati Membri ma jkunux f’pożizzjoni li jwettqu dawk il-verifiki fuq il-post kif meħtieġ mill-Artikolu 10(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39, huma jistgħu jiddeċiedu li jwettqu tali verifiki fuq il-post mill-bogħod, pereżempju permezz ta’ videoconferences. |
(3) |
L-Artikolu 10(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39 jistabbilixxi r-regoli u l-metodi applikabbli għar-rappurtar tal-verifiki u tar-riżultati tagħhom. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġġustifikaw il-ħtieġa għad-deroga prevista f’dan ir-Regolament u li jirrappurtaw dwar l-użu tagħha fir-rapport ta’ kontroll li għandu jitfassal għal kull verifika fuq il-post imwettqa mill-bogħod. |
(4) |
Għalhekk jixraq li ssir deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39 fir-rigward tas-snin skolastiċi 2019/2020 u 2020/2021. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. B’deroga mit-tieni sal-ħames subparagrafi tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39, meta minħabba l-miżuri meħuda sabiex tiġi indirizzata l-pandemija tal-COVID-19, l-Istati Membri ma jkunux f’pożizzjoni li jwettqu verifiki fuq il-post fil-bini tal-applikanti għall-għajnuna jew fl-istabbilimenti edukattivi fir-rigward tas-snin skolastiċi 2019/2020 u 2020/2021, dawk il-verifiki jistgħu jitwettqu mill-bogħod.
2. B’deroga mill-Artikolu 10(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39, meta l-verifiki fuq il-post jitwettqu mill-bogħod f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità ta’ kontroll kompetenti għandha tinkludi wkoll ġustifikazzjoni dwar il-ħtieġa għal tali deroga u tirrapporta dwar l-użu tagħha fir-rapport ta’ kontroll.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (ĠU L 5, 10.1.2017, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/40 tat-3 ta’ Novembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi u li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (ĠU L 5, 10.1.2017, p. 11).
DEĊIŻJONIJIET
14.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 420/13 |
DEĊIŻJONI (UE) 2020/2044 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-20 ta' Ottubru 2020
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima II — Il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2019) 316 — C9-0052/2019) (2), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fis-sena 2018, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-13 ta' Mejju 2020 (5) li tiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2018, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li takkumpanjaha, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (7), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9–0189/2020), |
1.
Jiċħad il-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2018;
2.
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
Il-President
David Maria SASSOLI
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 327, 30.9.2019, p. 1.
(3) ĠU C 357, 4.10.2018, p. 1.
(4) ĠU C 357, 4.10.2018, p. 9.
(5) Testi adottati, P9_TA(2020)0090.
14.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 420/14 |
RIŻOLUZZJONI (UE) 2020/2045 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-20 ta’ Ottubru 2020
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9–0189/2020), |
A. |
billi l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni, jeħtiġilhom ikunu demokratikament responsabbli lejn iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni għall-fondi fdati lilhom biex iwettqu l-kompiti tagħhom; |
B. |
billi l-Parlament huwa l-uniku korp direttament elett fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, bir-responsabbiltà li jagħti l-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea; |
C. |
billi hija meħtieġa proċedura ta' kwittanza miftuħa u trasparenti biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, titwettaq il-ġlieda meħtieġa kontra l-frodi u tiġi garantita t-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni fejn kull istituzzjoni tal-Unjoni tkun responsabbli għall-baġit li twettaq; |
1. |
Jisħaq li għal 10 snin konsekuttivi l-Kunsill irrifjuta li jikkoopera fil-proċedura ta' kwittanza u b'hekk ġiegħel lill-Parlament jirrifjuta li jagħti l-kwittanza; jinnota li d-deċiżjoni dwar jekk għandhiex tingħata l-kwittanza għall-2018 ġiet posposta f'Mejju 2020 b'mod simili għal dak li sar fi snin preċedenti; |
2. |
Jissottolinja li din is-sitwazzjoni mhijiex sostenibbli għall-ebda istituzzjoni: għall-Kunsill minħabba li ma ngħatatlu ebda deċiżjoni pożittiva dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu mill-2009, u għall-Parlament minħabba li turi nuqqas ta' rispett għar-rwol tal-Parlament bħala awtorità tal-kwittanza u garanti tat-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika tal-baġit tal-Unjoni; |
3. |
Jiddikjara li din is-sitwazzjoni tagħmel ħsara lill-fiduċja tal-pubbliku fil-ġestjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; iqis il-kontinwazzjoni ta' din is-sitwazzjoni bħala detrimentali għar-responsabbiltà tal-Unjoni u l-istituzzjonijiet tagħha; |
4. |
Ifakkar li, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u r-Regolament Finanzjarju, il-Parlament huwa l-unika awtorità ta' kwittanza tal-Unjoni, madankollu, b'rikonoxximent sħiħ tar-rwol tal-Kunsill bħala istituzzjoni li tagħti rakkomandazzjonijiet dwar il-proċedura ta' kwittanza; f'dan ir-rigward, jitlob lill-Kunsill jagħti rakkomandazzjonijiet dwar il-kwittanza fir-rigward tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni; |
5. |
Ifakkar li, skont it-TFUE, l-istituzzjonijiet igawdu awtonomija amministrattiva, l-infiq tagħhom huwa stabbilit f'partijiet separati tal-baġit u huma individwalment responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġits tagħhom; |
6. |
Ifakkar li l-Parlament jagħti kwittanza lill-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni, abbażi tad-dispożizzjonijiet tad-dokumenti tekniċi, tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari u tas-seduti ta' smigħ; jiddispjaċih li l-Parlament ripetutament jiltaqa' ma' diffikultajiet biex jirċievi tweġibiet mill-Kunsill minħabba nuqqas ta' kooperazzjoni, li jirriżulta fiċ-ċaħda tal-kwittanza għal aktar minn 10 snin; |
7. |
Ifakkar li kontroll effettiv tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni jirrikjedi kooperazzjoni leali fost l-istituzzjonijiet; ifakkar fix-xewqa tal-Parlament li jibda negozjati mal-Kunsill bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim reċiprokament sodisfaċenti biex fl-aħħar tingħeleb din is-sitwazzjoni ta' staġnar; |
8. |
Jenfasizza l-ittra mibgħuta mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament fil-25 ta' Mejju 2020 lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill biex jinforma li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament ingħata mandat mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament biex jiftaħ mill-ġdid in-negozjati mal-Kunsill dwar il-proċedura ta' kwittanza; |
9. |
Jinforma li t-tim tan-negozjati tal-Parlament huwa magħmul mill-President tal-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit, is-Sa Monika Hohlmeier; ir-Rapporteur għall-kwittanza tal-Kunsill 2018, is-Sur Tomáš Zdechovský; u l-ewwel Viċi President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament, is-Sa Isabel García Muñoz; |
10. |
Jinforma li fl-20 ta' Frar 2020, it-tim tan-negozjati tal-Parlament ippropona verżjoni aġġornata tad-dokument informali dwar il-kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill matul il-proċedura ta' kwittanza annwali, u din il-proposta kienet annessa mal-ittra msemmija fil-punt 8; jinnota li l-Parlament iqis id-dokument informali bħala l-punt tat-tluq tan-negozjati; |
11. |
Jinforma li d-dokument informali jirrikonoxxi r-rwoli rispettivi iżda differenti taż-żewġ istituzzjonijiet fil-proċedura ta' kwittanza, billi jikkonkludi li l-Parlament u l-Kunsill jeħtieġu bażi fattwali simili biex jagħtu rakkomandazzjoni (il-Kunsill) jew jieħdu deċiżjoni (il-Parlament); |
12. |
Jispjega li l-ittra msemmija fil-punt 8, tistieden lill-Kunsill jissuġġerixxi data xierqa biex jibdew in-negozjati; jinforma li x-xejra pożittiva ta' dan il-proċess ġiet interrotta bil-pandemija tal-COVID-19; |
13. |
Jindika li sakemm ma jkunux għaddejjin negozjati bejn il-partijiet, il-fehmiet tal-Parlament għadhom validi u li n-negozjati bejn il-partijiet huma prekundizzjoni biex tissolva l-kwistjoni; |
14. |
Jinsisti li l-baġit tal-Kunsill Ewropew u l-baġit tal-Kunsill ikunu separati biex jikkontribwixxu għal aktar trasparenza, responsabbiltà u effiċjenza fir-rigward tan-nefqa għaż-żewġ istituzzjonijiet kif rakkomandat mill-Parlament f'ħafna mir-riżoluzzjonijiet tiegħu ta' kwittanza matul l-aħħar snin; |
15. |
Jinsisti li l-isforzi kkombinati biex jinkiseb ftehim interistituzzjonali dwar reġistru ta' trasparenza obbligatorju għal-lobbyists, aċċessibbli f'format li jinqara mill-magni, huma inevitabbli għal aktar ftuħ fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni u responsabbiltà tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; għal darb'oħra jiddispjaċih ħafna li l-Kunsill ma ssieħebx fl-iskema tar-reġistru ta' trasparenza; jistieden lill-Kunsill ikompli jieħu sehem fid-diskussjonijiet dwar l-istabbiliment ta' reġistru komuni flimkien mal-Parlament, li qabel li jerġa' jibda n-negozjati f'Marzu 2020, u mal-Kummissjoni biex isir obbligu de facto li l-lobbyists jirreġistraw jekk ikunu jridu laqgħat ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-Unjoni; jistieden għal darb'oħra lit-timijiet kollha tal-presidenza ta' Stat Membru biex ikunu ta' eżempju fit-tmexxija tagħhom billi jirrifjutaw laqgħat ma' lobbisti mhux irreġistrati; |
16. |
Jilqa' r-rispons pożittiv tal-Kunsill dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman Ewropew fil-każ 1069/2019/MIG dwar l-isponsorship tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; jieħu nota tal-abbozz ta' gwida mibgħut mis-segretarjat ġenerali tal-Kunsill lid-delegazzjonijiet tal-Istati Membri fid-29 ta' Ġunju 2020; itenni li kwalunkwe kunflitt ta' interess reali jew perċepit jipperikola r-reputazzjoni tal-Kunsill u tal-Unjoni kollha kemm hija; jappella lill-Kunsill biex jirrifletti dwar in-natura mhux vinkolanti tal-gwida; iħeġġeġ lill-Kunsill isegwi l-kwistjoni mingħajr dewmien; |
17. |
Jenfasizza l-importanza li ċ-ċittadini jitħallew isegwu l-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni b'mod faċli; ifakkar lill-Kunsill jallinja l-metodi ta' ħidma tiegħu mal-istandards ta' demokrazija parlamentari, kif meħtieġ mit-Trattati; ifakkar lill-Kunsill isegwi b'mod sistematiku r-rakkomandazzjonijiet kollha li jinsabu fid-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew fl-inkjesta strateġika OI/2/2017/TE dwar it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill; ifakkar li l-Parlament ħeġġeġ lill-Ombudsman Ewropew tkompli ssegwi l-inkjesta tagħha; |
18. |
Jappella lill-Kunsill biex iżid l-isforzi ta' trasparenza tiegħu billi, inter alia, jippubblika dokumenti leġiżlattivi tal-Kunsill, inklużi l-minuti tal-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma u t-trilogi u dokumenti ta' ħidma importanti, skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman; jilqa' t-titjib fis-sit web tal-Kunsill, b'mod partikolari dak relatat mat-trasparenza u l-aċċess għad-dokumenti; jilqa' l-kapitoli ċari dwar it-trasparenza leġiżlattiva, l-aġendi u l-kalendarju tal-laqgħat tal-Kunsill, il-minuti u l-listi ta' votazzjoni; jirrikonoxxi li l-Kunsill ilu jieħu passi biex irawwem kultura aktar b'saħħitha ta' trasparenza; |
19. |
Itenni t-tħassib serju tiegħu dwar l-isponsorship korporattiv tal-Istati Membri li jkollhom il-Presidenza tal-Unjoni u jirrifletti t-tħassib espress miċ-ċittadini u mill-Membri tal-Unjoni dwar din il-kwistjoni; jinsab imħasseb ħafna dwar il-ħsara possibbli għar-reputazzjoni u r-riskju ta' telf ta' fiduċja li din il-prattika jista' jkollha fuq l-Unjoni, fuq l-istituzzjonijiet tagħha u b'mod speċjali fuq il-Kunsill f'għajnejn iċ-ċittadini tal-Unjoni; barra minn hekk, jirrakkomanda bis-sħiħ li l-Kunsill jipprevedi l-ibbaġitjar tal-Presidenzi, jitlob lill-Kunsill jippreżenta dan it-tħassib lill-Istati Membri, b'mod partikolari lit-trio ta' Presidenzi attwali u jappella lit-trio ta' Presidenzi attwali biex iqis serjament dawn ir-rakkomandazzjonijiet u jirrapporta lura lill-Parlament; |
20. |
Itenni t-tħassib serju tiegħu dwar l-allegat kunflitt ta' interessi ta' għadd ta' rappreżentanti tal-Istati Membri involuti fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet ta' politika u baġit; jitlob lill-Kunsill jiżgura li r-rappreżentanti tal-Istati Membri li jibbenefikaw personalment minn sussidji tal-Unjoni ma jipparteċipawx fid-diskussjonijiet u l-votazzjonijiet politiċi jew baġitarji relatati. |
14.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 420/16 |
DEĊIŻJONI (UE) 2020/2046 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-20 ta’ Ottubru 2020
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2019) 316 – C9-0055/2019) (2), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2018, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-13 ta’ Mejju 2020 (5) li tiddifferixxi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2018, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li takkumpanjaha, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (7), u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0188/2020), |
1. |
Jiċħad il-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għas-sena finanzjarja 2018; |
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
David Maria SASSOLI
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 327, 30.9.2019, p. 1.
(3) ĠU C 340, 8.10.2019, p. 1.
(4) ĠU C 340, 8.10.2019, p. 9.
(5) Testi adottati, P9_TA(2020)0120.
14.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 420/17 |
RIŻOLUZZJONI (UE) 2020/2047 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-20 ta’ Ottubru 2020
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0188/2020), |
A. |
billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tkompli tissaħħaħ il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib fit-trasparenza u fl-obbligu ta’ rendikont, kif ukoll bl-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani; |
B. |
billi abbażi tal-eżitu u r-rakkomandazzjonijiet tal-investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistenna li jkun infurmat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (il-Kumitat) dwar il-miżuri meħuda biex jiġu ratifikati l-irregolaritajiet; |
1.
Jilqa’ t-titjib li sar fis-sitwazzjoni ta’ riporti relatati mal-linja baġitarja “Membri tal-istituzzjoni u delegati” billi tiġi stabbilita skadenza ta’ sitt ġimgħat għall-preżentazzjoni tat-talbiet għal rimborż; japprezza li mill-1 ta’ Jannar 2019 lil hawn inkiseb tnaqqis ta’ riporti;
2.
Jinnota li minħabba numru akbar ta’ opinjonijiet u rapporti maħruġa, li talbu aktar involviment min-naħa tal-membri fit-tħejjija, kien hemm spejjeż ogħla għall-ivvjaġġar u rimborżi oħra;
3.
Japprezza li l-Kumitat jippjana li jżid b’mod sinifikanti l-baġit tiegħu għall-IT biex ilaħħaq, inaqqas id-distakk vis-a-vis il-korpi l-oħra tal-Unjoni u jimplimenta aktar l-Istrateġija Diġitali għall-Kumitat adottata f’Ġunju 2019; jieħu nota tal-isforzi meħtieġa biex jissaħħu l-kapaċitajiet tan-network u t-tagħmir tal-utent aħħari biex 100 % tal-persunal ikun jista’ jaħdem mid-dar;
4.
Jinnota li l-istruttura l-ġdida tal-Kumitat, li ilha fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2020, rabtet lis-servizz legali direttament mas-segretarju ġenerali bl-objettivi ddikjarati li jiżdiedu l-viżibilità u l-impatt tas-servizz legali u tippermettilu jipprovdi appoġġ legali fuq bażi orizzontali; jieħu nota tal-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Kumitat iżda jinsab imħasseb li l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tas-servizz legali jistgħu jiġu affettwati; jappella lill-Kumitat biex jiżgura li s-servizz legali jiġi involut b’mod uffiċjali u sistematiku fl-aktar kwistjonijiet importanti tal-Kumitat mingħajr ma jħalli d-deċiżjoni dwar jekk għandux jiġi kkonsultat f’idejn is-servizzi differenti; jilqa’ l-fatt li ġiet imsaħħa l-kapaċità legali fl-unità tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-membri biex tippermetti t-trattament ta’ kwistjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-istatut tal-membri; jinnota r-riflessjonijiet dwar l-eżenzjoni ta’ persunal speċjalizzat, inkluż persunal li jagħmel parti mis-servizz legali, mill-politika ta’ mobilità tal-Kumitat u jappella lill-Kumitat jirrapporta dwar il-konklużjonijiet ta’ dan il-proċess lill-awtorità tal-kwittanza;
5.
Jikkonferma li l-Kumitat irċieva ċertifikat “sikur mill-asbestos” għall-bini VMA li jispeċifika li l-bini m’għandux riskju għall-użu normali; jinnota, madankollu, li kien hemm ammont limitat ta’ asbestos li ġie kkonfermat b’analiżi ulterjuri; jirrikonoxxi li ftit materjali li fihom il-fibri tal-asbestos jinsabu barra ż-żona tal-uffiċċji tal-bini VMA u li huwa ppjanat li dawk il-materjali jitneħħew kollha matul il-perjodu ta’ eżekuzzjoni tax-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni;
6.
Jappoġġja t-talba tal-Kumitat biex jissaħħu l-isforzi kollha fir-rispett tal-kontenut tal-ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kumitat; ifakkar, madankollu, li skont il-ftehim tal-2014, il-Kumitat ittrasferixxa total ta’ 36 traduttur lill-Parlament u kiseb biss l-aċċess għas-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew bi skambju; jinnota li bħala konsegwenza, il-Kumitat kellu jikru persunal kuntrattwali u jesternalizza is-servizz tat-traduzzjoni tiegħu; jinnota bi tħassib li biex jikkumpensa għat-tnaqqis fil-persunal tat-traduzzjoni, il-Parlament ipprovda fondi addizzjonali lill-Kumitat għall-esternalizzazzjoni tas-servizzi tat-traduzzjoni u li l-Kumitat jista’ jalloka mill-ġdid dawn il-fondi f’oqsma ta’ politika oħra jekk ma jintużawx kollha għat-traduzzjoni esternalizzata, ħaġa li ġrat fi snin oħra; huwa tal-opinjoni li din iċ-ċirkostanza mhijiex konformi mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja ġenerali tajba u prudenti, u fil-futur għandha tiġi riveduta;
Il-qagħda bħalissa
7. |
Ifakkar li fir-rapport tiegħu ta’ Jannar 2020, l-OLAF ikkonkluda li l-president ta’ dak iż-żmien tal-Grupp I tal-Kumitat kien responsabbli għal atti ta’ fastidju fil-konfront ta’ żewġ membri tal-persunal, imġiba mhux xierqa (imġiba ħażina serja) lejn membru tal-Kumitat u membru tal-persunal u imġiba ħażina fil-konfront ta’ membri oħra tal-persunal li jaħdmu fis-Segretarjat tal-Grupp I; |
8. |
Ifakkar li l-OLAF jikkonkludi li l-president tal-Grupp I wettaq ksur tal-obbligi li jirriżultaw mir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat u tal-kodiċi ta’ kondotta tiegħu; ifakkar li l-OLAF jirrakkomanda li l-Kumitat jibda l-proċeduri xierqa fir-rigward tal-membru kkonċernat, kif previst fir-regola 8, il-parti erbgħa, tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat u jieħu l-passi kollha meħtieġa ħalli jevita kwalunkwe każ ieħor ta’ fastidju mill-membru kkonċernat fuq il-post tax-xogħol; |
9. |
Jiddeplora l-fatt li diversi membri tal-persunal sofrew atti ta’ fastidju psikoloġiku mill-president ta’ dak iż-żmien tal-Grupp I għal perjodu ta’ żmien twil mingħajr ġustifikazzjoni; jiddispjaċih li l-miżuri fis-seħħ fil-Kumitat kontra l-fastidju naqsu milli jindirizzaw u joffru rimedju aktar malajr għal dan il-każ minħabba l-kariga għolja tal-membru kkonċernat; jiddispjaċih li jista’ jingħad li l-miżuri meħuda biex jiġu protetti l-vittmi sa tmiem l-investigazzjoni mill-OLAF kienu spontanji u insuffiċjenti, speċjalment fid-dawl tas-sentenza fil-Kawża F-50/15 (1), FS vs Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), li kellha tkun tagħlima għall-Kumitat; jinnota bi tħassib li n-nuqqasijiet fil-proċeduri interni rriżultaw f’nuqqas ta’ azzjoni mill-amministrazzjoni tal-Kumitat li sarrfu fi ksur tad-dmir ta’ kura u tal-obbligu ta’ rapportar lill-OLAF; jappella lill-Kumitat jieħu nota ta’ dan fil-qafas tar-reviżjoni li saret tad-deċiżjonijiet rilevanti; |
10. |
Jinnota li l-President tal-Kumitat irċieva r-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF fis-17 ta’ Jannar 2020; jinnota li l-każ ġie riferut lill-kumitat konsultattiv dwar l-imġiba tal-Membri tal-Parlament fit-23 ta’ Jannar 2020; jinnota wkoll li l-kumitat konsultattiv ippreżenta l-konklużjonijiet tiegħu fit-28 ta’ April 2020, li l-membru kkonċernat kien mistieden jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu u li l-President tal-Kumitat stieden lill-Presidenza estiża tal-Kumitat biex tikkummenta; |
11. |
Jinnota li l-Bureau tal-Kumitat b’maġġoranza ħa d-deċiżjonijiet li jitlob lill-membru kkonċernat jirriżenja mill-funzjonijiet tiegħu bħala president tal-Grupp I u jirtira t-talba tiegħu għall-kariga ta’ president tal-Kumitat; jinnota li l-Bureau ddispona lill-membru kkonċernat mill-attivitajiet kollha li jinvolvu l-ġestjoni jew l-amministrazzjoni tal-persunal; jinnota li l-Bureau ħatar lis-segretarju ġenerali biex jieħu l-passi meħtieġa ħalli jiżgura li, jekk jinbdew proċedimenti mill-prosekutur pubbliku kontra l-membru kkonċernat, il-Kumitat jingħaqad ma’ dawk il-proċedimenti bħala parti ċivili; jinnota li l-Bureau ħatar lis-segretarju ġenerali biex jikkomunika din id-deċiżjoni lill-OLAF u lill-Parlament; jinnota li din id-deċiżjoni tista’, kif xieraq, tiġi kkomunikata wkoll lil istituzzjonijiet jew korpi oħra tal-Istati Membri; |
12. |
Jinnota bi tħassib li d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Kumitat rigward il-president ta’ dak iż-żmien tal-Grupp I ma setgħetx tiġi inforzata bis-sħiħ permezz tal-proċedimenti interni tal-Kumitat; jinnota li l-membru kkonċernat iddeċieda li jirtira l-kandidatura tiegħu għall-pożizzjoni tal-president tal-Kumitat kważi erba’ xhur wara d-deċiżjoni tal-Bureau u sussegwentement biss fuq inizjattiva proprja; jinnota bi tħassib li, minkejja s-sejbiet tal-OLAF u d-deċiżjoni tal-Bureau, il-membru kkonċernat jista’ jimponi r-rieda tiegħu u jibqa’ l-president tal-Grupp I sa tmiem il-mandat tiegħu; jappella lill-Kumitat ikompli r-reviżjoni tar-regoli ta’ proċedura u tal-kodiċi ta’ kondotta tal-Kumitat biex fil-futur tiġi evitata tali sitwazzjoni; |
13. |
Jinnota li l-OLAF issottometta l-każ lill-awtoritajiet Belġjani u li l-prosekutur Belġjan qiegħed iniedi proċedimenti legali kontra l-membru kkonċernat billi l-fastidju psikoloġiku jista’ jkun soġġett għal proċeduri kriminali skont il-liġi Belġjana; jinnota li l-plenarja tal-Kumitat iddeċidiet li tneħħi l-immunità tal-membru kkonċernat fil-laqgħa tagħha ta’ Lulju 2020 biex tippermetti lill-prosekutur Belġjan jipproċedi bil-proċedimenti legali; |
14. |
Jindika li n-nuqqasijiet tal-Kumitat f’dan il-każ wasslu għal telf materjali ta’ fondi pubbliċi fir-rigward tas-servizzi legali, il-liv minħabba mard, il-protezzjoni tal-vittmi, it-tnaqqis fil-produttività, il-laqgħat tal-Bureau u korpi oħra, eċċ.; iqis għaldaqstant li dan huwa każ ta’ tħassib rigward l-obbligu ta’ rendikont, il-kontroll baġitarju u l-governanza tajba tar-riżorsi umani fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni; f’dan is-sens ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri tiddikjara fir-Rapport Speċjali 13/2019 tagħha, “L-oqfsa etiċi tal-istituzzjonijiet tal-UE awditjati: hemm lok għal titjib”, li l-imġiba etika fl-affarijiet pubbliċi tikkontribwixxi għal ġestjoni finanzjarja aktar soda u żieda fil-fiduċja pubblika, u li kwalunkwe mġiba mhux etika mill-persunal u mill-membri tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni tattira livelli għoljin ta’ interess pubbliku u tnaqqas il-fiduċja fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni; |
15. |
Huwa sorpriż li s-sit web tal-Kumitat fih dikjarazzjoni mill-membru kkonċernat fil-kapaċità tiegħu bħala president tal-Grupp I li fir-realtà hija xhieda personali ta’ awtodifiża u b’fattur aggravanti li l-każijiet huma diġà pendenti jew mistennija quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Unjoni u l-awtoritajiet Belġjani; jiddispjaċih ħafna li n-nuqqas ta’ qbil bejn il-presidenza tal-Kumitat u l-presidenza tal-Grupp I saret pubblika b’dan il-mod a spiża kbira għar-reputazzjoni u l-kredibilità tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni; |
16. |
Jilqa’ l-fatt li l-Kumitat beda valutazzjoni u riflessjoni fil-fond fir-rigward tal-qafas ġenerali eżistenti li jappoġġja l-politika tiegħu ta’ tolleranza żero lejn kwalunkwe mġiba li tista’ timmina d-dinjità tal-bniedem; jinnota li dan il-proċess għandu l-għan li jidentifika lakuni potenzjali u tiftix għal aktar titjib fl-interess tal-persunal u tal-membri tiegħu; |
17. |
Jitlob lill-Kumitat iżomm lill-awtorità tal-kwittanza informata dwar kwalunkwe investigazzjoni tal-OLAF li għaddejja bħalissa u dwar il-ftuħ ta’ investigazzjonijiet ġodda tal-OLAF dwar il-membri jew il-persunal tal-Kumitat fir-rigward ta’ fastidju jew kwalunkwe tħassib ieħor; |
18. |
Jinnota li d-dispożizzjonijiet tar-Regoli tal-Persunal mhumiex applikabbli għall-membri tal-Kumitat billi dawn mhumiex impjegati, iżda maħtura bħala membri tal-Kumitat; josserva li din iċ-ċirkostanza ma waqqfitx lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni milli jkollhom regoli speċifiċi, adegwati u utli applikabbli għall-membri tagħhom; f’dan is-sens ifakkar, pereżempju, li l-Artikolu 8, parti 4, tal-kodiċi ta’ kondotta tal-Kumitat tar-Reġjuni jipprojbixxi lill-membru li wettaq il-ksur milli jiġi elett bħala detentur ta’ kariga fil-Kumitat u jekk il-membru diġà jkollu tali kariga dan isarraf fit-tkeċċija tagħhom; jilqa’ l-fatt li l-Kumitat huwa lest li jikkunsidra aktar titjib fis-sistema tiegħu wara riflessjoni li issa ilha għaddejja aktar minn sentejn; iqis li dan huwa perjodu twil iżżejjed; jiddispjaċih li, wara l-perjodu msemmi hawn fuq, il-Kumitat jista’ biss jissuġġerixxi miżuri ta’ sensibilizzazzjoni u taħriġ għall-membri minkejja l-ħtieġa ċara għal aktar miżuri, hekk kif stabbilit fir-rapport tal-Ombudsman Ewropew dwar id-dinjità fil-post tax-xogħol fl-istituzzjonijiet u fl-aġenziji tal-UE (SI/2/2018/AMF) u fir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament; |
19. |
Jitlob lill-Kumitat jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-proċeduri u l-proċessi li l-Kumitat nieda jew beħsiebu jniedi dwar kif il-każijiet ta’ fastidju jew kwistjonijiet simili li jikkonċernaw il-persunal ser jiġu evitati fil-futur biex jiġi żgurat li ma jiġux ripetuti żviluppi sfortunati simili li kkawżaw pubbliċità negattiva u li għamlu ħsara lir-reputazzjoni tal-Kumitat; |
20. |
Jilqa’ ż-żieda fl-għadd ta’ konsulenti kunfidenzjali biex tittejjeb il-proċedura informali u l-possibbiltà għall-membri tal-persunal li jaqsmu t-tħassib tagħhom dwar kwalunkwe sitwazzjoni perċepita ta’ fastidju; |
21. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon kbir ir-riflessjonijiet tal-Kumitat li ser jirriżultaw fi pjan ta’ azzjoni dettaljat għat-tisħiħ tal-politika ta’ tolleranza żero għall-fastidju fil-Kumitat biex jiġi żgurat li mġiba bħal din qatt ma tista’ tiġi ttollerata; jilqa’ u jappoġġja l-pakkett attwali ta’ reviżjoni dwar il-fastidju, l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta u l-proċeduri dixxiplinari li ser ikomplu jtejbu l-mekkaniżmi li jippermettu lill-persunal jagħmel ilmenti formali ta’ fastidju u jtejjeb ir-robustezza tal-istrutturi legali rilevanti; ifakkar, madankollu, li dan il-proċess ġie rrapportat mill-Kumitat lill-Parlament għal diversi snin u li huwa biss issa li jidher li qegħdin jittieħdu miżuri konkreti; jilqa’ l-istabbiliment ta’ grupp ta’ ħidma li jinkludi rappreżentanti mill-amministrazzjoni u mill-kumitat tal-persunal bil-għan li jinġabar l-aktar kontribut mifrux possibbli għat-titjib; jinsab diżappuntat li l-progress tal-Kumitat kien minimu f’dawn l-aħħar snin minkejja r-rakkomandazzjonijiet preċiżi tal-Parlament li ħeġġu lill-Kumitat jintroduċi regoli u proċeduri li jikkonċernaw membri involuti f’każijiet ta’ fastidju; |
22. |
Jilqa’ l-kontinwazzjoni ta’ diversi inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni biex il-persunal ikun infurmat kif xieraq dwar is-segwitu għall-kampanja “Respect@work”; jilqa’ l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet ta’ taħriġ maħsuba biex jiżguraw li l-persunal ikun konxju mill-valuri etiċi u organizzattivi rilevanti u mir-regoli u l-proċeduri assoċjati. |
(1) Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016, FS vs Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), F-50/15, ECLI:EU:F:2016:119.
14.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 420/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2020/2048
tat-8 ta’ Diċembru 2020
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) (EUMM GEORGIA/2/2020)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta’ Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (1) , u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont id-Deċiżjoni 2010/452/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia), inkluż id-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni. |
(2) |
Fil-11 ta’ Frar 2020, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/200 (2), li taħtar lis-Sur Marek SZCZYGIEL bħala Kap tal-Missjoni tal-EUMM Georgia mill-15 ta’ Marzu 2020 sal-14 ta’ Diċembru 2020. |
(3) |
Fit-3 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1990 (3) , li testendi l-mandat ta’ EUMM Georgia mill-15 ta’ Diċembru 2020 sal-14 ta’ Diċembru 2022. |
(4) |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona li jestendi l-mandat tas-Sur Marek SZCZYGIEL bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUMM Georgia, mill-15 ta’ Diċembru 2020 sal-14 ta’ Diċembru 2021, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Marek SZCZYGIEL bħala Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) huwa b’dan estiż mill-15 ta’ Diċembru 2020 sal-14 ta’ Diċembru 2021.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-15 ta’ Diċembru 2020.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
(1) ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/200 tal-11 ta’ Frar 2020 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/2075 (EUMM GEORGIA/1/2020) (ĠU L 42, 14.2.2020, p. 15).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1990 tat-3 ta’ Diċembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (ĠU L 411, 7.12.2020, p. 1).
14.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 420/22 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW (UE) 2020/2049
tal-10 ta’ Diċembru 2020
li taħtar membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
IL-KUNSILL EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 283(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (3),
Billi:
(1) |
Is-Sur Yves MERSCH inħatar membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta’ tmien snin mill-15 ta’ Diċembru 2012. Il-mandat tiegħu jiskadi fl-14 ta’ Diċembru 2020. |
(2) |
Għaldaqstant jeħtieġ li jinħatar membru ġdid tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew. |
(3) |
Il-Kunsill Ewropew jixtieq jaħtar lis-Sur Frank ELDERSON, li, fil-fehma tiegħu, jissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Frank ELDERSON huwa b’dan maħtur membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta’ tmien snin mill-15 ta’ Diċembru 2020.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kunsill Ewropew
Il-President
C. MICHEL
(1) ĠU C 338, 12.10.2020, p. 2.
(2) Opinjoni mogħtija fit-23 ta’ Novembru 2020 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Opinjoni mogħtija fit-28 ta’ Ottubru 2020 (ĠU C 372, 4.11.2020, p. 11).
14.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 420/23 |
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2050
tal-10 ta’ Diċembru 2020
li tagħti derogi lil ċerti Stati Membri mill-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni
(notifikata bid-dokument C(2020) 8595)
(It-testi bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Kroat, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bir-Rumen, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Isvediż u bit-Taljan biss huma awtentiċi)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (Test b’rilevanza (1), partikolarment l-Artikolu 19(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Mill-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni jidher li t-talbiet għal derogi tal-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u l-Finlandja stabbiliti fl-Anness huma ġġustifikati mill-ħtieġa għal adattamenti kbar għas-sistemi amministrattivi u statistiċi nazzjonali sabiex jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2019/1700. |
(2) |
Id-derogi mitluba jenħtieġ li jingħataw lill-Ġermanja, lill-Irlanda, lill-Greċja, lil Spanja, lil Franza, lill-Kroazja, lill-Italja, lil Ċipru, lil-Litwanja, lil-Lussemburgu, lil Malta, lin-Netherlands, lill-Polonja, lir-Rumanija, lis-Slovenja u lill-Finlandja. |
(3) |
Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-derogi mir-Regolament (UE) 2019/1700 stabbiliti fl-Anness għandhom jingħataw lill-Istati Membri elenkati fih.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lill-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika tal-Kroazja, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Renju tan-Netherlands, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja u lir-Repubblika tal-Finlandja.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Paolo GENTILONI
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Derogi mir-Regolament (UE) 2019/1700
Dominju: Forza tax-xogħol
Artikolu/Anness konċernat |
Stat Membru |
Perjodu ta’ deroga mogħti |
Kontenut tad-deroga mogħtija |
Artikolu 5 - Popolazzjonijiet statistiċi u unitajiet ta’ osservazzjoni |
Franza |
3 snin (2021-2023) |
L-istħarriġ m’għandux ikopri d-Dipartiment Franċiż tal-Majott. |
Anness II - Rekwiżiti ta’ preċiżjoni |
Il-Greċja |
3 snin (2021-2023) |
Ir-rekwiżiti ta’ preċiżjoni għall-proporzjon trimestrali tal-qgħad mal-popolazzjoni ta’ 15-74 jistgħu ma jintlaħqux għal xi reġjuni NUTS 2. |
|
In-Netherlands |
Sena waħda (2021) |
Minbarra l-mikrodata bbażata fuq id-daqs limitat tal-kampjun li trid tiġi kkompletata gradwalment biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ preċiżjoni kollha, għandhom jiġu trażmessi l-indikaturi ewlenin ibbażati fuq mudelli u d-dekompożizzjoni ta’ dawn l-indikaturi. Fejn mitlub, għandhom jiġu pprovduti indikaturi aktar dettaljati inkluż d-dekompożizzjoni tagħhom. |
Anness V - Skadenzi għat-trażmissjoni tad-data |
Il-Greċja, l-Italja |
Sena waħda (2021) |
Il-mikrodata trimestrali ċċekkjata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti għandha tiġi trażmessa fi żmien 12-il ġimgħa mit-tmiem tal-perjodu referenzjarju. |
L-Italja |
3 snin (2021-2023) |
Il-mikrodata trimestrali ċċekkjata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti għat-tema dettaljata “introjtu mix-xogħol” għandha tiġi trażmessa fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tal-perjodu referenzjarju. |
Dominju: Introjtu u kundizzjonijiet tal-għajxien
Artikolu/Anness konċernat |
Stat Membru |
Perjodu ta’ deroga mogħti |
Kontenut tad-deroga mogħtija |
Artikolu 13(5) Kwalità |
Il-Litwanja |
3 snin (2021-2023) |
Il-metadata u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(4) għandhom jiġu trażmessi sa tmiem Settembru 2022 għall-ġbir tad-data tal-2021, sa tmiem Lulju 2023 għall-ġbir tad-data tal-2022, u sa tmiem Mejju 2024 għall-ġbir tad-data tal-2023. |
Anness II - Rekwiżiti ta’ preċiżjoni |
Il-Ġermanja |
Sentejn (2021-2022) |
L-indikatur “Proporzjon ta’ riskju persistenti ta’ faqar fuq erba’ snin mqabbel mal-popolazzjoni” għandu jiġi eżentat mir-rekwiżiti ta’ preċiżjoni. |
L-Irlanda |
3 snin (2021-2023) |
Għall-valur massimu tal-errur standard tal-indikatur “Proporzjon ta’ riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali mqabbel mal-popolazzjoni” il-valuri tal-parametri a u b għandhom ikunu: a = 900 u b = 700 għall-ġbir tad-data tal-2021; a = 900 u b = 1175 għall-ġbir tad-data tal-2022; a = 900 u b = 1650 għall-ġbir tad-data tal-2023. L-indikatur “Proporzjon ta’ riskju persistenti ta’ faqar fuq erba’ snin mqabbel mal-popolazzjoni” għandu jiġi eżentat mir-rekwiżiti ta’ preċiżjoni. L-indikatur “Proporzjon ta’ riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali mqabbel mal-popolazzjoni f’kull reġjun NUTS 2” għandu jiġi eżentat mir-rekwiżiti ta’ preċiżjoni. |
|
Franza |
Sentejn (2021-2022) |
L-indikatur “Proporzjon ta’ riskju persistenti ta’ faqar fuq erba’ snin mqabbel mal-popolazzjoni” għandu jiġi eżentat mir-rekwiżiti ta’ preċiżjoni. |
|
L-Italja |
3 snin (2021-2023) |
Ir-rekwiżit ta’ preċiżjoni għall-indikatur “Proporzjon ta’ riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali mqabbel mal-popolazzjoni f’kull reġjun NUTS 2” għandu japplika f’kull reġjun NUTS 1 minflok f’kull reġjun NUTS 2. |
|
Il-Finlandja |
3 snin (2021-2023) |
L-indikatur “Proporzjon ta’ riskju persistenti ta’ faqar fuq erba’ snin mqabbel mal-popolazzjoni” għandu jiġi eżentat mir-rekwiżiti ta’ preċiżjoni. |
|
Anness III - Karatteristiċi tal-kampjun |
Il-Ġermanja |
Sentejn (2021-2022) |
Il-kampjun għandu jkollu skema ta’ rotazzjoni ta’ biennali għall-ġbir tad-data tal-2021 u skema ta’ rotazzjoni triennali għall-ġbir tad-data tal-2022. |
Anness V - Skadenzi għat-trażmissjoni tad-data |
Il-Ġermanja |
3 snin (2021-2023) |
Il-mikrodata ċċekkjata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti li jikkonċernaw il-ġbir tad-data tas-sena N għandha tiġi trażmessa sa tmiem Frar tas-sena N + 1. |
L-Irlanda |
Sena waħda (2021) |
Il-mikrodata ċċekkjata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti dwar il-ġbir tad-data tal-2021 għandha tiġi trażmessa sa tmiem Marzu 2022. |
|
Il-Greċja |
3 snin (2021-2023) |
Il-mikrodata ċċekkjata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti dwar il-ġbir tad-data tal-2021, tal-2022 u tal-2023 għandha tiġi trażmessa sa tmiem April 2022, sa tmiem Marzu 2023 u sa tmiem Frar 2024, rispettivament. |
|
Spanja |
Sentejn (2021-2022) |
Il-mikrodata ċċekkjata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti dwar il-ġbir tad-data tal-2021 għandha tiġi trażmessa sal-15 ta’ Ġunju 2022 u dwar il-ġbir tad-data tal-2022 sa tmiem Marzu 2023. |
|
Franza |
3 snin (2021-2023) |
Fir-rigward tal-il-varjabbli dwar l-introjtu, il-mikrodata ċċekkjata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti li jikkonċernaw il-ġbir tad-data tas-sena N għandha tiġi trażmessa sa tmiem Marzu tas-sena N + 1. |
|
Il-Kroazja |
Sentejn (2021-2022) |
Il-mikrodata ċċekkjata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti dwar il-ġbir tad-data tal-2021 għandha tiġi trażmessa sal-15 ta’ Ġunju 2022 u dwar il-ġbir tad-data tal-2022 sa tmiem Marzu 2023. |
|
L-Italja |
3 snin (2021-2023) |
Il-mikrodata ċċekkjata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti dwar il-ġbir tad-data tal-2021, tal-2022 u tal-2023 għandha tiġi trażmessa sal-15 ta’ Ġunju 2022, sa tmiem April 2023 u sa tmiem Marzu 2024, rispettivament. |
|
Ċipru |
3 snin (2021-2023) |
Il-mikrodata ċċekkjata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti li jikkonċernaw il-ġbir tad-data tas-sena N għandha tiġi trażmessa sal-15 ta’ Ġunju tas-sena N + 1. |
|
Il-Litwanja |
3 snin (2021-2023) |
Il-mikrodata ċċekkjata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti dwar il-ġbir tad-data tal-2021, tal-2022 u tal-2023 għandha tiġi trażmessa sa tmiem April 2022, sa tmiem Marzu 2023 u sa tmiem Frar 2024, rispettivament. |
|
Il-Lussemburgu |
3 snin (2021-2023) |
Fir-rigward tal-il-varjabbli dwar l-introjtu, il-mikrodata proviżorja ċċekkjata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti li jikkonċernaw il-ġbir tad-data tas-sena N għandha tiġi trażmessa sa tmiem April tas-sena N + 1, u data riveduta sa tmiem Mejju tas-sena N+1. |
|
Malta |
3 snin (2021-2023) |
Il-mikrodata ċċekkjata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti li jikkonċernaw il-ġbir tad-data tas-sena N għandha tiġi trażmessa sa tmiem April tas-sena N + 1. |
|
Il-Polonja |
Sentejn (2021-2022) |
Il-mikrodata ċċekkjata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti dwar il-ġbir tad-data tal-2021 għandha tiġi trażmessa sal-15 ta’ Ġunju 2022 u dwar il-ġbir tad-data tal-2022 sa tmiem Marzu 2023. |
|
Ir-Rumanija |
3 snin (2021-2023) |
Il-mikrodata ċċekkjata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti li jikkonċernaw il-varjabbli finali kollha tal-ġbir tad-data tas-sena N għandha tiġi trażmessa sa tmiem Frar tas-sena N + 1. |
|
Is-Slovenja |
Sena waħda (2021) |
Il-mikrodata ċċekkjata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti dwar il-ġbir tad-data tal-2021 għandha tiġi trażmessa sal-15 ta’ Ġunju 2022. |
Dominju: Saħħa
Artikolu/Anness konċernat |
Stat Membru |
Perjodu ta’ deroga mogħti |
Kontenut tad-deroga mogħtija |
Anness V - Skadenzi għat-trażmissjoni tad-data |
Ir-Rumanija |
Sena waħda (l-ewwel sena tal-implimentazzjoni) |
Il-mikrodata ċċekkjata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti għall-ġbir tad-data għandha tiġi trażmessa fi żmien 12-il xahar minn tmiem il-perjodu nazzjonali tal-ġbir tad-data. |
Dominju: Edukazzjoni u taħriġ
Artikolu/Anness konċernat |
Stat Membru |
Perjodu ta’ deroga mogħti |
Kontenut tad-deroga mogħtija |
Anness II - Rekwiżiti ta’ preċiżjoni |
Il-Finlandja |
3 snin (2021-2023) |
Ir-rekwiżit ta’ preċiżjoni għall-indikatur “Rata ta’ parteċipazzjoni fl-edukazzjoni formali u t-taħriġ (età 18-24)” jista’ ma jiġix issodisfat. |
Dominju: Użu tal-ħin
Artikolu/Anness konċernat |
Stat Membru |
Perjodu ta’ deroga mogħti |
Kontenut tad-deroga mogħtija |
Anness V - Skadenzi għat-trażmissjoni tad-data |
Ir-Rumanija |
Sena waħda (l-ewwel sena tal-implimentazzjoni) |
Il-mikrodata ċċekkjata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti għall-ġbir tad-data għandha tiġi trażmessa fi żmien 20 xahar minn meta jitlesta l-fieldwork. |
14.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 420/28 |
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2051
tal-11 ta’ Diċembru 2020
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 dwar ċertu miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fir-Renju Unit
(notifikata bid-dokument C(2020) 9184)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha, flimkien mal-Artikolu 131 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“Ftehim dwar il-Ħruġ”),
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha, flimkien mal-Artikolu 131 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1742 (3) ġiet adottata wara tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) tas-sottotip H5N8 f’azjendi fejn jinżamm il-pollam jew għasafar oħra tat-trobbija fir-Renju Unit, u wara l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4). |
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mir-Renju Unit, f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinkludu tal-anqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
(3) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 ġie emendat dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1996 (5), wara tifqigħat ulterjuri tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-pollam jew għasafar oħra tat-trobbija fir-Renju Unit li kien jeħtieġ li jiġu riflessi f’dak l-Anness. |
(4) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1996, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni b’tifqigħat ġodda ta’ HPAI tas-sottotip H5N8 f’azjendi fejn jinżamm il-pollam jew għasafar oħra tat-trobbija fil-kontej ta’ Yorkshire tat-Tramuntana u ta’ Norfolk, u li ħa l-miżuri neċessarji meħtieġa f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar dawn it-tifqigħat il-ġdida. |
(5) |
Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b’kollaborazzjoni mar-Renju Unit, u ħarġet sodisfatta li l-fruntieri taż-żoni ġodda ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit, jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-azjendi fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat il-ġdida ta’ HPAI tas-sottotip H5N8. |
(6) |
Sabiex jiġi evitat kull disturb bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġi evitat li pajjiżi terzi jimponu ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ, jeħtieġ li jiġu deskritti malajr fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni mar-Renju Unit, iż-żoni l-ġodda ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mir-Renju Unit f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE. Għaldaqstant, jenħtieġ li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza elenkati għar-Renju Unit fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 jenħtieġ li jiġu emendati. |
(7) |
Bl-istess mod, jenħtieġ li jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 biex jiġu aġġornati r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jitqiesu ż-żoni l-ġodda ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE mir-Renju Unit u t-tul ta’ żmien tar-restrizzjonijiet li japplikaw fihom. |
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
(9) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni, rigward it-tixrid tal-HPAI tas-sottotip H5N8, huwa importanti li l-emendi lill-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 li qed isiru permezz ta’ din id-Deċiżjoni jidħlu fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1742 tal-20 ta’ Novembru 2020 dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fir-Renju Unit (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 60).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1996 tal-4 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fir-Renju Unit (ĠU L 410, 7.12.2020, p. 100).
ANNESS
“ANNESS
PARTI A
Żona ta’ protezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 1:
Ir-Renju Unit
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE |
Dawk il-partijiet mill-kontea ta’ Cheshire (kodiċi ADNS 00140) li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ tliet kilometri, iċċentrati f’WGS84 koordinati dek. N53.25 u W2.81 |
27.11.2020 |
Dawk il-partijiet mill-kontea ta’ Herefordshire (kodiċi ADNS 00051) li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ tliet kilometri, iċċentrati f’WGS84 koordinati dek. N52.17 u W2.81 |
8.12.2020 |
Dawk il-partijiet mill-kontea ta’ Leicestershire (kodiċi ADNS 00152) li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ tliet kilometri, iċċentrati f’WGS84 koordinati dek. N52.78 u W0.86 |
16.12.2020 |
Dawk il-partijiet mill-kontea ta’ Yorkshire tat-Tramuntana (kodiċi ADNS 00176) li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ tliet kilometri, iċċentrati f’WGS84 koordinati dek. N54.30 u W1.47 |
26.12.2020 |
Dawk il-partijiet mill-kontea ta’ North Yorkshire (kodiċi ADNS 00176) li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ tliet kilometri, iċċentrati f’WGS84 koordinati dek. N54.29 u W1.45 |
29.12.2020 |
Dawk il-partijiet mill-kontea ta’ Norfolk (kodiċi ADNS 00154) li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ tliet kilometri, iċċentrati f’WGS84 koordinati dek. N52.49 u E0.95 |
31.12.2020 |
Dawk il-partijiet mill-kontea ta’ Norfolk (kodiċi ADNS 00154) li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ tliet kilometri, iċċentrati f’WGS84 koordinati dek. N52.72 u E0.15 |
31.12.2020 |
PARTI B
Żona ta’ sorveljanza kif imsemmi fl-Artikolu 1:
Ir-Renju Unit
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE |
Dawk il-partijiet mill-kontea ta’ Cheshire (kodiċi ADNS 00140) li tmur lil hinn miż-żona deskritta fiż-żona ta’ protezzjoni u f’ċirku b’raġġ ta’ għaxar kilometri, iċċentrati f’WGS84 koordinati dek. N53.25 u W2.81 |
6.12.2020 |
Dawk il-partijiet mill-kontea ta’ Cheshire (kodiċi ADNS 00140) li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ tliet kilometri, iċċentrati f’WGS84 koordinati dek. N53.25 u W2.81 |
Minn 28.11.2020 sa 6.12.2020 |
Dawk il-partijiet mill-kontea ta’ Herefordshire (kodiċi ADNS 00051) li tmur lil hinn miż-żona deskritta fiż-żona ta’ protezzjoni u f’ċirku b’raġġ ta’ għaxar kilometri, iċċentrati f’WGS84 koordinati dek. N52.17 u W2.81 |
17.12.2020 |
Dawk il-partijiet mill-kontea ta’ Herefordshire (kodiċi ADNS 00051) li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ tliet kilometri, iċċentrati f’WGS84 koordinati dek. N52.17 u W2.81 |
Minn 9.12.2020 sa 17.12.2020 |
Dawk il-partijiet mill-kontea ta’ Leicestershire (kodiċi ADNS 00152) li tmur lil hinn miż-żona deskritta fiż-żona ta’ protezzjoni u f’ċirku b’raġġ ta’ għaxar kilometri, iċċentrati f’WGS84 koordinati dek. N52.78 u W0.86 |
25.12.2020 |
Dawk il-partijiet mill-kontea ta’ Leicestershire (kodiċi ADNS 00152) li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ tliet kilometri, iċċentrati f’WGS84 koordinati dek. N52.78 u W0.86 |
Minn 17.12.2020 sa 25.12.2020 |
Dawk il-partijiet mill-kontea ta’ Yorkshire tat-Tramuntana (kodiċi ADNS 00176) li tmur lil hinn miż-żona deskritta fiż-żona ta’ protezzjoni u f’ċirku b’raġġ ta’ għaxar kilometri, iċċentrati f’WGS84 koordinati dek. N54.30 u W1.47 |
31.12.2020 |
Dawk il-partijiet mill-kontea ta’ North Yorkshire (kodiċi ADNS 00176) li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ tliet kilometri, iċċentrati f’WGS84 koordinati dek. N54.30 u W1.47 |
Minn 24.12.2020 sa 31.12.2020 |
Dawk il-partijiet mill-kontea ta’ Yorkshire tat-Tramuntana (kodiċi ADNS 00176) li tmur lil hinn miż-żona deskritta fiż-żona ta’ protezzjoni u f’ċirku b’raġġ ta’ għaxar kilometri, iċċentrati f’WGS84 koordinati dek. N54.29 u W1.45 |
31.12.2020 |
Dawk il-partijiet mill-kontea ta’ North Yorkshire (kodiċi ADNS 00176) li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ tliet kilometri, iċċentrati f’WGS84 koordinati dek. N54.29 u W1.45 |
Minn 30.12.2020 sa 31.12.2020 |
Dawk il-partijiet mill-kontea ta’ Norfolk (kodiċi ADNS 00154) li tmur lil hinn miż-żona deskritta fiż-żona ta’ protezzjoni u f’ċirku b’raġġ ta’ għaxar kilometri, iċċentrati f’WGS84 koordinati dek. N52.49 u E0.95 |
31.12.2020 |
Dawk il-partijiet mill-kontea ta’ Norfolk (kodiċi ADNS 00154) li tmur lil hinn miż-żona deskritta fiż-żona ta’ protezzjoni u f’ċirku b’raġġ ta’ għaxar kilometri, iċċentrati f’WGS84 koordinati dek. N52.72 u E0.15 |
31.12.2020 |
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
14.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 420/32 |
DEĊIŻJONI Nru 2/2020 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE
tal-4 ta’ Diċembru 2020
li temenda d-Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE li tadotta miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE [2020/2052]
IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) u l-Artikolu 16(2), flimkien mal-Artikolu 95(4), tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE kien ġie ffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2003. F’konformità mad-Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (2) (id-“deċiżjoni dwar miżuri tranżizzjonali”) huwa għandu jiġi applikat sal-31 ta’ Diċembru 2020. |
(2) |
F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, ġew varati, f’Settembru 2018, negozjati għal Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE ġdid (il-“Ftehim il-ġdid”). Peress li l-Ftehim il-ġdid mhux se jkun lest biex jiġi applikat sal-31 ta’ Diċembru 2020, id-data meta jiskadi l-qafas legali kurrenti, minħabba, fost affarijiet oħrajn, dewmien ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19, jeħtieġ li tiġi emendata d-deċiżjoni dwar miżuri tranżizzjonali biex tkompli tiġi estiża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE sat-30 ta’ Novembru 2021. |
(3) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE jipprevedi li l-Kunsill tal-Ministri AKP-UE għandu jadotta kwalunkwe miżura tranżizzjonali li tista’ tkun meħtieġa sa meta l-Ftehim il-ġdid jidħol fis-seħħ. |
(4) |
Skont l-Artikolu 15(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, fit-23 ta’ Mejju 2019 il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE ddelega s-setgħat ta’ adozzjoni ta’ miżuri tranżizzjonali lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (3). |
(5) |
Ikun għalhekk xieraq li l-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE jadotta deċiżjoni, taħt l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, biex tiġi emendata d-Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE sabiex tiġi estiża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE sat-30 ta’ Novembru 2021, jew sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim il-ġdid, jew sa meta tibda l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim il-ġdid bejn l-Unjoni u l-Istati AKP, skont liema data taħbat l-ewwel. |
(6) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE ser jibqgħu jiġu applikati sabiex tinżamm il-kontinwità fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati AKP, min-naħa l-oħra. Għaldaqstant, il-miżuri tranżizzjonali emendati mhumiex intiżi bħala emendi magħmulin lill-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE kif previst fl-Artikolu 95(3) tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE, il-kliem “sal-31 ta’ Diċembru 2020” huwa sostitwit b’dan li ġej: “sat-30 ta’ Novembru 2021”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kunsill tal-Ministri AKP-UE
Mill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE
Il-President
Michael CLAUSS
(1) ĠU KE L 317, 15.12.2000, p. 3. Il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE kien ġie emendat mill-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (ĠU UE L 209, 11.8.2005, p. 27) u mill-Ftehim iffirmat f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (ĠU UE L 287, 4.11.2010, p. 3).
(2) Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tas-17 ta’ Diċembru 2019 li tadotta miżuri transizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE (ĠU UE L 1, 3.1.2020, p. 3).
(3) Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE tat-23 ta’ Mejju 2019 dwar id-delega tas-setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar id-deċiżjoni li jiġu adottati miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE (ĠU UE L 146, 5.6.2019, p. 114).