ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 419

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
11 ta' Diċembru 2020


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/2020 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE fir-rigward ta’ miżuri temporanji b’rabta mat-taxxa fuq il-valur miżjud applikabbli għall-vaċċini tal-COVID-19 u għal apparat mediku dijanjostiku in vitro b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2020 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

5

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2022 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar tal-Anness IV (L-Enerġija) għall-Ftehim ŻEE ( 1 )

12

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2023 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar tal-Anness IV (L-Enerġija) għall-Ftehim ŻEE ( 1 )

13

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2024 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar tal-Anness IV (L-Enerġija) għall-Ftehim ŻEE ( 1 )

14

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2025 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar tal-Anness IV (L-Enerġija) għall-Ftehim ŻEE ( 1 )

15

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2026 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li teżenta ċertu xiri ta’ oġġetti tal-ikel mill-applikazzjoni ta’ projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni

16

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2027 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali fir-rigward tal-modifiki għall-Appendiċi 2 tal-Anness II u l-introduzzjoni ta’--Noti Spjegattivi tal-Artikoli 15, 16, 19, 20 u 30 tal-Anness II għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, u li tħassar id-Deċiżjonijiet (UE) 2016/1001 u (UE) 2016/1336

18

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2028 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 3 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarji u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

20

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2029 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju, dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 3 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarji u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2030 tal-10 ta' Diċembru 2020 li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill

24

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2031 tal-10 ta’ Diċembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia)

26

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2032 tal-10 ta’ Diċembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja

28

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2033 tal-10 ta’ Diċembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

30

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ( ĠU L 321, 17.12.2018 )

36

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

11.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 419/1


ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2020/2020

tas-7 ta’ Diċembru 2020

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE fir-rigward ta’ miżuri temporanji b’rabta mat-taxxa fuq il-valur miżjud applikabbli għall-vaċċini tal-COVID-19 u għal apparat mediku dijanjostiku in vitro b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Jannar 2020, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) iddikjarat it-tifqigħa tal-COVID-19 ‘emerġenza tas-saħħa pubblika ta’ tħassib internazzjonali’ u, fil-11 ta’ Marzu 2020, ikkaratterizzata bħala pandemija.

(2)

L-Unjoni ngħaqdet mad-WHO u ma’ grupp ta’ atturi globali fi sforz bla preċedent ta’ solidarjetà globali fil-ġlieda kontra l-pandemija. Dak l-isforz għandu l-għan li jappoġġa l-iżvilupp u d-distribuzzjoni ekwa ta’ apparat mediku dijanjostiku in vitro, trattamenti u vaċċini meħtieġa għall-kontroll u l-ġlieda kontra l-COVID-19.

(3)

Fid-dawl taż-żieda allarmanti fl-għadd ta’ każijiet tal-COVID-19 fl-Istati Membri, fil-komunikazzjoni tagħha tas-17 ta’ Ġunju 2020 il-Kummissjoni pproponiet strateġija tal-UE għall-vaċċin COVID-19. L-għan ta’ dik l-istrateġija huwa li tħaffef l-iżvilupp, il-manifattura u l-użu tal-vaċċin kontra l-virus biex tgħin tipproteġi lin-nies fl-Unjoni. Filwaqt li vaċċin effettiv u sikur kontra l-COVID-19 huwa l-aktar soluzzjoni permanenti probabbli għall-pandemija, l-ittestjar huwa indispensabbli biex titrażżan il-pandemija.

(4)

Fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), il-Kummissjoni ħadet miżuri eċċezzjonali biex tgħin lill-vittmi tal-pandemija. Fit-3 ta’ April 2020, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni (UE) 2020/491 (3) li tippermetti lill-Istati Membri li b’mod temporanju jeżentaw mill-VAT u mid-dazji tal-importazzjoni lil oġġetti essenzjali meħtieġa fil-ġlieda kontra l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19, inkluż apparat mediku dijanjostiku in vitro tal-COVID-19. Madankollu, dik id-Deċiżjoni tkopri biss l-importazzjoni u mhux il-provvisti intra-Komunitarji jew domestiċi.

(5)

Id-Direttiva tal-Kunsill2006/112/KE (4) fiha għodod li jippermettu lill-Istati Membri jtaffu parzjalment l-ispiża tal-vaċċin u l-ittestjar tal-COVID-19, b’mod partikolari permezz tal-eżenzjoni mill-VAT mingħajr tnaqqis għal kura fl-isptar u kura medika u ta’ rata mnaqqsa tal-VAT disponibbli għall-vaċċin. Madankollu, dik id-Direttiva ma tippermettix lill-Istati Membri japplikaw rata mnaqqsa tal-VAT għall-provvista ta’ apparat mediku dijanjostiku in vitro tal-COVID-19 jew ta’ servizzi marbuta mill-qrib ma’ tali apparati. Lanqas ma tippermetti lill-Istati Membri jagħtu eżenzjoni bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti fir-rigward tal-provvista tal-vaċċin tal-COVID-19 u tal-apparat mediku dijanjostiku in vitro jew ta’ servizzi marbuta mill-qrib ma’ tali vaċċini u apparati.

(6)

Fl-2018, il-Kummissjoni ppreżentat proposta biex temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tar-rati tal-VAT (il-‘proposta tal-2018’). Jekk tiġi adottata mill-Kunsill, din se, fost oħrajn, tippermetti lill-Istati Membri, taħt ċerti kundizzjonijiet, japplikaw rata mnaqqsa tal-VAT għall-provvista ta’ apparat mediku dijanjostiku in vitro tal-COVID-19 kif ukoll ta’ servizzi marbuta mill-qrib ma’ apparat bħal dan. Barra minn hekk, il-proposta tal-2018 se tippermetti lill-Istati Membri, taħt ċerti kundizzjonijiet, jagħtu eżenzjoni bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti għal provvista ta’ vaċċini tal-COVID-19 u apparat mediku dijanjostiku in vitro kif ukoll ta’ servizzi marbuta mill-qrib ma’ tali vaċċini u apparati. Il-proposta tal-2018 se tippermetti lill-Istati Membri japplikaw dawk ir-rati, jekk dawn il-provvisti jkunu ta’ benefiċċju biss għall-konsumatur finali u jsegwu għan ta’ interess ġenerali.

(7)

Madankollu, peress li l-adozzjoni tal-proposta tal-2018 għadha pendenti quddiem il-Kunsill, huwa neċessarju li tittieħed azzjoni immedjata sabiex id-Direttiva 2006/112/KE tiġi adattata għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19. L-għan ta’ tali azzjoni huwa li jiġi żgurat li l-provvista ta’ vaċċini tal-COVID-19 u ta’ apparat mediku dijanjostiku in vitro kif ukoll ta’ servizzi marbuta mill-qrib ma’ tali vaċċini u apparati ssir aktar affordabbli fl-Unjoni malajr kemm jista’ jkun.

(8)

Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw rata mnaqqsa tal-VAT għall-provvista ta’ apparat mediku dijanjostiku in vitro tal-COVID-19 u ta’ servizzi marbuta mill-qrib ma’ tali vaċċini u apparati, jew li jagħtu eżenzjoni bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti fir-rigward tal-provvista ta’ vaċċini u apparat mediku dijanjostiku in vitro tal-COVID-19, approvati bħala tali mill-Kummissjoni jew minnhom, kif ukoll ta’ servizzi marbuta mill-qrib ma’ tali vaċċini u apparati.

(9)

Il-possibbiltà li tiġi applikata rata mnaqqsa tal-VAT għall-provvista ta’ apparat mediku dijanjostiku in vitro tal-COVID-19 u ta’ servizzi marbuta mill-qrib ma’ tali apparati jew li tingħata eżenzjoni bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti fir-rigward tal-provvista ta’ vaċċini tal-COVID-19 u apparat mediku dijanjostiku in vitro u servizzi marbuta mill-qrib ma’ tali vaċċini u apparati, jenħtieġ li tkun limitata fiż-żmien. Dik il-possibilità jenħtieġ li tkun permessa biss għat-tul taż-żmien taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19. Minħabba l-inċertezza tat-tul ta’ żmien ta’ dawk iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, il-possibbiltà li tiġi applikata rata mnaqqsa tal-VAT jew li tingħata eżenzjoni bi tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti għal tali provvisti jenħtieġ li tibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2022. Qabel it-tmiem ta’ dak il-perijodu, il-possibbiltà li jiġi applikat it-tnaqqis jew li tingħata eżenzjoni jenħtieġ li tiġi rieżaminata fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-pandemija, u fejn meħtieġ, jenħtieġ li jkun possibbli li dak il-perijodu jiġi estiż. Jekk il-proposta tal-2018 kellha tiġi adottata u tiġi applikabbli qabel it-tmiem ta’ dan il-perijodu, dawn il-miżuri temporanji mmirati li jadattaw id-Direttiva 2006/112/KE għall-pandemija tal-COVID-19 ma jibqax ikollhom skop.

(10)

Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva li jiġi żgurat, kemm jista’ jkun malajr, aċċess aktar affordabbli għall-provvista ta’ vaċċini u ta’ apparat mediku dijanjostiku in vitro tal-COVID-19 kif ukoll ta’ servizzi marbuta mill-qrib ma’ tali vaċċini u apparati fl-Unjoni, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb dak l-għan.

(11)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Direttiva 2006/112/KE tiġi emendata skont dan.

(12)

Fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19 u l-urġenza li tiġi indirizzata l-kriżi tas-saħħa pubblika assoċjata, ġie meqjus xieraq li tingħata eżenzjoni għall-perijodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti Nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(13)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni relatata mal-pandemija tal-COVID-19, din id-Direttiva jenħtieġ li tidħol fis-seħħ wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Artikolu li ġej jiddaħħal fid-Direttiva 2006/112/KE:

‘Artikolu 129a

1.   L-Istati Membri jistgħu jieħdu waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a)

japplikaw rata mnaqqsa għall-provvista ta’ apparat mediku dijanjostiku in vitro tal-COVID-19 u ta’ servizzi marbuta mill-qrib ma’ dak l-apparat;

(b)

jagħtu eżenzjoni bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti fir-rigward tal-provvista ta’ apparat mediku dijanjostiku in vitro tal-COVID-19 u ta’ servizzi marbuta mill-qrib ma’ dak l-apparat.

L-apparat mediku dijanjostiku in vitro tal-COVID-19 li huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fid-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) jew fir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**) u leġiżlazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni għandhom ikunu eliġibbli għall-miżuri previsti fl-ewwel subparagrafu.

2.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjoni bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti fir-rigward tal-provvista ta’ vaċċini tal-COVID-19 u ta’ servizzi marbuta mill-qrib ma’ dawk il-vaċċini.

Il-vaċċin kontra l-COVID-19 awtorizzat mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri biss għandu jkun eliġibbli għall-eżenzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu.

3.   Dan l-Artikolu għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2022.

Artikolu 2

1.   Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw rata mnaqqsa jew jagħtu l-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 1, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jiġu adottati u ppubblikati minnhom u li huma meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif it-tali referenza għandha ssir.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva fi żmien xahrejn mill-adozzjoni tagħhom.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Opinjoni tas-26 ta’ Novembru 2020 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tat-2 ta’ Diċembru 2020 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/491 tat-3 ta’ April 2020 dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjonijiet tal-merkanzija meħtieġa biex jiġu miġġielda l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 matul l-2020 (ĠU L 103 I, 3.4.2020, p. 1).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

11.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 419/5


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2021

tal-10 ta’ Diċembru 2020

li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Lulju 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005.

(2)

Wara reviżjoni tal-miżuri restrittivi awtonomi stipulati fl-Artikolu 2b tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, id-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet relatati ma’ ċerti persuni elenkati fl-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jenħtieġ li jiġu emendati u jenħtieġ li persuna waħda titneħħa mil-lista f’dak l-Anness.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li -r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.


ANNESS

“ANNESS Ia

LISTA TA’ PERSUNI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2b

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

1

Ilunga Kampete

magħruf ukoll bħala Gaston Hughes Ilunga Kampete; Hugues Raston Ilunga Kampete

Data tat-twelid: 24.11.1964

Post tat-twelid: Lubumbashi, RDK

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-karta tal-identità militari: 1-64-86-22311-29

Indirizz: 69, avenue Nyangwile, Kinsuka Mimosas, Kinshasa/Ngaliema, RDK

Sess: Raġel

Bħala Kmandant tal-Gwardja Repubblikana (GR) sa April 2020, Ilunga Kampete kien responsabbli għall-unitajiet tal-GR skjerati fuq l-art u involuti fl-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa.

Huwa kien ukoll responsabbli għar-repressjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa minn aġenti tal-GR, bħar-repressjoni vjolenti ta’ manifestazzjoni tal-oppożizzjoni f’Lubumbashi f’Diċembru 2018.

Minn Lulju 2020, huwa jibqa’ suldat ta’ livell għoli, bħala Logutenent Ġenerali fil-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) u Kmandant tal-bażi militari ta’ Kitona fil-provinċja ta’ Kongo Central. Skont il-funzjonijiet tiegħu huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

Ilunga Kampete kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

12.12.2016

2

Gabriel AMISI Kumba

magħruf ukoll bħala Gabriel Amisi Nkumba; ‘Tango Fort’; ‘Tango Four’

Data tat-twelid: 28.5.1964

Post tat-twelid: Malela, RDK

Numru tal-karta tal-identità militari:

1-64-87-77512-30

Indirizz: 22, avenue Mbenseke, Ma Campagne, Kinshasa/Ngaliema RDK

Sess: Raġel

Eks Kmandant tal-ewwel żona tad-difiża tal- Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) li ħadu sehem fl-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa.

Fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi Kap tal-Persunal tal- FARDC inkarigat mill-operazzjonijiet u l-intelligence minn Lulju 2018 sa Lulju 2020, u minħabba d-dmirijiet għolja tiegħu bħala Spettur Ġeneral tal-FARDC minn Lulju 2020, huwa responsabbli għal ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

Gabriel Amisi Kumba kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

12.12.2016

3

Ferdinand ILUNGA Luyoyo

Data tat-twelid: 8.3.1973

Post tat-twelid: Lubumbashi, RDK

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-passaport tar-RDK: OB0260335 validu mill-15.4.2011 sal-14.4.2016

Indirizz: 2, avenue des Orangers, Kinshasa/Gombe, RDK.

Sess: Raġel

Bħala Kmandant tal-unità kontra l-irvellijiet imsejħa Légion Nationale d’Intervention tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC) sal-2017, u Kmandant tal-unità responsabbli għall-protezzjoni tal-istituzzjonijiet u l-uffiċjali ta’ livell għoli fil-PNC sa Diċembru 2019, Ferdinand Ilunga Luyoyo kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza u r-repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa, u għandu r-responsabbiltà għall-ksur sussegwenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-PNC.

Ferdinand Ilunga Luyoyo kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Ferdinand Ilunga Luyoyo żamm il-grad tiegħu ta’ Ġeneral u għadu attiv fix-xena pubblika fir-RDK.

12.12.2016

4

Célestin Kanyama

magħruf ukoll bħala Kanyama Tshisiku Celestin; Kanyama Celestin Cishiku Antoine; Kanyama Cishiku Bilolo Célestin; “Esprit de mort”

Data tat-twelid: 4.10.1960

Post tat-twelid: Kananga, RDK

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-passaport tar-RDK: OB0637580 (validu mill-20.5.2014 sad-19.5.2019)

Viża ta’ Schengen bin-numru 011518403, maħruġa fit-2.7.2016

Indirizz: 56, avenue Usika, Kinshasa/Gombe, RDK

Sess: Raġel

Bħala Kummissarju tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC), Célestin Kanyama kien responsabbli għall-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa.

F’Lulju 2017, Célestin Kanyama nħatar Direttur Ġenerali tal-iskejjel ta’ taħriġ tal-PNC. Minħabba r-rwol tiegħu bħala uffiċjal anzjan tal-PNC, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-PNC. Eżempju wieħed huwa l-intimidazzjoni u l-privazzjoni tal-libertà imposta fuq il-ġurnalisti minn uffiċjali tal-pulizija f’Ottubru 2018, wara l-pubblikazzjoni ta’ sensiela ta’ artikli dwar il-miżapproprjazzjoni tar-razzjonijiet tal-kadetti tal-pulizija, u r-rwol li Célestin Kanyama kellu f’dawn l-avvenimenti.

Célestin Kanyama kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

12.12.2016

5

John Numbi

magħruf ukoll bħala John Numbi Banza Tambo; John Numbi Banza Ntambo; Tambo Numbi

Data tat-twelid: 16.8.1962

Post tat-twelid: Jadotville-Likasi-Kolwezi RDK

Nazzjonalità: RDK

Indirizz: 5, avenue Oranger, Kinshasa/Gombe, RDK

Sess: Raġel

John Numbi kien l-Ispettur Ġenerali tal-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) minn Lulju 2018 sa Lulju 2020. Minħabba r-rwol tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC, bħal vjolenza sproporzjonata kontra minaturi illegali minn Ġunju sa Lulju 2019 minn truppi tal-FARDC taħt l-awtorità diretta tiegħu.

John Numbi kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

John Numbi jżomm pożizzjoni ta’ influwenza fl-FARDC, speċjalment f’Katanga, fejn ġie rrappurtat ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

12.12.2016

6

Evariste Boshab

magħruf ukoll bħala Evariste Boshab Mabub Ma Bileng

Data tat-twelid: 12.1.1956

Post tat-twelid: Tete Kalamba RDK

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-passaport diplomatiku: DP0000003 (validu minn 21.12.2015 sa 20.12.2020).

Il-viża ta’ Schengen skadiet fil-5.1.2017

Indirizz: 3, avenue du Rail, Kinshasa/Gombe, RDK

Sess: Raġel

Fil-kapaċità tiegħu ta’ Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà minn Diċembru 2014 sa Diċembru 2016, Evariste Boshab kien uffiċjalment responsabbli għall-pulizija u s-servizzi ta’ sigurtà u għall-koordinazzjoni tal-ħidma tal-gvernaturi provinċjali. F’din il-kapaċità, huwa kien responsabbli għall-arrest ta’ attivisti u ta’ membri tal-oppożizzjoni, kif ukoll għall-użu sproporzjonat tal-forza, inkluż bejn Settembru 2016 u Diċembru 2016 b’reazzjoni għad-dimostrazzjonijiet f’Kinshasa, li wassal biex għadd kbir ta’ ċivili nqatlu jew indarbu mis-servizzi ta’ sigurtà.

Evariste Boshab kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Evariste Boshab kellu wkoll rwol fl-isfruttament u fl-aggravament tal-kriżi fir-reġjun ta’ Kasai, fejn huwa għandu pożizzjoni ta’ influwenza, b’mod partikolari minn mindu sar is-Senatur ta’ Kasai f’Marzu 2019.

29.5.2017

7

Alex KANDE Mupompa

magħruf ukoll bħala Alexandre Kande Mupomba; Kande-Mupompa

Data tat-twelid: 23.9.1950

Post tat-twelid: Kananga RDK

Nazzjonalità: Kongoliża u Belġjana

Numru tal-passaport tar-RDK: PO0024910 (validu minn 21.3.2016 sa 20.3.2021)

Indirizzi: Messidorlaan 217/25, 1180 Uccle, Belgium

1, avenue Bumba, Kinshasa/Ngaliema, RDK

Sess: Raġel

Bħala Gvernatur ta’ Kasai Central sa Ottubru 2017, Alex Kande Mupompa kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza, repressjoni vjolenti għal każijiet ta’ qtil extraġudizzjarju mwettqa mill-forzi tas-sigurtà u l-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC) f’Kasai Central minn Awwissu 2016, inkluż qtil fit-territorju ta’ Dibaya fi Frar 2017.

Alex Kande Mupompa kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Alex Kande Mupompa kellu wkoll rwol fl-isfruttament u l-aggravament tal-kriżi fir-reġjun ta’ Kasai li kien rappreżentant tiegħu sa Ottubru 2019 u li fih huwa għandu pożizzjoni ta’ influwenza bħala kap tal-Congrès des alliés pour l’action au Congo (CAAC) li huwa parti mill-gvern provinċjali ta’ Kasai.

29.5.2017

8

Jean-Claude KAZEMBE Musonda

Data tat-twelid: 17.5.1963

Post tat-twelid: Kashobwe RDK

Nazzjonalità: RDK

Indirizz: 7891, avenue Lubembe, Quartier Lido, Lubumbashi, Haut-Katanga, RDK

Sess: Raġel

Bħala Gvernatur ta’ Haut-Katanga sa April 2017, Jean-Claude Kazembe Musonda kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza u r-repressjoni vjolenti mwettqa mill-forzi tas-sigurtà u l-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC) f’Haut-Katanga, inkluż bejn il-15 u l-31 ta’ Diċembru 2016 meta, b’reazzjoni għall-protesti f’Lubumbashi, 12-il persuna ċivili nqatlu u 64 indarbu b’riżultat tal-użu ta’ forza letali mill-forzi tas-sigurtà inkluż aġenti tal-PNC.

Jean-Claude Kazembe Musonda kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Jean-Claude Kazembe Musonda huwa l-mexxej tal-partit CONAKAT, li baqa’ leali lejn il-Front Commun pour le Congo (FCC).

29.5.2017

9

Éric Ruhorimbere

magħruf ukoll bħala Eric Ruhorimbere Ruhanga; “Tango Two”; “Tango Deux”

Data tat-twelid: 16.7.1969

Post tat-twelid: Minembwe RDK

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-karta tal-identità militari: 1-69-09-51400-64.

Numru tal-passaport tar-RDK OB0814241.

Indirizz: Mbujimayi, Provinċja ta’ Kasai, RDK.

Sess: Raġel

Bħala Viċi Kmandant tal-21 reġjun militari minn Settembru 2014 sa Lulju 2018, Éric Ruhorimbere kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza u għal każijiet ta’ qtil extraġudizzjarju mwettqa mill-forzi tal- Forzi Armati Kongoliżi (FARDC), b’mod partikolari kontra l-milizzja Nsapu u kontra nisa u tfal.

Éric Ruhorimbere ilu l-Kmandant tas-settur operattiv ta’ Nord Equateur minn Lulju 2018. Minħabba r-rwol tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

Éric Ruhorimbere kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

29.5.2017

10

Emmanuel RAMAZANI Shadari

magħruf ukoll bħala Emmanuel Ramazani Shadari Mulanda; Shadary

Data tat-twelid: 29.11.1960

Post tat-twelid: Kasongo RDK

Nazzjonalità: RDK

Indirizz: 28, avenue Ntela, Mont Ngafula, Kinshasa, RDK

Sess: Raġel

Bħala Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà sa Frar 2018, Emmanuel Ramazani Shadari kien uffiċjalment responsabbli għall-pulizija u s-servizzi tas-sigurtà u għall-koordinazzjoni tal-ħidma tal-gvernaturi provinċjali. F’din il-kapaċità, kien responsabbli għall-arresti ta’ attivisti u membri tal-oppożizzjoni, kif ukoll għall-użu sproporzjonat tal-forza, bħall-miżuri ta’ repressjoni vjolenti ta’ membri tal-moviment Bundu Dia Kongo (BDK) fil-Kongo Ċentrali, ir-repressjoni f’Kinshasa minn’ Jannar saFrar 2017 u l-użu sproporzjonat tal-forza u r-repressjoni vjolenti fil-provinċji ta’ Kasai.

F’din il-kapaċità, Emmanuel Ramazani Shadari kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Minn Frar 2018, Emmanuel Ramazani Shadari ilu segretarju permanenti tal-Parti du peuple pour la reconstruction et le développement (PPRD), il-partit ewlieni fil-koalizzjoni taħt l-eks President Joseph Kabila.

29.5.2017

11

Kalev Mutondo

magħruf ukoll bħala Kalev Katanga Mutondo; Kalev Motono;Kalev Mutundo;Kalev Mutoid; Kalev Mutombo;Kalev Mutond;Kalev Mutondo;Katanga,;Kalev Mutund

Data tat-twelid: 3.3.1957

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-passaport tar-RDK: DB0004470 (validu minn 8.6.2012 sa 7.6.2017)

Indirizz: 24, avenue Ma Campagne, Kinshasa, RDK

Sess: Raġel

Bħala l-Kap tas-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali (ANR) sa Frar 2019, Kalev Mutondo kien involut fl-arrest arbitrarju, id-detenzjoni u t-trattament ħażin ta’ membri tal-oppożizzjoni, attivisti tas-soċjetà ċivili u oħrajn, u responsabbli għal dawn l-atti.

Kalev Mutondo kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

F’Mejju 2019, huwa ffirma dikjarazzjoni ta’ lealtà passata u futura lejn Joseph Kabila, lejn min jibqa’ assoċjat mill-qrib.

Kalev Mutondo għad għandu livell għoli ta’ influwenza politika, fir-rwol il-ġdid tiegħu bħala “konsulent politiku” lill-Prim Ministru tar-RDK.

29.5.2017

B.   Entitajiet

”.

DEĊIŻJONIJIET

11.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 419/12


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2022

tal-4 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar tal-Anness IV (L-Enerġija) għall-Ftehim ŻEE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (il-“Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li jemenda l-Anness IV għall-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk, l-Anness IV għall-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar propost għall-Anness IV (L-Enerġija) għall-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (4).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 tal-24 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni (ĠU L 197, 25.7.2015, p. 24).

(4)  Ara d-dokument ST 12929/20 fuq http://register.consilium.europa.eu


11.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 419/13


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2023

tal-4 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar tal-Anness IV (L-Enerġija) għall-Ftehim ŻEE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (il-“Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li jemenda l-Anness IV għall-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk, l-Anness IV għall-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar propost għall-Anness IV (L-Enerġija) għall-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (4).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485 tat-2 ta’ Awwissu 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-elettriku (ĠU L 220, 25.8.2017, p. 1).

(4)  Ara d-dokument ST 12933/20 fuq http://register.consilium.europa.eu


11.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 419/14


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2024

tal-4 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar tal-Anness IV (L-Enerġija) għall-Ftehim ŻEE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (il-“Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li jemenda l-Anness IV għall-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1719 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk, l-Anness IV għall-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar propost tal-Anness IV (L-Enerġija) għall-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (4).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1719 tas-26 ta’ Settembru 2016 li jistabbilixxi linja gwida dwar l-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità (ĠU L 259, 27.9.2016, p. 42).

(4)  Ara d-dokument ST 12938/20 fuq http://register.consilium.europa.eu


11.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 419/15


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2025

tal-4 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar tal-Anness IV (L-Enerġija) għall-Ftehim ŻEE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (il-“Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li jemenda l-Anness IV għall-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2195 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk l-Anness IV għall-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar propost tal-Anness IV (L-Enerġija) għall-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (4).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2195 tat-23 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar l-ibbilanċjar tal-elettriku (ĠU L 312, 28.11.2017, p. 6).

(4)  Ara d-dokument ST 12942/20 fuq http://register.consilium.europa.eu


11.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 419/16


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2026

tal-4 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li teżenta ċertu xiri ta’ oġġetti tal-ikel mill-applikazzjoni ta’ projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ tal-1994 (il-“Ftehim tad-WTO”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE (1) fit-22 ta’ Diċembru 1994 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1995.

(2)

Skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu IV tal-Ftehim tad-WTO, il-Konferenza Ministerjali tad-WTO) għandha l-awtorità li tieħu deċiżjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha li jaqgħu taħt kwalunkwe Ftehim Kummerċjali Multilaterali, jekk jiġi mitlub hekk minn Membru.

(3)

Skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu IV tal-Ftehim tad-WTO, il-funzjonijiet tal-Konferenza Ministerjali għandhom jitmexxew mill-Kunsill Ġenerali tad-WTO fl-intervalli bejn laqgħa u oħra tal-Konferenza Ministerjali.

(4)

Skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu IX tal-Ftehim tad-WTO, id-WTO tkompli, meta jkun possibbli, issegwi l-prassi li tieħu d-deċiżjonijiet b’konsensus.

(5)

Il-Kunsill Ġenerali tad-WTO, fil-laqgħa tiegħu ta’ Diċembru 2020, jew f’laqgħa sussegwenti fl-2021, jista’ jintalab jikkunsidra u jadotta proposta mmirata lejn l-eżenzjoni ta’ oġġetti tal-ikel li jkunu nxtraw għal skopijiet umanitarji u mhux kummerċjali mill-Programm Dinji tal-Ikel tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) mill-projbizzjonijiet u mir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni.

(6)

Il-paragrafu 2(a) tal-Artikolu XI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1947 (GATT tal-1947) jippermetti lill-membri tad-WTO japplikaw temporanjament projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni, f’ċirkostanzi speċifiċi, biex jipprevjenu jew itaffu n-nuqqas kritiku ta’ oġġetti tal-ikel jew ta’ prodotti essenzjali oħra għalihom. L-Artikolu 12 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura, li jaqa’ taħt il-GATT 1994, jispeċifika kundizzjonijiet addizzjonali li għandhom jiġu osservati mill-Membri tad-WTO f’każijiet bħal dawn. Matul il-pandemija tal-COVID-19, il-Membri tad-WTO rrikorrew għal miżuri restrittivi bħal dawn, li jistgħu jaffettwaw ukoll l-oġġetti tal-ikel li jkunu nxtraw għal skopijiet umanitarji u mhux kummerċjali.

(7)

Ix-xiri umanitarju mill-Programm Dinji tal-Ikel tan-NU jenħtieġ li jkun eżentat minn projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni fid-dawl tal-bżonn kritiku ta’ appoġġ umanitarju pprovdut mill-Programm Dinji tal-Ikel tan-NU, li sar saħansitra iktar kruċjali matul il-pandemija tal-COVID-19.

(8)

Huwa opportun li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-laqgħa futura rilevanti tal-Kunsill Ġenerali tad-WTO fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni fuq proposta mmirata lejn l-eżenzjoni ta’ oġġetti tal-ikel li jkunu nxtraw għal skopijiet umanitarji u mhux kummerċjali mill-Programm Dinji tal-Ikel tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) mill-projbizzjonijiet u mir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni, minħabba li tali deċiżjoni tkun vinkolanti fuq l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), fil-laqgħa tiegħu f’Diċembru 2020, jew f’laqgħa sussegwenti fl-2021, għandha tkun din tingħaqad ma’ tali kunsens, fil-każ li dan jintlaħaq fost il-Membri tad-WTO, dwar deċiżjoni għall-eżenzjoni ta’ oġġetti tal-ikel li jkunu nxtraw mill-Programm Dinji tal-Ikel għal skopijiet umanitarji u mhux kummerċjali mill-applikazzjoni ta’ projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).


11.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 419/18


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2027

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali fir-rigward tal-modifiki għall-Appendiċi 2 tal-Anness II u l-introduzzjoni ta’--Noti Spjegattivi tal-Artikoli 15, 16, 19, 20 u 30 tal-Anness II għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, u li tħassar id-Deċiżjonijiet (UE) 2016/1001 u (UE) 2016/1336

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie ffirmatmill-Unjoni f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/734/UE (1). Skont l-Artikolu 353(4) tal-Ftehim, il-Parti IV tiegħu ġie applikt b’mod proviżorju mill-1 ta’ Awwissu 2013 bejn l-Unjoni u n-Nikaragwa, il-Honduras u l-Panama, mill-1 ta’ Ottubru 2013 bejn l-Unjoni u El Salvador u l-Costa Rica, u mill-1 ta’ Diċembru 2013 bejn l-Unjoni u l-Gwatemala.

(2)

Skont l-Artikolu 36 tal-Anness II għall-Ftehim, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim jista’ jiddeċiedi li jimmodifika d-dispożizzjonijiet tal-Appendiċijiet tal-Anness II. Skont l-Artikolu 37 tal-Anness II għall-Ftehim, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ japprova Noti Spjegattivi rigward l-interpretazzjoni, l-applikazzjoni u l-amministrazzjoni tal-Anness II.

(3)

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jrid jadotta Deċiżjoni li timmodifika l-Appendiċi 2 (Lista tax-xogħol jew l-ipproċessar li jeħtieġ li jsir fuq materjali mhux oriġinarji sabiex il-prodott manifatturat ikun jista’ jikseb status oriġinarju) tal-Anness II, li huwa bbażat fuq is-Sistema Armonizzata (SA) 2007, biex jiġu allinjati r-regoli tal-oriġini speċifiċi għall-prodott mas-SA aġġornata kif applikabbli mill-2017. Dan l-allinjament jinkludi l-bidliet introdotti mis-SA 2012, u bidliet mhux sostantivi għas-SA 2017, għar-regoli speċifiċi għall-prodott tal-Appendiċi 2. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, b’kont meħud tan-numru ta’ emendi li jeħtieġ li jsiru fl-Appendiċi 2, dak l-Appendiċi jenħtieġ li jiġi sostitwit fl-intier tiegħu.

(4)

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jrid jadotta wkoll Deċiżjoni li tintroduċi Noti Spjegattivi tal-Artikoli 15, 16, 19, 20 u 30 tal-Anness II għall-Ftehim biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-uniformità fl-applikazzjoni tar-regoli ta’ oriġini fir-rigward taċ-Ċertifikat tal-Moviment EUR.1, id-dikjarazzjonijiet fuq il-fattura, l-esportaturi approvati u l-verifika tal-provi tal-oriġini.

(5)

L-adożżjoni taż-żewġ Deċiżjonijiet mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni hij mistennija li sseħħ qabel tmiem l-2021.

(6)

Ikun xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, peress li ż-żewġ Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ser ikollhom effett legali fl-Unjoni.

(7)

Huwa xieraq ukoll li jitħassru d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2016/1001 (2) u (UE) 2016/1336 (3), li jistabbilixxu pożizzjonijiet li għandhom jittieħdu f’isem l-Unjoni dwar atti li m’għadhomx jiġu adottati mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni.

(8)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill ta’ Assojazzjoni għalhekk jenħtieġ li tkun ibbażata fuq iż-żewġ abbozzi ta’ Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni fir-rigward tal-modifiki għall-Appendiċi 2 għall-Anness II u l-introduzzjoni ta’ Noti Spjegattivi għall-Artikoli 15, 16, 19, 20 u 30 tal-Anness II għall-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq iż-żewġ abbozzi ta’ Deċiżjonijiet tal-Knsill ta’ Assoċjazzjoni (4).

Artikolu 2

Id-deċiżjonijiet (UE) 2016/1001 u (UE) 2016/1336 huma mħassra.

Artikolu 3

Ladarba jiġu adottati, iż-żewġ Deċiżjonijiet tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjonigħandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2021.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/734/UE tal-25 ta’ Ġunju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Parti IV tiegħu dwar kwistjonijiet kummerċjali (ĠU L 346, 15.12.2012, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1001 tal-20 ta’ Ġunju 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali fir-rigward ta’ Noti Spjegattivi għall-Artikolu 15 tal-Anness II mal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (ĠU L 164, 22.6.2016, p. 15).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1336 tat-18 ta’ Lulju 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Appendiċi 2 tal-Anness II tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (ĠU L 212, 5.8.2016, p. 8).

(4)  Ara d-dokumenti ST 11697/20 u ST 11699/20 f’http://register.consilium.europa.eu


11.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 419/20


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2028

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 3 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2010/224/UE, Euratom (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010.

(2)

Il-Ftehim jinkludi l-Protokoll 3 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (‘Protokoll 3’). Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll 3, il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit bl-Artikolu 119 tal-Ftehim (“il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni”) jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 3.

(3)

Fil-laqgħa li jmis tiegħu, qabel tmiem l-2023, il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni ser jadotta deċiżjoni li temenda l-Protokoll 3 (‘deċiżjoni’).

(4)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni peress li d-deċiżjoni ser ikollha effetti legali vinkolanti fl-Unjoni.

(5)

Il-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (2) u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-oġġetti nnegozjati skont Ftehimiet bilaterali rilevanti ta’ kummerċ ħieles konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, li japplikaw mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’dawk il-ftehimiet bilaterali.

(6)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprevedi li kull Parti Kontraenti trid tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b’mod effettiv. Għal dak l-għan, id-deċiżjoni ser tintroduċi referenza dinamika għall-Konvenzjoni fil-Protokoll 3, sabiex dejjem issir referenza għall-aħħar verżjoni tal-Konvenzjoni fis-seħħ.

(7)

Diskussjonijiet dwar l-emenda tal-Konvenzjoni wasslu għal sett ġdid ta’ regoli tal-oriġini iżjed moderni u iżjed flessibbli li jridu jiġu inkorporati fil-Konvenzjoni. Sakemm tiġi konkluża u tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni, l-Unjoni u l-Montenegro qablu li japplikaw kemm jista’ jkun malajr sett alternattiv ta’ regoli tal-oriġini bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni emendata, li jistgħu jintużaw b’mod bilaterali bħala regoli tal-oriġini alternattivi għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni (“Regoli tranżitorji”). Għal dak il-għan, id-deċiżjoni ser tipprevedi wkoll ir-Regoli tranżitorji

(8)

Fiż-żona tal-akkumulazzjoni kostitwita mill-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni, ir-Repubblika tat-Turkija, il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna, jenħtieġ li tinżamm il-possibbiltà li jintużaw iċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini minflok iċ-ċertifikati tal-moviment EUR-MED jew id-dikjarazzjoni tal-oriġini EUR-MED bħala deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni applikabbli għall-akkumulazzjoni dijagonali fost dawk il-parteċipanti,

(9)

Għaldaqstant, il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 3 tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni 2010/224/UE, Euratom tad-29 ta’ Marzu 2010 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (ĠU L 108, 29.4.2010, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3).

(3)  Ara d-dokument ST 11124/20 fuq http://register.consilium.europa.eu.


11.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 419/22


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2029

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju, dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 3 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju, dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/430/KE (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1997.

(2)

Il-Ftehim jinkludi l-Protokoll 3 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (‘Protokoll 3’). Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll 3, il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 63 tal-Ftehim (“il-Kumitat Konġunt”) jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 3.

(3)

Fil-laqgħa li jmiss tiegħu, qabel tmiem l-2023, il-Kumitat Konġunt ser jadotta deċiżjoni li temenda l-Protokoll 3 (‘deċiżjoni’).

(4)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt peress li d-d-deċiżjoni ser ikollha effetti legali vinkolanti fl-Unjoni.

(5)

Il-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (2) u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-oġġetti nnegozjati skont ftehimiet bilaterali rilevanti ta’ kummerċ ħieles konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, li japplikaw mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’dawk il-ftehimiet bilaterali.

(6)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprevedi li kull Parti Kontraenti trid tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b’mod effettiv. Għal dak l-għan, id-deċiżjoni ser tintroduċi referenza dinamika għall-Konvenzjoni fil-Protokoll 3, sabiex dejjem issir referenza għall-aħħar verżjoni tal-Konvenzjoni fis-seħħ.

(7)

Diskussjonijiet dwar l-emenda tal-Konvenzjoni wasslu għal sett ġdid ta’ regoli tal-oriġini iżjed moderni u iżjed flessibbli li jridu jiġu inkorporati fil-Konvenzjoni.Sakemm tiġi konkluża u tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni, l-Unjoni u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u tal-Medda ta’ Gaża qablu li japplikaw kemm jista’ jkun malajr sett alternattiv ta’ regoli tal-oriġini bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni emendata, li jistgħu jintużaw b’mod bilaterali bħala regoli tal-oriġini alternattivi għal dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni (“Regoli tranżitorji”). Għal dak il-għan, id-deċiżjoni ser tipprevedi wkoll ir-Regoli tranżitorji.

(8)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt għalhekk jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda tal-Protokoll 3 ta’ dak il-Ftehim billi jiġi sostitwit il-Protokoll 3 tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/430/KE tat-2 ta’ Ġunju 1997 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Proviżorju ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja dwar il-kummerċ u koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża (ĠU L 187, 16.7.1997, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3).

(3)  Ara d-dokument ST 11125/20 fuq http://register.consilium.europa.eu.


11.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 419/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2020/2030

tal-10 ta' Diċembru 2020

li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Meta att għandu jiġi adottat mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata, għandu jiġi vverifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni.

(2)

Dik il-perċentwali tiġi kkalkolata skont iċ-ċifri tal-popolazzjoni stipulati fl-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (“ir-Regoli ta’ Proċedura”) (1).

(3)

L-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta’ Proċedura jipprevedi li, b’effett mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Kunsill għandu jemenda ċ-ċifri stipulati f’dak l-Anness, f’konformità mad-data disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regoli ta' Proċedura jiġu emendati kif meħtieġ għas-sena 2021.

(5)

F'konformità mal-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Artikolu 240 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - japplika għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS III

Ċifri li jirrigwardaw il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill

Stat Membru

Popolazzjoni

Perċentwali tal-popolazzjoni tal-Unjoni (%)

Ġermanja

83 100 961

18,54

Franza

67 098 824

14,97

Italja

60 897 891

13,58

Spanja

47 329 981

10,56

Polonja

37 958 138

8,47

Rumanija

19 317 984

4,31

Netherlands

17 549 457

3,91

Belġju

11 549 888

2,58

Greċja

10 709 739

2,39

Ċekja

10 557 001

2,35

Żvezja

10 330 000

2,30

Portugall

10 295 909

2,30

Ungerija

9 769 526

2,18

Awstrija

8 897 000

1,98

Bulgarija

6 951 482

1,55

Danimarka

5 816 443

1,30

Finlandja

5 521 292

1,23

Slovakkja

5 457 873

1,22

Irlanda

4 964 440

1,11

Kroazja

4 058 165

0,91

Litwanja

2 794 090

0,62

Slovenja

2 095 861

0,47

Latvja

1 907 675

0,43

Estonja

1 328 976

0,30

Ċipru

888 005

0,20

Lussemburgu

623 962

0,14

Malta

514 564

0,11

UE 27

448 285 127

 

Livell limitu (65 %)

291 385 333

 

”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Magħmul fi Brussell, id-10 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).


11.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 419/26


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/2031

tal-10 ta’ Diċembru 2020

li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-16 ta’ Lulju 2012 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/389/PESK (1) dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR).

(2)

Fit-12 ta’ Diċembru 2016 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2240 (2), li emendat il-mandat tal-Missjoni biex tiġi ffukata fuq il-bini tal-kapaċità fis-Somalja u biddlet l-isem tal-Missjoni għal EUCAP Somalia.

(3)

Fl-10 ta’ Diċembru 2018 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1942 (3), li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK biex EUCAP Somalia tiġi estiża u tingħata ammont ta’ referenza finanzjarja għall-perijodu sal-31 ta’ Diċembru 2020. Dan l-ammont ta’ referenza finanzjarja ġie miżjud bid-Deċiżjoni (PESK) 2020/663 (4).

(4)

Fil-kuntest tar-Rieżami Strateġiku Olistiku u koordinat tal-involviment tal-PSDK fis-Somalja u fil-Qarn tal-Afrika, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà qabel li jestendi l-EUCAP Somalia sal-31 ta’ Diċembru 2022 u li jemenda l-mandat tagħha.

(5)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/389/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2012/389/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikoli 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Dikjarazzjoni tal-Missjoni

1.   L-EUCAP Somalja għandha tassisti lis-Somalja fit-tisħiħ tal-kapaċità tas-sigurtà marittima tagħha sabiex din tkun tista’ tinforza b’mod aktar effettiv il-liġi marittima.

2.   Barra minn hekk, l-EUCAP Somalia għandha tassisti lis-Somalja fit-tisħiħ tal-kapaċità tal-pulizija tagħha sabiex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Tranżizzjoni Somalu għat-trasferiment tar-responsabbiltajiet ta’ sigurtà lill-awtoritajiet Somali.

Artikolu 3

Objettivi u Kompiti

1.   Sabiex titwettaq id-Dikjarazzjoni tal-Missjoni kif tinsab fl-Artikolu 2, l-EUCAP Somalja għandha:

(a)

issaħħaħ il-kapaċità Somala ta’ infurzar tal-liġi marittima ċivili sabiex hija teżerċita governanza marittima effettiva tal-kosta, tal-ilmijiet interni, tal-baħar territorjali u taż-żona ekonomika esklużiva tagħha;

(b)

tirrinforza l-kapaċità Somala biex twettaq spezzjonijiet tas-sajd u infurzar, tiżgura l-funzjoni ta’ tiftix u salvataġġ fuq il-baħar, tiġġieled il-kuntrabandu, tiġġieled il-piraterija u tagħmel għassa taż-żona kostali mill-art u mill-baħar;

(c)

issaħħaħ il-kapaċità tal-Ministeru tas-Sigurtà Interna u tas-servizzi tal-pulizija Somala biex jimplimentaw il-Pjan ta’ Tranżizzjoni Somalu għat-trasferiment tar-responsabbiltajiet ta’ sigurtà lill-awtoritajiet Somali.

2.   Biex tikseb dawn l-objettivi, l-EUCAP Somalia għandha tappoġġa lill-awtoritajiet Somali fl-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni meħtieġa u fl-istabbiliment ta’ awtoritajiet ġudizzjarji billi:

(a)

tipprovdi l-mentoraġġ, il-konsulenza, it-taħriġ u t-tagħmir meħtieġa għall-entitajiet Somali tal-infurzar tal-liġi marittima ċivili;

(b)

tipprovdi pariri u mentoraġġ, kif fattibbli, dwar il-politika, il-kmand, il-kontroll u l-koordinazzjoni, kif ukoll tipprovdi sostenn u tagħmir għall-proġetti, lill-Ministeru għas-Sigurtà Interna u s-servizzi tal-pulizija Somala b’appoġġ għal inizjattivi mill-Unjoni u s-sħab internazzjonali.

3.   Biex tikseb dawn l-objettivi, l-EUCAP Somalia għandha topera skont il-linji ta’ operat u l-kompiti stipulati fid-dokumenti ta’ ppjanar operazzjonali approvati mill-Kunsill.

4.   L-EUCAP Somalja ma għandha twettaq l-ebda funzjoni eżekuttiva.”;

(2)

fl-Artikolu 13(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Somalia għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2022 għandu jkun ta’ EUR 87 780 000.”;

(3)

fl-Artikolu 14, il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“4.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoopera mal-atturi internazzjonali l-oħra fir-reġjun, b’mod partikolari l-Uffiċċju Politiku tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) għas-Somalja, l-Uffiċċju tan-NU kontra d-Droga u l-Kriminalità, il-Programm ta’ Żvilupp tan-NU, INTERPOL u l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina mill-qrib ma’ Atalanta, il-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea sabiex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà Somali (EUTM Somalia) u l-programmi ta’ assistenza rilevanti tal-Unjoni.”;

(4)

fl-Artikolu 16, l-aħħar sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2022.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2240 tat-12 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 337, 13.12.2016, p. 18).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1942 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li testendi u temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 314, 11.12.2018, p. 56).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/663 tat-18 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 157, 19.5.2020, p. 1).


11.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 419/28


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/2032

tal-10 ta’ Diċembru 2020

li temenda d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Frar 2010 l-Kunsill adottata d-Deċiżjoni 2010/96/PESK (1), li tistabbilixxi missjoni militari tal-Unjoni Eworpea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia).

(2)

Fid-19 ta’ Novembru 2018 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1787 (2), li testendi EUTM Somalia sal-31 ta’ Diċembru 2020.

(3)

Fil-kuntest tar-Rieżami Strateġiku Olistiku u Kkoordinat tal-involviment tal-PSDK fis-Somalja u l-Qarn tal-Afrika, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda li l-mandat ta’ EUTM Somalia jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2022.

(4)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/96/PESK tiġi emendata skont dan.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Id-Danimarka ma tiħux sehem fl-implimentazzjoni ta’ din d-Deċiżjoni u għaldaqstant ma tikkontribwixxix għall-finanzjament ta’ din il-missjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/96/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Missjoni

1.   L-Unjoni għandha twettaq missjoni ta’ taħriġ militari (EUTM Somalia), sabiex tikkontribwixxi għall-bini u t-tisħiħ tal-Forzi Armati Nazzjonali Somali (“SNAF”) responsabbli lejn il-Gvern Nazzjonali Somalu, konsistenti mal-ħtiġijiet u l-prijoritajiet Somali u tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Tranżizzjoni Somalu għat-trasferiment tar-responsabbiltajiet ta’ sigurtà lill-awtoritajiet Somali.

2.   Sabiex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-missjoni militari tal-UE għandha tiġi skjerata fis-Somalja sabiex tindirizza kemm ir-rafforzament istituzzjonali fis-settur tad-difiża permezz ta’ konsulenza strateġika kif ukoll l-appoġġ dirett lill-SNAF permezz ta’ taħriġ, konsulenza u gwida.

3.   Mill-2021 ’il quddiem, EUTM Somalia għandha, b’mod partikolari, tappoġġa l-iżvilupp tas-Sistema ta’ Taħriġ li hija proprjetà tas-Somalja bil-ħsieb li gradwalment tgħaddi, fil-prinċipju, it-taħriġ lill-SNAF sa tmiem l-2022. EUTM Somalia għandha tipprovdi mentoraġġ tat-taħriġ li jappartjeni lis-Somalja u li huwa pprovdut mis-Somalja u tistabbilixxi kapaċità biex issegwi u tivvaluta unitajiet li tkun ħarrġet. EUTM Somalia għandha tipprovdi wkoll appoġġ, kif meħtieġ u skont il-mezzi u l-kapaċitajiet tagħha, lil atturi oħra tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-mandati rispettivi tagħhom fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża fis-Somalja, b’mod partikolari lil EUCAP Somalia fir-rigward tal-interoperabbiltà bejn l-SNAF u l-forza tal-pulizija Somala, u lill-pakkett ta’ appoġġ għall-Faċilità Afrikana għall-Paċi, jew għal kwalunkwe appoġġ futur tal-Unjoni għall-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja.

4.   Soġġett għall-approvazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà u skont il-mezzi u l-kapaċitajiet tagħha, l-EUTM Somalia għandha tippjana u tmexxi attivitajiet deċentralizzati b’appoġġ għall-Kwartieri Ġenerali reġjonali tal-SNAF.

5.   L-implimentazzjoni fis-Somalja tal-attivitajiet li ngħata mandat għalihom għandha tiddependi fuq il-kondizzjonijiet ta’ sigurtà fis-Somalja u l-gwida politika mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà.”;

(2)

fl-Artikolu 3, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   Il-Kwartieri Ġenerali tal-Forza tal-Missjoni għandhom ikunu f’Mogadishu u għandhom joperaw taħt il-kmand tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE. Għandhom jinkludu ċelloli ta’ appoġġ fi Brussell u f’Nairobi, kif ukoll uffiċċju ta’ kollegament fil-Djibouti. Iċ-ċellola ta’ appoġġ ta’ Brussell għandha tkun lokalizzata fl-MPCC.”;

(3)

fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   EUTM Somalia għandha żżomm u ssaħħaħ il-koordinazzjoni mal-Atalanta, mal-EUCAP Somalia u mal-programmi ta’ assistenza rilevanti tal-Unjoni. L-MPCC għandha, f’konformità mal-mandat tagħha stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/971 (*1), tiffaċilita tali koordinazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bil-ħsieb li jiżdiedu l-koerenza, l-effiċjenza u s-sinerġiji bejn il-missjonijiet u l-operazzjoni tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni fir-reġjun.

(*1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/971 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li tiddetermina l-arranġamenti għall-ippjanar u t-tmexxija tal-missjonijiet militari mhux eżekuttivi tal-UE fil-qafas tal-PSDK u li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja, 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta’ taħriġ militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 133).”;"

(4)

fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“8.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2022 għandu jkun ta’ EUR 25 234 700. Il-perċentwal tal-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta’ 0 % u l-perċentwal imsemmi fl-Artikolu 34(3) ta’ dik id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 0 %.”;

(5)

fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-mandat tal-missjoni militari tal-UE għandu jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2022.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK tal-15 ta’ Frar 2010 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (ĠU L 44, 19.2.2010, p. 16).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1787 tad-19 ta’ Novembru 2018 li temenda u testendi id-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (ĠU L 293, 20.11.2018, p. 9).


11.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 419/30


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/2033

tal-10 ta’ Diċembru 2020

li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK).

(2)

Fit-12 ta’ Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2231 (2) b’reazzjoni għat-tfixkil tal-proċess elettorali u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem marbut miegħu fir-RDK. Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/2231 emendat id-Deċiżjoni 2010/788/PESK u introduċiet miżuri restrittivi awtonomi fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK.

(3)

Abbażi ta’ rieżami tal-miżuri restrittivi stipulati fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, jenħtieġ li dawk l-miżuri jiġġeddu sat-12 ta’ Diċembru 2021 u jenħtieġ li persuna waħda titneħħa mil-lista fl-Anness II għal dik id-Deċiżjoni.

(4)

Id-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet relatati ma’ ċerti persuni elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK jenħtieġ li jiġu emendati.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/788/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/788/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 9, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(2) għandhom japplikaw sat-12 ta’ Diċembru 2021. Għandhom jiġġeddu, jew jiġu emendati kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħhom ma jkunux intlaħqu.”;

(2)

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2231 tat-12 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 336I, 12.12.2016, p. 7).


ANNESS

“ANNESS II

LISTA TA’ PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(2)

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

1

Ilunga Kampete

magħruf ukoll bħala Gaston Hughes Ilunga Kampete; Hugues Raston Ilunga Kampete

Data tat-twelid: 24.11.1964

Post tat-twelid: Lubumbashi, RDK

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-karta tal-identità militari: 1-64-86-22311-29

Indirizz: 69, avenue Nyangwile, Kinsuka Mimosas, Kinshasa/Ngaliema, RDK

Sess: Raġel

Bħala Kmandant tal-Gwardja Repubblikana (GR) sa April 2020, Ilunga Kampete kien responsabbli għall-unitajiet tal-GR skjerati fuq l-art u involuti fl-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa.

Huwa kien ukoll responsabbli għar-repressjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa minn aġenti tal-GR, bħar-repressjoni vjolenti ta’ manifestazzjoni tal-oppożizzjoni f’Lubumbashi f’Diċembru 2018.

Minn Lulju 2020, huwa jibqa’ suldat ta’ livell għoli, bħala Logutenent Ġenerali fil-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) u Kmandant tal-bażi militari ta’ Kitona fil-provinċja ta’ Kongo Central. Skont il-funzjonijiet tiegħu huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

Ilunga Kampete kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

12.12.2016

2

Gabriel AMISI Kumba

magħruf ukoll bħala Gabriel Amisi Nkumba; ‘Tango Fort’; ‘Tango Four’

Data tat-twelid: 28.5.1964

Post tat-twelid: Malela, RDK

Numru tal-karta tal-identità militari:

1-64-87-77512-30

Indirizz: 22, avenue Mbenseke, Ma Campagne, Kinshasa/Ngaliema RDK

Sess: Raġel

Eks Kmandant tal-ewwel żona tad-difiża tal- Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) li ħadu sehem fl-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa.

Fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi Kap tal-Persunal tal- FARDC inkarigat mill-operazzjonijiet u l-intelligence minn Lulju 2018 sa Lulju 2020, u minħabba d-dmirijiet għolja tiegħu bħala Spettur Ġeneral tal-FARDC minn Lulju 2020, huwa responsabbli għal ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

Gabriel Amisi Kumba kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

12.12.2016

3

Ferdinand ILUNGA Luyoyo

Data tat-twelid: 8.3.1973

Post tat-twelid: Lubumbashi, RDK

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-passaport tar-RDK: OB0260335

validu mill-15.4.2011 sal-14.4.2016

Indirizz: 2, avenue des Orangers, Kinshasa/Gombe, RDK.

Sess: Raġel

Bħala Kmandant tal-unità kontra l-irvellijiet imsejħa Légion Nationale d’Intervention tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC) sal-2017, u Kmandant tal-unità responsabbli għall-protezzjoni tal-istituzzjonijiet u l-uffiċjali ta’ livell għoli fil-PNC sa Diċembru 2019, Ferdinand Ilunga Luyoyo kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza u r-repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa, u għandu r-responsabbiltà għall-ksur sussegwenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-PNC.

Ferdinand Ilunga Luyoyo kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Ferdinand Ilunga Luyoyo żamm il-grad tiegħu ta’ Ġeneral u għadu attiv fix-xena pubblika fir-RDK.

12.12.2016

4

Célestin Kanyama

magħruf ukoll bħala Kanyama Tshisiku Celestin; Kanyama Celestin Cishiku Antoine; Kanyama Cishiku Bilolo Célestin; “Esprit de mort”

Data tat-twelid: 4.10.1960

Post tat-twelid: Kananga, RDK

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-passaport tar-RDK: OB0637580 (validu mill-20.5.2014 sad-19.5.2019)

Viża ta’ Schengen bin-numru 011518403, maħruġa fit-2.7.2016

Indirizz: 56, avenue Usika, Kinshasa/Gombe, RDK

Sess: Raġel

Bħala Kummissarju tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC), Célestin Kanyama kien responsabbli għall-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa.

F’Lulju 2017, Célestin Kanyama nħatar Direttur Ġenerali tal-iskejjel ta’ taħriġ tal-PNC. Minħabba r-rwol tiegħu bħala uffiċjal anzjan tal-PNC, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-PNC. Eżempju wieħed huwa l-intimidazzjoni u l-privazzjoni tal-libertà imposta fuq il-ġurnalisti minn uffiċjali tal-pulizija f’Ottubru 2018, wara l-pubblikazzjoni ta’ sensiela ta’ artikli dwar il-miżapproprjazzjoni tar-razzjonijiet tal-kadetti tal-pulizija, u r-rwol li Célestin Kanyama kellu f’dawn l-avvenimenti.

Célestin Kanyama kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

12.12.2016

5

John Numbi

magħruf ukoll bħala John Numbi Banza Tambo; John Numbi Banza Ntambo; Tambo Numbi

Data tat-twelid: 16.8.1962

Post tat-twelid: Jadotville-Likasi-Kolwezi RDK

Nazzjonalità: RDK

Indirizz: 5, avenue Oranger, Kinshasa/Gombe, RDK

Sess: Raġel

John Numbi kien l-Ispettur Ġenerali tal-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) minn Lulju 2018 sa Lulju 2020. Minħabba r-rwol tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC, bħal vjolenza sproporzjonata kontra minaturi illegali minn Ġunju sa Lulju 2019 minn truppi tal-FARDC taħt l-awtorità diretta tiegħu.

John Numbi kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

John Numbi jżomm pożizzjoni ta’ influwenza fl-FARDC, speċjalment f’Katanga, fejn ġie rrappurtat ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

12.12.2016

6

Evariste Boshab

magħruf ukoll bħala Evariste Boshab Mabub Ma Bileng

Data tat-twelid: 12.1.1956

Post tat-twelid: Tete Kalamba RDK

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-passaport diplomatiku: DP0000003 (validu minn 21.12.2015 sa 20.12.2020).

Il-viża ta’ Schengen skadiet fil-5.1.2017

Indirizz: 3, avenue du Rail, Kinshasa/Gombe, RDK

Sess: Raġel

Fil-kapaċità tiegħu ta’ Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà minn Diċembru 2014 sa Diċembru 2016, Evariste Boshab kien uffiċjalment responsabbli għall-pulizija u s-servizzi ta’ sigurtà u għall-koordinazzjoni tal-ħidma tal-gvernaturi provinċjali. F’din il-kapaċità, huwa kien responsabbli għall-arrest ta’ attivisti u ta’ membri tal-oppożizzjoni, kif ukoll għall-użu sproporzjonat tal-forza, inkluż bejn Settembru 2016 u Diċembru 2016 b’reazzjoni għad-dimostrazzjonijiet f’Kinshasa, li wassal biex għadd kbir ta’ ċivili nqatlu jew indarbu mis-servizzi ta’ sigurtà.

Evariste Boshab kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Evariste Boshab kellu wkoll rwol fl-isfruttament u fl-aggravament tal-kriżi fir-reġjun ta’ Kasai, fejn huwa għandu pożizzjoni ta’ influwenza, b’mod partikolari minn mindu sar is-Senatur ta’ Kasai f’Marzu 2019.

29.5.2017

7

Alex KANDE Mupompa

magħruf ukoll bħala Alexandre Kande Mupomba; Kande-Mupompa

Data tat-twelid: 23.9.1950

Post tat-twelid: Kananga RDK

Nazzjonalità: Kongoliża u Belġjana

Numru tal-passaport tar-RDK: PO0024910 (validu minn 21.3.2016 sa 20.3.2021)

Indirizzi: Messidorlaan 217/25, 1180 Uccle, Belgium

1, avenue Bumba, Kinshasa/Ngaliema, RDK

Sess: Raġel

Bħala Gvernatur ta’ Kasai Central sa Ottubru 2017, Alex Kande Mupompa kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza, repressjoni vjolenti għal każijiet ta’ qtil extraġudizzjarju mwettqa mill-forzi tas-sigurtà u l-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC) f’Kasai Central minn Awwissu 2016, inkluż qtil fit-territorju ta’ Dibaya fi Frar 2017.

Alex Kande Mupompa kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Alex Kande Mupompa kellu wkoll rwol fl-isfruttament u l-aggravament tal-kriżi fir-reġjun ta’ Kasai li kien rappreżentant tiegħu sa Ottubru 2019 u li fih huwa għandu pożizzjoni ta’ influwenza bħala kap tal-Congrès des alliés pour l’action au Congo (CAAC) li huwa parti mill-gvern provinċjali ta’ Kasai.

29.5.2017

8

Jean-Claude KAZEMBE Musonda

Data tat-twelid: 17.5.1963

Post tat-twelid: Kashobwe RDK

Nazzjonalità: RDK

Indirizz: 7891, avenue Lubembe, Quartier Lido, Lubumbashi, Haut-Katanga, RDK

Sess: Raġel

Bħala Gvernatur ta’ Haut-Katanga sa April 2017, Jean-Claude Kazembe Musonda kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza u r-repressjoni vjolenti mwettqa mill-forzi tas-sigurtà u l-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC) f’Haut-Katanga, inkluż bejn il-15 u l-31 ta’ Diċembru 2016 meta, b’reazzjoni għall-protesti f’Lubumbashi, 12-il persuna ċivili nqatlu u 64 indarbu b’riżultat tal-użu ta’ forza letali mill-forzi tas-sigurtà inkluż aġenti tal-PNC.

Jean-Claude Kazembe Musonda kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Jean-Claude Kazembe Musonda huwa l-mexxej tal-partit CONAKAT, li baqa’ leali lejn il-Front Commun pour le Congo (FCC).

29.5.2017

9

Éric Ruhorimbere

magħruf ukoll bħala Eric Ruhorimbere Ruhanga; “Tango Two”; “Tango Deux”

Data tat-twelid: 16.7.1969

Post tat-twelid: Minembwe RDK

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-karta tal-identità militari: 1-69-09-51400-64.

Numru tal-passaport tar-RDK OB0814241.

Indirizz: Mbujimayi, Provinċja ta’ Kasai, RDK.

Sess: Raġel

Bħala Viċi Kmandant tal-21 reġjun militari minn Settembru 2014 sa Lulju 2018, Éric Ruhorimbere kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza u għal każijiet ta’ qtil extraġudizzjarju mwettqa mill-forzi tal- Forzi Armati Kongoliżi (FARDC), b’mod partikolari kontra l-milizzja Nsapu u kontra nisa u tfal.

Éric Ruhorimbere ilu l-Kmandant tas-settur operattiv ta’ Nord Equateur minn Lulju 2018. Minħabba r-rwol tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

Éric Ruhorimbere kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

29.5.2017

10

Emmanuel RAMAZANI Shadari

magħruf ukoll bħala Emmanuel Ramazani Shadari Mulanda; Shadary

Data tat-twelid: 29.11.1960

Post tat-twelid: Kasongo RDK

Nazzjonalità: RDK

Indirizz: 28, avenue Ntela, Mont Ngafula, Kinshasa, RDK

Sess: Raġel

Bħala Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà sa Frar 2018, Emmanuel Ramazani Shadari kien uffiċjalment responsabbli għall-pulizija u s-servizzi tas-sigurtà u għall-koordinazzjoni tal-ħidma tal-gvernaturi provinċjali. F’din il-kapaċità, kien responsabbli għall-arresti ta’ attivisti u membri tal-oppożizzjoni, kif ukoll għall-użu sproporzjonat tal-forza, bħall-miżuri ta’ repressjoni vjolenti ta’ membri tal-moviment Bundu Dia Kongo (BDK) fil-Kongo Ċentrali, ir-repressjoni f’Kinshasa minn’ Jannar saFrar 2017 u l-użu sproporzjonat tal-forza u r-repressjoni vjolenti fil-provinċji ta’ Kasai.

F’din il-kapaċità, Emmanuel Ramazani Shadari kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Minn Frar 2018, Emmanuel Ramazani Shadari ilu segretarju permanenti tal-Parti du peuple pour la reconstruction et le développement (PPRD), il-partit ewlieni fil-koalizzjoni taħt l-eks President Joseph Kabila.

29.5.2017

11

Kalev Mutondo

magħruf ukoll bħala Kalev Katanga Mutondo; Kalev Motono;Kalev Mutundo;Kalev Mutoid; Kalev Mutombo;Kalev Mutond;Kalev Mutondo;Katanga,;Kalev Mutund

Data tat-twelid: 3.3.1957

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-passaport tar-RDK: DB0004470 (validu minn 8.6.2012 sa 7.6.2017)

Indirizz: 24, avenue Ma Campagne, Kinshasa, RDK

Sess: Raġel

Bħala l-Kap tas-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali (ANR) sa Frar 2019, Kalev Mutondo kien involut fl-arrest arbitrarju, id-detenzjoni u t-trattament ħażin ta’ membri tal-oppożizzjoni, attivisti tas-soċjetà ċivili u oħrajn, u responsabbli għal dawn l-atti.

Kalev Mutondo kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

F’Mejju 2019, huwa ffirma dikjarazzjoni ta’ lealtà passata u futura lejn Joseph Kabila, lejn min jibqa’ assoċjat mill-qrib.

Kalev Mutondo għad għandu livell għoli ta’ influwenza politika, fir-rwol il-ġdid tiegħu bħala “konsulent politiku” lill-Prim Ministru tar-RDK.

29.5.2017

B.   Entitajiet


Rettifika

11.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 419/36


Rettifika tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 321 tas-17 ta’ Diċembru 2018 )

1. Fil-paġna 205, l-Anness XI, il-punt 2

minflok:

“2.

Interoperabilità għal settijiet tat-televiżjoni diġitali

Kull sett diġitali tat-televiżjoni bi skrin integrali viżibbli ta’ djagunal akbar minn 30 cm li jitqiegħed għall-bejgħ jew kera fl-Unjoni għandu jkun iffittjat ... ”,

aqra:

“2.

Interoperabilità għal settijiet tat-televiżjoni diġitali

Kwalunkwe sett diġitali tat-televiżjoni bi skrin integrali ta’ djagunal viżibbli ta’ aktar minn 30 cm li jiġi introdott fis-suq għall-bejgħ jew għall-kiri fl-Unjoni għandu jkun iffittjat ... ”.

2. Fil-paġna 205, l-Anness XI, il-punt 3

minflok:

“3.

Interoperabbiltà għal riċevituri tar-radju tal-karozza

Kwalunkwe riċevitur tar-radju integrat f’vettura ġdida tal-kategorija M li jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq għall-bejgħ jew għall-kiri fl-Unjoni mill-21 ta’ Diċembru 2020 għandu jinkludi ...”,

aqra:

“3.

Interoperabbiltà għal riċevituri tar-radju tal-karozza

Kwalunkwe riċevitur tar-radju integrat f’vettura ġdida tal-kategorija M li jiġi introdott fis-suq għall-bejgħ jew għall-kiri fl-Unjoni mill-21 ta’ Diċembru 2020 għandu jinkludi ...”.