ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 406

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
3 ta' Diċembru 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1816 tas-17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispjegazzjoni fid-dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju dwar kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza huma riflessi f’kull parametru referenzjarju pprovdut u ppubblikat ( 1 )

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1817 tas-17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut minimu tal-ispjegazzjoni dwar kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza huma riflessi fil-metodoloġija tal-parametru referenzjarju ( 1 )

12

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 tas-17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards minimi għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1819 tat-2 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-kuluri fis-sostituti tas-salamun ( 1 )

26

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1820 tat-2 ta’ Diċembru 2020 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-Euglena gracilis imnixxfa bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 ( 1 )

29

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1821 tat-2 ta’ Diċembru 2020 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 ( 1 )

34

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1822 tat-2 ta’ Diċembru 2020 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-bijomassa tal-ħmira li fiha l-kromu (Yarrowia lipolytica) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 ( 1 )

39

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1823 tat-2 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 234/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel ( 1 )

43

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1824 tat-2 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2468 li jistabbilixxi rekwiżiti amministrattivi u xjentifiċi li jikkonċernaw ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ikel ġdid ( 1 )

51

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1825 tat-2 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward ta’ miżuri temporanji għall-introduzzjoni jew il-moviment fit-territorju tal-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra

58

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/1826 tal-1 ta’ Diċembru 2020 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/895 (ATALANTA/3/2020)

60

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1827 tas-26 ta’ Mejju 2020 dwar il-miżuri SA.39990 — (2016/C) (ex 2016/NN) (ex 2014/FC) (ex 2014/CP) — implimentati mill-Belġju għal Ducatt NV (notifikata bid-dokument C(2020) 3287)  ( 1 )

62

 

 

Rettifika

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1410 tal-25 ta’ Settembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fis-66 sessjoni tal-Kumitat tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali fir-rigward tal-adozzjoni maħsuba ta’ Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni, deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni, emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata jew pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata, u ta’ rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata taħt il-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata ( ĠU L 327, 8.10.2020 )

67

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1532 tat-12 ta’ Ottubru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fis-66 sessjoni tal-Kumitat tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali fir-rigward tal-adozzjoni maħsuba ta’ Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni, deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni, emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata jew pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata, u ta’ rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata taħt il-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata ( ĠU L 352, 22.10.2020 )

73

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

3.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 406/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1816

tas-17 ta’ Lulju 2020

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispjegazzjoni fid-dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju dwar kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza huma riflessi f’kull parametru referenzjarju pprovdut u ppubblikat

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(2b) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Pariġi adottat fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, approvat mill-Unjoni fil-5 ta’ Ottubru 2016 (2) (il-“Ftehim ta’ Pariġi”), għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rispons għat-tibdil fil-klima, fost affarijiet oħra permezz ta’ flussi ta’ investiment li jkunu konsistenti mal-mixja lejn emissjonijiet ta’ gassijiet serra baxxi u żvilupp reżiljenti għall-klima.

(2)

Fil-11 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (3). Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jirrappreżenta strateġija ġdida ta’ tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f’soċjetà ġusta u prosperuża, b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva fejn ma jkunx hemm emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra fl-2050 u fejn it-tkabbir ekonomiku jkun separat mill-użu tar-riżorsi. L-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew tirrikjedi li l-investituri jiġu offruti sinjali ċari fuq perjodu ta’ żmien twil biex jiġu evitati l-assi mhux rekuperabbli u biex jinġabru finanzi sostenibbli.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2016/1011 jesiġi li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jispjegaw fid-dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG - environmental, social and governance) huma riflessi f’kull parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji li jkunu pprovduti u ppubblikati.

(4)

Jekk ikun hemm modi differenti ta’ kif jiġi spjegat kif il-fatturi ESG huma riflessi, dan iwassal għal nuqqas ta’ komparabbiltà bejn il-parametri referenzjarji u għal nuqqas ta’ ċarezza rigward il-kamp ta’ applikazzjoni u l-objettivi tal-fatturi ESG. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġi speċifikat il-kontenut ta’ dik l-ispjegazzjoni u li jiġi stipulat mudell li għandu jintuża.

(5)

Sabiex l-informazzjoni tiġi adattata aħjar għall-investituri, ir-rekwiżit li jiġi spjegat kif il-fatturi ESG huma riflessi f’kull parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji li jkunu pprovduti u ppubblikati jeħtieġ li jikkunsidra l-assi sottostanti li fuqhom ikunu bbażati l-parametri referenzjarji. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għall-parametri referenzjarji li ma għandhomx assi sottostanti li għandhom impatt fuq it-tibdil fil-klima bħall-parametri referenzjarji tar-rata tal-imgħax u l-parametri referenzjarji tal-kambju.

(6)

Jenħtieġ li l-ispjegazzjoni dwar kif inhuma riflessi l-fatturi ESG tkun tindika l-punteġġ korrispondenti tal-fatturi ESG rilevanti vis-à-vis il-parametru referenzjarju, f’valur medju ponderat aggregat. Jenħtieġ li tali punteġġ ma jiġix iddivulgat għal kull kostitwent tal-parametri referenzjarji. Fejn rilevanti u xieraq, jenħtieġ li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jkunu jistgħu jipprovdu informazzjoni ESG addizzjonali.

(7)

Minħabba l-karatteristiċi u l-objettivi tagħhom, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għad-divulgazzjoni tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, u għall-parametri referenzjarji tal-ekwitajiet u tal-bonds ta’ importanza sinifikanti.

(8)

Sabiex l-utenti tal-parametri referenzjarji jingħataw informazzjoni preċiża u aġġornata, jenħtieġ li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jaġġornaw l-informazzjoni pprovduta biex tirrifletti kull bidla li ssir fid-dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju, u jenħtieġ li jindikaw ir-raġuni u d-dati meta tkun ġiet aġġornata l-informazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“ekwità” tfisser ishma kkwotati;

(b)

“introjtu fiss” tfisser titoli ta’ dejn ikkwotati, għajr dawk maħruġa minn emittent sovran;

(c)

“dejn sovran” tfisser titoli ta’ dejn maħruġa minn emittent sovran.

Artikolu 2

Spjegazzjoni ta’ kif il-fatturi ESG huma riflessi f’kull parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji

1.   L-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom jispjegaw fid-dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju, billi jużaw il-mudell stipulat fl-Anness I, kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) elenkati fl-Anness II huma riflessi f’kull parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji li jkunu pprovdew u ppubblikaw.

Ir-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-parametri referenzjarji tar-rata tal-imgħax u tal-kambju.

2.   L-ispjegazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-punteġġ tal-fatturi ESG vis-à-vis il-parametru referenzjarju u l-familja ta’ parametri referenzjarji korrispondenti, f’valur medju ponderat aggregat.

3.   Għall-parametri referenzjarji individwali, l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jistgħu, minflok ma jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-mudell stipulat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, jissostitwixxu dik l-informazzjoni b’iperlink inkluż fid-dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju, għal sit web li jkun fih dik l-informazzjoni kollha.

4.   Fil-każijiet fejn il-parametri referenzjarji jamalgamaw assi sottostanti differenti, l-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom jispjegaw kif il-fatturi ESG huma riflessi għal kull wieħed mill-assi sottostanti.

5.   L-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom jinkludu fl-ispjegazzjoni pprovduta referenza għas-sorsi tad-data u tal-istandards użati għall-fatturi ESG iddivulgati.

6.   L-amministraturi tal-parametri referenzjarji li jiddivulgaw fatturi ESG addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 1(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1817 (4) għandhom jinkludu l-punteġġ ta’ dawk il-fatturi ESG addizzjonali.

Artikolu 3

Aġġornament tal-ispjegazzjoni pprovduta

L-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom jaġġornaw l-ispjegazzjoni pprovduta kull meta jsiru bidliet sinifikanti relatati mal-fatturi ESG u fi kwalunkwe każ fuq bażi annwali. Għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet għall-aġġornament.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841 tal-5 ta’ Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 1).

(3)  COM(2019) 640 final.

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1817 tas-17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut minimu tal-ispjegazzjoni dwar kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza huma riflessi fil-metodoloġija tal-parametri referenzjarji (ara paġna 12 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali)..


ANNESS I

MUDELL GĦALL-ISPJEGAZZJONI TA’ KIF IL-FATTURI AMBJENTALI, SOĊJALI U TA’ GOVERNANZA (ESG) HUMA RIFLESSI FID-DIKJARAZZJONI TA’ PARAMETRU REFERENZJARJU

SPJEGAZZJONI TA’ KIF IL-FATTURI ESG HUMA RIFLESSI F’KULL PARAMETRU REFERENZJARJU

TAQSIMA 1 – KUNSIDERAZZJONI TAL-FATTURI ESG

Entrata 1. Isem l-amministratur tal-parametru referenzjarju.

 

Entrata 2. Tip ta’ parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji.

Agħżel l-assi sottostanti rilevanti mil-lista pprovduta fl-Anness II.

 

Entrata 3. Isem il-parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji.

 

Entrata 4. Fil-portafoll tal-amministratur tal-parametru referenzjarju hemm xi Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE, Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, parametri referenzjarji li jfittxu li jiksbu l-objettivi ESG jew parametri referenzjarji li jqisu l-fatturi ESG?

☐ Iva ☐ Le

Entrata 5. Il-parametru referenzjarju jew il-familja ta’ parametri referenzjarji jfittxu li jiksbu l-objettivi ESG?

☐ Iva ☐ Le

Entrata 6. Meta t-tweġiba għall-Entrata 5 tkun pożittiva, ipprovdi d-dettalji (il-punteġġ) hawn taħt b’rabta mal-fatturi ESG elenkati fl-Anness II għal kull familja ta’ parametri referenzjarji fil-livell aggregat.

Il-fatturi ESG għandhom jiġu ddivulgati f’valur medju ponderat aggregat fil-livell tal-familja ta’ parametri referenzjarji.

(a)

Lista ta’ fatturi ESG ikkombinati:

Dettalji dwar kull fattur:

(b)

Lista ta’ fatturi ambjentali:

Dettalji dwar kull fattur:

(c)

Lista ta’ fatturi soċjali:

Dettalji dwar kull fattur:

(d)

Lista ta’ fatturi ta’ governanza:

Dettalji dwar kull fattur:

Entrata 7. Meta t-tweġiba għall-Entrata 5 tkun pożittiva, ipprovdi d-dettalji (il-punteġġ) hawn taħt għal kull parametru referenzjarju, b’rabta mal-fatturi ESG elenkati fl-Anness II, skont l-assi sottostanti rilevanti kkonċernat.

Inkella, din l-informazzjoni kollha tista’ tiġi pprovduta fl-għamla ta’ iperlink għal sit web tal-amministratur tal-parametru referenzjarju li jiġi inkluż fid-dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju. L-informazzjoni dwar is-sit web għandha tkun faċilment disponibbli u aċċessibbli. L-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ppubblikata fuq is-sit web tagħhom tibqa’ disponibbli għal ħames snin.

Il-punteġġ tal-fatturi ESG ma għandux jiġi ddivulgat għal kull kostitwent tal-parametru referenzjarju, iżda għandu jiġi ddivulgat f’valur medju ponderat aggregat tal-parametru referenzjarju.

(a)

Lista ta’ fatturi ESG ikkombinati:

Dettalji dwar kull fattur:

(b)

Lista ta’ fatturi ambjentali:

Dettalji dwar kull fattur:

(c)

Lista ta’ fatturi soċjali:

Dettalji dwar kull fattur:

(d)

Lista ta’ fatturi ta’ governanza:

Dettalji dwar kull fattur:

Iperlink għall-informazzjoni dwar il-fatturi ESG għal kull parametru referenzjarju:

 

Entrata 8. Id-data u l-istandards użati

(a)

Deskrizzjoni tas-sorsi tad-data użata biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-fatturi ESG fid-dikjarazzjoni tal-parametru referenzjarju.

Iddeskrivi min liema sorsi ġejja d-data użata biex tipprovdi informazzjoni dwar il-fatturi ESG fid-dikjarazzjoni tal-parametru referenzjarju, u jekk, u sa liema punt, id-data hijiex stmata jew irrappurtata.

 

(b)

Standards ta’ referenza.

Elenka l-istandards li fuqhom serraħ ir-rapportar tiegħek fl-entrata 6 u/jew fl-entrata 7.

 

TAQSIMA 2 – REKWIŻITI ADDIZZJONALI TA’ DIVULGAZZJONI GĦALL-PARAMETRI REFERENZJARJI TAT-TRANŻIZZJONI KLIMATIKA TAL-UE U L-PARAMETRI REFERENZJARJI TAL-UE ALLINJATI MAL-FTEHIM TA’ PARIĠI

Entrata 9. Meta parametru referenzjarju jkun denominat bħala “Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE” jew “Parametru Referenzjarju tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi”, l-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom jiddivulgaw ukoll l-informazzjoni segwenti:

(a)

it-trajettorja sena wara sena tad-dekarbonizzazzjoni li tħares ’il quddiem;

 

(b)

il-grad sa fejn inkisbet it-trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni tal-IPCC (1,5 °C bl-ebda eċċess jew eċċess limitat) bħala medja kull sena minn meta nħolqot;

 

(c)

is-sovrapożizzjoni bejn dawk il-parametri referenzjarji u l-possibbiltajiet ta’ investiment tagħhom, skont l-Artikolu 1, il-punt (e), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 (1), billi jintuża s-sehem attiv fil-livell tal-assi.

 

TAQSIMA 3 – DIVULGAZZJONI TAL-ALLINJAMENT MAL-OBJETTIVI TAL-FTEHIM TA’ PARIĠI

Entrata 10. Mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għall-parametri referenzjarji tal-ekwitajiet u tal-bonds ta’ importanza sinifikanti, għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u għall-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, l-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom ukoll jiddivulgaw l-informazzjoni segwenti.

Sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom, għal kull parametru referenzjarju jew, fejn applikabbli, għal kull familja ta’ parametri referenzjarji, jiddivulgaw l-informazzjoni segwenti:

(a)

Il-parametru referenzjarju huwa allinjat mal-mira li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju jew mal-kisba tal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi?

☐ Iva ☐ Le

(b)

ix-xenarju tat-temperatura, skont l-istandards internazzjonali, użati għall-allinjament mal-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jew tal-kisba tal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi;

 

(c)

isem il-fornitur tax-xenarju tat-temperatura użat għall-allinjament mal-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jew il-kisba tal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi;

 

(d)

il-metodoloġija użata għall-kejl tal-allinjament max-xenarju tat-temperatura;

 

(e)

l-iperlink tas-sit web tax-xenarju tat-temperatura li ntuża.

 

Data meta l-informazzjoni ġiet aġġornata l-aħħar u r-raġuni għall-aġġornament:

 


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 tas-17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards minimi għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u għall-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi (Ara paġna 17 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS II

FATTURI AMBJENTALI, SOĊJALI U TA’ GOVERNANZA (ESG) LI GĦANDHOM JITQIESU SKONT L-ASSI SOTTOSTANTI TAL-PARAMETRU REFERENZJARJU

Taqsima 1

EKWITÀ

FATTURI ESG

DIVULGAZZJONIJIET

Fatturi ESG ikkombinati

Il-klassifikazzjoni ESG medja ponderata tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva).

Il-klassifikazzjoni ESG kumplessiva tal-10 komponenti prinċipali tal-parametru referenzjarju skont il-ponderazzjoni fil-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva).

Ambjentali

Il-klassifikazzjoni ambjentali medja ponderata tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva).

L-esponiment tal-portafoll tal-parametru referenzjarju għall-enerġija rinnovabbli kif imkejjel skont l-infiq kapitali (CapEx) f’dawk l-attivitajiet (bħala sehem tal-CapEx totali mill-kumpaniji tal-enerġija inklużi fil-portafoll) (fuq bażi fakultattiva).

L-esponiment tal-portafoll tal-parametru referenzjarju għar-riskji fiżiċi relatati mal-klima, li jkejjel l-effetti ta’ avvenimenti estremi tat-temp fuq l-operat u l-produzzjoni tal-kumpaniji jew fuq l-istadji differenti tal-katina ta’ provvista (abbażi tal-esponiment tal-emittent) (fuq bażi fakultattiva).

Il-grad tal-esponiment tal-portafoll għas-setturi elenkati fit-Taqsimiet minn A sa H u t-Taqsima L tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) bħala perċentwal tal-piż totali fil-portafoll.

L-intensità tal-gassijiet b’effett ta’ serra (GHG) tal-parametru referenzjarju.

Il-perċentwal tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra rrapportati vis-à-vis dawk stmati.

L-esponiment tal-portafoll tal-parametru referenzjarju għall-kumpaniji li l-attivitajiet tagħhom jaqgħu taħt id-Diviżjonijiet minn 05 sa 09, 19 u 20 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

L-esponiment tal-portafoll tal-parametru referenzjarju għall-attivitajiet inklużi fis-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali, kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (5) tar-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

Soċjali

Il-klassifikazzjoni soċjali medja ponderata tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva).

It-trattati u l-konvenzjonijiet internazzjonali, il-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti jew, fejn applikabbli, id-dritt nazzjonali użati sabiex jiġi ddeterminat x’jikkostitwixxi “arma kontroversjali”.

Il-perċentwal medju ponderat tal-komponenti tal-parametru referenzjarju fis-settur tal-armi kontroversjali.

Il-perċentwal medju ponderat tal-komponenti tal-parametru referenzjarju fis-settur tat-tabakk.

L-għadd ta’ komponenti tal-parametru referenzjarju soġġetti għall-ksur soċjali (l-għadd assolut u l-għadd relattiv diviżi bil-komponenti tal-parametru referenzjarju), kif imsemmi fi trattati u konvenzjonijiet internazzjonali, fil-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti u, fejn applikabbli, fid-dritt nazzjonali.

L-esponiment tal-portafoll tal-parametru referenzjarju għall-kumpaniji mingħajr politiki ta’ diliġenza dovuta dwar kwistjonijiet indirizzati mill-Konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol minn 1 sa 8.

Il-medja ponderata tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi.

Il-proporzjon medju ponderat bejn il-membri nisa u rġiel tal-bordijiet.

Il-proporzjon medju ponderat ta’ inċidenti, feriti, fatalitajiet.

L-għadd ta’ kundanni u l-ammont ta’ multi għall-ksur tal-liġijiet kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim.

Governanza

Il-klassifikazzjoni medja ponderata tal-governanza tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva).

Il-perċentwal medju ponderat tal-membri tal-bordijiet li huma indipendenti.

Il-proporzjon medju ponderat tal-membri tal-bordijiet nisa.

Taqsima 2

INTROJTU FISS

FATTURI ESG

DIVULGAZZJONIJIET

Fatturi ESG ikkombinati

Il-klassifikazzjoni ESG medja ponderata tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva).

Il-klassifikazzjoni ESG kumplessiva tal-10 komponenti prinċipali tal-parametru referenzjarju skont il-ponderazzjoni fil-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva).

Ambjentali

Il-klassifikazzjoni ambjentali medja ponderata tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva).

L-esponiment tal-portafoll tal-parametru referenzjarju għall-enerġija rinnovabbli kif imkejjel skont l-infiq kapitali (CapEx) f’dawk l-attivitajiet (bħala sehem tal-CapEx totali mill-kumpaniji tal-enerġija inklużi fil-portafoll) (fuq bażi fakultattiva).

L-esponiment tal-portafoll tal-parametru referenzjarju għar-riskji fiżiċi relatati mal-klima, li jkejjel l-effetti ta’ avvenimenti estremi tat-temp fuq l-operat u l-produzzjoni tal-kumpaniji jew fuq l-istadji differenti tal-katina ta’ provvista (abbażi tal-esponiment tal-emittent) (fuq bażi fakultattiva).

Il-grad tal-esponiment tal-portafoll għas-setturi elenkati fit-Taqsimiet minn A sa H u t-Taqsima L tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 bħala perċentwal tal-piż totali fil-portafoll.

L-intensità GHG tal-parametru referenzjarju.

Il-perċentwal tal-emissjonijiet rrapportati vis-à-vis dawk stmati.

L-esponiment tal-portafoll tal-parametru referenzjarju għall-kumpaniji li l-attivitajiet tagħhom jaqgħu taħt id-Diviżjonijiet minn 05 sa 09, 19 u 20 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Il-perċentwal ta’ bonds ħodor fil-portafoll tal-parametru referenzjarju.

Soċjali

Il-klassifikazzjoni soċjali medja ponderata tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva).

It-trattati u l-konvenzjonijiet internazzjonali, il-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti jew, fejn applikabbli, id-dritt nazzjonali użati sabiex jiġi ddeterminat x’jikkostitwixxi “arma kontroversjali”.

Il-perċentwal medju ponderat tal-komponenti tal-parametru referenzjarju fis-settur tal-armi kontroversjali.

Il-perċentwal medju ponderat tal-komponenti tal-parametru referenzjarju fis-settur tat-tabakk.

L-għadd ta’ komponenti tal-parametru referenzjarju soġġetti għall-ksur soċjali (l-għadd assolut u l-għadd relattiv diviżi bil-komponenti tal-parametru referenzjarju), kif imsemmi fi trattati u konvenzjonijiet internazzjonali, fil-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti jew, fejn applikabbli, fid-dritt nazzjonali.

L-esponiment tal-portafoll tal-parametru referenzjarju għall-kumpaniji mingħajr politiki ta’ diliġenza dovuta dwar kwistjonijiet indirizzati mill-Konvenzjonijiet minn 1 sa 8 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol.

Il-medja ponderata tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi.

Il-proporzjon medju ponderat bejn il-membri nisa u rġiel tal-bordijiet.

Il-proporzjon medju ponderat ta’ inċidenti, feriti, fatalitajiet.

L-għadd ta’ kundanni u l-ammont ta’ multi għall-ksur tal-liġijiet kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim.

Governanza

Il-klassifikazzjoni medja ponderata tal-governanza tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva).

Taqsima 3

DEJN SOVRAN

FATTURI ESG

DIVULGAZZJONIJIET

Fatturi ESG ikkombinati

Il-klassifikazzjoni ESG medja ponderata tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva).

Il-klassifikazzjoni ESG kumplessiva tal-10 komponenti prinċipali tal-parametru referenzjarju skont il-ponderazzjoni fil-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva).

Il-perċentwal ta’ kumpaniji tal-ġestjoni tal-fondi sottostanti li ntrabtu bi standards internazzjonali.

Ambjentali

Il-klassifikazzjoni ambjentali medja ponderata tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva).

L-esponiment tal-portafoll tal-parametru referenzjarju għar-riskji fiżiċi relatati mal-klima, li jkejjel l-effetti ta’ avvenimenti estremi tat-temp fuq l-operat u l-produzzjoni tal-kumpaniji jew fuq l-istadji differenti tal-katina ta’ provvista (abbażi tal-esponiment tal-emittent) (fuq bażi fakultattiva).

L-ewwel għaxar u l-aħħar għaxar komponenti skont l-esponiment għal riskji fiżiċi relatati mal-klima (fuq bażi fakultattiva).

L-intensità GHG tal-parametru referenzjarju.

Il-perċentwal tal-emissjonijiet rrapportati vis-à-vis dawk stmati.

Il-perċentwal ta’ bonds ħodor fil-portafoll tal-parametru referenzjarju.

Soċjali

Il-klassifikazzjoni soċjali medja ponderata tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva).

L-għadd ta’ komponenti tal-parametru referenzjarju soġġetti għall-ksur soċjali (l-għadd assolut u l-għadd relattiv diviżi bil-komponenti tal-parametru referenzjarju), kif imsemmi fi trattati u konvenzjonijiet internazzjonali, fil-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti u, fejn applikabbli, fid-dritt nazzjonali.

Il-prestazzjoni medja tal-emittenti fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem (inkluż indikatur kwantitattiv u l-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat).

Il-punteġġ medju tal-inugwaljanza fl-introjtu, li jkejjel id-distribuzzjoni tal-introjtu u l-inugwaljanza ekonomika fost il-parteċipanti f’ekonomija partikolari (inkluż indikatur kwantitattiv u l-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat).

Il-punteġġ medju tal-libertà ta’ espressjoni li jkejjel sa fejn l-organizzazzjonijiet politiċi u ċivili tas-soċjetà jistgħu joperaw liberament (inkluż indikatur kwantitattiv u l-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat).

Governanza

Il-klassifikazzjoni medja ponderata tal-governanza tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva).

Il-punteġġ medju tal-korruzzjoni li jkejjel il-livell perċepit ta’ korruzzjoni fis-settur pubbliku (inkluż indikatur kwantitattiv u l-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat).

Il-punteġġ medju tal-istabbiltà politika, li jkejjel il-probabbiltà li r-reġim attwali se jitneħħa mill-poter bl-użu tal-forza (inkluż indikatur kwantitattiv u l-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat).

Il-punteġġ medju tal-istat tad-dritt, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ korruzzjoni, ir-rispett għad-drittijiet fundamentali, u l-istat tal-ġustizzja ċivili u kriminali (inkluż indikatur kwantitattiv u l-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat).

Taqsima 4

KOMODITÀ

FATTURI ESG

DIVULGAZZJONIJIET

Ambjentali

Il-grad ta’ esponiment tal-komoditajiet sottostanti għar-riskji fiżiċi relatati mal-klima, li jkejjel l-effetti ta’ avvenimenti estremi tat-temp fuq l-operat u l-produzzjoni tal-kumpaniji jew fuq l-istadji differenti tal-katina ta’ provvista (baxx, moderat jew għoli) (fuq bażi fakultattiva).

Il-metodoloġija użata biex jiġu kkalkulati r-riskji fiżiċi relatati mal-klima (fuq bażi fakultattiva).

Il-grad ta’ esponiment tal-komoditajiet sottostanti għar-riskji b’rabta mat-tranżizzjoni klimatika, li jkejjel l-impatti finanzjarji li jirriżultaw mill-effetti tal-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju (baxx, moderat jew għoli).

Soċjali

Il-grad ta’ esponiment tal-komoditajiet sottostanti għar-riskji soċjali (baxx, moderat jew għoli).

Governanza

Il-grad ta’ esponiment tal-komoditajiet sottostanti għar-riskji ta’ governanza (baxx, moderat jew għoli).

Il-punteġġ medju tal-istat tad-dritt, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ korruzzjoni, ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-istat tal-ġustizzja ċivili u kriminali (inkluż indikatur kwantitattiv u l-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat).

Taqsima 5

OĦRAJN

FATTURI ESG

DIVULGAZZJONIJIET

Fatturi ESG ikkombinati

Il-klassifikazzjoni ESG medja ponderata tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva).

Ambjentali

Il-klassifikazzjoni ambjentali medja ponderata tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva).

Il-grad tal-esponiment tal-portafoll għall-opportunitajiet relatati mal-klima, li jkejjel l-opportunitajiet ta’ investiment relatati ma’ soluzzjonijiet ta’ investiment ġodda u innovanti marbutin mat-tibdil fil-klima (fuq bażi fakultattiva).

L-intensità GHG tal-parametru referenzjarju.

Il-grad tal-esponiment tal-portafoll għas-setturi elenkati fit-Taqsimiet minn A sa H u t-Taqsima L tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 bħala perċentwal tal-piż totali fil-portafoll.

Soċjali

Il-klassifikazzjoni soċjali medja ponderata għall-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva).

It-trattati u l-konvenzjonijiet internazzjonali, il-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti jew, fejn applikabbli, id-dritt nazzjonali użati sabiex jiġi ddeterminat x’jikkostitwixxi “arma kontroversjali”.

Il-perċentwal medju ponderat tal-komponenti tal-parametru referenzjarju fis-settur tal-armi kontroversjali.

Il-perċentwal medju ponderat tal-komponenti tal-parametru referenzjarju fis-settur tat-tabakk.

Governanza

Il-klassifikazzjoni medja ponderata tal-governanza tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva).

Il-perċentwal ta’ fondi sottostanti b’politiki ta’ ġestjoni tajba (stewardship) fis-seħħ, inklużi miżuri għall-ippjanar u l-ġestjoni tar-riżorsi.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (ĠU L 192 22.7.2011, p. 1).


3.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 406/12


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1817

tas-17 ta’ Lulju 2020

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut minimu tal-ispjegazzjoni dwar kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza huma riflessi fil-metodoloġija tal-parametru referenzjarju

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2a) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, approvat mill-Unjoni fil-5 ta’ Ottubru 2016 (2) (“il-Ftehim ta’ Pariġi”), għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rispons għat-tibdil fil-klima, fost mezzi oħra billi l-flussi ta’ investiment isiru konsistenti ma’ perkors lejn emissjonijiet baxxi ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u żvilupp reżiljenti għat-tibdil fil-klima.

(2)

Fil-11 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (3). Il-Patt Ekoloġiku Ewropea jirrappreżenta strateġija ġdida ta’ tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f’soċjetà ġusta u prospera, b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva fejn ma jkunx hemm emissjonijiet netti ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fl-2050 u fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. L-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew tirrikjedi li l-investituri jiġu offruti sinjali ċari u fit-tul biex jevitaw l-assi mhux rekuperabbli u biex iżidu l-finanzi sostenibbli.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2016/1011 jirrikjedi li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jispjegaw għal kull parametru referenzjarju fornut u ppubblikat, l-elementi ewlenin tal-metodoloġija tal-parametru referenzjarju, il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza (“ESG” - environmental, social and governance).

(4)

Modi differenti ta’ spjegazzjoni għal kull parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji kif l-elementi ewlenin tal-metodoloġija tal-parametru referenzjarju jirriflettu l-fatturi ESG, iwasslu għal nuqqas ta’ komparabbiltà bejn il-parametri referenzjarji u nuqqas ta’ ċarezza fir-rigward tal-ambitu u l-objettivi tal-fatturi ESG. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi stabbilit il-kontenut minimu ta’ dawn l-ispjegazzjonijiet kif ukoll mudell li għandu jintuża.

(5)

Sabiex l-informazzjoni għall-investituri tiġi adattata aħjar, ir-rekwiżit li jiġi spjegat kif l-elementi ewlenin tal-metodoloġija jirriflettu l-fatturi ESG għal kull parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji pprovduti u ppubblikati għandhom iqisu l-assi sottostanti li fuqhom huma bbażati l-parametri referenzjarji. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għall-parametri referenzjarji li ma għandhomx assi sottostanti li għandhom impatt fuq it-tibdil fil-klima bħall-parametri referenzjarji tar-rata tal-imgħax u l-parametri referenzjarji tal-kambju. Skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/1011, dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-parametri referenzjarji tal-komoditajiet.

(6)

Jenħtieġ li l-ispjegazzjoni dwar kif l-elementi ewlenin tal-metodoloġija tal-parametru referenzjarju jirriflettu l-fatturi ESG isiru b’valur medju ponderat aggregat, u jenħtieġ li ma jiġux żvelati għal kull kostitwent tal-parametri referenzjarji. Fejn rilevanti u xieraq, jenħtieġ li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jkunu jistgħu jipprovdu informazzjoni ESG addizzjonali.

(7)

Sabiex l-utenti tal-parametri referenzjarji jingħataw informazzjoni preċiża u aġġornata, jenħtieġ li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jaġġornaw l-informazzjoni pprovduta fil-mudell biex tirrifletti kwalunkwe bidla li ssir fil-metodoloġija, u jenħtieġ li jindikaw ir-raġuni u d-dati li fihom l-informazzjoni ġiet aġġornata.

(8)

Sabiex l-investituri jiġu pprovduti bi trasparenza massima, jenħtieġ li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jiddikjaraw b’mod ċar jekk isegwux objettivi ESG jew le,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Spjegazzjoni dwar kif il-fatturi ESG huma riflessi fil-metodoloġija tal-parametru referenzjarju

1.   L-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom jispjegaw, billi jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, liema mill-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) imsemmijin fl-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1816 (4) qiesu meta fasslu l-metodoloġija tal-parametru referenzjarju tagħhom. Għandhom jispjegaw ukoll kif dawk il-fatturi huma riflessi fl-elementi ewlenin ta’ dik il-metodoloġija, inkluż għall-għażla tal-assi sottostanti, il-fatturi ta’ ponderazzjoni, il-metriċi u l-prokuri.

Ir-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-parametri referenzjarji tal-komoditajiet.

2.   Għall-parametri referenzjarji individwali, l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jistgħu, minflok ma jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-mudell stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, jissostitwixxu dik l-informazzjoni b’iperlink fl-ispjegazzjoni fornuta, għal sit web li jkun fih dik l-informazzjoni kollha.

3.   Fil-każijiet fejn il-parametri referenzjarji jamalgamaw tipi differenti ta’ assi sottostanti, l-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom jispjegaw kif il-fatturi ESG huma riflessi għal kull wieħed mill-assi sottostanti rilevanti.

4.   Fl-ispjegazzjoni, l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jistgħu jinkludu fatturi ESG addizzjonali u informazzjoni relatata.

5.   L-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom jiddikjaraw b’mod ċar, fl-ispjegazzjoni mogħtija jekk isegwux objettivi ESG jew le.

6.   L-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom jinkludu fl-ispjegazzjoni pprovduta referenza għas-sorsi tad-data u l-istandards użati għal kull fattur ESG divulgat.

Artikolu 2

Aġġornament tal-ispjegazzjoni provduta

L-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom jaġġornaw l-ispjegazzjoni pprovduta kull meta l-metodoloġija tal-parametru referenzjarju tinbidel, u fi kwalunkwe każ fuq bażi annwali. Huma għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet għall-aġġornament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841 tal-5 ta’ Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 1).

(3)  COM(2019) 640 final.

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1816 tas-17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispjegazzjoni fid-dikjarazzjoni tal-parametru referenzjarju ta’ kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza huma riflessi f’kull parametru referenzjarju pprovdut u ppubblikat (Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

MUDELL BIEX JIĠI SPJEGAT KIF L-ELEMENTI EWLENIN TAL-METODOLOĠIJA TAL-PARAMETRU REFERENZJARJU JIRRIFLETTU FATTURI AMBJENTALI, SOĊJALI U GOVERNATTIVI (ESG)

SPJEGAZZJONI TA’ KIF IL-FATTURI ESG HUMA RIFLESSI FL-ELEMENTI EWLENIN TAL-METODOLOĠIJA TAL-PARAMETRU REFERENZJARJU

Entrata 1. Isem l-amministratur tal-parametru referenzjarju.

 

Entrata 2. Tip ta’ parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji.

Agħżel l-assi sottostanti rilevanti mil-lista pprovduta fl-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1816

 

Entrata 3. Isem il-parametru referenzjarju jew tal-familja ta’ parametri referenzjarji.

 

Entrata 4. Il-metodoloġija tal-parametru referenzjarju għall-parametru referenzjarju jew għall-familja ta’ parametri referenzjarji tqis il-fatturi ESG?

☐ Iva ☐ Le

Entrata 5. Jekk it-tweġiba għall-Entrata 4 hija iva, jekk jogħġbok niżżel hawn taħt, għal kull familja ta’ parametri referenzjarji, dawk il-fatturi ESG li huma meqjusa fil-metodoloġija tal-parametru referenzjarju, bil-kunsiderazzjoni tal-fatturi ESG elenkati fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1816.

Jekk jogħġbok spjega kif dawk il-fatturi ESG jintużaw għall-għażla, il-ponderazzjoni jew l-esklużjoni tal-assi sottostanti.

Il-fatturi ESG għandhom jiġu divulgati f’valur medju ponderat aggregat fil-livell tal-familja ta’ parametri referenzjarji.

(a)

Lista ta’ fatturi ambjentali meqjusa:

Għażla, ponderazzjoni jew esklużjoni:

(b)

Lista ta’ fatturi soċjali kkunsidrati:

Għażla, ponderazzjoni jew esklużjoni:

(c)

Lista ta’ fatturi ta’ governanza meqjusa:

Għażla, ponderazzjoni jew esklużjoni:

Entrata 6. Jekk it-tweġiba għall-Entrata 4 hija iva, jekk jogħġbok niżżel hawn taħt, għal kull parametru referenzjarju, dawk il-fatturi ESG li huma meqjusa fil-metodoloġija tal-parametru referenzjarju, bil-kunsiderazzjoni tal-fatturi ESG elenkati fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1816 skont l-assi sottostanti rilevanti konċernat.

Jekk jogħġbok spjega kif dawk il-fatturi ESG jintużaw għall-għażla, il-ponderazzjoni jew l-esklużjoni tal-assi sottostanti.

Il-fatturi ESG ma għandhomx jiġu divulgati għal kull kostitwent tal-parametru referenzjarju, iżda għandhom jiġu divulgati f’valur medju ponderat aggregat tal-parametru referenzjarju.

Alternattivament, din l-informazzjoni kollha tista’ tingħata fil-forma ta’ iperlink għal sit web tal-amministratur tal-parametru referenzjarju inkluż f’din l-ispjegazzjoni. L-informazzjoni fuq is-sit web għandha tkun faċilment disponibbli u aċċessibbli. L-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ppubblikata fuq is-sit web tagħhom tibqa’ disponibbli għal ħames snin.

(a)

Lista ta’ fatturi ambjentali meqjusa:

Għażla, ponderazzjoni jew esklużjoni:

(b)

Lista ta’ fatturi soċjali kkunsidrati:

Għażla, ponderazzjoni jew esklużjoni:

(c)

Lista ta’ fatturi ta’ governanza meqjusa:

Għażla, ponderazzjoni jew esklużjoni:

Iperlink għall-informazzjoni dwar il-fatturi ESG għal kull parametru referenzjarju:

 

Entrata 7. Data u standards użati

(a)

Input tad-data.

(i)

Iddeskrivi jekk id-data hijiex irrappurtata, immudellata jew esternalizzata internament jew esternament.

(ii)

Meta d-data tiġi rrappurtata, immudellata jew ipprovduta esternament, jekk jogħġbok semmi l-fornitur ta’ data tal-parti terza.

 

(b)

Verifika u kwalità tad-data.

Iddeskrivi kif tiġi vverifikata d-data u kif tiġi żgurata l-kwalità ta’ dik id-data.

 

(c)

Standards ta’ referenza

Iddeskrivi l-istandards internazzjonali użati fil-metodoloġija tal-parametru referenzjarju.

 

Id-data dwar liema informazzjoni ġiet aġġornata l-aħħar u r-raġuni għall-aġġornament:

 


3.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 406/17


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1818

tas-17 ta’ Lulju 2020

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards minimi għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19a(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Pariġi, adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima approvat mill-Unjoni fit-5 ta’ Ottubru 2016 (2) (“il-Ftehim ta’ Pariġi”), għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rispons għat-tibdil fil-klima, billi jippermetti fost oħrajn li l-flussi ta’ investiment jkunu konformi ma’ perkors lejn emissjonijiet baxxi ta’ gassijiet serra u żvilupp reżiljenti għat-tibdil fil-klima.

(2)

Fil-11 ta’ Diċembru 2019 il-Kummissjoni adottat il-komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (3). Il-Patt Ekoloġiku Ewropew huwa strateġija ġdida ta’ tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f’soċjetà ġusta u prospera, b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva fejn fl-2050 ma jkunx hemm emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra u fejn it-tkabbir ekonomiku ma jkunx marbut mal-użu tar-riżorsi. L-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew tirrikjedi li l-investituri jiġu offruti sinjali ċari u fit-tul biex jevitaw l-assi mhux rekuperabbli u biex iżidu l-finanzi sostenibbli.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2016/1011 jistabbilixxi l-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi. Il-metodoloġija ta’ dawn il-parametri referenzjarji hija bbażata fuq l-impenji stabbiliti fil-Ftehim ta’ Pariġi. Jeħtieġ li jiġu speċifikati l-istandards minimi applikabbli għaż-żewġ tipi ta’ parametri referenzjarji. Il-parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi jsegwu objettivi simili iżda jvarjaw fil-livell ta’ ambizzjoni tagħhom. Għalhekk, il-biċċa l-kbira tal-istandards minimi jenħtieġ li jkunu komuni għaż-żewġ tipi ta’ parametri referenzjarji, iżda l-limiti stabbiliti jenħtieġ li jvarjaw skont it-tip ta’ parametru referenzjarju.

(4)

Bħalissa ma hemmx biżżejjed data biex tiġi vvalutata l-impronta tal-karbonju li tirriżulta minn deċiżjonijiet li jittieħdu minn entitajiet sovrani. Għalhekk, jenħtieġ li l-ħruġ ibbażat fuq is-sovranità ma jkunx il-kostitwenti eliġibbli tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi.

(5)

Peress li l-metodoloġija tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi hija bbażata fuq l-impenji stabbiliti fil-Ftehim ta’ Pariġi, jeħtieġ li jintuża x-xenarju ta’ 1,5 °C, mingħajr l-ebda eċċess jew inkella eċċess limitat, imsemmi fir-Rapport Speċjali dwar it-Tisħin Globali ta’ 1,5 °C mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC, Intergovernmental Panel on Climate Change) (4) (“ix-xenarju tal-IPCC”). Dan ix-xenarju tal-IPCC huwa konformi mal-objettiv tal-Kummissjoni li tilħaq emissjonijiet żero netti ta’ gassijiet serra (GHG) sal-2050, kif stabbilit fil-Patt Ekoloġiku Ewropew. Sabiex ikun hemm konformità max-xenarju tal-IPCC, jenħtieġ li l-investimenti jiġu riallokati minn attivitajiet dipendenti fuq il-fjuwils fossili għal attivitajiet ekoloġiċi jew rinnovabbli, u l-impatt fuq il-klima ta’ dawn l-investimenti jenħtieġ jitjieb sena wara sena.

(6)

Is-setturi elenkati fit-Taqsimiet minn A sa H u t-Taqsima L tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), inklużi s-setturi taż-żejt, tal-gass, tal-minjieri u tat-trasport, huma setturi li jikkontribwixxu ħafna għat-tibdil fil-klima. Biex ikun żgurat li l-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi jipprovdu stampa realistika tal-ekonomija reali, inkluża dik ta’ setturi li jenħtieġ li jnaqqsu b’mod attiv l-emissjonijiet tal-GHG biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi, l-esponiment ta’ dawn il-parametri referenzjarji għal dawn is-setturi ma għandux ikun inqas mill-esponiment tal-univers tal-investimenti sottostanti tagħhom. Madankollu, dan ir-rekwiżit jenħtieġ li japplika biss għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u għall-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi li jkunu parametri referenzjarji ta’ ekwità, sabiex jiġi żgurat li l-investituri tal-ekwità li jappoġġaw l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi jżommu l-influwenza tagħhom, permezz tal-impenn u tal-vot, fuq it-tranżizzjoni tal-kumpanija lejn attivitajiet aktar sostenibbli.

(7)

Jenħtieġ li l-kalkolu tal-emissjonijiet tal-GHG jkun komparabbli u konsistenti. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar kemm-il darba dawn il-kalkoli jenħtieġ li jiġu aġġornati u, fejn applikabbli, dwar il-munita li għandha tintuża.

(8)

Id-dekarbonizzazzjoni bbażata biss fuq l-Ambitu 1 u l-Ambitu 2 tal-emissjonijiet tal-GHG tista’ twassal għal riżultati kontrointuwittivi. Għaldaqstant jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-istandards minimi għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi ma għandhomx iqisu biss l-emissjonijiet diretti mill-kumpaniji, iżda wkoll l-emissjonijiet ivvalutati abbażi taċ-ċiklu tal-ħajja biex b’hekk jinkludu l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3. Madankollu, minħabba l-kwalità insuffiċjenti tad-data attwalment disponibbli għall-emissjonjiet tal-GHG tal-Ambitu 3, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita skeda ta’ żmien xierqa għall-introduzzjoni gradwali u li jiġi permess l-użu ta’ riżervi ta’ fjuwils fossili għal perijodu limitat ta’ żmien. Din l-iskeda ta’ żmien għall-intorduzzjoni gradwali għandha tkun ibbażata fuq il-lista ta’ attivitajiet ekonomiċi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

(9)

L-amministraturi tal-parametri referenzjarji jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jagħtu aktar piż lill-kumpaniji abbażi tal-għanijiet ta’ dekarbonizzazzjoni stabbiliti minn dawn il-kumpaniji. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi relatati mal-miri ta’ dekarbonizzazzjoni rrappurtati minn kumpaniji individwali.

(10)

Il-parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi jenħtieġ li juru li huma kapaċi jiddekarbonizzaw ruħhom minn sena għall-oħra. Din it-trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni minima jenħtieġ li tiġi kkalkulata billi jintuża x-xenarju tal-IPCC. Barra minn hekk, sabiex jiġi evitat il-greenwashing, jenħtieġ li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet biex issir devjazzjoni mit-trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni u l-kundizzjonijiet għad-dritt li il-parametru referenzjarju jibqa’ jingħata t-tikketta ta’ Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew ta’ Parametru Referenzjarju tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi.

(11)

Il-parametru ewlieni għall-kalkolu tat-trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni jenħtieġ li jkun l-intensità tal-GHG, peress li dan il-parametru jiżgura l-komparabbiltà bejn is-setturi u ma jkunx preġudikat favur settur partikolari jew ikun kontrih. Biex tiġi kkalkulata l-intensità tal-GHG, tkun meħtieġa l-kapitalizzazzjoni tas-suq tal-kumpanija kkonċernata. Madankollu, fejn il-parametri referenzjarji japplikaw għal strumenti korporattivi b’introjtu fiss, il-kapitalizzazzjoni tas-suq tista’ ma tkunx disponibbli għal kumpaniji li ma għandhomx titoli ta’ ekwità elenkati. Għaldaqstant jenħtieġ li jiġi stabbilit li fejn il-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew il-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi japplikaw għal strumenti korporattivi b’introjtu fiss, jenħtieġ li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jitħallew jużaw l-emissjonijiet tal-GHG kkalkulati fuq bażi assoluta, aktar milli abbażi tal-intensità tal-GHG.

(12)

Sabiex jiġu żgurati l-komparabbiltà u l-konsistenza tad-data dwar l-emissjonijiet tal-GHG, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar kif għandhom jiġu kkalkulati l-bidliet fl-intensità tal-GHG jew fl-emissjonijiet tal-GHG assoluti.

(13)

L-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi jirrikjedi li kemm il-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE kif ukoll il-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi jkollhom tnaqqis ta’ referenza, bħala perċentwal, fl-esponiment għall-assi b’intensità ta’ GHG meta mqabbla mal-parametri referenzjarji standard tagħhom jew mal-univers tal-investiment sottostanti. Madankollu, jenħtieġ li dan it-tnaqqis perċentwali jkun aktar sinifikanti għall-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, li, min-natura tagħhom, huma aktar ambizzjużi mill-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE.

(14)

Jenħtieġ li l-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi ma jikkontribwixxux għall-promozzjoni ta’ investimenti fl-istrumenti finanzjarji maħruġa minn kumpaniji li jiksru l-istandards globali bħall-Prinċipji tal-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNGC, United Nations Global Compact). Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji ta’ esklużjoni speċifiċi li huma bbażati fuq kunsiderazzjonijiet relatati mal-klima jew ma’ kunsiderazzjonijiet oħra ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG). Il-parametri referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jenħtieġ li jikkonformaw ma’ dawn il-kriterji ta’ esklużjoni sal-31 ta’ Diċembru 2022, skont l-iskeda ta’ żmien stabbilita fir-Regolament (UE) 2016/1011.

(15)

Sabiex jiġu appoġġati t-tnaqqis fl-użu tas-sorsi ta’ enerġija li jniġġsu u t-tranżizzjoni xierqa għal dawk rinnovabbli, huwa xieraq ukoll li l-kumpaniji li jdaħħlu aktar minn perċentwal stabbilit tal-introjtu tagħhom mill-faħam, miż-żejt jew mill-gass jiġu esklużi mill-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi. Il-bidliet fis-sehem ta’ dawn is-sorsi tal-enerġija mill-provvista globali tal-enerġija primarja mill-2020 sal-2050, kif mistenni fix-xenarju tal-IPCC, jenħtieġ li jitqiesu biex jiġu stabbiliti dawn l-esklużjonijiet speċifiċi. B’mod partikolari, skont it-Tabella 2.6 tar-Rapport Speċjali tal-IPCC dwar tisħin globali ta’ 1,5 °C, bejn l-2020 u l-2050, l-użu tal-faħam huwa mistenni li jonqos bejn 57 % u 99 % u l-użu taż-żejt bejn 9 % u 93 %, filwaqt li l-użu tal-gass huwa mistenni li jiżdied b’85 % jew li jinżel bi 88 %. Il-gass jista’ jintuża matul it-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, b’mod partikolari bħala sostituzzjoni għall-faħam, li jispjega l-firxa wiesgħa mistennija ta’ evoluzzjoni tiegħu, għalkemm it-tnaqqis medjan mistenni tal-użu tiegħu huwa ta’ 40 %. Għall-istess raġuni, huwa meħtieġ li jiġu esklużi l-kumpaniji li jdaħħlu aktar minn perċentwal stabbilit tal-introjtu tagħhom mill-attivitajiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku.

(16)

Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza għall-metodoloġija użata għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u għall-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar id-divulgazzjonijiet meħtieġa li għandhom x’jaqsmu mat-trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni u s-sorsi tad-data għaż-żewġ kategoriji ta’ parametri referenzjarji. Għall-istess raġuni, huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta’ divulgazzjoni għall-amministraturi tal-parametri referenzjarji li jużaw stimi għad-data marbutin mal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, kemm jekk ipprovduti minn fornituri tad-data esterni u kemm jekk le.

(17)

Sabiex tiġi appoġġata l-armonizzazzjoni tal-metodoloġija għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar il-kwalità u l-akkuratezza tas-sorsi tad-data,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG)” tfisser emissjonijiet tal-gassijiet serra kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (1) tar-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(b)

“emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) assoluti” tfisser tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO 2, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (7) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

(c)

“intensità tal-gassijiet serra (GHG)” tfisser l-emissjonijiet tal-GHG assoluti diviżi bil-valur tal-intrapriża, inklużi l-flus, f’miljuni ta’ Euro;

(d)

“valur tal-intrapriża inklużi l-flus” jew “EVIC (enterprise value including cash)” tfisser is-somma, fi tmiem is-sena fiskali, tal-kapitalizzazzjoni tas-suq ta’ ishma ordinarji, tal-kapitalizzazzjoni tas-suq ta’ ishma privileġġati, u l-valur kontabilistiku ta’ dejn totali u tal-interessi nonkontrollanti, mingħajr it-tnaqqis ta’ flus jew ekwivalenti ta’ flus;

(e)

“univers tal-investimenti” tfisser il-ġabra tal-istrumenti kollha ta’ investiment fi klassi ta’ assi partikolari jew grupp ta’ klassijiet ta’ assi;

(f)

“sena bażi” tfisser l-ewwel waħda minn serje ta’ snin f’parametru referenzjarju.

KAPITOLU II

STANDARDS MINIMI GĦAT-TFASSIL TAL-METODOLOĠIJA TAL-PARAMETRI REFERENZJARJI

TAQSIMA 1

STANDARDS MINIMI KOMUNI GĦALL-PARAMETRI REFERENZJARJI TAT-TRANŻIZZJONI KLIMATIKA TAL-UE U L-PARAMETRI REFERENZJARJI TAL-UE ALLINJATI MAL-FTEHIM TA’ PARIĠI

Artikolu 2

Ix-xenarju tat-temperatura ta’ referenza

L-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jużaw ix-xenarju ta’ 1,5 °C, mingħajr l-ebda eċċess jew inkella eċċess limitat, imsemmi fir-Rapport Speċjali dwar it-Tisħin Globali ta’ 1,5 °C mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC, Intergovernmental Panel on Climate Change) bħala x-xenarju tat-temperatura ta’ referenza biex ifasslu l-metodoloġija biex isawru dawn il-parametri referenzjarji.

Artikolu 3

Restrizzjonijiet għall-allokazzjoni tal-ekwità

Il-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi li huma bbażati fuq titoli ta’ ekwità elenkati f’suq pubbliku fl-Unjoni jew f’ġuriżdizzjoni oħra, għandhom ikollhom esponiment aggregat għas-setturi elenkati fit-Taqsimiet minn A sa H u t-Taqsima L tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 li jkun mill-inqas ekwivalenti għall-esponiment aggregat tal-univers tal-investimenti sottostanti ta’ dawn is-setturi.

Artikolu 4

Il-kalkolu tal-intensità tal-GHG jew tal-emissjonijiet tal-GHG assoluti

1.   L-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jikkalkulaw l-intensità tal-GHG, jew fejn applikabbli, l-emissjonijiet tal-GHG assoluti ta’ dawk il-parametri referenzjarji li jużaw l-istess munita għall-assi sottostanti kollha tagħhom.

2.   L-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jikkalkulaw mill-ġdid l-intensità tal-GHG u l-emissjonijiet tal-GHG assoluti ta’ dawn il-parametri referenzjarji fuq bażi annwali.

Artikolu 5

L-introduzzjoni gradwali tad- data dwar l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3 fil-metodoloġija tal-paramentri referenzjarji

1.   Il-metodoloġija tal-parametri referenzjarji għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew il-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jinkludu d-data dwar l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3 b’dan il-mod:

(a)

Mit-23 ta’ Diċembru 2020, id-data dwar l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3 għal mill-inqas is-setturi tal-enerġija u tat-tħaffir fil-minjieri msemmijin fid-Diviżjonijiet minn 05 sa 09, 19 u 20 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006;

(b)

fi żmien sentejn mit-23 ta’ Diċembru 2020, id-data dwar l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3 għal mill-anqas is-setturi tat-trasport, tal-kostruzzjoni, tal-bini, tal-materjali u s-setturi industrijali msemmijin fid-Diviżjonijiet minn 10 sa 18, minn 21 sa 33, 41, 42 u 43, minn 49 sa 53 u d-Diviżjoni 81 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006;

(c)

fi żmien erba’ snin mit-23 ta’ Diċembru 2020, id-data dwar l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3 għas-setturi l-oħrajn kollha msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (a), mit-23 ta’ Diċembru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi jistgħu jużaw riżervi tal-fjuwils fossili, meta juru li ma jistgħux jikkalkulaw u lanqas jagħtu stima tad-data dwar l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3.

Artikolu 6

Il-kumpaniji li jistipulaw u jippubblikaw il-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG.

L-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi jistgħu jżidu f’dawn il-parametri referenzjarji il-piż mogħti lill-emittenti tat-titoli kostitwenti li jistabbilixxu u jippubblikaw il-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-emittenti tat-titoli kostitwenti jippubblikaw b’mod konsistenti u bir-reqqa l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambiti 1, 2 u 3;

(b)

l-emittenti tat-titoli kostitwenti jkunu naqqsu l-intensità tal-GHG tagħhom jew, fejn applikabbli, l-emissjonijiet tal-GHG assoluti tagħhom, inkluż l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambiti 1, 2 u 3 b’medja ta’ mill-inqas 7 % fis-sena għal mill-inqas tliet snin konsekuttivi.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3 għandhom jinftiehmu f’konformità mal-perjodu ta’ implimentazzjoni gradwali stabbilit fl-Artikolu 5.

Artikolu 7

L-istabbiliment tat-trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni

1.   It-trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u għall-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandu jkollha l-miri li ġejjin:

(a)

għat-titoli ta’ ekwità elenkati f’suq pubbliku fl-Unjoni jew f’ġuriżdizzjoni oħra, tnaqqis ta’ mill-inqas 7 % tal-intensità tal-GHG bħala medja fis-sena;

(b)

għat-titoli ta’ dejn minbarra dawk maħruġa minn emittent sovran, fejn l-emittent ta’ dawn it-titoli tad-dejn ikollu titoli ta’ ekwità li huma elenkati f’suq pubbliku fl-Unjoni jew f’ġuriżdizzjoni oħra, tnaqqis ta’ mill-inqas 7 % fl-intensità tal-GHG bħala medja fis-sena jew tnaqqis ta’ mill-inqas 7 % tal-emissjonijiet tal-GHG assoluti bħala medja fis-sena;

(c)

għat-titoli ta’ dejn minbarra dawk maħruġa minn emittent sovran, fejn l-emittent ta’ dawn it-titoli ta’ dejn ma jkollux titoli ta’ ekwità li huma elenkati f’suq pubbliku fl-Unjoni jew f’ġuriżdizzjoni oħra, tnaqqis ta’ mill-inqas 7 % tal-emissjonijiet tal-GHG assoluti bħala medja fis-sena.

2.   Il-miri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkalkulati b’mod ġeometriku u dan ifisser li t-tnaqqis minimu annwali ta’ 7 % tal-intensità tal-GHG jew tal-emissjonijiet tal-GHG assoluti għas-sena “n” għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-intensità tal-GHG jew tal-emissjonijiet tal-GHG assoluti għas-sena n-1, fi progressjoni ġeometrika mis-sena bażi.

3.   Meta l-EVIC medju tat-titoli kostitwenti tal-parametru referenzjarju jkun żdied jew naqas matul l-aħħar sena kalendarja, l-EVIC ta’ kull kostitwent għandu jiġi aġġustat billi jiġi diviż b’fattur ta’ aġġustament għall-inflazzjoni tal-valur tal-intrapriża. Dan il-fattur ta’ aġġustament għall-inflazzjoni tal-valur tal-intrapriża għandu jiġi kkalkulat billi jiġi diviż l-EVIC medju tal-kostitwenti tal-parametru referenzjarju fi tmiem is-sena kalendarja bl-EVIC medju tal-kostitwenti tal-parametru referenzjarju fi tmiem is-sena kalendarja preċedenti.

4.   L-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, għal kull sena li fiha l-miri stabbiliti fil-paragrafu 1 ma jintlaħqux, għandhom jagħtu kumpens għal dawk il-miri li ma ntlaħqux billi jaġġustaw ’l fuq il-miri tat-trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni tagħhom għas-sena ta’ wara.

5.   L-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi ma għandhomx jibqgħu jimmarkaw il-parametri referenzjarji tagħhom bħala tali meta:

(a)

il-miri stipulati fil-paragrafu 1 ma jintlaħqux f’sena partikolari u l-miri li ma jintlaħqux ma jiġux ikkumpensati fis-sena ta’ wara; jew

(b)

il-miri stabbiliti fil-paragrafu 1 ma jintlaħqux fi tliet okkażjonijiet waqt kwalunkwe perjodu konsekuttiv ta’ 10 snin.

L-amministraturi tal-parametri referenzjarji jistgħu jerġgħu jimmarkaw parametru referenzjarju bħala Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew bħala Parametru Referenzjarju tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi meta dan il-parametru referenzjarju jissodisfa l-mira tat-trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni għal sentejn konsekuttivi wara li jitlef it-tikketta, dment li dan il-parametru referenzjarju ma jkunx tilef din it-tikketta darbtejn.

Artikolu 8

Bidla fl-intensità tal-GHG u fl-emissjonijiet tal-GHG assoluti

1.   Il-bidla fl-intensità tal-GHG jew fl-emissjonijiet tal-GHG assoluti għandha tiġi kkalkulata bħala l-bidla perċentwali bejn, fuq naħa waħda, l-intensità medja ponderata tal-GHG jew tal-emissjonijiet tal-GHG assoluti tal-kostitwenti kollha tal-Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew il-Parametru Referenzjarju tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi fl-aħħar tas-sena “n” u, min-naħa l-oħra, l-intensità medja ponderata tal-GHG jew tal-emissjonijiet tal-GHG assoluti tal-kostitwenti kollha tal-paramentri referenzjarji fl-aħħar tas-sena n-1.

2.   L-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom jużaw sena bażi ġdida kull meta jseħħu bidliet sinifikanti fil-metodoloġija ta’ kalkolu tal-intensità tal-GHG jew tal-emissjonijiet tal-GHG assoluti.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, sena ta’ bażi ġdida għandha tfisser is-sena li fiha tiġi kkalkulata t-trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 7.

L-għażla ta’ sena bażi ġdida għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 7(5).

TAQSIMA 2

L-ISTANDARDS MINIMI GĦALL-PARAMETRI REFERENZJARJI TAT-TRANŻIZZJONI KLIMATIKA TAL-UE

Artikolu 9

It-tnaqqis ta’ referenza tal-intensità tal-GHG jew tal-emissjonijiet tal-GHG assoluti għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE.

L-intensità tal-GHG jew, fejn applikabbli, l-emissjonijiet tal-GHG assoluti għal Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE, inklużi l-Ambiti 1, 2 u 3 u l-emissjonijiet tal-GHG, għandhom ikunu mill-inqas 30 % inqas mill-intensità tal-GHG jew mill-emissjonijiet tal-GHG assoluti tal-univers tal-investimenti.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3 għandhom jinftiehmu f’konformità mal-perjodu ta’ implimentazzjoni gradwali stabbilit fl-Artikolu 5.

Artikolu 10

L-esklużjoni mill-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE

1.   L-amministraturi tal-Parametru Referenzjarju tat-Tranżazzjoni Klimatika tal-UE għandhom jiddivulgaw fil-metodoloġija tagħhom jekk jeskludux kumpaniji u kif jagħmlu dan.

2.   Sal-31 ta’ Diċembru 2022, l-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 12(1), il-punti (a), (b) u (c), u l-Artikolu 12(2).

TAQSIMA 3

L-ISTANDARDS MINIMI GĦALL-PARAMETRI REFERENZJARJI TAL-UE ALLINJATI MAL-FTEHIM TA’ PARIĠI

Artikolu 11

It-tnaqqis ta’ referenza tal-intensità tal-GHG jew tal-emissjonijiet tal-GHG assoluti għall-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-ftehim ta’ Pariġi.

L-intensità tal-GHG jew, fejn applikabbli, l-emissjonijiet tal-GHG assoluti għal Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-ftehim ta’ Pariġi, inklużi l-Ambiti 1, 2 u 3 u l-emissjonijiet tal-GHG, għandhom ikunu mill-inqas 50 % inqas mill-intensità tal-GHG jew mill-emissjonijiet tal-GHG assoluti tal-univers tal-investimenti.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3 għandhom jinftiehmu f’konformità mal-perjodu ta’ implimentazzjoni gradwali stabbilit fl-Artikolu 5.

Artikolu 12

L-esklużjoni mill-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-ftehim ta’ Pariġi

1.   L-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jeskludu l-kumpaniji kollha li ġejjin minn dawn il-parametri referenzjarji:

(a)

il-kumpaniji involuti fi kull attività relatata ma’ armi kontroversjali;

(b)

il-kumpaniji involuti fil-kultivazzjoni u l-produzzjoni tat-tabakk;

(c)

il-kumpaniji li l-amministraturi tal-parametru referenzjarju jaraw li jiksru l-prinċipji tal-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNGC) jew tal-Linji Gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) għall-Intrapriżi Multinazzjonali;

(d)

il-kumpaniji li jiksbu 1 % jew aktar tad-dħul tagħhom mill-esplorazzjoni, l-attivitajiet tal-minjieri, l-estrazzjoni, id-distribuzzjoni jew ir-raffinar tal-faħam u tal-linjite;

(e)

il-kumpaniji li jiksbu 10 % jew aktar tad-dħul tagħhom mill-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, id-distribuzzjoni jew ir-raffinar tal-karburanti taż-żejt kombustibbli;

(f)

il-kumpaniji li jiksbu 50 % jew aktar tad-dħul tagħhom mill-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, il-manifattura jew id-distribuzzjoni ta’ fjuwils gassużi;

(g)

il-kumpaniji li jiksbu 50 % jew aktar tad-dħul tagħhom mill-ġenerazzjoni tal-elettriku b’intensità tal-GHG ta’ aktar minn 100 g CO2 e/kWh.

Għall-finijiet tal-punt (a), armi kontroversjali għandhom ifissru armi kontroversjali kif imsemmi fit-trattati u l-konvenzjonijiet internazzjonali, fil-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti u, fejn applikabbli, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

2.   L-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jeskludu minn dawn il-parametri referenzjarji kwalunkwe kumpanija li tinstab jew li hija kkunsidrata minnhom jew mill-fornituri tad-data esterni bħala ta’ ħsara sinifikanti għal wieħed jew għal uħud mill-objettivi ambjentali msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), f’konformità mar-regoli dwar l-istimi stabbiliti fl-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jiddivulgaw fil-metodoloġija tal-parametru referenzjarju tagħhom kwalunkwe kriterju ta’ esklużjoni addizzjonali li jużaw u li huwa bbażat fuq fatturi relatati mal-klima jew fuq fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) oħra.

KAPITOLU III

TRASPARENZA U AKKURATEZZA

Artikolu 13

Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza għall-istimi

1.   Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/1011, l-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi li jużaw stimi li mhumiex ibbażati fuq data pprovduta minn fornitur tad-data estern, għandhom jifformalizzaw, jiddokumentaw u jippubblikaw il-metodoloġija li fuqha huma bbażati dawn l-stimi, inkluż:

(i)

l-approċċ li użaw biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet tal-GHG, u s-suppożizzjonijiet ewlenin u l-prinċipji ta’ prekawzjoni sottostanti għal dawn l-istimi;

(ii)

il-metodoloġija ta’ riċerka biex jiġu stmati l-emissjonijiet tal-GHG neqsin, mhux irrapportati, jew li ma jiġux irrapportati kollha;

(iii)

il-ġabriet tad-data esterni użati fl-istima tal-emissjonijiet tal-GHG neqsin, mhux irrapportati, jew li ma jiġux irrapportati kollha;

(b)

l-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi li jużaw stimi li huma bbażati fuq data pprovduta minn fornitur tad-data estern, għandhom jifformalizzaw, jiddokumentaw u jippubblikaw l-informazzjoni kollha li ġejja:

(i)

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur tad-data;

(ii)

il-metodoloġija użata u s-suppożizzjonijiet ewlenin u l-prinċipji ta’ prekawzjoni, fejn disponibbli;

(iii)

hyperlink għas-sit web tal-fornitur tad-data, u għall-metodoloġija rilevanti użata, fejn disponibbli.

2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 12(2), l-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi li jużaw stimi li mhumiex ibbażati fuq data pprovduta minn fornitur tad-data estern, għandhom jifformalizzaw, jiddokumentaw u jippubblikaw il-metodoloġija li fuqha huma bbażati dawn l-stimi, inkluż:

(i)

l-approċċ u l-metodoloġija ta’ riċerka użati u s-suppożizzjonijiet ewlenin u l-prinċipji ta’ prekawzjoni sottostanti għal dawn l-istimi;

(ii)

il-ġabriet ta’ data esterni użati fl-istima;

(b)

l-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi li jużaw stimi li huma bbażati fuq data pprovduta minn fornitur tad-data estern, għandhom jifformalizzaw, jiddokumentaw u jippubblikaw l-informazzjoni kollha li ġejja:

(i)

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur tad-data;

(ii)

il-metodoloġija użata u s-suppożizzjonijiet ewlenin u l-prinċipji ta’ prekawzjoni, fejn disponibbli;

(iii)

hyperlink għas-sit web tal-fornitur tad-data, u għall-metodoloġija rilevanti użata, fejn disponibbli.

Artikolu 14

Id-divulgazzjoni tat-trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni

L-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jifformalizzaw, jiddokumentaw u jippubblikaw it-trajettorji tad-dekarbonizzazzjoni ta’ dawn il-parametri referenzjarji, is-sena bażi użata biex jiġu ddeterminati dawn it-trajettorji tad-dekarbonizzazzjoni, u meta ma jintlaħqux il-miri stabbiliti fit-trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni, ir-raġunijiet għal dan in-nuqqas u l-passi li se jittieħdu biex tintlaħaq il-mira aġġustata msemmija fl-Artikolu 7(4).

Artikolu 15

L-akkuratezza tas-sorsi tad- data

1.   L-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jiżguraw li d-data dwar l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambiti 1, 2 u 3 tkun preċiża, skont standards globali jew Ewropej, bħall-Impronta Ambjentali tal-Prodotti (PEF, Product Environmental Footprint), il-metodi (9) tal-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjoni (OEF, Organisation Environmental Footprint), l-Istandard (10) tal-Kontabilità u tar-Rapportar tal-Katina tal-Valur Korporattiva (l-Ambitu 3), l-EN ISO 14064 jew l-EN ISO 14069.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jiddivulgaw fil-metodoloġija tagħhom l-istandard li użaw.

3.   L-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jiżguraw li d-data tal-emissjonijiet tal-GHG hija komparabbli u ta’ kwalità.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841 tal-5 ta’ Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 1).

(3)  COM(2019) 640 final.

(4)  IPCC, 2018: It-tisħin Globali ta’ 1,5 °C. Rapport Speċjali tal-IPCC dwar l-impatti tat-tisħin globali ta’ 1,5 °C aktar mil-livelli preindustrijali u t-trajettorja tal-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra, fil-kuntest tat-tisħiħ tar-rispons globali għat-theddida tat-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli u l-isforzi biex jinqered il-faqar.

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(9)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE tad-9 ta’ April 2013 dwar l-użu ta’ metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u ta’ organizzazzjonijiet (ĠU L 124, 4.5.2013, p. 1).

(10)  Value Chain (Scope 3) Accounting and Reporting Standard (Settembru 2011) (L-Istandard tal-Kontabilità u tar-Rapportar tal-Katina tal-Valur (l-Ambitu 3)), li jissupplimenta l-GHG Protocol Corporate Accounting and Reporting Standard (l-Istandard Korporattiv tal-Kontabilità u tar-Rapportar għall-Protokoll tal-GHG).


3.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 406/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1819

tat-2 ta’ Diċembru 2020

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-kuluri fis-sostituti tas-salamun

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Din il-lista tista’ tiġi aġġornata f’konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni.

(3)

Skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 232/2012 (3), il-kuluri Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S (E 110) u Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A (E 124) fil-preżent it-tnejn huma awtorizzati bħala addittivi tal-ikel fil-kategorija tal-ikel 09.2 “Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji” fil-livell massimu ta’ 200 mg/kg, għall-użu biss fis-sostituti tas-salamun magħmulin b’mod ewlieni minn ħut tal-ispeċijiet Theragra chalcogramma u Pollachius virens. Fil-15 ta’ Lulju 2014 u fit-23 ta’ Settembru 2009, l-Awtorità ħarġet l-opinjonijiet tagħha li fihom stabiliet id-doża aċċettabbli ta’ kuljum ta’ 4 mg/kg għall-Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S (E 110) (4) u d-doża aċċettabbli ta’ kuljum ta’ 0,7 mg/kg għall-Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A (E 124) (5). Fl-opinjonijiet tal-15 ta’ Lulju 2014 u tal-21 ta’ April 2015 (6), l-Awtorità kkonkludiet li l-ebda waħda mill-istimi tal-esponiment għal dawk l-addittivi ma kienet taqbeż id-doża aċċettabbli ta’ kuljum rispettiva tagħhom, għal ebda grupp tal-popolazzjoni.

(4)

Fl-4 ta’ Frar 2019 tressqet applikazzjoni biex jiġu mmodifikati l-kundizzjonijiet tal-użu tal-Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S (E 110) u tal-Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A (E 124) fil-kategorija tal-ikel 09.2 “Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji”, biex jiġi awtorizzat l-użu ta’ dawk is-sustanzi fis-sostituti tas-salamun magħmulin b’mod ewlieni mill-ispeċi tal-ħut Clupea harengus. L-applikazzjoni titlob il-livell massimu attwali ta’ 200 mg/kg, iżda tispjega li l-livelli tal-użu reali huma ħafna inqas, u jvarjaw bejn wieħed jew tnejn minn għaxra tal-livell massimu għaż-żewġ sustanzi li huma. L-applikazzjoni ntbagħtet lill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(5)

Meta jintużaw bħala koloranti, l-Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S (E 110) u l-Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A (E 124) jagħtu l-lewn stabbli mixtieq, itejbu l-proprjetajiet organolettiċi, u jagħtu dehra aktar attraenti lis-sostituti tas-salamun magħmulin bl-ispeċi tal-ħut Clupea harengus.

(6)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni trid titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) biex taġġorna l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni x’aktarx ma jkollux effett fuq is-saħħa tal-bniedem.

(7)

L-Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S (E 110) u l-Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A (E 124) huma awtorizzati għall-użu f’diversità kbira ta’ oġġetti tal-ikel. L-istimi tal-esponiment l-aktar riċenti li wettqet l-Awtorità, kif imsemmi fil-premessa 3, ikkonfermaw li l-esponiment globali huwa ħafna inqas mid-doża aċċettabbli ta’ kuljum tagħhom, anki f’xenarju l-aktar konservattiv tal-livelli massimi. F’dawk l-istimi tal-esponiment kienu inklużi l-użi awtorizzati fis-sostituti tas-salamun magħmulin bl-ispeċijiet tal-ħut Theragra chalcogramma u Pollachius virens. Billi s-sostituti tas-salamun magħmulin mill-Clupea harengus huma maħsubin bħala alternattiva għas-sostituti tas-salamun magħmulin mit-Theragra chalcogramma u mill-Pollachius virens, il-livell tal-konsum tas-sostituti tas-salamun mill-konsumaturi ma għandux jinbidel b’xi mod sinifikanti. Barra minn hekk, il-livelli tal-użu tal-Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S (E 110) u tal-Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A (E124) li jridu jintlaħqu biex jinkiseb l-effett mixtieq fis-sostituti tas-salamun magħmulin bil-Clupea harengus huma sew inqas mil-livelli massimi awtorizzati. Għaldaqstant mhuwiex mistenni li l-użu propost ikollu xi impatt sinifikanti fuq l-esponiment globali tal-konsumatur għal dawk l-addittivi tal-ikel, li b’hekk x’aktarx jibqgħu inqas mid-doża aċċettabbli ta’ kuljum.

(8)

L-entrati għall-Grupp II, għall-Grupp III u għal-Likopene (E 160d) fil-kategorija tal-ikel 09.2 “Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji” bħalissa jirreferu biss għas-“sostituti tas-salamun”. Biex ikun hemm ċarezza u ċertezza tad-dritt rigward din l-espressjoni, jenħtieġ li l-kliem f’dawk l-entrati jiġi emendat biex jindika li l-użu awtorizzat jikkonċerna s-“sostituti tas-salamun” magħmulin bl-ispeċijiet tal-ħut Theragra chalcogramma, Pollachius virens jew Clupea harengus.

(9)

Għalhekk jixraq li tiġi emendata l-kategorija tal-ikel 09.2 “Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji” fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 biex jiġi awtorizzat l-użu tal-Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S (E 110) u tal-Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A (E124) fis-sostituti tas-salamun magħmulin mill-ispeċi tal-ħut Clupea harengus, u li fl-entrati tal-Grupp II, tal-Grupp III, u tal-Likopene (E 160d) jiġu elenkati l-ispeċijiet tal-ħut li jistgħu jkunu magħmulin minnhom is-“sostituti tas-salamun”.

(10)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 232/2012 tas-16 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet tal-użu u l-livelli tal-użu tal-Isfar Kinolina (E 104), l-Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S (E 110) u l-Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A (E 124) (ĠU L 78, 17.3.2012, p. 1).

(4)  EFSA Journal 2014;12(7):3765.

(5)  EFSA Journal 2009; 7(11):1328.

(6)  EFSA Journal 2015;13(4):4073.


ANNESS

Il-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dwar il-kategorija tal-ikel 09.2 “Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji” hija emendata kif ġej:

(1)

l-entrati tal-Grupp II, u tal-Grupp III, huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

“Il-Grupp II

Kuluri quantum satis

quantum satis

 

surimi u prodotti simili, u sostituti tas-salamun magħmulin mit-Theragra chalcogramma, Pollachius virens u Clupea harengus biss

 

Il-Grupp III

Kuluri b’limitu massimu kkombinat

500

(84)

surimi u prodotti simili, u sostituti tas-salamun magħmulin mit-Theragra chalcogramma, mill-Pollachius virens u mill-Clupea harengus biss”

(2)

l-entrata għall-Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S (E 110) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

200

(63)

sostituti tas-salamun magħmulin mit-Theragra chalcogramma, mill-Pollachius virens u mill-Clupea harengus biss”

(3)

l-entrata għall-Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A (E 124) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

200

(63)

sostituti tas-salamun magħmulin mit-Theragra chalcogramma, mill-Pollachius virens u mill-Clupea harengus biss”

(4)

l-ewwel entrata għal-Likopene (E 160d) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 160d

Likopene

10

 

sostituti tas-salamun magħmulin mit-Theragra chalcogramma, mill-Pollachius virens u mill-Clupea harengus biss”


3.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 406/29


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1820

tat-2 ta’ Diċembru 2020

li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-Euglena gracilis imnixxfa bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni biss jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat.

(3)

Fl-20 ta’ Diċembru 2018, il-kumpanija Kemin Foods L.C. (“l-applikant”) ippreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex tqiegħed l-Euglena gracilis b’ċellola integrali mnixxfa fis-suq tal-Unjoni bħala ikel ġdid. L-applikazzjoni talbet biex l-Euglena gracilis b’ċellola integrali mnixxfa tintuża bħala ikel ġdid f’għadd ta’ kategoriji tal-ikel għall-popolazzjoni ġenerali kif ġej: bars tal-proteini, tal-granola u tal-kolazzjon; jogurt; xarbiet tal-jogurt; meraq tal-frott, smoothies u nettari, meraq tal-ħaxix; xarbiet bit-togħma tal-frott; xarbiet li jissostitwixxu l-ikel. L-applikant talab ukoll li l-Euglena gracilis b’ċellola integrali mnixxfa tintuża fis-supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), ħlief is-supplimenti tal-ikel għat-trabi, u fis-sostituti tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż kif definit mir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), minbarra s-sostituti tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż għat-trabi.

(4)

L-applikant ippreżenta wkoll talba lill-Kummissjoni għall-protezzjoni tad-data riżervata għal għadd ta’ studji sottomessi bħala appoġġ għall-applikazzjoni jiġifieri, l-istudji tal-fermentazzjoni in vitro (5), it-test ta’ retromutazzjoni batterika (6), it-test tal-mikronukleu in vivo (7), l-istudju tat-tossiċità akuta fil-firien (8), l-istudju tal-palpabbiltà/tossiċità fid-dieta ta’ 14-il jum fil-firien (9), l-istudju tat-tossiċità fid-dieta ta’ 90 jum fil-firien (10).

(5)

F’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283, fit-13 ta’ Mejju 2019 il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), u talbitha tagħti opinjoni xjentifika abbażi ta’ valutazzjoni tal-Euglena gracilis imnixxfa bħala ikel ġdid.

(6)

Fil-25 ta’ Marzu 2020, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika dwar is-“Safety of dried whole cell Euglena gracilis as a novel food pursuant to Regulation (UE) 2015/2283” (11). Dik l-opinjoni hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(7)

F’dik l-opinjoni, l-Awtorità kkonkludiet li l-Euglena gracilis imnixxfa hija sikura fl-użi u fil-livelli tal-użu proposti. Għaldaqstant, l-opinjoni tal-Awtorità tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-Euglena gracilis imnixxfa skont il-kundizzjonijiet tal-użu speċifiċi, tikkonforma mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(8)

Skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1798 (12) is-sostitut tad-dieta totali għall-kontroll tal-piż huwa ikel maħsub għal adulti b’piż żejjed jew adulti obeżi b’saħħithom li beħsiebhom jiksbu tnaqqis fil-piż. Għalhekk, l-Euglena gracilis imnixxfa tista’ tiġi awtorizzata għall-użu f’sostituti tad-dieta totali għall-kontroll tal-piż għall-adulti biss, bl-esklużjoni tat-trabi, it-tfal u l-adolexxenti.

(9)

Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità kkunsidrat li d-data mill-istudju ta’ 90 jum dwar it-tossiċità djetetika fil-firien serviet bħala bażi biex tiġi stabbilita s-sikurezza tal-ikel ġdid. Għalhekk, ġie kkunsidrat li l-konklużjonijiet dwar is-sikurezza tal-Euglena gracilis imnixxfa ma setgħux jintlaħqu mingħajr id-data mir-rapport mhux ippubblikat ta’ dak l-istudju.

(10)

Il-Kummissjoni talbet lill-applikant biex jiċċara aktar il-ġustifikazzjoni pprovduta fir-rigward tal-pretensjoni proprjetarja tiegħu dwar l-istudju tat-tossiċità djetetika ta’ 90 jum fil-firien, u biex jiċċara t-talba tiegħu għal dritt esklużiv ta’ referenza għal dak l-istudju, kif imsemmi fl-Artikolu 26(2)(b) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(11)

L-applikant iddikjara li, fiż-żmien li ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, kellu d-dritt proprjetarju u esklużiv ta’ referenza għal dak l-istudju skont il-liġi nazzjonali, u li għalhekk il-partijiet terzi ma jistgħux jaċċessaw jew jużaw b’mod legali dak l-istudju jew jirreferu għal dik id-data.

(12)

Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni kollha pprovduta mill-applikant u kkunsidrat li l-applikant wera biżżejjed li ġew issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għalhekk, jenħtieġ li l-istudju fil-firien tat-tossiċità djetetika ta’ 90 jum li jinsab fil-fajl tal-applikant ma jintużax mill-Awtorità għall-benefiċċju ta’ applikant sussegwentigħal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li għal dak il-perjodu t-tqegħid fis-suq fl-Unjoni tal-Euglena gracilis imnixxfa ikun ristrett għall-applikant.

(13)

Madankollu, ir-restrizzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-Euglena gracilis imnixxfa u tar-referenza għall-istudju li jinsab fil-fajl tal-applikant għall-użu uniku tal-applikant, ma twaqqafx lil applikanti oħra milli japplikaw għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-istess ikel ġdid, dment li l-applikazzjoni tagħhom tissejjes fuq informazzjoni miksuba legalment li tappoġġa t-tali awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2015/2283.

(14)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-Euglena gracilis imnixxfa kif speċifikata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi inkluża fil-lista ta’ ikel ġdid awtorizzat tal-Unjoni li ġiet stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.

2.   Għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Applikant inizjali biss:

Kumpanija: Kemin Foods L.C.;

Indirizz: 2100 Maury Street Des Moines, IA 50317, USA,

huwa awtorizzat li jqiegħed fis-suq fl-Unjoni l-ikel ġdid imsemmi fil-paragrafu 1, sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għall-ikel ġdid mingħajr referenza għad-data protetta skont l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament jew bi qbil ta’ Kemin Foods L.C/

3.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-data li hemm fil-fajl tal-applikazzjoni li fuq il-bażi tagħha l-ikel ġdid msemmi fl-Artikolu 1 ġie vvalutat min-naħa tal-Awtorità, u li skont kif ġie ddikjarat mill-applikant hija riżervata u li mingħajrha l-ikel ġdid ma setax jiġi awtorizzat, ma għandhiex tintuża għall-benefiċċju ta’ applikant sussegwenti għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mingħajr il-qbil ta’ Kemin Foods L.C.

Artikolu 3

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).

(5)  Effetti prebijotiċi ta’ smida tal-alka u l-glukan tal-alka. Eżami tal-profil tat-tkabbir tal-batterji probijotiċi fil-preżenza tas-smida tal-alga u l-glukan tal-alka. Kemin Corporation, 2016 (mhux ippubblikat).

(6)  Alka mnixxfa (Euglena gracilis). Test ta’ Retromutazzjoni Batterika (Test Ames). Il-laboratorji tas-Sikurezza tal-Prodotti, 2015a (mhux ippubblikat.

(7)  Alka mnixxfa (Euglena gracilis). Test tal-Mikronukleu tal-Erittroċiti tal-mammiferi (Demm Periferali, Ċitometrija tal-Fluss — Ġrieden). Il-laboratorji tas-Sikurezza tal-Prodotti, 2015b (mhux ippubblikat).

(8)  Algamune™ Smida tal-Alga: Proċedura ta’ Tossiċità Orali fil-Firien. Il-laboratorji tas-Sikurezza tal-Prodotti, 2014 (mhux ippubblikat).

(9)  Alka mnixxfa (Euglena gracilis). Studju ta’ 14-jum dwar it-tossiċità/il-palatabiltà fid-dieta fil-firien. Il-laboratorji tas-Sikurezza tal-Prodott, 2015c (mhux ippubblikat).

(10)  Alka mnixxfa (Euglena gracilis). Studju djetetiku ta’ 90 jum fil-firien. Il-laboratorji tas-Sikurezza tal-Prodotti, 2015d (mhux ippubblikat).

(11)  EFSA Journal 2020;18(5):6100.

(12)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1798 tal-2 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-ikel għal sostitut tad-dieta totali għall-kontroll tal-piż (ĠU L 259, 7.10.2017, p. 2).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat), tiddaħħal l-entrata li ġejja:

Ikel ġdid awtorizzat

Kundizzjonijiet fejn jista’ jintuża l-ikel ġdid

Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn

Rekwiżiti oħrajn

Protezzjoni tad-data

Euglena gracilis imnixxfa

Kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi

Id-deżinjazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikketti tal-prodotti tal-ikel li fihom dan l-ikel għandha tkun “bijomassa mnixxfa tal-alka tal-Euglena gracilis”.

It-tikkettar tas-supplimenti tal-ikel li fihom l-Euglena gracilis imnixxfa għandu jkollu dikjarazzjoni li dawk is-supplimenti tal-ikel ma għandhomx jiġu kkunsmati minn trabi/tfal taħt it-tliet (3) snin/tfal taħt l-età ta’ 10 snin/tfal u adolexxenti taħt l-età ta’ 18-il sena  (*1).

 

Awtorizzat fit-23 ta’ Diċembru 2020. Din l-inklużjoni tissejjes fuq evidenza xjentifika u data xjentifika riżervata u protetta f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

Applikant: Kemin Foods L.C., 2100 Maury Street Des Moines, IA 50317, USA.

Matul il-perjodu tal-protezzjoni tad-data, l-ikel ġdid huwa awtorizzat għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni minn Kemin Foods L.C. biss, sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx l-awtorizzazzjoni għal dak l-ikel ġdid mingħajr referenza għall-evidenza xjentifika proprjetarja jew għad-data xjentifika proprjetarja protetti f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283 jew bil-qbil ta’ Kemin Foods L.C..

Id-data ta’ tmiem il-protezzjoni tad-data: it-23 ta’ Diċembru 2025.”

Bars taċ-ċereali tal-kolazzjon, bars tal-granola u bars tal-proteini

630 mg/100 g

Jogurt

150 mg/100 g

Xarbiet tal-Jogurt

95 mg/100 g

Meraq tal-frott u tal-ħaxix, nectars, xarbiet ta’ taħlitiet ta’ frott/ħxejjex

120 mg/100 g

Xarbiet bit-Togħma tal-Frott

40 mg/100 g

Xarbiet li jissostitwixxu l-ikel

75 mg/100 g

Supplimenti tal-ikel kif iddefiniti fid-Direttiva 2002/46/KE, ħlief is-supplimenti tal-ikel għat-trabi

100 mg kuljum għat-tfal żgħar

150 mg/kuljum għat-tfal ta’ età bejn tlieta (3) u disa’ (9) snin

225 mg kuljum għal tfal minn 10 snin u adolexxenti (sa 17-il sena)

375 mg kuljum għall-adulti

Sostituti tad-dieta totali għall-kontroll tal-piż kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

190 mg/ikla

(2)

fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), tiddaħħal l-entrata li ġejja:

Ikel Ġdid Awtorizzat

Speċifikazzjoni

Euglena gracilis imnixxfa

Deskrizzjoni/Definizzjoni:

L-ikel ġdid huwa ċ-ċellola sħiħa mnixxfa Euglena, li hija l-bijomassa mnixxfa tal-mikroalga Euglena gracilis.

L-ikel ġdid jiġi prodott permezz ta’ fermentazzjoni segwita minn filtrazzjoni u stadju ta’ qtil ta’ sħana tal-mikroalga biex tiġi żgurata l-assenza ta’ ċelloli vijabbli ta’ Euglena gracilis fl-ikel ġdid.

Karatteristiċi/Kompożizzjoni:

Total ta’ karboidrati: ≤ 75 %

β-glukan: > 50 %

Proteina: ≥ 15 %

Xaħam: ≤ 15 %

Irmied: ≤ 10 %

Umdità: ≤ 6 %

Metalli tqal:

Ċomb: ≤ 0,5 mg/kg

Kadmju: ≤ 0,5 mg/kg

Merkurju: ≤ 0,05 mg/kg

Arseniku: ≤ 0,02 mg/kg

Kriterji mikrobijoloġiċi:

L-għadd tal-kolonji aerobiċi: ≤ 10 000 UJK/g

Koliformi: ≤ 100 NAK/g

Ħmira u moffa: ≤ 500 UJK/g

Escherichia coli: Assenti f’10 g

Staphylococcus aureus: Assenti f’10 g

Salmonella: Assenti f’25 g

Listeria monocytogenes: Assenti f’25 g

UJK: unitajiet li jifformaw kolonja.

NAK: in-numru l-aktar probabbli”


(*1)  Skont il-grupp tal-età li jkun maħsub għalih is-suppliment tal-ikel.


3.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 406/34


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1821

tat-2 ta’ Diċembru 2020

li jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni biss jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat.

(3)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni trid tissottometti abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta’ ikel ġdid u li jaġġorna l-lista tal-Unjoni.

(4)

Fis-7 ta’ Ġunju 2018, il-kumpanija NuLiv Science (“l-applikant”) ippreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex tqiegħed estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus fis-suq tal-Unjoni bħala ikel ġdid. L-applikant talab li estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus jintuża bħala ikel ġdid fis-supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għall-popolazzjoni adulta ġenerali, minbarra s-supplimenti tal-ikel għan-nisa tqal. L-applikant għamel ukoll talba lill-Kummissjoni għall-protezzjoni tad-data riżervata ppreżentata fl-applikazzjoni.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283, fit-22 ta’ Ottubru 2018 il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), u talbitha tagħti opinjoni xjentifika abbażi ta’ valutazzjoni ta’ estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus bħala ikel ġdid.

(6)

Fit-24 ta’ Marzu 2020, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika dwar “Is-sikurezza ta’ estratt botaniku derivat mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus (AstraGinTM) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283” (4). Dik l-opinjoni hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(7)

Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus huwa sikur f’livell ta’ konsum ta’ 0,5 mg/kg bw kuljum li jikkorrispondi għal konsum massimu ta’ 35 mg/jum għall-popolazzjoni fil-mira, jiġifieri adulti esklużi n-nisa tqal.

(8)

L-opinjoni tal-Awtorità tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus skont il-kundizzjonijiet tal-użu vvalutati jikkonforma mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(9)

Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità qieset id-data tossikoloġika mid-doża fl-istudju tat-tossiċità tal-gavage orali ripetuta għal 28 jum tal-AstraGinTM fil-firien (5), mit-test tar-retromutazzjoni batterjali (it-test Ames) għall-AstraGinTM (6), mid-doża ripetuta għal 90 jum fl-istudju tat-tossiċità orali tal-Astragin® fil-firien Wistar (7), l-estratt proprjetarju tal-Panax notoginseng: test in vitro tal-mikronukleu fiċ-ċelloli CHO-K1 (8), u l-estratt ta’ Astragalus membranaceus: test in vitro tal-mikronukleu fiċ-ċelloli CHO-K1 (9) serva bħala bażi biex tiġi stabbilita s-sikurezza tal-ikel ġdid. Għalhekk, huwa kkunsidrat li l-konklużjonijiet dwar is-sikurezza tal-estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus ma setgħux jintlaħqu mingħajr id-data mir-rapporti mhux ippubblikati ta’ dawk l-istudji.

(10)

Wara l-opinjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni talbet lill-applikant biex jiċċara aktar il-ġustifikazzjoni pprovduta fir-rigward tal-pretensjoni proprjetarja tiegħu dwar l-istudju dwar it-tossiċità tal-gavage orali b’doża ripetuta ta’ 28 jum b’AstraGin TM fil-firien, it-test ta’ retromutazzjoni batterjali (it-test Ames) għal AstraGinTM, l-istudju tat-tossiċità orali b’doża ripetuta ta’ 90 jum ta’ Astragin® fil-firien Wistar, l-estratt proprjetarju tal-Panax notoginseng: test in vitro tal-mikronukleu fiċ-ċelloli CHO-K1, u l-estratt ta’ Astragalus membranaceus: test in vitro tal-mikronukleu fiċ-ċelloli CHO-K1, u biex tiġi ċċarata l-pretensjoni tagħhom għal dritt esklussiv ta’ referenza għal dik id-data, kif imsemmi fl-Artikolu 26(2)(b) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(11)

L-applikant iddikjara li, fiż-żmien li ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, kellu s-sjieda u d-dritt esklussiv ta’ referenza għal dawn l-istudji, u li għalhekk il-partijiet terzi ma jistgħux jaċċessaw jew jużaw b’mod legali dawn l-istudji jew jirreferu għal dik id-data.

(12)

Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni kollha pprovduta mill-applikant u kkunsidrat li l-applikant wera biżżejjed li ġew issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għalhekk, id-data tossikoloġika mill-istudji li jinsabu fil-fajl tal-applikant, li serviet bħala bażi għall-Awtorità biex tistabbilixxi s-sikurezza tal-ikel ġdid u biex tilħaq il-konklużjonijiet tagħha dwar is-sikurezza ta’ estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus, u li mingħajrha l-ikel ġdid ma setax jiġi vvalutat mill-Awtorità, jenħtieġ li ma tintużax mill-Awtorità għall-benefiċċju ta’ xi applikant sussegwenti għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, it-tqegħid fis-suq fl-Unjoni ta’ estratt tal-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus jeħtieġ ikun ristrett għall-applikant għal dak il-perjodu.

(13)

Madankollu, ir-restrizzjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus u tar-referenza fil-fajl tal-applikant għall-użu uniku tal-applikant, ma twaqqafx lil applikanti oħra milli japplikaw għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-istess ikel ġdid, diment li l-applikazzjoni tagħhom tkun ibbażata fuq informazzjoni miksuba legalment li tappoġġa l-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2015/2283.

(14)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceuskif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandu jiddaħħal fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.

2.   Għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-applikant inizjali biss:

Kumpanija: NuLiv Science;

Indirizz: 1050 W. Central Ave., Building C, Brea, CA 92821, USA,

huwa awtorizzat li jqiegħed fis-suq fl-Unjoni l-ikel ġdid imsemmi fil-paragrafu 1, sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għal dak l-ikel ġdid mingħajr referenza għad-data protetta skont l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament jew bi qbil ta’ NuLiv Science.

3.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-data li hemm fil-fajl tal-applikazzjoni li fuq il-bażi tagħhom l-ikel ġdid msemmi fl-Artikolu 1 ġie vvalutat min-naħa tal-Awtorità, u li skont kif ġie ddikjarat mill-applikant huma proprjetarji u li mingħajrhom il-protezzjoni tad-data ma setgħetx tiġi awtorizzata, ma għandhomx jintużaw għall-benefiċċju ta’ applikant sussegwenti għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mingħajr il-qbil ta’ NuLiv Science.

Artikolu 3

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).

(4)  EFSA Journal 2020;18(5):6099.

(5)  Pasics Szakonyiné I, 2011 (rapport ta’ studju mhux ippubblikat). Studju dwar it-tossiċità tal-gavage orali ta’ doża ripetuta ta’ 28 jum b’AstraGinTM fil-firien. Nru tal-Istudju: 413.407.3084. Toxi-Coop Zrt., l-Ungerija.

(6)  Zin HM, 2016 (rapport ta’ studju mhux ippubblikat). Test ta’ retromutazzjoni batterika (it-test Ames) għal AstraGinTM. Kodiċi tal-istudju: GLP/J165/2016/48). Ċentru tar-Riċerka fit-Teknoloġija Ambjentali (ETRC). Shah Alam, Selangor, il-Malasja.

(7)  Upadhyaya S u Wang R, 2017 (rapport ta’ studju mhux ippubblikat). studju tat-tossiċità orali b’doża ripetuta ta’ 90 jum ta’ Astragin ® fil-firien Wistar. 161101/NVS/PC. Lulju 2017. 319pp Vedic Life Sciences Pvt, Ltd. Mumbai, l-Indja.

(8)  Vedic Lifesciences, 2019a (rapport ta’ studju mhux ippubblikat). Estratt proprjetarju tal-Panax notoginseng: test in vitro tal-mikronukleu fiċ-ċelloli CHO-K1. Studju Nru 190503/NL/PC. Mumbai, l-Indja.

(9)  Vedic Lifesciences, 2019b (rapport ta’ studju mhux ippubblikat). Estratt ta’ Astragalus membranaceus: test in vitro tal-mikronukleu fiċ-ċelloli CHO-K1. Studju Nru 190502/NL/PC. Mumbai, l-Indja.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat), tiddaħħal l-entrata li ġejja:

Ikel ġdid awtorizzat

Kundizzjonijiet fejn jista’ jintuża l-ikel ġdid

Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn

Rekwiżiti oħrajn

Il-protezzjoni tad-data

Estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus

Kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi

Id-deżinjazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minnu għandha tkun “Estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus

It-tikkettar tas-supplimenti tal-ikel li fihom l-estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus għandu jkollu dikjarazzjoni li dawk is-supplimenti tal-ikel ma għandhomx jiġu kkunsmati mill-popolazzjoni taħt l-età ta’ 18-il sena u minn nisa tqal.

 

Awtorizzat fit-23 ta’ Diċembru 2020. Din l-inklużjoni tissejjes fuq evidenza xjentifika u data xjentifika proprjetarja u protetta f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

Applikant: NuLiv Science, 1050 W. Central Ave., Building C, Brea, CA 92821, USA.

Matul il-perjodu tal-protezzjoni tad-data, l-ikel ġdid huwa awtorizzat għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni minn NuLiv Science biss, sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx l-awtorizzazzjoni għal dak l-ikel ġdid mingħajr referenza għall-evidenza xjentifika proprjetarja jew għad-data xjentifika proprjetarja protetti f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283 jew bil-qbil ta’ NuLivScience.

Id-data ta’ tmiem il-protezzjoni: it-23 ta’ Diċembru 2025.”

Supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE għall-popolazzjoni adulta ġenerali, minbarra s-supplimenti tal-ikel għan-nisa tqal

35 mg kuljum

(2)

fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), tiddaħħal l-entrata li ġejja:

Ikel Ġdid Awtorizzat

Speċifikazzjoni

Estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus

Deskrizzjoni/Definizzjoni:

L-ikel ġdid fih żewġ estratti. Wieħed huwa estratt bl-etanol mill-għeruq tal-Astragalus membranaceus (Fisch.) Bunge. L-ieħor huwa estratt bl-ilma sħun mill-għeruq tal-Panax notoginseng (Burkill) F.H. Chen li jitkompla jiġi kkonċentrat bl-użu tal-assorbiment fuq reżina u mbagħad eluzzjoni b’60 % etanol. Fi tmiem il-proċess tal-manifattura ż-żewġ estratti huma mħallta (45–47,5 % ta’ kull estratt) mal-maltodestrina (5–10 %).

Karatteristiċi/Kompożizzjoni:

Saponini totali: 1,5-5 %

Ginsenoside Rb1: 0,1-0,5 %

Astragaloside I: 0,01-0,1 %

Karboidrati: ≥ 90 %

Proteina: ≤ 4,5 %

Irmied: ≤ 1 %

Umdità: ≤ 5 %

Xaħam: ≤ 1,5 %

Metalli tqal:

Arseniku: ≤ 0,3 mg/kg

Kriterji mikrobijoloġiċi:

Għadd totali tal-kolonji: ≤ 5 000 UJK/g

Għadd ta’ ħmira u moffa totali: ≤ 500 UJK/g

Enterobacteriacae: < 10 UJK/g

Escherichia coli: Assenti f’25 g

Salmonella: Assenti f’375 g

Staphylococcus aureus: Assenti f’25 g

UJK: Unitajiet li jifformaw kolonji”


3.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 406/39


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1822

tat-2 ta’ Diċembru 2020

li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-bijomassa tal-ħmira li fiha l-kromu (Yarrowia lipolytica) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni biss jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/760 (3) awtorizza, f’konformità mar-Regolament (UE) 2015/2283, it-tqegħid fis-suq tal-bijomassa tal-ħmira Yarrowia lipolytica bħala ikel ġdid biex jintuża fis-supplimenti tal-ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), minbarra s-supplimenti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar.

(4)

Fit-22 ta’ Awwissu 2018, il-kumpanija Skotan S.A. (“l-applikant”) ippreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex tqiegħed il-bijomassa arrikkita bil-kromu tal-ħmira Yarrowia lipolytica fis-suq tal-Unjoni bħala ikel ġdid. L-applikant talab li l-bijomassa arrikkita bil-kromu tal-ħmira Yarrowia lipolytica tintuża bħala ikel ġdid fis-supplimenti tal-ikel, minbarra s-supplimenti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar. Il-livelli massimi ta’ użu proposti mill-applikant huma 2 g kuljum għat-tfal ta’ età minn tlieta (3) sa disa’ (9) snin, u 4 g kuljum għall-adolexxenti u għall-adulti.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283, fit-18 ta’ Frar 2019 il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), u talbitha tagħti opinjoni xjentifika abbażi ta’ valutazzjoni tal-bijomassa tal-ħmira li fiha l-kromu (Yarrowia lipolytica) bħala ikel ġdid.

(6)

Fit-23 ta’ Jannar 2020, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika tagħha “Safety of chromium-enriched biomass of Yarrowia lipolytica as a novel food pursuant to Regulation (UE) 2015/2283” (5). Dik l-opinjoni hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(7)

Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li l-bijomassa tal-ħmira li fiha l-kromu (Yarrowia lipolytica) hija sikura skont l-użi u l-livelli tal-użu proposti, meta tintuża fis-supplimenti tal-ikel maħsuba għall-popolazzjoni ġenerali li għandha aktar minn tliet (3) snin.

(8)

L-opinjoni tal-Awtorità tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-bijomassa tal-ħmira li fiha l-kromu (Yarrowia lipolytica) skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti tikkonforma mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-bijomassa tal-ħmira li fiha l-kromu (Yarrowia lipolytica) kif speċifikata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.

2.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/760 tat-13 ta’ Mejju 2019 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-bijomassa tal-ħmira tal-Yarrowia lipolytica bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 125, 14.5.2019, p. 13).

(4)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).

(5)  EFSA Journal 2020;18(3):6005.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat), tiddaħħal l-entrata li ġejja f’ordni alfabetika:

Ikel ġdid awtorizzat

Il-kundizzjonijiet li fihom jista’ jintuża l-ikel ġdid

Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn

Rekwiżiti oħrajn

“Bijomassa tal-ħmira li fiha l-kromu (Yarrowia lipolytica)

Kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi

Id-deżinjazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minnu għandha tkun “bijomassa tal-ħmira li fiha l-kromu (Yarrowia lipolytica)”

It-tikkettar tas-supplimenti tal-ikel li fihom il-bijomassa tal-ħmira li fiha l-kromu (Yarrowia lipolytica) għandu jkollu dikjarazzjoni li s-supplimenti tal-ikel ma għandhomx jiġu kkunsmati minn trabi u tfal żgħar (tfal taħt it-tliet (3) snin)/tfal minn tliet (3) snin sa disa’ (9) snin  (*1).

 

Supplimenti tal-ikel kif iddefinit fid-Direttiva 2002/46/KE, minbarra s-supplimenti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar

2 g kuljum għal tfal minn tlieta (3) sa (9) snin, li jirriżulta f’46 μg ta’ kromu kuljum

4 g kuljum għal tfal minn età ta’ 10 snin, għall-adolexxenti u għall-adulti, li jirriżulta f’92 μg ta’ kromu kuljum

(2)

fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), tiddaħħal l-entrata li ġejja fl-ordni alfabetiku:

Ikel Ġdid Awtorizzat

Speċifikazzjoni

“Bijomassa tal-ħmira li fiha l-kromu (Yarrowia lipolytica)

Deskrizzjoni/Definizzjoni:

L-ikel ġdid huwa l-bijomassa tal-ħmira li fiha l-kromu Yarrowia lipolytica mnixxfa u maqtula bis-sħana.

L-ikel ġdid huwa prodott permezz tal-fermentazzjoni fil-preżenza tal-klorur tal-kromu segwit minn għadd ta’ passi ta’ purifikazzjoni u pass ta’ qtil bis-sħana tal-ħmira biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm ċelloli vijabbli tal-Yarrowia lipolytica fl-ikel il-ġdid.

Karatteristiċi/Kompożizzjoni:

 

Kromu totali: 18–23 μg/g

 

Kromu (VI): < 10 μg/kg (jiġifieri l-limitu ta’ detezzjoni)

 

Proteina: 40–50 g/100 g

 

Fibra: 24-32 g/100 g

 

Zokkrijiet: < 2 g/100 g

 

Xaħam: 6-12 g/100 g

 

Irmied totali: ≤ 15 %

 

Ilma: ≤ 5 %

 

Materja niexfa: ≥ 95 %

Metalli tqal:

 

Ċomb: ≤ 3,0 mg/kg

 

Kadmju: ≤ 1,0 mg/kg

 

Merkurju: ≤ 0,1 mg/kg

Kriterji mikrobijoloġiċi:

 

L-għadd mikrobjali aerobiku totali: ≤ 5x103 UJK/g

 

Għadd ta’ ħmira u moffa totali: ≤ 102 UJK/g

 

Ċelloli vijabbli tal-Yarrowia lipolytica  (*2) : < 10 UJK/g (jiġifieri l-limitu ta’ detezzjoni)

 

Koliformi: ≤ 10 UJK/g

 

Salmonella spp.: Assenti f’25 g

 

UJK: unitajiet li jifformaw kolonji


(*1)  Skont il-grupp tal-età li jkun maħsub għalih is-suppliment tal-ikel.”

(*2)  Applikabbli fl-istadji kollha wara l-istadju tat-trattament bis-sħana biex jiggarantixxi n-nuqqas ta’ ċelloli vijabbli ta’ Yarrowia lipolytica u biex l-ewwel jiġi ttestjat immedjatament wara l-istadju tat-trattament bis-sħana. Il-miżuri jridu jkunu fis-seħħ biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata biċ-ċelloli vijabbli tal-Yarrowia lipolytica waqt l-imballaġġ u/jew il-ħżin tal-ikel ġdid.”


3.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 406/43


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1823

tat-2 ta’ Diċembru 2020

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 234/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 jistipula arranġamenti proċedurali għall-aġġornament tal-listi tas-sustanzi li t-tqegħid fis-suq tagħhom huwa awtorizzat fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u skont ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (“il-liġjiet settorjali tal-ikel”)

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 234/2011 (5) jistipula d-dispożizzjonijiet dwar il-kontenut, l-abbozzar u l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet biex jiġu aġġornati l-listi tal-Unjoni skont kull liġi settorjali tal-ikel. Dak ir-Regolament jipprevedi arranġamenti dettaljati biex tiġi vverifikata l-validità tal-applikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel, għall-enżimi tal-ikel u għall-aromatizzanti tal-ikel, u t-tip ta’ informazzjoni li jenħtieġ li tkun tinkludi l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-ikel (“l-Awtorità”).

(3)

Ir-Regolament (UE) 2019/1381 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) emenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002 (7) u r-Regolament (KE) Nru 1331/2008. L-għan ta’ dawk l-emendi huwa li tiżdied it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fl-oqsma kollha tal-katina alimentari li dwarhom l-Awtorità tagħti valutazzjoni tar-riskju xjentifika, anki fil-qasam tal-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel.

(4)

F’dak li għandu x’jaqsam mat-tqegħid fis-suq ta’ addittivi tal-ikel, enżimi tal-ikel u aromatizzanti tal-ikel u ingredjenti bi proprjetajiet aromatizzanti li jintużaw fl-ikel u fuqu, l-emendi tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 introduċew dispożizzjonijiet ġodda dwar, fost kwistjonijiet oħrajn: il-pariri ġenerali mingħand il-persunal tal-Awtorità li jitolbu l-applikanti potenzjali qabel is-sottomissjoni, u l-obbligu li jiġu nnotifikati l-istudji li jkunu ġew ikkummissjonati minn operaturi tan-negozju jew li jkunu twettqu minnhom biex jappoġġaw applikazzjoni, u l-konsegwenzi jekk dawn ma jikkonformawx ma’ dak l-obbligu. Ir-Regolament introduċa wkoll dispożizzjonijiet dwar il-pubblikazzjoni mill-Awtorità, ftit wara li jibda l-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju, tad-data xjentifika kollha, tal-istudji u ta’ informazzjoni oħra li tappoġġa l-applikazzjonijiet, minbarra l-informazzjoni kunfidenzjali, segwit minn konsultazzjoni ma’ partijiet terzi. L-emendi jistipulaw ukoll rekwiżiti proċedurali speċifiċi għas-sottomissjoni ta’ talbiet għall-kunfidenzjalità u dwar il-valutazzjoni ta’ dawn it-talbiet mill-Awtorità b’rabta mal-informazzjoni sottomessa minn applikant, meta l-Kummissjoni titlob l-opinjoni tal-Awtorità.

(5)

Ir-Regolament (UE) 2019/1381 emenda wkoll ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 biex jiddaħħlu dispożizzjonijiet li jiżguraw il-konsistenza mal-addattamenti tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, u li jqisu l-ispeċifiċitajiet settorjali rigward l-informazzjoni kunfidenzjali.

(6)

Fid-dawl tal-ambitu u tal-applikazzjoni ta’ dawk l-emendi kollha, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 234/2011 jiġi aġġustat biex jagħti lok għall-bidliet f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontenut, mal-abbozzar u mal-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-aġġornament tal-listi tal-Unjoni skont kull liġi settorjali tal-ikel, mal-arranġamenti għall-verifika tal-validità tal-applikazzjonijet u biex l-informazzjoni tiddaħħal fl-opinjonijiet tal-Awtorità. B’mod partikolari, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 234/2011 jagħmel referenza għall-formati standard tad-data u li jesiġi li l-applikazzjonijet jagħtu informazzjoni li turi l-konformità mar-rekwiżit tan-notifika stabbilit fl-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Jenħtieġ ukoll li jiċċara li l-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżit tan-notifika tkun parti mill-verifika tal-validità ta’ applikazzjoni.

(7)

Barra minn hekk, meta jitqies li l-Awtorità hija responsabbli mill-ġestjoni tal-bażi tad-data tal-istudji f’konformità mal-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, għandha tingħata l-possibbiltà li l-Kummissjoni tkun tista’ tikkonsulta lill-Awtorità bħala parti mill-verifika tal-validità tal-applikazzjonijiet biex taċċerta ruħha li l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti stipulati f’dak l-Artikolu.

(8)

Meta jitwettqu l-konsultazzjonijet pubbliċi waqt il-valutazzjoni tar-riskju, f’konformità mal-Artikolu 32c(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, jenħtieġ li l-opinjoni tal-Awtorità tinkludi wkoll ir-riżultati ta’dawk il-konsultazzjonijiet, bi qbil mar-rekwiżiti tat-trasparenza li hija suġġetta għalihom l-Awtorità.

(9)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mis-27 ta’ Marzu 2021, id-data meta jibda japplika r-Regolament (UE) 2019/1381, u għall-applikazzjonijiet li jiġu sottomessi minn dik id-data ’l quddiem.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 234/2011

Ir-Regolament (UE) Nru 234/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tikkonsisti minn dan li ġej:

(a)

ittra;

(b)

dossier tekniku;

(c)

sommarju dettaljat u sommarju pubbliku tad-dossier.”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Id-dossier tekniku msemmi fil-paragrafu 1(b) għandu jkun fih:

(a)

id-data amministrattiva kif previst fl-Artikolu 4;

(b)

id-data meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju, kif previst fl-Artikoli 5, 6, 8, u 10, u l-informazzjoni dwar in-notifika tal-istudji f’konformità mal-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; kif ukoll

(c)

id-data meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju, kif previst fl-Artikoli 7, 9, u 11, u l-informazzjoni dwar in-notifika tal-istudji f’konformità mal-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.”;

(c)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Is-sommarju tad-dossier msemmija fil-paragrafu 1(c) għandha tinkludi stqarrija ġġustifikata li l-użu tal-prodott huwa konformi mal-kundizzjonijiet stipulati:

(a)

fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1332/2008; jew

(b)

fl-Artikoli 6, 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008; jew

(c)

fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

Is-sommarju pubbliku tad-dossier ma għandu jkun fih ebda informazzjoni jekk ikun hemm talba għat-trattament kunfidenzjali skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 u l-Artikolu 39a tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.”;

(2)

Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Qabel l-adozzjoni tal-formati standard tad-data skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa permezz tas-sistema ta’ sottomissjoni elettronika pprovduta mill-Kummissjoni, f’format elettroniku li jippermetti t-tniżżil, l-istampar u t-tfittxija tad-dokumenti. Wara l-adozzjoni tal-formati standard tad-data skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa permezz tas-sistema ta’ sottomissjoni elettronika pprovduta mill-Kummissjoni, f’konformità ma’ dawk il-formati standard tad-data. L-applikant għandu jqis il-gwida prattika dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet ppubblikata mill-Kummissjoni (fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari (*1)).

(*1)  https://ec.europa.eu/food/safety_en”"

(3)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (m) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(m)

meta, f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, l-applikant jissottometti talba li ċerti partijiet tal-informazzjoni fid-dossier, fosthom l-informazzjoni supplimentari, jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali, lista tal-partijiet li jridu jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali, flimkien ma’ ġustifikazzjoni verifikabbli li turi kif ix-xandir ta’ dik l-informazzjoni tista’ tagħmel ħsara sinifikanti għall-interessi tal-applikant;”

(b)

jiżdied il-punt (n):

“(n)

lista tal-istudji sottomessi biex jappoġġaw l-applikazzjoni, fosthom informazzjoni li turi l-konformità mal-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.”;

(4)

L-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 12

Proċeduri

1.   Mal-wasla ta’ applikazzjoni l-Kummissjoni għandha tivverifika mingħajr dewmien jekk addittiv tal-ikel, l-enzima jew l-aromatizzant tal-ikel jaqawx fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi settorjali tal-ikel rilevanti, jekk l-applikazzjoni fihiex l-elementi kollha meħtieġa skont il-Kapitolu II, u jekk tissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-Awtorità dwar kemm hi addattata d-data għall-valutazzjoni tar-riskju f’konformità mal-opinjonijiet xjentifiċi dwar ir-rekwiżiti tad-data għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għas-sustanzi, u dwar jekk l-applikazzjoni tissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. L-Awtorità għandha twassal il-fehmiet tagħha lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum tax-xogħol.

3.   Jekk il-Kummissjoni tkun tal-fehma li l-applikazzjoni tkun valida, il-perjodu tal-evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 għandu jibda mid-data ta’ meta tasal it-tweġiba tal-Awtorità msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Iżda, skont il-punt (a) tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 17(4) tar-Regolament (KE) Nru 1332/2008, f’każ li tiġi stabbilita l-lista tal-Unjoni tal-enzimi tal-ikel, ma għandux japplika l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

4.   F’każ li jkun hemm applikazzjoni biex tiġi aġġornata l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel, l-enzimi jew l-aromatizzanti tal-ikel, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni addizzjonali mill-applikant dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw il-validità tal-applikazzjoni u tinforma lill-applikant dwar il-perjodu li fih għandha tingħata din l-informazzjoni. Fil-każ ta’ applikazzjonijiet sottomessi f’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 1332/2008, il-Kummissjoni għandha tiddetermina dak il-perjodu flimkien mal-applikant.

5.   L-applikazzjoni titqies li ma tkunx valida jekk:

(a)

ma taqax fil-liġi settorjali tal-ikel rilevanti,

(b)

ma jkunx fiha l-elementi kollha meħtieġa skont il-Kapitolu II,

(c)

ma tikkonformax mal-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, jew,

(d)

l-Awtorità tqis li ma tkunx xierqa d-data għall-valutazzjoni tar-riskju.

F’dan il-każ il-Kummissjoni għandha tinforma lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Awtorità u tindika r-raġunijiet għaliex l-applikazzjoni tkun meqjusa mhux valida.

6.   B’deroga mill-paragrafu 5, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 32b(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, applikazzjoni tista’ titqies bħala valida anki jekk ma jkollhiex l-elementi kollha meħtieġa skont il-Kapitolu II, jekk kemm-il darba l-applikant ikun bagħat ġustifikazzjoni xierqa għal kull element nieqes.”;

(5)

Fl-Artikolu 13(1), jiżdied il-punt (g) li ġej:

“(g)

ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet li jsiru waqt il-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 32c(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.”;

(6)

L-Anness huwa sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mis-27 ta’ Marzu 2021 u għall-applikazzjonijiet li jiġu sottomessi lill-Kummissjoni minn dik id-data ’l quddiem.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 234/2011 tal-10 ta’ Marzu 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 15).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2019/1381 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 1829/2003, (KE) Nru 1831/2003, (KE) Nru 2065/2003, (KE) Nru 1935/2004, (KE) Nru 1331/2008, (KE) Nru 1107/2009, (UE) 2015/2283 u d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 231, 6.9.2019, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).


ANNESS

ANNESS

ITTRA MUDELL LI TINHEMEŻ MA’ APPLIKAZZJONI GĦALL-ADDITTIVI TAL-IKEL

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Direttorat Ġenerali

Direttorat

Unità

Data: …

Suġġett:

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ addittiv tal-ikel f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1331/2008

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ addittiv ġdid tal-ikel

Applikazzjoni għall-modifika tal-kundizzjonijiet tal-użu ta’ addittiv tal-ikel diġà awtorizzat

Applikazzjoni għall-modifika tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ addittiv tal-ikel diġà awtorizzat

(Jekk jogħġbok indika b’mod ċar billi timmarka waħda mill-kaxxi).

L-Applikant(i) u/jew ir-Rappreżentant(i) tiegħu/tagħhom fl-Unjoni Ewropea.

(isem, indirizz, …)

jissottometti/u din l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ addittiv(i) tal-ikel.

Isem l-addittiv tal-ikel:

Numru ELINCS jew EINECS (jekk ikun attribwit)

Nru CAS (jekk japplika)

Il-klassi(jiet) funzjonali tal-addittivi tal-ikel (*1):

(lista)

Kategoriji tal-ikel u l-livelli meħtieġa:

Kategorija tal-ikel

Livell tal-użu normali

Livell massimu propost għall-użu

 

 

 

 

 

 

Dejjem tiegħek,

Firma: …

Dokumenti mehmużin:

Id-dossier sħiħ

Is-sommarju pubbliku tad-dossier (mhux kunfidenzjali)

Is-sommarju dettaljat tad-dossier

Lista tal-partijiet tad-dossier li kien mitlub li jinżammu kunfidenzjali, flimkien ma’ ġustifika verifikabbli li turi kif l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni tista’ tagħmel ħsara sinifikanti għall-interessi tal-applikant

Lista tal-istudji u tal-informazzjoni kollha dwar in-notifika tal-istudji, f’konformità mal-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002

Kopja tad-data amministrattiva tal-applikant(i)

ITTRA MUDELL LI TINHEMEŻ MA’ APPLIKAZZJONI GĦALL-AWTORIZZAZZJONI TA’ ENZIMI TAL-IKEL

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Direttorat Ġenerali

Direttorat

Unità

Data: …

Suġġett:

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ enzima tal-ikel f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1331/2008

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ enzima ġdida tal-ikel

Applikazzjoni għall-modifika tal-kundizzjonijiet tal-użu ta’ enzima tal-ikel diġà awtorizzata

Applikazzjoni għall-modifika tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ enzima tal-ikel diġà awtorizzata

(Jekk jogħġbok indika b’mod ċar billi timmarka waħda mill-kaxxi)

L-Applikant(i) u/jew ir-Rappreżentant(i) tiegħu/tagħhom fl-Unjoni Ewropea

(isem, indirizz, …)

jissottometti/u din l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ enzim(i) tal-ikel.

Isem l-enzima/i tal-ikel:

Numru tal-Klassifikazzjoni tal-Enzima tal-Kummissjoni tal-Enzimi tal-IUBMB:

Materjali tas-sors:

Isem

Speċifikazzjonijiet

L-ikel

Kundizzjonijiet tal-użu

Restrizzjonijiet dwar il-bejgħ tal-enzima tal-ikel lill-konsumatur aħħari

Rekwiżit speċifiku fir-rigward tal-ittikkettar tal-ikel

 

 

 

 

 

 

Dejjem tiegħek,

Firma: …

Dokumenti mehmużin:

Id-dossier sħiħ

Is-sommarju pubbliku tad-dossier (mhux kunfidenzjali)

Is-sommarju dettaljat tad-dossier

Lista tal-partijiet tad-dossier li kien mitlub li jinżammu kunfidenzjali, flimkien ma’ ġustifika verifikabbli li turi kif l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni tista’ tagħmel ħsara sinifikanti għall-interessi tal-applikant

Lista tal-istudji u tal-informazzjoni kollha dwar in-notifika tal-istudji, f’konformità mal-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002

Kopja tad-data amministrattiva tal-applikant(i)

ITTRA MUDELL LI TINTHEMEŻ MA’ APPLIKAZZJONI GĦALL-AWTORIZZAZZJONI TA’ AROMATIZZANT TAL-IKEL

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Direttorat Ġenerali

Direttorat

Unità

Data: …

Suġġett:

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ aromatizzant tal-ikel f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1331/2008

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ sustanza aromatizzanti ġdida

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni aromatizzanti ġdida

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ prekursur aromatizzanti ġdid

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ aromatizzant bi proċess termali ġdid

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ aromatizzant ieħor ġdid

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ materjal ta’ sors ġdid

Applikazzjoni għall-modifika tal-kundizzjonijiet tal-użu ta’ aromatizzant tal-ikel diġà awtorizzat

Applikazzjoni għall-modifika tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ aromatizzant tal-ikel diġà awtorizzat

(Jekk jogħġbok indika b’mod ċar billi timmarka waħda mill-kaxxi)

L-Applikant(i) u/jew ir-Rappreżentant(i) tiegħu/tagħhom fl-Unjoni Ewropea

(isem, indirizz, …)

jissottometti/u din l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ aromatizzant(i) tal-ikel.

Isem l-aromatizzant jew il-materjal ta’ sors:

Numru FL-, CAS-, JECFA-, CoE (jekk ikun attribwit)

Proprjetajiet organolettiċi tal-aromatizzant:

Kategoriji tal-ikel u l-livelli meħtieġa:

Kategorija tal-ikel

Livell tal-użu normali

Livell massimu propost għall-użu

 

 

 

 

 

 

Dejjem tiegħek,

Firma: …

Dokumenti mehmużin:

Id-dossier sħiħ

Is-sommarju pubbliku tad-dossier (mhux kunfidenzjali)

Is-sommarju dettaljat tad-dossier

Lista tal-partijiet tad-dossier li kien mitlub li jinżammu kunfidenzjali, flimkien ma’ ġustifika verifikabbli li turi kif l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni tista’ tagħmel ħsara sinifikanti għall-interessi tal-applikant

Lista tal-istudji u tal-informazzjoni kollha dwar in-notifika tal-istudji, f’konformità mal-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002

Kopja tad-data amministrattiva tal-applikant(i)


(*1)  Il-klassijiet funzjonali tal-addittivi tal-ikel fl-ikel u tal-addittivi tal-ikel fl-addittivi tal-ikel u fl-enzimi tal-ikel huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Jekk l-addittiv ma jkun jidħol f’ebda waħda mill-klassijiet imsemmija, jistgħu jiġu proposti isem funzjonali u definizzjoni ġodda.


3.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 406/51


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1824

tat-2 ta’ Diċembru 2020

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2468 li jistabbilixxi rekwiżiti amministrattivi u xjentifiċi li jikkonċernaw ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ikel ġdid

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 u l-Artikolu 35(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jistabbilixxi regoli għat-tqegħid fis-suq u għall-użu ta’ ikel ġdid fl-Unjoni.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2468 (2) jistabbilixxi rekwiżiti amministrattivi u xjentifiċi dwar ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2019/1381 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) emenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (UE) 2015/2283. Dawk l-emendi għandhom l-għan li jsaħħu t-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fl-oqsma kollha tal-katina alimentari li fihom l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) tagħti valutazzjoni xjentifika tar-riskju, inkluż fil-qasam tal-ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi.

(4)

Fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi, l-emendi għar-Regolament (KE) Nru 178/2002 introduċew dispożizzjonijiet ġodda dwar, fost kwistjonijiet oħra: pariri ġenerali ta’ qabel is-sottomissjoni mill-persunal tal-Awtorità wara talba ta’ applikant jew notifikant potenzjali u l-obbligu li jinnotifika l-istudji kkummissjonati jew imwettqa minn operaturi tan-negozju biex jappoġġaw applikazzjoni jew notifika u l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ konformità ma’ dak l-obbligu. Iddaħħlu wkoll dispożizzjonijiet dwar id-divulgazzjoni pubblika mill-Awtorità tad-data xjentifika, tal-istudji u ta’ informazzjoni oħra kollha li jappoġġaw l-applikazzjonijiet, bl-eċċezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali, minn kmieni fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju, segwita minn konsultazzjoni ma’ partijiet terzi. L-emendi jistabbilixxu wkoll rekwiżiti proċedurali speċifiċi għas-sottomissjoni ta’ talbiet ta’ kunfidenzjalità u l-valutazzjoni tagħhom mill-Awtorità fir-rigward tal-informazzjoni sottomessa minn applikant, fil-każ li l-Kummissjoni titlob l-opinjoni tal-Awtorità.

(5)

Ir-Regolament (UE) 2019/1381 emenda wkoll ir-Regolament (UE) 2015/2283 biex jipprevedi d-divulgazzjoni pubblika mill-Awtorità ta’ notifiki fil-każ li din tressaq oġġezzjonijiet ta’ sikurezza debitament motivati kif ukoll biex tinkludi dispożizzjonijiet li jiżguraw konsistenza mal-adattamenti tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u billi jitqiesu l-ispeċifiċitajiet settorjali fir-rigward tal-informazzjoni kunfidenzjali.

(6)

Minħabba l-ambitu u l-applikazzjoni ta’ dawk l-emendi kollha, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2468 jiġi aġġustat biex jakkomoda l-bidliet fir-rigward tal-kontenut, tal-abbozzar u tal-preżentazzjoni tan-notifiki u l-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 14 u 16 tar-Regolament (UE) 2015/2283, tal-arranġamenti għall-verifika tal-validità tan-notifiki u tal-applikazzjonijiet u l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-opinjoni tal-Awtorità. B’mod partikolari, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2468 jagħmel referenza għall-formati standard tad-data u li jesiġi li l-applikazzjonijiet jipprovdu informazzjoni li turi l-konformità mar-rekwiżit ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Jenħtieġ li jiċċara wkoll li l-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżit ta’ notifika tifforma parti mill-verifika tal-validità ta’ applikazzjoni.

(7)

Barra minn hekk, meta jitqies il-fatt li l-Awtorità hija responsabbli mill-ġestjoni tal-bażi tad-data tal-istudji f’konformità mal-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni li tikkonsulta lill-Awtorità bħala parti mill-verifika tal-validità tan-notifiki u tal-applikazzjonijiet, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġi aċċertat li n-notifika jew l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti li huma stabbiliti f’dak l-Artikolu.

(8)

Meta jsiru konsultazzjonijiet pubbliċi matul il-valutazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 32c(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, jenħtieġ li l-opinjoni tal-Awtorità tinkludi wkoll ir-riżultati ta’ dawk il-konsultazzjonijiet skont ir-rekwiżiti ta’ trasparenza li għalihom hija soġġetta l-Awtorità.

(9)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mis-27 ta’ Marzu 2021 u li japplika għan-notifiki u għall-applikazzjonijiet imressqa minn dik id-data, li hija d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1381.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2468

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2468 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Notifika għandha tikkonsisti minn dan li ġej:

(a)

ittra ta’ akkumpanjament;

(b)

dossier tekniku;

(c)

sommarju tad-dossier.

Qabel l-adozzjoni ta’ formati standard tad-data skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, in-notifika għandha tiġi sottomessa permezz tas-sistema ta’ sottomissjoni elettronika pprovduta mill-Kummissjoni, f’format elettroniku li jippermetti t-tniżżil, l-istampar u t-tiftix ta’ dokumenti. Wara l-adozzjoni ta’ formati standard tad-data skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa permezz tas-sistema ta’ sottomissjoni elettronika pprovduta mill-Kummissjoni f’konformità ma’ dawk il-formati standard tad-data.”;

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Is-sommarju tad-dossier imsemmi fil-paragrafu 1(c) għandu jipprovdi evidenza li l-użu ta’ ikel tradizzjonali minn pajjiż terz huwa konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2015/2283. Is-sommarju tad-dossier ma għandu jkun fih l-ebda informazzjoni soġġetta għal talba għal trattament kunfidenzjali skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2015/2283 u skont l-Artikolu 39a tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.”;

(2)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Applikazzjoni għandha tikkonsisti minn dan li ġej:

(a)

ittra ta’ akkumpanjament;

(b)

dossier tekniku;

(c)

sommarju tad-dossier.

(d)

oġġezzjonijiet tas-sikurezza debitament motivati msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283;

(e)

ir-risposta tal-applikant għall-oġġezzjonijiet tas-sikurezza debitament motivati.

Qabel l-adozzjoni ta’ formati standard tad-data skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata permezz tas-sistema ta’ sottomissjoni elettronika pprovduta mill-Kummissjoni, f’format elettroniku li jippermetti t-tniżżil, l-istampar u t-tiftix ta’ dokumenti. Wara l-adozzjoni ta’ formati standard tad-data skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa permezz tas-sistema ta’ sottomissjoni elettronika pprovduta mill-Kummissjoni f’konformità ma’ dawk il-formati standard tad-data.”;

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Is-sommarju tad-dossier imsemmi fil-paragrafu 1(c) għandu jipprovdi evidenza li l-użu ta’ ikel tradizzjonali minn pajjiż terz huwa konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2015/2283. Is-sommarju tad-dossier ma għandu jkun fih l-ebda informazzjoni soġġetta għal talba għal trattament kunfidenzjali skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2015/2283 u skont l-Artikolu 39a tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.”;

(3)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

meta l-applikant jissottometti, f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2015/2283, talba biex ċerti partijiet tal-informazzjoni tad-dossier, inkluż informazzjoni supplimentari, jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali, lista tal-partijiet li għandhom jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali akkumpanjata minn ġustifikazzjoni verifikabbli li turi kif id-divulgazzjoni ta’ tali informazzjoni tista’ potenzjalment tagħmel ħsara sinifikanti għall-interess tal-applikant fi grad sinifikanti;”;

(b)

jiżdied il-punt (f):

“(f)

lista tal-istudji sottomessi biex jappoġġaw in-notifika jew l-applikazzjoni, inkluż informazzjoni li turi konformità mal-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.”;

(4)

L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Verifika tal-validità ta’ notifika

1.   Mal-wasla ta’ notifika ta’ ikel tradizzjonali minn pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha bla dewmien tivverifika jekk l-ikel ikkonċernat jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament(UE) 2015/2283 u jekk in-notifika tissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 3, 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-Istati Membri u lill-Awtorità dwar jekk in-notifika tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1. L-Istati Membri u l-Awtorità għandhom jipprovdu l-fehmiet tagħhom lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum tax-xogħol.

3.   Il-Kummissjoni tista’ titlob aktar informazzjoni mingħand l-applikant fir-rigward tal-validità tan-notifika u tgħarraf lill-applikant dwar il-perjodu li fih dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta.

4.   B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2015/2283 u għall-Artikolu 32b(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, notifika tista’ titqies valida anki jekk ma jkunx fiha l-elementi kollha meħtieġa skont l-Artikoli 3, 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament, dment li l-applikant ikun ressaq ġustifikazzjoni verifikabbli għal kull element nieqes.

5.   Il-Kummisjoni għandha tgħarraf lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Awtorità dwar jekk in-notifika tqisitx valida jew le. Jekk in-notifika ma tqisitx valida, il-Kummissjoni għandha tindika r-raġunijiet għal dik il-konklużjoni.”;

(5)

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Verifika tal-validità ta’ applikazzjoni

1.   Mal-wasla ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ ikel tradizzjonali minn pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha bla dewmien tivverifika jekk l-applikazzjoni tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikoli minn 4 sa 6 ta’ dan ir-Regolament u tal-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-Awtorità dwar jekk l-applikazzjoni tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1. L-awtorità għandha tipprovdi l-fehmiet tagħha lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum tax-xogħol.

3.   Il-Kummissjoni tista’ titlob aktar informazzjoni mingħand l-applikant fi kwistjonijiet dwar il-validità tal-applikazzjoni u tgħarraf lill-applikant dwar il-perjodu li fih dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta.

4.   B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2015/2283 u għall-Artikolu 32b(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, applikazzjoni tista’ titqies valida anki jekk ma jkunx fiha l-elementi kollha rekwiżiti skont l-Artikoli minn 4 sa 6 ta’ dan ir-Regolament, dment li l-applikant ikun ressaq ġustifikazzjoni verifikabbli għal kull element nieqes.

5.   Il-Kummisjoni għandha tgħarraf lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Awtorità dwar jekk l-applikazzjoni tqisitx valida jew le. Jekk l-applikazzjoni ma tqisitx valida, il-Kummissjoni għandha tindika r-raġunijiet għal dik il-konklużjoni.”;

(6)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

jiżdied il-punt (e):

“(e)

ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet imwettqa matul il-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 32c(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.”

(7)

L-Annessi I u II huma sostitwiti f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(8)

Jitħassar l-Anness III.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-27 ta’ Marzu 2021 u għan-notifiki u għall-applikazzjonijiet li jiġu sottomessi lill-Kummissjoni minn dik id-data.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2468 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi rekwiżiti amministrattivi u xjentifiċi li jikkonċernaw ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 55).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/1381 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 1829/2003, (KE) Nru 1831/2003, (KE) Nru 2065/2003, (KE) Nru 1935/2004, (KE) Nru 1331/2008, (KE) Nru 1107/2009, (UE) 2015/2283 u d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 231, 6.9.2019, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).


ANNESS

L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2017/2468 huma sostitwiti kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS I

Mudell tal-ittra li takkumpanja notifika dwar ikel tradizzjonali minn pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2015/2283

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Direttorat Ġenerali

Direttorat

Unità

Data: …

Suġġett: Notifika dwar ikel tradizzjonali minn pajjiż terz f’konformità mar-Regolament (UE) 2015/2283

(Jekk jogħġbok indika b’mod ċar billi timmarka waħda mill-kaxxi)

Notifika għal awtorizzazzjoni ta’ ikel tradizzjonali ġdid.

Notifika għaż-żieda, għat-tneħħija jew għall-modifika tal-kundizzjonijiet tal-użu ta’ ikel tradizzjonali diġà awtorizzat. Jekk jogħġbok ipprovdi referenza għal dik in-notifika.

Notifika għaż-żieda, għat-tneħħija jew għall-modifika tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ ikel tradizzjonali diġà awtorizzat. Jekk jogħġbok ipprovdi referenza għal dik in-notifika.

Notifika għaż-żieda, għat-tneħħija jew għall-modifika tar-rekwiżiti ta’ tikkettar speċifiċi addizzjonali ta’ ikel tradizzjonali diġà awtorizzat. Jekk jogħġbok ipprovdi referenza għal dik in-notifika.

Notifika għaż-żieda, għat-tneħħija jew għall-modifika ta’ monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq ta’ ikel tradizzjonali diġà awtorizzat. Jekk jogħġbok ipprovdi referenza għal dik in-notifika.

L-Applikant(i) jew ir-Rappreżentant(i) tiegħu/tagħhom fl-Unjoni

(isem/ismijiet, indirizz(i).…)

iressaq/iressqu din in-notifika sabiex tiġi aġġornata l-lista tal-Unjoni dwar ikel ġdid.

L-identità tal-ikel tradizzjonali:

Kunfidenzjalità. Skont il-każ, iddikjara jekk l-applikazzjoni tinkludix data kunfidenzjali f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2015/2283

Iva

Le

Kategoriji tal-ikel, kundizzjonijiet tal-użu u rekwiżiti tat-tikkettar

Kategorija tal-ikel

Kundizzjonijiet speċifiċi tal-użu

Rekwiżit tat-tikkettar speċifiku addizzjonali

 

 

 

 

 

Dejjem tiegħek,

Firma …

Mehmuża:

Dossier tekniku komplut

Sommarju tad-dossier (mhux kunfidenzjali)

Lista tal-partijiet tad-dossier li dwarhom intalab li jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali, akkumpanjati minn ġustifikazzjoni verifikabbli li turi kif id-divulgazzjoni ta’ tali informazzjoni tista’ potenzjalment tagħmel ħsara sinifikanti għall-interessi tal-applikant

Kopja tad-data amministrattiva tal-applikant(i)

Lista ta’ studji u l-informazzjoni kollha dwar in-notifika tal-istudji f’konformità mal-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002

(2)

L-Anness II huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS II

Mudell tal-ittra li takkumpanja applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ ikel tradizzjonali minn pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2015/2283

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Direttorat Ġenerali

Direttorat

Unità

Data: …

Suġġett: Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ ikel tradizzjonali minn pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2015/2283

L-Applikant(i) jew ir-Rappreżentant(i) tiegħu/tagħhom fl-Unjoni Ewropea

(isem/ismijiet, indirizz(i).…)

iressaq/iressqu din l-applikazzjoni sabiex tiġi aġġornata l-lista tal-Unjoni dwar ikel ġdid.

L-identità tal-ikel tradizzjonali:

Kunfidenzjalità. Skont il-każ, iddikjara jekk l-applikazzjoni tinkludix data kunfidenzjali f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2015/2283

Iva

Le

Kategoriji tal-ikel, kundizzjonijiet tal-użu u rekwiżiti tat-tikkettar

Kategorija tal-ikel

Kundizzjonijiet speċifiċi tal-użu

Rekwiżit tat-tikkettar speċifiku addizzjonali

 

 

 

 

 

 

Dejjem tiegħek,

Firma …

Mehmuża:

Applikazzjoni kompluta

Sommarju tal-applikazzjoni (mhux kunfidenzjali)

Lista tal-partijiet tal-applikazzjoni li dwarhom hu mitlub li jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali, akkumpanjati minn ġustifikazzjoni verifikabbli li turi kif id-divulgazzjoni ta’ tali informazzjoni tista’ potenzjalment tagħmel ħsara sinifikanti għall-interessi tal-applikant

Data ddokumentata li jkollha x’taqsam ma oġġezzjonijiet ta’ sikurezza debitament motivati

Kopja tad-data amministrattiva tal-applikant(i)

Lista ta’ studji u l-informazzjoni kollha dwar in-notifika tal-istudji f’konformità mal-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002


3.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 406/58


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1825

tat-2 ta’ Diċembru 2020

li jemenda l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward ta’ miżuri temporanji għall-introduzzjoni jew il-moviment fit-territorju tal-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 40(2) u 41(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (2), flimkien mal-Anness VI ta’ dak ir-Regolament, jipprevedi lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li l-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni hi pprojbita, flimkien mal-pajjiżi terzi, gruppi ta’ pajjiżi terzi jew żoni speċifiċi ta’ pajjiżi terzi li għalihom tapplika l-projbizzjoni, kif previst fl-Artikolu 40(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031.

(2)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, flimkien mal-Anness VII ta’ dak ir-Regolament, jipprevedi lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li joriġinaw minn pajjiżi terzi, u r-rekwiżiti speċjali korrispondenti għall-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031.

(3)

Barra minn hekk, l-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072, flimkien mal-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament, jipprevedi lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li joriġinaw mit-territorju tal-Unjoni, u r-rekwiżiti speċjali korrispondenti għall-moviment tagħhom fi ħdan it-territorju tal-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031.

(4)

Minn dakinhar li ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 ħareġ ċar li, f’ċerti każijiet eċċezzjonali, ċerti atti ta’ implimentazzjoni, li jistabbilixxu projbizzjonijiet jew rekwiżiti speċjali temporanji għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni, jew il-moviment fi ħdanu, ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, jeħtieġ li jiġu adottati skont l-Artikoli 28(1), 30(1), 40(2), (41)2, 42(3), 42(4) jew 49(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 biex jiġu indirizzati riskji fitosanitarji speċifiċi, li ma ġewx ivvalutati biżżejjed. Dan jippermetti li r-riskji fitosanitarji indirizzati permezz ta’ dawk il-projbizzjonijiet jew rekwiżiti speċjali jiġu vvalutati aktar sabiex jiġi ddeterminat l-istatus fitosanitarju tagħhom.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jipprevedu li l-projbizzjonijiet jew ir-rekwiżiti speċjali rispettivi japplikaw mingħajr preġudizzju għal dawk l-atti.

(6)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 7, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ewwel paragrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe att ieħor li jistabbilixxi projbizzjonijiet, ta’ natura temporanja, adottati skont l-Artikoli 40(2), 42(3) jew 49(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, u dwar l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra biex jiġu indirizzati riskji fitosanitarji partikolari li għadhom mhumiex ivvalutati bis-sħiħ.”;

2.

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ewwel subparagrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe att ieħor li jistabbilixxi rekwiżiti speċjali, ta’ natura temporanja, adottati skont l-Artikoli 41(2), 42(4) jew 49(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, u dwar l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra biex jiġu indirizzati riskji fitosanitarji partikolari li għadhom mhumiex ivvalutati bis-sħiħ.”;

(b)

fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ewwel subparagrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe att ieħor li jistabbilixxi rekwiżiti speċjali, ta’ natura temporanja, adottati skont l-Artikoli 28(1), 30(1), 41(2), 42(4) jew 49(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, u dwar il-moviment fit-territorju tal-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra biex jiġu indirizzati riskji fitosanitarji partikolari li għadhom mhumiex ivvalutati bis-sħiħ.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).


DEĊIŻJONIJIET

3.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 406/60


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2020/1826

tal-1 ta’ Diċembru 2020

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/895 (ATALANTA/3/2020)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (“Atlanta”).

(2)

Fil-25 ta' Ġunju 2020, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/895 (2) li ħatret il-Viċi Ammirall Riccardo MARCHIÒ bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għal Atalanta.

(3)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Kaptan Diogo ARROTEIA bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE għal Atalanta mit-3 ta' Diċembru 2020.

(4)

Fit-22 ta' Ottubru 2020, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2020/895 titħassar.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kaptan Diogo ARROTEIA huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) mit-3 ta' Diċembru 2020.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/895 (ATALANTA/2/2020) hija mħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mit-3 ta' Diċembru 2020.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

S. FROM-EMMESBERGER


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2020/895 tal-25 ta' Ġunju 2020 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/401 (ATALANTA/2/2020) (ĠU L 206, 30.06.2020, p. 63)


3.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 406/62


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1827

tas-26 ta’ Mejju 2020

dwar il-miżuri SA.39990 — (2016/C) (ex 2016/NN) (ex 2014/FC) (ex 2014/CP) — implimentati mill-Belġju għal Ducatt NV

(notifikata bid-dokument C(2020) 3287)

(It-testi bil-Franċiż u bin-Netherlandiż biss huma awtentiċi)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet ikkonċernati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet ikkwotati hawn fuq (1), u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fit-28 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet ilment formali ppreżentat mill-produttur Ġermaniż tal-ħġieġ GMB Glasmanufaktur Brandenburg GmbH (“GMB”) u l-kumpanija omm tiegħu Interfloat Corporation (“Interfloat Group”), irreġistrata fil-Liechtenstein, (flimkien “l-ilmentatur”). L-ilmentatur allega li l-kompetitur dirett tiegħu Ducat NV (“Ducatt”) kien irċieva għajnuna illegali mill-Istat li kienet inkompatibbli mas-suq intern mir-Reġjun Fjamming, il-Belġju.

(2)

Permezz ta’ ittra datata d-19 ta’ Mejju 2016, il-Kummissjoni infurmat lill-Belġju li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fir-rigward tal-allegata għajnuna mill-Istat mogħtija lil Ducatt (“id-Deċiżjoni tal-Ftuħ”).

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri deskritti fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

(4)

L-awtoritajiet Belġjani ssottomettew il-kummenti tagħhom dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ fl-20 ta’ Ġunju 2016 (3) u fid-19 ta’ Lulju 2016.

(5)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand l-ilmentatur fis-17 ta’ Ġunju 2016, fit-18 ta’ Awwissu 2016, fit-13 ta’ Settembru 2016 u fis-6 ta’ Ottubru 2016. Hija bagħtithom lill-awtoritajiet Belġjani, li kkummentaw dwarhom permezz ta’ ittra datata t-23 ta’ Jannar 2017.

(6)

Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand il-Belġju fit-30 ta’ Jannar 2017, li ġiet ippreżentata mill-awtoritajiet Belġjani fis-27 ta’ Marzu 2017.

(7)

Fl-14 ta’ Ġunju 2017, l-awtoritajiet Belġjani infurmaw lill-Kummissjoni bil-falliment ta’ Ducatt mill-20 ta’ Mejju 2017, u wara dan il-Kummissjoni ltaqgħet mar-rappreżentanti tal-Belġju fit-23 ta’ Ġunju 2017.

(8)

Fil-5 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni ltaqgħet mal-ilmentatur u mar-rappreżentanti legali tiegħu.

(9)

Fl-10 ta’ Lulju 2017, l-awtoritajiet Belġjani ssottomettew informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni, li din tal-aħħar kienet talbet fil-laqgħa tat-23 ta’ Ġunju 2017.

(10)

Il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni mingħand il-Belġju fl-20 ta’ Novembru 2017, fit-22 ta’ Ġunju 2018 u fil-31 ta’ Jannar 2020. L-awtoritajiet Belġjani wieġbu fil-15 ta’ Diċembru 2017, fis-27 ta’ Awwissu 2018, fl-4 ta’ Marzu u fit-12 ta’ Mejju 2020.

(11)

Il-Kummissjoni talbet ukoll aktar informazzjoni mingħand ir-riċevituri tal-falliment ta’ Ducatt fit-18 ta’ Lulju 2017, fil-25 ta’ Lulju 2017, fis-7 u d-9 ta’ Marzu 2018, fis-16 ta’ Mejju 2018 u fit-28 ta’ Jannar 2019. Ir-riċevituri wieġbu fit-22 ta’ Lulju 2017, fis-6 ta’ Marzu 2018, fid-9 ta’ Marzu 2018, fit-30 ta’ Marzu 2018, fit-30 ta’ Mejju 2018 u fid-29 ta’ Jannar 2019.

(12)

Il-Kummissjoni impenjat ruħha wkoll fil-korrispondenza li ġejja mal-ilmentatur: hija rċeviet ittri mingħand l-ilmentatur fit-3 ta’ April 2018, fit-2 ta’ April 2019 u fis-26 ta’ Jannar 2020, li għalihom wieġbet rispettivament fl-24 ta’ April 2018, fis-6 ta’ Mejju 2019 u fl-10 ta’ Frar 2020. Il-Kummissjoni kellha wkoll żewġ konverżazzjonijiet telefoniċi mal-kwerelant fis-26 ta’ Lulju 2018 u fis-27 ta’ Marzu 2019.

(13)

Fis-26 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni rċeviet ittra mingħand l-ilmentatur b’talba formali biex tittieħed azzjoni skont l-Artikolu 265(2) tat-TFUE.

2.   SFOND

2.1.   Il-benefiċjarju

(14)

Ducatt hija spin-off minn Emgo NV (“Emgo”), impriża konġunta 50/50 bejn Philips u Osram, li ġiet stabbilita fl-1966 bħala produttur ta’ bozoz tal-ħġieġ għall-produzzjoni ta’ bozoz inkandexxenti u tubi tal-ħġieġ għall-produzzjoni ta’ bozoz fluworexxenti. Ducatt ġiet stabbilita f’Novembru 2010 mill-Maniġer tal-Innovazzjoni (dak iż-żmien) f’Emgo (via Vercundus BVBA) u l-Maniġer tal-Finanzi tal-Kontabbiltà (dak iż-żmien) f’Emgo (via ArsiCO BVBA).

(15)

Minħabba bidliet fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, li jipprojbixxu l-bejgħ ta’ bozoz inkandexxenti mill-1 ta’ Settembru 2009, in-negozju tal-bozoz tal-ħġieġ ta’ Emgo nqasam u ngħaqad ma’ Ducatt f’Jannar 2011 bil-għan li jiġu salvagwardjati l-impjiegi u l-għarfien tiegħu fis-settur tal-manifattura tal-ħġieġ. Il-ġestjoni ta’ Ducatt kellha l-għan li tidħol fis-suq tal-ħġieġ għall-pannelli solari u mill-2011 investiet ħafna fil-makkinarju meħtieġ.

(16)

Minbarra ż-żewġ kumpaniji fundaturi, Vercundus BVBA u ArsiCO BVBA, Ducatt hija jew kienet koproprjetà f’diversi gradi mill-entitajiet ġuridiċi li ġejjin: Limburgse Reconversie Maatschappij (‘LRM’), Participatie Maatschappij Vlaanderen (‘PMV’), Capricorn Cleantech Fund (‘CCF’), Quest for Growth (‘QFG’), Belfius, VF Capital (‘VFC’), VMF u Aro. Barra minn hekk, partijiet mill-ishma tal-kumpanija kienu, għal xi żmien, miżmuma minn persuna fiżika, jiġifieri […] (*).

2.2.   L-ilment

(17)

L-ilmentatur huwa produttur tal-ħġieġ għall-pannelli solari u kompetitur dirett tal-allegat benefiċjarju tal-għajnuna Ducatt. L-ilmentatur jallega li Ducatt irċeviet madwar EUR 70 miljun ta’ għajnuna illegali mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern mill-bank tal-Istat Belfius u LRM u PMV, li huma żewġ kumpaniji ta’ investiment li huma proprjetà tar-Reġjun Fjamming.

(18)

Skont l-ilmentatur, l-allegata għajnuna ħadet il-forma ta’ self mogħti u żidiet kapitali mwettqa f’kundizzjonijiet mhux tas-suq li jmorru lura għall-istabbiliment ta’ Ducatt fl-2011. Dawn intużaw biex iwaqqfu l-kumpanija u jibdew il-produzzjoni tagħha u kontinwament ikopru t-telf tagħha.

3.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI U L-KONTENUT TAD-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ

(19)

Il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali biex tivvaluta jekk il-miżuri li ġejjin favur Ducatt kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u, jekk iva, jekk kinux kompatibbli mas-suq intern.

3.1.   Żidiet kapitali

(20)

Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ esprimiet dubji dwar jekk iż-żidiet kapitali sottoskritti minn LRM u PMV li jammontaw għal EUR […] kinux mogħtija skont it-termini tas-suq:

(a)

EUR […] minn żieda kapitali fit-28 ta’ Frar 2014 minn LRM (EUR […]) u PMV (EUR […]);

(b)

EUR […] minn żieda kapitali fl-4 ta’ Lulju 2014 minn LRM (EUR […]) u PMV (EUR […]);

(c)

EUR […] ta’ self li sussegwentement inqalbu f’ekwità:

(i)

EUR […] ta’ self (imgħax ta’ […]%) mogħti fil-21 ta’ Diċembru 2012 minn LRM (EUR […]) u PMV (EUR […]) li ġew ikkonvertiti f’ekwità bl-imgħax fil-5 ta’ Diċembru 2013 (“self 4”);

(ii)

EUR […] ta’ self (imgħax ta’ […]%) mogħti fis-27 ta’ Settembru 2013 minn LRM (EUR […]) u PMV (EUR […]) li ġew ikkonvertiti f’ekwità fit-13 ta’ Diċembru 2013 (“self 5”);

(iii)

EUR […] ta’ self (imgħax ta’ […]%) mogħti fit-28 ta’ Novembru 2013 minn LRM li ġew ikkonvertiti f’ekwità bl-imgħax fit-28 ta’ Frar 2014 (“self 6”);

(iv)

EUR […] ta’ self (imgħax ta’ […]%) mogħti fis-16 ta’ Diċembru 2013 minn LRM (EUR […]) u PMV (EUR […]) li ġew ikkonvertiti f’ekwità fit-28 ta’ Frar 2014 (“self 7”);

(v)

EUR […] mis-self tranżitorju ta’ EUR […] mogħti f’nofs Settembru 2015 minn LRM (parti minn ‘selfa 13’);

(d)

EUR […] minħabba ċertifikati ta’ stokks, eżerċitati fi:

(i)

EUR […] fit-30 ta’ Settembru 2014 minn LRM (EUR […]) u PMV (EUR […]);

(ii)

EUR […] fis-27 ta’ Ottubru 2014 minn LRM (EUR […]) u PMV (EUR […]);

(iii)

EUR […] fit-28 ta’ Novembru 2014 minn LRM;

(iv)

EUR […] fit-28 ta’ Jannar 2015 minn LRM.

3.2.   Selfiet

(21)

Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ esprimiet dubji dwar jekk, minbarra s-self ikkonvertit f’ekwità kif iddikjarat fil-premessa (20) hawn fuq, is-selfiet li ġejjin mogħtija minn LRM u PMV li jammontaw għal EUR […] ingħataw fuq termini tas-suq:

(a)

EUR […] self tranżitorju fl-10 u d-19 ta’ Frar 2014 minn LRM imħallsa lura fit-28 ta’ Frar 2014 (“self 8” u “self 9”);

(b)

EUR […] fis-16 ta’ Mejju 2014 minn LRM (EUR […]) u PMV (EUR […] (“self 10”);

(c)

self ta’ EUR […] fid-29 ta’ April 2015 minn LRM (“self 11”);

(d)

EUR […] self tranżitorju mogħti matul Lulju u Awwissu 2015 minn LRM (“self 12”);

(e)

EUR […] self tranżitorju mogħti f’nofs Settembru 2015 minn LRM (parti mis-“self 13”).

3.3.   Ċiklu ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ Novembru 2015

(22)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni tal-Ftuħ esprimiet dubji dwar jekk iż-żieda fil-kapital u r-ristrutturar tas-self tal-azzjonisti ta’ Novembru 2015 twettqux skont it-termini tas-suq. Dan kien jinkludi, minn naħa, iż-żieda fil-kapital sottoskritta minn LRM fi flus kontanti ta’ EUR […] (minbarra l-konverżjoni ta’ EUR […] mis-self 13) u, min-naħa l-oħra, it-teħid tal-partijiet pendenti tas-self 10 mingħand partijiet oħra minn LRM, kif ukoll it-tħassir ta’ partijiet mill-prinċipali u l-imgħax tas-self 10, 11 u 12 minn LRM.

4.   FALLIMENT TAL-BENEFIĊJARJU

(23)

Fit-11 ta’ Mejju 2017, l-insolvenza ta’ Solarworld, il-klijent ewlieni ta’ Ducatt, li l-bejgħ tagħha ġġenera madwar 30 % tad-dħul ta’ Ducatt, saret pubblika.

(24)

Sussegwentement, fl-20 ta’ Mejju 2017, il-bord tad-diretturi ta’ Ducatt iddeċieda li jibda l-proċedura ta’ stralċ ġudizzjarju għal Ducatt. Ducatt ġiet iddikjarata falluta mill-20 ta’ Mejju 2017 permezz tal-ordni ta’ falliment maħruġa mill-Qorti Kummerċjali ta’ Hasselt fit-23 ta’ Mejju 2017, li ħatret ukoll tliet riċevituri ta’ falliment.

4.1.   Waqfien tal-attività tan-negozju u disponiment tal-assi tal-benefiċjarju

(25)

F’Lulju 2017, kull attività kummerċjali ta’ Ducatt kienet waqfet definittivament wara x-xoljiment tal-kuntratti tal-impjegati kollha tagħha u l-waqfien tal-produzzjoni (4).

(26)

F’Awwissu 2017, wara li ma ġew riċevuti l-ebda offerti għall-bejgħ tan-negozju ta’ Ducatt bħala negozju avvjat, ir-riċevituri tal-falliment biegħu l-assi mhux relatati mal-produzzjoni ta’ Ducatt (għamara, kompjuters, spare parts, tagħmir tat-trasport, inventarju, materjali tal-imballaġġ, magni tat-tindif eċċ.) permezz ta’ rkant online lil għadd ta’ xerrejja differenti.

(27)

L-assi ewlenin relatati mal-produzzjoni ta’ Ducatt inkrew minn Ducatt mingħand partijiet terzi, li ħadu lura dawn l-assi tal-produzzjoni bħala riżultat tal-falliment ta’ Ducatt. B’mod partikolari, il-bini u parti mill-makkinarju (sala tal-produzzjoni bil-forn tal-ħġieġ, uffiċċji u bini tal-loġistika) ġew riposseduti mill-kumpanija tal-kiri LRM Lease NV, filwaqt li l-linji tat-trattament tal-ħġieġ (għall-ħġieġ li joħroġ mill-forn tal-ħġieġ) ġew riposseduti mill-kumpaniji tal-kiri ING Equipment Lease, KBC Lease u ES Finance.

(28)

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Belġju, il-bini tal-produzzjoni u l-uffiċċji huma attwalment vojta, filwaqt li partijiet mill-bini loġistiku huma mikrija lil diversi kumpaniji tal-loġistika bħala spazju għall-ħżin. Il-pjan huwa li titwaqqa’ s-sala tal-produzzjoni flimkien mal-uffiċċji, li tiġi żviluppata mill-ġdid l-art sottostanti u li l-bini jinżamm attwalment mikri lill-kumpaniji tal-loġistika. Il-forn tal-ħġieġ tneħħa mis-sala tal-produzzjoni u ġie żarmat, fejn il-partijiet tal-ġebel tal-forn inbiegħu permezz ta’ rkant online lill-ogħla offerenti, u komponenti oħra tal-forn ġew skreppjati wara tentattivi li ma rnexxewx li jbigħuhom permezz ta’ rkant online.

4.2.   Bilanċ tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-benefiċjarju u l-likwidazzjoni tiegħu

(29)

Il-Belġju wera li l-obbligazzjonijiet ta’ Ducatt f’falliment jammontaw għal madwar EUR 33,8 miljun, li minnhom l-obbligazzjonijiet ta’ Ducatt lejn kredituri preferenzjali (l-aktar persunal, sigurtà soċjali, banek u kumpaniji tal-kiri) jammontaw għal EUR 14,3 miljun, filwaqt li l-assi ta’ Ducatt f’falliment jammontaw għal madwar EUR 3,6 miljun.

(30)

Barra minn hekk, fil-każ li l-Kummissjoni kkonstatat li l-Belġju kien ta lil Ducatt għajnuna illegali mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern u ordnat l-irkupru ta’ tali għajnuna mill-Istat, it-talba tal-Belġju għall-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat fil-proċedura ta’ stralċ ġudizzjarju ta’ Ducatt ma kinitx tkun privileġġata skont il-liġijiet Belġjani dwar l-insolvenza. Peress li l-assi huma, bil-bosta, insuffiċjenti biex jitħallsu lura l-kredituri preferenzjali, ma hemm l-ebda ċans realistiku li jiġu ssodisfati pretensjonijiet mhux preferenzjali, anki parzjalment.

(31)

Il-likwidazzjoni inevitabbli ta’ Ducatt tiddewwem biss minħabba għadd ta’ proċeduri legali pendenti, li huma relatati ma’ pretensjonijiet mill-kredituri u minn xi wħud mill-impjegati tagħha. Ir-riżultat ta’ dawn il-proċeduri mhux se jbiddel il-fatt li l-pretensjonijiet preferenzjali jaqbżu l-assi ta’ Ducatt.

5.   KONKLUŻJONI

(32)

Il-Kummissjoni tinnota li, skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, is-setgħat tal-Kummissjoni huma mfassla biex jevitaw l-għoti ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern. Fir-rigward tal-irkupru, il-Qorti sostniet b’mod konsistenti li s-setgħa tal-Kummissjoni li tordna lill-Istati Membri jirkupraw għajnuna meqjusa mill-Kummissjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern hija mfassla biex tistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni qabel l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mas-suq intern (5).

(33)

Fi kliem ieħor, wieħed mill-għanijiet tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat huwa li jipprevjeni l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat illegali jew inkompatibbli. L-għan l-ieħor huwa li jiġi żgurat li terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni ta’ qabel id-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata minn għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern.

(34)

F’dan il-każ, ma tistax tingħata iktar għajnuna lil Ducatt. Deċiżjoni li tiddikjara li l-miżuri diġà mogħtija jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħhom, fi kwalunkwe każ, ma tirriżultax f’irkupru (tali rkupru jkun manifestament impossibbli), u ma jkollha l-ebda influwenza fuq il-ħlas tal-pretensjonijiet ta’ kredituri oħra.

(35)

B’mod aktar preċiż, il-Kummissjoni tinnota li l-attività tan-negozju ta’ Ducatt waqfet definittivament minħabba (i) it-terminazzjoni tal-kuntratti kollha mal-impjegati ta’ Ducatt, li issa huma impjegati l-aktar minn impjegaturi oħra; (ii) iż-żarmar tal-faċilitajiet ta’ produzzjoni ta’ Ducatt u l-bejgħ tal-assi kollha mhux relatati mal-produzzjoni ta’ Ducatt lil għadd ta’ xerrejja differenti.

(36)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-assi prinċipali tal-produzzjoni ta’ Ducatt, il-forn tal-ħġieġ repospost mil-LRM Lease, ġie żarmat u għalhekk ma jistax jiġi offrut lil ebda operatur tas-suq, filwaqt li l-bini miżmum mil-LRM Lease ma ntużax għal skopijiet relatati mal-attività kummerċjali ta’ Ducatt. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-linji tat-trattament tal-ħġieġ huma proprjetà ta’ impriżi privati, indipendenti minn Ducatt u r-Reġjun Fjamming, li l-istrateġija kummerċjali tagħhom hija li jikru l-assi u li ma jwettqu l-ebda attività ta’ produzzjoni komparabbli ma’ dik ta’ Ducatt. Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe possibbiltà li impriża oħra tkompli l-attività kummerċjali ta’ Ducatt tista’ tiġi eskluża.

(37)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li ordni ta’ rkupru ma jkollha l-ebda impatt fuq il-ħlas tat-talbiet għall-għajnuna mill-Istat, u lanqas fuq kwalunkwe talba oħra. Skont il-liġi Belġjana dwar il-falliment, it-talba għall-irkupru tal-għajnuna mill-Istat fil-każ ta’ deċiżjoni negattiva tal-Kummissjoni li tinvolvi l-irkupru tiġi rreġistrata bħala pretensjoni mhux preferenzjali tal-kreditur fl-iskeda tal-passiv ta’ Ducatt. Il-pretensjonijiet preferenzjali tal-kredituri ta’ Ducatt fil-proċedimenti ta’ falliment jaqbżu b’mod sinifikanti l-ammont tal-assi ta’ Ducatt f’falliment. Għalhekk, anki li kieku l-Kummissjoni kellha ssib li Ducatt kienet irċeviet għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli, l-irkupru bbażat fuq deċiżjoni bħal din ikun impossibbli u bl-ebda mod ma jinfluwenza l-eżitu tar-rimborż tal-pretensjonijiet tal-kredituri mhux preferenzjali ta’ Ducatt.

(38)

L-uniku raġunament għall-eżistenza kontinwa ta’ Ducatt, mingħajr ebda attività kummerċjali, huwa li jistenna l-eżitu ta’ diversi proċeduri legali pendenti relatati ma’ pretensjonijiet minn kredituri u impjegati preċedenti. Ladarba dawn il-proċeduri jintemmu, Ducatt inevitabbilment tiġi llikwidata u titneħħa mir-reġistru tal-kumpaniji.

(39)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-kwalifika tal-miżuri inkwistjoni bħala għajnuna inkompatibbli ma jkollha l-ebda effett prattiku, u l-proċedura ta’ investigazzjoni formali mibdija skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward tal-miżuri inkwistjoni m’għadx għandha skop,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċedura mibdija skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE fid-19 ta’ Mejju 2016 fir-rigward ta’ Ducatt NV hija b’dan mitmuma.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Viċi President Eżekuttiv


(1)  ĠU C 369, 7.10.2016, p. 27.

(2)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.

(3)  Fil-laqgħa mal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2016.

(*)  Kunfidenzjali.

(4)  Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tal-funzjonament tal-forn tal-ħġieġ, dan ma setax jintefa immedjatament u kellu jgħaddi minn proċedura ta’ tberrid gradwali, li kienet teħtieġ l-involviment ta’ parti mill-persunal. Huwa għalhekk li ċerti membri tal-persunal ta’ Ducatt kienu impjegati sakemm tlesta it-tberrid fil-bidu ta’ Lulju.

(5)  Is-sentenza tal-Qorti tal-14 ta’ Settembru 1994 fil-Kawżi konġunti C-278/92, C-279/92 u C-280/92 Spanja vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1994:325, il-paragrafu 75.


Rettifika

3.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 406/67


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1410 tal-25 ta’ Settembru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fis-66 sessjoni tal-Kumitat tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali fir-rigward tal-adozzjoni maħsuba ta’ Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni, deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni, emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata jew pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata, u ta’ rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata taħt il-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 tat-8 ta’ Ottubru 2020 )

L-Anness għandu jaqra:

“ANNESS

IV.   RAPPORT TAS-SOTTOKUMITAT XJENTIFIKU: Dok. NS0456Eb (SSC/35 - rapport)

(1)

Kwistjonijiet għal deċiżjoni (dok. NC2708Ea)

(a)

L-Annessi A/1 u C/1 – Klassifikazzjoni ta' prodotti INN ġodda (il-Lista 120). L-Unjoni għandha tapprova l-125 klassifikazzjoni (l-Edizzjoni tas-SA tal-2017) u t-tliet riklassifikazzjonijiet konsegwenzjali (l-Edizzjoni tas-SA tal-2022) rakkomandati mis-Sottokumitat Xjentifiku.

(b)

L-Annessi A/2 u C/2 – Klassifikazzjoni ta' prodotti INN ġodda (il-Lista 121). L-Unjoni għandha tapprova l-143 klassifikazzjoni (l-Edizzjoni tas-SA tal-2017) u l-15-il riklassifikazzjoni konsegwenzjali (l-Edizzjoni tas-SA tal-2022) rakkomandati mis-Sottokumitat Xjentifiku.

(c)

L-Annessi A/3 u C/3 – Riklassifikazzjoni possibbli ta' ċerti prodotti INN konsegwenzjali fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Artikolu 16 tat-23 ta' Ġunju 2019. L-Unjoni għandha tapprova r-riklassifikazzjonijiet konsegwenzjali (l-Edizzjoni tas-SA tal-2022) tal-143 prodott INN miftehma mas-Sottokumitat Xjentifiku.

(d)

L-Annessi B/1 u C/6 – Deċiżjonijiet meħuda mill-Kumitat tas-SA fit-63 u fl-64 sessjoni tiegħu u mill-Kunsill tad-WCO fil-133/134 sessjoni tiegħu, li jaffettwaw il-ħidma tas-Sottokumitat Xjentifiku. L-Unjoni għandha tapprova r-riklassifikazzjonijiet ta' "zilucoplan" u "etryptamine" approvati mis-Sottokumitat Xjentifiku, fis-subintestaturi 2 933,79 u 2 939,80, rispettivament.

L-Unjoni għandha taqbel mal-klassifikazzjonijiet kollha proposti peress li huma konformi mal-politika ta' klassifikazzjoni attwali fl-Unjoni.

(2)

L-emenda possibbli għan-Noti ta' Spjegazzjoni tal-Kapitolu 29 fir-rigward tal-lista ta' drogi narkotiċi, sustanzi psikotropiċi u prekursuri Dok. NC2738Ea

L-Unjoni għandha taqbel mal-proposta li tiġi emendata n-NSSA tal-Kapitolu 29, f'konformità mal-parir tas-Sottokumitat Xjentifiku.

V.   RAPPORT TAS-SOTTOKUMITAT DWAR IR-RIEŻAMI TAS-SA (Dok. NR1403E)

(1)

Kwistjonijiet għal deċiżjoni (Dok. NC2709Ea)

(a)

L-Annessi D/6 u G/11 – Emenda possibbli għan-Nota ta' Spjegazzjoni tal-intestatura 85.24 (SA 2022)

(b)

L-Annessi D/7 u G/12 – Emendi possibbli għan-Noti ta' Spjegazzjoni tas-SA 2022 fir-rigward tal-istampaturi 3D

(c)

L-Annessi E/14 u G/19 – Emenda għan-Noti ta' Spjegazzjoni tal-intestatura 70.19 fir-rigward tal-fibri tal-ħġieġ (HS 2022)

(d)

L-Annessi E/1 sa E/6, E/8 sa E/13, E/15 sa E/18, E/20, E/23 u G/1 sa G/6, G/8, G/13 sa G/18, G/21, G/22, G/24, G/27 – Emenda possibbli għan-Nota ta' Spjegazzjoni tat-Taqsimiet I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XI, XII, XIII, XIV, XV, XVI, XVII, XVIII, XX u XXI.

(e)

L-Annessi E/23 u G/27 – Emendi għan-Noti ta' Spjegazzjoni tal-Kapitolu 97 fir-rigward ta' ċerti oġġetti kulturali (HS 2022)

(f)

L-Annessi E/24 u G/28 – Emendi għan-Noti ta' Spjegazzjoni (GIRs)

L-Unjoni għandha taqbel mal-emendi kollha proposti fid-dokumenti peress li jirriflettu l-politika ta' klassifikazzjoni attwali fl-Unjoni.

(2)

Il-klassifikazzjoni fis-SA 2022 ta' ċerti vaporizzaturi elettriċi personali li jintremew wara l-użu jew rikarikabbli (Talba mis-Segretarjat) Dok. NC2710Eb

L-Unjoni tikklassifika l-prodott 1 fis-subintestatura 8 543,70 tas-SA 2017 u fis-subintestatura 8 543,40 tas-SA 2022. Il-prodott 2 għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura 24.04 tas-SA2022 bl-użu ta' GIR 3(b), abbażi tal-karattru essenzjali mogħti mil-likwidu elettroniku.

(3)

Il-klassifikazzjoni fis-SA 2022 ta' ċerti kollezzjonijiet u biċċiet tal-kollezzjoni ta' interess numismatiku (Talba mis-Segretarjat) Dok. NC2711Ea

L-Unjoni għandha tesprimi l-bżonn għal informazzjoni addizzjonali dwar il-prodotti biex tiġi ddeterminata l-klassifikazzjoni.

L-Unjoni ma għandhiex taqbel mal-proposta li tiġi emendata n-NSSA, sakemm ma jkunx hemm kjarifika u gwida dwar kif issir distinzjoni bejn is-subintestaturi l-ġodda taħt l-intestatura 97.05.

(4)

Il-klassifikazzjoni fis-SA 2022 ta' ċerti cartridges għall-istampaturi 3D (Talba mis-Segretarjat) Dok. NC2712Ea

L-Unjoni tikklassifika l-prodotti fil-Kapitolu 39 skont il-materjal kostitwenti, f'konformità mad-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-276/00. Hemm bżonn informazzjoni addizzjonali biex jiġu kklassifikati l-prodotti fil-livell tas-subintestatura. L-emenda proposta għan-NSSA ma għandhiex tiġi appoġġata, peress li l-prattika attwali fl-Unjoni hija li l-cartridges tal-istampaturi ma jiġux ikklassifikati bħala partijiet mill-istampaturi.

(5)

Il-klassifikazzjoni fis-SA 2022 ta' magna tal-laminazzjoni tal-folji għall-manifattura addittiva Dok. NC2744Ea

L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 84.85 (l-għażla II).

VI.   RAPPORT TAL-GRUPP TA' ĦIDMA PRESESSJONALI Dok. NC2714Ea u l-Annessi A sa T

L-Unjoni għandha tadotta t-test ippreżentat fl-Annessi A sa T, soġġett għal xi suġġerimenti editorjali, bir-rimarki li ġejjin:

(1)

L-emenda għall-Ġabra ta' Opinjonijiet ta' Klassifikazzjoni biex tiġi riflessa d-deċiżjoni dwar il-klassifikazzjoni ta' prodott fl-intestatura 18.06 (subintestatura 1 806,32)

L-Unjoni għandha tissuġġerixxi li titħassar il-lista ta' ingredjenti li mhumiex meħtieġa għall-finijiet ta' klassifikazzjoni.

(2)

L-emenda għall-Ġabra ta' Opinjonijiet ta' Klassifikazzjoni biex tiġi riflessa d-deċiżjoni dwar il-klassifikazzjoni ta' żewġ tipi ta' zkuk tat-tabakk ("Zkuk tat-tabakk imqatta' rrumblat espandut (CRES)" u "Zkuk tat-tabakk espandut (ETS)") fl-intestatura 24.03 (subintestatura 2 403,99)

L-Unjoni għandha tinsisti li jinżamm it-test "ma jistax jitpejjep direttament" peress li dan kien il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni.

(3)

L-emenda għall-Ġabra ta' Opinjonijiet ta' Klassifikazzjoni biex tiġi riflessa d-deċiżjoni dwar il-klassifikazzjoni ta' Ċelloli tal-Karburant b'Ossidu Solidu (SOFC) fl-intestatura 85.01 (subintestatura 8 501,62)

L-Unjoni għandha tissuġġerixxi l-użu tad-deskrizzjoni tal-prodott mit-test fil-kaxxa fid-dokument ta' ħidma inizjali (dok. NC2655E1b).

VII.   TALBIET GĦAL RIEŻAMI (RIŻERVI)

(1)

Ir-rieżami tal-klassifikazzjoni ta' ċerti sip feeds djetetiċi (Prodotti 1 sa 5) (Talba mill-Istati Uniti) Dok. NC2715Ea

L-Unjoni tikklassifika l-prodotti bħala xarbiet fl-intestatura 22.02, f'konformità mad-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-114/80 u mal-Opinjonijiet ta' Klassifikazzjoni 2 202,99/2-4.

(2)

Ir-rieżami tal-klassifikazzjoni ta' arloġġ tal-idejn tal-ġiri bil-GPS u bil-monitoraġġ tal-polz (Talbiet mill-Istati Uniti u l-Ġappun) Dok. NC2716Ea

L-Unjoni tikklassifika l-prodott fis-subintestatura 9 102,12 bħala arloġġ tal-idejn, f'konformità man-NSNM għall-intestatura 91.02.

(3)

Ir-rieżami tal-klassifikazzjoni ta' Sterilizzatur (Talba mill-Ukrajna) Dok. NC2717Ea

L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 84.19, peress li din hija l-intestatura speċifika għall-isterilizzaturi. Il-bidla fit-temperatura sseħħ u għandha effett importanti fuq il-proċess sterilizzanti. L-apparat ma jissodisfa l-ebda funzjoni mekkanika.

(4)

Ir-rieżami tal-klassifikazzjoni ta' żewġ prodotti msejħa "Ġeneraturi RF u Networks ta' Korrispondenza RF" (Talba mill-Korea t'Isfel) Dok. NC2718Ea, NC2745Eb, NC2747Ea

L-Unjoni tikklassifika l-prodotti fl-intestatura 84.86 peress li huma magni identifikabbli użati biss jew prinċipalment għall-manifattura ta' apparati semikondutturi.

VIII.   STUDJI ULTERJURI

(1)

Il-klassifikazzjoni tal-insetti li jittieklu (Proposta mis-Segretarjat) Dok. NC2719Ea

L-Unjoni għandha tappoġġa t-trasferimenti possibbli mill-intestaturi 02.10 u 04.10 għall-prodott 1. Il-prodott 2 jista' jiġi ttrasferit jew mill-intestatura 04.10 jew mill-Kapitolu 16. Il-prodott 3 jista' jiġi ttrasferit mill-Kapitolu 16. Il-prodott 4 jista' jiġi ttrasferit mill-Kapitolu 16 jew 21.

(2)

L-emenda possibbli għan-Nota ta' Spjegazzjoni tal-intestatura 27.11 biex tiġi ċċarata l-klassifikazzjoni tal-gass likwifikat miż-żejt (LPG) (Proposta mis-Segretarjat) Dok. NC2720Ea

L-Unjoni għandha tappoġġa l-ħolqien ta' subintestatura fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-subintestatura 2 711,19.

(3)

L-emenda għan-Noti ta' Spjegazzjoni tar-Regola 3(b) biex tiġi ċċarata l-klassifikazzjoni tas-settijiet tad-Dok. NC2721Ea

L-Unjoni għandha tappoġġa ż-żamma tal-istatus quo u l-prattiki ta' klassifikazzjoni attwali.

(4)

L-emenda possibbli għan-Nota ta' Spjegazzjoni tal-intestatura 91.02 Dok. NC2722Ea

L-Unjoni tippreferi tistenna deċiżjoni definittiva dwar il-klassifikazzjoni fil-punt VII.2 qabel timxi bl-emenda għan-NSSA.

(5)

L-emenda possibbli għan-Nota ta' Spjegazzjoni tal-intestatura 87.03 fir-rigward ta' vetturi ibridi mikro Dok. NC2723Ea

L-Unjoni għandha tappoġġa l-emenda għan-NSSA peress li din tiċċara l-klassifikazzjoni tat-tip ta' vettura l-ġdid.

(6)

Il-klassifikazzjoni tal-vetturi ibridi ħfief Dok. NC2724Ea

L-Unjoni tikklassifika l-prodott fis-subintestatura 8 703,40, peress li l-mutur elettriku huwa ddisinjat biex jagħti spinta lill-vettura billi jappoġġa t-tħaddim tal-magna.

(7)

Klassifikazzjoni ta' prodott tax-xema' (Talba mill-Ekwador) Dok. NC2725Ea

L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 34.04, peress li l-analiżi fil-laboratorju kkonfermat li l-prodott kellu karatteristika bħax-xema'.

(8)

L-emenda possibbli għan-Nota ta' Spjegazzjoni tal-intestatura 95.03 (Proposta mill-Unjoni) Dok. NC2667Ea

L-Unjoni għandha tibqa' flessibbli għal kwalunkwe kumment editorjali addizzjonali dwar il-proposta oriġinali tal-UE.

(9)

L-emenda possibbli għan-Nota ta' Spjegazzjoni tal-intestatura 95.05 (Proposta mill-Unjoni) Dok. NC2668Ea, NC2668Ea

L-Unjoni għandha tibqa' flessibbli għal kwalunkwe kumment editorjali addizzjonali dwar il-proposta oriġinali tal-UE.

(10)

Il-klassifikazzjoni ta' ċerti żjut essenzjali mqiegħda għall-bejgħ bl-imnut (Talba mill-Costa Rica) Dok. NC2672Ea

L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 33.01. Dan il-prodott huwa żejt essenzjali tal-lavanda li fih tipi ta' alkoħol monoterpeniċi, għalhekk mhuwiex deterpenat u huwa kopert mill-intestatura 33.01. Dan jinkiseb permezz ta' proċess ta' distillazzjoni bil-fwar li, għaldaqstant, huwa konformi man-NSSA tal-intestatura 33.01.

(11)

Klassifikazzjoni ta' żewġ lostraturi tal-art (Talba mill-Costa Rica) Dok. NC2673Ea

L-Unjoni tikklassifika l-prodotti fl-intestatura 84.79. Minħabba l-karatteristiċi tekniċi tagħhom, huma mhumiex tat-tip li normalment jintuża għal skopijiet domestiċi u meta titqies in-Nota 4(a) tal-Kapitolu 85 jenħtieġ li jkunu kklassifikati fis-subintestatura 84.79.

(12)

Il-klassifikazzjoni ta' "Boom Lift Artikolat Awtonomu" (Talba mill-Korea t'Isfel) Dok. NC2674Ea

L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 84.28 abbażi tar-Regolament (KE) Nru 738/2000 għal prodott simili.

(13)

Il-klassifikazzjoni ta' ċerti preparazzjonijiet tal-ikel (Talba mill-Istati Uniti) Dok. NC2676Ea, NC2742Ea

L-Unjoni għandha titlob informazzjoni addizzjonali dwar l-erba' prodotti kkonċernati kollha biex tiġi ddeterminata l-klassifikazzjoni.

Prodott 1: kontenut ta' proteina. Jekk dan ikun għoli ħafna (aktar minn 85 %), tista' tiġi kkunsidrata l-intestatura 35.04. Abbażi tal-informazzjoni attwali, il-prodott jista' jiġi kklassifikat fis-subintestatura 2 106,10 f'konformità mal-Opinjoni ta' Klassifikazzjoni 2 106,90/5.

Prodott 2: l-Unjoni tikklassifikah fl-intestatura 22.02 jekk ikun direttament tajjeb għax-xorb, jew fl-intestatura 21.06 jekk ikun irid jiġi dilwit qabel jinxtorob.

Prodott 3: l-Unjoni tikklassifikah fl-intestatura 2 101,20, madankollu, ikun ta' għajnuna jekk ikun hemm informazzjoni addizzjonali dwar il-kontenut ta' kafeina.

Prodott 4: id-deskrizzjoni tal-prodott toħloq konfużjoni, peress li mhuwiex ċar x'inhu l-ingredjent prinċipali. Jekk ikun fih il-kawkaw, jista' jiġi kklassifikat fl-intestatura 18.06, jekk le fl-intestatura 19.05.

(14)

Il-klassifikazzjoni ta' "magna tat-tqattigħ" (Talba mill-Federazzjoni Russa) Dok. NC2677Ea

L-Unjoni għandha tinnota li peress li l-magna fiha bosta funzjonijiet, il-klassifikazzjoni diffiċli li tiġi ddeterminata, u li din tista' tiġi kklassifikata fl-intestaturi 84.30 u 84.32, għalhekk tikklassifikaha fl-intestatura 84.32, bl-użu ta' GIR 3(c).

(15)

Il-klassifikazzjoni ta' ċerti tajers pnewmatiċi ġodda, tal-gomma, intiżi għall-vetturi użati għat-trasport ta' oġġetti fil-kostruzzjoni, fix-xogħol tal-minjieri jew fl-industrija (Talba mill-Federazzjoni Russa) Dok. NC2678Ea, NC2748Ea

L-Unjoni għandha tikkondividi l-parir tas-Segretarjat tad-WCO, u tikklassifika ż-żewġ prodotti fis-subintestatura 4 011,20.

(16)

Il-klassifikazzjoni ta' ċerti preparazzjonijiet ta' tip użat fl-għalf tal-annimali (Talba mill-Kanada) Dok. NC2679Ea, NC2743Ea

Abbażi tad-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-144/15, l-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 23.09.

(17)

Il-klassifikazzjoni tal-prodott imsejjaħ "Kaxxa tad-Dawl għall-Ittrejsjar" (Talba mill-Ġappun) Dok. NC2681Ea

L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 94.05, billi dan għandu funzjoni b'użi multipli u mhuwiex mgħammar b'xi strument tat-tpinġija.

(18)

Il-klassifikazzjoni ta' kontrollur tal-veloċità elettroniku (Talba mit-Tuneżija) Dok. NC2682Ea

L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 85.04, kif issuġġerit mis-Segretarjat tad-WCO.

(19)

L-emenda possibbli għan-Nota ta' Spjegazzjoni tal-intestatura 27.10 (Proposta mill-Ġappun) Dok. NC2641Ea, NC2739Ea

L-Unjoni għandha toqgħod lura milli tieħu sehem f'diskussjonijiet peress li l-opinjoni ta' klassifikazzjoni li minnha tirriżulta din l-emenda ma tistax tiġi applikata fl-Unjoni minħabba d-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-330/13. Ikun aħjar li wieħed jaħseb fl-emenda għas-SA fil-futur u fit-tqassim mill-ġdid tan-Nota 2 tal-Kapitolu 27.

(20)

Jaf hemm allinjament ħażin bejn it-test Ingliż u dak Franċiż fin-Noti ta' Spjegazzjoni tal-intestatura 85.01 Dok. NC2688Ea

L-Unjoni għandha taqbel mal-emenda proposta li jintuża t-terminu Franċiż "onduleur" bħal f'partijiet oħra tan-Nomenklatura tas-SA.

IX.   MISTOQSIJIET ĠODDA

(1)

Il-klassifikazzjoni ta' ċerti kontenituri taż-żibel fit-toroq (Talba mit-Tuneżija) Dok. NC2726Ea

L-Unjoni tikklassifika l-prodotti fl-intestatura 39.26 minħabba d-daqs akbar tal-kontenituri, mhux għall-użu domestiku. L-Unjoni tinnota li d-deskrizzjoni tal-prodott jenħtieġ li tinkludi l-kapaċità tal-kontenituri f'litri.

(2)

Il-klassifikazzjoni ta' ċerti preparazzjonijiet tal-ikel fil-forma likwida (Talba mit-Tuneżija) Dok. NC2727Ea

L-Unjoni għandha titlob aktar informazzjoni dwar il-kontenuti tal-prodotti (ilma jew meraq, sustanzi żejtnin, ingredjenti oħra minbarra l-vitamini, dożaġġ).

(3)

Il-klassifikazzjoni ta' żewġ prodotti li fihom il-kannabidiol (CBD) (Talba mis-Segretarjat) Dok. NC2728Ea

L-Unjoni għandha tipproponi li l-kwistjoni tintbagħat quddiem is-Sottokumitat Xjentifiku, sabiex tintalab informazzjoni dwar (i) jekk il-prodotti jkollhomx biżżejjed ingredjenti attivi biex jagħtu effett terapewtiku jew profilattiku, u dwar (ii) l-ammont minimu ta' CBD bħala ingredjent attiv fi kwalunkwe prodott biex dan ikollu effett terapewtiku jew profilattiku.

(4)

Il-klassifikazzjoni tal-ħut imnixxef li sussegwentement jiġi trattat bl-ilma (ħut imnixxef riidratat) (Talba min-Norveġja) Dok. NC2729Ea

L-Unjoni tista' tikklassifika l-prodott fil-Kapitolu 3, iżda hemm bżonn aktar informazzjoni dwar jekk it-togħma u l-konsistenza tal-prodott humiex ta' ħut imnixxef jew ta' ħut frisk.

(5)

Il-klassifikazzjoni ta' ċerti ġeneraturi tat-togħlija bil-fwar għall-kmamar tal-fwar (Talba mill-Eġittu) Dok. NC2730Ea

L-Unjoni tikklassifika l-prodotti fl-intestatura 84.02 kif propost mis-Segretarjat tad-WCO, f'konformità mat-test tal-intestatura u n-NSSA tal-intestatura 84.02.

(6)

Il-klassifikazzjoni tal-prodott imsejjaħ "Flakes tal-fażola tas-sojja" (Talba minn Madagascar) Dok. NC2731Ea

L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 23.04, simili għall-prodott tal-Opinjoni ta' Klassifikazzjoni 2 304,00/1.

(7)

Il-klassifikazzjoni ta' stufa tal-etanol b'żewġ berners (Talba mill-Kenja) Dok. NC2732Ea

L-Unjoni tikklassifika l-prodott fis-subintestatura 7 321,12., bħala karburant tal-etanol fil-forma likwida f'temperatura ambjentali u għalhekk jaqbel mat-test tas-subintestatura.

(8)

Il-klassifikazzjoni ta' kiosk interattiv li jirċievi l-ilmenti (Talba mill-Eġittu) Dok. NC2733Ea

L-Unjoni għandha titlob informazzjoni addizzjonali: jekk il-prodott jistax jiffunzjona flimkien ma' apparat USB u kif, jew jistax jintuża biss permezz ta' skrin tattili.

XI.   LISTA ADDIZZJONALI

(1)

Il-klassifikazzjoni tal-prodott imsejjaħ "ċfaċagħ żgħar tal-qamħirrum" (Talba mill-UE) Dok. NC2736Ea

L-Unjoni talbet Opinjoni ta' Klassifikazzjoni.

(2)

Il-klassifikazzjoni ta' sett ta' ġenerazzjoni tal-elettriku bid-diżil b'potenza nominali doppja (Talba mill-Ghana) Dok. NC2737Ea

L-Unjoni tikklassifika l-prodott fis-subintestatura 8 502,13.

(3)

Il-klassifikazzjoni ta' modulu TFT-LCD (Talba mill-Korea t'Isfel) Dok. NC2740Ea

F'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 957/2006, ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1201/2011 u Nru 1202/2011, u meta titqies in-Nota 2(b) tat-Taqsima XVI, l-Unjoni tikklassifika l-prodott fis-subintestatura 8 529,90.

(4)

It-Tħassir tal-Opinjonijiet ta' Klassifikazzjoni 8 528,69/1 u 8 528,69/2 Dok. NC2741Ea

Peress li l-prodotti ma għadhomx aktar fis-suq, l-Unjoni għandha tappoġġa t-tħassir ta' dawk l-Opinjonijiet ta' Klassifikazzjoni.

(5)

Il-klassifikazzjoni tal-prodott imsejjaħ "trab tal-ġewż tal-Indi bix-xaħam parzjalment imneħħi" (Talba mill-Unjoni) Dok. NC2746Ea

L-Unjoni talbet Opinjoni ta' Klassifikazzjoni.


3.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 406/73


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1532 tat-12 ta’ Ottubru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fis-66 sessjoni tal-Kumitat tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali fir-rigward tal-adozzjoni maħsuba ta’ Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni, deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni, emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata jew pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata, u ta’ rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata taħt il-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 352 tat-22 ta’ Ottubru 2020 )

L-Anness għandu jaqra:

“ANNESS

Dan l-Anness jissupplimenta l-Anness tad-Deċiżjoni (UE) 2020/1410,

II.2.   Żvilupp ta’ tabelli ta’ korrelazzjoni bejn il-verżjonijiet tal-2017 u tal-2022 tas-Sistema Armonizzata (Dok. NC2704, NC2749 u NC2753)

Fir-rigward tat-tabella ta’ korrelazzjoni għas-subintestaturi 4 407,13 u 4 407,14 (taħlitiet ta’ A-A-Ż (abit, arżnu u żnuber) u ta’ żnuber taċ-ċikuta (ċikuta tal-Punent u żnuber)), l-Unjoni għandha tappoġġa l-korrelazzjonijiet proposti mis-Segretarjat tad-WCO fil-paragrafu 20 tad-dokument NC2753.

Fir-rigward tat-tabella ta’ korrelazzjoni għas-subintestatura 4 418,83 (raġġi I), l-Unjoni għandha tappoġġa l-korrelazzjonijiet proposti mill-Ġappun fil-paragrafu 14 tad-dokument NC2753.

Fir-rigward tat-tabella ta’ korrelazzjoni għas-subintestatura 7 019,71 (veli/folji rqaq tal-fibri tal-ħġieġ), l-Unjoni tinnota li l-uniku trasferiment mis-SA 2017 ikun mis-subintestatura 7 019,32.

Fir-rigward tat-tabella ta’ korrelazzjoni għas-subintestaturi 8 462,62 u 8 462,63 (magni għall-kiwi bil-forġa), l-Unjoni għandha tappoġġa ż-żamma tas-subintestaturi kollha proposti għal trasferiment imsemmija fis-SA 2017, inkluż dawk fil-parentesi kwadri.

Fir-rigward tat-tabella ta’ korrelazzjoni għas-subintestatura 8 519,81 (magni li jwieġbu t-telefon), l-Unjoni għandha tappoġġa l-proposta tas-Segretarjat tad-WCO fil-paragrafu 26 tad-dokument NC2704.

Fir-rigward tat-tabella ta’ korrelazzjoni għas-subintestatura 8 539,51 (LED), l-Unjoni għandha tappoġġa l-konklużjoni tas-Segretarjat tad-WCO fil-paragrafu 24 tad-dokument NC2704.

Fir-rigward tat-tabella ta’ korrelazzjoni għas-subintestatura 8 541,51 il-ġdida (transdjusers ibbażati fuq semikondutturi), l-Unjoni tinnota li ma hemm l-ebda evidenza ta’ parts ikklassifikati separatament fil-verżjoni tas-SA 2017. Għaldaqstant mhu meħtieġ l-ebda trasferiment addizzjonali.

Fir-rigward tat-tabella ta’ korrelazzjoni għas-subintestatura 88.06 (inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord), l-Unjoni għandha tappoġġa l-opzjoni (i) imsemmija fil-paragrafu 25 tad-dokument NC2704.

Fl-aħħar nett, l-Unjoni għandha tappoġġa l-korrezzjoni ta’ xi żbalji editorjali fl-abbozzi tat-Tabelli ta’ Korrelazzjoni I u II, kif stabbilit fl-Anness tad-dokument NC2753.

III.4.   Klassifikazzjoni fis-SA 2022 ta’ ċerti kollezzjonijiet u biċċiet tal-kollezzjoni ta’ interess numismatiku (Talba mis-Segretarjat) (Dok. NC2711, NC2754)

L-Unjoni tikklassifika t-tliet prodotti fis-subintestatura 9 705,31 il-ġdida fis-SA2022. L-Unjoni tinnota li kemm il-Kanada kif ukoll is-Segretarjat tad-WCO jappoġġaw il-proposta tal-Unjoni li titħassar ir-referenza għall-“coins generally known in the trade as ‘ancients’ or ‘ancient coins’” (muniti ġeneralment magħrufa fil-kummerċ bħala “antiki” jew “muniti antiki”) mit-tieni paragrafu tal-Punt (4) tal-Parti (A) il-ġdida tan-NSSA tal-intestatura 97.05.

III.5.   Klassifikazzjoni fis-SA 2022 tal-cartridges għall-istampaturi 3D (Talba mis-Segretarjat) (Dok. NC2712, NC2755)

L-Unjoni għandha tappoġġa l-proposta biex jiġu emendati l-NSSA li tispeċifika li jenħtieġ li l-cartridges tal-istampaturi 3D b’komponenti elettroniċi jew b’mekkaniżmi mekkaniċi jiġu kklassifikati bħala parts tal-istampaturi 3D.

L-Unjoni tikklassifika l-prodotti ppreżentati fiż-żewġ dokumenti NC2712 u NC2755 fl-intestatura 84.85 fis-SA 2022 bħala parts tal-istampaturi 3D filwaqt li titqies il-preżenza ta’ komponenti elettroniċi għall-konnessjoni ma’ stampatur 3D.

III.7   Rapport tas-57 Sessjoni tas-Sottokumitat ta’ Rieżami tas-SA (Dok. NR1434)

III.8.   Kwistjonijiet li jirrikjedu deċiżjoni. (Dok. NC2709)

(a)

Annessi C/4 u D/8 — Emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni (SA-2022) (Taqsima VI)

(b)

Annessi C/5, D/9 u D/22 — Emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni (SA-2022) (Taqsima VII)

(c)

Annessi C/8 u D/12 — Emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni b’konsegwenza tar-Rakkomandazzjoni tal-Artikolu 16 tat-28 ta’ Ġunju 2019 (Taqsima XIII)

(d)

Annessi C/13 u D/17 — Emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni b’konsegwenza tar-rakkomandazzjoni tal-Artikolu 16 tat-28 ta’ Ġunju 2019. (Taqsima XX)

(e)

Annessi C/14 u D/18 — Emendi possibbli għan-Noti ta’ Spjegazzjoni fir-rigward ta’ ċertu tagħmir tal-parks tad-divertiment (Proposta mill-Istati Uniti)

L-Unjoni għandha taqbel mal-emendi kollha proposti f'dawk id-dokumenti.

(f)

Annessi C/1 u D/5 — Emendi possibbli għan-Noti ta’ Spjegazzjoni tal-intestatura 15.09 fir-rigward ta’ żjut taż-żebbuġa verġni oħra, u tal-intestatura 15.15 fir-rigward ta’ eżempji ta’ xaħmijiet u żjut mikrobiċi

Fir-rigward tan-NSSA tal-intestatura 15.09, l-Unjoni għandha tappoġġa l-proposta tal-Unjoni (opzjoni 2) u l-proposta Kanadiża l-ġdida (opzjoni 3). Fil-punt (D)(2), l-Unjoni għandha tappoġġa l-użu ta’ “or” (jew) (opzjoni 2) minflok ta’ “and/or” (u/jew).

Fir-rigward tan-NSSA tal-intestatura 15.15, l-Unjoni għandha tappoġġa l-użu tal-espressjoni “single cell organism” (organiżmu b’ċellola singola) (opzjoni 1), u l-użu ta’ “or” (jew) (opzjoni 2) minflok ta’ “and/or” (u/jew). Fl-eżempji (a) u (b), l-Unjoni għandha tappoġġa l-użu tal-espressjoni “obtained from” (miksub minn) (opzjoni 2).

(g)

Annessi C/3 u D/7 — Emendi possibbli għan-Noti ta’ Spjegazzjoni fir-rigward tal-“placebos” (plaċebos) u d-“double-blinded clinical trial kits” (kittijiet tal-provi kliniċi double-blinded) fl-intestatura 30.06 (Talba mill-Awstralja)

Fir-rigward tas-sentenza “The placebos of this heading also include [control vaccines] [controlled vaccines] [vaccines which are used as control substances and] that have been licensed for use in recognized clinical trials.” (Il-plaċebos ta’ din l-intestatura jinkludu wkoll [vaċċini ta’ kontroll] [vaċċini kkontrollati] [vaċċini li jintużaw bħala sustanzi ta’ kontroll u] li ngħataw il-liċenzja għall-użu fi provi kliniċi rrikonoxxuti.), l-Unjoni ma għandhiex tappoġġa ż-żieda ta’ din is-sentenza fit-test tal-punt (12) tan-NSSA tal-intestatura 30.06, peress li mhuwiex ċar x’tip ta’ sustanzi huma deskritti minnha. Jekk il-Partijiet Kontraenti l-oħra jiddeċiedu li jżiduha, l-Unjoni għandha tappoġġa l-“vaccines which are used as control substances” (vaċċini li jintużaw bħala sustanzi ta’ kontroll) (opzjoni 3), jew jekk tkun meħtieġa il-flessibbiltà, il-“control vaccines” (vaċċini ta’ kontroll) (opzjoni 1).

Fir-rigward tas-sentenza “[Active ingredients to be trialled can include herbal medicinal products [for therapeutic or prophylactic uses].]” ([L-ingredjenti attivi li jridu jsiru provi fuqhom jistgħu jinkludu l-prodotti mediċinali erbali [għal użi terapewtiċi jew profilattiċi].]), l-Unjoni għandha tibqa’ flessibbli rigward jekk tiżdiedx fit-test, iżda ma għandhiex tappoġġa lista miftuħa ta’ eżempji kif issuġġerit mid-delegazzjoni tal-Istati Uniti.

(h)

Annessi C/6 u D/10 — Emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni b’konsegwenza tar-rakkomandazzjoni tal-Artikolu 16 tat-28 ta’ Ġunju 2019 (Taqsima IX)

L-Unjoni għandha tappoġġa l-proposta biex in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Subintestaturi mas-subintestaturi 4 412,41, 4 412,42 u 4 412,49. L-Unjoni għandha titlob li t-test propost jeħtieġ li jiġi analizzat u jittejjeb iktar sabiex jikkonforma mal-prattiki ta’ klassifikazzjoni attwali fl-Unjoni (pereżempju, l-orjentazzjoni tal-fuljetti).

(i)

Annessi C/7 u D/11 — Emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni b’konsegwenza tar-rakkomandazzjoni tal-Artikolu 16 tat-28 ta’ Ġunju 2019 (Taqsimiet XI u XII)

L-Unjoni għandha tappoġġa ż-żieda ta’ “paraseismic wall covering” (kisi parasismiku tal-ħajt) u “geotextiles” (ġeotessuti) mal-lista ta’ eżempji ta’ tessuti elettroniċi. Fit-test dwar il-“geotextiles” (ġeotessuti), l-Unjoni għandha tappoġġa t-test “a sensor made of fibres or at least being fully integrated in the fibres” (sensur magħmul minn fibri jew mill-inqas integrat kompletament fil-fibri) (opzjoni 2) kif issuġġerit preċedentement mill-Unjoni.

L-Unjoni għandha tappoġġa provviżorjament l-adozzjoni tat-testi approvati mis-Sottokumitat ta’ Rieżami tas-SA.

(j)

Annessi C/12 u D/16 — Emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni b’konsegwenza tar-rakkomandazzjoni tal-Artikolu 16 tat-28 ta’ Ġunju 2019 (Taqsima XVII)

L-Unjoni għandha tappoġġa ż-żieda tar-referenza għall-kameras integrati b’mod permanenti fil-paragrafu 3 tan-NSSA tal-intestatura 88.06, diment li l-Opinjoni ta’ Klassifikazzjoni li tikklassifika dron b’kamera integrata fl-intestatura 85.25 tiġi rieżaminata u allinjata mas-SA2022 u man-NSSA.

Fir-rigward tal-paragrafu 4 tan-NSSA tal-intestatura 88.06, l-Unjoni għandha tappoġġa l-proposta miċ-Ċina bi kriterji tekniċi addizzjonali introdotti mill-Unjoni (it-tieni opzjoni).

(k)

Annessi C/15 u D/19 — Emenda possibbli għan-Noti ta’ Spjegazzjoni tal-Kapitolu 97 fir-rigward ta’ ċertu oġġetti kulturali (Proposta mill-Istati Uniti)

L-Unjoni ma għandhiex tappoġġa l-lista ta’ oġġetti msemmija bħala eżempji, peress li dawn huma speċifiċi ħafna u limitati biex jispjegaw l-ambitu tal-oġġetti li jridu jiġu kklassifikati fis-subintestatura 9 705,10.

L-Unjoni tinnota wkoll li d-definizzjonijiet u l-eżempji pprovduti ma jagħtux ċarezza dwar kif għandhom jiġu kklassifikati pereżempju t-“traditional national costumes” (kostumi nazzjonali tradizzjonali) jew l-“old cars” (karozzi qodma).

(l)

Annessi C/16 u D/20 — Emenda għan-Noti ta’ Spjegazzjoni tal-GIR (SA 2022)

L-Unjoni għandha tappoġġa l-proposta oriġinali mis-Segretarjat tad-WCO (opzjoni 1, bl-użu tat-terminu “merely” (sempliċement), iżda tibqa’ flessibbli għall-espressjoni “not further worked than” (mhux maħdum iktar minn) u għandha titlob li t-testi jiġu allinjati bl-Ingliż u bil-Franċiż.

III.9.   Emenda possibbli għan-Nota ta’ Spjegazzjoni tal-intestatura 71.04 fir-rigward tad-djamanti sintetiċi (Proposta mill-Proċess ta’ Kimberley) (Dok. NC2757)

L-Unjoni għandha taqbel mal-modifiki proposti għat-tielet paragrafu l-ġdid tal-intestatura 71.04 u mal-ħolqien tal-punt (3) il-ġdid tas-subintestatura Noti ta’ Spjegazzjoni tas-subintestatura 7 104,91.

III.10.   Klassifikazzjoni ta’ element ta’ sistemi mikroelettromekkaniċi (MEMS) fis-SA 2022 (Proposta mis-Segretarjat)

L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 85.41.