ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 379

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
13 ta' Novembru 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1676 tal-31 ta’ Awwissu 2020 li jemenda l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet fir-rigward taż-żebgħa personalizzata ( 1 )

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1677 tal-31 ta’ Awwissu 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet sabiex titjieb il-prattiċità tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni relatati mar-reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa ( 1 )

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1678 tas-6 ta’ Novembru 2020 li japprova l-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta (Rioja (DOP))

24

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1679 tas-6 ta’ Novembru 2020 li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem Soltvadkerti (DOP)

25

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1680 tas-6 ta’ Novembru 2020 li jagħti protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lill-isem Friuli/Friuli Venezia Giulia/Furlanija/Furlanija Julijska krajina (DOP)

26

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1681 tat-12 ta’ Novembru 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tneħħija mil-lista tal-Unjoni ta’ ċerti sustanzi aromatizzanti ( 1 )

27

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1682 tat-12 ta’ Novembru 2020 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi ( 1 )

31

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1683 tat-12 ta’ Novembru 2020 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi ( 1 )

34

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1684 tat-12 ta’ Novembru 2020 li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi ( 1 )

42

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1685 tat-12 ta’ Novembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 biex jikklassifika s-sustanza bupivacaine fir-rigward tal-limitu massimu ta’ residwi tagħha ( 1 )

44

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1686 tat-12 ta’ Novembru 2020 li jagħmel suġġetti għar-reġistrazzjoni l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mit-Turkija

47

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2020/1687 tat-2 ta’ Settembru 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI fir-rigward tal-inklużjoni tas-sustanza psikoattiva ġdida N,N-dietil-2-[[4-(1-metiletossi)fenil]metil]-5-nitro-1H-benżimidażol-1-etanammina (isotonitażen) fid-definizzjoni ta’ droga

55

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2020/1688 tal-bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Settembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2020/187 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (BĊE/2020/48)

58

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (UE) 2020/1689 tas-16 ta’ Settembru 2020 li ġġedded ir-rekwiżit temporanju lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom pożizzjonijiet qosra netti biex ibaxxu l-livelli limiti ta’ notifika ta’ pożizzjonijiet qosra netti fir-rigward tal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ kumpaniji li l-ishma tagħhom huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat biex jinnotifikaw l-awtoritajiet kompetenti li jaqbżu ċertu livell limitu f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

60

 

 

LINJI GWIDA

 

*

Linja Gwida (UE) 2020/1690 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Settembru 2020 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal- Eurosistema (BĊE/2020/45)

77

 

*

Linja Gwida (UE) 2020/1691 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Settembru 2020 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/31 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2020/47)

92

 

*

Linja Gwida (UE) 2020/1692 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Settembru 2020 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2016/65 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2020/46)

94

 

 

REGOLI TA' PROĊEDURA

 

*

Deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika tas-26 ta’ Marzu 2020 li tistabbilixxi regoli interni rigward restrizzjonijiet ta’ ċerti drittijiet ta’ suġġetti tad-data fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-funzjonament tal-Impriża Konġunta BBI

96

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

13.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 379/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1676

tal-31 ta’ Awwissu 2020

li jemenda l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet fir-rigward taż-żebgħa personalizzata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ġie emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/542 (2) biex jiżdiedu ċerti rekwiżiti għat-tressiq ta’ informazzjoni fir-rigward tar-reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa u għall-inklużjoni ta’ “identifikatur uniku tal-formula” (UFI) fl-informazzjoni supplimentari pprovduta fuq it-tikketta ta’ taħlita perikoluża. L-importaturi u l-utenti downstream huma meħtieġa jibdew jikkonformaw mar-rekwiżiti fi stadji, skont sensiela ta’ dati ta’ konformità li jiddependu mill-użu li għalih it-taħlita titqiegħed fis-suq.

(2)

Is-settur taż-żebgħa qajjem tħassib speċifiku rigward il-prattiċità tar-rekwiżiti tar-reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa f’każ ta’ żebgħa fformulata f’ammonti limitati fuq bażi mfassla apposta għal konsumatur individwali jew għal utent professjonali fil-punt tal-bejgħ. Sabiex tiġi ssodisfata d-domanda tal-klijent għal-lwien tassew speċifiċi taż-żebgħa, il-formulaturi jistgħu jintalbu jifformulaw u jipprovdu żebgħa b’għadd kważi mingħajr limitu ta’ kompożizzjonijiet differenti. Il-konformità mar-rekwiżiti ta’ reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa għalhekk tkun teħtieġ li l-formulaturi jew iressqu l-informazzjoni u joħolqu UFIs minn qabel għal għadd tassew kbir ta’ żebgħa għall-kombinazzjonijiet kollha possibbli ta’ kuluri, li ħafna minnhom qatt ma jistgħu jiġu fornuti fir-realtà, jew inkella li tiġi posposta kull provvista fil-punt tal-bejgħ sakemm titressaq l-informazzjoni u jinħoloq l-UFI. Kwalunkwe approċċ ikun ifisser piż sproporzjonat fuq l-industrija taż-żebgħa personalizzata.

(3)

Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv sproporzjonat, b’mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, għaż-żebgħa personalizzata, ir-rekwiżiti se jiġu emendati bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1677 (3) sabiex tiġi prevista l-possibbiltà li tiġi eżentata żebgħa personalizzata mill-obbligi ta’ notifika fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 kif ukoll mill-obbligu f’dan l-Anness li jinħoloq UFI. Madankollu, f’dak il-każ, sabiex iċ-ċentri għal kontra l-velenu jkunu jistgħu jifformulaw reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa xierqa, it-taħlitiet individwali li jinsabu f’żebgħa personalizzata għandhom jibqgħu soġġetti għar-rekwiżiti kollha tal-Anness VIII.

(4)

Fid-dawl ta’ dan, jixraq li l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jiġi emendat sabiex tiġi stabbilita regola għaż-żebgħa personalizzata, li għaliha ma ġiet notifikata l-ebda informazzjoni u fejn l-ebda UFI korrispondenti ma nħoloq, li teħtieġ li l-UFIs tat-taħlitiet kollha li jinsabu fiż-żebgħa personalizzata jiġu indikati fit-tikketta taż-żebgħa personalizzata. Barra minn hekk, jekk il-konċentrazzjoni ta’ taħlita b’UFI li tinsab fiż-żebgħa personalizzata taqbeż il-5 %, jenħtieġ li l-konċentrazzjoni tiġi inkluża fl-informazzjoni supplimentari indikata fit-tikketta taż-żebgħa personalizzata, peress li t-taħlitiet f’żebgħa ta’ tali konċentrazzjoni jaf ikunu aktar rilevanti għar-reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa.

(5)

Meta jitqies li d-data ta’ konformità għat-taħlitiet għall-użu mill-konsumatur u għall-użu professjonali tal-1 ta’ Jannar 2021 stabbilita fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 qiegħda toqrob, u li dan ir-Regolament jippermetti lis-setturi kollha li jikkonformaw ma’ dak l-Anness, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.

(6)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“8.   Fil-każ ta’ żebgħa personalizzata li għaliha ma saret l-ebda tressiq f’konformità mal-Anness VIII u fejn ma nħoloq l-ebda identifikatur uniku tal-formula, l-identifikaturi uniċi tal-formula tat-taħlitiet kollha li jinsabu fiż-żebgħa personalizzata f’konċentrazzjoni li ma taqbiżx il-0,1 % li huma stess soġġetti għal notifika skont l-Artikolu 45 għandhom jiġu inklużi fl-informazzjoni supplimentari fuq it-tikketta taż-żebgħa personalizzata, għandhom ikunu fl-istess post u jiġu elenkati f’ordni dixxendenti tal-konċentrazzjoni tat-taħlitiet fiż-żebgħa personalizzata, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-taqsima 5 tal-Parti A tal-Anness VIII.

Għal każ li jaqa’ fl-ewwel subparagrafu, meta il-konċentrazzjoni ta’ taħlita, b’identifikatur uniku tal-formula fiż-żebgħa personalizzata, taqbeż il-5 %, il-konċentrazzjoni ta’ dik it-taħlita għandha tiġi inkluża wkoll fl-informazzjoni supplimentari fuq it-tikketta taż-żebgħa personalizzata ħdejn l-identifikatur uniku tal-formula tagħha, f’konformità mat-taqsima 3.4. tal-Parti B tal-Anness VIII.

Għall-iskopijiet ta’ dan il-paragrafu, “żebgħa personalizzata” tfisser żebgħa li tiġi fformulata f’ammonti limitati fuq bażi mfassla apposta għal konsumatur individwali jew għal utent professjonali fil-punt tal-bejgħ permezz ta’ għoti ta’ kulur jew taħlita ta’ kulur.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Awwissu 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/542 tat-22 ta’ Marzu 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet billi jżid Anness dwar l-informazzjoni armonizzata relatata mar-reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa (ĠU L 78, 23.3.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1677 tal-31 ta’ Awwissu 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet sabiex itejjeb it-tħaddim tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni marbuta mar-rispons ta’ emerġenza għas-saħħa (Ara l-paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


13.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 379/3


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1677

tal-31 ta’ Awwissu 2020

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet sabiex titjieb il-prattiċità tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni relatati mar-reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 45(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ġie emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/542 (2) biex jiżdiedu ċerti rekwiżiti għat-tressiq ta’ informazzjoni fir-rigward tar-reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa u għall-inklużjoni ta’ “identifikatur uniku tal-formula” fl-informazzjoni supplimentari pprovduta fuq it-tikketta ta’ taħlita perikoluża. Dawn l-Annessi ġew emendati bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/11 (3). L-importaturi u l-utenti downstream huma mitluba jibdew jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda fi stadji, skont sensiela ta’ dati ta’ konformità li jiddependu mill-użu li għalih it-taħlita titqiegħed fis-suq.

(2)

Setturi varji tal-industrija qajjmu tħassib fir-rigward tal-prattiċità tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni ta’ reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa f’ċerti każijiet, b’mod partikolari fir-rigward tad-diffikultà li ssir taf il-kompożizzjoni eżatta tat-taħlitiet f’każijiet fejn tintuża materja prima b’kompożizzjoni varjabbli ħafna jew mhux magħrufa fil-manifattura tat-taħlita, f’każijiet fejn komponenti tossikoloġiċi simili ħafna pprovduti minn diversi fornituri, jintużaw flimkien fl-istess linja ta’ produzzjoni, jew f’każijiet li jinvolvu katini ta’ provvista kumplessi. Tqajjem ukoll tħassib, fil-każ ta’ taħlitiet personalizzati, dwar l-impossibbiltà li tkun taf minn qabel liema taħlitiet personalizzati eżatti għandhom jitqiegħdu fis-suq.

(3)

Huwa meħtieġ li tiġi indirizzata l-qagħda fejn jintużaw komponenti differenti iżda tossikoloġiċi simili ħafna f’taħlita, u fejn ma jkunx magħruf liema komponent ikun preżenti f’taħlita partikolari mqiegħda fis-suq fi żmien partikolari. Sabiex jiġi ggarantit li r-rekwiżiti ta’ reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa jkunu jistgħu jitħarsu kif suppost fil-prattika, jenħtieġ li l-importaturi u l-utenti downstream jitħallew jiġbru flimkien komponenti tossikoloġiċi simili ta’ taħlita f’grupp ta’ komponenti interskambjabbli u jipprovdu informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni totali ta’ dawk il-komponenti preżenti fit-taħlita, mingħajr ma jkollhom għalfejn jispeċifikaw il-konċentrazzjonijiet separati tagħhom. Sabiex iċ-ċentri għal kontra l-velenu jkunu jistgħu jifformulaw reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa, jenħtieġ li l-komponenti jinġabru biss fi gruppi ta’ komponenti interskambjabbli jekk il-klassifikazzjoni tagħhom għall-effetti fiżiċi u tas-saħħa jkunu identiċi u jekk l-identifikazzjoni tal-perikli u l-informazzjoni dwar il-periklu addizzjonali jkunu identiċi għal kull kombinazzjoni possibbli tat-taħlita finali li tirriżulta li tinkorpora dawk il-komponenti. Jenħtieġ li l-komponenti klassifikati għal ċerti klassijiet ta’ periklu, ikollhom l-istess funzjoni teknika u l-istess karatteristiċi tossikoloġiċi sabiex ikunu miġbura flimkien.

(4)

Sabiex jiġu indirizzati diffikultajiet partikolari li jiltaqgħu magħhom il-ġipsum, is-setturi tal-konkrit diġà imħallat u tas-siment u sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa mingħajr ma jitnaqqas il-livell ta’ sikurezza, jenħtieġ li jkun possibbli li informazzjoni ta’ reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa relatata ma’ ċerti taħlitiet standardizzati f’dawk it-tliet setturi titressaq b’referenza għal kompożizzjoni standard. Madankollu, sabiex iċ-ċentri għal kontra l-velenu jkunu jistgħu jifformulaw reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa, jenħtieġ li din l-għażla tkun disponibbli biss f’każijiet fejn il-klassifikazzjoni tat-taħlita ma tinbidilx skont il-kompożizzjoni tat-taħlita fil-firex tal-konċentrazzjoni speċifikati fil-formula standard, u fejn l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tkun mill-inqas dettaljata daqs l-informazzjoni li tinsab fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà tat-taħlita, imfassla f’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“skeda ta’ data ta’ sigurtà”) (4). Fil-każ li l-informazzjoni li jkun hemm fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà tkun aktar dettaljata mill-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni fil-formula standard, jenħtieġ li l-importaturi u l-utenti downstream jintalbu li minflok jinnotifikaw l-informazzjoni fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà.

(5)

Sabiex jiġu indirizzati diffikultajiet partikolari antiċipati għal ċerti fjuwils, u b’kont meħud tal-fatti li l-fjuwils imqiegħda fis-suq normalment jikkonformaw ma’ standard tekniku u li ċ-ċentri għal kontra l-velenu kkomunikaw għadd baxx ta’ inċidenti ta’ avvelenament bil-fjuwils, jenħtieġ li jkun possibbli, sakemm tinstab soluzzjoni aktar xierqa, li l-informazzjoni dwar reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa titressaq b’referenza għall-informazzjoni li tinsab fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà, kif ukoll għal kwalunkwe informazzjoni oħra magħrufa dwar il-kompożizzjoni kimika tal-prodotti.

(6)

Sabiex tiġi sodisfatta d-domanda tal-klijent għal żebgħa ta’ kulur speċifiku ħafna, xi drabi l-formulaturi jintalbu biex jifformulaw u jipprovdu żebgħa fuq bażi personalizzata fil-punt tal-bejgħ. Din iż-żebgħa speċifika jista’ jkollha għadd kważi illimitat ta’ kompożizzjonijiet differenti. Għaldaqstant, mingħajr kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni, il-konformità mar-rekwiżiti ta’ reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tkun teħtieġ li l-formulaturi taż-żebgħa personalizzati jew iressqu informazzjoni u joħolqu identifikaturi tal-formula uniċi (UFIs) minn qabel għal għadd tassew kbir ta’ żebgħa tal-kombinazzjonijiet kollha possibbli ta’ kuluri, li ħafna minnhom qatt ma jistgħu jiġu fornuti fir-realtà, jew li kull provvista tiġi posposta sakemm tkun tressqet l-informazzjoni u jkun inħoloq l-UFI. Kwalunkwe approċċ joħloq piż sproporzjonat fuq l-industrija taż-żebgħa personalizzata, b’mod partikolari fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, mingħajr ma jtejjeb il-livell ta’ sikurezza b’mod sinifikanti.

(7)

Iċ-ċentri għal kontra l-velenu ma għarrfux b’għadd sinifikanti ta’ inċidenti relatati maż-żebgħa. Fid-dawl tar-riskji li jidhru aktar baxxi meta mqabbla ma’ taħlitiet oħra, huwa ġġustifikat li jiġi permess approċċ aktar flessibbli, peress li dan ma jnaqqasx il-livell attwali ta’ sikurezza.

(8)

Għalhekk huwa xieraq li tiġi prevista l-possibbiltà li ż-żebgħa personalizzata tiġi eżentata mill-obbligi ta’ notifika fl-Anness VIII u mir-rekwiżit li jinħoloq UFI. Madankollu, f’dak il-każ, sabiex iċ-ċentri għal kontra l-velenu jkunu jistgħu jifformulaw reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa, jenħtieġ li t-taħlitiet individwali li jinsabu f’żebgħa personalizzata jibqgħu soġġetti għar-rekwiżiti kollha ta’ dak l-Anness. Flimkien ma’ dan ir-Regolament, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1676 (5) jemenda l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 biex tinżdied regola ġdida, fil-każ ta’ żebgħa personalizzata li għaliha ma tkun saret l-ebda sottomissjoni f’konformità mal-Anness VIII u li ma tkun inħoloq l-ebda UFI korrispondenti, li tirrikjedi li l-UFIs tat-taħlitiet individwali kollha li jinsabu fiż-żebgħa personalizzata li għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta taż-żebgħa personalizzata, flimkien mal-konċentrazzjoni speċifika ta’ kull taħlita bħal din ma’ UFI li jkun preżenti f’konċentrazzjoni li taqbeż il-5 %.

(9)

Minħabba l-għadd ta’ bidliet fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, jixraq li jiġi sostitwit l-Anness kollu għal raġunijiet ta’ ċarezza ġuridika.

(10)

Meta jitqies li d-data ta’ konformità għat-taħlitiet għall-użu mill-konsumatur u għall-użu professjonali tal-1 ta’ Jannar 2021 stabbilita fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 qiegħda toqrob, u li dan ir-Regolament jippermetti lis-setturi kollha li jikkonformaw ma’ dak l-Anness, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.

(11)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Awwissu 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/542 tat-22 ta’ Marzu 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet billi jżid Anness dwar l-informazzjoni armonizzata relatata mar-reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa (ĠU L 78, 23.3.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/11 tad-29 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet fir-rigward tal-informazzjoni relatata mar-reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa (ĠU L 6, 10.1.2020, p. 8).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1676 tal-31 ta’ Awwissu 2020 li jemenda l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet fir-rigward taż-żebgħa personalizzata Ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Ufiċjali).


ANNESS

“ANNESS VIII

TAGĦRIF ARMONIZZAT RELATAT MAR-REAZZJONI TA’ EMERĠENZA RELATATA MAS-SAĦĦA U MAL-MIŻURI TA’ PREVENZJONI

PARTI A

REKWIŻITI ĠENERALI

1.   APPLIKAZZJONI

1.1.

Mill-1 ta’ Jannar 2021, l-importaturi u l-utenti downstream li jqiegħdu taħlitiet fis-suq għall-użu mill-konsumaturi, fis-sens tat-Taqsima 2.4 tal-Parti A ta’ dan l-Anness, għandhom jikkonformaw ma’ dan l-Anness.

1.2.

Mill-1 ta’ Jannar 2021, l-importaturi u l-utenti downstream li jqiegħdu taħlitiet fis-suq għall-użu professjonali, fis-sens tat-Taqsima 2.4 tal-Parti A ta’ dan l-Anness, għandhom jikkonformaw ma’ dan l-Anness.

1.3.

Mill-1 ta’ Jannar 2024, l-importaturi u l-utenti downstream li jqiegħdu taħlitiet fis-suq għall-użu industrijali jew taħlitiet għal użu finali li mhuwiex soġġett għal notifika fis-sens tat-Taqsima 2.4 tal-Parti A ta’ dan l-Anness, għandhom jikkonformaw ma’ dan l-Anness.

1.4.

Sal-1 ta’ Jannar 2025, l-importaturi u l-utenti downstream li jkunu ressqu tagħrif dwar taħlitiet perikolużi lill-korp maħtur f’konformità mal-Artikolu 45(1) qabel id-dati tal-applikabbiltà msemmija fit-Taqsimiet 1.1, 1.2 u 1.3 u li ma jkunux konformi ma’ dan l-Anness, ma għandux ikollhom jikkonformaw ma’ dan l-Anness għal dawk it-taħlitiet.

1.5.

B’deroga mit-Taqsima 1.4, jekk issir waħda mill-bidliet deskritti fit-Taqsima 4.1 tal-Parti B ta’ dan l-Anness qabel l-1 ta’ Jannar 2025, l-importaturi u l-utenti downstream għandhom jikkonformaw ma’ dan l-Anness qabel ma jqiegħdu dik it-taħlita mibdula fis-suq.

2.   GĦAN, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

2.1.

Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti li l-importaturi u l-utenti downstream li jqiegħdu taħlitiet fis-suq, minn hawn ’il quddiem imsejħin “dawk li jibagħtu t-tagħrif”, għandhom jissodisfaw b’rabta mat-tressiq tat-tagħrif sabiex il-korpi maħturin ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom it-tagħrif meħtieġ biex iwettqu l-kompiti li huma responsabbli għalihom skont l-Artikolu 45.

2.2.

Dan l-Anness ma għandux japplika għal taħlitiet maħsubin għar-riċerka u għall-iżvilupp xjentifiċi u għal taħlitiet maħsubin għar-riċerka u għall-iżvilupp orjentati lejn il-prodotti u l-proċessi, kif iddefinit fl-Artikolu 3(22) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Dan l-Anness ma għandux japplika għat-taħlitiet ikklassifikati biss għal wieħed mill-perikli li ġejjin jew aktar:

(1)

Il-gassijiet taħt pressjoni;

(2)

L-isplussivi (l-isplussivi instabbli u d-Diviżjonijiet 1.1 sa 1.6)

2.2a.

Fil-każ ta’ żebgħa personalizzata, dawk li jibagħtu t-tagħrif jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(8), jagħżlu li ma jressqux tagħrif u ma joħolqux Identifikatur Uniku tal-Formula f’konformità ma’ dan l-Anness.

2.3.

Fil-każ ta’ taħlitiet b’użu finali li mhux soġġett għal notifika jew għal taħlitiet li jitqiegħdu fis-suq għall-użu industrijali biss, dawk li jibagħtu t-tagħrif jistgħu jagħżlu li jressqu tagħrif limitat, minflok ma jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali tat-tressiq tat-tagħrif, f’konformità mat-tieni subparagrafu tat-Taqsima 3.1 tal-Parti B, dment li jkun hemm aċċess rapidu għal tagħrif iktar iddettaljat dwar il-prodotti f’konformità mat-Taqsima 1.3 ta’ dik il-Parti.

2.4.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“taħlita għall-użu mill-konsumaturi’ tfisser taħlita maħsuba biex tintuża mill-konsumaturi, waħedha jew inkorporata f’taħlita oħra maħsuba biex tintuża mill-konsumaturi u hija soġġetta għar-rekwiżiti ta’ tagħrif fl-Artikolu 45;

(2)

“taħlita għall-użu professjonali” tfisser taħlita maħsuba biex tintuża minn utenti professjonali iżda mhux f’siti industrijali, waħedha jew inkorporata f’taħlita oħra maħsuba biex tintuża minn utenti professjonali iżda mhux f’siti industrijali u hija soġġetta għar-rekwiżiti ta’ tagħrif fl-Artikolu 45;

(3)

“taħlita għall-użu industrijali” tfisser taħlita maħsuba biex tintuża biss f’siti industrijali;

(4)

“taħlita b’użu finali mhux soġġett għal notifika” tfisser taħlita, inkorporata f’taħlita oħra fejn din tal-aħħar hija maħsuba biex tintuża minn konsumaturi jew minn utenti professjonali, iżda li mhijiex soġġetta għar-rekwiżiti ta’ tagħrif fl-Artikolu 45;

(5)

“żebgħa personalizzata” tfisser żebgħa li tiġi fformulata f’ammonti limitati fuq bażi mfassla apposta għal konsumatur individwali jew għal utent professjonali bit-taħlit ta’ tinturi jew ta’ kuluri fil-punt tal-bejgħ.

Meta t-taħlitiet ikollhom aktar minn użu wieħed, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti għall-kategoriji rilevanti kollha tal-użu.

3.   REKWIŻITI TAT-TRESSIQ TAT-TAGĦRIF

3.1.

Qabel ma jqiegħdu xi taħlita fis-suq, dawk li jibagħtu t-tagħrif għandhom jipprovdu tagħrif, dwar it-taħlitiet li huma kklassifikati bħala perikolużi abbażi tal-effetti tagħhom fiżiċi jew fuq is-saħħa, lill-korpi maħturin skont l-Artikolu 45(1) (minn hawn ’il quddiem imsejħin “il-korpi maħturin”) tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri fejn it-taħlita tkun qed titqiegħed fis-suq.

It-tagħrif mibgħut għandu jinkludi t-tagħrif stabbilit fil-Parti B. Dan għandu jintbagħat b’mod elettroniku f’format XML li tipprovdih l-Aġenzija u li jitqiegħed għad-dispożizzjoni mingħajr ħlas.

3.2.

F’każ li, wara li jirċievi t-tagħrif mressaq skont it-Taqsima 3.1, korp maħtur jagħmel talba motivata lil dak li jibgħat it-tagħrif għal iktar tagħrif jew għal kjarifika biex il-korp maħtur ikun jista’ jwettaq il-kompiti li jkun responsabbli għalihom skont l-Artikolu 45, dak li jibgħat it-tagħrif għandu jipprovdi t-tagħrif meħtieġ jew il-kjarifika mitluba mingħajr dewmien żejjed.

3.3.

It-tagħrif għandu jintbagħat bil-lingwa/lingwi uffiċjali tal-Istat Membru/Istati Membri fejn it-taħlita tkun qed titqiegħed fis-suq, ħlief jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jiddeċidix mod ieħor jew l-Istati Membri kkonċernati ma jiddeċidux mod ieħor.

3.4.

L-użu maħsub tat-taħlita għandu jiġi deskritt f’konformità mas-sistema armonizzata għall-kategorizzazzjoni tal-prodotti li tipprovdi l-Aġenzija.

3.5.

Għandu jitressaq tagħrif aġġornat mingħajr dewmien żejjed meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 4.1 tal-Parti B.

4.   TRESSIQ TAT-TAGĦRIF GĦAL GRUPP TA’ TAĦLITIET

4.1.

Jista’ jitressaq tagħrif f’daqqa għal aktar minn taħlita waħda meta t-taħlitiet kollha fi grupp ikollhom l-istess klassifikazzjoni għal perikli fiżiċi u għas-saħħa. Tali tressiq għandu jissejjaħ “it-tressiq tat-tagħrif għal grupp ta’ taħlitiet”.

4.2.

It-tressiq tat-tagħrif għal grupp ta’ taħlitiet għandu jitħalla jsir biss meta t-taħlitiet kollha fil-grupp ikun fihom l-istess komponenti (kif identifikat fit-Taqsima 3.2 tal-Parti B), u meta l-firxa tal-konċentrazzjoni rrappurtata għal kull komponent tkun l-istess għat-taħlitiet kollha (kif previst fit-Taqsima 3.4 tal-Parti B).

4.3.

B’deroga mit-taqsima 4.2, it-tressiq tat-tagħrif għal grupp ta’ taħlitiet għandu jitħalla jsir ukoll meta d-differenza fil-kompożizzjoni tat-taħlitiet differenti fil-grupp ikollha x’taqsam biss mal-fwejjaħ, dment li l-konċentrazzjoni totali tal-fwejjaħ differenti f’kull taħlita ma tkunx taqbeż il-5 %.

4.4.

Fil-każ tat-tressiq tat-tagħrif għal grupp ta’ taħlitiet, it-tagħrif meħtieġ fil-Parti B għandu jingħata għal kull taħlita inkluża fil-grupp fejn dan ikun applikabbli.

5.   IDENTIFIKATUR UNIKU TAL-FORMULA (UFI)

5.1.

Dak li jibgħat it-tagħrif għandu joħloq Identifikatur Uniku tal-Formula, (UFI), b’mezzi elettroniċi li tqegħedhom għad-dispożizzjoni l-Aġenzija. L-UFI huwa kodiċi alfanumeriku uniku li jorbot biċ-ċar it-tagħrif mibgħut dwar il-kompożizzjoni ta’ taħlita jew ta’ grupp ta’ taħlitiet ma’ taħlita speċifika jew ma’ grupp speċifiku ta’ taħlitiet. L-UFI jiġi allokat mingħajr ħlas.

Għandu jinħoloq UFI ġdid meta bidla fil-kompożizzjoni tat-taħlita jew ta’ grupp ta’ taħlitiet tkun tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet jew aktar stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tar-raba’ inċiż tal-ewwel subparagrafu tat-Taqsima 4.1. tal-Parti B jew, skont il-każ, waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta’ dik it-Taqsima.

B’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ din it-Taqsima, ma għandux ikun hemm bżonn ta’ UFI ġdid fil-każ ta’ taħlitiet inklużi fit-tressiq tat-tagħrif għal grupp ta’ taħlitiet li jkun fihom il-fwejjaħ dment li l-bidla fil-kompożizzjoni jkollha x’taqsam biss ma’ dawk il-fwejjaħ jew maż-żieda ta’ fwejjaħ ġodda fihom.

Permezz ta’ deroga mit-tieni subparagrafu ta’ din it-Taqsima, ma għandux ikun hemm bżonn ta’ UFI ġdid meta bidla li tissodisfa l-kundizzjoni prevista fil-punt (a) tar-raba’ inċiż tal-ewwel subparagrafu tat-Taqsima 4.1. tal-Parti B tikkonċerna biss komponent wieħed jew aktar miġbura f’grupp ta’ komponenti interskambjabbli diġà inkluż fit-tressiq f’konformità mat-Taqsima 3.5. tal-Parti B.

5.2.

Qabel l-UFI għandu jkun hemm l-akronimu “UFI” mogħti b’ittri kapitali, segwit b’żewġ punti (“UFI:”) u dan għandu jkun jidher b’mod ċar, ikun jista’ jinqara sew u jkun immarkat b’mod li ma jkunx jista’ jitħassar.

5.3.

Minflok ma jinkludi l-UFI fit-tagħrif supplimentari fuq it-tikketta, dak li jibgħat it-tagħrif jista’ jagħżel li jistampah jew li jwaħħlu fuq l-imballaġġ ta’ ġewwa flimkien mal-elementi l-oħra tat-tikketta.

Meta l-imballaġġ ta’ ġewwa jkun jew f’tali forma jew tant żgħir li jkun impossibbli li l-UFI jitwaħħal fuqu, dak li jibgħat it-tagħrif jista’ jistampa jew iwaħħal l-UFI flimkien mal-elementi l-oħra tat-tikketta fuq l-imballaġġ ta’ barra.

Fil-każ ta’ taħlitiet li mhumiex ippakkjati, l-UFI għandu jiġi indikat fl-Iskeda ta’ Data ta’ Sigurtà jew jiġi inkluż fil-kopja tal-elementi tat-tikketta msemmija fl-Artikolu 29(3), kif applikabbli.

Fil-każ ta’ taħlitiet ippakkjati fornuti għall-użu f’sit industrijali, minflok ma jiġi inkluż l-UFI fuq it-tikketta jew l-imballaġġ, dak li jibgħat it-tagħrif jista’ jagħżel li jindikah fl-Iskeda ta’ Data ta’ Sigurtà.

6.   FORMATI GĦAT-TRESSIQ TAT-TAGĦRIF U APPOĠĠ TEKNIKU GĦAL DAN

6.1.

L-Aġenzija għandha tispeċifika, iżżomm u taġġorna l-ġeneratur tal-UFI, il-formati XML għat-tressiq tat-tagħrif u sistema armonizzata għall-kategorizzazzjoni tal-prodotti u tqegħedhom għad-dispożizzjoni mingħajr ħlas fuq is-sit web tagħha.

6.2.

L-Aġenzija għandha tipprovdi gwida teknika u xjentifika, appoġġ tekniku u għodda li jiffaċilitaw it-tressiq tat-tagħrif.

PARTI B

TAGĦRIF LI JRID JINTBAGĦAT

1.   IDENTIFIKAZZJONI TAT-TAĦLITA U TA’ DAK LI JIBGĦAT IT-TAGĦRIF

1.1.   Identifikatur tal-prodott tat-taħlita

L-identifikatur tal-prodott għandu jingħata skont l-Artikolu 18(3)(a).

Għandhom jingħataw l-isem/ismijiet kummerċjali sħaħ tat-taħlita, inkluż, fejn ikun rilevanti, isem/ismijiet il-marka, isem il-prodott u l-ismijiet differenti hekk kif jidhru fuq it-tikketta, mingħajr taqsiriet, u li jippermettu l-identifikazzjoni speċifika tagħha.

Barra minn hekk, mat-tagħrif mibgħut iridu jintbagħtu wkoll l-UFI(s).

1.2.   Dettalji ta’ dak li jibgħat it-tagħrif u tal-punt ta’ kuntatt

Għandhom jingħataw l-isem, l-indirizz sħiħ, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika ta’ dak li jibgħat it-tagħrif u, jekk differenti, l-isem, l-indirizz sħiħ, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika tal-punt ta’ kuntatt li għandu jintuża biex jinkiseb aktar tagħrif rilevanti għall-finijiet tar-reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa.

1.3.   L-isem, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika għal aċċess rapidu għal tagħrif addizzjonali dwar il-prodott

F’każ li jitressaq tagħrif limitat kif stabbilit fit-Taqsima 2.3 tal-Parti A, iridu jingħataw l-isem, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika għal aċċess rapidu għal tagħrif addizzjonali dettaljat dwar il-prodott li jkun rilevanti għall-finijiet tar-reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa fil-lingwa prevista fit-Taqsima 3.3 tal-Parti A. In-numru tat-telefown għandu jkun aċċessibbli 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa.

2.   IDENTIFIKAZZJONI TAL-PERIKLI U TAGĦRIF ADDIZZJONALI

Din it-Taqsima tistabbilixxi r-rekwiżiti tat-tagħrif relatati mal-perikli fiżiċi u għas-saħħa tat-taħlita u t-tagħrif ix-xieraq ta’ twissija marbut ma’ dawk il-perikli, kif ukoll it-tagħrif addizzjonali li jrid jintbagħat.

2.1.   Klassifikazzjoni tat-taħlita

Il-klassifikazzjoni tat-taħlita b’rabta mal-perikli fiżiċi u għas-saħħa (il-klassi ta’ periklu, il-kategorija u d-dikjarazzjoni) għandha tingħata f’konformità mar-regoli tal-klassifikazzjoni mogħtija fl-Anness I.

2.2.   Elementi fuq it-tikketta

Għandhom jingħataw l-elementi li ġejjin tat-tikketta meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 17, jekk dawn ikunu japplikaw:

il-kodiċijiet tal-pittogrammi tal-periklu (Anness V);

il-kelma bħala sinjal;

il-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu (Anness III, inkluż tagħrif supplimentari dwar il-periklu);

il-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni (Anness IV).

2.3.   Tagħrif tossikoloġiku

It-tagħrif imressaq għandu jinkludi t-tagħrif dwar l-effetti tossikoloġiċi tat-taħlita jew tal-komponenti tagħha li titlob it-Taqsima 11 tal-Iskeda ta’ Data ta’ Sigurtà tat-taħlita, f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

2.4.   Tagħrif addizzjonali

Għandu jingħata t-tagħrif addizzjonali li ġej:

it-tip(i) u d-daqs/daqsijiet ta’ imballaġġ użati biex it-taħlita titqiegħed fis-suq għall-użu mill-konsumaturi jew għall-użu professjonali;

il-kulur(i) u l-istat fiżiku/l-istati fiżiċi tat-taħlita, kif fornuta;

il-pH, jekk tkun disponibbli, tat-taħlita kif fornuta, jew, meta t-taħlita tkun solida, il-pH ta’ likwidu jew soluzzjoni milwiema f’konċentrazzjoni partikolari. Il-konċentrazzjoni tat-taħlita tat-test fl-ilma għandha tiġi indikata. Jekk il-pH ma tkunx disponibbli, għandhom jingħataw ir-raġunijiet;

il-kategorija tal-prodott (ara t-Taqsima 3.4 tal-Parti A);

l-użu (mill-konsumaturi, professjonali, industrijali, jew kombinazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn it-tlieta).

3.   TAGĦRIF DWAR IL-KOMPONENTI TAT-TAĦLITA

3.1.   Rekwiżiti ġenerali

Fit-tagħrif imressaq għandhom jingħataw l-identità kimika tal-komponenti tat-taħlita u l-konċentrazzjoni tagħhom fiha f’konformità mat-Taqsimiet 3.2, 3.3 u 3.4.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, f’każ li jitressaq tagħrif limitat kif stabbilit fit-Taqsima 2.3 tal-Parti A, it-tagħrif li jrid jitressaq dwar il-kompożizzjoni ta’ taħlita għall-użu industrijali jew ta’ taħlita b’użu finali li mhux soġġett għal notifika jista’ jkun limitat għat-tagħrif mogħti fl-Iskeda ta’ Data ta’ Sigurtà f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, dment li dak it-tagħrif addizzjonali dwar il-komponenti jkun disponibbli b’mod rapidu fuq talba fl-emerġenzi f’konformità mat-Taqsima 1.3.

Ma għandhomx jiġu nnotifikati l-komponenti li ma jinsabux fit-taħlita. Madankollu, jekk jiġu nnotifikati bħala parti minn grupp ta’ komponenti interskambjabbli f’konformità mat-Taqsima 3.5. jew il-konċentrazzjoni tagħhom tkun tressqet bħala firxa ta’ perċentwali f’konformità mat-Taqsimiet 3.6. jew 3.7., dawn jistgħu jiġu nnotifikati jekk hu ċert li f’xi punt se jinsabu fit-taħlita.

B’deroga mit-tielet subparagrafu, fit-tressiq tat-tagħrif għal grupp ta’ taħlitiet, tal-inqas waħda mit-taħlitiet għandu jkun fiha l-komponenti tal-fwejjaħ fit-taħlitiet.

Għat-tressiq tat-tagħrif għal grupp ta’ taħlitiet, f’każ li l-fwejjaħ ma jkunux l-istess fit-taħlitiet inklużi fil-grupp, għandha tingħata lista tat-taħlitiet u tal-fwejjaħ li dawn jinkludu, inkluża l-klassifikazzjoni tagħhom.

3.2.   Identifikazzjoni tal-komponenti tat-taħlita

Komponent tat-taħlita huwa sustanza jew taħlita f’taħlita.

3.2.1.   Sustanzi

Għandu jingħata l-identifikatur tal-prodott f’konformità mal-Artikolu 18(2) għas-sustanzi identifikati skont it-Taqsima 3.3. Madankollu, jista’ jintuża l-isem INCI, l-isem tal-indiċi tal-kulur jew isem internazzjonali ieħor tas-sustanza kimika, dment li l-isem kimiku jkun magħruf sew u jkun jiddefinixxi l-identità tas-sustanza mingħajr ambigwità. Għandu jiġu pprovdut ukoll l-isem kimiku tas-sustanzi li għalihom ikun tħalla jintuża isem kimiku alternattiv f’konformità mal-Artikolu 24.

3.2.2.   Taħlita f’taħlita

Meta fil-kompożizzjoni ta’ taħlita mqiegħda fis-suq tintuża taħlita oħra, l-ewwel taħlita tissejjaħ “taħlita f’taħlita” (minn hawn ’il quddiem imsejħa “MIM”).

Għandu jingħata t-tagħrif dwar is-sustanzi li tkun fiha l-MIM f’konformità mal-kriterji tat-Taqsima 3.2.1, ħlief jekk dak li jibgħat it-tagħrif ma jkollux aċċess għat-tagħrif dwar il-kompożizzjoni kollha tal-MIM. Fl-aħħar każ,

(a)

jekk ikun inħoloq UFI għall-MIM u l-korp maħtur ikun irċieva t-tagħrif dwar l-MIM fi tressiq ta’ tagħrif minn qabel, l-MIM għandha tiġi identifikata permezz tal-identifikatur tal-prodott tagħha f’konformità mal-Artikolu 18(3)(a), flimkien mal-konċentrazzjoni tagħha u l-UFI;

(b)

jekk l-UFI jkun inħoloq għall-MIM, iżda l-korp maħtur ma jkunx irċieva t-tagħrif dwar l-MIM fi tressiq ta’ tagħrif minn qabel, l-MIM għandha tiġi identifikata permezz tal-identifikatur tal-prodott tagħha f’konformità mal-Artikolu 18(3)(a), flimkien mal-konċentrazzjoni tagħha u l-UFI u t-tagħrif dwar il-kompożizzjoni li jinsab fl-Iskeda ta’ Data ta’ Sigurtà f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-MIM u ta’ kwalunkwe komponent magħruf ieħor, kif ukoll l-isem, l-indirizz tal-posta elettronika u n-numru tat-telefown tal-fornitur tal-MIM;

(c)

fin-nuqqas ta’ UFI, l-MIM għandha tiġi identifikata permezz tal-identifikatur tal-prodott tagħha f’konformità mal-Artikolu 18(3)(a), flimkien mal-konċentrazzjoni tagħha u t-tagħrif dwar il-kompożizzjoni li tinsab fl-Iskeda ta’ Data ta’ Sigurtà f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-MIM u ta’ kwalunkwe komponent magħruf ieħor, kif ukoll l-isem, l-indirizz tal-posta elettronika u n-numru tat-telefown tal-fornitur tal-MIM.

3.2.3.   Identifikazzjoni permezz ta’ identifikaturi tal-komponenti ġeneriċi

B’deroga mit-Taqsimiet 3.2.1 u 3.2.2, l-identifikaturi tal-komponenti ġeneriċi “fwejjaħ” jew “koloranti” jistgħu jintużaw għall-komponenti tat-taħlita użati biss biex tiżdied il-fwieħa jew biex jiżdied il-kulur magħha meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

il-komponenti tat-taħlita mhumiex ikklassifikati bħala perikolużi għas-saħħa;

il-konċentrazzjoni tal-komponenti tat-taħlita identifikati permezz ta’ identifikatur tal-komponenti ġeneriċi partikolari b’kollox ma taqbiżx:

(a)

5 % għall-fwejjaħ kollha; u

(b)

25 % għall-koloranti kollha.

3.3.   Komponenti tat-taħlita soġġetti għar-rekwiżiti tat-tressiq tat-tagħrif

Għandhom jiġu indikati l-komponenti tat-taħlita li ġejjin:

(1)

il-komponenti tat-taħlita kklassifikati bħala perikolużi abbażi tal-effetti tagħhom fiżiċi jew fuq is-saħħa li:

jinsabu fit-taħlita f’konċentrazzjoni ta’ 0,1 % jew iktar;

huma identifikati, anki jekk f’konċentrazzjonijiet ta’ inqas minn 0,1 %, ħlief jekk dak li jibgħat it-tagħrif ikun jista’ juri li dawk il-komponenti mhumiex rilevanti għall-finijiet tar-reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa u tal-miżuri ta’ prevenzjoni;

(2)

il-komponenti tat-taħlita mhux ikklassifikati bħala perikolużi abbażi tal-effetti tagħhom fiżiċi jew fuq is-saħħa li huma identifikati u li jinsabu fit-taħlita f’konċentrazzjoni ta’ 1 % jew iktar.

3.4.   Konċentrazzjoni tal-komponenti tat-taħlita u l-firxiet tal-konċentrazzjoni tagħhom

Dawk li jibagħtu t-tagħrif għandhom jipprovdu t-tagħrif stabbilit fit-Taqsimiet 3.4.1 u 3.4.2 b’rabta mal-konċentrazzjoni tal-komponenti tat-taħlita, identifikati f’konformità mat-Taqsima 3.3.

3.4.1.   Komponenti perikolużi li huma ta’ tħassib kbir għar-reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa u għall-miżuri ta’ prevenzjoni

Meta l-komponenti tat-taħlita jkunu kklassifikati f’konformità ma’ dan ir-Regolament bħala komponenti li jidħlu tal-inqas f’waħda mill-kategoriji ta’ periklu mniżżlin hawn taħt, il-konċentrazzjoni tagħhom fit-taħlita għandha tingħata bħala perċentwal eżatt, f’ordni dekrexxenti skont il-massa jew il-volum tagħhom.

Tossiċità akuta, il-kategorija 1, 2 jew 3;

Tossiċità speċifika għall-organi fil-mira — Esponiment ta’ darba, il-kategorija 1 jew 2;

Tossiċità speċifika għall-organi fil-mira — Esponiment ripetut, il-kategorija 1 jew 2;

Korrużjoni tal-ġilda, il-kategorija 1, 1 A, 1B jew 1C;

Ħsara serja lill-għajnejn, il-kategorija 1.

Minflok ma jingħataw il-konċentrazzjonijiet bħala perċentwal eżatt, tista’ titressaq firxa ta’ perċentwali f’konformità mat-Tabella 1.

Tabella 1

Firxiet tal-konċentrazzjoni li japplikaw għall-komponenti perikolużi li huma ta’ tħassib kbir għar-reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa

Firxa tal-konċentrazzjoni tal-komponent perikoluż li jinsab fit-taħlita (%)

Medda massima tal-firxa ta’ konċentrazzjoni li għandha tintuża meta jintbagħat it-tagħrif

≥ 25–< 100

unitajiet ta’ 5 %

≥ 10–< 25

unitajiet ta’ 3 %

≥ 1–< 10

unitajiet ta’ 1 %

≥ 0,1–< 1

unitajiet ta’ 0,3 %

> 0 — < 0,1

unitajiet ta’ 0,1 %

3.4.2.   Komponenti perikolużi oħrajn u komponenti li mhumiex ikklassifikati bħala perikolużi

Il-konċentrazzjoni tal-komponenti perikolużi f’taħlita li mhumiex ikklassifikati bħala komponenti li jidħlu fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta’ periklu mniżżlin fit-Taqsima 3.4.1 u l-konċentrazzjoni tal-komponenti identifikati li mhumiex ikklassifikati bħala perikolużi għandhom jingħataw bħala firxiet ta’ perċentwali f’ordni dekrexxenti skont il-massa jew il-volum tagħhom, f’konformità mat-Tabella 2. Minflok, jistgħu jingħataw il-perċentwali eżatti.

Tabella 2

Firxiet tal-konċentrazzjoni li japplikaw għal komponenti perikolużi oħrajn u għal komponenti li mhumiex ikklassifikati bħala perikolużi

Firxa tal-konċentrazzjoni tal-komponent li jinsab fit-taħlita (%)

Medda massima tal-firxa ta’ konċentrazzjoni li għandha tintuża meta jintbagħat it-tagħrif

≥ 25–< 100

unitajiet ta’ 20 %

≥ 10–< 25

unitajiet ta’ 10 %

≥ 1–< 10

unitajiet ta’ 3 %

> 0 — < 1

unitajiet ta’ 1 %

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, għall-komponenti tal-fwieħa fit-tressiq tat-tagħrif għal grupp ta’ taħlitiet li mhumiex ikklassifikati jew li huma kklassifikati biss għas-sensitizzazzjoni tal-ġilda tal-kategorija 1, 1 A jew 1B jew għat-tossiċità marbuta mal-aspirazzjoni, dawk li jibagħtu t-tagħrif ma għandhomx ikunu obbligati jipprovdu tagħrif fuq il-konċentrazzjoni tagħhom.

3.5.   Raggruppament ta’ komponenti f’grupp ta’ komponenti interskambjabbli

Il-komponenti jistgħu jinġabru fi grupp biex jitressqu f’grupp ta’ komponenti interskambjabbli dment li:

(a)

għall-komponenti kollha fil-grupp ta’ komponenti interskambjabbli,

il-funzjoni(jiet) teknika/tekniċi li għaliha/għalihom jintużaw il-komponenti fit-taħlita li għaliha jkun tressaq it-tagħrif tkun (huma) identiċi, u

il-klassifikazzjoni għal perikli fiżiċi u tas-saħħa hija identika (klassi u kategorija ta’ periklu), u

il-karatteristiċi tossikoloġiċi, inkluż tal-inqas it-tip ta’ effett(i) tossikoloġiku/tossikoloġiċi u l-organu/i fil-mira, huma l-istess, u

(b)

għall-kombinazzjonijiet kollha possibbli tat-taħlita finali li tirriżulta abbażi tal-komponenti tal-grupp tal-komponenti interskambjabbli, l-identifikazzjoni tal-perikli u t-tagħrif addizzjonali msemmija fit-Taqsima 2 tal-Parti B huma identiċi.

Minflok, il-komponenti li huma kklassifikati biss għall-korrużjoni tal-ġilda, l-irritazzjoni tal-ġilda, il-ħsara lill-għajnejn, l-irritazzjoni tal-għajnejn, it-tossiċità mill-aspirazzjoni, jew is-sensitizzazzjoni respiratorja jew tal-ġilda, jew kombinazzjoni tagħhom, jistgħu jinġabru wkoll fi grupp ta’ komponenti interskambjabbli, dment li:

(a)

il-klassifikazzjoni għal perikli fiżiċi u għas-saħħa (klassi u kategorija ta’ periklu) hija identika għall-komponenti kollha, u

(b)

l-pH, fejn applikabbli, tal-komponenti kollha klassifikati għall-korrużjoni tal-ġilda, l-irritazzjoni tal-ġilda, il-ħsara lill-għajnejn jew l-irritazzjoni tal-għajnejn huwa jew aċiduż, newtrali jew alkalin, u

(c)

il-grupp ta’ komponenti interskambjabbli ma fihomx aktar minn ħames komponenti, u

(d)

għall-kombinazzjonijiet kollha possibbli tat-taħlita finali li tirriżulta abbażi tal-komponenti miġbura fil-grupp ta’ komponenti interskambjabbli, l-identifikazzjoni tal-perikli u t-tagħrif addizzjonali msemmija fit-Taqsima 2 tal-Parti B huma identiċi.

3.5.1.   Isem tal-grupp ta’ komponenti interskambjabbli u l-identifikazzjoni tal-komponenti miġbura fi grupp

Il-grupp ta’ komponenti interskambjabbli għandu jingħata l-isem li jikkorrispondi għall-funzjoni(jiet) teknika/tekniċi tal-komponenti miġbura fi grupp li għalih ġew inkorporati fit-taħlita.

Kull komponent f’grupp ta’ komponenti interskambjabbli għandu jiġi identifikat f’konformità mat-Taqsima 3.2.1 jew 3.2, kif applikabbli.

3.5.2.   Konċentrazzjoni tal-komponenti miġbura fi grupp u l-firxiet tal-konċentrazzjoni tagħhom

B’deroga mill-ewwel subparagrafu tat-Taqsima 3.4, għal komponenti miġbura fi grupp ta’ komponenti interskambjabbli, dawk li jibagħtu t-tagħrif għandhom jipprovdu t-tagħrif stabbilit fit-Taqsimiet 3.4.1 u 3.4.2 fir-rigward tal-konċentrazzjoni totali tal-komponenti kollha preżenti fit-taħlita u miġbura fil-grupp ta’ komponenti interskambjabbli.

Meta l-komponenti tat-taħlita, miġbura fi grupp ta’ komponenti interskambjabbli jkunu kklassifikati f’konformità ma’ dan ir-Regolament bħala komponenti li jidħlu tal-inqas f’waħda mill-kategoriji ta’ periklu mniżżlin fit-Taqsima 3.4.1., il-konċentrazzjoni totali tal-komponenti preżenti fit-taħlita u miġbura fil-grupp ta’ komponenti interskambjabbli għandha tingħata bħala perċentwal eżatt, f’ordni dekrexxenti skont il-massa jew il-volum tagħhom. Minflok, tista’ titressaq firxa ta’ perċentwali f’konformità mat-Tabella 1 ta’ dik it-Taqsima.

Il-konċentrazzjoni totali tal-komponenti perikolużi preżenti f’taħlita u miġbura fi grupp ta’ komponenti interskambjabbli li mhumiex ikklassifikati bħala komponenti li jidħlu fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta’ periklu mniżżlin fit-Taqsima 3.4.1 u l-konċentrazzjoni totali tal-komponenti identifikati li mhumiex ikklassifikati bħala perikolużi għandhom jingħataw bħala firxiet ta’ perċentwali f’ordni dekrexxenti skont il-massa jew il-volum tagħhom, f’konformità mat-Tabella 2 tat-Taqsima 3.4.2. Minflok, jistgħu jingħataw il-perċentwali eżatti.

3.6.   Taħlitiet li jikkonformaw mal-formuli standard

B’deroga mit-Taqsimiet 3.2, 3.3. u 3.4, għal taħlita b’kompożizzjoni li tikkonforma ma’ formula standard speċifikata fil-Parti D, fejn il-klassifikazzjoni tat-taħlita ma tinbidilx skont il-konċentrazzjoni tal-komponenti fil-firxiet ta’ perċentwali speċifikati fil-formula standard korrispondenti:

jekk it-tagħrif dwar il-kompożizzjoni fil-formola standard, flimkien mat-tagħrif kif speċifikat fit-Taqsimiet 3.2 sa 3.4 dwar l-identità u l-konċentrazzjoni tal-komponenti mhux speċifikati fil-formola standard, ma jkunx inqas dettaljat minn dak li jinsab fl-Iskeda ta’ Data ta’ Sigurtà f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-identità u l-konċentrazzjoni ta’ wieħed jew aktar mill-komponenti tat-taħlita jistgħu jitressqu kif speċifikat fil-formula standard għall-komponenti msemmija f’dik il-formula u kif speċifikat fit-Taqsimiet 3.2 sa 3.4 għall-komponenti l-oħrajn;

jekk it-tagħrif imsemmi fl-inċiż preċedenti huwa inqas dettaljat minn dak li jinsab fl-Iskeda ta’ Data ta’ Sigurtà f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, għandu jingħata t-tagħrif dwar l-identità u l-konċentrazzjoni tal-komponenti kollha tat-taħlita li tinsab fl-Iskeda ta’ Data ta’ Sigurtà f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

3.7.   Fjuwils

B’deroga mit-Taqsimiet 3.2, 3.3 u 3.4, għal dawk il-fjuwils elenkati fit-Tabella 3, jistgħu jitressqu l-identità u l-konċentrazzjoni tal-komponenti tat-taħlita elenkati fl-Iskeda ta’ Data ta’ Sigurtà f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Għandhom jitressqu wkoll l-identità u l-konċentrazzjoni ta’ kwalunkwe komponent magħruf ieħor.

Tabella 3

Lista ta’ fjuwils

Fjuwil

Deskrizzjoni tal-prodott

Gażolina EN228

Fjuwils għall-karozzi — Petrol bla ċomb

Gażolina E85

Fjuwils għall-karozzi — Fjuwil għall-karozzi bl-etanol (E85)

Gażolina alkilata

Fjuwil għall-magni — petrol speċjali għal għodod motorizzati

LPG

Gass likwifikat miż-żejt użat bħala fjuwil

LNG

Gass naturali likwifikat użat bħala fjuwil

Fjuwil tad-diżil

Fjuwils għall-karozzi — fjuwils għall-magni diżil bi/mingħajr bijofjuwil

Fjuwils tad-diżil paraffiniku (eż GTL, BTL jew HVO)

Fjuwils għall-karozzi — Fjuwil tad-diżil paraffiniku minn sinteżi jew minn idrotrattament

Żejt li jsaħħan

Fjuwils minerali likwidi bil-karatteristiċi ta’ żejt kombustibbli domestiku

MK 1 diżil

Fjuwils għall-karozzi — Żejt kombustibbli tad-diżil ta’ klassi ambjentali 1 u 2 għall-magni diżil b’veloċità għolja

Fjuwils għall-avjazzjoni

Fjuwils għall-avjazzjoni għal magni b’turbina u għal magni bil-pistuni

Kerosen— Paraffina għat-tidwil

Żejt tal-lampi tal-paraffina għat-tidwil Tip B u C

Żejt kombustibbli tqil

Il-tipi kollha ta’ żejt kombustibbli tqil

Fjuwil marin

Fjuwils marini, li fihom jew ma fihomx bijodiżil

Esteri metiliċi tal-aċidi xaħmin (FAME) — Diżil B100

Esteri metiliċi tal-aċidi xaħmin (FAME) għall-użu fil-magni diżil u f’applikazzjonijiet tat-tisħin

3.8.   Klassifikazzjoni tal-komponenti tat-taħlita

Għandha tingħata l-klassifikazzjoni għall-effetti fiżiċi u fuq is-saħħa (klassijiet ta’ periklu, kategoriji ta’ periklu u dikjarazzjonijiet ta’ periklu) tas-sustanzi identifikati f’konformità mat-Taqsima 3.3 u li jinsabu fit-taħlita. Dan jinkludi l-klassifikazzjoni għal tal-inqas is-sustanzi kollha, indikati skont il-Punt 3.2.1 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fl-Iskedi tad-Data ta’ Sigurtà tat-taħlita u ta’ kwalunkwe MIM li tinsab fit-taħlita. Għall-MIMs identifikati f’konformità mat-Taqsima 3.3 fejn dak li jibgħat it-tagħrif ma jkollux aċċess għall-kompożizzjoni sħiħa tal-MIM, għandha tingħata wkoll il-klassifikazzjoni għall-effetti fiżiċi u fuq is-saħħa tal-MIM.

4.   AĠĠORNAMENT TAT-TAGĦRIF IMRESSAQ

4.1.   Kundizzjonijiet għall-aġġornament tat-tagħrif imressaq

Meta tapplika xi waħda mill-bidliet li ġejjin għal taħlita li t-tagħrif dwarha jkun tressaq għaliha waħedha jew bħala parti mit-tagħrif għal grupp ta’ taħlitiet, dawk li jibagħtu t-tagħrif għandhom jibagħtu tagħrif aġġornat qabel ma jqiegħdu dik it-taħlita mibdula fis-suq:

meta jkun inbidel l-identifikatur tal-prodott tat-taħlita jew l-UFI;

meta tkun inbidlet il-klassifikazzjoni tat-taħlita b’rabta mal-perikli tagħha fiżiċi jew għas-saħħa;

meta jsir disponibbli tagħrif tossikoloġiku rilevanti ġdid dwar il-karatteristiċi tat-taħlita jew tal-komponenti tagħha b’rabta mal-perikli, li titolbu t-Taqsima 11 tal-Iskeda ta’ Data ta’ Sigurtà;

meta jkun hemm bidla fil-kompożizzjoni tat-taħlita li tkun tissodisfa xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta jiżdied, jinbidel jew jitħassar wieħed mill-komponenti tat-taħlita jew aktar li għandu jiġi indikat skont it-Taqsima 3.3;

(b)

meta l-konċentrazzjoni ta’ komponent fit-taħlita tinbidel b’mod li jmur lil hinn mill-firxa ta’ konċentrazzjoni mogħtija fit-tagħrif li tressaq oriġinarjament;

(c)

meta l-konċentrazzjoni eżatta ta’ komponent ingħatat f’konformità mat-Taqsima 3.4.1 jew 3.4.2 u dik il-konċentrazzjoni tinbidel b’mod li jmur lil hinn mil-limiti identifikati fit-Tabella 4.

B’deroga mir-raba’ inċiż tal-ewwel subparagrafu, għandu japplika dan li ġej:

(a)

huwa meħtieġ aġġornament fuq it-tagħrif imressaq għal taħlitiet b’kompożizzjoni li tikkonforma ma’ kwalunkwe waħda mill-formuli standard speċifikati fil-Parti D biss meta l-kompożizzjoni tat-taħlita tinbidel b’tali mod li l-kompożizzjoni tat-taħlita ma tibqax konformi mal-formula standard;

(b)

huwa meħtieġ aġġornament fuq it-tagħrif imressaq għal taħlitiet fejn it-tagħrif dwar il-kompożizzjoni tingħata abbażi tal-Iskeda ta’ Data ta’ Sigurtà f’konformità mat-Taqsima 3.6. jew 3.7., meta tiġi aġġornata t-Taqsima 3 tal-Iskeda ta’ Data ta’ Sigurtà.

Tabella 4

Varjazzjonijiet fil-konċentrazzjoni tal-komponenti li minħabba fihom ikollu jitressaq tagħrif aġġornat

Konċentrazzjoni eżatta tal-komponent li jinsab fit-taħlita (%)

Varjazzjonijiet (±) fil-konċentrazzjoni inizjali tal-komponent li minħabba fihom ikollu jitressaq tagħrif aġġornat

> 25–≤ 100

5 %

> 10–≤ 25

10 %

> 2,5–≤ 10

20 %

≤ 2,5

30 %

Meta jinbidlu l-fwejjaħ inklużi fit-tressiq tat-tagħrif għal grupp ta’ taħlitiet, għandha tiġi aġġornata l-lista tat-taħlitiet u tal-fwejjaħ li dawn jinkludu hekk kif titlob it-Taqsima 3.1.

4.2.   Kontenut tat-tagħrif aġġornat imressaq

It-tagħrif aġġornat imressaq għandu jkun magħmul minn verżjoni riveduta tat-tagħrif li jkun tressaq qabel li jkun fiha t-tagħrif il-ġdid disponibbli kif deskritt fit-Taqsima 4.1.

PARTI C

FORMAT GĦAT-TRESSIQ TAT-TAGĦRIF

1.   FORMAT GĦAT-TRESSIQ TAT-TAGĦRIF

1.1.   Format għat-tressiq tat-tagħrif

It-tagħrif imressaq lill-korpi maħturin f’konformità mal-Artikolu 45 għandu jkun f’format li għandha tipprovdih l-Aġenzija. Il-format għat-tressiq tat-tagħrif għandu jindirizza l-elementi li ġejjin:

1.2.   Identifikazzjoni tat-taħlita, ta’ dak li jibgħat it-tagħrif u tal-punt ta’ kuntatt

L-identifikatur tal-prodott

L-isem/ismijiet kummerċjali sħiħ/sħaħ tal-prodott (fil-każ tat-tressiq tat-tagħrif għal grupp ta’ taħlitiet għandhom jitniżżlu l-identifikaturi tal-prodotti kollha)

Ismijiet jew sinonimi oħrajn

L-identifikatur(i) uniku/uniċi tal-formula (l-UFI)

Identifikaturi oħrajn (in-numru tal-awtorizzazzjoni, il-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija)

Dettalji ta’ kuntatt ta’ dak li jibgħat it-tagħrif u tal-punt ta’ kuntatt

L-isem

L-indirizz sħiħ

In-numru tat-telefown

L-indirizz tal-posta elettronika

Dettalji ta’ kuntatt għal aċċess rapidu għal iktar tagħrif dwar il-prodott (24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa). F’każ li jitressaq tagħrif limitat biss.

L-isem

In-numru tat-telefown (aċċessibbli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa)

L-indirizz tal-posta elettronika

1.3.   Klassifikazzjoni tat-taħlita, l-elementi tat-tikketta u t-tossikoloġija

Klassifikazzjoni tat-taħlita u l-elementi tat-tikketta

Il-klassi u l-kategorija ta’ periklu

Il-kodiċijiet tal-pittogrammi tal-periklu (Anness V)

Il-kelma bħala sinjal

Il-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu, inkluż il-kodiċijiet tat-tagħrif supplimentari dwar il-periklu (Anness III)

Il-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni (Anness IV)

Tagħrif tossikoloġiku

Deskrizzjoni tat-tossiċità tat-taħlita jew tal-komponenti tagħha (hekk kif titlob it-Taqsima 11 tal-Iskeda ta’ Data ta’ Sigurtà f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)

Tagħrif addizzjonali dwar it-taħlita

Il-kulur(i)

Il-pH, jekk jkun disponibbli, tat-taħlita kif fornuta, jew, meta t-taħlita tkun solida, il-pH ta’ likwidu jew soluzzjoni milwiema f’konċentrazzjoni partikolari. Il-konċentrazzjoni tat-taħlita tat-test fl-ilma għandha tiġi indikata. Jekk il-pH ma tkunx disponibbli, għandhom jingħataw ir-raġunijiet.

L-istat(i) fiżiku/fiżiċi

L-imballaġġ (it-tip(i) u d-daqs(ijiet))

L-użu maħsub (il-kategorija tal-prodott)

L-użijiet (mill-konsumaturi, professjonali, industrijali)

1.4.   Tagħrif dwar il-komponenti tat-taħlita u dwar il-gruppi ta’ komponenti interskambjabbli

Identifikazzjoni tal-komponenti tat-taħlita

L-isem kimiku jew l-isem kummerċjali tal-komponenti

In-numru CAS (fejn dan ikun applikabbli)

In-numru EC (fejn dan ikun applikabbli)

L-UFI (fejn dan ikun applikabbli)

Isem tal-gruppi ta’ komponenti interskambjabbli (fejn dan ikun applikabbli)

Konċentrazzjoni tal-komponenti tat-taħlita u l-firxiet tal-konċentrazzjoni tagħhom

Il-konċentrazzjoni eżatta jew il-firxa tal-konċentrazzjoni

Klassifikazzjoni tal-komponenti tat-taħlita

Il-klassifikazzjoni ta’ periklu (fejn dan ikun applikabbli)

L-identifikaturi addizzjonali (fejn dan ikun applikabbli u rilevanti għar-reazzjoni relatata mas-saħħa)

Lista skont il-ħames subparagrafu tat-Taqsima 3.1 tal-Parti B (fejn dan ikun applikabbli)

PARTI D

FORMULI STANDARD

Għall-formula standard minn 1 sa 17 japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Il-metall tqil, il-mikroelementi: As, Ba, Cd, Cr, Co, Cu, Hg, Mo, Ni, Pb, Sb, Sn, Te, Tl, V huma inqas minn 0,1 w/w % u Mn, Sr, Zn huma inqas minn 1 w/w %

Il-PAHs mhumiex preżenti

Nota li tapplika għall-formuli standard minn 1 sa 17:

(1) Is-sustanza UVCB tikkonsisti f’ammonti varjabbli ta’ kalċit, silikat tat-trikalċju, silikat tad-dikalċju, ossidu tal-kalċju, kwarz, klorur tal-potassju, sulfat tal-potassju, sulfat tal-kalċju, silikat tas-sodju u tal-aluminju, silikat tal-aluminju u tal-manjeżju, muskovit, …

1.   SIMENT

Formula Standard tas-Siment — 1

Deskrizzjoni tal-prodott

Siment ta’ Portland

b’kostitwent wieħed: klinker

Isem tal-komponent

Nru KE

Konċentrazzjoni (w/w %)

Klinker tas-siment ta’ Portland

266-043-4

86,5–100

Sulfat tal-kalċju

231-900-3

0–8

Trab taċ-ċmieni (1)

270-659-9

0–5

Materjali minerali naturali inorganiċi

310-127-6

Sulfat tal-ħadid(II)

231-753-5

0–1

Sulfat tal-landa(II)

231-302-2

0–0,1


Formula Standard tas-Siment — 2

Deskrizzjoni tal-prodott

Siment li għandu mill-gagazza ta’ Portland u siment tal-forn tal-blast

b’żewġ kostitwenti: klinker u gagazza

Isem tal-komponent

Nru KE

Konċentrazzjoni (w/w %)

Klinker tas-siment ta’ Portland

266-043-4

4,6–94

Gagazza tal-forn tal-blast granulata

266-002-0

5,5–95

Sulfat tal-kalċju

231-900-3

0–8

Trab taċ-ċmieni (1)

270-659-9

0–5

Materjali minerali naturali inorganiċi

310-127-6

Sulfat tal-ħadid(II)

231-753-5

0–1

Sulfat tal-landa(II)

231-302-2

0–0,1


Formula Standard tas-Siment — 3

Deskrizzjoni tal-prodott

Siment ta’ Portland bid-duħħan tas-siliċe

Simenti ta’ Portland b’żewġ kostitwenti ewlenin: klinker u duħħan tas-siliċe

Isem tal-komponent

Nru KE

Konċentrazzjoni (w/w %)

Klinker tas-siment ta’ Portland

266-043-4

82–94

Duħħan tas-siliċe

273-761-1

5,5–10

Sulfat tal-kalċju

231-900-3

0–8

Trab taċ-ċmieni (1)

270-659-9

0–5

Materjali minerali naturali inorganiċi

310-127-6

Sulfat tal-ħadid(II)

231-753-5

0–1

Sulfat tal-landa(II)

231-302-2

0–0,1


Formula Standard tas-Siment — 4

Deskrizzjoni tal-prodott

Siment ta’ Portland-pozzolana, siment Pozzolaniku

Simenti ta’ Portland b’żewġ kostitwenti ewlenin: klinker u pozzolana (pozzolana naturali jew pozzolana naturali kkalċinata)

Isem tal-komponent

Nru KE

Konċentrazzjoni (w/w %)

Klinker tas-siment ta’ Portland

266-043-4

41–94

Pozzolana (ikkalċinata) naturali

310-127-6

5,5–55

Sulfat tal-kalċju

231-900-3

0–8

Trab taċ-ċmieni (1)

270-659-9

0–5

Materjali minerali naturali inorganiċi

310-127-6

Sulfat tal-ħadid(II)

231-753-5

0–1

Sulfat tal-landa(II)

231-303-2

0–0,1


Formula Standard tas-Siment — 5

Deskrizzjoni tal-prodott

Siment ta’ Portland bl-irmied li jtir, siment Pozzolaniku

Simenti ta’ Portland b’żewġ kostitwenti ewlenin: klinker u irmied li jtir (irmied li jtir siliċuż u kalkarju)

Isem tal-komponent

Nru KE

Konċentrazzjoni (w/w %)

Klinker tas-siment ta’ Portland

266-043-4

41–94

Irmied li jtir

931-322-8

5,5–55

Sulfat tal-kalċju

231-900-3

0–8

Trab taċ-ċmieni (1)

270-659-9

0–5

Materjali minerali naturali inorganiċi

310-127-6

Sulfat tal-ħadid(II)

231-753-5

0–1

Sulfat tal-landa(II)

231-302-2

0–0,1


Formula Standard tas-Siment — 6

Deskrizzjoni tal-prodott

Siment ta’ Portland bix-shale maħruq

Simenti ta’ Portland b’żewġ kostitwenti ewlenin: klinker u shale maħruq

Isem tal-komponent

Nru KE

Konċentrazzjoni (w/w %)

Klinker tas-siment ta’ Portland

266-043-4

59–94

Shale maħruq

297-648-1

5,5–35

Sulfat tal-kalċju

231-900-3

0–8

Trab taċ-ċmieni (1)

270-659-9

0–5

Materjali minerali naturali inorganiċi

310-127-6

Sulfat tal-ħadid(II)

231-753-5

0–1

Sulfat tal-landa(II)

231-302-2

0–0,1


Formula Standard tas-Siment — 7

Deskrizzjoni tal-prodott

Siment ta’ Portland bil-ġebla tal-franka

Simenti ta’ Portland b’żewġ kostitwenti ewlenin: klinker u ġebla tal-franka

Isem tal-komponent

Nru KE

Konċentrazzjoni (w/w %)

Klinker tas-siment ta’ Portland

266-043-4

59–94

Ġebla tal-franka

215-279-6

5,5–35

Sulfat tal-kalċju

231-900-3

0–8

Trab taċ-ċmieni (1)

270-659-9

0–5

Materjali minerali naturali inorganiċi

310-127-6

Sulfat tal-ħadid(II)

231-753-5

0–1

Sulfat tal-landa(II)

231-302-2

0–0,1


Formula Standard tas-Siment — 8

Deskrizzjoni tal-prodott

Siment ta’ Portland kompożitu, Siment kompożitu (gagazza — ġebla tal-franka)

Simenti ta’ Portland bi tliet kostitwenti ewlenin: klinker, gagazza u ġebla tal-franka

Isem tal-komponent

Nru KE

Konċentrazzjoni (w/w %)

Klinker tas-siment ta’ Portland

266-043-4

31,9 — 88

Gagazza tal-forn tal-blast granulata

266-002-0

5,5 — 59

Ġebla tal-franka

215-279-6

5,5–29

Sulfat tal-kalċju

231-900-3

0–8

Trab taċ-ċmieni (1)

270-659-9

0–5

Materjali minerali naturali inorganiċi

310-127-6

Sulfat tal-ħadid(II)

231-753-5

0–1

Sulfat tal-landa(II)

231-302-2

0–0,1


Formula Standard tas-Siment — 9

Deskrizzjoni tal-prodott

Siment ta’ Portland kompożitu, Siment kompożitu (gagazza — irmied li jtir)

Simenti ta’ Portland bi tliet kostitwenti ewlenin: klinker, gagazza tal-forn tal-blast, irmied li jtir siliċuż u kalkarju

Isem tal-komponent

Nru KE

Konċentrazzjoni (w/w %)

Klinker tas-siment ta’ Portland

266-043-4

18,2–88

Gagazza tal-forn tal-blast granulata

266-002-0

5,5–59

Irmied li jtir

931-322-8

5,5–49

Sulfat tal-kalċju

231-900-3

0–8

Trab taċ-ċmieni (1)

270-659-9

0–5

Materjali minerali naturali inorganiċi

310-127-6

Sulfat tal-ħadid(II)

231-753-5

0–1

Sulfat tal-landa(II)

231-302-2

0–0,1


Formula standard tas-siment — 10

Deskrizzjoni tal-prodott

Siment ta’ Portland kompożitu, Siment kompożitu (gagazza — pozzolana)

Simenti ta’ Portland bi tliet kostitwenti ewlenin: klinker, gagazza tal-forn tal-blast, pozzolana naturali jew pozzolana naturali kkalċinata

Isem tal-komponent

Nru KE

Konċentrazzjoni (w/w %)

Klinker tas-siment ta’ Portland

266-043-4

18,2–88

Gagazza tal-forn tal-blast granulata

266-002-0

5,5–49

Pozzolana (ikkalċinata) naturali

310-127-6

5,5–49

Sulfat tal-kalċju

231-900-3

0–8

Trab taċ-ċmieni (1)

270-659-9

0–5

Materjali minerali naturali inorganiċi

310-127-6

Sulfat tal-ħadid(II)

231-753-5

0–1

Sulfat tal-landa(II)

231-302-2

0–0,1


Formula Standard tas-Siment — 11

Deskrizzjoni tal-prodott

Siment ta’ Portland kompożitu (gagazza–shale maħruq)

Simenti ta’ Portland bi tliet kostitwenti ewlenin: klinker, gagazza tal-forn tal-blast, shale maħruq

Isem tal-komponent

Nru KE

Konċentrazzjoni (w/w %)

Klinker tas-siment ta’ Portland

266-043-4

59–94

Gagazza tal-forn tal-blast granulata

266-002-0

5,5–29

Shale maħruq

297-648-1

5,5–29

Sulfat tal-kalċju

231-900-3

0–8

Trab taċ-ċmieni (1)

270-659-9

0–5

Materjali minerali naturali inorganiċi

310-127-6

Sulfat tal-ħadid(II)

231-753-5

0–1

Sulfat tal-landa(II)

231-302-2

0–0,1


Formula Standard tas-Siment — 12

Deskrizzjoni tal-prodott

Siment ta’ Portland kompożitu (ġebla tal-franka — irmied li jtir)

Simenti ta’ Portland bi tliet kostitwenti ewlenin: klinker, ġebla tal-franka, irmied li jtir siliċuż u kalkarju

Isem tal-komponent

Nru KE

Konċentrazzjoni (w/w %)

Klinker tas-siment ta’ Portland

266-043-4

46–94

Ġebla tal-franka

215-279-6

5,5–29

Irmied li jtir

931-322-8

5,5–44

Sulfat tal-kalċju

231-900-3

0–8

Trab taċ-ċmieni (1)

270-659-9

0–5

Materjali minerali naturali inorganiċi

310-127-6

Sulfat tal-ħadid(II)

231-753-5

0–1

Sulfat tal-landa(II)

231-302-2

0–0,1


Formula Standard tas-Siment — 13

Deskrizzjoni tal-prodott

Siment ta’ Portland kompożitu (ġebla tal-franka- pozzolana)

Simenti ta’ Portland bi tliet kostitwenti ewlenin: klinker, ġebla tal-franka, pozzolana naturali jew pozzolana naturali kkalċinata

Isem tal-komponent

Nru KE

Konċentrazzjoni (w/w %)

Klinker tas-siment ta’ Portland

266-043-4

46–94

Ġebla tal-franka

215-279-6

5,5–29

Pozzolana (ikkalċinata) naturali

310-127-6

5,5–44

Sulfat tal-kalċju

231-900-3

0–8

Trab taċ-ċmieni (1)

270-659-9

0–5

Materjali minerali naturali inorganiċi

310-127-6

Sulfat tal-ħadid(II)

231-753-5

0–1

Sulfat tal-landa(II)

231-302-2

0–0,1


Formula Standard tas-Siment — 14

Deskrizzjoni tal-prodott

Siment ta’ Portland kompożitu (ġebla tal-franka — shale maħruq)

Simenti ta’ Portland bi tliet kostitwenti ewlenin: klinker, ġebla tal-franka u shale maħruq

Isem tal-komponent

Nru KE

Konċentrazzjoni (w/w %)

Klinker tas-siment ta’ Portland

266-043-4

59–94

Ġebla tal-franka

215-279-6

5,5–29

Shale maħruq

297-648-1

5,5–29

Sulfat tal-kalċju

231-900-3

0–8

Trab taċ-ċmieni (1)

270-659-9

0–5

Materjali minerali naturali inorganiċi

310-127-6

Sulfat tal-ħadid(II)

231-753-5

0–1

Sulfat tal-landa(II)

231-302-2

0–0,1


Formula Standard tas-Siment — 15

Deskrizzjoni tal-prodott

Siment ta’ Portland kompożitu, Siment pozzolaniku (irmied li jtir — pozzolana)

Simenti ta’ Portland bi tliet kostitwenti ewlenin: klinker, irmied li jtir siliċuż u kalkarju, pozzolana naturali jew pozzolana naturali kkalċinata

Isem tal-komponent

Nru KE

Konċentrazzjoni (w/w %)

Klinker tas-siment ta’ Portland

266-043-4

41–94

Pozzolana (ikkalċinata) naturali

310-127-6

5,5–55

Irmied li jtir

931-322-8

5,5–55

Sulfat tal-kalċju

231-900-3

0–8

Trab taċ-ċmieni (1)

270-659-9

0–5

Materjali minerali naturali inorganiċi

310-127-6

Sulfat tal-ħadid(II)

231-753-5

0–1

Sulfat tal-landa(II)

231-302-2

0–0,1


Formula Standard tas-Siment — 16

Deskrizzjoni tal-prodott

Portland kompożitu

Simenti ta’ Portland b’erba’ kostitwenti ewlenin: klinker u tlieta minn dawn il-kostitwenti: gagazza tal-forn tal-blast, duħħan tas-siliċe, irmied li jtir, pozzolana, shale maħruq, ġebla tal-franka

Isem tal-komponent

Nru KE

Konċentrazzjoni (w/w %)

Klinker tas-siment ta’ Portland

266-043-4

59–94

Gagazza tal-forn tal-blast granulata

Pozzolana (ikkalċinata) naturali

Irmied li jtir

Shale maħruq

Ġebla tal-franka

Duħħan tas-siliċe

266-002-0

310-127-6

931-322-8

297-648-1

215-279-6

273-761-1

5,5–23

Sulfat tal-kalċju

231-900-3

0–8

Trab taċ-ċmieni (1)

270-659-9

0–5

Materjali minerali naturali inorganiċi

310-127-6

Sulfat tal-ħadid(II)

231-753-5

0–1

Sulfat tal-landa(II)

231-302-2

0–0,1


Formula Standard tas-Siment — 17

Deskrizzjoni tal-prodott

Siment kompożitu

Simenti ta’ Portland b’erba’ kostitwenti ewlenin: klinker, gagazza, rmied li jtir siliċuż, pozzolana naturali jew pozzolana naturali kkalċinata

Kostitwent

Nru KE

Konċentrazzjoni (w/w %)

Klinker tas-siment ta’ Portland

266-043-4

18,3–64

Gagazza tal-forn tal-blast granulata

266-002-0

16,5–49

Pozzolana (ikkalċinata) naturali

310-127-6

5,5–43

Irmied li jtir

931-322-8

5,5–43

Sulfat tal-kalċju

231-900-3

0–8

Trab taċ-ċmieni (1)

270-659-9

0–5

Materjali minerali naturali inorganiċi

310-127-6

Sulfat tal-ħadid(II)

231-753-5

0–1

Sulfat tal-landa(II)

231-302-2

0–0,1


Formula Standard tas-Siment — 18

Deskrizzjoni tal-prodott

Siment tal-aluminati tal-kalċju

Kostitwent

Nru KE

Konċentrazzjoni (w/w %)

Klinker tas-siment tal-aluminati tal-kalċju

266-045-5

86,5–100

Aġġuvant għall-immolar

-

0–0,2


Formula Standard tas-Siment — 19

Deskrizzjoni tal-prodott

Simenti għall-bini bil-ġebel — bil-klinker u bil-ġir — MC 5, MC 12,5, MC 22,5

Isem tal-komponent

Nru KE

Konċentrazzjoni (w/w %)

Klinker tas-siment ta’ Portland

266-043-4

25–60

Ġir għall-bini skont l-EN 459

215-138-9

1–75

Idrossidu tal-kalċju skont l-EN 459

215-137-3

Kostitwent inorganiku ieħor mhux perikoluż

310-127-6

0–74

Pigmenti inorganiċi skont l-EN 12878

-

0–1


Formula Standard tas-Siment — 20

Deskrizzjoni tal-prodott

Simenti għall-bini bil-ġebel — bil-klinker u mingħajr ġir — MC 5, MC 12,5, MC 22,5

Isem tal-komponent

Nru KE

Konċentrazzjoni (w/w %)

Klinker tas-siment ta’ Portland

266-043-4

25–60

Kostitwent inorganiku ieħor mhux perikoluż

310-127-6

40–75

Pigmenti inorganiċi skont l-EN 12878

 

0–1

2.   LEGANT TAL-ĠIPSUM

Formula standard tal-legant tal-ġipsum

Isem tal-komponent

Nru KE

Konċentrazzjoni

(w/w %)

Sulfat tal-kalċju

231-900-3

≥ 50 u < 100

Diidrossidu tal-kalċju

215-137-3

≥ 0 u < 5

3.   KONKRIT IMĦALLAT LEST

Formula Standard 1 tal-konkrit imħallat lest

Klassijiet tas-saħħa tal-konkrit C8/10, C12/15, C16/20, C20/25, C25/30, C28/35, C32/40, C35/45, C40/50, C45/55, C50/60

LC8/9, LC12/13, LC16/18, LC20/22, LC25/28, LC30/33, LC35/38, LC40/44, LC45/50, LC50/55, LC55/60

Isem tal-komponent

Nru KE

Konċentrazzjoni (w/w %)

Siment

270-659-9

3–18

Ilma

231-791-2

5–8

Aggregati

273-727-6

70–80

Aġenti arjaturi (taħlita addittiva)

-

0–0,08

Plastifikanti/superplastifikanti (taħlita addittiva)

-

0–0,15

Ritardanti (taħlita addittiva)

-

0–0,4

Aċċeleraturi (taħlita addittiva)

-

0–0,2

Reżistenti għall-ilma (taħlita addittiva)

-

0–0,25

Irmied li jtir

931-322-8

0–8

Duħħan tas-siliċe

273-761-1

0–3

GGBS

266-002-0

0–6


Formula Standard 2 tal-konkrit imħallat lest

Klassijiet tas-saħħa tal-konkrit C55/67, C60/75, C70/85, C80/95, C90/105, C100/105,

LC 60/66, LC70/77, LC80/88

Isem tal-komponent

Nru KE

Konċentrazzjoni (w/w %)

Siment

270-659-9

12–25

Ilma

231-791-2

5–8

Aggregati

273-727-6

70–80

Aġenti arjaturi (taħlita addittiva)

-

0,04–0,08

Plastifikanti/superplastifikanti (taħlita addittiva)

-

0–0,15

Ritardanti (taħlita addittiva)

-

0–0,4

Aċċeleraturi (taħlita addittiva)

-

0–0,2

Reżistenti għall-ilma (taħlita addittiva)

-

0–0,25

Irmied li jtir

931-322-8

0–8

Duħħan tas-siliċe

273-761-1

0–3

GGBS

266-002-0

0–6


13.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 379/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1678

tas-6 ta’ Novembru 2020

li japprova l-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta (“Rioja” (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Rioja” li bagħtet Spanja skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emendi għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif meħtieġ mill-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (2).

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-emendi għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott jiġu approvati skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-isem “Rioja” (DOP), hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 152, 7.5.2020, p. 6.


13.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 379/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1679

tas-6 ta’ Novembru 2020

li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem “Soltvadkerti” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 97(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-applikazzjoni tal-Ungerija għar-reġistrazzjoni tal-isem “Soltvadkerti” ġiet eżaminata mill-Kummissjoni u sussegwentement ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(3)

Skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li l-isem “Soltvadkerti” jiġi protett, u li jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Soltvadkerti” (DOP) b’dan huwa protett.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 170, 18.5.2020, p. 51.


13.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 379/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1680

tas-6 ta’ Novembru 2020

li jagħti protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lill-isem “Friuli”/“Friuli Venezia Giulia”/“Furlanija”/“Furlanija Julijska krajina” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 97(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni li ressqet l-Italja biex jiġi rreġistrat l-isem “Friuli”/“Friuli Venezia Giulia”/“Furlanija”/“Furlanija Julijska krajina” u ppubblikatha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-isem “Friuli”/“Friuli Venezia Giulia”/“Furlanija”/“Furlanija Julijska krajina” jenħtieġ li jiġi protett u jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Friuli”/“Friuli Venezia Giulia”/“Furlanija”/“Furlanija Julijska krajina” (DOP) huwa b’dan protett.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 202, 16.6.2020, p. 32.


13.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 379/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1681

tat-12 ta’ Novembru 2020

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tneħħija mil-lista tal-Unjoni ta’ ċerti sustanzi aromatizzanti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ aromatizzanti u ta’ materjali tas-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta l-lista ta’ sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jista’ jiġi aġġornat f’konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, kemm fuq inizjattiva tal-Kummissjoni kif ukoll wara applikazzjoni ppreżentata minn Stat Membru jew minn parti interessata.

(4)

Il-lista tal-Unjoni tal-aromatizzanti u tal-materjali tas-sors stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 fiha, fost l-oħrajn, għadd ta’ sustanzi aromatizzanti li għalihom, fil-mument tal-adozzjoni tal-lista permezz tar-Regolament (UE) Nru 872/2012, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ma kinitx kapaċi teskludi riskju ta’ sikurezza għas-saħħa tal-konsumatur fuq il-bażi tad-data disponibbli u, għalhekk, qieset li kienet meħtieġa data addizzjonali biex titlesta l-evalwazzjoni tagħhom. Dawk is-sustanzi kienu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi aromatizzanti iżda fuq il-kundizzjoni li d-data dwar is-sikurezza li tindirizza t-tħassib espress mill-Awtorità tressqet qabel ma skadew l-iskadenzi speċifiċi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. Dawn is-sustanzi u l-iskadenzi tagħhom ġew identifikati permezz tan-noti f’qiegħ il-paġna nnumerati mill-1 sal-4.

(5)

Fost is-sustanzi inklużi fil-lista tal-Unjoni tal-aromatizzanti u l-materjali tas-sors u identifikati f’nota ta’ qiegħ il-paġna bħala sustanzi li għalihom trid tintbagħat data xjentifika addizzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2012, insibu l-ħames sustanzi li ġejjin: alfa-Damaskon (Nru Fl 07.134) (sustanza rappreżentattiva tal-grupp), delta-Damaskon (Nru Fl 07.130), ċis-1-(2,6,6-trimetil-2-ċikloeżen-1-il)but-2-en-1-on (Nru Fl 07.225), trans-1-(2,6,6-trimetil-2-ċikloeżen-1-il)but-2-en-1-on (Nru Fl 07.226) u alfa-Damaskenon (Nru Fl 07.231) (“is-sustanzi kkonċernati”). Dawn is-sustanzi huma parti mis-sottogrupp 2.4 tas-sustanzi li joriġinaw mill-Grupp ta’ Aromatizzanti FGE.19, u kienu inklużi fil-Grupp ta’ Aromatizzanti FGE 210. Fir-rigward ta’ dawn is-sustanzi, l-Awtorità kienet indikat fl-opinjoni tagħha dwar l-Evalwazzjoni tal-Grupp tal-Aromatizzanti 210 tal-2009 (4) li kellhom twissija strutturali għall-ġenotossiċita fl-istruttura molekolari tagħhom billi huma ketoni alfa beta-insaturati, u li kien meħtieġ iktar data dwar it-tossiċità tagħhom f’konformità mad-dokument tal-Awtorità “Genotoxicity test strategy for substances belonging to subgroups of the Flavouring Group FGE.19”. (5)

(6)

Fit-28 ta’ Diċembru 2012, ġiet ippreżentata data dwar is-sottogrupp 2.4 ta’ sustanzi mill-Grupp ta’ Aromatizzanti FGE.19.

(7)

L-Awtorità evalwat id-data ippreżentata fir-reviżjoni 1 tal-Opinjoni dwar il-potenzjal ġenotossiku tas-sustanzi tal-Grupp ta’ Aromatizzanti FGE 210 mill-grupp kimiku 2.4 tal-Grupp ta’ Aromatizzanti FGE 19 ippubblikat fid-19 ta’ Frar 2014 (6). Madankollu, l-Awtorità qieset li d-data ppreżentata ma kinitx biżżejjed biex teskludi l-potenzjal ġenotossiku tas-sustanzi kkonċernati u talbet aktar data dwar il-ġenotossiċità għas-sustanzi li jirrappreżentaw dan is-sottogrupp.

(8)

Fl-2014 ġiet ippreżentata data ġdida. L-Awtorità evalwat id-data l-ġdida fir-reviżjoni 2 tal-Opinjoni tagħha, ippubblikata fl-10 ta’ Lulju 2015 (7). Madankollu, l-Awtorità qieset li d-data l-ġdida ma kinitx biżżejjed biex telimina l-potenzjal ġenotossiku tas-sustanzi kkonċernati u talbet għal darb’oħra biex tiġi ppreżentata aktar data xjentifika dwar il-ġenotossiċità tas-sustanzi kkonċernati.

(9)

Fl-2016 ġiet ippreżentata aktar data dwar is-sustanzi kkonċernati. Wara din il-preżentazzjoni, l-Awtorità talbet li tingħata aktar informazzjoni u li jsiru iktar studji speċifiċi permezz tal-ittri tat-8 ta’ Novembru 2016, tad-9 ta’ Frar 2017, tad-29 ta’ Ġunju 2017 u tat-8 ta’ Frar 2019. Madankollu, id-data l-ġdida pprovduta mhux dejjem tikkorrispondi għall-istudji mitluba mill-Awtorità u ma kinitx adattata biex twieġeb sew għat-tħassib tal-Awtorità. Wara li tqieset id-data kollha li ġiet ippreżentata, l-Awtorità evalwat għal darb’oħra il-potenzjal ġenotossiku tas-sustanzi kkonċernati fir-reviżjoni 3 tal-Opinjoni dwar il-grupp ta’ aromatizzanti 210 (8) ippubblikata fit-22 ta’ Mejju 2019. L-Awtorità kkonkludiet li ma jistax jiġi eskluż it-tħassib dwar il-ġenotossiċità għall-ħames sustanzi kkonċernati.

(10)

Fid-dawl tal-fatt li la d-data ppreżentata sal-iskadenza inizjali u lanqas id-data ppreżentata wara t-talbiet suċċessivi tal-Awtorità wara dik l-iskadenza ma kienu taw lok lill-Awtorità fl-2019 biex teskludi t-tħassib espress fl-Opinjoni tagħha tal-2009, il-Kummissjoni tqis li mhuwiex stabbilit li s-sustanzi kkonċernati ma joħolqux riskju ta’ sikurezza għas-saħħa tal-konsumatur. Għalhekk, fuq il-bażi tal-evidenza xjentifika ppreżentata fil-qafas stabbilit fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għas-sustanzi għas-sustanzi li għalihom għad trid titlesta l-evalwazzjoni tagħhom, l-użu tas-sustanzi kkonċernati ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet ġenerali tal-użu għall-aromatizzanti stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(11)

Konsegwentement, jenħtieġ li s-sustanzi kkonċernati jitneħħew mil-lista tal-Unjoni mingħajr dewmien biex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem.

(12)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tiġi emendata skont dan.

(13)

Minħabba raġunijiet tekniċi, jenħtieġ li jiġu stabbiliti perjodi tranżitorji biex ikopru l-ikel li miegħu tkun ġiet miżjuda kwalunkwe waħda minn dawn il-ħames sustanzi aromatizzanti, li jkunu tqiegħdu fis-suq jew intbagħatu minn pajjiżi terzi għall-Unjoni, u kienu fit-triq qabel id-dħul fis-seħħ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-perjodu ta’ tranżizzjoni ma jkunx japplika għall-preparazzjonijiet li fihom tkun żdiedet xi waħda mill-ħames sustanzi aromatizzanti li ġejjin u li ma jkunux maħsubin jiġu kkunsmati bħala tali, minħabba li l-manifatturi jkunu jafu bil-kompożizzjoni tagħhom meta jkunu qed iħejjuhom.

(14)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Oġġetti tal-ikel li magħhom tkun ġiet miżjuda kwalunkwe waħda mis-sustanzi aromatizzanti elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament u tqiegħed b’mod legali fis-suq qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jista’ jiġi kkummerċjalizzat sad-data tad-durabilità minima tiegħu jew sad-data ta’ skadenza tiegħu.

2.   Oġġetti tal-ikel impurtati fl-Unjoni li għalih tkun ġiet miżjuda kwalunkwe waħda mis-sustanzi aromatizzanti elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jista’ jiġi kkummerċjalizzat sad-data tad-durabilità minima tiegħu jew sad-data ta’ skadenza tiegħu meta l-importatur tat-tali ikel ikun jista’ juri li ntbagħat mill-pajjiż terz ikkonċernat u kien fit-triq għall-Unjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-perjodi tranżizzjonali previsti fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal preparazzjonijiet li mhumiex maħsuba biex jiġu kkunsmati kif inhuma li magħhom ikunu ġew miżjuda xi waħda minn dawn il-ħames sustanzi aromatizzanti.

4.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-preparazzjonijiet għandhom jinftiehmu bħala taħlitiet ta’ aromatizzant wieħed jew aktar li għalihom jistgħu jiġu inkorporati wkoll ingredjenti oħra tal-ikel bħal addittivi tal-ikel, enzimi jew trasportaturi biex jiffaċilitaw il-ħażna, il-bejgħ, l-istandardizzazzjoni, id-dilwizzjoni jew it-taħlil tagħhom.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta’ Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta’ sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).

(4)  Scientific Opinion on Flavouring Group Evaluation 210: alpha, beta-unsaturated alicyclic ketones and precursors from chemical subgroup 2.4 of FGE.19; EFSA Journal (2009) ON-1030, 1-18. https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/pdf/10.2903/j.efsa.2009.1030

(5)  Genotoxicity Test Strategy for Substances belonging to Subgroups of FGE.19 - Statement of the Panel on Food Contact Materials, Enzymes, Flavourings and Processing AIDS (CEF); EFSA Journal (2008) 854, 1-5.https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/pdf/10.2903/j.efsa.2008.854.

(6)  Scientific Opinion on Flavouring Group Evaluation 210, Revision 1 (FGE.210Rev1): Consideration of genotoxic potential for alpha,beta-unsaturated alicyclic ketones and precursors from chemical subgroup 2.4 of FGE.19. EFSA Journal 2014;12(2):3587, 35 pp. doi:10.2903/j.efsa.2014.3587

(7)  Scientific Opinion on Flavouring Group Evaluation 210 Revision 2 (FGE.210Rev2): Consideration of genotoxic potential for alpha, beta-unsaturated alicyclic ketones and precursors from chemical subgroup 2.4 of FGE.19. L-10 ta’ Lulju 2015. EFSA Journal 2015;13(7):4172.doi:10.293/j.efsa.2015.4172.

(8)  Scientific Opinion on Flavouring Group Evaluation 210 Revision 3 (FGE.210Rev3): Consideration of genotoxic potential for alpha, beta-unsaturated alicyclic ketones and precursors from chemical subgroup 2.4 of FGE.19. EFSA Journal 2019; 17(5):5676.


ANNESS

Fit-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, jitħassru l-entrati li ġejja:

“07.130

delta-Damaskon

57378-68-4

386

 

 

 

2

JECFA/EFSA

07.134

alfa-Damaskon

43052-87-5

385

11053

 

 

2

JECFA/EFSA

07.225

ċis-1-(2,6,6-Trimetil-2-ċikloeżen-1-il)but-2-en-1-on

23726-94-5

 

 

Mill-anqas 92 %; komponent sekondarju 4 % trans-isomer

 

2

L-EFSA

07.226

trans-1-(2,6,6-Trimetil-2-ċikloeżen-1-il)but-2-en-1-on

24720-09-0

 

 

 

 

2

EFSA

07.231

alfa-Damaskenon

35044-63-4

 

 

 

 

2

EFSA”


13.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 379/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1682

tat-12 ta’ Novembru 2020

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanzi 2-idrossietil metakrilat (HEMA) u aċidu 11,14-Diossa-2,9-diażaeptadek-16-enojku, 4,4,6,16-tetrametil-10,15-diosso, 2-[(2-metil-1-osso-2-propenil)ossi]etil ester (Di-HEMA Trimetilessil Dikarbamat jew Di-HEMA TMHDC) bħalissa mhumiex soġġetti għal projbizzjoni jew restrizzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(2)

Fit-2 ta’ Lulju 2014, l-Aġenzija Żvediża tal-Prodotti Mediċinali, li hija l-awtorità kompetenti Żvediża għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, adottat u kkomunikat deċiżjoni skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 li tintroduċi miżuri restrittivi proviżorji fuq prodott kożmetiku għad-dwiefer li kien ikkawża għadd kbir ta’ effetti mhux mixtieqa. Is-sustanzi identifikati li x’aktarx jikkawżaw dawk l-effetti mhux mixtieqa kienu l-HEMA u d-Di-HEMA TMHDC.

(3)

Skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, l-Aġenzija Żvediża tal-Prodotti Mediċinali kkomunikat minnufih lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, il-miżuri meħuda u kwalunkwe data ta’ appoġġ.

(4)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (l-SCCS) ikkonkluda fl-opinjoni tiegħu tal-21 u t-22 ta’ Ġunju 2018 (2) li “HEMA u di-HEMA-TMHDC, meta jiġu applikati b’mod xieraq fuq id-difer (…) waqt l-immudellar ta’ difer artifiċjali, x’aktarx ma joħolqux riskju ta’ sensitizzazzjoni, sakemm l-użu tagħhom ikun ristrett biss għad-difer u jiġi evitat il-kuntatt mal-ġilda ta’ maġenb id-difer”. L-SCCS ikkonkluda wkoll li “kemm is-sustanza HEMA kif ukoll di-HEMA-TMHDC huma sensitizzaturi dgħajfa għal moderati u joħolqu riskju ta’ sensitizzazzjoni mill-użu ħażin tal-prodotti jew mill-applikazzjoni mhux xierqa jew mill-kontaminazzjoni mhux intenzjonata tal-ġilda ta’ maġenb id-dwiefer skont kundizzjonijiet ta’ użu normali u raġonevolment prevedibbli”.

(5)

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, il-prodotti kożmetiċi li jitqiegħdu fis-suq iridu jkunu sikuri għas-saħħa tal-bniedem meta jintużaw f’kundizzjonijiet ta’ użu normali jew raġonevolment prevedibbli.

(6)

Meta jiġu vvalutati l-“kundizzjonijiet ta’ użu normali u raġonevolment prevedibbli” trid titqies il-possibbiltà ta’ użu ħażin jew ta’ użu mhux xieraq jew mhux intenzjonat. Fil-każ ta’ prodotti li jeħtieġu livell għoli ta’ preċiżjoni, jeħtieġ li jitqiesu sitwazzjonijiet fejn l-applikazzjoni tagħhom issir bi preċiżjoni insuffiċjenti.

(7)

Il-każijiet ta’ sensitizzazzjoni għall-prodotti tad-dwiefer li fihom is-sustanzi HEMA u Di-HEMA TMHDC irrappurtati f’xi Stati Membri wasslu biex il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm ir-riskju li dawn il-prodotti jistgħu jiġu applikati bi preċiżjoni insuffiċjenti u b’hekk ikun hemm kuntatt mal-ġilda ta’ maġenb id-difer.

(8)

Jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn l-użu tal-prodotti kożmetiċi mill-professjonisti u mill-konsumaturi. Il-professjonisti mistennija li jkollhom standards ogħla ta’ sikurezza. B’mod partikolari, professjonist mistenni jkollu aktar ħiliet, esperjenza u għarfien dwar l-użu ta’ prodott kożmetiku meta mqabbel mal-konsumatur.

(9)

Ir-riskji possibbli għas-saħħa u s-sikurezza għall-professjonisti huma rregolati b’ċerti Direttivi tal-Unjoni li jistabbilixxu rekwiżiti minimi, b’mod partikolari d-Direttivi tal-Kunsill 89/391/KEE (3) u 98/24/KE (4). Jistgħu japplikaw regoli addizzjonali ta’ sikurezza professjonali.

(10)

Fir-rigward tal-konsumaturi, peress li l-SCCS iqis li s-sustanzi HEMA u Di-HEMA TMHDC huma sikuri fil-prodotti tad-dwiefer jekk jiġu applikati biss fuq id-difer, u peress li l-“kundizzjonijiet ta’ użu normali u prevedibbli” jenħtieġ li jqisu l-possibbiltà li dawn is-sustanzi jiġu applikati fuq il-ġilda ta’ maġenb id-difer, hemm riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem mill-użu tas-sustanzi HEMA u Di-HEMA TMHDC fil-prodotti tad-dwiefer.

(11)

Peress li l-użu tal-prodotti tad-dwiefer li fihom is-sustanzi HEMA u Di-HEMA TMHDC mill-professjonisti mistenni li jkun aktar sikur għall-konsumaturi, jenħtieġ li dawn il-prodotti jintużaw biss mill-professjonisti, u għalhekk jenħtieġ li tiżdied it-twissija “għal użu professjonali biss” fuq l-imballaġġ ta’ dawn il-prodotti.

(12)

Sabiex tinġibed l-attenzjoni kemm tal-professjonisti kif ukoll tal-konsumaturi għar-riskju potenzjali għas-saħħa, jenħtieġ li tiżdied it-twissija “jista’ jikkawża reazzjoni allerġika” fuq l-imballaġġ tal-prodotti tad-dwiefer li jkun fihom is-sustanzi HEMA u Di-HEMA TMHDC.

(13)

Għalhekk, jenħtieġ li l-miżura ta’ salvagwardja meħuda mill-Iżvezja titqies bħala ġustifikata. B’konsegwenza ta’ dan, jeħtieġ li tiġi imposta restrizzjoni fuq l-użu tas-sustanzi HEMA u Di-HEMA TMHDC fil-prodotti tad-dwiefer.

(14)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġi emendat skont dan.

(15)

Jixraq li jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli sabiex l-industrija tadatta għar-rekwiżiti l-ġodda.

(16)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  SCCS/1592/17;

https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_214.pdf

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11).


ANNESS

Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, fit-tabella, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Restrizzjonijiet

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

Isem kimiku/

INN

Isem tal-Glossarju ta’ Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru KE

Tip ta’ prodott, partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fil-preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

 

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“313

2-Idrossietil Metakrilat  (*1)

HEMA

868-77-9

212-782-2

Prodotti tad-dwiefer

 

Użu professjonali biss

Għall-użu professjonali biss

Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika

314

Aċidu 11,14-Diossa-2,9-diażaeptadek-16-enojku, 4,4,6,16-tetrametil-10,15-diosso, 2-[(2-metil-1-osso-2-propenil)ossi]etil ester  (*2)

DI-HEMA TRIMETILESSIL DIKARBAMAT

41137-60-4/72869-86-4

255-239-5/276-957-5

Prodotti tad-dwiefer

 

Użu professjonali biss

Għall-użu professjonali biss

Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika


(*1)  Mit-3 ta’ Ġunju 2021 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx ma’ dawk il-kundizzjonijiet ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Mit-3 ta’ Settembru 2021 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx ma’ dawk il-kundizzjonijiet ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.

(*2)  Mit-3 ta’ Ġunju 2021 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx ma’ dawk il-kundizzjonijiet ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Mit-3 ta’ Settembru 2021 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx ma’ dawk il-kundizzjonijiet ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.”


13.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 379/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1683

tat-12 ta’ Novembru 2020

li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Wara l-pubblikazzjoni tal-studju xjentifiku bl-isem “Use of permanent hair dyes and bladder cancer risk” fl-2001, il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kożmetiċi u l-Prodotti li mhumiex tal-Ikel intenzjonati għal Konsumaturi, li wara ġie sostitwit mill-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti tal-Konsumatur (Scientific Committee on Consumer Products, SCCP), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE (2), ikkonkluda li r-riskji potenzjali tal-użu taż-żebgħa tax-xagħar kienu ta’ tħassib.

(2)

L-SCCP irrakkomanda wkoll strateġija ta’ valutazzjoni ġenerali tas-sikurezza għal sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar li tinkludi r-rekwiżiti għall-ittestjar ta’ sustanzi użati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar għall-ġenotossiċità jew il-karċinoġenità potenzjali tagħhom.

(3)

Skont l-opinjonijiet tal-SCCP, il-Kummissjoni qablet mal-Istati Membri u l-partijiet kkonċernati dwar strateġija globali biex tirregola s-sustanzi użati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar skont kif l-industrija ntalbet tippreżenta fajls, bid-data xjentifika aġġornata dwar is-sikurezza tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar, biex l-SCCP iwettaq valutazzjoni tar-riskji.

(4)

L-SCCP, li wara nbidel bil-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE (3), ivvaluta s-sikurezza tas-sustanzi individwali taż-żebgħa tax-xagħar li għalihom kienu tressqu fajls aġġornati mill-industrija.

(5)

B’riżultat tal-valutazzjoni mill-SCCS, sabiex is-sikurezza ta’ prodotti taż-żebgħa tax-xagħar tiġi żgurata għas-saħħa tal-bniedem huwa neċessarju li l-użu ta’ tliet sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar: 1,2,4-Trihidrossibenżen (4), aċidu 2-[(4-Ammino-2-nitrofenil)-amino]-benżojku (5) u 4-Ammino-3-idrossitoluwen (6) jiġi pprojbit abbażi tal-opinjonijiet finali mogħtija mill-SCCS dwar is-sikurezza tagħhom. Barra minn dan, fid-dawl tal-opinjonijiet finali mill-SCCS dwar sitt sustanzi oħra taż-żebgħa tax-xagħar, Dimethylpiperazinium Aminopyrazolopyridine HCl (7), Methylimidazoliumpropyl p-phenylenediamine HCl (8), HC Orange No. 6 (9), Acid Orange 7 (10), Tetrabromophenol Blue (11) u Indigofera Tinctoria (12), huwa xieraq li l-konċentrazzjonijiet massimi tagħhom fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar jiġu limitati.

(6)

Id-definizzjoni ta’ prodott tax-xagħar stabbilita fil-punt (1)(c) tal-Preamboli għall-Annessi II sa VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 teskludi l-applikazzjoni tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fuq ix-xagħar tal-għajnejn, abbażi ta’ livell differenti ta’ riskju ta’ applikazzjoni ta’ prodott kożmetiku fuq ix-xagħar meta mqabbel mal-applikazzjoni tal-istess prodott fuq ix-xagħar tal-għajnejn. Għalhekk kien hemm bżonn ta’ valutazzjoni speċifika tas-sikurezza għall-applikazzjoni tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fuq xagħar l-għajnejn.

(7)

Is-sustanza 2-Metossimetil-p-Fenilenedijammina u s-sulfat tagħha huma elenkati taħt l-entrata 292 Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Meta jitqiesu l-konlużjonijiet tal-aħħar opinjoni tal-SCCS (13) dwar l-użu ta’ dawk is-sustanzi fuq ix-xagħar tal-għajnejn, l-ambitu tal-applikazzjoni tar-restrizzjoni li għalihom huma suġġetti jenħtieġ li jiġi estiż għal prodotti maħsuba biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn.

(8)

Sabiex jiġi evitat kull riskju relatat mal-autoapplikazzjoni mill-konsumaturi ta’ prodotti maħsuba biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn li fihom il 2-Metossimetil-p-Fenilenedijammina u s-sulfat tagħha, jenħtieġ li dawk il-prodotti jiġu permessi għal użu professjonali biss.

(9)

Sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jiġu infurmati dwar l-effetti negattivi possibbli tal-applikazzjoni ta’ prodotti maħsuba biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn u biex jitnaqqas ir-riskju tas-sensibilizzazzoni tal-ġilda għal dawk il-prodotti, jenħtieġ li jiġu stampati twissijiet xierqa fuq it-tikketti tagħhom.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġi emendat skont dan.

(11)

Huwa xieraq li jingħataw perjodi ta’ żmien raġonevoli sabiex l-industrija tadatta għar-rekwiżiti l-ġodda u jitneħħew gradwalment l-prodotti kożmetiċi li mhumiex f’konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE tat-3 ta’ Marzu 2004 li twaqqaf Kumitati Xjentifiċi fil-qasam tas-saħħa tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent (ĠU L 66, 4.3.2004, p. 45).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE tal-5 ta’ Settembru 2008 li twaqqaf struttura konsultattiva ta’ Kumitati Xjentifiċi u esperti fil-qasam tas-sigurtà tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/210/KE (ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21).

(4)  SCCS/1598/18.

(5)  SCCS/1497/12.

(6)  SCCS/1400/11.

(7)  SCCS/1584/17.

(8)  SCCS/1609/19.

(9)  SCCS/1579/16.

(10)  SCCS/1536/14.

(11)  SCCS/1610/19.

(12)  SCCS/1615/20.

(13)  SCCS/1603/18.


ANNESS

Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, fit-tabella, jiddaħħlu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Isem kimiku/INN

Numru tal-CAS

Numru KE

‘1642

1,2,4-Triidrossibenżen  (*1), meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar u tax-xagħar tal-għajnejn

533-73-3

208-575-1

1643

4-Ammino-3-idrossitoluwen  (*1), meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar u tax-xagħar tal-għajnejn

2835 -98-5

220-620-7

1644

aċidu 2-[(4-Ammino-2-nitrofenil)-ammino]-benżojku  (*1), meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar u tax-xagħar tal-għajnejn

117907-43-4

411-260-3

(2)

Fl-Anness III, it-tabella hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata 292 hija sostitwita b’dan li ġej:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Restrizzjonijiet

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

Isem kimiku/INN

Isem tal-Glossarju ta’ Ismijiet Komuni tal-Ingredjenti

Numru tal-CAS

Numru KE

Tip ta’ prodott, partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fil-preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“292

1,4-Benżendjammina, 2-(metossimetil)

sulfat ta’ 1,4-Benżendjammina, 2-(metossimetil)-

2-Metossimetil-p-Fenilenedjammina

sulfat ta’ 2-Metossimetil-p-Fenilenedjammina

337906-36-2

337906-37-3

679-526-3

638-749-6

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

(b)

Prodotti intenzjonati biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn

 

(a) (b)

Wara li jsir taħlit taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar m’għandhiex taqbeż il-1,8 % (ikkalkulat bħala bażi libera).

(b)

Użu professjonali

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

 

Il-proporzjon tat-taħlita.

 

Image 1 Il-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

 

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

 

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta’ taħt is-16-il sena.

 

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’ jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

 

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta’ rasek sensittiva, irritata jew midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda.’”

(b)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta: Il-proporzjon tat-taħlita.

 

Image 2 Dan il-prodott jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi qawwija. Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

 

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta’ taħt is-16-il sena. It-tatwaġġi mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’ jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

 

Ix-xagħar tal-għajnejn ma għandux jingħata kulur jekk il-konsumatur:

għandu raxx fuq wiċċu jew il-ġilda tar-ras hija sensittiva, irritata jew midruba,

qatt kellu xi reazzjoni ħażina wara li jkun żeba’ xagħru jew ix-xagħar tal-għajnejn,

qatt kellu xi reazzjoni wara li għamel tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.

 

Għall-użu professjonali biss.

 

Laħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f’kuntatt magħhom.

(b)

jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Restrizzjonijiet

Kliem li għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

Isem kimiku/INN

Isem tal-Glossarju ta’ Ismijiet Komuni tal-Ingredjenti

Numru tal-CAS

Numru KE

Tip ta’ prodott, partijiet tal-ġisem

Il-konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“313

4-(3-amminopirażolo[1,5-A]piridin-2-yl)-1,1-dimethilpiperażin-1-jum klorur kloridrat

Dimethylpiperazinium Aminopyrazolopyridine HCl

1256553-33-9

813-255-5

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Mit-3 ta’ Ġunju 2021, wara li jsir taħlit taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar m’għandhiex taqbeż it-2 % (ikkalkulat bħala bażi libera)

Mit-3 ta’ Diċembru 2021, trid tiġi stampata fuq it-tikketta: Il-proporzjon tat-taħlita.

Image 3 Il-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija. Aqra u segwi l-istruzzjonijiet. Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta’ taħt is-16-il sena. It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta’ rasek sensittiva, irritata jew midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda.”’

314

1-(3-((4-Amminofenil)ammino)propil)-3-metil-1H-imidażol-3-ju klorur kloridrat

Methylimidazoliumpropyl p-phenylenediamine HCl

220158-86-1

 

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Mit-3 ta’ Ġunju 2021, wara li jsir taħlit taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar m’għandhiex taqbeż it-2 % (ikkalkulat bħala bażi libera)

Mit-3 ta’ Diċembru 2021, trid tiġi stampata fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

Image 4 Il-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta’ taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’ jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta’ rasek sensittiva, irritata jew midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda.”’

315

Di-[2-[(E)-2-[4-[bis(2-idrossietil)aminofenil]vinil]piridin-1-ju]-etil]disulfur dimetansulfonat

HC Orange No. 6

1449653-83-1

 

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

Mit-3 ta’ Ġunju 2021: 0,5 %

L-impuritajiet tal-metansulfonati, b’mod partikolari l-etil metansulfonat m’għandhomx ikunu preżenti.

 

316

4-[(2-idrossi-1-naftil)ażo]benżen sulfonat tas-sodju

Acid Orange 7

633-96-5

211-199-0

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

Mit-3 ta’ Ġunju 2021: 0,5 %

 

 

317

4,4 ’- (4,5,6,7-tetrabromo-1,1-diossid-3H-2,1-benżossatjol-3-iliden) bis [2,6-dibromo fenol

Tetrabromophenol Blue

4430-25-5

224-622-9

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

(b)

Mit-3 ta’ Ġunju 2021: 0,2 %

(a)

Mit-3 ta’ Ġunju 2021, wara li jsir taħlit taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar m’għandhiex taqbeż iż-0,2 % (ikkalkulat bħala bażi libera)

(a)

Mit-3 ta’ Diċembru 2021, trid tiġi stampata fuq it-tikketta:

 

Il-proporzjon tat-taħlita.

 

Image 5 Il-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

 

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

 

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta’ taħt is-16-il sena.

 

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’ jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

 

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta’ rasek sensittiva, irritata jew midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda.”’

318

Indigofera tinctoria, weraq niexef u pulverizzat ta’Indigofera tinctoria L

weraq ta’Indigofera tinctoria trab tal-weraq ta’ Indigofera tinctoria

Estratt tal-weraq ta’ Indigofera tinctoria

Estratt ta’ Indigofera tinctoria

84775-63-3

283-892-6

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

Mit-3 ta’ Ġunju 2021: 25 %”

 

 


(*1)  Mit-3 ta’ Settembru 2021 il-prodotti tax-xagħar u tax-xagħar tal-għajnejn li fihom dik is-sustanza ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.

Mit-3 ta’ Ġunju 2022 il-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar u tax-xagħar tal-għajnejn li fihom dawk is-sustanzi ma għandhomx ikunu disponibbli fis-suq tal-Unjoni.’


13.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 379/42


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1684

tat-12 ta’ Novembru 2020

li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) ikkonkluda fl-opinjoni tat-13 ta’ Diċembru 2019 (2) (“l-opinjoni SCCS”) li l-użu tal-Methoxypropylamino Cyclohexenylidene Ethoxyethylcyanoacetate bħala filtru fil-prodotti kożmetiċi f’konċentrazzjoni massima ta’ 3 % huwa sikur. It-tossiċità permezz tal-inalazzjoni ma kinitx valutata fl-opinjoni SCCS għax ma ġiet provduta l-ebda data. Għalhekk, l-opinjoni tal-SCCS ma tapplika għal ebda prodott kożmetiku li jista’ jiġi sprejjat li jista’ jwassal għall-espożizzjoni tal-pulmuni tal-konsumatur permezz tal-inalazzjoni.

(2)

L-SCCS ikkonkludiet ukoll fl-opinjoni tagħha li l-Methoxypropylamino Cyclohexenylidene Ethoxyethylcyanoacetate huwa ammin sekondarju, u għalhekk huwa suxxettibbli għan-nitrosazzjoni u l-formazzjoni tan-nitrożammini. M’għandux jintuża flimkien ma sustanzi nitrosanti. Il-kontenut tan-nitrożammina għandu jkun inqas minn 50 ppb.

(3)

Fid-dawl tal-opinjoni tal-SCCS u sabiex jiġi meqjus il-progress tekniku u xjentifiku, l-użu tal-Methoxypropylamino Cyclohexenylidene Ethoxyethylcyanoacetate bħala filtru tal-UV fil-prodotti kożmetiċi jenħtieġ li jkun awtorizzat f’konċentrazzjoni massima ta’ 3 %, ħlief f’użi li jistgħu jwasslu għall-esponiment tal-pulmuni tal-utent aħħari permezz tan-nifs.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  SCCS/1605/19.


ANNESS

Fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Kundizzjonijiet

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

Isem kimiku/INN/XAN

Isem tal-glossarju ta’ Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru KE

Tip ta’ prodott, partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima f’preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“32

aċetat ta’ 2-etossietil (2Z) -2-ċjano-2-[3-(3-metossipropilammino) ċikloess-2-en-1-iliden]

Methoxypropylamino Cyclohexenylidene Ethoxyethylcyanoacetate

1419401-88-9

700-860-3

 

3 %

Ma għandux jintuża f’applikazzjonijiet li jistgħu jwasslu għall-esponiment tal-pulmuni tal-utent aħħari permezz tan-nifs

Tużax ma’ aġenti nitrosanti — Kontenut massimu ta’ nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitriti”

 


13.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 379/44


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1685

tat-12 ta’ Novembru 2020

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 biex jikklassifika s-sustanza bupivacaine fir-rigward tal-limitu massimu ta’ residwi tagħha

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, ifformulati fl-20 ta’ Frar 2020 u fit-18 ta’ Ġunju 2020 mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem,

Billi:

(1)

L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009 jirrikjedi li l-limitu massimu ta’ residwi (“MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fi prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel jew fi prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali jiġi stabbilit f’Regolament.

(2)

It-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (2) tistabbilixxi s-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-MRLs fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali.

(3)

Is-sustanza bupivacaine ma ddaħħlitx f’dik it-tabella.

(4)

Tressqet applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (“l-Aġenzija”) għall-istabbiliment tal-MRLs għall-bupivacaine għall-użu fuq il-ġilda u għall-użu epileżjonali biss fil-porċini, għall-ħnienes ta’ età sa 7 ijiem, u fil-bovini, għall-għoġġiela li jkollhom sa xahrejn.

(5)

L-Aġenzija, abbażi tal-opinjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju, ikkonkludiet li l-istabbiliment ta’ MRL għall-bupivacaine fil-porċini u fil-bovini, fi ħdan dawk il-limitazzjonijiet tal-età, mhuwiex meħtieġ għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u rrakkomandat klassifikazzjoni “MRL mhux meħtieġ”.

(6)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-Aġenzija għandha tqis li tuża l-MRLs stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva li tinsab f’oġġett tal-ikel partikolari għal oġġett tal-ikel ieħor li jkun ġej mill-istess speċi, jew tuża l-MRLs stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew iktar għal speċijiet oħrajn.

(7)

L-Aġenzija qieset li bħalissa mhuwiex xieraq li l-klassifikazzjoni tal-bupivacaine fil-porċini u l-bovini bħala sustanza fejn “MRL mhux meħtieġ” tiġi estrapolata għal speċijiet oħrajn li jipproduċu l-ikel, minħabba data nieqsa.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 37/2010 jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 qed jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).


ANNESS

Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010, tiddaħħal is-sustanza li ġejja f’ordni alfabetika:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Residwu Markatur

Speċi ta’ Annimal

MRLs

Tessuti kkonċernati

Dispożizzjonijiet Oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni Terapewtika

“Bupivacaine

MHUX APPLIKABBLI

Porċini

MRL mhux neċessarju

MHUX APPLIKABBLI

Għall-użu fi ħnienes ta’ età sa 7 ijiem biss.

Għall-użu fuq il-ġilda u għall-użu epileżjonali biss.

Anestetiċi lokali”

Bovini

Għall-użu f’għoġġiela ta’ età sa xahrejn biss.

Għall-użu fuq il-ġilda u għall-użu epileżjonali biss.


13.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 379/47


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1686

tat-12 ta’ Novembru 2020

li jagħmel suġġetti għar-reġistrazzjoni l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mit-Turkija

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 14(5) tiegħu,

Wara li informat lill-Istati Membri,

Billi:

(1)

Fl-14 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ Bidu”), il-bidu ta’ proċediment antidumping (“il-proċediment antidumping”) fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mit-Turkija wara lment ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2020 minn Eurofer (“min ilmenta”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar.

1.   PRODOTT SOĠĠETT GĦAR-REĠISTRAZZJONI

(2)

Il-prodotti soġġetti għar-reġistrazzjoni (“il-prodott ikkonċernat”) huma prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, f’koljaturi jew le (inklużi prodotti “maqtugħa skont it-tul” u “strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief illaminati bis-sħana, mhux imlibbsa, maħsula jew miksija. Dawn il-prodotti attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7208 10 00, 7208 25 00, 7208 26 00, 7208 27 00, 7208 36 00, 7208 37 00, 7208 38 00, 7208 39 00, 7208 40 00, 7208 52 10, 7208 52 99, 7208 53 10, 7208 53 90, 7208 54 00, 7211 13 00, 7211 14 00, 7211 19 00, ex 7225 19 10 (il-kodiċi TARIC 7225191090), 7225 30 90, ex 7225 40 60 (il-kodiċi TARIC 7225406090), 7225 40 90, ex 7226 19 10 (kodiċi TARIC 7226191090), 7226 91 91 u 7226 91 99. Il-kodiċijiet NM u TARIC jingħataw għall-informazzjoni biss.

(3)

Dawn li ġejjin mhumiex soġġetti għal reġistrazzjoni: (i) prodotti tal-azzar inossidabbli u azzar elettriku tas-siliċju bil-granijiet orjentati; (ii) prodotti tal-azzar tal-għodda u tal-azzar li jintuża f’veloċità għolja; (iii) prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr diżinji f’riljev, ta’ ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew aktar; u (iv) prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr diżinji f’riljev, ta’ ħxuna ta’ 4,75 mm jew aktar iżda li ma taqbiżx l-10 mm u ta’ wisgħa ta’ 2 050 mm jew aktar.

2.   TALBA

(4)

Fis-17 ta’ Settembru 2020, min ilmenta ppreżenta talba għar-reġistrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. Min ilmenta talab li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat isiru soġġetti għar-reġistrazzjoni biex ikunu jistgħu jiġu applikati miżuri kontra dawk l-importazzjonijiet retroattivament mid-data ta’ tali reġistrazzjoni.

(5)

Il-partijiet interessati li ġejjin ippreżentaw kummenti b’reazzjoni għat-talba: il-Gvern tat-Turkija, il-Konsorzju tal-Utenti (utenti), il-Gruppi Colakoglu u Erdemir u Habas (produtturi esportaturi), l-Assoċjazzjoni Torka tal-Esportaturi tal-Azzar (“ÇİB”) u l-Assoċjazzjoni Torka tal-Produtturi tal-Azzar (“TCUD”).

3.   RAĠUNIJIET GĦAR-REĠISTRAZZJONI

(6)

F’konformità mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista’ tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex jieħdu l-passi xierqa għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, biex sussegwentement ikunu jistgħu jiġu applikati miżuri fuq dawn l-importazzjonijiet mid-data ta’ din ir-reġistrazzjoni, dment li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fir-Regolament bażiku jkunu ssodisfati. L-importazzjonijiet jistgħu jsiru soġġetti għar-reġistrazzjoni wara talba mill-industrija tal-Unjoni li jkun fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika din l-azzjoni.

(7)

Fuq il-bażi tal-aktar statistika riċenti disponibbli min ilmenta allega li kien hemm żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet wara l-bidu tal-investigazzjoni liema żieda x’aktarx kienet se timmina serjament l-effett rimedjali tad-dazji definittivi. Barra minn hekk, min ilmenta argumenta li kien hemm storja ta’ dumping mit-Turkija tul perjodu estiż u li l-importaturi kienu, jew kellhom ikunu, konxji tal-prattiki ta’ dumping mit-Turkija.

(8)

Il-Kummissjoni eżaminat it-talba fid-dawl tal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni vverifikat jekk l-importaturi kinux akkonoxxenza, jew jekk kellhomx ikunu akkonoxxenza, tad-dumping fir-rigward tal-livell tad-dumping u d-dannu allegat jew misjub. Analizzat ukoll jekk kienx hemm żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet li, fid-dawl ta’ meta seħħet kif ukoll tal-volum u ta’ ċirkostanzi oħra, x’aktarx kienet timmina serjament l-effett rimedjali tad-dazju antidumping definittiv li se jiġi applikat.

3.1.   Il-konoxxenza tal-importaturi dwar id-dumping, il-livell tiegħu u d-dannu allegat

(9)

F’dan l-istadju l-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mit-Turkija qed ikunu iddampjati. L-ilment ipprovda biżżejjed evidenza ta’ dumping abbażi ta’ tqabbil tal-valur normali stabbilit b’dan il-mod mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Kumplessivament, u meta titqies il-portata tal-marġnijiet ta’ dumping allegat li jvarjaw minn 4 % sa 8 %, din l-evidenza pprovdiet biżżejjed indikazzjoni li l-produtturi esportaturi qed iwettqu dumping.

(10)

L-ilment ipprovda wkoll biżżejjed evidenza ta’ dannu allegat lill-industrija tal-Unjoni, inkluż l-iżvilupp negattiv ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(11)

Din l-informazzjoni kienet tinsab kemm fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment kif ukoll fin-Notifika ta’ Bidu ppubblikata fl-14 ta’ Mejju 2020. Permezz tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, in-notifika ta’ bidu hija dokument pubbliku aċċessibbli għall-importaturi kollha. Barra minn hekk, bħala partijiet interessati fl-investigazzjoni, l-importaturi għandhom aċċess għall-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment u għall-fajl mhux kunfidenzjali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li, fuq din il-bażi, l-importaturi kienu konxji, jew kellhom ikunu konxji, tad-dumping, il-portata tiegħu u d-dannu allegat (3).

(12)

Kif iddikjarat fil-premessa (5) diversi partijiet interessati ssottomettew kummenti għat-talba għar-reġistrazzjoni. Fir-rigward tal-ewwel kriterju, il-Gvern tat-Turkija, Habas, CIB u l-Gruppi Colakoglu u Erdemir enfasizzaw li s-sempliċi bidu ta’ investigazzjoni antidumping ma jfissirx awtomatikament li attwalment qed iseħħ dumping, billi ċerti investigazzjonijiet (uħud li jikkonċernaw it-Turkija) jintemmu mingħajr l-impożizzjoni ta’ dazji. Pjuttost din hija biss “allegazzjoni unilaterali”. Għalhekk, importatur ma jistax ikun konxju ta’ xi ħaġa (“prattiki ta’ dumping”) li l-investigazzjoni għadha ma stabbilixxietx. Il-Gvern tat-Turkija, Habas u CIB ikkontestaw ukoll ċerta evidenza addizzjonali pprovduta minn Eurofer fit-talba, inkluża l-affermazzjoni li s-CEO ta’ produttur esportatur Tork kien konxju mill-investigazzjoni antidumping li kienet se tinfetaħ u mill-informazzjoni li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat huma soġġetti għal miżuri ta’ difiża tal-kummerċ f’pajjiżi terzi. Fl-aħħar nett, TCUD innota li x’uħud mill-affermazzjonijiet magħmula minn Eurofer rigward il-miżuri antidumping kontra l-importazzjonijiet Torok tal-prodott ikkonċernat ma kinux deskritti b’mod onest fis-sottomissjoni. F’dan ir-rigward, TCUD argumenta li kumpanija waħda kienet eżentata mill-miżuri tal-Istati Uniti wara kontestazzjoni quddiem il-qrati rilevanti u li pajjiż terz ieħor (il-Marokk) neħħa d-dazji antidumping kontra t-Turkija wara d-deċiżjoni tal-bord tad-WTO.

(13)

L-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku jistipula li, mill-bidu tal-investigazzjoni u wara li tkun infurmat lill-Istati Membri fi żmien xieraq, il-Kummissjoni tista’ tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, biex sussegwentement ikunu jistgħu jiġu applikati miżuri kontra dawk l-importazzjonijiet mid-data ta’ din ir-reġistrazzjoni. L-objettiv ewlieni tar-reġistrazzjoni f’dan il-każ huwa li tippermetti l-possibbiltà li jiġu imposti miżuri proviżorji retroattivament sa 90 jum qabel l-applikazzjoni tagħhom f’konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. Fid-dawl ta’ din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ma tistax tirreġistra l-importazzjonijiet wara li jkun diġà ġie impost dazju proviżorju.

(14)

Jekk, kif issuġġerit minn xi partijiet, ir-reġistrazzjoni tkun possibbli biss wara li tkun saret sejba ta’ dumping minn investigazzjoni, allura b’definizzjoni hija qatt ma tista’ ssir qabel l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji. Tali approċċ ineħħi kompletament l-effet utile tal-għodda ta’ reġistrazzjoni (4). Għalhekk, jeħtieġ li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar jekk għandhiex jew le tirreġistra l-importazzjonijiet qabel ma jidħol fis-seħħ kwalunkwe dazju proviżorju. F’dan ir-rigward il-Kummissjoni nnutat li fl-istadju meta min ilmenta ppreżenta t-talba għar-reġistrazzjoni, l-aħjar informazzjoni disponibbli kienet dik tal-ilment, li fuq il-bażi tagħha, kif stabbilit fin-Notifika ta’ Bidu, l-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni antidumping, liema informazzjoni kienet tindika l-eżistenza ta’ evidenza bix-xejra li turi dumping dannuż. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-affermazzjonijiet bħala infondati. Barra minn hekk, fid-dawl ta’ din is-sejba, il-Kummissjoni ma kellhiex bżonn tivvaluta l-evidenza addizzjonali msemmija hawn fuq rigward l-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Torok lejn pajjiżi terzi u l-argumenti relatati.

(15)

B’hekk il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ewwel kriterju għar-reġistrazzjoni kien issodisfat.

3.2.   Żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet

(16)

Il-Kummissjoni analizzat dan il-kriterju fuq il-bażi tad-data statistika dwar il-prodott ikkonċernat disponibbli fil-bażi tad-data Surveillance 2. Biex tivvaluta jekk kienx hemm żieda sostanzjali oħra minn meta nbdiet l-investigazzjoni, il-Kummissjoni l-ewwel iddefinixxiet il-perjodi ta’ żmien li kellhom jitqabblu. Minn naħa, hija vvalutat id-data tal-importazzjonijiet mit-Turkija wara l-bidu tal-investigazzjoni antidumping (jiġifieri l-punt fiż-żmien minn meta l-importaturi kienu konxji, jew kellhom ikunu jafu, dwar il-prattiki tad-dumping) sal-perjodu l-aktar reċenti, jiġifieri l-perjodu bejn Ġunju u nofs Ottubru 2020. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni kkalkulat l-importazzjonijiet Torok għall-istess perjodu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (5) (jiġifieri bejn Ġunju u nofs Ottubru 2019) u l-volumi medji tal-importazzjoni ta’ kull xahar fil-perjodu sħiħ tal-investigazzjoni.

(17)

Il-Kummissjoni qieset li, f’dan il-każ, tqabbil bejn il-volumi medji ta’ importazzjonijiet ta’ kull xahar ta’ wara l-bidu mal-volumi medji ta’ importazzjonijiet Torok ta’ kull xahar fil-perjodu ta’ investigazzjoni kollu ma kienx ikun biżżejjed biex jiġi vvalutat jekk kienx hemm żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq u l-effett ta’ kumulazzjoni derivat mill-miżuri ta’ salvagwardja fis-seħħ li jaffettwaw il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tibbaża d-determinazzjoni tagħha fuq il-paragun bejn il-volumi medji ta’ importazzjonijiet ta’ kull xahar ta’ wara l-bidu mal-istess perjodu fil-perjodu ta’ investigazzjoni sabiex tirrifletti aħjar l-influwenza potenzjali tal-miżuri ta’ salvagwardja fis-seħħ fuq l-imġiba tal-flussi tal-importazzjonijiet mit-Turkija fil-perjodu vvalutat (6). It-tqabbil tal-volumi tal-importazzjonijiet ta’ wara l-bidu mal-volumi tal-importazzjonijiet fl-istess perjodu fis-sena preċedenti, barra minn hekk, iqis kif xieraq l-effetti possibbli tal-istaġjonalità, jekk hemm (7).

(18)

Rigward tal-influwenza tal-miżuri ta’ salvagwardja fuq il-flussi tal-importazzjonijiet Torok, il-Kummissjoni nnotat li matul is-sena 2019 kollha (il-Perjodu ta’ Investigazzjoni), l-importazzjonijiet mit-Turkija tal-prodott ikkonċernat kienu affettwati minn bosta aġġustamenti fil-funzjonament tal-miżuri ta’ salvagwardja li kellhom impatt fuq l-imġiba tal-esportazzjoni mit-Turkija.

(19)

L-ewwel, Jannar 2019, bil-bosta x-xahar bl-aqwa prestazzjoni tal-importazzjonijiet Torok tal-prodott ikkonċernat, ikkoinċida mal-aħħar xahar tal-miżuri proviżorji ta’ salvagwardja. F’dan ir-rigward, kien hemm inċertezza fis-suq dwar il-forma li kellhom jieħdu il-miżuri definittivi. Il-Kummissjoni nnotat li kwalunkwe volum ta’ Kwota Tariffarja (Tariff-Rate Quota, “TRQ”) mingħajr dazju mhux mibjugħa sal-aħħar ta’ dak ix-xahar ma kinitx tiġi riportata għall-perjodu li jmiss, jiġifieri volumi ta’ TRQ mingħajr dazju kienu “jintilfu”. Sitwazzjoni simili, jiġifieri l-aħħar xahar (xhur) qabel perjodu ġdid tal-miżuri, seħħet fit-trimestru ta’ Frar-Marzu 2019. It-tieni, fi Frar, f’April, f’Lulju u f’Ottubru tas-sena 2019 infetħu lottijiet ġodda ta’ TRQ mingħajr dazju. Skont il-miżuri ta’ salvagwardja fuq ċerti prodotti tal-azzar, kull ftuħ ta’ TRQ ġeneralment wassal biex volumi kbar jiġu importati fl-istadji bikrin ta’ kull trimestru. Fl-aħħar, f’Awwissu 2019, il-Kummissjoni ħabbret, fil-qafas tal-ewwel investigazzjoni ta’ rieżami tal-miżuri ta’ salvagwardja tal-azzar, li se tagħmel l-importazzjonijiet Torok tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal limitu massimu ta’ 30 % fuq it-TRQ disponibbli taħt il-kategorija ta’ prodotti rilevanti, u b’hekk twassal ukoll għal żieda fl-importazzjonijiet qabel din il-bidla fl-amministrazzjoni tat-TRQ.

(20)

Il-Kummissjoni enfasizzat ukoll li l-eventi msemmija hawn fuq kellhom impatt fuq il-fluss tal-volumi tal-importazzjonijiet kif jidher mill-istatistika. Notevolment, ix-xhur ta’ Jannar, Marzu u Settembru jikklassifikaw l-ewwel, it-tieni u r-raba’ f’termini ta’ volumi esportati kull xahar mit-Turkija fl-2019 (f’xi każijiet kienu sostanzjalment ogħla minn kwalunkwe xahar ieħor f’dik is-sena) (8). Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn l-azzjonijiet regolatorji kollha fil-qafas tal-miżuri ta’ salvagwardja tal-azzar influwenzaw b’mod sinifikanti l-imġiba tal-operaturi tas-suq u x-xejra tal-flussi tal-importazzjonijiet matul is-sena.

(21)

Is-sitwazzjoni f’perjodu sostanzjalment iqsar (bejn Ġunju u nofs Ottubru) kienet inqas affettwata mill-bidliet regolatorji fil-ġestjoni tat-TRQs. Għalhekk, il-Kummissjoni qabblet il-volum medju ta’ importazzjonijiet Torok ta’ kull xahar fil-perjodu minn Ġunju sa nofs Ottubru 2020 mal-volum medju ta’ importazzjonijiet fix-xahar fl-istess perjodu tas-sena ta’ qabel, l-2019.

(22)

It-tqabbil juri li l-volum medju ta’ importazzjonijiet fix-xahar mit-Turkija f’dan il-perjodu żdied b’6 %.

Volumi ta’ importazzjonijiet (medja fix-xahar)

Perjodu ta’ Investigazzjoni (2019)

Ġunju – nofs Ottubru 2019

Ġunju – nofs Ottubru 2020

Delta

Ġunju – nofs Ottubru 2020 vs Perjodu ta’ Investigazzjoni

Ġunju – nofs Ottubru 2020 vs Ġunju – nofs Ottubru 2019  (9)

It-Turkija (tunnellati)

227 875

164 897

174 986

-23 %

+ 6 %

Sors: Bażi ta’ data Surveillance 2.

(23)

Il-Kummissjoni eżaminat ukoll ix-xejriet tal-importazzjoni fil-perjodu magħżul u fil-perjodu rispettiv fil-Perjodu ta’ Investigazzjoni biex tiddetermina jekk dik iż-żieda ta’ 6 % kinitx tikkostitwixxi żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet f’dan il-każ. B’mod partikolari, il-Kummissjoni osservat li kien hemm volumi ta’ importazzjonijiet negliġibbli mit-Turkija fix-xahar ta’ Settembru 2020. Dan il-volum eċċezzjonalment baxx ta’ importazzjonijiet kien dovut l-aktar għall-fatt li bil-miżuri ta’ salvagwardja tal-azzar it-Turkija kienet virtwalment eżawriet it-TRQ speċifika tagħha għall-pajjiż f’dak ix-xahar għall-kategorija 1 tal-prodott (fejn jaqa’ l-prodott ikkonċernat) u għalhekk kienet tkun tista’ biss tesporta kwalunkwe ammonti sinifikanti tal-prodott ikkonċernat b’dazju ta’ 25 % (10). Dan il-volum eċċezzjonalment baxx ta’ importazzjonijiet f’Settembru 2020 naqqas ħafna l-volumi medji tal-importazzjonijiet fix-xahar fil-perjodu rilevanti magħżul mill-Kummissjoni biex jitqabblu (Ġunju-nofs Ottubru 2020). Fl-istess ħin, il-Kummissjoni nnotat li preċiżament fl-istess xahar tas-sena preċedenti, f’Settembru 2019, kien hemm volum għoli ħafna ta’ importazzjonijiet minħabba li f’Ottubru 2019 kienu se jidħlu fis-seħħ l-aġġustamenti wara l-ewwel investigazzjoni ta’ rieżami tal-miżuri ta’ salvagwardja. Għalhekk, b’antiċipazzjoni ta’ dan l-event, il-produtturi Torok esportaw ammonti kbar ħafna matul ix-xahar ta’ Settembru 2019.

(24)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessa preċedenti, il-Kummissjoni qieset li l-importazzjonijiet tax-xhur ta’ Settembru 2019 u Settembru 2020 rispettivament ma kinux rappreżentattivi u għalhekk ivvalutat l-livelli tal-importazzjonijiet mingħajr ma inkludiet dan ix-xahar la għal sena u lanqas għall-oħra. Dan it-tqabbil ikkonferma li ż-żidiet fil-volumi tal-importazzjonijiet meta mqabbla mal-istess xhur matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienu sinifikanti ħafna. Pereżempju, meta wieħed iqabbel il-perjodu Ġunju-Awwissu fl-2020 u l-istess perjodu fl-2019 kien hemm żieda ta’ 44 %. Żieda sinifikanti ta’ + 49 % tinstab ukoll meta l-perjodu ta’ bejn Ġunju u Ottubru 2020 jitqabbel mal-istess perjodu fl-2019, mingħajr ma jitqies Settembru. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żieda fl-importazzjonijiet f’dan il-każ hija sostanzjali.

(25)

Rigward dan il-kriterju, il-Gvern tat-Turkija, Habas, CIB, il-Gruppi Colakoglu u Erdemir u l-Konsorzju tal-utenti HRFS ikkontestaw il-perjodu propost minn min ilmenta biex jiġi vvalutat jekk kienx hemm żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet. Minflok, dawn il-partijiet ipproponew perjodi differenti biex jitwettaq dan it-tqabbil, li fil-fehma tagħhom juru li dan il-kriterju ma ġiex issodisfat. Habas u l-Konsorzju tal-utenti HRFS issuġġerew li jekk it-tqabbil isir fuq bażi trimestrali tal-istess perjodi tal-2019 u tal-ewwel nofs tal-2020, jiġifieri l-ewwel żewġ trimestri ta’ kull sena, dan juri tnaqqis fl-importazzjonijiet. CIB u l-Gruppi Colakoglu u Erdemir argumentaw li l-perjodu magħżul minn Eurofer, jiġifieri Ġunju-Lulju 2020, kien qasir wisq, u għalhekk mhux rappreżentattiv. Barra minn hekk, CIB u l-Konsorzju tal-utenti HRFS allegaw li r-raġunijiet għal kwalunkwe żieda fl-importazzjonijiet xorta waħda kienu l-konsegwenza tal-laxkar tal-miżuri tal-lockdown fl-Unjoni relatati mal-pandemija tal-COVID-19, li ħabtet mal-istadji bikrin tal-perjodu ta’ wara l-bidu. CIB argumentat li l-Kummissjoni trid tqabbel il-volum tal-importazzjonijiet li seħħew wara l-bidu tal-investigazzjoni mal-volum tal-importazzjonijiet li seħħew matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Din il-parti argumentat ukoll li l-importazzjonijiet tat-Turkija kienu juru tnaqqis kostanti f’Jannar-Mejju 2020 u li fix-xhur ta’ Ġunju u Lulju 2020, l-importazzjonijiet kienu żdiedu biss biex jerġgħu lura għal-“livell normali tagħhom”. Barra minn hekk, CIB ikkonkluda li l-Kummissjoni jenħtieġ tinjora d-data ta’ wara l-bidu ta’ Ġunju 2020 minħabba l-impatt tal-allegata sitwazzjoni partikolari ta’ “wara l-kwarantina”. F’dan il-każ, il-paragun mal-medja ta’ kull xahar fil-perjodu ta’ investigazzjoni juri żieda ta’ 12 %, li ma setgħetx tikkwalifika bħala “żieda sostanzjali ulterjuri”, iżda pjuttost bħala żieda “modesta ħafna”. Partijiet oħra pproponew li jiġu vvalutati x-xejriet tal-importazzjonijiet fl-ewwel seba’ xhur (Jannar-Lulju) tal-perjodi 2017-2020, ix-xejriet tal-importazzjonijiet matul is-snin l-2017 sal-2020 (annwalizzati) (11), il-medja ta’ kull xahar fis-snin 2018 u 2019 mal-medja ta’ kull xahar fil-perjodu Jannar-Lulju 2020, il-medja ta’ kull xahar tal-perjodu Jannar-Lulju 2018 u 2019 mal-istess perjodu fis-sena 2020, u l-medja ta’ kull xahar fil-perjodu ta’ investigazzjoni mal-volum tal-importazzjonijiet fix-xahar ta’ Lulju 2020 (12), biex jintwera li kien hemm tnaqqis fl-importazzjonijiet. Il-Gruppi Colakoglu u Erdemir ikkontestaw ukoll il-fatt li t-talba ma kinitx tinkludi data dwar l-importazzjonijiet bejn tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-bidu tal-investigazzjoni, minkejja ż-żmien li għadda bejniethom.

(26)

Barra minn hekk, il-Konsorzju tal-utenti HRFS sostna wkoll li r-reġistrazzjoni tnaqqas il-livell tal-importazzjonijiet u tikkawża nuqqas ta’ provvista li jkunu ta’ theddida għall-operazzjonijiet ta’ ċerti faċilitajiet ta’ produzzjoni ta’ utenti stabbiliti fl-Unjoni. Dan allegatament ifixkel is-suq u jikkawża ħsara irreparabbli lil utenti indipendenti tal-prodott ikkonċernat.

(27)

Il-partijiet interessati kollha li rreaġixxew għat-talba ta’ reġistrazzjoni minn Eurofer qablu meta argumentaw li minħabba l-impatt tal-miżuri ta’ salvagwardja tal-azzar fuq it-Turkija, it-Turkija ma tkunx tista’ żżid iżjed l-importazzjonijiet tagħha fix-xhur li ġejjin (jiġifieri x-xhur ta’ qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping proviżorji), u li għalhekk jenħtieġ li l-Kummissjoni tinjora t-talba għar-reġistrazzjoni.

(28)

Fir-rigward tal-perjodi differenti proposti mill-partijiet, il-Kummissjoni tirreferi għar-raġunament u għall-ispjegazzjonijiet li hija ppreżentat fit-Taqsima 3.2 hawn fuq. Madankollu, hemm numru ta’ affermazzjonijiet f’dan ir-rigward li jiġġustifikaw konfutazzjoni speċifika. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li filwaqt li normalment hija tqabbel ukoll l-importazzjonijiet medji ta’ kull xahar ta’ perjodu ta’ wara l-bidu mal-livelli medji tal-importazzjonijiet fil-perjodu ta’ investigazzjoni, dan it-tqabbil mhux dejjem ikun xieraq. F’dan il-każ, il-Kummissjoni sabet u spjegat fil-premessi, minn (16) sa (20) hawn fuq li, fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari tas-suq fir-rigward tal-importazzjonijiet investigati, l-użu tal-importazzjonijiet medji tas-sena 2019 mhuwiex l-aktar bażi xierqa għat-tqabbil.

(29)

It-tieni, il-Kummissjoni tinnota li waħda mill-proposti rreferiet għal xejriet minn perjodu qabel il-bidu tal-investigazzjoni antidumping. Dan ikun inkonsistenti mas-sejba li l-prattiki tad-dumping mit-Turkija saru magħrufa bis-saħħa tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu. Għalhekk, ix-xejra fl-importazzjonijiet minn perjodu qabel il-mument li fih importatur seta’ kien jaf bl-eżistenza ta’ dumping, ma tistax titqies fil-valutazzjoni tal-merti tat-talba għar-reġistrazzjoni.

(30)

It-tielet, il-Kummissjoni tinnota wkoll li, filwaqt li t-talba ta’ Eurofer tikkostitwixxi l-punt tat-tluq għall-analiżi, il-Kummissjoni madankollu trid twettaq analiżi komprensiva hija stess. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha sett ta’ data ta’ perjodu aktar reċenti minn dak ipprovdut mill-Eurofer fit-talba (jiġifieri, sa nofs Ottubru 2020) (13). Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset ukoll li kien aktar xieraq li dan is-sett ta’ data jitqabbel mal-istess perjodu fil-perjodu ta’ investigazzjoni, għar-raġunijiet spjegati hawn fuq.

(31)

Għalhekk, il-Kummissjoni ma tqisx li l-proposti differenti wrew xi raġunijiet konvinċenti li jagħmluhom aktar adattati biex jivvalutaw ix-xejriet tal-importazzjonijiet minn dawk żviluppati fit-Taqsima 3.2. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-affermazzjonijiet.

(32)

Fir-rigward tal-affermazzjonijiet li minħabba l-miżuri ta’ salvagwardja fis-seħħ, fi kwalunkwe każ ma hemmx riskju ta’ żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet, il-Kummissjoni ma qablitx għar-raġunijiet li ġejjin.

(33)

L-ewwel nett, ir-reġistrazzjoni ma tippreġudikax deċiżjoni dwar il-ġbir retroattiv tad-dazji antidumping proviżorji. Jekk il-miżuri ta’ salvagwardja humiex se jipprevjenu żieda fl-importazzjonijiet sal-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji jenħtieġ li jiġi vvalutat fil-kuntest tal-ġbir retroattiv possibbli tal-miżuri (14).

(34)

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li, bħala riżultat tal-bidliet introdotti mill-miżuri ta’ salvagwardja mill-1 ta’ Lulju 2020, it-Turkija saret soġġetta għal TRQ speċifika għall-pajjiż li l-volumi trimestrali tagħha huma stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/894 (15). Jekk dawn il-volumi jiġu eżawriti, it-Turkija xorta waħda titħalla tkompli tesporta lejn l-Unjoni (16).

(35)

Madankollu, il-Kummissjoni ma taqbilx li dan il-fatt waħdu jimpedixxi awtomatikament l-importazzjonijiet Torok milli jiżdiedu sostanzjalment qabel l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping proviżorji, jekk ikun hemm. Dan huwa hekk minħabba li sa mhux aktar tard minn meta jkunu jistgħu jiġu imposti d-dazji proviżorji, jiġifieri sa nofs Jannar 2021, żewġ lottijiet ta’ TRQ speċifiċi għall-pajjiż li huma mingħajr dazju jkunu sew rilaxxati għat-Turkija (17). Barra minn hekk, kwalunkwe tqabbil eventwali bejn il-volumi tal-importazzjonijiet biex jiġi vvalutat jekk il-ġbir retroattiv tad-dazji huwiex ġustifikat ikun ikopri wkoll perjodu qabel dak meta t-Turkija kienet ġiet soġġetta għal TRQ speċifika għall-pajjiż kif spjegat fil-premessi (18) u (19) hawn fuq. Għalhekk, f’dan l-istadju, ma hemm l-ebda evidenza li l-volumi kumplessivi li t-Turkija tista’ tesporta mingħajr dazju (u taħt id-dazju ta’ 25 %) sal-impożizzjoni eventwali ta’ miżuri antidumping proviżorji jistgħu ma jikkwalifikawx bħala żieda sostanzjali ulterjuri. Il-Kummissjoni se tkun fi kwalunkwe każ tista’ tikkonkludi biss dwar din il-kwistjoni f’każ li jiġu imposti dazji antidumping definittivi fi tmiem din l-investigazzjoni.

(36)

Għalhekk il-Kummissjoni tiċħad l-affermazzjonijiet li minħabba l-miżuri ta’ salvagwardja fis-seħħ jenħtieġ li tiġi eskluża żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet.

(37)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-kumment li sar mill-Konsorzju tal-utenti rigward l-impatt tar-reġistrazzjoni fuq il-provvista tal-prodott ikkonċernat u fuq l-utenti indipendenti ma jaqax taħt ir-rekwiżiti legali li jridu jiġu vvalutati meta tittieħed deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet. Għalhekk il-Kummissjoni mhux se tindirizzaha f’dan l-istadju tal-proċediment.

(38)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li t-tieni kriterju għar-reġistrazzjoni ġie ssodisfat ukoll.

3.3.   L-imminar tal-effett ta’ rimedju tad-dazju

(39)

Il-Kummissjoni għandha biżżejjed evidenza għad-dispożizzjoni tagħha li żieda kontinwata fl-importazzjonijiet mit-Turkija bi prezzijiet li jkomplu jonqsu tikkaġuna dannu addizzjonali.

(40)

Kif stabbilit fit-Taqsima 3.2 hemm biżżejjed evidenza ta’ żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.

(41)

Apparti hekk, teżisti evidenza ta’ xejra ta’ tnaqqis fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. F’dan ir-rigward il-prezzijiet tal-importazzjoni mit-Turkija lejn l-Unjoni fil-perjodu Ġunju-nofs Ottubru 2020 naqsu, bħala medja, bi 13 % meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2019 u b’14 % meta mqabbla mal-medja ta’ kull xahar fil-perjodu tal-investigazzjoni.

Perjodu

PI (2019)

Ġunju – nofs Ottubru 2019

Ġunju – nofs Ottubru 2020

Delta

Ġunju - nofs Ottubru 2020 vs PI

Ġunju - nofs Ottubru 2020 vs Ġunju - nofs Ottubru 2019

Il-prezz medju ta’ kull Unità

(EUR/tunnellata)

493

488

422

– 14 %

– 13 %

Sors: Bażi ta’ data Surveillance 2.

(42)

Iż-żieda ulterjuri fl-importazzjonijiet wara l-bidu tal-każ x’aktarx għalhekk li, fid-dawl taż-żmien u tal-volum tagħha u ta’ ċirkostanzi oħra bħall-imġiba tal-ipprezzar tal-produtturi esportaturi, timmina serjament l-effett rimedjali ta’ kwalunkwe dazju definittiv, sakemm tali dazju ma jkunx applikat b’mod retroattiv.

(43)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tielet kriterju għar-reġistrazzjoni kien issodisfat ukoll.

4.   PROĊEDURA

(44)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm biżżejjed evidenza sabiex tiġġustifika li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament antidumping bażiku.

(45)

Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati, bil-kundizzjoni li jagħmlu talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn dawn jenħtieġ li jinstemgħu.

5.   REĠISTRAZZJONI

(46)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-reġistrazzjoni bl-iskop li jiġi żgurat li, f’każ li l-investigazzjoni tirriżulta f’konklużjonijiet li jwasslu għall-impożizzjoni ta’ dazji antidumping, dawk id-dazji jkunu jistgħu, jekk il-kundizzjonijiet neċessarji jkunu ssodisfati, jiġu imposti b’mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet irreġistrati skont id-dispożizzjonijiet legali applikabbli.

(47)

Kull obbligazzjoni fil-futur tiġi mill-konklużjonijiet tal-investigazzjoni antidumping.

(48)

L-allegazzjonijiet fl-ilment li rriżultaw fit-tnedija ta’ investigazzjoni antidumping jistmaw marġnijiet ta’ dumping ta’ bejn 4 % u 8 % u livelli ta’ eliminazzjoni tad-dannu li jvarjaw minn 10 % sa 25 % għall-prodott ikkonċernat. L-ammont ta’ obbligazzjoni possibbli fil-futur jista’ jiġi stmat fil-livell tal-ogħla marġni ta’ dumping stmat fuq il-bażi tal-ilment, jiġifieri 8 % bħala proporzjon tal-valur tal-importazzjonijiet CIF tal-prodott ikkonċernat.

6.   PROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI

(49)

Kull data personali miġbura fil-kuntest ta’ din ir-reġistrazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036, biex jieħdu l-passi xierqa sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti ċatti b’laminazzjoni tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, f’koljaturi jew le (inklużi prodotti “maqtugħa skont it-tul” u “strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief illaminati bis-sħana, mhux imlibbsa, maħsula jew miksija. Dawn il-prodotti attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7208 10 00, 7208 25 00, 7208 26 00, 7208 27 00, 7208 36 00, 7208 37 00, 7208 38 00, 7208 39 00, 7208 40 00, 7208 52 10, 7208 52 99, 7208 53 10, 7208 53 90, 7208 54 00, 7211 13 00, 7211 14 00, 7211 19 00, ex 7225 19 10 (il-kodiċi TARIC 7225191090), 7225 30 90, ex 7225 40 60 (kodiċi TARIC 7225406090), 7225 40 90, ex 7226 19 10 (il-kodiċi TARIC 7226191090), 7226 91 91 u 7226 91 99 u li joriġinaw mit-Turkija.

2.   Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub, jipprovdu evidenza ta’ sostenn jew jitolbu li jinstemgħu fi żmien 21 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  ĠU C 166, 14.5.2020, p. 9.

(3)  Ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019, f’T-749/16, Stemcor vs Il-Kummissjoni Ewropea, il-punt 56.

(4)  Ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019, f’T-749/16, Stemcor vs Il-Kummissjoni Ewropea, il-punt 33.

(5)  Il-perjodu ta’ investigazzjoni (PI) kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019.

(6)  L-importazzjonijiet mit-Turkija tal-prodott ikkonċernat ilhom soġġetti għal miżuri ta’ salvagwardja minn nofs Lulju 2018 (taħt il-kategorija 1 tal-prodott). Il-Kwota Tariffarja (“TRQs”) skont il-miżuri ta’ salvagwardja jiġu amministrati kull trimestru. Għalhekk, meta jitqabblu l-istess perjodi, ix-xejra se tkun inqas affettwata mill-bidliet numerużi fl-amministrazzjoni tat-TRQ li seħħew matul il-perjodu ta’ investigazzjoni li huwa sena sħiħa (2019), billi t-Turkija kienet soġġetta għal tliet reġimi differenti taħt is-sistema tal-amministrazzjoni tat-TRQ matul is-sena 2019.

(7)  Il-Kummissjoni nnotat li għall-prodott ikkonċernat, il-perjodu tas-sajf juri b’mod konsistenti tnaqqis fil-konsum meta mqabbel mal-perjodu ta’ qablu. Il-perjodi użati mill-Kummissjoni f’dan il-każ għalhekk ineħħu kwalunkwe distorsjoni marbuta ma’ effetti staġjonali possibbli.

(8)  Il-volumi medji tal-importazzjoni f’dawn ix-xhur kienu aktar mid-doppju tal-medja tal-volumi tal-importazzjonijiet tad-disa’ xhur l-oħra tas-sena 2019.

(9)  Dan it-tqabbil huwa meqjus aktar xieraq, ara l-premessi (17)-(21) hawn fuq.

(10)  Sakemm sar disponibbli l-lott tat-TRQ speċifiku għall-pajjiż li kien imiss.

(11)  Il-Konsorzju tal-utenti HRFS.

(12)  Il-Gruppi Colakoglu u Erdemir

(13)  It-talba ta’ Eurofer għar-reġistrazzjoni qieset biss id-data għax-xhur ta’ Ġunju u Lulju 2020.

(14)  Jiġifieri meta tkun disponibbli d-data tal-importazzjonijiet għall-perjodu rilevanti li jkun se jiġi vvalutat biex jiġi ddeterminat jekk il-ġbir retroattiv tad-dazji huwiex ġustifikat jew le.

(15)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/894 tad-29 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 206, 30.6.2020, p. 27).

(16)  Soġġett għal dazju ta’ 25 % sal-ftuħ tal-lott li jmiss ta’ TRQs fit-trimestru li jmiss.

(17)  Dawk li jikkorrispondu għat-trimestri Ottubru-Diċembru 2020 u Jannar-Marzu 2021 rispettivament.

(18)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


DIRETTIVI

13.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 379/55


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1687

tat-2 ta’ Settembru 2020

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI fir-rigward tal-inklużjoni tas-sustanza psikoattiva ġdida N,N-dietil-2-[[4-(1-metiletossi)fenil]metil]-5-nitro-1H-benżimidażol-1-etanammina (isotonitażen) fid-definizzjoni ta’ “droga”

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta’ Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta’ atti kriminali u ta’ pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta’ drogi (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 1a u 8a tagħha,

Billi:

(1)

Rapport dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju rigward is-sustanza psikoattiva ġdida N,N-dietil-2-[[4-(1-metiletossi)fenil]metil]-5-nitro-1H-benżimidażol-1-etanammina (isotonitażen) ġie mħejji f’konformità mal-Artikolu 5c tar-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) mill-Kumitat Xjentifiku taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction, EMCDDA; iċ-Ċentru), li ġie estiż wara l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5c(4) tal-istess Regolament, fis-26 ta’ Mejju 2020. Iċ-Ċentru ppreżenta r-rapport dwar il-valutazzjoni tar-riskju lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fid-29 ta’ Mejju 2020.

(2)

L-isotonitażen hija analġeżiku oppjojde sintetika u hija relatata mill-qrib mal-etonitażen u l-clonitażen, li t-tnejn li huma jinsabu taħt kontroll internazzjonali skont il-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi tal-1961, kif emendata mill-Protokoll tal-1972.

(3)

L-isotonitażen ilha disponibbli fl-Unjoni mill-inqas minn April 2019 u ġiet identifikata f’ħames Stati Membri kif ukoll fir-Renju Unit. B’kollox ġew irrappurtati 24 sekwestru minn erba’ Stati Membri; barra minn hekk, Stat Membru wieħed irrapporta t-teħid ta’ kampjun u r-Renju Unit irrapporta kampjuni bijoloġiċi post mortem. L-isotonitażen b’mod ġenerali x’aktarx li ma tiġix individwata billi s-sustanza ma tiġix skrinjata b’mod regolari minħabba n-novità tagħha fis-suq. Fil-parti l-kbira tal-każijiet, is-sustanza ġiet issekwestrata bħala trab, iżda ġiet identifikata wkoll f’forma likwida. Il-kwantitajiet individwati huma relattivament żgħar. Madankollu, jenħtieġ li dawn jitqiesu fil-kuntest tal-potenza għolja tal-isotonitażen.

(4)

Sa issa ġew irrappurtati żewġt imwiet, mill-Ġermanja u mir-Renju Unit, fejn kienet involuta l-isotonitażen. L-imwiet seħħew fl-2019. L-ebda informazzjoni dettaljata ma hija disponibbli għall-każ tal-mewt fil-Ġermanja. Fil-każ irrapportat mir-Renju Unit, ġew identifikati diversi sustanzi oħra fil-kampjuni bijoloġiċi postmortem (3). Sa issa ma ġew irrappurtati ebda intossikazzjonijiet akuti b’esponiment ikkonfermat għall-isotonitażen. Huwa probabbli li n-nalosson jaħdem bħala antidotu għal avvelenament ikkawżat mill-isotonitażen bħal fil-każ ta’ oppjojdi sintetiċi oħra. Kemm l-intossikazzjonijiet kif ukoll l-imwiet x’aktarx li ma jiġux individwati biżżejjed u huma sottorappurtati billi ma jiġux skrinjati b’mod regolari u billi s-sustanza dehret reċentement ħafna fis-suq tal-Unjoni.

(5)

Ma hemm ebda prova speċifika li turi l-involviment tal-kriminalità organizzata fil-manifattura, id-distribuzzjoni (it-traffikar) u l-forniment tal-isotonitażen fl-Unjoni. L-informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li l-isotonitażen tiġi prodotta minn kumpaniji kimiċi bbażati barra mill-Unjoni.

(6)

L-isotonitażen tidher li tinbiegħ online f’ammonti żgħar u bl-ingrossa, prinċipalment bħala trab; tinbiegħ ukoll bħala sprej nażali lest għall-użu. Informazzjoni minn sekwestri tissuġġerixxi li l-isotonitażen x’aktarx kienet mibjugħa wkoll fis-suq illeċitu tal-oppjojdi. Minħabba dan, l-utenti jistgħu ma jkunux konxji li qegħdin jużaw l-isotonitażen.

(7)

L-isotonitażen ma għandha ebda użu mediku għall-bniedem jew użu mediku veterinarju rikonoxxut la fl-Unjoni u lanqas apparentament f’xi mkien ieħor. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li s-sustanza tista’ tintuża għal xi skop ieħor minbarra standard analitiku ta’ referenza u fir-riċerka xjentifika.

(8)

Ir-rapport dwar il-valutazzjoni tar-riskju juri li ħafna mil-mistoqsijiet relatati mal-isotonitażen li jqumu minħabba n-nuqqas ta’ data dwar ir-riskji għas-saħħa individwali, ir-riskji għas-saħħa pubblika, u r-riskji soċjali, jista’ jkollhom risposta permezz ta’ riċerka ulterjuri. Ma hemm l-ebda informazzjoni speċifika dwar ir-riskji soċjali ġejjin mill-isotonitażen. Madankollu, l-evidenza u l-informazzjoni disponibbli dwar ir-riskji għas-saħħa li toħloq is-sustanza, minħabba wkoll li s-sustanza hija relattivament mhux magħrufa, jipprovdu raġuni suffiċjenti għall-inklużjoni tal-isotonitażen fid-definizzjoni ta’ “droga”.

(9)

L-isotonitażen mhijiex elenkata għall-kontroll skont il-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi tal-1961, kif emendata mill-Protokoll tal-1972, jew skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1971 dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. L-isotonitażen bħalissa mhijiex qed tiġi vvalutata mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti.

(10)

Billi erba’ Stati Membri jikkontrollaw l-isotonitażen permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kontroll tad-drogi u Stat Membru wieħed kif ukoll ir-Renju Unit u n-Norveġja jikkontrollaw l-isotonitażen skont leġiżlazzjoni oħra, l-inklużjoni ta’ din is-sustanza fid-definizzjoni ta’ “droga”, u b’hekk tiġi koperta bid-dispożizzjonijiet dwar ir-reati u s-sanzjonijiet kriminali kif definiti fid-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI, tista’ tgħin biex jiġi evitat li jinħolqu ostakli fl-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-livell transfruntiera, u tgħin fil-protezzjoni mir-riskji li d-disponibbiltà u l-użu tagħha jistgħu joħolqu.

(11)

L-Artikolu 1a tad-Deċiżjoni 2004/757/ĠAI jikkonferixxi setgħat fuq il-Kummissjoni li tadotta atti delegati bil-ħsieb li jkun hemm reazzjoni rapida u bbażata fuq kompetenza esperta fil-livell tal-Unjoni fil-każ li jiġu jfiġġu sustanzi psikoattivi ġodda individwati u rrappurtati mill-Istati Membri, billi temenda l-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni Kwadru biex tinkludi dawn is-sustanzi fid-definizzjoni ta’ “droga”.

(12)

L-informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li l-konsum tal-isotonitażen jikkawża dannu għas-saħħa assoċjat mat-tossiċità akuta tagħha u l-potenzjal tagħha li twassal għar-riskju tal-abbuż jew għad-dipendenza. Dan id-dannu għas-saħħa jitqies bħala ta’ theddida għall-ħajja. Barra minn hekk, hemm potenzjal għal indeboliment fiżiku u mentali serju u firxa sinifikanti ta’ mard, inkluża t-trażmissjoni ta’ viruses li jinxterdu permezz tad-demm. Dawn l-effetti, inkluża d-dipendenza, huma komparabbli ma’ analġeżiċi oppjojdi oħra li huma taħt kontroll internazzjonali.

(13)

Billi l-kundizzjonijiet u l-proċedura għall-attivazzjoni tat-tħaddim tas-setgħat ta’ adozzjoni huma ssodisfati, jenħtieġ li tiġi adottata direttiva delegata sabiex l-isotonitażen tiġi inkluża fl-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI u, bħala konsegwenza ta’ dan, din is-sustanza ssir soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali tal-Unjoni dwar it-traffikar tad-droga.

(14)

L-Irlanda hija marbuta bid-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI kif emendata bid-Direttiva (UE) 2017/2103 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(15)

Id-Danimarka hija marbuta bid-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI kif applikabbli sal-21 ta’ Novembru 2018, iżda mhix marbuta bid-Direttiva (UE) 2017/2103. Għaldaqstant, mhux se tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(16)

F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (5), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jżidu man-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom, f’każijiet ġustifikati, dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni.

(17)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emenda għad-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI

Fl-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI, jiżdied il-punt 17 segwenti:

“17.

N,N-dietil-2-[[4-(1-metiletossi)fenil]metil]-5-nitro-1H-benżimidażol-1-etanammina (isotonitażen) (*1).

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-3 ta’ Ġunju 2021. Għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 335, 11.11.2004, p. 8.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1).

(3)  Ġew irrappurtati wkoll imwiet mill-Kanada (tliet każi) u mill-Istati Uniti (18-il każ).

(4)  Id-Direttiva (UE) 2017/2103 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI sabiex id-definizzjoni ta’ “droga” tinkludi sustanzi psikoattivi ġodda u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI, (ĠU L 305, 21.11.2017, p. 12).

(5)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.


DEĊIŻJONIJIET

13.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 379/58


DEĊIŻJONI (UE) 2020/1688 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-25 ta’ Settembru 2020

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2020/187 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (BĊE/2020/48)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u, b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikolu 18.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2014/40 tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) stabbilixxiet it-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti (CBPP3) u ġiet irriformulata fid-Deċiżjoni (UE) 2020/187 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/8) (2). Flimkien mal-programm ta’ xiri ta’ titoli ggarantiti b’assi, programm ta’ xiri ta’ assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji u l-programm ta’ xiri mis-settur korporattiv, is-CBPP3 huwa parti mill-programm ta’ xiri ta’ assi estiż (APP) tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). L-għan tal-APP huwa li jtejjeb it-trasmissjoni tal-politika monetarja, jiffaċilita l-għoti ta’ kreditu lill-ekonomija taż-żona tal-euro, iħaffef il-kundizzjonijiet għat-teħid ta’ self minn unitajiet domestiċi u ditti, u jikkontribwixxi għal ritorn tar-rati tal-inflazzjoni għal livelli li huma taħt, iżda qrib għal, 2 % fuq medda ta’ żmien medju, b’mod konsistenti mal-għan ewlieni tal-BĊE li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet.

(2)

Fil-5 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill Governattiv iddeċieda, fil-prinċipju, li jillimita b’mod awtomatiku l-aċċess ta’ kontroparti eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema f’ċerti ċirkostanzi ddefiniti minn qabel. Konsegwentement, il-Kunsill Governattiv iddeċieda wkoll li fejn u sakemm tapplika limitazzjoni jew sospensjoni awtomatika jew esklużjoni skont il-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (3), għandha tapplika wkoll esklużjoni awtomatika korrispondenti ta’ xirjiet ta’ bonds koperti taħt is-CBPP3 maħruġa minn dik il-kontroparti. Il-Kunsill Governattiv iddeċieda wkoll li emendi li jirriflettu dawn id-deċiżjonijiet għandhom japplikaw mid-data minn meta tapplika l-emenda annwali tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

(3)

Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2020/187 (BĊE/2020/8) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

Id-Deċiżjoni (UE) 2020/187 (BĊE/2020/8) hija emendata kif ġej:

Fl-Artikolu 3, il-punt (d) tal-paragrafu 3 huwa mibdul b’dan li ġej:

“(d)

Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li l-aċċess tagħhom għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema jkun ġie llimitat, sospiż jew eskluż skont il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) għandhom jiġu esklużi awtomatikament minn xirjiet taħt is-CBPP3 għad-durata tal-limitazzjoni, tas-sospensjoni jew tal-esklużjoni. B’deroga mill-ewwel sentenza ta’ dan il-punt (d), il-Kunsill Governattiv għandu jżomm il-poter tiegħu, wara evalwazzjoni każ b’każ, sabiex tiġi evalwata mill-ġdid l-esklużjoni ta’ bonds koperti maħruġa minn istituzzjoni tal-kreditu li l-aċċess tagħha għall-operazzjonijiet ta’ politika jkun ġie llimitat, sospiż jew eskluż skont il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) u sabiex tiġi rrevokata l-esklużjoni, jekk titqies xierqa.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Deċiżjoni BĊE/2014/40 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (ĠU L 335, 22.11.2014, p. 22).

(2)  Deċiżjoni (UE) 2020/187 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Frar 2020 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (ĠU L 39, 12.2.2020, p. 6).

(3)  Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).


13.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 379/60


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ EWROPEA TAT-TITOLI U S-SWIEQ (UE) 2020/1689

tas-16 ta’ Settembru 2020

li ġġedded ir-rekwiżit temporanju lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom pożizzjonijiet qosra netti biex ibaxxu l-livelli limiti ta’ notifika ta’ pożizzjonijiet qosra netti fir-rigward tal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ kumpaniji li l-ishma tagħhom huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat biex jinnotifikaw l-awtoritajiet kompetenti li jaqbżu ċertu livell limitu f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-BORD TAS-SUPERVIŻURI TAL-AWTORITÀ EWROPEA TAT-TITOLI U S-SWIEQ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, b’mod partikolari l-Anness IX tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(5), 43(1) u 44(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 918/2012 tal-5 ta’ Lulju 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu fir-rigward tad-definizzjonijiet, il-kalkolu ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti, swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani koperti, livelli limitu ta’ notifika, livelli limitu ta’ likwidità għas-sospensjoni tar-restrizzjonijiet, waqgħat sinifikanti fil-valur tal-istrumenti finanzjarji u avvenimenti avversi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2020/525 tas-16 ta’ Marzu 2020 tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), li tirrikjedi li persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom pożizzjonijiet qosra netti jbaxxu temporanjament il-livelli limiti ta’ notifika ta’ pożizzjonijiet qosra netti fir-rigward tal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ kumpaniji li l-ishma tagħhom huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat li jaqbeż ċertu livell limitu biex jinnotifikaw l-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2020/1123 tal-10 ta’ Ġunju 2020 tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), li ġġedded ir-rekwiżit temporanju lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom pożizzjonijiet qosra netti biex ibaxxu temporanjament il-livelli limiti ta’ notifika ta’ pożizzjonijiet qosra netti fir-rigward tal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ kumpaniji li l-ishma tagħhom huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat biex jinnotifikaw l-awtoritajiet kompetenti li jaqbżu ċertu livell limitu f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

Billi:

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Bid-Deċiżjoni (UE) 2020/525, l-ESMA kienet tirrikjedi li persuni fiżiċi jew ġuridiċi b’pożizzjonijiet qosra netti fir-rigward tal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ kumpaniji li l-ishma tagħhom jiġu ammessi għan-negozjar f’suq regolat jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bid-dettalji ta’ kwalunkwe pożizzjoni bħal din li tilħaq, taqbeż jew taqa’ taħt 0,1 % tal-kapital azzjonarju maħruġ skont il-punt (a) tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.

(2)

Il-miżura imposta mid-Deċiżjoni (UE) 2020/525 indirizzat il-ħtieġa li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u jkunu jistgħu jimmonitorjaw il-pożizzjonijiet qosra netti li għalihom ikunu daħlu l-parteċipanti fis-suq fir-rigward tal-ishma ammessi għan-negozjar f’suq regolat, minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li hemm preżenti fis-swieq finanzjarji.

(3)

Bid-Deċiżjoni (UE) 2020/1123, l-ESMA ġeddet ir-rekwiżit temporanju peress li, minkejja l-irkupru parzjali tas-swieq finanzjarji tal-UE mit-telf irreġistrat mit-tifqigħa tal-pandemija, il-prospettiva għal irkupru futur baqgħet inċerta u kien għad hemm preżenti theddid għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 28(10) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, l-ESMA trid tirrieżamina din il-miżura f’intervalli xierqa u tal-anqas kull tliet xhur.

(5)

L-ESMA wettqet dan ir-rieżami abbażi ta’ analiżi tal-indikaturi tal-prestazzjoni, inklużi l-prezzijiet, il-volatilità, l-indiċi tal-firxa ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu, kif ukoll l-evoluzzjoni tal-pożizzjonijiet qosra netti, b’mod speċjali dawk bejn 0,1 u 0,2 %. Skont l-analiżi mwettqa, l-ESMA ddeċidiet li għandha ġġedded il-miżura għal tliet xhur addizzjonali.

2.   IL-KAPAĊITÀ TAL-MIŻURA LI TINDIRIZZA T-THEDDID RILEVANTI U L-IMPLIKAZZJONIJIET TRANSKONFINALI (L-ARTIKOLU 28(2)(a) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012)

(a)   Theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji

(6)

Il-pandemija tal-COVID-19 qed tkompli jkollha impatt negattiv fuq l-ekonomija reali bil-prospettiva ġenerali għal irkupru fil-futur tibqa’ waħda inċerta, b’mod partikolari fid-dawl tal-iżviluppi reċenti fl-UE u lil hinn. L-ESMA tinnota li n-numru ta’ każijiet ta’ COVID-19 żdied b’mod sinifikanti f’diversi ġurisdizzjonijiet matul dawn l-aħħar ġimgħat, li jqajjem tħassib dwar il-possibbiltà ta’ tieni mewġa ta’ infezzjonijiet bil-COVID-19 li taggrava l-inċertezza ta’ kwalunkwe prospettiva futura.

(7)

Is-swieq tal-ekwità fl-UE, kif muri mill-Indiċi Eurostoxx 50, tilfu 14 % fil-perjodu bejn l-20 ta’ Frar u t-3 ta’ Settembru 2020, meta mqabbel ma’ telf ta’ valur ta’ 13 % bejn l-20 ta’ Frar u l-4 ta’ Ġunju (Figura 1). Kien hemm titjib sinifikanti fl-Indiċi Eurostoxx 50 fir-rigward tal-livelli milħuqa f’Marzu (fejn it-tnaqqis kien ta’ madwar 30 %, meta mqabbel ma’ Frar 2020, kif indikat fid-Deċiżjoni (UE) 2020/525) iżda mingħajr ma ġew irkuprati l-livelli ta’ qabel il-COVID-19.

(8)

Il-volatilità mkejla mill-VSTOXX (6) ukoll tibqa’ relattivament elevata meta mqabbla ma’ Frar 2020. Il-livell imkejjel f’Settembru (+ 15 %) huwa kemxejn ogħla minn dak ta’ Ġunju (+ 13 %). L-istess jista’ jingħad ukoll, u anke b’mod aktar sinifikanti, għall-VIX (7) (+ 18 % f’Settembru kontra + 9 % f’Ġunju) (Figura 1 u Figura 2).

(9)

Il-livell ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (CDS) naqas bejn 17 % u 28 % mill-4 ta’ Ġunju sat-3 ta’ Settembru (Figura 1). Madankollu, jinftiehem aħjar il-poter informattiv tas-CDSs f’dan il-mument, id-data trid tiġi vvalutata fil-kuntest tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) dwar il-Programm ta’ Xiri ta’ Emerġenza fil-każ ta’ Pandemija (PEPP). Mill-bidu ta’ Marzu, il-firxiet tas-CDS bdew ikunu ferm volatili u indikattivi ta’ riskju finanzjarju għoli. It-tiġdid mill-ESMA tad-Deċiżjoni (UE) 2020/525, ibbażat fuq data sal-4 ta’ Ġunju, kien ibbażat ukoll fuq il-fatt li dak iż-żmien il-firxiet tas-CDS kienu għoljin u volatili u kienu kkunsidrati bħala indikazzjoni tal-perċezzjoni tar-riskju fis-suq.

(10)

Madankollu, iż-żieda tal-PEPP b’EUR 600 biljun oħra deċiża fl-4 ta’ Ġunju ġabet l-istimulu monetarju totali mħabbar tal-BĊE għal EUR 1,35 triljun, u naqqset il-valur informattiv tal-firxiet tas-CDS fir-rigward tal-perċezzjoni tar-riskju tas-suq.

(11)

Kunsiderazzjonijiet simili jistgħu jsiru fir-rigward tal-valur informattiv tas-swieq tal-bonds sovrani, li, bħal fil-każ tal-firxiet tas-CDS, jiġu affettwati mill-politika monetarja tal-banek ċentrali. Kif jidher fil-Figura 1, ir-rendimenti tal-bonds tal-gvern ta’ 10 snin tad-DE, l-FR, il-GB u l-IT juru tnaqqis fir-rigward tal-livelli ta’ Ġunju bħala medja bi 22 punt bażi.

(12)

Bħala konsegwenza, l-ESMA tikkunsidra li l-evoluzzjoni tas-swieq tal-ishma, li hija sinifikament anqas milquta mill-politika monetarja tal-banek ċentrali, għandha tipprovdi għarfien aħjar tal-livell attwali ta’ riskju fis-swieq finanzjarji tal-UE.

(13)

Simili għall-Eurostoxx 50, l-iSTOXX EUROPE 800, minbarra l-Indiċi tal-Iżvizzera, tilef madwar 17 % mill-20 ta’ Frar 2020, meta mqabbel ma’ tnaqqis ta’ 16 % f’Ġunju. L-iSTOXX Europe Total Market Banks (ref. Banek Ewropej) naqsu b’37 % minn Frar, filwaqt li f’Ġunju t-telf kien ta’ madwar 30 %.

(14)

Kif imsemmi fir-Rapport tal-ESMA dwar Xejriet, Riskji u Vulnerabbiltajiet Nru 2 ta’ Settembru 2020 (TRV), fil-Q2 2020 kien hemm sinjali ta’ differenzjazzjoni bejn is-setturi, li taffettwa b’mod partikolari l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Sa tmiem Ġunju, l-indiċi tal-linji tal-ajru u tas-settur bankarju tal-UE kienu għadhom 36 % u 30 %, rispettivament, taħt il-livelli bikrija tagħhom ta’ Jannar. Barra minn hekk, Figura 3 turi li s-setturi bankarji u tal-assigurazzjoni kienu pjuttost stabbli minn Ġunju, iżda l-prestazzjoni bejn l-20 ta’ Frar u t-3 ta’ Settembru meta mqabbla ma’ dik bejn l-20 ta’ Frar u l-4 ta’ Ġunju turi deterjorament: – 38 % vs – 33 % għas-settur bankarju u – 21 % vs – 20 % għas-settur tal-assigurazzjoni. Għall-kuntrarju, il-prestazzjoni tas-setturi mhux finanzjarji (8) sa ċertu punt tjiebet: – 9 % vs – 11 %.

(15)

L-irkupru tal-prezz ta’ ċerti setturi seħħ fil-kuntest ta’ ambjent makroekonomiku li qed ikompli jiddeterjora u ta’ riċessjoni profonda u sinkronizzata fuq livell globali. Kif indikat fit-TRV, id-diżakkoppjament apparenti attwali tal-prestazzjoni tas-suq finanzjarju mill-attività ekonomika sottostanti jqajjem dubju dwar is-sostenibbiltà tal-irkupru tas-suq li tmur ’il quddiem.

(16)

Meta jiġi kkunsidrat il-livell nazzjonali jew tal-UE aggregat, l-irkupru tal-prezzijiet ma jidhirx li mmaterjalizza: Figura 5 turi li t-tnaqqis fil-prezzijiet huwa mifrux fl-Unjoni kollha, minn Ġunju sa Settembru ma kien hemm l-ebda titjib sinifikanti u l-prestazzjoni tal-indiċi tal-istokk għal 22 suq tal-UE tindika li t-tnaqqis mill-20 ta’ Frar sat-3 ta’ Settembru kien agħar mit-tnaqqis mill-20 ta’ Frar sal-4 ta’ Ġunju. Barra minn hekk, is-swieq tal-ishma ta’ 25 ġurisdizzjoni, meta mqabbla ma’ 24 f’Ġunju, tilfu tal-anqas 10 % tal-valur tagħhom meta jitqabblu l-prezzijiet tat-3 ta’ Settembru ma’ dawk tal-20 ta’ Frar 2020. Matul l-istess perjodu, il-prezzijiet tal-ishma tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu Ewropej tilfu bejn l-10 % u d-59 %, meta mqabbla ma’ telf fil-valur bejn 9 u 48 % irreġistrat fil-perjodu minn Frar sa Ġunju.

(17)

Il-perċentwal ta’ ishma bil-pożizzjoni qasira netta bejn 0,1 u 0,2 % żdied b’mod kostanti matul il-perjodu mis-16 ta’ Marzu sal-11 ta’ Ġunju 2020 u mbagħad baqa’ stabbli sal-4 ta’ Settembru 2020 (9) b’medja ta’ 13 % fuq il-pożizzjonijiet qosra netti totali [Figura 6]. Barra minn hekk, il-livell limitu ta’ rappurtar aktar baxx wera li, f’xi pajjiżi, il-pożizzjonijiet qosra netti bejn 0,1 % u 0,2 % kienu jirrappreżentaw sa madwar 50 % tal-pożizzjonijiet totali rrappurtati. Bħala konklużjoni, il-perċentwal ta’ pożizzjonijiet qosra netti bejn 0,1 u 0,2 %, li kellu jiġi rrappurtat minħabba l-livell limitu ta’ notifika aktar baxx temporanju, jibqa’ porzjon rilevanti tal-pożizzjonijiet qosra netti totali u għandu valur informattiv qawwi għar-regolaturi fil-kuntest attwali.

(18)

B’mod ġenerali, it-tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet f’setturi ewlenin, il-volatilità relattivament għolja, id-diżakkoppjament potenzjali tal-prestazzjoni tas-suq finanzjarju u l-attività ekonomika sottostanti u livell għoli b’mod kostanti ta’ pożizzjonijiet qosra netti, flimkien mal-inċertezza dwar l-evoluzzjoni tal-pandemija tal-COVID-19 u l-impatt tagħha fuq l-ekonomija reali, jagħtu sinjal li s-swieq finanzjarji tal-UE għadhom fi stat fraġli. Dan l-istat tas-swieq jagħmilha aktar probabbli li l-pressjonijiet ta’ bejgħ ta’ pożizzjoni qasira jistgħu jibdew jew jaggravaw żviluppi negattivi fix-xhur li ġejjin li min-naħa tagħhom, jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-fiduċja fis-suq jew l-integrità tal-mekkaniżmu tad-determinazzjoni tal-prezzijiet.

(19)

Għaldaqstant, l-ESMA tikkunsidra li l-kombinazzjoni taċ-ċirkostanzi deskritti hawn fuq tikkostitwixxi theddida serja għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji.

(b)   Theddida għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni

(20)

Kif spjegat mill-BĊE fir-Rieżami tiegħu tal-Istabbiltà Finanzjarja (10), l-istabbiltà finanzjarja hija kundizzjoni li fiha s-sistema finanzjarja — li tinkludi intermedjarji finanzjarji, swieq u infrastrutturi tas-suq — kapaċi tiflaħ għal xokkijiet u ż-żarmar tal-iżbilanċi finanzjarji.

(21)

Il-pandemija tal-COVID-19 qed tkompli jkollha impatt qawwi fuq l-ekonomija reali fl-Unjoni. Kif rapportat fit-TRV tal-ESMA, minkejja l-irkupru tas-suq, l-ambjent tas-suq jibqa’ fraġli u l-ESMA tara, aktar ’il quddiem, “perjodu twil ta’ riskju għall-investituri istituzzjonali u tal-bejgħ bl-imnut ta’ aktarpossibbilment b’mod sinifikantikorrezzjonijiet tas-suq u (…) riskji ferm għoljin fil-mandat kollu tal-ESMA” (11). F’dan ir-rigward, l-ESMA wissiet lill-pubbliku dwar diżakkoppjament possibbli tal-prestazzjoni tas-suq finanzjarju u l-attività ekonomika sottostanti.

(22)

It-Taqsima 2(a) hawn fuq fiha aktar informazzjoni dwar il-prestazzjoni tas-setturi bankarji u tal-assigurazzjoni kif ukoll tas-swieq finanzjarji.

(23)

Dan it-tnaqqis mifrux fil-prezzijiet poġġa l-maġġoranza tal-ishma tal-UE fis-setturi kollha f’sitwazzjoni ta’ fraġilità li fiha tnaqqis ulterjuri fil-prezzijiet mhux ikkawżat minn informazzjoni fundamentali addizzjonali jista’ jkollu konsegwenzi ferm detrimentali.

(24)

Fil-kuntest inċert attwali, l-ESMA tikkunsidra li l-pressjoni sostanzjali ta’ bejgħ u l-volatilità mhux tas-soltu fil-prezz tal-ishma jista’ jiġi kkawżat minn fatturi differenti, inkluż minn numru dejjem jiżdied ta’ parteċipanti fis-suq li jkunu involuti fil-bejgħ ta’ pożizzjoni qasira u li jibnu pożizzjonijiet qosra netti sinifikanti.

(25)

B’mod partikolari, l-ESMA tinnota li t-telf mifrux fil-prezzijiet għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li kien jikkostitwixxi wieħed mill-parametri għad-deċiżjoni ta’ tiġdid meħuda f’Ġunju, ma tjiebx. Dan jindika li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li f’ċerti każijiet huma sistematikament importanti, jibqgħu potenzjalment vulnerabbli għall-istrateġiji ta’ bejgħ ta’ pożizzjoni qasira u għall-bini ta’ pożizzjonijiet qosra netti sinifikanti, irrispettivament minn jekk dawn l-istrateġiji u l-pożizzjonijiet humiex sostnuti minn informazzjoni fundamentali.

(26)

Ir-riskju jibqa’ li l-akkumulazzjoni tal-istrateġiji ta’ bejgħ ta’ pożizzjoni qasira u l-bini ta’ pożizzjonijiet qosra netti sinifikanti jistgħu jwasslu għal spirali diżordinati ’l isfel fil-prezzijiet għal ċerti emittenti, b’effetti kollaterali potenzjali fl-istess Stat Membru jew fl-UE, li mbagħad, jistgħu eventwalment iqiegħdu f’riskju s-sistema finanzjarja ta’ Stat Membru wieħed jew aktar.

(27)

Minkejja l-irkupru parzjali osservat f’ċerti setturi tas-swieq finanzjarji Ewropej, l-ESMA tikkunsidra li ċ-ċirkostanzi attwali tas-suq ikomplu jheddu serjament l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni.

(28)

Fil-limitu tal-mandat tal-ESMA, it-tiġdid maħsub tal-miżura jobbliga lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom pożizzjoni qasira netta f’ishma ammessi għan-negozjar f’suq regolat biex jirrapportaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f’limitu aktar baxx minn dak stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.

(29)

Il-miżura mġedda għandha żżomm il-kapaċità mtejba tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-ESMA biex jivvalutaw is-sitwazzjoni li qed tevolvi b’mod adegwat, jagħmlu differenza bejn iċ-ċaqliq tas-suq immexxi minn informazzjoni fundamentali minn dak li jista’ jiġi mibdi jew jiġi aggravat permezz ta’ bejgħ ta’ pożizzjoni qasira u jirreaġixxu jekk l-integrità, il-funzjonament ordnat u l-istabbiltà tas-swieq jirrikjedu azzjonijiet aktar stretti.

(c)   Implikazzjonijiet transkonfinali

(30)

Kundizzjoni oħra biex l-ESMA tkun tista’ tieħu din il-miżura hija li t-theddid identifikat ikollu implikazzjonijiet transkonfinali.

(31)

Kif deskritt hawn fuq, is-swieq tal-ekwità fl-UE, meta jiġu kkunsidrati l-indiċi kemm nazzjonali kif ukoll pan-Ewropej, ma rkuprawx kompletament mit-tnaqqis sever fil-prezz osservat f’Marzu.

(32)

Minħabba l-fatt li s-swieq finanzjarji ta’ ħafna mill-Istati Membri tal-UE jiġu affettwati mit-theddid, għalkemm fuq gradi differenti, l-implikazzjonijiet transkonfinali jibqgħu partikolarment serji peress li l-interkonnettività tas-swieq finanzjarji tal-UE żżid il-probabbiltà ta’ effetti kollaterali jew ta’ kontaġju potenzjali fis-swieq f’każ ta’ pressjoni ta’ bejgħ ta’ pożizzjoni qasira.

(33)

Għaldaqstant, l-ESMA tikkunsidra li t-theddid għall-integrità tas-suq, il-funzjonament ordnat u l-istabbiltà finanzjarja deskritti hawn fuq għandu implikazzjonijiet transkonfinali. Minħabba n-natura tal-kriżi tal-COVID-19, dawn fil-fatt għandhom karattru pan-UE u globali.

3.   L-EBDA AWTORITÀ KOMPETENTI MA ĦADET MIŻURI BIEX TINDIRIZZA T-THEDDIDA JEW WAĦDA JEW AKTAR MILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI ĦADU MIŻURI LI MA JINDIRIZZAWX ADEGWATAMENT IT-THEDDIDA (L-ARTIKOLU 28(2)(B) TAR-REGOLAMENT (UE) NRU 236/2012)

(34)

Kundizzjoni oħra biex l-ESMA tadotta l-miżura f’din id-Deċiżjoni hija li awtorità kompetenti jew awtoritajiet kompetenti ma jkunux ħadu azzjoni sabiex jindirizzaw it-theddida jew l-azzjonijiet li ttieħdu ma jindirizzawx adegwatament it-theddida.

(35)

L-integrità tas-suq, il-funzjonament ordnat u t-tħassib dwar l-istabbiltà finanzjarja deskritti fid-Deċiżjoni (UE) 2020/525, li jibqgħu validi għal din id-Deċiżjoni, wasslu biex xi awtoritajiet nazzjonali kompetenti jieħdu azzjonijiet nazzjonali mmirati biex jirrestrinġu l-bejgħ ta’ pożizzjoni qasira ta’ ishma fi Spanja, Franza, l-Awstrija, il-Belġju, il-Greċja u l-Italja (12) li skadew fit-18 ta’ Mejju.

(36)

Wara li skadew jew ikunu tneħħew dawn il-miżuri temporanji, ma ttieħdet l-ebda miżura oħra bbażata fuq ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 fl-UE, u mid-data ta’ din id-Deċiżjoni ma hemmx miżuri bħal dawn fis-seħħ.

(37)

Fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, l-ebda awtorità kompetenti ma adottat miżuri biex iżżid il-viżibbiltà tagħha tal-evoluzzjoni tal-pożizzjonijiet qosra netti permezz tal-istabbiliment ta’ livelli limiti ta’ rapportar aktar baxxi, peress li tista’ sserraħ fuq id-Deċiżjoni (UE) 2020/1123.

(38)

Il-ħtieġa li jkun hemm viżibbiltà akbar tal-pożizzjonijiet qosra netti hija aktar akuta f’kuntest fejn ir-restrizzjonijiet imsemmija hawn fuq imposti taħt l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 ma għadhomx aktar fis-seħħ u tibqa’ l-inċertezza fir-rigward tal-impatt imtawwal tal-COVID-19. Minħabba li l-bejgħ ta’ pożizzjoni qasira u t-tranżazzjonijiet b’effett ekwivalenti ma għadhomx aktar soġġetti għal restrizzjonijiet esterni oħra, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-UE jeħtieġ ikunu kapaċi jidentifikaw minn qabel jekk il-pożizzjonijiet qosra netti humiex qed jinbnew sa tali punt li jista’ jwassal biex jitfaċċa theddid għas-swieq finanzjarji u għall-istabbiltà finanzjarja deskritti hawn fuq u li jkun aggravat minn pressjoni ta’ bejgħ ta’ pożizzjoni qasira.

(39)

Fid-dawl tat-theddid pan-UE msemmi hawn fuq, jibqa’ evidenti li l-informazzjoni riċevuta mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali taħt il-livell limitu ordinarju ta’ rapportar stabbilit fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 mhijiex biżżejjed fil-kundizzjonijiet attwali tas-suq taħt stress. L-ESMA tikkunsidra li ż-żamma tal-livell limitu ta’ rapportar aktar baxx għandha tiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-UE kollha u l-ESMA jkollhom l-aqwa sett ta’ data possibbli disponibbli biex jimmonitorjaw ix-xejriet tas-suq u jippreparaw lilhom infushom u lill-ESMA jieħdu aktar miżuri, jekk ikun meħtieġ.

4.   EFFIĊJENZA TAL-MIŻURA (L-ARTIKOLU 28(3)(A) TAR-REGOLAMENT (UE) NRU 236/2012)

(40)

L-ESMA għandha tikkunsidra wkoll sa liema punt il-miżura mġedda tindirizza b’mod sinifikanti t-theddid identifikat.

(41)

L-ESMA tikkunsidra li minkejja t-telf straordinarju li sar fin-negozjar tal-ishma fi swieq regolati mill-20 ta’ Frar 2020, is-swieq ħadmu b’mod ordnat u li l-integrità tas-swieq kienet fil-biċċa l-kbira ppreservata.

(42)

Għaldaqstant, l-ESMA analizzat iċ-ċirkostanzi attwali, b’mod partikolari b’referenza sa fejn dawn jikkostitwixxu theddid għall-integrità tas-swieq u għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni u jekk il-miżura tal-ESMA mġedda hijiex effiċjenti fl-indirizzar ta’ theddid bħal dan billi tieħu approċċ li jħares ’il quddiem.

(a)   Il-miżura tindirizza b’mod sinifikanti t-theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji

(43)

Taħt iċ-ċirkostanzi deskritti hawn fuq, kwalunkwe żieda f’daqqa fil-pressjoni ta’ bejgħ u l-volatilità tas-suq minħabba l-bejgħ ta’ pożizzjoni qasira u l-bini ta’ pożizzjonijiet qosra tista’ tamplifika x-xejriet ’l isfel fis-swieq finanzjarji. Filwaqt li l-bejgħ ta’ pożizzjoni qasira fi żminijiet oħra jista’ jservi funzjonijiet pożittivi f’termini tad-determinazzjoni tal-valutazzjoni korretta tal-emittenti, fiċ-ċirkostanzi attwali tas-suq dan jista’ joħloq theddida addizzjonali għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq.

(44)

B’mod partikolari, minħabba l-impatt orizzontali tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza attwali li taffettwa sett wiesa’ ta’ ishma fl-Unjoni kollha, kwalunkwe tnaqqis f’daqqa fil-prezzijiet tal-ishma jista’ jkun aggravat minn pressjoni ta’ bejgħ addizzjonali li tirriżulta minn bejgħ ta’ pożizzjoni qasira u pożizzjonijiet qosra netti miżjuda li, jekk ikunu taħt il-livelli limiti normali għal notifika lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, għalhekk ma jiġux identifikati mingħajr il-miżura mġedda.

(45)

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-ESMA jeħtieġ li jkunu konxji mill-aktar fis possibbli tal-parteċipanti fis-suq li jidħlu f’bejgħ ta’ pożizzjoni qasira u jibnu pożizzjonijiet qosra netti sinifikanti biex, jekk ikun meħtieġ, jipprevjenu li dawk il-pożizzjonijiet isiru sinjali li jwasslu għal kaskata ta’ ordnijiet ta’ bejgħ u b’konsegwenza waqgħa sinifikanti fil-prezzijiet.

(46)

L-ESMA tikkunsidra li, mingħajr it-tiġdid ta’ din il-miżura għal tliet xhur addizzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-ESMA ma jkollhomx il-kapaċità li jimmonitorjaw is-suq b’mod adegwat fl-ambjent inċert u fraġli attwali. Dan ikun aċċentwat mid-diżakkoppjament apparenti tal-prestazzjoni tas-suq finanzjarju u l-attività ekonomika sottostanti, flimkien man-natura li qed tevolvi tal-pandemija tal-COVID-19. Fatturi bħal dawn jistgħu jikkawżaw pressjoni ta’ bejgħ f’daqqa u sinifikanti u volatilità addizzjonali mhux tas-soltu fil-prezz tal-ishma tal-Unjoni li, min-naħa tagħhom, jistgħu jiġu aktar amplifikati bl-akkumulazzjoni ta’ pożizzjonijiet qosra.

(47)

Fl-istess waqt, l-ESMA tikkunsidra xieraq li jinżamm il-livell limitu ta’ pubblikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, li huwa daqs 0.5 % tal-kapital azzjonarju maħruġ tal-kumpanija, peress li t-tnaqqis ta’ dan il-livell limitu ma jidhirx li huwa meħtieġ mill-perspettivi taż-żamma tas-swieq ordnati u l-indirizzar tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja. L-ESMA tkompli timmonitorja fuq bażi kontinwa l-kundizzjonijiet tas-suq u għandha tieħu miżuri ulterjuri, fejn ikun meħtieġ.

(b)   Il-miżura tindirizza b’mod sinifikanti t-theddida għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni

(48)

Kif deskritt hawn fuq, fil-maġġoranza l-kbira tas-swieq tal-ekwità tal-UE l-prestazzjoni marret għall-agħar bejn Ġunju u Settembru 2020, meta mqabbla mal-20 ta’ Frar. B’mod ġenerali, il-kummerċ fl-ishma mill-20 ta’ Frar 2020 kien u għadu kkaratterizzat minn pressjoni ta’ bejgħ u livell relattivament għoli ta’ volatilità. Kif muri hawn fuq, diversi fatturi ta’ riskju qed ikompli jkollhom impatt fuq ħafna setturi tal-ekonomija reali u fuq is-swieq finanzjarji tal-UE. F’dan l-ambjent, l-involviment f’bejgħ ta’ pożizzjoni qasira u l-bini ta’ pożizzjonijiet qosra netti sinifikanti jistgħu jamplifikaw il-pressjoni tal-bejgħ u x-xejriet ’l isfel li min-naħa tagħhom jistgħu jaggravaw theddida li jista’ jkollha effetti ferm detrimentali fuq l-istabbiltà finanzjarja ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u kumpaniji minn setturi oħra.

(49)

F’dan il-kuntest, il-limitazzjonijiet tad-data għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-ESMA jirrestrinġu l-kapaċità tagħhom li jindirizzaw kwalunkwe effett negattiv potenzjali fuq l-ekonomija u, fl-aħħar mill-aħħar, l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi.

(50)

Għaldaqstant, il-miżura mġedda tal-ESMA biex b’mod temporanju tnaqqas il-livelli limiti ta’ rapportar tal-pożizzjonijiet qosra netti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b’mod effiċjenti tindirizza din it-theddida għall-istabbiltà tal-partijiet jew, fl-aħħar mill-aħħar, tas-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni billi tnaqqas il-limitazzjonijiet tad-data u ssaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jindirizzaw it-theddid futur minn stadju bikri.

(c)   Titjib tal-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti li jimmonitorjaw it-theddida

(51)

F’kundizzjonijiet ordinarji tas-suq, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jimmonitorjaw kwalunkwe theddida li tista’ tirriżulta mill-bejgħ ta’ pożizzjoni qasira u l-bini ta’ pożizzjonijiet qosra netti b’għodod superviżorji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, b’mod partikolari l-obbligi ta’ rapportar li jikkonċernaw il-pożizzjonijiet qosra netti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 236/2012 (13).

(52)

Madankollu, il-kundizzjonijiet eżistenti tas-suq jagħmluha neċessarja li tiġi intensifikata l-attività ta’ monitoraġġ tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-ESMA fir-rigward tal-pożizzjonijiet qosra netti aggregati f’ishma ammessi għan-negozjar fi swieq regolati. Għal dan il-għan u minħabba l-inċertezza kontinwa relatata mal-pandemija tal-COVID-19, jibqa’ importanti li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkomplu jirċievu informazzjoni dwar il-bini ta’ pożizzjonijiet qosra netti fl-istadju l-aktar bikri, qabel ma jilħqu l-livell ta’ 0,2 % tal-kapital azzjonarju maħruġ stabbilit fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.

(53)

Dan huwa enfasizzat mill-perċentwal ta’ ishma b’pożizzjoni qasira netta bejn 0,1 u 0,2 %, li żdied b’mod kostanti matul il-perjodu mis-16 ta’ Marzu sal-11 ta’ Ġunju 2020 u baqa’ stabbli minn dakinhar, sal-4 ta’ Settembru 2020 (14), fuq medja ta’ 13 % tul il-perjodu sħiħ tal-osservazzjoni. Għaldaqstant, jista’ jiġi konkluż li l-perċentwal ta’ pożizzjonijiet qosra netti bejn 0,1 u 0,2 %, li kellu jiġi rrappurtat minħabba l-livell limitu ta’ notifika aktar baxx impost mill-ESMA, jibqa’ porzjon rilevanti tal-pożizzjonijiet qosra netti totali.

(54)

Għaldaqstant, il-miżura mġedda tal-ESMA żżomm il-kapaċità mtejba tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jindirizzaw kwalunkwe theddid identifikat fi stadju aktar bikri, li tippermetti lilhom u lill-ESMA biex jiġġestixxu fil-ħin it-theddid għall-funzjonament ordnat tas-swieq u l-istabbiltà finanzjarja f’każ li jidher kwalunkwe sinjal ta’ stress tas-suq.

5.   IL-MIŻURI MA JOĦOLQUX RISKJU TA’ ARBITRAĠĠ REGOLATORJU (L-ARTIKOLU 28(3)(B) TAR-REGOLAMENT (UE) NRU 236/2012)

(55)

Sabiex tiġi adottata jew imġedda miżura skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, l-ESMA għandha tqis jekk il-miżura toħloqx riskju ta’ arbitraġġ regolatorju.

(56)

Peress li l-miżura mġedda tal-ESMA tikkonċerna l-obbligi ta’ rapportar tal-parteċipanti fis-suq fir-rigward tal-ishma kollha ammessi għan-negozjar fi swieq regolati fl-Unjoni, din tiżgura livell limitu ta’ rapportar uniku għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kollha, b’hekk jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fost il-parteċipanti fis-suq minn ġewwa u barra mill-Unjoni fir-rigward tan-negozjar ta’ ishma ammessi għan-negozjar fi swieq regolati fl-Unjoni.

6.   IL-MIŻURA TAL-ESMA MA GĦANDHIEX EFFETT DETRIMENTALI FUQ L-EFFIĊJENZA TAS-SWIEQ FINANZJARJI, INKLUŻ BILLI TNAQQAS IL-LIKWIDITÀ F’DAWN IS-SWIEQ JEW TOĦLOQ INĊERTEZZA GĦALL-PARTEĊIPANTI FIS-SUQ, LI TKUN SPROPORZJONATA GĦALL-BENEFIĊĊJI TAGĦHA (L-ARTIKOLU 28(3)(C) TAR-REGOLAMENT (UE) NRU 236/2012)

(57)

L-ESMA għandha tivvaluta jekk il-miżura għandhiex effetti detrimentali li jitqiesu sproporzjonati meta mqabbla mal-benefiċċji tagħha.

(58)

L-ESMA tikkunsidra li huwa xieraq li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jimmonitorjaw mill-qrib l-evoluzzjoni tal-pożizzjonijiet qosra netti qabel ma jikkunsidraw li jadottaw kwalunkwe miżura oħra intrużiva. L-ESMA tinnota li l-livelli limiti ta’ rapportar normali (0,2 % tal-kapital azzjonarju maħruġ) jistgħu ma jkunux adegwati fil-kundizzjonijiet eċċezzjonali kontinwi tas-suq biex jidentifikaw fil-ħin ix-xejriet u t-theddid li qed jimmaterjalizza.

(59)

Għalkemm l-introduzzjoni ta’ obbligu ta’ rappurtar imsaħħaħ setgħet żiedet piż addizzjonali għall-entitajiet ta’ rapportar, attwalment dawn tal-aħħar diġà adattaw is-sistemi interni tagħhom mal-applikazzjoni tad-Deċiżjonijiet (UE) 2020/525 u (UE) 2020/1123 u għaldaqstant din il-miżura mġedda mhix mistennija li tkompli tħalli impatt fuq l-ispejjeż ta’ konformità tal-entitajiet ta’ rapportar. Barra minn hekk, dan mhux se jillimita l-kapaċità tal-parteċipanti tas-suq li jidħlu jew iżidu l-pożizzjonijiet qosra tagħhom fl-ishma. B’riżultat ta’ dan, l-effiċjenza tas-suq mhix se tiġi affettwata.

(60)

Meta mqabbla ma’ miżuri oħra potenzjali u aktar intrużivi, din il-miżura mġedda ma għandhiex taffettwa l-likwidità fis-suq peress li l-obbligu ta’ rapportar miżjud għal sett limitat ta’ parteċipanti fis-suq ma għandux jibdel l-istrateġiji kummerċjali tagħhom u għaldaqstant, il-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq. Barra minn hekk, l-eċċezzjoni miżmuma prevista għall-attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq u għall-programmi ta’ stabbilizzazzjoni hija maħsuba biex ma żżidx il-piż għal entitajiet li jipprovdu servizzi importanti f’termini tal-forniment ta’ likwidità u t-tnaqqis tal-volatilità, partikolarment rilevanti fis-sitwazzjoni attwali.

(61)

Fit-termini tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura mġedda, l-ESMA temmen li l-limitazzjoni tagħha għal settur wieħed jew diversi setturi jew għal kwalunkwe subsett ta’ emittenti tista’ ma tiksibx l-eżitu mixtieq. Il-kobor tat-tnaqqis fil-prezzijiet irreġistrat wara t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, il-firxa wiesgħa ta’ ishma (u setturi) affettwati u l-grad ta’ interkonnessjoni bejn l-ekonomiji u ċ-ċentri tan-negozjar tal-UE, jissuġġerixxu li x’aktarx miżura fl-UE kollha tkun aktar effettiva mill-miżuri settorjali biex tiġi pprovduta intelligence bikrija dwar is-suq lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(62)

F’termini tal-ħolqien ta’ inċertezza tas-suq, il-miżura ma tintroduċix obbligi regolatorji ġodda, billi t-tnaqqis tal-livell limitu rilevanti jimmodifika biss l-obbligu ta’ rapportar normali li ilu fis-seħħ mill-2012. L-ESMA tenfasizza wkoll li l-miżura mġedda tibqa’ limitata għar-rapportar ta’ ishma li huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat fl-Unjoni biex jaqbdu dawk il-pożizzjonijiet fejn ir-rapportar addizzjonali jidher l-aktar rilevanti.

(63)

Għaldaqstant, l-ESMA tikkunsidra li obbligu ta’ trasparenza msaħħa bħal dan ma għandux ikollu effett detrimentali fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq l-investituri li jkun sproporzjonat meta mqabbel mal-benefiċċji tiegħu u ma għandu joħloq ebda inċertezza fis-swieq finanzjarji.

(64)

F’termini tad-durata tal-miżura, l-ESMA tikkunsidra li tiġdid tal-miżura għal tliet xhur huwa ġustifikat meta titqies l-informazzjoni disponibbli f’dan il-mument u l-perspettiva ġenerali inċerta li baqa’ fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19. L-ESMA għandha l-ħsieb li terġa’ lura għall-obbligu ta’ rapportar regolari hekk kif is-sitwazzjoni titjieb, iżda fl-istess ħin ma tistax twarrab il-possibbiltà li testendi l-miżura jekk is-sitwazzjoni tmur għall-agħar jew jekk is-swieq jibqgħu fi stat fraġli.

(65)

Fuq din il-bażi u sa minn din id-data, l-ESMA tqis li din id-Deċiżjoni għat-tiġdid tal-miżura temporanja ta’ trasparenza miżjuda fuq il-pożizzjonijiet qosra netti, bħala waħda proporzjonata fiċ-ċirkostanzi avversi attwali.

7.   KONSULTAZZJONI U AVVIŻ (L-ARTIKOLU 28(4) U (5) TAR-REGOLAMENT (UE) NRU 236/2012)

(66)

L-ESMA kkonsultat lill-BERS. Il-BERS ma qajjem l-ebda oġġezzjoni għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni proposta.

(67)

L-ESMA nnotifikat lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bid-Deċiżjoni maħsuba.

(68)

Il-miżura mġedda tal-ESMA tapplika mit-18 ta’ Settembru 2020,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjoni

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, “suq regolat” tfisser suq regolat kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(21) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

Artikolu 2

Obbligi ta’ trasparenza addizzjonali temporanji

1.   Persuna fiżika jew ġuridika li jkollha pożizzjoni qasira netta fir-rigward tal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ kumpanija li jkollha l-ishma tagħha ammessi għan-negozjar f’suq regolat għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti, skont l-Artikoli 5 u 9 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 meta l-pożizzjoni tilħaq jew taqa’ taħt livell limitu ta’ notifika rilevanti msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Livell limitu ta’ notifika rilevanti huwa perċentwal li jkun ugwali għal 0,1 % tal-kapital azzjonarju maħruġ tal-kumpanija kkonċernata u kull 0,1 % aktar minn dan il-livell limitu.

Artikolu 3

Eżenzjonijiet

1.   Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, l-obbligi ta’ trasparenza addizzjonali temporanji msemmija fl-Artikolu 2 ma għandhomx japplikaw għal ishma ammessi għan-negozjar f’suq regolat fejn iċ-ċentru prinċipali tan-negozjar tal-ishma jkun jinsab f’pajjiż terz.

2.   Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, l-obbligi ta’ trasparenza addizzjonali temporanji msemmija fl-Artikolu 2 ma għandhomx japplikaw għal tranżazzjonijiet imwettqa minħabba attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq.

3.   L-obbligi ta’ trasparenza addizzjonali temporanji msemmija fl-Artikolu 2 ma għandhomx japplikaw għal pożizzjoni qasira netta fir-rigward tat-twettiq ta’ stabbilizzazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Settembru 2020. Din għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha għal perjodu ta’ tliet xhur.

Magħmul f’Pariġi, is-16 ta’ Settembru 2020.

Għall-Bord tas-Superviżuri

Steven MAIJOOR

Il-President


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(2)  ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 274, 9.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 116, 15.4.2020, p. 5.

(5)  ĠU L 245, 30.7.2020, p. 17.

(6)  Il-VSTOXX tkejjel il-volatilità implikita bbażata fuq il-prezzijiet tal-opzjonijiet Eurostoxx 50.

(7)  L-Indiċi VIX jiġi kkalkulat bl-użu tal-punt nofsani tal-kwotazzjonijiet tal-offerta/tad-domanda tal-opzjonijiet tal-Indiċi S&P 500 (SPX) fil-ħin reali.

(8)  Is-setturi mhux finanzjarji jeskludu s-sottosetturi li ġejjin: il-banek, is-servizzi tal-assigurazzjoni u s-servizzi finanzjarji.

(9)  Ir-rapporti tal-pożizzjonijiet qosra netti ta’ kuljum mid-Danimarka huma nieqsa matul il-perjodu mill-31 ta’ Awwissu sal-4 ta’ Settembru minħabba kwistjoni teknika.

(10)  https://www.ecb.europa.eu/pub/financial-stability/fsr/html/ecb.fsr201911~facad0251f.en.html.

(11)  TRV, Sommarju Eżekuttiv, paġna 4.

(12)  Fl-Italja l-miżura tneħħiet fit-18 ta’ Mejju.

(13)  Ara l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.

(14)  Ir-rapporti tal-pożizzjonijiet qosra netti ta’ kuljum mid-Danimarka huma nieqsa matul il-perjodu mill-31 ta’ Awwissu sal-4 ta’ Settembru minħabba kwistjoni teknika.

(15)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(16)  Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).


ANNESS

F’dan l-Anness, id-“deċiżjoni tal-ESMA” tirreferi għad-Deċiżjoni (UE) 2020/525.

Figura 1

Indikaturi Finanzjarji

Prestazzjoni tas-suq tal-ekwità

Bidliet mill-20.2.2020 sat-3.9.2020

(f’%)

Livell ta’ indiċi mit-3.9.2020

Bidliet mill-20.2.2020 sal-4.6.2020

(f’%)

Livell ta’ indiċi mill-4.6.2020

STOXX EUROPE 800 ex. L-Iżvizzera

– 17

116

– 16

117

INDIĊI TAL-EURO STOXX

– 13

362

– 13

364

EURO STOXX 50

– 14

3 304

– 13

3 323

US S&P500

2

3 451

– 8

3 112

JP Nikkei

0

23 466

– 3

22 864

Globali

– 1

228

– 9

211

Banek Ewropej

– 37

93

– 30

104

Strumenti finanzjarji tal-IT

– 30

27

– 29

28

Strumenti finanzjarji tal-ES

– 48

34

– 35

42

Strumenti finanzjarji tad-DE

– 13

123

– 11

126

Strumenti finanzjarji tal-FR

– 34

118

– 28

130

Volatilità

Bidliet mill-20.2.2020 sat-3.9.2020

(f’%)

Livell ta’ indiċi mit-3.9.2020

Bidliet mill-20.2.2020 sal-4.6.2020

(f’%)

Livell ta’ indiċi mill-4.6.2020

VSTOXX

15

29

13

28

VIX

18

33

9

25

Swaps ta’ Inadempjenza tal-Kreditu

Bidliet f’bps mill-20.2.2020 sat-3.9.2020

Firxiet tas-CDS f’bps mit-3.9.2020

Bidliet f’bps mill-20.2.2020 sal-.4.6.2020

Firxiet tas-CDS f’bps mill-4.6.2020

Ewropa korporattiva

5

45

22

62

Rendiment għoli tal-Ewropa

92

290

157

355

Strumenti finanzjarji tal-Ewropa

15

59

29

73

Subordinat tal-istrumenti finanzjarji tal-Ewropa

38

124

62

149

Bonds tal-Gvern ta’ 10 snin

Bidliet f’bps mill-20.2.2020 sat-3.9.2020

Rendimenti tal-bonds f’% mit-3.9.2020

Bidliet f’bps mill-20.2.2020 sal-4.6.2020

Rendimenti tal-bonds f’% mill-4.6.2020

DE10Y

– 5

– 0,49

15

– 0,29

ES10Y

9

0,33

32

0,55

FR10Y

2

– 0,19

23

0,01

IT10Y

15

1,06

51

1,42

US10Y

– 90

0,62

– 67

0,86

GB10Y

– 34

0,24

– 24

0,34

JP10Y

8

0,04

9

0,05

Nota: Bidliet fis-suq tal-ekwità espressi f’termini relattivi, bidliet oħra f’termini assoluti.

Sorsi: Refinitiv EIKON, ESMA.

Image 6

Nota: Volatilitajiet implikati tal-EURO STOXX 50 (VSTOXX) u S&P 500 (VIX), f’ %.

Sorsi: Refinitiv Datastream, ESMA.

Image 7

Nota: Prezzijiet ta’ ekwità. 2020.02.20 = 100.

Sorsi: Refinitiv Datastream, ESMA.

Image 8

Nota: Prezzijiet ta’ ekwità. 2020.02.20 = 100.

Sorsi: Refinitiv Datastream, ESMA.

Image 9

Nota: Prezzijiet ta’ ekwità. 2020.02.20 = 100.

Sorsi: Refinitiv Datastream, ESMA.

Figura 4

L-indiċi tal-firxa tas-CDS tal-UE

Image 10

Nota: Is-CDS jinfirex fuq korporazzjonijiet tal-European IG (iTraxx Europe, korporazzjonijiet tal-European HY (iTraxx Europe Crossover) u Strumenti Finanzjarji Ewropej, f’bps.

Sorsi: Refinitiv EIKON, ESMA.

Figura 5

Il-prestazzjoni tal-indiċi tal-istokk Ewropew għal kull pajjiż

 

Il-bidla perċentwali mill-20.2.2020 sat-3.9.2020

Il-bidla perċentwali mill-20.2.2020 sal-4.6.2020

STOXX EUROPE 800 ex. L-Iżvizzera

– 16,67

– 15,78

INDIĊI TAL-EURO STOXX

– 13,22

– 12,72

EURO STOXX 50

– 13,57

– 13,07

AT

– 30,21

– 23,30

BE

– 19,22

– 14,86

BG

– 20,67

– 15,69

CY

– 39,52

– 34,73

CZ

– 17,81

– 13,94

DE

– 4,44

– 7,32

DK

4,24

– 2,48

EE

– 13,55

– 13,16

ES

– 29,45

– 21,88

FI

– 5,35

– 8,66

FR

– 17,37

– 15,91

GB

– 21,32

– 13,93

GR

– 29,24

– 26,64

HR

– 19,61

– 17,16

HU

– 24,05

– 17,83

IE

– 13,00

– 12,90

IS

– 1,50

– 4,44

IT

– 22,04

– 20,01

LT

5,06

– 1,98

LU

– 25,92

– 21,60

LV

5,53

– 1,81

MT

– 20,80

– 12,92

NL

– 11,66

– 9,17

NO

– 11,80

– 10,22

PL

– 15,75

– 13,47

PT

– 20,09

– 13,64

RO

– 10,73

– 11,45

SE

– 7,28

– 9,47

SI

– 13,01

– 10,83

SK

– 7,05

0,07

Sorsi: Refinitiv EIKON, ESMA.

Figura 6

NSP bejn 0,1 % u 0,2 % fuq il-perjodu mis-16 ta’ Marzu sal-4 ta’ Settembru 2020 (1)

Image 11

LINJI GWIDA

13.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 379/77


LINJA GWIDA (UE) 2020/1690 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-25 ta’ Settembru 2020

li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal- Eurosistema

(BĊE/2020/45)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikoli 9.2, 12.1, 14.3, u 18.2, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kisba ta’ politika monetarja waħdanija tinvolvi d-definizzjoni tal-għodda, l-istrumenti u l-proċeduri li għandhom jintużaw mill-Eurosistema sabiex dik il-politika tiġi implimentata b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2)

Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1) għandha tiġi emendata sabiex tinkludi aġġustamenti tekniċi u editorjali meħtieġa relatati ma’ ċerti aspetti ta’ operazzjonijiet tal-politika monetarja.

(3)

Sabiex titnaqqas il-kumplessità ġenerali tal-qafas tal-kollateral tal-Eurosistema, l-iskopertura għar-riskju tal-Eurosistema u l-piż operazzjonali fuq il-valutazzjoni tal-eliġibbiltà, bonds koperti mhux leġiżlattivi (jiġifieri bonds koperti kuntrattwali) ma għandhomx jibqgħu jiġu aċċettati bħala kollateral tal-Eurosistema. Għalhekk, id-definizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet relatati ma’ bonds koperti fil-qafas tal-kollateral tal-Eurosistema għandhom jiġu emendati biex jirrestrinġu t-tip ta’ bonds koperti eliġibbli għal bonds koperti leġiżlattivi u multi cédulas.

(4)

Sabiex tiġi riflessa s-sistema ta’ żewġ livelli tal-Eurosistema għar-remunerazzjoni ta’ investimenti ta’ riżerva eċċessivi applikabbli mit-30 ta’ Ottubru 2019 skont id-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/31) (2), għandu jiġi speċifikat liema qafas legali japplika għar-remunerazzjoni tar-riżervi minimi u ta’ investimenti ta’ riżerva eċċessivi.

(5)

Biex titnaqqas aktar il-kumplessità tal-qafas tal-kollateral tal-Eurosistema, u b’kont meħud tal-punt limitat sa fejn intużaw, strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għalihom ma tkun disponibbli l-ebda valutazzjoni ta’ kreditu xierqa ma għandhomx jibqgħu jiġu aċċettati bħala kollateral tal-Eurosistema wara perijodu ta’ tranżizzjoni.

(6)

Bil-ħsieb li jiġu riflessi l-innovazzjonijiet finanzjarji reċenti fil-qasam ta’ finanzjament sostenibbli, l-Eurosistema għandha l-intenzjoni li taċċetta ċerti strumenti ta’ dejn negozjabbli bi strutturi ta’ kupuni marbuta mat-twettiq mill-emittent ta’ miri ta’ sostenibbiltà predefiniti.

(7)

Għandu jiġi ċċarat li l-assi b’kupuni marbuta ma’ rati ta’ referenza interpolati huma eliġibbli biss taħt ċerti kundizzjonijiet, u dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati.

(8)

Sabiex jiġi stabbilit approċċ konsistenti u trasparenti għall-kategoriji ta’ assi negozjabbli garantiti eliġibbli bħala kollateral għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, assi negozjabbli garantiti minbarra ABSs u bonds koperti ma għandhomx jibqgħu jiġu aċċettati bħala kollateral tal-Eurosistema.

(9)

Ir-rekwiżiti tad-data tal-livell ta’ self għal titoli ggarantiti b’assi (ABSs) li huma eliġibbli bħala kollateral tal-Eurosistema għandhom jiġu aġġustati għal dawk l-ABSs li għalihom data tal-livell ta’ self hija rrapportata skont ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(10)

Ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-eliġibbiltà bħala kollateral tal-Eurosistema ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu u għar-rapportar ta’ data rigward pretensjonijiet ta’ kreditu għandhom jiġu emendati sabiex titjieb id-disponibbiltà tal-informazzjoni għal pretensjonijiet ta’ kreditu skont il-qafas tal-kollateral, tiżdied iċ-ċarezza tar-regoli li jiddeterminaw l-eliġibbiltà ta’ pretensjoni ta’ kreditu bħala kollateral u jiġu ċċarati l-proċeduri ta’ verifika għal tali assi.

(11)

Sabiex jiġu żgurati aktar trasparenza, konsistenza u ċertezza legali, il-kriterji ġenerali ta’ aċċettazzjoni għal istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu (ECAIs) fil-qafas tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-Eurosistema (ECAF) għandhom jiġu ċċarati.

(12)

Ir-regoli dwar l-użu ta’ strumenti ta’ dejn mhux garantiti maħruġa minn kontroparti jew mill-entitajiet marbutin mill-qrib magħha għandhom jiġu ssimplifikati.

(13)

Sabiex tiżdied it-trasparenza tal-qafas tal-kontropartijiet tal-Eurosistema, id-dettalji relatati mat-tul tal-perijodu ta’ konċessjoni applikabbli għal kontropartijiet li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji minimi għandhom jiġu ċċarati.

(14)

Il-penali finanzjarja għal ksur relatat mal-użu ta’ assi eliġibbli bħala kollateral tal-Eurosistema għandha tiġi aġġustata biex tipprovdi inċentivi lill-kontropartijiet biex jirrapportaw tali ksur b’mod proattiv.

(15)

Għalhekk, il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

adotta din il-linja gwida:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) hija emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt (24a) li gej:

“(24)

‘bond kopert leġiżlattiv taż-ŻEE’ tfisser bond kopert li jinħareġ skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (*1);

(*1)  Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).”;"

(b)

il-punt (48) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(48)

‘bond kopert jumbo’ tfisser bond kopert leġiżlattiv taż-ŻEE b’volum ta’ ħruġ ta’ mill-inqas EUR 1 biljun, li għalih ta’ mill-inqas tliet ġeneraturi tas-suq jipprovdu kwotazzjonijiet regolari ta’ offerta u talba;”;

(c)

(c) jiddaħħal il-punt (49a) li ġej:

“(49a)

‘bond kopert leġiżlattiv’ tfisser bond kopert li huwa jew bond kopert leġiżlattiv taż-ŻEE jew bond kopert leġiżlattiv tal-G10 mhux taż-ŻEE;”;

(d)

jiddaħħal il-punt (68a) li gej:

“(68a)

‘bond kopert leġiżlattiv tal-G10 mhux taż-ŻEE’ tfisser bond kopert maħruġ skont ir-rekwiżiti tal-qafas leġiżlattiv nazzjonali ta’ bonds koperti ta’ pajjiż tal-G10 li mhux taż-ŻEE;”;

(e)

il-punt (71) huwa mħassar;

(f)

il-punt (88) huwa mħassar;

(g)

jiddaħħal il-punt (88a) li gej:

“(88a)

‘mira ta’ prestazzjoni tas-sostenibbiltà’ (SPT) tfisser mira stabbilita mill-emittent f’dokument ta’ ħruġ disponibbli pubblikament, li tkejjel titjib kwantifikat fil-profil ta’ sostenibbiltà tal-emittent fuq perijodu ta’ żmien predefinit b’referenza għal wieħed jew aktar mill-objettivi ambjentali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) u/jew ma’ wieħed jew aktar mill-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli stabbiliti min-Nazzjonijiet Uniti relatati mat-tibdil fil-klima jew mad-degradazzjoni ambjentali (*3);”

(*2)  Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13."

(*3)  Li jinsabu fl-“Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli” adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-25 ta’ Settembru 2015.”;"

(h)

il-punt (94) huwa mħassar;

2.

l-Artikolu 54 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   Investimenti ta’ riżerva li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ riżervi minimi skont ir-Regolament (KE) Nru 2531/98 u r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) għandhom jiġu remunerati skont ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9).”;

(b)

il-paragrafu 3 li ġej huwa miżjud:

“3.   Investimenti ta’ riżerva li jeċċedu r-riżervi minimi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu remunerati skont id-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/31) (*4).

(*4)  Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2019/31) (ĠU L 267, 21.10.2019, p. 12).”;"

3.

fl-Artikolu 61(1) is-sentenza li ġejja hija miżjuda:

“Assi bħal dawn għandhom ikunu eliġibbli biss sad-data li fiha s-Sistema Ġestjoni tal-Kollateral tal-Eurosistema tibda topera (“data tal-attivazzjoni diretta”).”;

4.

l-Artikolu 63(1) huwa emendat kif gej:

(a)

il-kliem introduttorju huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Sabiex ikunu eliġibbli, l-istrumenti ta’ dejn għandu jkollhom waħda minn dawn l-istrutturi ta’ kupun li ġejjin sal-fidi finali:”

(b)

fil-punt (b), il-punt (i) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(i)

ir-rata ta’ referenza hija biss waħda milli ġejjin f’mument partikolari:

rata tas-suq tal-flus tal-euro, eż. ir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR) (inkluża l-€STR komposta jew l-€STR medja ta’ kuljum), Euribor, LIBOR jew indiċi simili; għall-ewwel jew/u l-aħħar kupun ir-rata ta’ referenza tista’ tkun interpolazzjoni lineari bejn żewġ maturitajiet tal-istess rata tas-suq tal-flus tal-euro eż. interpolazzjoni lineari bejn żewġ maturitajiet differenti ta’ Euribor,

rata kostanti ta’ swap ta’ maturità eż. CMS, EIISDA, EUSA,

ir-rendiment ta’ bond wieħed tal-gvern taż-żona tal-euro, jew indiċi ta’ bosta minnhom, li għandhom maturità ta’ sena jew inqas,

indiċi ta’ inflazzjoni taż-żona tal-euro;”;

(c)

il-punt (c) li ġej huwa miżjud:

“(c)

Kupuni multi-step jew varjabbli b’passi marbuta ma’ SPTs, sakemm il-konformità tal-emittent mal-SPTs tkun soġġetta għal verifika minn parti terza indipendenti skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-istrument ta’ dejn.”;

5.

jiddaħħal l-Artikolu 64a li ġej:

“Artikolu 64a

Assi negozjabbli minbarra ABSs u bonds koperti

1.   Sabiex ikunu eliġibbli, assi negozjabbli minbarra ABSs, bonds koperti leġiżlattivi u multi cédulas għandhom ikunu obbligi mhux garantiti kemm tal-emittent kif ukoll tal-garanti. Għal assi negozjabbli b’aktar minn emittent wieħed jew b’aktar minn garanti wieħed, ir-rekwiżit f’dan il-paragrafu għandu japplika għal kull emittent u kull garanti.

2.   Assi negozjabbli li huma ggarantiti u li kienu eliġibbli qabel l-1 ta’ Jannar 2021 iżda li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà kif stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom jibqgħu eliġibbli sal-1 ta’ Jannar 2026, sakemm jissodisfaw il-kriterji l-oħra kollha ta’ eliġibbiltà għal assi negozjabbli. B’deroga mill-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu, bonds koperti li la huma bonds koperti leġislattivi u lanqas multi cédulas, għandhom isiru ineliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2021.”;

6.

l-Artikolu 78 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   Data komprensiva u standardizzata tal-livell ta’ self dwar l-aggregazzjoni ta’ assi li jiġġeneraw fluss ta’ flus li jiggarantixxu ABSs għandhom ikunu disponibbli skont il-proċeduri stabbiliti fl-Anness VIII.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa mħassar;

7.

l-Artikolu 80 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 80

Kriterji ta’ eliġibbiltà għal bonds koperti ggarantiti minn titoli ggarantiti b’assi

1.   Mingħajr preġudizzju għall-eliġibbiltà ta’ bonds koperti leġiżlattivi skont l-Artikolu 64a, sabiex bonds koperti leġiżlattivi taż-ŻEE ggarantiti minn ABSs ikunu eliġibbli, l-aggregazzjoni ta’ kopertura ta’ tali bonds (għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 4, “l-aggregazzjoni ta’ kopertura”) għandu jkun fiha biss ABSs li jikkonformaw ma’ dawn kollha li ġejjin.

(a)

L-assi li jiġġeneraw il-fluss ta’ flus li jiggarantixxu l-ABSs jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 129(1)(d) sa (f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(b)

L-assi li jiġġeneraw fluss ta’ flus oriġinaw minn entità marbuta mill-qrib mal-emittent, kif deskritta fl-Artikolu 138.

(c)

Huma jintużaw bħala għodda teknika biex jiġu ttrasferiti ipoteki jew self iggarantit fuq proprjetà immobbli mill-entità oriġinanti fl-aggregazzjoni ta’ kopertura.

2.   Soġġett għall-paragrafu 4, il-BĊNi għandhom jużaw il-miżuri li ġejjin biex jivverifikaw li l-aggregazzjoni ta’ kopertura ma tinkludix ABSs li ma jikkonformawx mal-paragrafu 1.

(a)

Fuq bażi trimestrali, il-BĊNi għandhom jitolbu awtoċertifikazzjoni u impenn mill-emittent li jikkonfermaw li l-aggregazzjoni ta’ kopertura ma tinkludix ABSs li ma jikkonformawx mal-paragrafu 1. It-talba tal-BĊN għandha tispeċifika li l-awtoċertifikazzjoni trid tkun iffirmata mill-Uffiċjal Kap Eżekuttiv (CEO) tal-emittent, mill-Uffiċjal Finanzjarju Eżekuttiv (CFO) jew minn maniġer ta’ livell simili, jew minn firmatarju awtorizzat f’isimhom.

(b)

Fuq bażi annwali, il-BĊNi għandhom jitolbu konferma ex-post minn awdituri esterni jew minn entitajiet ta’ monitoraġġ tal-aggregazzjoni ta’ kopertura mingħand l-emittent, li tikkonferma li l-aggregazzjoni ta’ kopertura ma tinkludix ABSs li ma jikkonformawx mal-paragrafu 1 għall-perijodu ta’ monitoraġġ.

3.   Jekk l-emittent jonqos milli jikkonforma ma’ talba partikolari jew jekk l-Eurosistema tikkonsidra l-kontenut ta’ konferma bħala inkorrett jew insuffiċjenti sal-punt illi ma jkunx possibbli li tivverifika li l-aggregazzjoni ta’ kopertura tikkonforma mal-kriterji fil-paragrafu 1, l-Eurosistema għandha tiddeċiedi li ma taċċettax il-bonds koperti leġiżlattivi taż-ŻEE bħala kollateral eliġibbli jew li tissospendi l-eliġibbiltà tagħhom.

4.   Fejn il-leġiżlazzjoni jew il-prospett applikabbli jeskludu l-inklużjoni ta’ ABSs li ma jikkonformawx mal-paragrafu 1 bħala assi tal-aggregazzjoni ta’ kopertura, l-ebda verifika skont il-paragrafu 2 ma għandha tkun meħtieġa.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1(b), ir-rabtiet mill-qrib għandhom jiġu ddeterminati fil-ħin li l-unitajiet superjuri tal-ABSs huma ttrasferiti fl-aggregazzjoni ta’ kopertura tal-bond kopert leġiżlattiv taż-ŻEE.

6.   L-aggregazzjoni ta’ kopertura ta’ bonds koperti leġiżlattivi tal-G10 mhux taż-ŻEE ma għandhiex tinkludi ABSs.”;

8.

l-Artikolu 87 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punt (c) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

‘(c)

Jekk l-emittenti jew il-garanti huma ‘entitajiet tas-settur pubbliku’ kif iddefiniti fil-punt (75) tal-Artikolu 2 u mhumiex imsemmijin fil-punti (a) u (b), l-ebda valutazzjoni tal-kreditu impliċita ma għandha tiġi dderivata u l-istrumenti ta’ dejn maħruġin jew iggarantiti minn dawn l-entitajiet għandhom ikunu ttrattati l-istess bħall-istrumenti ta’ dejn maħruġin jew iggarantiti minn entitajiet tas-settur privat, jiġifieri bħala li ma għandhomx valutazzjoni ta’ kreditu xierqa.’;

(b)

il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.   Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 61(1), jekk l-istrumenti tad-dejn ikunu maħruġa jew iggarantiti minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji stabbiliti fi Stat Membru li l-munita tagħhom hija l-euro, il-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu għandha titwettaq mill-Eurosistema bbażata fuq regoli tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu applikabbli għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu tal-pretensjonijiet ta’ kreditu fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III.”;

(c)

fit-Tabella 9, il-kliem “ittrattati bħal emittenti jew debituri tas-settur privat” huwa ssostitwit bi “ittrattati bħal emittenti jew debituri tas-settur privat, jiġifieri l-assi negozjabbli tagħhom mhumiex eliġibbli”;

9.

l-Artikolu 90 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-kliem introduttorju huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Sabiex ikunu eliġibbli, il-pretensjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin mill-mument li jiġu mobilizzati sal-fidi finali jew id-demobilizzazzjoni tagħhom:”;

(b)

il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(a)

għandhom ammont prinċipali fiss u mingħajr kundizzjoni; u”

(c)

fil-punt (b), il-kliem “rata tal-imgħax li għandha, sal-fidi finali, tkun waħda minn dawn li ġejjin;” huwa ssostitwit bil-kliem “rata tal-imgħax li għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:”

(d)

fil-punt (b)(iii). l-inċiż “— rata tas-suq monetarju tal-euro, eż. Euribor, LIBOR jew indiċijiet simili;” huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“—

rata tas-suq monetarju tal-euro, eż. €STR (inkluża €STR komposta jew €STR medja ta’ kuljum), Euribor, LIBOR jew indiċijiet simili;”;

10.

l-Artikolu 100 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 100

Verifiki tal-proċeduri u s-sistemi użati għas-sottomissjoni ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu

Il-BĊNi, jew superviżuri jew awdituri esterni, għandhom iwettqu verifika tal-adegwatezza tal-proċeduri u tas-sistemi użati mill-kontroparti biex tissottometti l-informazzjoni dwar pretensjonijiet ta’ kreditu lill-Eurosistema qabel l-ewwel mobilizzazzjoni ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu mill-kontroparti. Il-verifika tal-proċeduri u tas-sistemi sussegwentement għandha titwettaq mill-inqas darba kull ħames snin. Fil-każ ta’ bidliet sinifikanti f’tali proċeduri jew sistemi, tista’ ssir verifika ġdida.”;

11.

fl-Artikolu 101, il-punt (aa) ġdid li ġej jiddaħħal wara l-punt (a):

“(aa)

Huma għandhom jirrikjedu li l-kontropartijiet jissottomettu b’rabta mal-pretensjonijiet ta’ kreditu mmobilizzati bħala kollateral minn Mejju 2021, fejn applikabbli, l-identifikaturi rilevanti tal-bażi tad-data ta’ kreditu analitiku (AnaCredit) (jiġifieri l-identifikatur tal-‘Aġent Oservat’, l-identifikatur tal-‘Kuntratt’ u l-identifikatur tal-‘Istrument’), kif ippreżentati skont ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku skont ir-Regolament (UE) 2016/867 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/13) (*5).

(*5)  Ir-Regolament (UE) 2016/867 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2016 dwar il-ġbir ta’ mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2016/13) (ĠU L 144, 1.6.2016, p. 44).”;"

12.

fl-Artikolu 102, it-tieni sentenza hija ssostitwita b’dan li ġej:

“Il-formalitajiet legali kollha meħtieġa biex jiżguraw il-validità tal-ftehim u biex jiżguraw l-immobilizzar ta’ pretensjoni ta’ kreditu bħala kollateral għandhom jiġu sodisfatti mill-kontroparti u/jew miċ-ċessjonarju, kif xieraq.”;

13.

fl-Artikolu 120, il-paragrafi 2 u 2a huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“2.   Wara l-proċess ta’ applikazzjoni deskritt fl-Anness IXc, l-Eurosistema tirriżerva d-dritt li tiddeċiedi jekk tibdiex proċedura ta’ aċċettazzjoni fl-ECAF fuq talba minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (credit rating agency - CRA). Meta tagħmel id-deċiżjoni tagħha, l-Eurosistema għandha tieħu inkunsiderazzjoni, fost affarijiet oħra, jekk is-CRA tipprovdix kopertura rilevanti għall-implimentazzjoni effiċjenti tal-ECAF skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IXa.

2a.   Wara l-bidu ta’ proċedura ta’ aċċettazzjoni fl-ECAF, l-Eurosistema għandha tinvestiga l-informazzjoni addizzjonali kollha meqjusa rilevanti sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti tal-ECAF, inkluża l-kapaċità tal-ECAI (i) li tissodisfa l-kriterji u r-regoli tal-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-ECAF skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IX u l-kriterji speċifiċi fl-Anness IXb (jekk rilevanti), u (ii) li tikkonforma mal-kriterji ta’ aċċettazzjoni stabbiliti fl-Anness IXc. L-Eurosistema tirriżerva d-dritt li tiddeċiedi jekk taċċettax ECAI għall-finijiet tal-ECAF fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta u fuq il-valutazzjoni tagħha stess tad-diliġenza dovuta.”;

14.

l-Artikolu 138 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, il-punti (a), (b) u (c) huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

rabtiet mill-qrib, kif definiti taħt il-paragrafu 2, maħluqa b’riżultat tal-eżistenza ta’ entità tas-settur pubbliku taż-ŻEE li għandha d-dritt li timponi taxxi u hija jew (i) entità li tipposjedi direttament, jew indirettament permezz ta’ impriża waħda jew aktar, 20 % jew aktar tal-kapital tal-kontroparti, jew (ii) parti terza li tippossjedi, direttament jew indirettament permezz ta’ impriża waħda jew aktar, 20 % jew aktar tal-kapital tal-kontroparti, u 20 % jew aktar tal-kapital tal-entità l-oħra, sakemm ma jkun hemm l-ebda rabtiet mill-qrib oħra bejn il-kontroparti u l-entità l-oħra, ħlief għal rabtiet mill-qrib li jirriżultaw minn entità jew entitajiet tas-settur pubbliku taż-ŻEE li għandhom id-dritt li jimponu taxxi;

(b)

Bonds koperti leġiżlattivi taż-ŻEE li:

(i)

jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 129(1) sa (3) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

ma fihomx fl-aggregazzjoni ta’ kopertura tagħhom strumenti ta’ dejn mhux iggarantiti maħruġa mill-kontroparti jew minn kwalunkwe entità oħra marbuta mill-qrib ma’ dik il-kontroparti, kif definit fil-paragrafu 2, u ggarantiti bis-sħiħ minn entità tas-settur pubbliku taż-ŻEE waħda jew aktar li għandhom id-dritt li jimponu taxxi; u

(iii)

ikollhom klassifikazzjoni ta’ ħruġ tal-ECAI kif definita fl-Artikolu 83(a) li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness IXb;

(c)

RMBDs u DECCs mhux negozjabbli;”;

(b)

il-paragrafu 4 li ġej huwa miżjud:

“4.   Jekk teħtieġ li tiġi vverifikata l-konformità mal-paragrafu 3(b)(ii), jiġifieri, għal bonds koperti leġiżlattivi taż-ŻEE, fejn il-leġiżlazzjoni applikabbli jew il-prospett ma jeskludux strumenti ta’ dejn imsemmijin fil-paragrafu 3(b)(ii) bħala assi tal-aggregazzjoni ta’ kopertura u fejn il-kontroparti jew entità marbuta mill-qrib mal-kontroparti tkun ħarġet dawn l-istrumenti ta’ dejn, il-BĊNi jistgħu jieħdu l-miżuri kollha li ġejjin jew uħud minnhom sabiex iwettqu kontrolli ad hoc tal-konformità mal-paragrafu 3(b)(ii).

(a)

Il-BĊNi jistgħu jiksbu rapporti ta’ sorveljanza regolari li jipprovdu ħarsa ġenerali tal-assi fl-aggregazzjoni ta’ kopertura ta’ bonds koperti leġiżlattivi taż-ŻEE;

(b)

Jekk ir-rapporti ta’ sorveljanza ma jipprovdux biżżejjed informazzjoni għall-finijiet ta’ verifika, il-BĊNi jistgħu jiksbu awtoċertifikazzjoni u impenn tal-kontroparti li timmobilizza bond kopert leġiżlattiv taż-ŻEE li permezz tagħhom il-kontroparti għandha tikkonferma li l-aggregazzjoni ta’ kopertura ta’ bonds koperti leġiżlattivi taż-ŻEE ma tinkludix, bi ksur tal-paragrafu 3(b)(ii), bonds ta’ banek mhux iggarantiti li jinħarġu minn dik il-kontroparti jew kwalunkwe entità oħra marbuta mill-qrib ma’ dik il-kontroparti, u li huma ggarantiti bis-sħiħ minn entità pubblika waħda jew aktar taż-ŻEE li għandhom id-dritt li jimponu taxxi. Din l-awtoċertifikazzjoni tal-kontroparti għandha tiġi ffirmata mis-CEO tal-kontroparti, mis-CFO, jew minn maniġer anzjan simili, jew minn firmatarju awtorizzat f’isimhom.

(c)

Fuq bażi annwali, il-BĊNi jistgħu jiksbu mingħand il-kontroparti li timmobilizza bond kopert leġiżlattiv taż-ŻEE konferma ex post minn awdituri esterni jew minn entitajiet ta’ monitoraġġ tal-aggregazzjoni ta’ kopertura li l-aggregazzjoni ta’ kopertura ta’ bonds koperti leġiżlattivi taż-ŻEE ma tinkludix, bi ksur tal-paragrafu 3(b)(ii), bonds tal-bank mhux iggarantiti li jinħarġu minn dik il-kontroparti jew minn kwalunkwe entità oħra marbuta mill-qrib ma’ dik il-kontroparti, u huma ggarantiti bis-sħiħ minn entità tas-settur pubbliku taż-ŻEE waħda jew aktar li għandhom id-dritt li jimponu taxxi.

(d)

Jekk il-kontroparti ma tipprovdix l-awtoċertifikazzjoni jew il-konferma msemmija fil-punti (b) u (c) fuq talba mill-BĊN, il-bond kopert leġiżlattiv taż-ŻEE ma għandux jiġi mmobilizzat bħala kollateral minn dik il-kontroparti.”;

15.

l-Artikolu 139 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa mħassar;

(b)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   F’każijiet eċċezzjonali, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jiddeċiedi dwar derogi temporanji mill-Artikolu 138(1), billi jippermetti li kontroparti tuża strumenti ta’ dejn mhux iggarantiti maħruġa minn dik il-kontroparti jew minn kwalunkwe entità oħra marbuta mill-qrib ma’ dik il-kontroparti, u ggarantiti b’mod sħiħ minn entità tas-settur pubbliku taż-ŻEE waħda jew aktar li għandhom id-dritt li jimponu taxxi, għal massimu ta’ tliet snin. Talba għal deroga għandha tkun akkumpanjata minn pjan ta’ finanzjament mill-kontroparti li qed tagħmel it-talba li jindika l-mod kif l-immobilizzar tal-assi rispettivi jinqata’ b’mod gradwali sa mhux aktar tard minn tliet snin wara l-għoti tad-deroga. Din id-deroga għandha tiġi pprovduta biss fejn in-natura tal-garanzija pprovduta minn gvern jew diversi gvernijiet ċentrali taż-ŻEE, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali jew entitajiet oħrajn tas-settur pubbliku li għandhom id-dritt li jimponu t-taxxi tikkonforma mar-rekwiżiti għall-garanziji stabbiliti fl-Artikolu 114.”;

(c)

il-paragrafi 3 u 4 huma mħassra;

16.

fl-Artikolu 148, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-kontropartijiet jistgħu jimmobilizzaw assi eleġibbli minbarra depożiti ta’ terminu fiss, għal użu transfruntier skont dawn li ġejjin:

(a)

assi negozjabbli għandhom jiġu mobilizzati permezz ta’ waħda minn dawn li ġejjin: (i) rabtiet eliġibbli; (ii) proċeduri applikabbli tas-CCBM; (iii) rabtiet eliġibbli flimkien mal-proċeduri tas-CCBM;

(b)

DECCs u RMBDs għandhom jiġu mobilizzati skont il-proċeduri applikabbli tas-CCBM; u

(c)

il-pretensjonijiet ta’ kreditu għandhom jiġu mmobilizzati permezz ta’ (i) proċeduri tas-CCBM applikabbli jew (ii) skont proċeduri domestiċi, kif stabbilit fid-dokumentazzjoni nazzjonali rilevanti tal-BĊN domestiku.”;

17.

l-Artikolu 155 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

‘Artikolu 155

Penali finanzjarji għan-nonkonformità ma’ ċerti regoli operazzjonali

1.   Jekk kontroparti tonqos li tikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mill-obbligi msemmija fl-Artikolu 154(1), l-Eurosistema għandha timponi penali finanzjarja għal kull każ ta’ nonkonformità. Il-penali finanzjarja applikabbli għandha tiġi kkalkulata skont l-Anness VII.

2.   Fejn kontroparti tirrettifika nuqqas ta’ konformità ma’ obbligu msemmi fl-Artikolu 154(1)(c), u tinnotifika lill-BĊN qabel ma l-kontroparti tkun ġiet innotifikata dwar in-nonkonformità mill-BĊN, mill-BĊE jew minn awditur estern (‘ksur awtodikjarat’), il-penali finanzjarja applikabbli kif ikkalkulata skont l-Anness VII għandha titnaqqas b’ 50 %. It-tnaqqis tal-penali finanzjarja għandu jkun applikabbli wkoll f’każijiet fejn il-kontroparti tinnotifika lill-BĊN bi ksur li ma ġiex skopert mill-BĊE jew mill-BĊN u b’rabta ma’ assi li ġew demobilizzati. It-tnaqqis tal-penali finanzjarja ma għandux ikun applikabbli għal assi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ proċedura ta’ verifika li tkun għaddejja li l-kontroparti tkun konxja tagħha minħabba notifika mill-BĊN, mill-BĊE jew minn awditur estern.”;

18.

fl-Artikolu 156(4), il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(a)

ġiet imposta penali finanzjarja;”

19.

l-Artikolu 158 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-kontropartijiet li huma soġġetti għal superviżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 55(b)(i) iżda li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, fuq bażi individwali u/jew ikkonsolidata, skont ir-rekwiżiti superviżorji, u l-kontropartijiet li huma soġġetti għal superviżjoni ta’ standard komparabbli kif imsemmi fl-Artikolu 55(b)(iii) iżda li ma jissodisfawx rekwiżiti komparabbli għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, fuq bażi individwali u/jew ikkonsolidata, għandhom jiġu awtomatikament limitati milli jaċċessaw operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema għal raġunijiet ta’ prudenza. Il-limitazzjoni għandha tikkorrispondi għal-livell ta’ aċċess għal operazzjonijiet ta’ politika monetarja tal-Eurosistema prevalenti fiż-żmien li tali sottokapitalizzazzjoni hija nnotifikata lill-Eurosistema. Din il-limitazzjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura diskrezzjonali oħra li tista’ tieħu l-Eurosistema. Jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji ma tkunx ġiet irrestawrata permezz ta’ miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni adegwati u f’waqthom mhux aktar tard minn 20 ġimgħa mid-data ta’ referenza tal-eżerċizzju ta’ ġbir ta’ data li fih ġiet identifikata n-nonkonformità, il-kontropartijiet għandhom awtomatikament jiġu sospiżi milli jaċċessaw operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema għal raġunijiet ta’ prudenza.”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.   Fil-kuntest tal-valutazzjoni tagħha tas-solidità finanzjarja ta’ kontroparti skont l-Artikolu 55(c) u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura diskrezzjonali oħra, l-Eurosistema tista’ tillimita, għal raġunijiet ta’ prudenza, l-aċċess għal operazzjonijiiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema minn dawn il-kontropartijiet:

(a)

kontropartijiet li għalihom l-informazzjoni dwar proporzjonijiet kapitali taħt ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma tkunx kompluta jew disponibbli għall-BĊN rilevanti u għall-BĊE fil-ħin u sa mhux aktar tard minn 14-il ġimgħa mit-tmiem tat-trimestru rilevanti;

(b)

kontropartijiet li ma jkunux meħtieġa jirrapportaw proporzjonijiet kapitali taħt ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 iżda li għalihom informazzjoni ta’ standard komparabbli kif imsemmi fl-Artikolu 55(b)(iii) ma tkunx kompluta jew disponibbli għall-BĊN rilevanti u għall-BĊE fil-ħin u sa mhux aktar tard minn 14-il ġimgħa mit-tmiem tat-trimestru rilevanti;

L-aċċess għandu jiġi rrestawrat ladarba l-informazzjoni rilevanti tkun ġiet magħmula disponibbli għall-BĊN rilevanti u jkun ġie stabbilit li l-kontroparti tissodisfa l-kriterju ta’ solidità finanzjarja skont l-Artikolu 55(c). Jekk l-informazzjoni rilevanti ma tkunx ġiet magħmula disponibbli sa mhux aktar tard minn 20 ġimgħa mit-tmiem tat-trimestru rilevanti, l-aċċess tal-kontroparti għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema għandu jiġi sospiż awtomatikament għal raġunijiet ta’ prudenza.”;

20.

fl-Artikolu 159(4), il-punt (b) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(b)

assi maħruġa, ko-maħruġa, isservizzjati jew iggarantiti minn kontropartijiet, jew minn entitajiet marbutin mill-qrib ma’ kontropartijiet li fir-rigward tagħhom il-Kunsill Governattiv tal-BĊE issospenda, illimita jew eskluda l-aċċess tagħhom għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema.”;

21.

L-Annessi I, VIII, IXa u XII huma emendati skont l-Anness I għal din il-Linja Gwida;

22.

It-test fl-Anness II għal din il-Linja Gwida huwa miżjud bħala Anness IXc ġdid.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida u japplikawhom mill-1 ta’ Jannar 2021. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) bit-testi u l-mezzi relatati ma’ dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mis-6 ta’ Novembru 2020.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).

(2)  Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar ir-remunerazzjoni ta’ holidngs ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2019/31) (ĠU L 267, 21.10.2019, p. 12).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).


ANNESS I

L-Annessi I, VIII, IXa u XII għal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) huma emendati kif ġej:

1.

it-tieni sentenza fil-paragrafu 5 fl-Anness I, hija ssostitwita b’dan li ġej:

“Dawn l-istituzzjonijiet jinkludu, fost l-oħrajn, istituzzjonijiet soġġetti għal miżuri ta’ riorganizzazzjoni, istituzzjonijiet soġġetti għall-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħrajn imposti mill-Unjoni skont l-Artikolu 75 tat-Trattat jew minn Stat Membru li jirrestrinġu l-użu tal-fondi tagħhom jew għal deċiżjoni tal-Eurosistema li tissospendi jew teskludi l-aċċess tagħhom għal operazzjonijiet ta’ suq miftuħ jew għall-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema.”;

2.

l-Anness VIII huwa emendat kif gej:

(a)

fit-Taqsima 2, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.

L-ABSs li għalihom jintuża l-mudell tar-rapportar tad-data tal-livell ta’ self tal-BĊE għandhom jiksbu livell ta’ konformità minimu obbligatorju ta’ punteġġ tad-data A1, ivvalutat b’referenza għad-disponibbiltà ta’ informazzjoni, b’mod partikolari l-oqsma tad-data tal-mudell tar-rapportar tad-data tal-livell ta’ self, ikkalkulati skont il-metodoloġija stabbilita fit-Taqsima III ta’ dan l-Anness. Minkejja l-valuri meħtieġa tal-punteġġ stipulati fit-Taqsima III fir-rigward tad-data tal-livell ta’ self, l-Eurosistema tista’ taċċetta bħala kollateral ABSs li għalihom jintużaw il-mudelli ta’ rapportar tad-data tal-livell ta’ self b’punteġġ aktar baxx mill-valur tal-punteġġ meħtieġ (A1), fuq bażi ta’ każ b’każ u soġġett għall-għoti ta’ spjegazzjonijiet adegwati għan-nuqqas ta’ kisba tal-punteġġ meħtieġ. Għal kull spjegazzjoni adegwata, l-Eurosistema tispeċifika livell massimu ta’ tolleranza u orizzont ta’ tolleranza, kif speċifikat ulterjorment fis-sit elettroniku tal-BĊE. L-orizzont ta’ tolleranza jindika l-perijodu ta’ żmien li matulu l-kwalità tad-data għall-ABSs trid titjieb.”;

(b)

fit-Taqsima II, fil-paragrafu 3, il-kliem “mudelli għar-rapportar ta’ data tal-livell ta’ self” huwa ssostitwit bil-kliem “mudelli tal-BĊE għar-rapportar ta’ data tal-livell ta’ self”;

(c)

fit-Taqsima III, it-titolu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

IL-METODOLOĠIJA TAL-PUNTEĠĠI TAD-DATA TAL-BĊE”;

(d)

fit-Taqsima IV, it-titolu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

IL-ĦATRA MILL-EUROSISTEMA TA’ REPOŻITORJI TAD-DATA TAL-LIVELL TA’ SELF”

(e)

fit-Taqsima IV(I), il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.

Biex jiġu maħtura mill-Eurosistema, ir-repożitorji tad-data tal-livell ta’ self għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Eurosistema applikabbli, inkluż aċċess miftuħ, nondiskriminazzjoni, kopertura, struttura ta’ governanza xierqa u trasparenza.”;

3.

fl-Anness IXa, it-Taqsima 2, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.

Il-kopertura hija kkalkulata fuq il-bażi ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu maħruġa jew approvati mis-CRA skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u li tissodisfa r-rekwiżiti kollha l-oħra għall-finijiet tal-ECAF. Għal kopertura storika, jiġu kkunsidrati biss ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà tal-kollateral tal-Eurosistema li kienu fis-seħħ fil-mument rilevanti u biss dawk il-klassifikazzjonijiet li kienu nħarġu jew ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 fiż-żmien rilevanti.”;

4.

fl-Anness XII, it-terminu “bond kopert jumbo li jikkonforma mal-UCITS” huwa ssostitwit bit-terminu “bond kopert jumbo”.


ANNESS II

L-Anness IXc ġdid li ġej huwa miżjud:

“ANNESS IXc

IL-KRITERJI TA’ AĊĊETTAZZJONI TAL-ECAI U L-PROĊESS TA’ APPLIKAZZJONI

Dan l-Anness jistabbilixxi fid-dettall il-kriterji ta’ aċċettazzjoni għal istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu (ECAIs) u l-proċess għal aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu (CRA) biex japplikaw biex jiġu aċċettati bħala ECAI skont il-qafas ta’ valutazzjoni tal-kreditu tal-Eurosistema (ECAF), kif ipprovdut fl-Artikolu 120 ta’ din il-Linja Gwida.

I.   IL-PROĊESS TA’ APPLIKAZZJONI GĦALL-AĊĊETTAZZJONI BĦALA ECAI SKONT L-ECAF

1.

Applikazzjoni minn CRA għall-aċċettazzjoni bħala ECAI skont l-ECAF trid tiġi sottomessa lid-Direttorat tal-Ġestjoni tar-Riskji tal-BĊE (DRMSecretariat@ecb.europa.eu). L-applikazzjoni għandha tipprovdi raġunament xieraq u dokumentazzjoni ta’ sostenn kif stabbilit fit-Taqsima II, li turi l-konformità tal-applikant mar-rekwiżiti għall-ECAIs stabbiliti f’din il-Linja Gwida. L-applikazzjoni, ir-raġunament u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn għandhom ikunu ppreżentati bil-miktub bl-Ingliż, permezz ta’ kwalunkwe mudell applikabbli u f’format elettroniku.

2.

Fl-ewwel stadju tal-proċess ta’ applikazzjoni, is-CRA trid turi l-konformità tagħha mar-rekwiżiti ta’ kopertura rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 120 ta’ din il-Linja Gwida u fl-Anness IXa għaliha, kif ukoll f’dan l-Anness, u, jekk l-applikazzjoni tas-CRA li għandha tiġi aċċettata taħt l-ECAF kienet irrifjutata qabel mill-Eurosistema, kif indirizzat in-nonkonformità preċedenti tagħha. Il-passi individwali f’dan l-ewwel stadju huma kif ġej.

(a)

Is-CRA għandha tipprovdi lill-BĊE d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni stabbiliti fit-Taqsima II.1 hawn taħt. Is-CRA tista’ tipprovdi wkoll kwalunkwe informazzjoni oħra li tqis rilevanti biex turi l-konformità tagħha mar-rekwiżiti ta’ kopertura rilevanti u, jekk applikabbli, kif is-CRA rrimedjat in-nonkonformità preċedenti tagħha.

(b)

Il-BĊE jivvaluta jekk id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni pprovduti fit-Taqsima II.1 hijiex kompluta. Jekk l-informazzjoni ma tkunx kompluta, il-BĊE jitlob lis-CRA biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali.

(c)

F’konformità mat-Taqsima II.2, il-BĊE jista’ jitlob kwalunkwe informazzjoni supplimentari neċessarja biex jibda l-valutazzjoni tiegħu tal-konformità tas-CRA mar-rekwiżiti ta’ kopertura rilevanti u, jekk applikabbli, kif is-CRA rrimedjat in-nonkonformità preċedenti tagħha.

(d)

Wara li l-BĊE jkun ivvaluta applikazzjoni bħala kompluta u wara li jkun talab u rċieva kwalunkwe informazzjoni supplimentari, jekk ikun meħtieġ, il-BĊE jinnotifika lis-CRA kif meħtieġ.

(e)

Il-BĊE jivvaluta jekk is-CRA tikkonformax mar-rekwiżiti ta’ kopertura rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 120 ta’ din il-Linja Gwida u fl-Anness IXa għaliha, kif ukoll f’dan l-Anness, abbażi tal-informazzjoni pprovduta skont it-Taqsima II.1 u 2, filwaqt li jieħu kemm perspettiva kwantitattiva kif ukoll kwalitattiva tal-kunċett ta’ kopertura kif speċifikat aktar fit-Taqsima III.2.

(f)

Bħala parti mill-valutazzjoni tiegħu tal-konformità tas-CRA mar-rekwiżiti ta’ kopertura rilevanti, il-BĊE jista’ jitlob lis-CRA tagħti aċċess għar-rapporti ta’ klassifikazzjoni biex turi l-konformità tal-klassifikazzjonijiet mar-rekwiżiti tal-ECAF.

(g)

Il-BĊE jista’ jitlob kjarifiki jew informazzjoni addizzjonali mingħand is-CRA fi kwalunkwe ħin matul il-valutazzjoni tiegħu tar-rekwiżiti ta’ kopertura rilevanti u, jekk applikabbli, kif is-CRA tkun irrimedjat in-nonkonformità preċedenti tagħha.

(h)

L-Eurosistema tadotta deċiżjoni motivata dwar il-konformità tas-CRA mar-rekwiżiti ta’ kopertura rilevanti u, jekk applikabbli, kif is-CRA tkun irrimedjat in-nonkonformità preċedenti tagħha. Hija tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lis-CRA kkonċernata. Fejn l-Eurosistema tiddeċiedi li s-CRA ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ kopertura rilevanti u/jew, jekk applikabbli, ma tkunx irrimedjat in-nonkonformità preċedenti tagħha, hija tipprovdi raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha fin-notifika.

(i)

Fl-istess ħin ma’ kwalunkwe deċiżjoni nnotifikata lis-CRA taħt il-punt (h), l-Eurosistema tinnotifika lis-CRA dwar jekk hija teżerċitax id-dritt riżervat tagħha li tiddeċiedi li ma tibdiex proċedura ta’ aċċettazzjoni fl-ECAF skont l-Artikolu 120(2) ta’ din il-Linja Gwida, jiġifieri, li ma tippermettix lil CRA tipproċedi għat-tieni stadju tal-proċess ta’ applikazzjoni. L-Eurosistema tipprovdi raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha fin-notifika. Sabiex tappoġġa tali deċiżjoni, l-Eurosistema tista’ tikkunsidra, fost affarijiet oħra, jekk l-informazzjoni pprovduta mis-CRA jew idderivata minn sorsi oħra tqajjimx tħassib materjali li l-aċċettazzjoni tas-CRA fl-ECAF tipprevjeni l-implimentazzjoni effiċjenti tal-ECAF jew ma tkunx skont il-prinċipji tal-funzjoni tal-kontroll tar-riskju tal-ECAF għall-qafas ta’ kollateral tal-Eurosistema.

3.

Jekk il-BĊE jiddeċiedi li s-CRA tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ kopertura rilevanti u, fejn applikabbli, tkun irrimedjat in-nonkonformità preċedenti tagħha u l-BĊE jiddeċiedi li jibda proċedura ta’ aċċettazzjoni fl-ECAF, is-CRA tista’ tipproċedi għat-tieni stadju tal-proċess ta’ applikazzjoni. Fit-tieni stadju, is-CRA trid turi li hija konformi mar-rekwiżiti rilevanti l-oħra kollha stabbiliti f’din il-Linja Gwida. Il-passi individwali fit-tieni stadju huma kif ġej.

(a)

Is-CRA għandha tipprovdi lill-BĊE d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni stabbiliti fit-Taqsima II.3. Is-CRA tista’ tipprovdi wkoll kwalunkwe informazzjoni oħra li tqis rilevanti biex turi l-konformità tagħha mar-rekwiżiti stabbiliti f’din il-Linja Gwida.

(b)

Il-BĊE jivvaluta jekk id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni pprovduti b’rabta mat-Taqsima II.3 humiex kompluti. Jekk l-informazzjoni ma tkunx kompluta, il-BĊE jitlob lis-CRA biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali.

(c)

Skont it-Taqsima II.4, il-BĊE jista’ jitlob kwalunkwe informazzjoni supplimentari meħtieġa biex jibda l-valutazzjoni tiegħu tal-konformità tas-CRA mar-rekwiżiti stabbiliti f’din il-Linja Gwida.

(d)

Wara li l-BĊE jkun ivvaluta applikazzjoni bħala kompluta u wara li jkun talab u rċieva kwalunkwe informazzjoni supplimentari, jekk ikun meħtieġ, b’rabta mal-kopertura, il-BĊE jinnotifika lis-CRA kif meħtieġ.

(e)

L-Eurosistema tivvaluta jekk is-CRA tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f’din il-Linja Gwida abbażi tad-dokumentazzjoni u l-informazzjoni pprovduti skont it-Taqsima II.3 u 4 u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra disponibbli minn sorsi oħra, inkluż is-sit elettroniku tas-CRA. Hija twettaq il-valutazzjoni tagħha bil-ħsieb li tiżgura l-implimentazzjoni effiċjenti tal-ECAF, billi żżomm ir-rekwiżit tal-Eurosistema għal standards ta’ kreditu għoljin għal assi eliġibbli u tissalvagwardja l-funzjoni ta’ kontroll tar-riskju tal-ECAF għall-qafas ta’ kollateral tal-Eurosistema.

(f)

Bħala parti mill-valutazzjoni tagħha tal-kapaċità tas-CRA li tissodisfa l-kriterji u r-regoli tal-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-ECAF, l-Eurosistema tapplika l-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-ECAF deskritt fl-Artikolu 126 ta’ din il-Linja Gwida, għall-klassifikazzjonijiet tas-CRA, billi tkopri mill-inqas tliet snin u preferibbilment ħames snin qabel l-applikazzjoni, skont it-Taqsima II.3 u t-Taqsima III. L-Eurosistema tista’ tivvaluta wkoll il-klassifikazzjonijiet attwali tas-CRA meta mqabbla ma’ sistemi oħra ta’ valutazzjoni tal-kreditu, abbażi tal-esperjenza u l-għarfien tagħha miksuba taħt l-ECAF.

(g)

Bħala parti mill-valutazzjoni tagħha, l-Eurosistema tista’ titlob lis-CRA tagħmel arranġamenti għal żjara waħda jew aktar fuq il-post mill-persunal tal-Eurosistema fil-bini tas-CRA u/jew għal laqgħat diretti tal-persunal tas-CRA rilevanti mal-persunal tal-Eurosistema fil-bini tal-BĊE. Jekk tkun meħtieġa żjara jew laqgħa bħal dik, għandha tiġi kkunsidrata bħala rekwiżit obbligatorju tal-proċess tal-applikazzjoni.

(h)

Bħala parti mill-valutazzjoni tagħha, l-Eurosistema tista’ teħtieġ li s-CRA tagħti aċċess għar-rapporti ta’ klassifikazzjoni biex turi l-konformità tal-klassifikazzjonijiet tal-assi mar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni stabbiliti fl-Anness IXb u d-disponibbiltà ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni fl-Artikolu 120 speċifikati aktar fit-Taqsima III.3.

(i)

L-Eurosistema tista’ titlob kjarifiki jew informazzjoni addizzjonali mis-CRA fi kwalunkwe ħin matul il-valutazzjoni tagħha.

(j)

L-Eurosistema tadotta deċiżjoni motivata dwar il-konformità tas-CRA mar-rekwiżiti stabbiliti f’din il-Linja Gwida u l-aċċettazzjoni tagħha bħala ECAI fl-ECAF. Hija tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lis-CRA kkonċernata. Fejn il-BĊE jiddeċiedi li s-CRA ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti f’din il-Linja Gwida u ma għandhiex tiġi aċċettata bħala ECAI fl-ECAF, huwa għandu jagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu fin-notifika.

(k)

Jekk l-Eurosistema tiddeċiedi li taċċetta lis-CRA bħala ECAI fl-ECAF, il-BĊE jinnotifika wkoll lis-CRA dwar il-passi li jmiss meħtieġa biex is-CRA tiġi integrata bħala ECAI fl-ECAF f’livell operazzjonali.

II.   L-INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA SABIEX APPLIKAZZJONI GĦALL-AĊĊETTAZZJONI FL-ECAF TITQIES KOMPLUTA

1.

Fir-rigward tal-ewwel stadju tal-proċess ta’ applikazzjoni, CRA għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja.

(a)

L-istimi tas-CRA tal-kopertura ta’ klassifikazzjoni tagħha stess.

(b)

Dikjarazzjoni ċċertifikata mis-CRA li tiċċertifika l-konformità tagħha mar-rekwiżiti kollha tal-ECAF li jinsabu f’din il-Linja Gwida li għalihom tista’ tivvaluta l-konformità tagħha stess.

(c)

Data dwar il-klassifikazzjonijiet diżaggregata fuq livell ta’ klassifikazzjoni granulari biex tippermetti lill-BĊE jikkonferma l-konformità tas-CRA mar-rekwiżiti ta’ kopertura rilevanti. Id-data dwar il-klassifikazzjonijiet trid tiġi sottomessa fil-mudelli applikabbli tal-BĊE disponibbli pprovduti mill-BĊE u li fihom struzzjonijiet dwar il-preżentazzjoni tad-data. Id-data għandha tkopri l-klassifikazzjonijiet kollha tal-assi, tal-emittenti u tal-garanti li huma eliġibbli għall-finijiet ta’ ECAF skont din il-Linja Gwida kif ukoll informazzjoni statika dwar l-assi, l-emittenti u l-garanti relatati kif ipprovdut fil-mudelli.

(d)

Data dwar il-klassifikazzjonijiet li turi l-kopertura ta’ klassifikazzjoni meħtieġa fil-ħin tal-applikazzjoni u f’kull waħda mit-tliet snin ta’ qabel l-applikazzjoni, jiġifieri, 36 xahar qabel id-data tal-applikazzjoni. Id-data dwar il-klassifikazzjonijiet trid turi l-kopertura meħtieġa b’ritratti tad-data mkejla f’kull intervall ta’ sitt xhur fis-36 xahar rilevanti qabel l-applikazzjoni.

(e)

Jekk l-applikazzjoni tas-CRA li għandha tiġi aċċettata taħt l-ECAF ġiet miċħuda qabel mill-Eurosistema, dokumentazzjoni ta’ sostenn li turi kif hija indirizzat in-nonkonformità preċedenti tagħha.

2.

Il-BĊE jista’ jitlob informazzjoni supplimentari, pereżempju, li turi l-istabbiltà tal-kopertura tas-CRA matul iż-żmien, il-prattiki tal-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tas-CRA u l-kwalità tal-klassifikazzjonijiet tas-CRA matul il-perijodu ta’ kopertura rilevanti.

3.

Fir-rigward tat-tieni stadju tal-proċess ta’ applikazzjoni, CRA għandha tipprovdi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni li ġejjin:

(a)

Deskrizzjoni tal-organizzazzjoni tas-CRA, inkluża l-istruttura korporattiva u ta’ sjieda tagħha, l-istrateġija tan-negozju tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tal-istrateġija tagħha li żżomm kopertura rilevanti għall-finijiet tal-ECAF, u l-proċess ta’ klassifikazzjoni tagħha, b’mod partikolari kif inhuma komposti l-kumitati tal-klassifikazzjoni u l-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tagħhom.

(b)

Id-dokumenti kollha rilevanti għall-metodoloġiji tagħha ta’ klassifikazzjoni, l-iskala/i ta’ klassifikazzjoni u definizzjonijiet ta’ inadempjenza.

(c)

Rapporti ġodda dwar il-ħruġ, il-klassifikazzjoni u s-sorveljanza relatati mal-klassifikazzjonijiet magħżula mill-BĊE.

(d)

Ir-rekord storiku tal-avvenimenti ta’ inadempjenza tas-CRA li jkopru mill-inqas tliet snin u preferibbilment ħames snin kif ukoll id-definizzjoni ta’ inadempjenza użata mis-CRA, sabiex l-Eurosistema twettaq monitoraġġ ex post tal-prestazzjoni tas-CRA f’konformità mal-qafas ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni. Dan jifforma wkoll il-bażi għall-immappjar tal-klassifikazzjonijiet skont l-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema. Is-sottomissjoni għandha tinkludi:

(i)

data globali diżaggregata dwar il-klassifikazzjonijiet kollha, inklużi dawk li mhumiex eliġibbli għall-ECAF, pereżempju minħabba restrizzjonijiet ġeografiċi jew restrizzjonijiet oħrajn;

(ii)

tabelli korrispondenti ta’ tranżizzjoni tal-klassifikazzjoni u statistika dwar l-inadempjenza.

Id-data tal-klassifikazzjoni diżaggregata trid tiġi ppreżentata fil-mudelli tal-BĊE applikabbli li huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE u li fihom struzzjonijiet dwar il-preżentazzjoni tad-data. Id-data għandha tkopri l-klassifikazzjonijiet kollha tal-assi, tal-emittenti u tal-garanti li huma eliġibbli għall-finijiet tal-ECAF skont din il-Linja Gwida kif ukoll informazzjoni statika dwar l-assi, l-emittenti u l-garanti relatati kif ipprovdut fil-mudelli.

(e)

Informazzjoni dwar l-aspetti operazzjonali ta’ kif l-Eurosistema tkun tista’ taċċessa u tuża l-klassifikazzjonijiet tas-CRA, inklużi l-feed tad-data tas-CRA, it-tariffi u l-arranġamenti kuntrattwali meħtieġa biex jiġu aċċessati l-klassifikazzjonijiet.

4.

Il-BĊE jista’ jitlob informazzjoni supplimentari rilevanti mingħand is-CRA, bħal fir-rigward tal-klassifikazzjonijiet tas-CRA tal-assi, tal-emittenti u tal-garanti li mhumiex eliġibbli taħt l-ECAF, pereżempju, minħabba restrizzjonijiet ġeografiċi.

III.   KRITERJI TA’ AĊĊETTAZZJONI FL-ECAF

1.

Sabiex tiġi aċċettata fl-ECAF, CRA trid tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli f’din il-Linja Gwida, inkluża kopertura rilevanti sabiex tiżgura l-implimentazzjoni effiċjenti tal-ECAF, il-kriterji operazzjonali, id-disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-ECAI u għall-finijiet tal-proċessi ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-kapaċità li jiġu ssodisfati l-kriterji u r-regoli tal-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni ECAF.

2.

Fir-rigward tar-rekwiżit ta’ kopertura rilevanti:

(a)

CRA trid tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ kopertura speċifikati fl-Anness IXa ta’ din il-Linja Gwida.

(b)

klassifikazzjonijiet li fil-fatt inħarġu jew ġew approvati mis-CRA biss skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 fil-mument rilevanti fit-tliet snin ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni huma kkunsidrati mill-Eurosistema; klassifikazzjonijiet retrospettivi mhumiex aċċettati.

(c)

l-Eurosistema tqis l-istabbiltà tal-kopertura rilevanti matul iż-żmien, inkluż il-pass ta’ kwalunkwe żieda jew tnaqqis f’tali kopertura.

3.

Fir-rigward tad-disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-ECAI u għall-finijiet tal-proċessi ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni:

(a)

CRA trid tiżgura livelli għoljin ta’ trasparenza f’dokumenti rilevanti għall-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tagħha u għall-azzjonijiet attwali ta’ klassifikazzjoni. Is-CRA għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tinftiehem valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI, bħar-rapporti tal-klassifikazzjoni jew tas-sorveljanza jew pubblikazzjonijiet oħra fuq is-sit web tagħha, tkun faċilment aċċessibbli u tinftiehem. Jekk klassifikazzjoni tal-assi speċifika ma tikkonformax mar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni applikabbli, din tagħmilha ineliġibbli għall-finijiet tal-ECAF iżda tista’ titqies fil-valutazzjoni tal-Eurosistema tat-trasparenza tal-proċessi ta’ klassifikazzjoni ġenerali tas-CRA.

(b)

CRA trid tiżgura t-trasparenza fir-rigward tal-proċess ta’ klassifikazzjoni tagħha u kif iżżomm prattiki ta’ ħruġ ta’ klassifikazzjoni tajba. Id-dokumenti kollha metodoloġiċi għandhom juru għarfien espert u l-metodoloġiji għandhom iqisu l-informazzjoni kollha rilevanti għall-fini tal-ħruġ tal-valutazzjonijiet tal-kreditu. F’dan ir-rigward, l-Eurosistema tista’ tanalizza, fost affarijiet oħra, in-numru ta’ klassifikazzjonijiet maħruġa għal kull analista, id-daqs, il-kompożizzjoni u l-kompetenza tal-membri tal-kumitat ta’ klassifikazzjoni, il-grad ta’ indipendenza tal-kumitat ta’ klassifikazzjoni mill-analisti tal-klassifikazzjonijiet, il-frekwenza ta’ reviżjonijiet tal-klassifikazzjonijiet u r-raġunijiet għal ħruġ kbir ta’ klassifikazzjonijiet. L-Eurosistema tista’ tikkunsidra kwalunkwe miżura superviżorja attwali u preċedenti mill-ESMA kontra CRA skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 fil-valutazzjoni tagħha tal-affidabbiltà u l-kwalità ta’ proċessi u prattiki ta’ klassifikazzjoni ta’ CRA.

(c)

CRA għandha tapplika l-metodoloġiji tagħha b’mod konsistenti għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħha.

4.

Fir-rigward tal-kapaċità ta’ CRA li tissodisfa l-kriterji u r-regoli tal-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-ECAF, il-prestazzjoni tal-klassifikazzjonijiet ta’ CRA u l-assenjazzjonijiet ta’ inadempjenza tagħha jridu jkunu konsistenti tul iż-żmien biex (a) jiżguraw l-immappjar xieraq tal-informazzjoni tal-valutazzjoni tal-kreditu pprovduta mis-sistema ta’ valutazzjoni tal-kreditu skont l-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema u (b) biex iżommu l-komparabbiltà tar-riżultati mill-valutazzjonijiet tal-kreditu tas-CRA fis-sistemi u s-sorsi tal-ECAF. It-tabelli ta’ tranżizzjoni tal-klassifikazzjoni osservati u l-istatistika tal-inadempjenza tas-CRA għandhom ikunu konformi mal-valuri mistennija abbażi tal-iskali tal-klassifikazzjoni tas-CRA stess, għaliex, kif stabbilit fl-Anness IX għal din il-Linja Gwida, id-devjazzjonijiet bejn ir-rati ta’ inadempjenza osservati u l-probabbiltà ta’ inadempjenza assenjata jistgħu jixħtu dubju fuq il-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-kreditu, u b’hekk ixekklu l-implimentazzjoni effiċjenti tal-ECAF.

5.

Fir-rigward tal-kriterji operazzjonali:

(a)

CRA għandha tipprovdi informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni ta’ kuljum lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema skont il-format u l-metodu ta’ distribuzzjoni meħtieġ mill-Eurosistema;

(b)

CRA trid tiżgura aċċess fil-pront lill-Eurosistema għal informazzjoni rilevanti dwar il-klassifikazzjoni li hija meħtieġa għar-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà u ta’ monitoraġġ kontinwu tal-ECAF, inklużi stqarrijiet għall-istampa, rapporti ta’ ħruġ ġodda, rapporti ta’ sorveljanza, informazzjoni dwar il-kopertura ta’ klassifikazzjoni, b’użu effiċjenti tar-riżorsi u b’kosteffiċjenza;

(c)

CRA trid tkun lesta li tidħol f’arranġamenti kuntrattwali mal-Eurosistema f’każ li tiġi aċċettata fl-ECAF b’aċċess suffiċjenti għad-data u bi ħlasijiet raġonevoli għall-aċċess.

6.

Il-kriterji kollha ta’ aċċettazzjoni fl-ECAF għandhom jiġu ssodisfati sabiex CRA tiġi aċċettata fl-ECAF. Peress li l-applikazzjoni għall-aċċettazzjoni fl-ECAF teħtieġ valutazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva teknika ħafna, l-Eurosistema tista’ tivvaluta aktar fatturi rilevanti relatati mar-rekwiżiti ta’ din il-Linja Gwida dwar l-ECAF, jekk meħtieġ.

IV.   IL-KRITERJI TA’ AĊĊETTAZZJONI FL-ECAF GĦALL-ECAIS U L-KONFORMITÀ MATUL IŻ-ŻMIEN

1.

Il-kriterji ta’ aċċettazzjoni għall-ECAIs iridu jiġu ssodisfati mis-CRAs fiż-żmien tal-applikazzjoni tagħhom għal aċċettazzjoni u f’kull ħin wara l-aċċettazzjoni tagħhom skont l-ECAF.

2.

L-Eurosistema tista’ tapplika miżuri skont l-Artikolu 126 ta’ din il-Linja Gwida għal CRA li:

(a)

tkun ġiet aċċettata fl-ECAF wara li tkun għamlet dikjarazzjonijiet foloz jew bi kwalunkwe mezz irregolari ieħor; jew

(b)

ma tibqax tissodisfa l-kriterji ta’ aċċettazzjoni għall-ECAF.

Meta tinnotifika lis-CRA bid-deċiżjoni tagħha li tapplika miżuri skont l-Artikolu 126, l-Eurosistema tipprovdi raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.


13.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 379/92


LINJA GWIDA (UE) 2020/1691 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-25 ta’ Settembru 2020

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/31 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral

(BĊE/2020/47)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari lewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 5.1, 12.1, 14.3 u 18.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Titoli ggarantiti b’assi li l-assi sottostanti tagħhom jinkludu selfiet b’ipoteka residenzjali jew selfiet lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju, jew it-tnejn li huma, u li ma jissodisfawx ċerti rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 3(5) tal-Linja Gwida BĊE/2014/31 (1) m’għandhomx ikomplu jkunu eliġibbli bħala kollateral tal-Eurosistema, fid-dawl tal-fatt li din il-klassi ta’ assi qatt ma ntużat.

(2)

Il-metodu tal-kalkolu ta’ penali finanzjarji f’każijiet fejn il-pretensjonijiet tal-kreditu li mhumiex konformi mal-Artikolu 154(1)(c) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (2) huma inklużi f’aggregazzjoni ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu addizzjonali taħt l-Artikolu 4 tal-Linja Gwida BĊE/2014/31 għandu jiġi emendat sabiex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ penali finanzjarji sproporzjonati.

(3)

Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2014/31 għandha tiġi emendata f’dan is-sens,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida BĊE/2014/31 hija emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 3, jitħassar il-paragrafu 5;

2.

L-Artikolu 4 huwa emendat skont kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-BĊNi li jiddeċiedu li jaċċettaw pretensjonijiet ta’ kreditu skont il-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu kriterji ta’ eliġibbiltà u miżuri għall-kontroll tar-riskju għal dan il-għan billi jispeċifikaw devjazzjonijiet mir-rekwiżiti tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).”;

(b)

il-paragrafu 5 li ġej huwa miżjud:

“5.   Għal nuqqas ta’ konformità ma’ obbligu msemmi fl-Artikolu 154(1)(c) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), is-somma tal-valuri bi ksur ta’ tali obbligu tal-pretensjonijiet ta’ kreditu kollha mhux konformi individwali inklużi f’aggregazzjoni ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-penali finanzjarja skont l-Anness VII ta’ dik il-Linja Gwida.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.