ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 362

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
30 ta' Ottubru 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1578 tad-29 ta’ Ottubru 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2015/1755 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1579 tad-29 ta’ Ottubru 2020 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2021 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1580 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2020/721 biex tinkludi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea waqt il-75 sessjoni tal-Kumitat tal-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, u waqt il-102 sessjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ ċirkolari MSC-MEPC.5 dwar Mudell ta’ Ftehim għall-awtorizzazzjoni ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f’isem l-Amministrazzjoni

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1581 tat-23 ta’ Ottubru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-aġġornament tal-Anness XIII (Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali) għall-Ftehim

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1582 tat-23 ta’ Ottubru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-laqgħat tal-Partijiet għall-Ftehim għall-prevenzjoni tas-sajd mhux regolat fl-ibħra miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali

20

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1583 tat-23 ta’ Ottubru 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat ta’ Sħubija stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-lista ta’ individwi biex iservu bħala arbitri fi proċeduri ta’ soluzzjoni tat-tilwim

23

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1584 tas-26 ta’ Ottubru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali fir-rigward tal-adozzjoni tal-Emenda 46 għall-Parti I tal-Anness 6 u l-Emenda 39 għall-Parti II tal-Anness 6 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, relatati mad-differiment tar-rekwiżit futur għall-ekwipaġġ ta’ reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-pilota ta’ 25 siegħa sabiex jiġu evitati konsegwenzi mhux intenzjonati minħabba l-pandemija tal-COVID-19

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1585 tad-29 ta’ Ottubru 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1586 tad-29 ta’ Ottubru 2020 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova

29

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1587 tad-29 ta’ Ottubru 2020 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tielet pagament parzjali għall-2020

30

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

30.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 362/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1578

tad-29 ta’ Ottubru 2020

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2015/1755 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755 tal-1 ta’ Ottubru 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Ottubru 2015, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2015/1755.

(2)

Abbażi ta’ rieżami mill-Kunsill, jenħtieġ li tiġi emendata l-informazzjoni dwar żewġ persuni fiżiċi fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/1755.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/1755 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/1755 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 257, 2.10.2015, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/1755, l-entrati 1 u 2 taħt l-intestatura “Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2” huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

“1.

Godefroid BIZIMANA

Ġeneru: Raġel

Data tat-twelid: 23.4.1968

Post tat-twelid: Nyagaseke, Mabayi, Cibitoke

Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: DP0001520

“Chargé de missions de la Présidence” u eks Viċi Direttur Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali. Fil-31 ta’ Diċembru 2019, is-Sur Bizimana ġie promoss għall-grad ta’ Kap Kummissarju tal-Pulizija. Responsabbli li dgħajjef id‐demokrazija billi ħa deċiżjonijiet operazzjonali li wasslu għal użu sproporzjonat ta’ forza u atti ta’ repressjoni vjolenti lejn dimostrazzjonijiet paċifiċi li bdew fis-26 ta’ April 2015 wara li tħabbret il-kandidatura presidenzjali tal-President Nkurunziza.

2.

Gervais NDIRAKOBUCA psewdonimu NDAKUGARIKA

Ġeneru: Raġel

Data tat-Twelid: 1.8.1970

Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: DP0000761

Ministru għall-Intern, l-Iżvilupp tal-Komunità u s-Sigurtà Pubblika minn Ġunju 2020. Eks kap tal-Kabinett tal-Amministrazzjoni Presidenzjali (Présidence) responsabbli għal kwistjonijiet relatati mal-Pulizija Nazzjonali bejn Mejju 2013 u Novembru 2019 u eks Direttur Ġenerali tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence bejn Novembru 2019 u Ġunju 2020. Responsabbli li fixkel it-tfittxija għal soluzzjoni politika fil-Burundi billi ta struzzjonijiet li wasslu għal użu sproporzjonat ta’ forza, atti ta’ vjolenza, atti ta’ repressjoni u ksur tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-konfront ta’ persuni li ħadu sehem fi protesti mis-26 ta’ April 2015 ’ il quddiem, wara li tħabbret il-kandidatura presidenzjali tal-President Nkurunziza, inkluż fis-26, 27 u t-28 ta’ April 2015 fid-distretti ta’ Nyakabiga u Musaga f’Bujumbura.”


30.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 362/3


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/1579

tad-29 ta’ Ottubru 2020

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2021 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jirrikjedi li jiġu adottati miżuri ta’ konservazzjoni li jqisu l-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli, inkluż, fejn rilevanti, ir-rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd u minn korpi konsultattivi oħra, kif ukoll pariri mogħtija minn Kunsilli Konsultattivi stabbiliti għaż-żoni ġeografiċi jew l-oqsma ta’ kompetenza u rakkomandazzjonijiet konġunti li jsiru mill-Istati Membri.

(2)

Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta miżuri dwar l-istabbiliment u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, inkluż ċerti kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom b’mod funzjonali, kif xieraq. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu allokati lill-Istati Membri b’tali mod li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta’ kull Stat Membru għal kull stokk jew attività tas-sajd filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li l-objettiv tal-PKS huwa li, fejn possibbli, sal-2015 tinkiseb ir-rata ta’ sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli (MSY) u, b’mod progressiv u inkrementali, sa mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha.

(4)

Għalhekk, il-qabdiet totali permissibbli (TACs) jenħtieġ li jiġu stabbiliti, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli, filwaqt li jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi u jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll wara li jitqiesu l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati espressi waqt il-konsultazzjoni.

(5)

Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (“il-pjan”). Il-pjan għandu l-għan li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jirkupra l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada u jżommhom ’il fuq mil-livelli li jistgħu jipproduċu l-MSY. Għal dan il-għan, il-mortalità mis-sajd fil-mira għall-istokkijiet ikkonċernati, espressa fil-meded, għandha tinkiseb kemm jista’ jkun malajr u, b’mod progressiv u inkrementali, sal-2020. Huwa xieraq li l-limiti tal-qbid applikabbli fl-2021 għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, tal-aringi u tal-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku jiġu stabbiliti f’konformità mal-objettivi tal-pjan.

(6)

Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (‘ICES’) indika li l-bijomassa tal-aringa tal-Baltiku tal-Punent fis-suddiviżjonijiet 20- 24 tal-ICES hija biss 48 % mill-punt ta’ referenza ta’ limitu tal-bijomassa ta’ stokk riproduttiva (Blim), li taħtu huwa possibbli li l-kapaċità riproduttiva titnaqqas. Għalhekk, il-parir xjentifiku maħruġ mill-ICES fid-29 ta’ Mejju 2020 fil-parir annwali tiegħu dwar l-istokkijiet kien li jsirx sajd għall-aringa tal-Baltiku tal-Punent. Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2016/1139, jenħtieġ li jiġu adottati l-miżuri ta’ rimedju xierqa kollha biex jiġi żgurat li l-istokk ikkonċernat jitreġġa’ lura malajr għal livelli ogħla mil-livell li kapaċi jipproduċi MSY. Barra minn hekk, dik id-dispożizzjoni tirrikjedi li jiġu adottati miżuri ta’ rimedju ulterjuri. Għal dan il-għan, jinħtieġ li titqies l-iskeda ta’ żmien għall-kisba tal-objettivi tal-PKS b’mod ġenerali u tal-pjan b’mod partikolari bil-ħsieb tal-effett mistenni tal-miżuri ta’ rimedju adottati, filwaqt li fl-istess ħin jiġu rispettati l-objettivi għall-kisba tal-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Għalhekk u skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2016/1139, huwa xieraq li l-opportunitajiet tas-sajd għall-aringa tal-Baltiku tal-Punent jiġu stabbiliti taħt il-meded tal-mortalità mis-sajd, sabiex jitqies it-tnaqqis fil-bijomassa għal dak l-istokk fis-suddiviżjonijiet 20-24 tal-ICES.

(7)

Fir-rigward tal-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, mill-2019, l-ICES seta’ jibbaża il-parir ta’ prekawzjoni tiegħu fuq valutazzjoni aktar rikka minn dak li kien possibbli qabel.. L-ICES jistma li l-bijomassa tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant kienet anqas minn Blim fl-2019 u kompliet tonqos minn dak iż-żmien. Għalhekk, l-ICES tenna l-parir tiegħu għall-2021 dwar qabdiet żero tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant. Madanakollu, l-ICES ma kienx f’pożizzjoni li jiddetermina l-valuri tal-meded tal-mortalità mis-sajd. Bħas-sena li għaddiet, jekk l-opportunitajiet tas-sajd għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant kellhom jiġu stabbiliti fil-livell indikat fil-parir xjentifiku, l-obbligu li jinħattu l-art il-qabdiet kollha f’sajd imħallat b’qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant iwassal għall-fenomenu ta’ “speċijiet bi kwota limitanti”. Sabiex jinstab il-bilanċ it-tajjeb bejn il-kontinwazzjoni tas-sajd bil-ħsieb tal-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi potenzjalment severi tal-projbizzjoni tal-qabdiet kollha tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, u l-ħtieġa li jinkiseb status bijoloġiku tajjeb għall-istokk, filwaqt li titqies id-diffikultà tas-sajd tal-istokkijiet kollha f’sajd imħallat b’MSY fl-istess ħin, huwa xieraq li tiġi stabbilita TAC speċifika għall-qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2016/1139.

(8)

F’Mejju 2020, l-ICES ta parir aġġornat dwar il-livelli ta’ qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw f’sajd ieħor. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd f’konformità ma’ dak il-parir speċjali, bl-eżenzjoni tal-operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiva ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi u f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2016/1139 għandhom jiġu adottati miżuri ta’ rimedju addizzjonali biex jiġi żgurat li l-istokk jitreġġa’ lura malajr għal livelli ogħla mil-livell li kapaċi jipproduċi MSY. Il-parir xjentifiku jindika li l-għeluq fiż-żmien riproduttiv b’mod partikolari jista’ jkollu benefiċċji addizzjonali għal stokk li ma jistgħux jinkisbu bit-TAC biss, pereżempju żieda fir-reklutaġġ permezz ta’ riproduzzjoni bla xkiel. Għalhekk huwa xieraq li jinżamm l-għeluq fiż-żmien riproduttiv tas-sajf eżistenti. Barra minn hekk, il-parir xjentifiku jindika li l-importanza relattiva tas-sajd rikreattiv tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant tiddependi fuq il-livell tat-TAC. Minħabba t-TAC imnaqqsa ħafna, il-kwantitajiet maqbuda fis-sajd rikreattiv huma kkunsidrati sostanzjali u għalhekk huwa xieraq li tinżamm il-projbizzjoni tas-sajd rikreattiv għall-bakkaljaw fis-suddiviżjonijiet 25 u 26 tal-ICES fejn il-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant huwa l-aktar abbundanti.

(9)

Fir-rigward tal-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent, l-ICES irreveda ’l isfel il-bijomassa stmata u jistma li l-bijomassa tal-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent ma rkuprax ’il fuq mill-punt ta’ referenza tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk li taħtu għandha tittieħed azzjoni ta’ ġestjoni speċifika u xierqa (Btrigger). Għalhekk huwa xieraq li jinżammu l-miżuri ta’ akkumpanjament introdotti għall-2020 u li jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2016/1139 filwaqt li jitqiesu l-livelli ta’ bakkaljaw maqbud b’mod aċċessorju f’sajd ieħor fis-suddiviżjoni 24 tal-ICES kif irrakkomandat mill-ICES, sabiex ikun hemm koerenza mal-approċċ segwit fiż-żona ta’ ġestjoni tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant. Barra minn hekk, il-parir xjentifiku jindika li l-istokkijiet tal-bakkaljaw tal-Punent u tal-Lvant jitħalltu fis-suddiviżjoni 24 tal-ICES. Sabiex jitħares l-istokk tal-bakkaljaw tal-Lvant u jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwi maż-żona ta’ ġestjoni tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, jenħtieġ li l-użu tat-TAC fis-suddiviżjoni 24 tal-ICES ikompli jkun limitat għal qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw bl-eċċezzjoni tal-operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiva ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi u f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241 u għas-sajjieda kostali fuq skala żgħira li jistadu bi rkaptu tas-sajd passiv f’żoni sa sitt mili nawtiċi mill-kosta fejn il-fond tal-ilma huwa anqas minn 20 metru peress li l-bakkaljaw tal-Punent jinstab predominanti f’dawk iż-żoni kostali baxxi. Barra minn hekk, il-perijodu ta’ għeluq fis-suddiviżjoni 24 tal-ICES jenħtieġ li jiġi allinjat mal-perijodu ta’ għeluq fis-suddiviżjonijiet 25 u 26 tal-ICES sabiex tiġi żgurata protezzjoni ekwivalenti konsistenti mal-parir tal-ICES.

(10)

Għaldaqstant, u sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwi mas-suddiviżjonijiet 25 u 26 tal-ICES, is-sajd rikreattiv għall-bakkaljaw fis-suddiviżjoni 24 tal-ICES jenħtieġ li jiġi pprojbit lil hinn minn sitt mili nawtiċi mill-kosta. Barra minn hekk, peress li l-parir xjentifiku jindika li s-sajd rikreattiv jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-mortalità globali mis-sajd ta’ dak l-istokk u filwaqt li jitqies l-istatus ta’ dak l-istokk u t-tnaqqis tat-TAC, jenħtieġ li jinżamm il-limitu tal-qabda ta’ kuljum għal kull sajjied. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-istabbiltà relattiva applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd kummerċjali. Fl-aħħar nett, minħabba l-istatus fraġli tal-istokk u l-fatt li l-parir xjentifiku jindika li l-għeluq fiż-żmien riproduttiv, b’mod partikolari, jista’ jkollu benefiċċji addizzjonali għal stokk li ma jistgħux jinkisbu bit-TAC biss, pereżempju żieda fir-reklutaġġ permezz ta’ riproduzzjoni bla xkiel, jenħtieġ li jinżamm l-għeluq riproduttiv tax-xitwa, bl-eżenzjoni għal ċerti sajjieda kostali fuq skala żgħira u għal attivitajiet tas-sajd li jsiru biss għall-finijiet tal-investigazzjonijiet xjentifiċi u f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241.

(11)

L-ICES jistma li l-bijomassa tal-aringa tal-Baltiku ċentrali waqgħet taħt il-punt ta’ referenza tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk li taħtu għandha tittieħed azzjoni ta’ ġestjoni speċifika u xierqa (Btrigger). Huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2016/1139.

(12)

Skont il-parir tal-ICES, il-bakkaljaw jinqabad b’mod aċċessorju fis-sajd tal-barbun tat-tbajja’. Barra minn hekk, il-laċċa kaħla tinqabad f’sajd imħallat mal-aringa u hija speċi tal-priża għall-bakkaljaw. Huwa xieraq li jitqiesu dawk il-kunsiderazzjonijiet ta’ bejn l-ispeċijiet biex jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd għall-barbun tat-tbajja’ u l-laċċa kaħla.

(13)

Sabiex jiġi żgurat l-użu sħiħ tal-opportunitajiet tas-sajd kostali, ilha li ġiet introdotta flessibbiltà limitata bejn iż-żoni għas-salamun mis-suddiviżjonijiet 22-31 sas-suddiviżjoni 32 tal-ICES fl-2019. Minħabba l-bidliet fl-opportunitajiet tas-sajd għal dawk iż-żewġ stokkijiet, huwa xieraq li tiżdied dik il-flessibbiltà.

(14)

L-introduzzjoni ta’ projbizzjoni tas-sajd għat-trota tal-baħar lil hinn minn erba’ mili nawtiċi u ta’ limitazzjoni tal-qabdiet aċċessorji tat-trota tal-baħar għal 3 % tal-qabda kkombinata tat-trota tal-baħar u tas-salamun ikkontribwixxiet sa ċertu punt għal tnaqqis sostanzjali ta’ rappurtar ħażin tal-qabdiet fis-sajd għas-salamun li qabel kien sinifikanti, b’mod partikolari bħala qabdiet ta’ trota tal-baħar. Huwa għalhekk xieraq li tinżamm dik id-dispożizzjoni sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-rappurtar ħażin.

(15)

L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd stabbilit f’dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (4), u b’mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 tiegħu li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni tal-qabdiet u l-isforz tas-sajd, kif ukoll għat-trażmissjoni tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd lill-Kummissjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jispeċifika l-kodiċijiet relatati mal-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jibagħtu d-data lill-Kummissjoni.

(16)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (5) introduċa kondizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs inkluż, skont l-Artikoli 3 u 4, id-dispożizzjonijiet għat-TACs prekawzjonarji u analitiċi. Skont l-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, meta jistabbilixxi t-TACs, il-Kunsill għandu jiddeċiedi liema huma l-istokkijiet li għalihom ma għandhomx japplikaw l-Artikoli 3 jew 4, b’mod partikolari abbażi tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet. Aktar reċentement, l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 daħħal il-mekkaniżmu tal-flessibbiltà minn sena għal sena għall-istokkijiet kollha li huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art. Għalhekk, sabiex tiġi evitata l-flessibbiltà eċċessiva li ddgħajjef il-prinċipju tal-isfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar, li xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-PKS u li tikkawża d-deterjorament tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet, jenħtieġ li jiġi stabbilit li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplikaw għat-TACs analitiċi biss fejn ma tintużax il-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(17)

Barra minn hekk, peress li l-bijomassa tal-istokk ta’ bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant tinsab taħt il-Blim u li s-sajd aċċessorju u xjentifiku biss huwa permess fl-2021, l-Istati Membri ntrabtu li ma japplikawx l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għal dan l-istokk għat-trasferimenti mill-2020 għall-2021 sabiex il-qabdiet fl-2021 ma jaqbżux it-TAC stabbilita għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant.

(18)

Is-sena tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja fid-diviżjoni 3a tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES hija mill-1 ta’ Novembru sal-31 ta’ Ottubru. Abbażi ta’ parir xjentifiku ġdid, jenħtieġ li tiġi stabbilita TAC preliminari għall-merluzz tan-Norveġja għal dawk iż-żoni. Ir-Renju Unit ma għandux kwota għall-merluzz tan-Norveġja. Madankollu, parti mill-kwota tinqabad fl-ilmijiet tar-Renju Unit. Ir-Renju Unit ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 130(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (6). Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita TAC preliminari għall-opportunitajiet tas-sajd għall-perijodu mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020. Dak it-TAC ser jippermetti l-bidu tal-istaġun tas-sajd. Ir-Renju Unit ser jiġi kkonsultat dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Ottubru 2021. Minkejja l-fatt li r-Renju Unit ma għandu l-ebda sehem tal-kwota f’dan l-istokk, ir-riżorsa hija kondiviża mar-Renju Unit. Għalhekk jenħtieġ li jsiru konsultazzjonijiet dwar il-ġestjoni konġunta tal-istokk wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ tranżizzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2020. Ir-Regolament dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja fid-diviżjoni 3a tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES jenħtieġ li jiġi emendat aktar tard biex jinkludi l-eżitu ta’ dawk il-konsultazzjonijiet, għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Ottubru 2021, biex ikopri s-sena tas-sajd sħiħa mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Ottubru 2021.

(19)

Sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Jannar 2021. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-merluzz tan-Norveġja fid-diviżjoni 3a tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Ottubru 2021. Minħabba l-urġenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut fil-Baħar Baltiku għall-2021 u jemenda ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra stabbiliti bir-Regolament (UE) 2020/123 (7).

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar Baltiku.

2.   Dan ir-Regolament japplika wkoll għas-sajd rikreattiv fejn jissemma espliċitament fid-dispożizzjonijiet rilevanti.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“suddiviżjoni” tfisser suddiviżjoni tal-ICES tal-Baħar Baltiku kif definita fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 218/2009 (8);

(2)

“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser il-kwantità ta’ kull stokk li tista’ tinqabad fuq perijodu ta’ sena;

(3)

“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokat lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz;

(4)

“sajd rikreattiv” tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar għal rikreazzjoni, turiżmu jew sport.

KAPITOLU II

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

Artikolu 4

TACs u allokazzjonijiet

It-TACs, il-kwoti u l-kondizzjonijiet marbutin b’mod funzjonali magħhom, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd

L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri, kif stabbilit f’dan ir-Regolament, għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(a)

skambji li jsiru skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)

tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(c)

ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(d)

kwantitajiet miżmuma f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew trasferiti skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(e)

tnaqqis li jsir skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 6

Kondizzjonijiet għall-ħatt l-art ta’ qabdiet u ta’ qabdiet aċċessorji

L-istokkijiet ta’ speċijiet mhux fil-mira li jinsabu fil-limiti bijoloġiċi sikuri msemmija fl-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li jikkwalifikaw għad-deroga mill-obbligu li l-qabdiet jingħaddu skont il-kwoti rilevanti huma identifikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Għeluq biex jipproteġi l-bakkaljaw li jkun qed ibid

1.   Għandu jkun ipprojbit is-sajd bi kwalunkwe tip ta’ rkaptu tas-sajd fis-suddiviżjonijiet 25 u 26 mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Awwissu,

2.   Eżenzjoni mill-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 għandha tapplika fil-każijiet li ġejjin:

(a)

operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiva tal-investigazzjonijiet xjentifiċi, li jistgħu jitwettqu dment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241;

(b)

bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ anqas minn 12-il metru li jistadu bl-għeżula, bix-xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti tal-qiegħ, bil-konzijiet tal-qiegħ, bil-konzijiet, bil-konzijiet tal-wiċċ, bix-xlief u bl-irkaptu tat-trejjix jew b’irkaptu passiv simili f’żoni fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 20 metru skont il-koordinati fil-mappa nawtika uffiċjali li tinħareġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

(c)

bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu fis-suddiviżjoni 25 fejn il-fond tal-ilma huwa inqas minn 50 metru għall-istokkijiet pelaġiċi għall-konsum dirett mill-bniedem, bl-użu ta’ rkaptu b’daqs tal-malja ta’ 45 mm jew inqas, u li jintgħażel il-ħatt l-art tagħhom.

3.   Għandu jkun ipprojbit li jsir sajd bi kwalunkwe tip ta’ rkaptu tas-sajd fis-suddiviżjonijiet 22 u 23 mill-1 ta’ Frar sal-31 ta’ Marzu, u fis-suddiviżjoni 24 mill-15 ta’ Mejju sal-15 ta’ Awwissu.

4.   Eżenzjoni mill-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 3 għandha tapplika fil-każijiet li ġejjin:

(a)

operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiva tal-investigazzjonijiet xjentifiċi imwettqa f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241;

(b)

bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ anqas minn 12-il metru li jistadu bl-għeżula, bix-xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti tal-qiegħ, bil-konzijiet tal-qiegħ, bil-konzijiet, bil-konzijiet tal-wiċċ, bix-xlief u bl-irkaptu tat-trejjix jew b’irkaptu passiv simili fis-suddiviżjonijiet 22 u 23 f’żoni fejn il-fond tal-ilma huwa inqas minn 20 metru skont il-koordinati fuq il-mappa nawtika uffiċjali li tinħareġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u fis-suddiviżjoni 24 f’żoni sa sitt mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 20 metru skont il-koordinati fuq il-mappa nawtika uffiċjali li tinħareġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

(c)

bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu fis-suddiviżjoni 24 sa sitt mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 40 metru għall-istokkijiet pelaġiċi għall-konsum dirett mill-bniedem, bl-użu ta’ rkapti b’daqs tal-malja ta’ 45 mm jew inqas, u li jintgħażel il-ħatt l-art tagħhom.

5.   Il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punti (b) jew (c) u fil-paragrafu 4, il-punti (b) jew (c) għandhom jiżguraw li l-attività tas-sajd tagħhom tkun tista’ tiġi mmonitorjata f’kull ħin mill-awtoritajiet tal-kontroll tal-Istat Membru.

Artikolu 8

Miżuri dwar is-sajd rikreattiv għall-bakkaljaw fis-suddiviżjonijiet 22-26

1.   Fis-sajd rikreattiv, ma jistgħux jinżammu aktar minn ħames kampjuni ta’ bakkaljaw għal kull sajjied kuljum fis-suddiviżjonijiet 22 u 23 u fis-suddiviżjoni 24 sa sitt mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi, ħlief fil-perijodu mill-1 ta’ Frar sal-31 ta’ Marzu 2021, meta ma jistgħux jinżammu aktar minn żewġ kampjuni ta’ bakkaljaw għal kull sajjied kuljum.

2.   Is-sajd rikreattiv għall-bakkaljaw għandu jiġi pprojbit fis-suddiviżjoni 24 lil hinn mis-sitt mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi, u fis-suddiviżjonijiet 25 u 26.

3.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal miżuri nazzjonali aktar stretti.

Artikolu 9

Miżuri dwar is-sajd għat-trota tal-baħar u għas-salamun fis-suddiviżjonijiet 22-32

1.   Għandu jkun ipprojbit għall-bastimenti tas-sajd li jistadu għat-trota tal-baħar lil hinn minn erba’ mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi fis-suddiviżjonijiet 22-32 mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021. Meta jsir is-sajd għas-salamun f’dawk l-ilmijiet, il-qabdiet aċċessorji tat-trota tal-baħar ma għandhomx jaqbżu t-3 % tal-qabda totali tas-salamun u tat-trota tal-baħar fi kwalunkwe mument abbord jew meta jinħattu l-art wara kull vjaġġ tas-sajd.

2.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal miżuri nazzjonali aktar stretti.

Artikolu 10

Flessibbiltà

1.   Ħlief fejn ikun speċifikat mod ieħor fl-Anness għal dan ir-Regolament, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika għall-istokkijiet soġġetti għal TACs prekawzjonarji u l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw għall-istokkijiet soġġetti għal TAC analitika.

2.   L-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikawx fejn Stat Membru juża l-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 11

Trażmissjoni tad-data

Fejn, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-data dwar il-kwantitajiet tal-istokkijiet maqbuda jew li nħattu l-art, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 12

Emenda għar-Regolament (UE) 2020/123

Fl-Anness IA, it-tabella tal-Opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja u l-qabdiet aċċessorji assoċjati fid-diviżjoni 3a tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati

Trisopterus esmarkii

Żona:

3a; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4

(NOP/2A3A4.)

Perijodu

1 ta’ Novembru 2019 - 31 ta’ Ottubru 2020

1 ta’ Novembru 2020 - 31 ta’ Diċembru 2020

TAC analitika

Danimarka

72 433

 (9)  (11)

29 972

 (9)  (14)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

Ġermanja

14

 (9)  (10)  (11)

6

 (9)  (10)  (14)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

Netherlands

53

 (9)  (10)  (11)

22

 (9)  (10)  (14)

 

Unjoni

72 500

 (9)  (11)

30 000

 (9)  (14)

 

Norveġja

14 500

 (12)

pm

 

 

Gżejjer Faeroe

5 000

 (13)

pm

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

Mhux rilevanti

 

 

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021 ħlief l-Artikolu 12 li għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Ottubru 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).

(6)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiċi ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).

(9)  Sa 5 % tal-kwota jista’ jikkonsisti minn qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu (OT2/*2A3A4). Il-qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu magħduda mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet magħduda mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, magħduda flimkien, ma għandhomx jaqbżu 9 % tal-kwota.

(10)  Il-kwota tista’ tinqabad biss fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a, 3a u 4 tal-ICES.

(11)  Il-kwota tal-Unjoni tista’ tiġi mistada biss mill-1 ta’ Novembru 2019 sal-31 ta’ Ottubru 2020.

(12)  Għandu jintuża għarbiel.

(13)  Għandu jintuża għarbiel. Din il-kwota tinkludi ammont massimu ta’ 15 % ta’ qabdiet aċċessorji li ma jistgħux jiġu evitati (NOP/*2A3A4), li għandhom jiġu magħduda ma’ din il-kwota.

(14)  Il-kwota tal-Unjoni tista’ tiġi mistada mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020.”.


ANNESS

TACs APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIŻ-ŻONI FEJN JEŻISTU T-TACs SKONT L-ISPEĊI U SKONT IŻ-ŻONA

It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn ikun speċifikat mod ieħor) skont l-istokk u l-kondizzjonijiet marbutin magħhom b’mod funzjonali.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

L-istokkijiet tal-ħut huma msemmija skont l-ordni alfabetika tal-ismijiet bil-Latin tal-ispeċijiet.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi Alfa-3

Isem komuni

Clupea harengus

HER

Aringa

Gadus morhua

COD

Bakkaljaw

Pleuronectes platessa

PLE

Barbun tat-tbajja’

Salmo salar

SAL

Salamun tal-Atlantiku

Sprattus sprattus

SPR

Laċċa kaħla


Speċi:

Aringa

Clupea harengus

Żona:

Suddiviżjonijiet 30-31

(HER/30/31.)

Finlandja

53 306

 

 

Żvezja

11 712

 

Unjoni

65 018

 

TAC

65 018

 

TAC prekawzjonarja


Speċi:

Aringa

Clupea harengus

Żona:

Suddiviżjonijiet 22-24

(HER/3BC+24)

Danimarka

221

 

 

Ġermanja

869

 

Finlandja

0

 

Polonja

205

 

Żvezja

280

 

Unjoni

1 575

 

TAC

1 575

 

TAC analitika

L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.


Speċi:

Aringa

Clupea harengus

Żona:

Ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32

(HER/3D-R30)

Danimarka

2 146

 

 

Ġermanja

569

 

Estonja

10 960

 

Finlandja

21 393

 

Latvja

2 705

 

Litwanja

2 848

 

Polonja

24 304

 

Żvezja

32 626

 

Unjoni

97 551

 

TAC

Mhux rilevanti

TAC analitika

L-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament japplika.


Speċi:

Aringa

Clupea harengus

Żona:

Suddiviżjoni 28.1

(HER/03D.RG)

Estonja

18 216

 

 

Latvja

21 230

 

Unjoni

39 446

 

TAC

39 446

 

TAC analitika

L-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament japplika.


Speċi:

Bakkaljaw

Gadus morhua

Żona:

Ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 25-32

(COD/3DX32.)

Danimarka

137

 (1)

 

Ġermanja

54

 (1)

Estonja

13

 (1)

Finlandja

10

 (1)

Latvja

51

 (1)

Litwanja

33

 (1)

Polonja

159

 (1)

Żvezja

138

 (1)

Unjoni

595

 (1)

TAC

Mhux rilevanti

TAC prekawzjonarja

L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.


Speċi:

Bakkaljaw

Gadus morhua

Żona:

Suddiviżjonijiet 22-24

(COD/3BC+24)

Danimarka

1 746

 (2)

 

Ġermanja

854

 (2)

Estonja

39

 (2)

Finlandja

34

 (2)

Latvja

144

 (2)

Litwanja

94

 (2)

Polonja

467

 (2)

Żvezja

622

 (2)

Unjoni

4 000

 (2)

TAC

4 000

 (2)

TAC analitika

L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.


Speċi:

Barbun tat- tbajja’

Pleuronectes platessa

Żona:

Ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 22-32

(PLE/3BCD-C)

Danimarka

5 187

 

 

Ġermanja

576

 

Polonja

1 086

 

Żvezja

391

 

Unjoni

7 240

 

TAC

7 240

 

TAC analitika

L-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament japplika.


Speċi:

Salamun tal-Atlantiku

Salmo salar

Żona:

Ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 22-31

(SAL/3BCD-F)

Danimarka

19 582

 (3)

 

Ġermanja

2 179

( (3)

Estonja

1 990

 (3)  (4)

Finlandja

24 417

 (3)

Latvja

12 455

 (3)

Litwanja

1 464

 (3)

Polonja

5 940

 (3)

Żvezja

26 469

 (3)

Unjoni

94 496

 (3)

TAC

Mhux rilevanti

TAC prekawzjonarja

L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.


Speċi:

Salamun tal-Atlantiku

Salmo salar

Żona:

Ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjoni 32

(SAL/3D32.)

Estonja

911

 (5)

 

Finlandja

7 972

 (5)

Unjoni

8 883

 (5)

TAC

Mhux rilevanti

TAC prekawzjonarja


Speċi:

Laċċa kaħla

Sprattus sprattus

Żona:

Ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 22-32

(HER/3BCD-C)

Danimarka

21 993

 

 

Ġermanja

13 933

 

Estonja

25 539

 

Finlandja

11 513

 

Latvja

30 845

 

Litwanja

11 158

 

Polonja

65 460

 

Żvezja

42 517

 

Unjoni

222 958

 

TAC

Mhux rilevanti

TAC analitika

L-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament japplika.


(1)  Esklużivament għall-qabdiet aċċessorji. Mhux permess l-ebda sajd dirett taħt din il-kwota.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiva tal-investigazzjonijiet xjentifiċi jistgħu jiġu diretti għall-bakkaljaw dment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241.

(2)  Fis-suddiviżjoni 24, esklużivament għall-qabdiet aċċessorji. Mhux permess l-ebda sajd dirett taħt din il-kwota fis-suddiviżjoni 24.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiva tal-investigazzjonijiet xjentifiċi jistgħu jiġu diretti għall-bakkaljaw dment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, is-sajd ta’ din il-kwota fis-suddiviżjoni 24 huwa permess għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ anqas minn 12-il metru li jistadu bl-għeżula, bix-xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti tal-qiegħ, bil-konzijiet tal-qiegħ, bil-konzijiet, bil-konzijiet tal-wiċċ, bix-xlief u bl-irkaptu tat-trejjix jew b’irkaptu passiv simili f’żoni sa sitt mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 20 metru skont il-koordinati fil-mappa nawtika uffiċjali li tinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Il-kaptani ta’ dawk il-bastimenti tas-sajd għandhom jiżguraw li l-attività tas-sajd tagħhom tkun tista’ tiġi mmonitorjata fi kwalunkwe ħin mill-awtoritajiet tal-kontroll tal-Istat Membru.

(3)  Espress fl-għadd ta’ ħutiet individwali.

(4)  Kondizzjoni speċjali: sa 25 % u mhux aktar minn 500 kampjun ta’ din il-kwota jistgħu jiġu mistada fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjoni 32 (SAL/*3D32).

(5)  Espress fl-għadd ta’ ħutiet individwali.


DEĊIŻJONIJIET

30.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 362/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1580

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2020/721 biex tinkludi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea waqt il-75 sessjoni tal-Kumitat tal-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, u waqt il-102 sessjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ ċirkolari MSC-MEPC.5 dwar Mudell ta’ Ftehim għall-awtorizzazzjoni ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f’isem l-Amministrazzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Jenħtieġ li l-għan tal-azzjoni tal-Unjoni fis-settur tat-trasport marittimu jkun li tipproteġi l-ambjent tal-baħar u saħħet il-bniedem u li ttejjeb is-sikurezza marittima.

(2)

Il-Kumitat tas-Sikurezza Marittima tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (“OMI”), matul il-102 sessjoni tiegħu li ser issir mill-4 sal-11 ta’ Novembru 2020 (“MSC 102”), mistenni japprova b’mod konġunt mal-Kumitat tal-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar tal-OMI, ċirkolari MSC-MEPC.5 dwar Mudell ta’ ftehim għall-awtorizzazzjoni ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f’isem l-Amministrazzjoni (iċ-“ċirkolari MSC-MEPC.5”).

(3)

Il-Kumitat tal-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar tal-OMI, waqt il-75 sessjoni tiegħu li ser issir mis-16 sal-20 ta’ Novembru 2020 (“MEPC 75”), mistenni japprova iċ-ċirkolari MSC-MEPC.5 b’mod konġunt mal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima tal-OMI.

(4)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni waqt il-MSC 102 u l-MEPC 75, peress li l-approvazzjoni taċ-ċirkolari MSC-MEPC.5 kapaċi tinfluwenza b’mod deċiżiv il-kontenut tad-dritt tal-Unjoni, b’mod speċifiku d-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

(5)

L-approvazzjoni taċ-ċirkolari MSC-MEPC.5, li ser tissostitwixxi ċ-ċirkolari MSC/Circ.710 u MEPC/Circ.307, taġġorna l-Mudell ta’ ftehim għall-awtorizzazzjoni ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f’isem l-Amministrazzjoni u dan jinġieb konformi mal-Kodiċi għall-Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti (ir-riżoluzzjonijiet OMI MSC.349(92) u MEPC.237(65)). Dik l-approvazzjoni tikkontribwixxi biex jiżdiedu l-akkuratezza, it-trasparenza u r-responsabbiltà kemm tal-amministrazzjoni tal-bandiera kif ukoll tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti fil-livell globali.

(6)

L-Unjoni la hija Membru tal-OMI, u lanqas parti kontraenti għall-konvenzjonijiet u l-kodiċijiet rilevanti. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Kunsill jawtorizza lill-Istati Membri jesprimu l-pożizzjoni tal-Unjoni.

(7)

Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jenħtieġ li jiġi limitat għall-kontenut taċ-ċirkolari MSC-MEPC.5, sa fejn dak iċ-ċirkolari jaqa’ fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni u jista’ jaffettwa regoli komuni tal-Unjoni. Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni ma taffettwax id-diviżjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/721 tad-19 ta’ Mejju 2020 (2) jenħtieġ li tiġi emendata biex tinkludi referenza għall-approvazzjoni taċ-ċirkolari MSC-MEPC.5.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/721 hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

It-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/721 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea waqt il-75 sessjoni tal-Kumitat tal-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, u waqt il-102 sessjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ emendi għar-regolamenti 2, 14 u 18 u l-appendiċi I u VI tal-Anness VI għall-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri, għall-Partijiet A-1, B, B-1, B-2 sa B-4 tal-Kapitolu II-1 tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar, għall-Partijiet A-1 u B-1 tal-Kodiċi Internazzjonali tas-Sikurezza għall-Vapuri li jużaw Gassijiet jew Karburanti Oħrajn b’Punt ta’ Fjammabbiltà Baxx u għar-riżoluzzjoni A.658(16) dwar l-użu u t-twaħħil ta’ materjali retroriflettivi fuq apparat tas-salvataġġ, u tal-approvazzjoni ta’ ċirkolari MSC-MEPC.5 dwar Mudell ta’ ftehim għall-awtorizzazzjoni ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f’isem l-Amministrazzjoni”;

(2)

l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’li gej:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat tal-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali waqt il-75 sessjoni tiegħu, għandha tkun li tappoġġa l-adozzjoni tal-emendi għar-regolamenti 2, 14 u 18 u l-appendiċijiet I u VI tal-Anness VI għall-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri, kif stipulat fl-Anness tad-dokument MEPC 75/3 tal-OMI, u l-approvazzjoni taċ-ċirkolari MSC-MEPC.5 kif stabbilit fl-Anness 8 tad-dokument III 6/15 tal-OMI. Dik il-pożizzjoni tkopri l-emendi u ċ-ċirkolari kkonċernati sal-punt fejn dawk l-emendi u dak iċ-ċirkolari jaqgħu fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni u jistgħu jaffettwaw ir-regoli komuni tal-Unjoni.”

(3)

l-Artikolu 2 huwa sostitwit b’li ġej:

Artikolu 2

1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni waqt il-102 sessjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali għandha tkun li tapprova iċ-ċirkolari MSC-MEPC.5, kif stipulat fl-Anness 8 għad-dokument III 6/15tal-OMI, u li tappoġġa l-adozzjoni tal-emendi:

(a)

għall-Partijiet A-1, B, B-1, B-2 sa B-4 tal-Kapitolu II-1 tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar, kif stipulat fl-Anness 1 għad-dokument MSC 102/3 tal-OMI;

(b)

għall-Partijiet A-1 u B-1 tal-Kodiċi Internazzjoni tas-Sikurezza għall-Vapuri li jużaw Gassijiet jew Karburanti b’Punt ta’ Fjammabbiltà Baxx, kif stipulat fl-Anness 2 għad-dokument MSC 102/3 tal-OMI;

(c)

għar-riżoluzzjoni A.658(16) dwar l-użu u t-twaħħil ta’ materjali retroriflettivi fuq apparat tas-salvataġġ

2.   Il-pożizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkopri ċ-ċirkolari u l-emendi kkonċernati sal-punt fejn dak iċ-ċirkolari u dawk l-emendi jaqgħu fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni u jistgħu jaffettwaw ir-regoli komuni tal-Unjoni.”

(4)

l-Artikolu 4 huwa sostitwit b’li ġej:

Artikolu 4

L-Istati Membri huma b’dan awtorizzati li jagħtu l-kunsens tagħhom li jintrabtu, fl-interessi tal-Unjoni, bl-emendi u ċ-ċirkolari msemmija fl-Artikoli 1 u 2, sa fejn dawk l-emendi u dak iċ-ċirkolari jaqgħu fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

S. SCHULZE


(1)  Id-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 47).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/721 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea waqt il-75 sessjoni tal-Kumitat tal-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, u waqt il-102 sessjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ emendi għar-regolamenti 2, 14 u 18 u l-appendiċi I u VI tal-Anness VI tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri, għall-Partijiet A-1, B, B-1, B-2 sa B-4 tal-Kapitolu II-1 tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar, għall-Partijiet A-1 u B-1 tal-Kodiċi Internazzjonali tas-Sikurezza għall-Vapuri li jużaw Gassijiet jew Karburanti Oħrajn b’Punt ta’ Fjammabbiltà Baxx u għar-riżoluzzjoni A.658(16) dwar l-użu u t-twaħħil ta’ materjali retroriflettivi fuq apparat tas-salvataġġ (ĠU L 171, 2.6.2020, p. 1).


30.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 362/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1581

tat-23 ta’ Ottubru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-aġġornament tal-Anness XIII (Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali) għall-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/838 (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016.

(2)

Skont l-Artikolu 406(3) tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu s-setgħa jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim.

(3)

Skont l-Artikolu 408(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ jiddelega lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni kull waħda mis-setgħat tiegħu, inkluż is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet vinkolanti.

(4)

Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 3/2014 (3), il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ddelega s-setgħa lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, li jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, il-Kapitolu 5 (Faċilitazzjoni Doganali u Kummerċjali) tat-Titolu IV (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim, sa fejn ma jkun hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika fil-Kapitolu 5 dwar l-aġġornament jew l-emenda ta’ dawk l-Annessi.

(5)

Waqt is-seba’ laqgħa tiegħu, il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, irid jadotta deċiżjoni rigward l-aġġornament tal-Anness XIII (Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali) għall-Ftehim.

(6)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ,, billi d-deċiżjoni prevista ser tkun vinkolanti għall-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fis-seba’ laqgħa tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif imsemmi fl-Artikolu 408(4) tal- Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-aġġornament tal-Anness XIII (Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali) għall-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ (4).

Artikolu 2

Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ imsemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

S. SCHULZE


(1)  ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/838 tat-23 ta’ Mejju 2016 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 26).

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 3/2014 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġeorġja tas-17 ta’ Novembru 2014 dwar id-delega ta’ ċerti setgħat mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ [2015/2263] (ĠU L 321, 5.12.2015, p. 72).

(4)  Ara d-dokument ST 11388/20 fuq http://register.consilium.europa.eu.


30.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 362/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1582

tat-23 ta’ Ottubru 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-laqgħat tal-Partijiet għall-Ftehim għall-prevenzjoni tas-sajd mhux regolat fl-ibħra miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim għall-prevenzjoni tas-sajd mhux regolat fl-ibħra miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/407 (1). Il-Ftehim mistenni jidħol fis-seħħ iktar tard din is-sena.

(2)

Il-laqgħa tal-Partijiet hi responsabbli mill-adozzjoni ta’ miżuri mfassla biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-Ftehim sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-prevenzjoni tas-sajd mhux regolat fil-parti tal-ibħra miftuħa tal-Oċean Artiku Ċentrali permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri prekawzjonarji ta’ konservazzjoni u ġestjoni bħala parti minn strateġija fit-tul li tissalvagwardja l-ekosistemi marini b’saħħithom u tiżgura l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut. Tali miżuri jistgħu jsiru vinkolanti fuq l-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi li l-Unjoni għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura jkunu ambjentalment sostenibbli fit-tul u jkunu ġestiti b’tali mod li jkun konsistenti mal-objettivi li jinkisbu benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi, u li jikkontribwixxu għad-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel. Jipprevedi wkoll li l-Unjoni għandha tapplika l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd, u li għandha jkollha l-għan li tiżgura li l-isfruttar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jippristina l-popolazzjonijiet ta’ speċijiet mistada u jżommhom ’il fuq mil-livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli. Jipprevedi wkoll li l-Unjoni għandha tieħu miżuri ta’ ġestjoni u ta’ konservazzjoni bbażati fuq l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, tappoġġa l-iżvilupp ta’ għarfien u pariri xjentifiċi, gradwalment telimina l-iskartar u tippromwovi metodi tas-sajd li jikkontribwixxu għal sajd aktar selettiv, biex jiġu evitati u mnaqqsa, kemm jista’ jkun, il-qabdiet mhux mixtieqa, u għal sajd b’impatt baxx fuq l-ekosistema tal-baħar u r-riżorsi tas-sajd. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 speċifikament jipprevedi li dawk l-objettivi u l-prinċipji għandhom jiġu applikati mill-Unjoni fit-tmexxija tar-relazzjonijiet tas-sajd esterni tagħha.

(4)

Kif stipulat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2019 dwar l-Oċeani u l-Ibħra, inkluż l-Artiku, il-Komunikazzjoni Konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni “Sistema integrata tal-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-Artiku”, u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2017 dwar “Il-governanza internazzjonali tal-oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna”, l-appoġġ għall-Ftehim u l-ħolqien possibbli ta’ organizzazzjoni jew arranġament reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd fl-ibħra miftuħa tal-Artiku huma objettiv importanti għall-Unjoni sabiex tissalvagwardja l-ambjent tal-Artiku u tiżgura l-iżvilupp sostenibbli fir-reġjun tal-Artiku u madwaru abbażi tal-kooperazzjoni internazzjonali.

(5)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim għall-perijodu 2020-2024, peress li l-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni taħt il-Ftehim se jkunu vinkolanti fuq l-Unjoni u kapaċi jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (3) u (KE) Nru 1224/2009 (4), u r-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(6)

Fid-dawl tal-għarfien limitat dwar ir-riżorsi tas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim u tan-natura tagħhom, u tal-ħtieġa konsegwenti li l-pożizzjoni tal-Unjoni tqis l-iżviluppi l-ġodda, inklużi informazzjoni xjentifika ġdida u informazzjoni rilevanti oħra ppreżentati qabel jew matul il-laqgħat tal-Partijiet, jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri, f’konformità mal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jinsab stipulat fl-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall-ispeċifikazzjoni minn sena għal sena tal-pożizzjoni tal-Unjoni għall-perijodu 2020-2024.

(7)

Din id-Deċiżjoni tista’ tiġi segwita, fi stadju aktar tard, b’deċiżjoni oħra, separata, tal-Kunsill dwar il-ftuħ tan-negozjati biex jiġu stabbiliti, addizzjonalment, organizzazzjoni waħda jew aktar, jew arranġament wieħed jew aktar, li jkunu reġjonali jew subreġjonali, għall-ġestjoni tas-sajd fl-ibħra miftuħa tal-Artiku,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-laqgħat tal-Partijiet għall-Ftehim għall-prevenzjoni tas-sajd mhux regolat fl-ibħra miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali (“il-Ftehim”) għandha tkun f’konformità mal-prinċipji u l-orjentazzjonijiet dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-laqgħat tal-Partijiet għall-Ftehim (6).

Artikolu 2

Qabel kull laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim, meta dak il-korp jiġi msejjaħ biex jadotta deċiżjonijiet li jkollhom effetti legali fuq l-Unjoni, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-pożizzjoni li għandha tiġi espressa f’isem l-Unjoni tqis l-aħħar informazzjoni xjentifika u informazzjoni relevanti oħra trażmessi lill-Kummissjoni, f’konformità mal-prinċipji u l-orjentazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1.

Għal dak il-għan, u abbażi ta’ dik l-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tittrażmetti lill-Kunsill, fi żmien suffiċjenti qabel kull laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim, dokument li jistabbilixxi d-dettalji tal-ispeċifikazzjoni proposta tal-pożizzjoni tal-Unjoni għal diskussjoni u approvazzjoni tad-dettalji tal-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni.

Jekk waqt laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ikun impossibbli li jintlaħaq qbil, inkluż fuq il-post, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tqis l-elementi l-ġodda.

Artikolu 3

Il-pożizzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi vvalutata u, fejn xieraq, riveduta mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni, mhux aktar tard għal-laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim fl-2025.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

S. SCHULZE


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/407 tal-4 ta’ Marzu 2019 dwar il-Konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim għall-Prevenzjoni tas-Sajd mhux Regolat fl-Ibħra Miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali (ĠU L 73, 15.3.2019, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad- 29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 81).

(6)  Ara d-dokument ST 11439/20 hawnhekk: http://register.consilium.europa.eu.


30.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 362/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1583

tat-23 ta’ Ottubru 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat ta’ Sħubija stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-lista ta’ individwi biex iservu bħala arbitri fi proċeduri ta’ soluzzjoni tat-tilwim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat f’isem l-Unjoni f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/104 (2) u ġie applikat b’mod parzjali fuq bażi proviżorja mill-1 ta’ Ġunju 2018.

(2)

Waqt il-laqgħa tiegħu fis-17 ta’ Ottubru 2019, f’konformità mal-Artikolu 339(1) tal-Ftehim, il-Kumitat ta’ Sħubija stabbilixxa lista ta’ 15-il individwu li huma lesti u kapaċi jservu bħala arbitri (“il-lista ta’ arbitri”).

(3)

L-Armenja infurmat lill-Unjoni li wieħed mill-individwi li kienet ipproponiet ma għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 339(2) tal-Ftehim u, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi sostitwit.

(4)

Sabiex jiżgura l-operazzjoni tad-dispożizzjonijiet applikati proviżorjament tal-Ftehim, il-Kumitat ta’ Sħubija jrid jadotta deċiżjoni biex jissostitwixxi l-lista ta’ arbitri b’lista emendata.

(5)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitat ta’ Sħubija billi d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Sħubija ser tkun vinkolanti fuq l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat ta’ Sħubija stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-lista ta’ arbitri, kif imsemmija fl-Artikolu 339 ta’ dak il-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni korrispondenti tal-Kumitat ta’ Sħubija (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

S. SCHULZE


(1)  ĠU L 23, 26.1.2018, p. 4.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/104 tal-20 ta’ Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra (ĠU L 23, 26.1.2018, p. 1).

(3)  Ara d-dokument ST 11524/20 fuq http://register.consilium.europa.eu.


30.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 362/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1584

tas-26 ta’ Ottubru 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali fir-rigward tal-adozzjoni tal-Emenda 46 għall-Parti I tal-Anness 6 u l-Emenda 39 għall-Parti II tal-Anness 6 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, relatati mad-differiment tar-rekwiżit futur għall-ekwipaġġ ta’ reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-pilota ta’ 25 siegħa sabiex jiġu evitati konsegwenzi mhux intenzjonati minħabba l-pandemija tal-COVID-19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“il-Konvenzjoni ta’ Chicago”) li tirregola t-trasport internazzjonali bl-ajru, daħlet fis-seħħ fl-4 ta’ April 1947. Din il-Konvenzjoni stabbilixxiet l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO, International Civil Aviation Organization).

(2)

L-Istati Membri huma Stati Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Chicago u membri tal-ICAO, filwaqt li l-Unjoni għandha status ta’ osservatur f’ċerti korpi tal-ICAO. Hemm seba’ Stati Membri rrappreżentati fil-Kunsill tal-ICAO.

(3)

Taħt l-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, il-Kunsill tal-ICAO jista’ jadotta standards u prattiki rakkomandati internazzjonali, u jiddeżinjahom bħala Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Chicago.

(4)

Skont l-Artikolu 90 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, kwalunkwe tali Anness jew kwalunkwe emenda ta’ Anness għandhom isiru effettivi fi żmien tliet xhur minn meta tiġi ppreżentata lill-Istati Kontraenti tal-ICAO, jew fl-aħħar ta’ tali perijodu itwal ta’ żmien li l-Kunsill tal-ICAO jista’ jippreskrivi, sakemm sadanittant ma jkunx hemm maġġoranza ta’ Stati Kontraenti tal-ICAO li jirreġistraw id-diżapprovazzjoni tagħhom.

(5)

Skont l-Artikolu 38 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, kwalunkwe Stat li jsibha imprattikabbli li jikkonforma fl-aspetti kollha ma’ kwalunkwe standard jew proċedura internazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 37 ta’ dik il-Konvenzjoni jew li jġib ir-regolamenti jew prattiki tiegħu stess f’konformità sħiħa ma’ kwalunkwe tali standard jew proċedura internazzjonali jew li jqis li jkun meħtieġ li jadotta regolamenti jew prattiki li jvarjaw fi kwalunkwe aspett partikolari minn dawk stabbiliti minn standard internazzjonali, għandu jinnotifika immedjatament lill-ICAO dwar id-differenzi bejn il-prattika tiegħu stess u dik stabbilita mill-istandard internazzjonali.

(6)

Il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt negattiv fuq l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, il-manifatturi tal-inġenji tal-ajru u l-fornituri sekondarji għall-manifatturi tat-tagħmir, u dewmet l-iżvilupp ta’ sistemi ġodda. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru qed jikkanċellaw jew jiddifferixxu l-konsenji tal-inġenji tal-ajru, bir-riżultat li l-konsenja ta’ inġenji tal-ajru li kienet maħsuba għall-2020 tiġi differita għall-2021. Inġenju tal-ajru mmanifatturat ġdid ikkonfigurat għal kunsinna tal-2020 li ġiet ittardjata sal-2021 jeħtieġ rikonfigurazzjoni għad-dispożizzjonijiet applikabbli wara l-1 ta’ Jannar 2021. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru u l-manifatturi tal-inġenji tal-ajru jiffaċċaw piż finanzjarju mhux dovut jekk ikun meħtieġ li dawk l-inġenji tal-ajru ssirilhom modifika retroattiva. Għalhekk, il-Kummissjoni tinsab fil-proċess li tadotta posponiment ta’ dik id-data fil-livell tal-Unjoni, permezz ta’ emendi għar-Regolament (UE) Nru 965/2012. Ir-reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-pilota (“CVR”, cockpit voice recorder) jintuża b’appoġġ għall-investigazzjoni tal-aċċidenti u tal-inċidenti. Id-dewmien fl-implimentazzjoni tad-durata tas-CVR minn sagħtejn sa 25 siegħa ma joħloq l-ebda riskju sinifikanti għas-sikurezza, filwaqt li jallinja l-benefiċċju tas-sikurezza ta’ reġistrazzjoni, ta’ durata itwal, tal-vuċi fil-kabina tal-pilota mar-realtajiet attwali li l-industrija tal-avjazzjoni qed tiffaċċa. L-Unjoni hija sostenitriċi qawwija tal-isforzi tal-ICAO biex ittejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni. B’kont meħud tas-sitwazzjoni mingħajr preċedent ikkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 u tan-nuqqas ta’ riskju sinifikanti għas-sikurezza, jenħtieġ li l-Unjoni, għalhekk, tappoġġa dawk l-emendi.

(7)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni matul il-221 sessjoni tal-Kunsill tal-ICAO fir-rigward tal-Emenda 46 prevista għall-Parti I tal-Anness 6 u l-Emenda 39 għall-Parti II tal-Anness 6. Dik il-pożizzjoni jenħtieġ li tkun li tappoġġa dawk l-emendi u jenħtieġ li tiġi espressa mill-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tal-Kunsill tal-ICAO, li jaġixxu b’mod konġunt f’isem l-Unjoni.

(8)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni wara l-adozzjoni mingħajr bidliet sostanzjali tal-Emenda 46 għall-Parti I tal-Anness 6 u l-Emenda 39 għall-Parti II tal-Anness 6 mill-Kunsill tal-ICAO, li għandha titħabbar mis-Segretarju Ġenerali tal-ICAO permezz ta’ proċedura ta’ Ittra lill-Istati tal-ICAO, jenħtieġ li tkun li ma tirreġistrax diżapprovazzjoni u li tagħti notifika tal-konformità ma’ dawk l-emendi u għandha tiġi espressa mill-Istati Membri kollha tal-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-221 sessjoni tal-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) għandha tkun ta’ appoġġ għall-Emenda 46 proposta għall-Parti I tal-Anness 6 u l-Emenda 39 għall-Parti II tal-Anness 6 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali fl-intier tagħhom.

2.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni, dment li l-Kunsill tal-ICAO jadotta mingħajr bidliet sostanzjali l-emendi msemmija fil-paragrafu 1, għandha tkun li ma tirreġistrax diżapprovazzjoni u li tagħti notifika tal-konformità mal-emendi adottati bi tweġiba għall-Ittri rispettivi lill-Istati tal-ICAO.

Artikolu 2

1.   Il-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tiġi espressa mill-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tal-Kunsill tal-ICAO, li jaġixxu b’mod konġunt.

2.   Il-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) għandha tiġi espressa mill-Istati Membri kollha tal-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


30.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 362/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1585

tad-29 ta’ Ottubru 2020

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi.

(2)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu sal-31 ta’ Ottubru 2021 u jenħtieġ li l-informazzjoni dwar żewġ persuni fiżiċi tiġi emendata.

(3)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 hija emendata kif ġej:

(1)

it-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Ottubru 2021.”;

(2)

l-Anness huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 tal-1 ta’ Ottubru 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 37).


ANNESS

Fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763, l-entrati 1 u 2 taħt l-intestatura “Lista tal-persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikoli 1 u 2” huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

“1.

Godefroid BIZIMANA

Ġeneru: Raġel

Data tat-twelid: 23.4.1968

Post tat-twelid: Nyagaseke, Mabayi, Cibitoke

Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: DP0001520

“Chargé de missions de la Présidence” u eks Viċi Direttur Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali. Fil-31 ta’ Diċembru 2019, is-Sur Bizimana ġie promoss għall-grad ta’ Kap Kummissarju tal-Pulizija. Responsabbli li dgħajjef id‐demokrazija billi ħa deċiżjonijiet operazzjonali li wasslu għal użu sproporzjonat ta’ forza u atti ta’ repressjoni vjolenti lejn dimostrazzjonijiet paċifiċi li bdew fis-26 ta’ April 2015 wara li tħabbret il-kandidatura presidenzjali tal-President Nkurunziza.

2.

Gervais NDIRAKOBUCA psewdonimu NDAKUGARIKA

Ġeneru: Raġel

Data tat-Twelid: 1.8.1970

Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: DP0000761

Ministru għall-Intern, l-Iżvilupp tal-Komunità u s-Sigurtà Pubblika minn Ġunju 2020. Eks kap tal-Kabinett tal-Amministrazzjoni Presidenzjali (Présidence) responsabbli għal kwistjonijiet relatati mal-Pulizija Nazzjonali bejn Mejju 2013 u Novembru 2019 u eks Direttur Ġenerali tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence bejn Novembru 2019 u Ġunju 2020. Responsabbli li fixkel it-tfittxija għal soluzzjoni politika fil-Burundi billi ta struzzjonijiet li wasslu għal użu sproporzjonat ta’ forza, atti ta’ vjolenza, atti ta’ repressjoni u ksur tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-konfront ta’ persuni li ħadu sehem fi protesti mis-26 ta’ April 2015 ’ il quddiem, wara li tħabbret il-kandidatura presidenzjali tal-President Nkurunziza, inkluż fis-26, 27 u t-28 ta’ April 2015 fid-distretti ta’ Nyakabiga u Musaga f’Bujumbura.”


30.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 362/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1586

tad-29 ta’ Ottubru 2020

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/573/PESK (1) li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova.

(2)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, il-miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova jenħtieġ li jiġu estiżi sal-31 ta’ Ottubru 2021. Wara sitt xhur il-Kunsill ser jagħmel rieżami tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/573/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK huwa b’dan sostitwit bit-test li ġej:

“2.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Ottubru 2021. Hija għandha tiġi rieżaminata b’mod kostanti. Hija għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li ma ntlaħqux l-objettivi tagħha.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK tas-27 ta’ Settembru 2010 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 253, 28.9.2010, p. 54).


30.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 362/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1587

tad-29 ta’ Ottubru 2020

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tielet pagament parzjali għall-2020

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, f’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament (UE) 2018/1877 (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”), il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-10 ta’ Ottubru 2020 li tispeċifika (a) l-ammont tat-tielet pagament parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2020, u (b) ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għall-2020, f’każijiet fejn l-ammont ivarja mill-bżonnijiet reali.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-pagamenti fil-qafas tal-istrumenti taħt il-ġestjoni tiegħu,

(3)

L-Artikolu 20(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jipprovdi li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet l-ewwel jeżawrixxu l-ammonti previsti fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) preċedenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi taħt l-10ar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (“l-10 FEŻ”) għall-BEI u taħt il-11-il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) (“il-11-il FEŻ”) għall-Kummissjoni.

(4)

Il-Kunsill, fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/1800 (3), li tistabbilixxi l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ tal-Istati Membri għall-2020 għal EUR 4 400 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 300 000 000 għall-BEI.

(5)

L-Artikoli 152 u 153 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (4) jistipulaw li r-Renju Unit għandu jibqa’ parti mill-FEŻ sal-għeluq tal-11-il FEŻ u tal-FEŻ kollha preċedenti mhux magħluqa. Madankollu, is-sehem tar-Renju Unit f’fondi diżimpenjati minn proġetti taħt l-10ar FEŻ jew FEŻ preċedenti ma għandux jerġa’ jintuża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-FEŻ li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-BEI bħala t-tielet pagament parzjali għall-2020 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(2)  ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1800 tal-24 ta’ Ottubru 2019 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2021, l-ammont annwali għall-2020, l-ewwel ħlas parzjali għall-2020 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2022 u 2023 (ĠU L 274, 28.10.2019, p. 9).

(4)  ĠU C 384I, 12.11.2019, p. 1.


ANNESS

L-ISTATI MEMBRI U R-RENJU UNIT

Skema ta’ ridistribuzzjoni tal-10ar FEŻ f’%

Skema ta’ ridistribuzzjoni tal-11-il FEŻ f’%

It-3et pagament parzjali tal-2020 (f’EUR)

Total

Il-Kummissjoni

Il-BEI

Il-11-il FEŻ

L-10ar FEŻ

IL-BELĠJU

3,53

3,24927

32 492 700,00

3 530 000,00

36 022 700,00

IL-BULGARIJA

0,14

0,21853

2 185 300,00

140 000,00

2 325 300,00

IĊ-ĊEKJA

0,51

0,79745

7 974 500,00

510 000,00

8 484 500,00

ID-DANIMARKA

2

1,98045

19 804 500,00

2 000 000,00

21 804 500,00

IL-ĠERMANJA

20,5

20,5798

205 798 000,00

20 500 000,00

226 298 000,00

L-ESTONJA

0,05

0,08635

863 500,00

50 000,00

913 500,00

L-IRLANDA

0,91

0,94006

9 400 600,00

910 000,00

10 310 600,00

IL-GREĊJA

1,47

1,50735

15 073 500,00

1 470 000,00

16 543 500,00

SPANJA

7,85

7,93248

79 324 800,00

7 850 000,00

87 174 800,00

FRANZA

19,55

17,81269

178 126 900,00

19 550 000,00

197 676 900,00

IL-KROAZJA

0

0,22518

2 251 800,00

0

2 251 800,00

L-ITALJA

12,86

12,53009

125 300 900,00

12 860 000,00

138 160 900,00

ĊIPRU

0,09

0,11162

1 116 200,00

90 000,00

1 206 200,00

IL-LATVJA

0,07

0,11612

1 161 200,00

70 000,00

1 231 200,00

IL-LITWANJA

0,12

0,18077

1 807 700,00

120 000,00

1 927 700,00

IL-LUSSEMBURGU

0,27

0,25509

2 550 900,00

270 000,00

2 820 900,00

L-UNGERIJA

0,55

0,61456

6 145 600,00

550 000,00

6 695 600,00

MALTA

0,03

0,03801

380 100,00

30 000,00

410 100,00

IN-NETHERLANDS

4,85

4,77678

47 767 800,00

4 850 000,00

52 617 800,00

L-AWSTRIJA

2,41

2,39757

23 975 700,00

2 410 000,00

26 385 700,00

IL-POLONJA

1,3

2,00734

20 073 400,00

1 300 000,00

21 373 400,00

Il-PORTUGALL

1,15

1,19679

11 967 900,00

1 150 000,00

13 117 900,00

IR-RUMANIJA

0,37

0,71815

7 181 500,00

370 000,00

7 551 500,00

IS-SLOVENJA

0,18

0,22452

2 245 200,00

180 000,00

2 425 200,00

IS-SLOVAKKJA

0,21

0,37616

3 761 600,00

210 000,00

3 971 600,00

IL-FINLANDJA

1,47

1,50909

15 090 900,00

1 470 000,00

16 560 900,00

L-IŻVEZJA

2,74

2,93911

29 391 100,00

2 740 000,00

32 131 100,00

IR-RENJU UNIT

14,82

14,67862

146 786 200,00

14 820 000,00

161 606 200,00

TOTAL UE-27 U R-RENJU UNIT

100

100

1 000 000 000,00

100 000 000,00

1 100 000 000,00