ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 354

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
26 ta' Ottubru 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1546 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li tistabbilixxi l-istruttura u l-arranġamenti dettaljati tal-inventarju tas-sorsi u l-metodi użati għall-produzzjoni tal-aggregati tal-introjtu nazzjonali gross u l-komponenti tagħhom skont is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA 2010) ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1547 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Pollakka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/274 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, iċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji u n-notifiki, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontrolli rilevanti, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/561

4

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/1548 tat-13 ta’ Ottubru 2020 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/2/2020)

5

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1549 tat-22 ta’ Ottubru 2020 li tħassar id-Deċiżjoni 2004/200/KE fuq miżuri li ma jkunux ħallew l-introduzzjoni u l-firxa fi ħdan il-Komunità tal-virus Pepino mosaic (notifikata bid-dokument C(2020) 7139)

7

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1550 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li tistabbilixxi l-programm pluriennali ta’ kontrolli għall-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2025 li għandhom jitwettqu mill-esperti tal-Kummissjoni fl-Istati Membri biex jivverifikaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari

9

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1551 tat-22 ta’ Ottubru 2020 li temenda r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni

19

 

 

LINJI GWIDA

 

*

Linja Gwida (UE) 2020/1552 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2013/23 dwar l-istatistika tal-finanzi tal-gvern (BĊE/2020/50)

22

 

*

Linja Gwida (UE) 2020/1553 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2013/24 dwar l-obbligi ta’ rappurtar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2020/51)

24

 

*

Linja Gwida (UE) 2020/1554 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2011/23 fir-rigward tal-frekwenza tar-rapportar lill-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-kwalità tal-istatistika esterna (BĊE/2020/52)

26

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

26.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1546

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li tistabbilixxi l-istruttura u l-arranġamenti dettaljati tal-inventarju tas-sorsi u l-metodi użati għall-produzzjoni tal-aggregati tal-introjtu nazzjonali gross u l-komponenti tagħhom skont is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA 2010)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Dan ġie sostitwit bir-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2019/516, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) inventarju tas-sorsi u l-metodi li jridu jintużaw biex jiġu prodotti l-aggregati tal-introjtu nazzjonali gross (ING) skont il-prezzijiet tas-suq u l-komponenti tagħhom.

(2)

Huwa essenzjali li l-aggregati tal-ING u l-komponenti tagħhom ikunu komparabbli bejn l-Istati Membri u li jkun hemm inventarju tas-sorsi u l-metodi użati biex jiġu prodotti l-aggregati tal-ING u l-komponenti tagħhom li jkun konsistenti mad-definizzjonijiet rilevanti u r-regoli kontabilistiċi tal-ESA 2010 (2).

(3)

Huwa essenzjali li l-inventarji tas-sorsi u l-metodi użati biex jiġu prodotti l-aggregati tal-ING u l-komponenti tagħhom jiġu ddokumentati u aġġornati regolarment mill-Istati Membri.

(4)

Sabiex jiġu ffaċilitati analiżijiet komparabbli, l-Inventarji tal-ING jenħtieġ li jsegwu struttura komuni li tikkonsisti f’għadd predefinit ta’ kapitoli u t-tabelli tal-proċessi b’estimi numeriċi għas-sena ta’ referenza.

(5)

Sabiex jiġu vverifikati s-sorsi, l-użi tagħhom u l-metodi użati biex jiġu prodotti l-aggregati tal-ING u l-komponenti tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bl-aktar verżjoni reċenti tal-Inventarji tal-ING skont skeda ta’ żmien miftiehma.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-istruttura tal-inventarju

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu inventarju tas-sorsi u l-metodi użati biex jiġu prodotti l-aggregati tal-ING u l-komponenti tagħhom (Inventarju tal-ING). L-inventarju tal-ING għandu jikkonsisti f’10 kapitoli u fit-tabelli tal-proċessi tal-ING.

2.   Il-kapitoli għandhom ikunu s-segwenti:

Kapitolu 1: Ħarsa ġenerali tas-sistema tal-kontijiet

Kapitolu 2: Il-politika ta’ reviżjoni u l-iskeda ta’ żmien għar-reviżjoni u l-finalizzar tal-istimi. Reviżjonijiet maġġuri mill-aħħar verżjoni tal-Inventarju tal-ING.

Kapitolu 3: L-approċċ tal-produzzjoni

Kapitolu 4: L-approċċ tal-introjtu

Kapitolu 5: L-approċċ tan-nefqa

Kapitolu 6: Il-proċedura ta’ bbilanċjar jew ta’ integrazzjoni, u l-validazzjoni tal-istimi

Kapitolu 7: Ħarsa ġenerali lejn l-aġġustamenti għall-eżawrjenza

Kapitolu 8: It-tranżizzjoni mill-prodott domestiku gross (PDG) għall-ING

Kapitolu 9: Klassifikazzjonijiet ewlenin użati

Kapitolu 10: Sorsi ta’ data ewlenin użati

3.   It-tabelli tal-proċessi tal-ING għandhom jinkludu:

(a)

informazzjoni numerika dwar l-istimi magħmula fl-istadji konsekuttivi tal-proċess ta’ kumpilazzjoni tal-ING għat-tipi individwali ta’ sorsi użati u l-aġġustamenti magħmula;

(b)

informazzjoni numerika dwar id-daqs relattiv tat-tipi individwali ta’ sorsi użati u l-aġġustamenti magħmula f’dak il-proċess ta’ kumpilazzjoni;

(c)

referenzi għall-kapitoli rilevanti tal-Inventarju tal-ING.

Artikolu 2

Arranġamenti dettaljati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

id-deskrizzjoni tas-sorsi u tal-metodi użati fl-istima tal-ING ipprovduta fl-Inventarju tal-ING tuża termini u definizzjonijiet skont l-ESA 2010;

(b)

id-deskrizzjoni tas-sorsi u l-metodi użati fl-istima tal-ING ipprovduta fl-Inventarju tal-ING tkun komprensiva u ċara, tirrifletti l-proċeduri fis-seħħ fiż-żmien tal-abbozzar tal-Inventarju tal-ING, u tinkludi informazzjoni dwar it-trasformazzjoni tad-data minn sorsi statistiċi u amministrattivi fi stimi tal-kontijiet nazzjonali, permezz tal-applikazzjoni ta’ aġġustamenti kunċettwali, eżawrjentali u bilanċjali, u ta’ proċeduri ta’ validazzjoni;

(c)

l-evidenza numerika, li għandha tkun konsistenti mal-informazzjoni fit-tabelli tal-proċessi, tingħata għall-passi individwali tal-proċess ta’ kumpilazzjoni tal-ING fid-deskrizzjoni msemmija hawn fuq;

(d)

l-evidenza numerika tkun ibbażata fuq sena riċenti li għaliha jkunu disponibbli stimi finali (sena ta’ referenza);

(e)

is-sorsi u l-metodi użati għall-produzzjoni tal-aggregati tal-ING u l-komponenti tagħhom jiġu applikati fil-kumpilazzjoni tas-snin sussegwenti wara s-sena ta’ referenza.

Artikolu 3

Skeda ta’ żmien għall-aġġornament u t-trażmissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu l-Inventarju tal-ING lill-Kummissjoni (Eurostat) sal-31 ta’ Diċembru 2021.

2.   L-aġġornamenti sussegwenti tal-Inventarju tal-ING għandhom isiru u jiġu trażmessi lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien 12-il xahar wara kwalunkwe bidla maġġuri ta’ sorsi jew metodi għall-kumpilazzjoni tal-ING. Fi kwalunkwe każ, l-Inventarju tal-ING għandu jiġi aġġornat tal-anqas kull ħames snin.

3.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu l-Inventarju tal-ING b’mezzi elettroniċi lill-punt ta’ dħul uniku għad-data fil-Kummissjoni (Eurostat).

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 91, 29.3.2019, p. 19.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).


26.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1547

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Pollakka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/274 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, iċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji u n-notifiki, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontrolli rilevanti, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/561

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 91(d) u l-Artikolu 123 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni tal-lingwa Pollakka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274 (2) fiha żball fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(1) li jbiddel it-tifsira tad-dispożizzjoni.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni tal-lingwa Pollakka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/274 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet tal-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, iċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji u n-notifiki, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontrolli rilevanti, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/561 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 60).


DEĊIŻJONIJIET

26.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2020/1548

tat-13 ta’ Ottubru 2020

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/2/2020)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK (1) tal-25 ta’ Novembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah, (EU BAM Rafah), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(1) tal-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah), inkluż b’mod partikolari d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fit-8 ta’ Diċembru 2017 il-KPS adotta d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2017/2430 (2), li taħtar lis-Sur Günther FREISLEBEN bħala Kap tal-Missjoni ta’ EU BAM Rafah mill-4 ta’ Diċembru 2017 sat-30 ta’ Ġunju 2018.

(3)

Il-mandat tas-Sur Günther FREISLEBEN bħala Kap tal-Missjoni ta’ EU BAM Rafah ġie estiż regolarment, l-aktar reċenti sat-30 ta’ Ottubru 2020 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/1011 (3).

(4)

Fit-30 ta’ Ġunju 2020 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/955 (4) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK u li testendi d-durata ta’ EU BAM Rafah sat-30 ta’ Ġunju 2021.

(5)

Fit-8 ta’ Ottubru 2020, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sur Mihai-Florin BULGARIU bħala Kap tal-Missjoni ta’ EU BAM Rafah,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Mihai-Florin BULGARIU huwa b’dan maħtur bħala Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntiera għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) mill-1 ta’ Novembru 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Novembru 2020.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

S. FROM-EMMESBERGER


(1)  ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2017/2430 tas-8 ta’ Diċembru 2017 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/2/2017) (ĠU L 344, 23.12.2017, p. 9).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/1011 tat-2 ta’ Lulju 2020 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal- Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2020) (ĠU L 224, 13.7.2020, p. 9).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/955 tat-30 ta’ Ġunju 2020 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 212, 3.7.2020, p. 18).


26.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/7


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1549

tat-22 ta’ Ottubru 2020

li tħassar id-Deċiżjoni 2004/200/KE fuq miżuri li ma jkunux ħallew l-introduzzjoni u l-firxa fi ħdan il-Komunità tal-virus Pepino mosaic

(notifikata bid-dokument C(2020) 7139)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 30(1) u 37(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/200/KE (2) tistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-virus Pepino mosaic fuq iż-żrieragħ tat-tadam, Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten ex Farw. Tali miżuri ma japplikawx għaż-żrieragħ destinati għall-konsumatur finali.

(2)

Il-pest ma kienx elenkat fl-Anness I jew II tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (3) u kien soġġett biss għar-rekwiżiti speċifiċi tad-Deċiżjoni 2004/200/KE.

(3)

Wara rivalutazzjoni tal-istatus fitosanitarju tiegħu, dak il-pest ġie inkluż fil-Parti F tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (4) li jelenka l-pesti rregolati mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni u l-pjanti speċifiċi għat-tħawwil, bil-kategoriji u l-limiti stabbiliti rispettivi għaż-żerriegħa tal-ħxejjex ikkonċernata. Ġie soġġett ukoll għall-miżuri stabbiliti fil-Parti E tal-Anness V ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2004/200/KE hija skaduta u jenħtieġ li titħassar.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2004/200/KE titħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/200/KE tas-27 ta’ Frar 2004 fuq miżuri li ma jkunux ħallew l-introduzzjoni u l-firxa fi ħdan il-Komunità tal-virus Pepino mosaic (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 43).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).


26.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/9


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1550

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li tistabbilixxi l-programm pluriennali ta’ kontrolli għall-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2025 li għandhom jitwettqu mill-esperti tal-Kummissjoni fl-Istati Membri biex jivverifikaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 118(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-responsabbiltà għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari tinsab f’idejn l-Istati Membri, li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jimmonitorjaw u jivverifikaw, billi jorganizzaw kontrolli uffiċjali, li r-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni jiġu rrispettati u infurzati b’mod effettiv. B’mod parallel ma’ dan il-monitoraġġ u l-verifika, l-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) 2017/625 jirrikjedi li l-esperti tal-Kummissjoni jwettqu kontrolli, inklużi awditi, fl-Istati Membri biex jivverifikaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dawn il-kontrolli tal-Kummissjoni jenħtieġ li jitwettqu fl-oqsma tas-sigurtà tal-ikel u tal-għalf, tas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, tas-saħħa tal-pjanti, tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u tal-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll nazzjonali u tal-awtoritajiet kompetenti, li jħaddmuhom, filwaqt li jitqiesu s-sinerġiji mal-arranġamenti ta’ kontroll skont il-politika agrikola komuni.

(2)

Il-Kummissjoni fasslet programm pluriennali ta’ kontrolli għall-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2025 allinjat mal-mandat tal-Kummissjoni u li jirrifletti l-prijoritajiet tagħha. Dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu mill-esperti tal-Kummissjoni fl-Istati Membri biex jivverifikaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fl-oqsma msemmija hawn fuq. Matul il-proċess ta’ prijoritizzazzjoni ntużaw kriterji differenti, fost l-oħrajn, ir-riskju identifikat għall-konsumaturi, għall-annimali jew għall-pjanti, il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-Istati Membri fil-qasam, il-volum tal-produzzjoni, l-informazzjoni minn sorsi rilevanti (pereżempju, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel) u mis-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC) u l-komponenti tagħha.

(3)

Dan il-programm pluriennali ta’ kontrolli jikkontribwixxi għall-qasam ta’ prijorità tal-Kummissjoni “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (2)” u għal “Strateġija 'Mill-Għalqa sal-Platt' għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” (3). Huwa jikkontribwixxi wkoll għall-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni skont ir-regoli dwar il-kundizzjonalità stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Il-kontrolli stabbiliti fil-programm pluriennali ta’ kontrolli jippermettu lill-Kummissjoni tissodisfa l-obbligi legali tagħha li tissorvelja l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni billi tivverifika li l-kontrolli uffiċjali fl-Istati Membri fl-oqsma rilevanti jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-programm pluriennali ta’ kontrolli għall-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2025 li għandu jitwettaq mill-esperti tal-Kummissjoni fl-Istati Membri kif previst fl-Artikolu 116(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 huwa stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(2)  COM(2019) 640 final.

(3)  COM(2020) 381 final.

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).


ANNESS

Dan l-Anness jistabbilixxi l-programm ta’ kontrolli li għandhom jitwettqu mill-esperti tal-Kummissjoni fl-Istati Membri fl-oqsma koperti mir-Regolament (UE) 2017/625 għall-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2025.

Għall-perjodu kkonċernat, il-Kummissjoni identifikat ċerti oqsma ta’ prijorità fl-oqsma tas-sigurtà tal-ikel u tal-għalf, tal-kwalità tal-ikel, tas-saħħa u tat-trattament xieraq tal-annimali, tas-saħħa tal-pjanti, tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u tal-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll nazzjonali u tal-awtoritajiet kompetenti.

Il-kontrolli tal-Kummissjoni għandhom ikopru lill-Istati Membri kollha f’kull qasam ta’ prijorità. Kwistjonijiet speċifiċi koperti minn kontrolli individwali għandhom jiġu adattati għas-sitwazzjoni f’kull Stat Membru.

L-esperti tal-Kummissjoni għandhom iwettqu l-kontrolli, li jinkludu verifiki fuq il-post, awditi, u analiżijiet ibbażati fuq id-dokumentazzjoni, skont l-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) 2017/625.

Il-programm pluriennali għall-kontrolli tal-Kummissjoni fl-Istati Membri għall-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2025 biex tiġi vverifikata l-applikazzjoni tar-regoli fl-oqsma koperti mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 ikopri wkoll oqsma oħra previsti f’dak ir-Regolament, bħal kontrolli fuq il-frodi u l-importazzjoni. Dan huwa stabbilit fil-Kapitoli 1–10 (imqassma skont il-qasam u l-objettiv speċifiku) u l-Kapitolu 11 (imqassam skont is-sena) ta’ dan l-Anness.

1.   L-ikel u s-sikurezza tal-ikel

Qasam ta’ prijorità

Objettivi Speċifiċi

Ikel li joriġina mill-annimali

(eż. is-sikurezza tal-laħam tal-mammiferi u tal-għasafar u tal-prodotti tagħhom, tal-ħalib u tal-prodotti tiegħu, tal-prodotti tas-sajd u l-iġjene tal-produzzjoni ta’ molluski bivalvi ħajjin)

Li tiġi vverifikata l-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-ikel li tirregola l-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ ikel li joriġina mill-annimali (li tkopri wkoll it-traċċabbiltà u t-tikkettar, inkluż ta’ organiżmi ġenetikament modifikati), b’enfasi partikolari fuq il-laħam tal-mammiferi u tal-għasafar u l-prodotti tagħhom, il-ħalib u l-prodotti tiegħu, il-prodotti tas-sajd, u l-molluski bivalvi ħajjin, u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuqhom.

Żoonożi li ġejjin mill-ikel

(eż. Salmonella)

Li tiġi vverifikata l-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni li tirregola l-kontroll taż-żoonożi li ġejjin mill-ikel, b’enfasi partikolari fuq il-livell ta’ implimentazzjoni u effettività tal-programmi veterinarji nazzjonali kofinanzjati mill-Kummissjoni u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuqhom.

Ikel li ma joriġinax mill-annimali

(eż. is-sikurezza tal-frott u tal-ħaxix, tal-ħxejjex aromatiċi, tal-ħwawar u tan-nebbieta)

Li tiġi vverifikata l-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-ikel li tirregola l-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ ikel li ma joriġinax mill-annimali (li tkopri wkoll it-traċċabbiltà u t-tikkettar, inkluż ta’ organiżmi ġenetikament modifikati), b’enfasi partikolari fuq is-sikurezza mikrobijoloġika, u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuqha.

Residwi f’annimali ħajjin u f'ikel li joriġina mill-annimali

(residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji, pestiċidi u kontaminanti)

Li tiġi vverifikata l-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni li tirregola r-residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji, pestiċidi u kontaminanti f’annimali ħajjin u f'ikel li joriġina mill-annimali.

Li jiġi vverifikat li l-pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi sottomessi mill-Istati Membri jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

Kontaminanti f’ikel li ma joriġinax mill-annimali

(eż. mikotossini)

Li jiġi vverifikat, abbażi tal-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali pluriennali tal-Istati Membri u r-rapporti dwarhom, li l-kontrolli uffiċjali fuq kontaminanti fl-ikel li ma joriġinax mill-annimali jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli tal-Unjoni.

2.   L-għalf u s-sikurezza tal-għalf

Qasam ta’ prijorità

Objettivi Speċifiċi

L-iġjene ġenerali tal-għalf

(iġjene tal-għalf, approvazzjoni u reġistrazzjoni tal-istabbilimenti, traċċabbiltà, tikkettar u kontaminanti)

Li jiġu vverifikati l-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni li tirregola l-iġjene tal-għalf (b’enfasi partikolari fuq l-iġjene tal-għalf, l-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-istabbilimenti, il-kontaminanti, it-traċċabbiltà u t-tikkettar, inkluż tal-organiżmi ġenetikament modifikati) u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuqha.

Għalf medikat

Li tiġi vverifikata l-konformità tal-Istati Membri mar-rekwiżiti legali tal-Unjoni li jirregolaw il-produzzjoni tal-għalf medikat, applikabbli minn Jannar 2022.

Prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati

(is-settur tal-laħam, l-impjanti tal-ipproċessar)

Li tiġi vverifikata l-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni li tirregola l-immaniġġjar, l-użu u r-rimi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati ġenerati fl-Unjoni jew imqiegħda fis-suq tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuqhom, b’enfasi partikolari fuq is-settur tal-laħam u l-impjanti tal-ipproċessar.

3.   Is-saħħa tal-annimali

Qasam ta’ prijorità

Objettivi Speċifiċi

Mard epiżootiku attiv

(eż. id-deni Afrikan tal-ħnieżer, l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja)

Li tiġi vverifikata l-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni li tirregola l-kontroll tal-mard attiv ewlieni tal-annimali, bħad-deni Afrikan tal-ħnieżer u l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuqhom.

Żoonożi li mhux ġejjin mill-ikel

(eż. ir-rabja)

Li tiġi vverifikata l-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni li tirregola l-kontroll taż-żoonożi li mhux ġejjin mill-ikel, b’enfasi partikolari fuq il-livell ta’ implimentazzjoni u effettività tal-programmi veterinarji nazzjonali kofinanzjati mill-Kummissjoni u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuqhom.

Mard enżootiku

(eż. tuberkulożi, bruċellożi)

Li tiġi vverifikata l-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni li tirregola l-kontroll tal-mard enżootiku, b’enfasi partikolari fuq il-livell ta’ implimentazzjoni u effettività tal-programmi veterinarji nazzjonali kofinanzjati mill-Kummissjoni, u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuqhom.

Tħejjija u prevenzjoni

(l-ippjanar ta’ kontinġenza)

Li tiġi vverifikata l-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni li tirregola t-tħejjija biex wieħed ilaħħaq ma’ tifqigħat multipli ta’ mard epiżootiku u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuqhom.

4.   It-trattament xieraq tal-annimali

Qasam ta’ prijorità

Objettivi Speċifiċi

It-trasport

(annimali mhux b'saħħithom, bastimenti tal-bhejjem, għoġġiela mhux miftuma, postijiet ta’ kontroll użati għat-tranżitu tal-annimali)

Li tiġi vverifikata l-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni li tirregola t-trattament xieraqtal-annimali waqt it-trasport, b’enfasi partikolari fuq annimali mhux b'saħħithom, bastimenti tal-bhejjem, għoġġiela mhux miftuma u postijiet ta’ kontroll użati għat-tranżitu tal-annimali, u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuqhom.

Fir-razzett

(tiġieġ tal-bajd)

Li tiġi vverifikata l-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni li tirregola t-trattament xieraq tat-tiġieġ tal-bajd matul it-trobbija u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuqu.

Tbiċċir

(ruminanti, tjur)

Li tiġi vverifikata l-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni li tirregola t-trattament xieraq tar-ruminanti u tat-tjur waqt it-tbiċċir, u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuqu.

5.   Is-saħħa tal-pjanti

Qasam ta’ prijorità

Objettivi Speċifiċi

Tifqigħat ta’ pesti tal-pjanti

(li jippreżentaw theddida sinifikanti)

Li tiġi vverifikata l-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni li tirregola l-kontroll tal-pesti tal-pjanti misjuba fit-territorju tal-Unjoni, b’enfasi partikolari fuq il-pesti li jippreżentaw theddida sinifikanti, pereżempju, il-Xylella fastidiosa, il-virus tal-frott imkemmex u kannella tat-tadam, in-nematodu tal-injam tal-arżnu, il-ħanfus tal-qrun twil (Anoplophora), it-trioza u organiżmi ta’ ħsara oħrajn identifikati bħala prijorità u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuqhom.

Tħejjija u prevenzjoni

(l-ippjanar ta’ kontinġenza)

Li tiġi vverifikata l-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni li tirregola t-tfassil u l-aġġornament tal-pjanijiet ta’ kontinġenza għas-saħħa tal-pjanti.

Moviment ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra fl-Unjoni

(passaporti tal-pjanti)

Li tiġi vverifikata l-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-pjanti li tirregola l-moviment tal-pjanti, tal-prodotti tal-pjanti u ta' oġġetti oħra fl-Unjoni, b’enfasi partikolari fuq il-passaporti tal-pjanti, u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuqhom.

6.   It-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-użu sostenibbli tal-pestiċidi

Qasam ta’ prijorità

Objettivi Speċifiċi

Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

(awtorizzazzjoni, kummerċjalizzazzjoni u użu ta’ pestiċidi, residwi tal-pestiċidi)

Li tiġi vverifikata l-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni li tirregola l-awtorizzazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u tar-residwi tal-pestiċidi, u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuqhom.

Użu sostenibbli tal-pestiċidi

Li tiġi vverifikata l-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni li tirregola l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuqu.

7.   Il-kwalità tal-ikel

Qasam ta’ prijorità

Objettivi Speċifiċi

Biedja organika

Li tiġi vverifikata l-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni li tirregola l-produzzjoni u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi (inklużi t-traċċabbiltà u t-tikkettar ta’ organiżmi ġenetikament modifikati), u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuqhom.

Indikazzjonijiet ġeografiċi

Li tiġi vverifikata l-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni li tirregola l-produzzjoni u t-tikkettar tal-indikazzjonijiet ġeografiċi (id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP), l-indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) u l-ispeċjalità tradizzjonali garantita (STG)), u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuqhom.

8.   Id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali u oġġetti minn pajjiżi terzi

Qasam ta’ prijorità

Objettivi Speċifiċi

Kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-oġġetti

Li jiġi vverifikat li l-Istati Membri jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi.

Li jiġi vverifikat li l-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali u speċifiċi applikabbli tal-Unjoni għad-dħul fl-Unjoni.

Se jkun hemm enfasi speċjali fuq ir-regoli stabbiliti bir-Regolament (UE) 2017/625 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni relatati.

Il-konformità tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera

Li jiġi vverifikat li l-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera proposti għall-għażla mill-Istati Membri jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, inklużi ċ-ċentri ta’ spezzjoni stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni qabel ma tali postijiet jintgħażlu.

Li jiġi vverifikat li l-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, il-punti magħżulin ta’ dħul, il-punti ta’ dħul u l-ewwel punti ta’ introduzzjoni magħżulin mill-ġdid skont l-Artikolu 61(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi applikabbli.

Li jiġi vverifikat li l-punti ta’ kontroll differenti mill-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, imsemmija fl-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625, jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi applikabbli.

Kontrolli uffiċjali fuq is-saħħa tal-pjanti

Li jiġi vverifikat li l-Istati Membri jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali tas-saħħa tal-pjanti fuq il-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi.

Li jiġi żgurat li l-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-pjanti għad-dħul fl-Unjoni.

9.   Reżistenza għall-antimikrobiċi

Qasam ta’ prijorità

Objettivi Speċifiċi

Monitoraġġ tar-reżistenza għall-antimikrobiċi f’batterji żoonotiċi u kommensali

Li tiġi vverifikata l-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni li tirregola l-monitoraġġ tar-reżistenza għall-antimikrobiċi f’batterji żoonotiċi u kommensali u b’hekk jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Pjan ta' Azzjoni Ewropew Saħħa Waħda kontra r-Reżistenza Antimikrobika (AMR) tal-2017 (1).

10.   Aspetti ġenerali fil-katina agroalimentari

Qasam ta’ prijorità

Objettivi Speċifiċi

Frodi

Li tiġi vverifikata l-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni li tirregola l-identifikazzjoni u s-segwitu ta’ prattiki frawdolenti jew qarrieqa tul il-katina agroalimentari u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuqha.

Segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar

(settorjali u ġenerali)

Li jiġi vverifikat li l-Istati Membri jieħdu miżuri ta’ segwitu xierqa biex jirrimedjaw kwalunkwe nuqqas speċifiku jew sistematiku identifikat mill-kontrolli tal-Kummissjoni.

Kontrolli tal-esportazzjoni

Li jiġu vverifikati l-kontrolli uffiċjali tal-Istati Membri fuq l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għall-esportazzjonijiet.

11.   Il-programm ta’ kontroll pluriennali għal bejn l-2021 u l-2025 imqassam skont is-sena

Qasam

Qasam ta’ prijorità

2021

2022

2023

2024

2025

L-ikel u s-sikurezza tal-ikel

Ikel li joriġina mill-annimali

Is-sikurezza tal-laħam tal-mammiferi u tal-għasafar u tal-prodotti tagħhom, tal-ħalib u prodotti tiegħu, tal-prodotti tas-sajd, tal-molluski bivalvi ħajjin

Żoonożi li ġejjin mill-ikel

Żoonożi ta’ prijorità

(pereżempju: is-Salmonella)

Ikel li ma joriġinax mill-annimali

Is-sikurezza tal-frott u tal-ħaxix, tal-ħxejjex aromatiċi, tal-ħwawar u tan-nebbieta

Residwi

Residwi f’annimali ħajjin u f'ikel li joriġina mill-annimali

Kontaminanti

Kontaminanti f’ikel li ma joriġinax mill-annimali

L-għalf u s-sikurezza tal-għalf

Is-sikurezza tal-għalf

L-iġjene ġenerali tal-għalf

 

 

Għalf medikat

Prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati

 

Is-saħħa tal-annimali

Mard epiżootiku attiv

Mard ta’ prijorità

(pereżempju: id-deni Afrikan tal-ħnieżer, l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja)

Żoonożi li mhux ġejjin mill-ikel

Żoonożi ta’ prijorità

(pereżempju: ir-rabja)

Mard enżootiku

Mard bi programmi ta’ eradikazzjoni attivi

(pereżempju: it-tuberkulożi, il-bruċellożi)

Tħejjija u prevenzjoni

 

L-ippjanar ta’ kontinġenza għas-saħħa tal-annimali

It-trattament xieraq tal-annimali

It-trasport

 

Annimali mhux b'saħħithom, bastimenti tal-bhejjem, għoġġiela mhux miftuma

 

Postijiet ta’ kontroll użati għat-tranżitu tal-annimali

 

Fir-razzett

It-tiġieġ tal-bajd

 

Tbiċċir

Ruminanti, tjur

 

Is-saħħa tal-pjanti

Tifqigħat ta’ pesti tal-pjanti

Pesti ta’ prijorità

(pereżempju: il-Xylella fastidiosa, il-virus tal-frott imkemmex u kannella tat-tadam, in-nematodu tal-injam tal-arżnu, il-ħanfus tal-qrun twil (Anoplophora), it-trioza)

Tħejjija u prevenzjoni

 

Ippjanar ta’ kontinġenza għas-saħħa tal-pjanti

Moviment ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra fl-Unjoni

 

Passaporti tal-pjanti

PPP u SUD

Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (PPP)

 

Awtorizzazzjoni, kummerċjalizzazzjoni u użu tal-pestiċidi

Residwi tal-pestiċidi

Użu sostenibbli tal-pestiċidi (SUD)

Użu sostenibbli tal-pestiċidi


Qasam

Qasam ta’ prijorità

2021

2022

2023

2024

2025

Il-kwalità tal-ikel

Biedja organika

Biedja organika

Indikazzjonijiet ġeografiċi

L-użu u t-tikkettar tad-DOP/IĠP/STG

Id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali u oġġetti minn pajjiżi terzi

Kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-oġġetti

Kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-oġġetti

Postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera

Il-konformità tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera

Kontrolli uffiċjali fuq is-saħħa tal-pjanti

Kontrolli uffiċjali fuq is-saħħa tal-pjanti fuq pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra

 

AMR

Monitoraġġ

 

Monitoraġġ tar-reżistenza għall-antimikrobiċi f’batterji żoonotiċi u kommensali

Aspetti ġenerali fil-katina agroalimentari

Frodi

Arranġamenti fis-seħħ għall-ġlieda kontra prattiki frawdolenti jew qarrieqa

 

Segwitu

Segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar

Esportazzjonijiet

Is-sorveljanza tal-Kummissjoni tal-kontrolli tal-Istati Membri fuq l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għall-esportazzjonijiet


(1)  COM(2017) 339 final.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

26.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/19


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1551

tat-22 ta’ Ottubru 2020

li temenda r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(b) u (e) u l-ewwel u t-tieni sentenza tal-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Ġunju 2020, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni (1) (“Rakkomandazzjoni tal-Kunsill”). Fis-16 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1052 tas-16 ta’ Lulju 2020 li temenda r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni (2). Fit-30 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1144 tat-30 ta’ Lulju 2020 li temenda r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni (3).

Fis-7 ta’ Awwissu 2020, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1186 tas-7 ta’ Awwissu 2020 li temenda r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni (4).

(2)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tipprevedi li jenħtieġ li l-Istati Membri jneħħu gradwalment ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE mill-1 ta’ Lulju 2020 b’mod ikkoordinat fir-rigward tar-residenti tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Jenħtieġ li l-lista tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Anness I tkun riveduta kull ġimagħtejn u, jekk meħtieġ, aġġornata mill-Kunsill, wara konsultazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u l-aġenziji u s-servizzi rilevanti tal-UE wara valutazzjoni ġenerali bbażata fuq il-metodoloġija, il-kriterji u l-informazzjoni msemmija fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

(3)

Minn dak iż-żmien ’l hawn saru diskussjonijiet fi ħdan il-Kunsill, f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u l-aġenziji u s-servizzi rilevanti tal-UE, dwar ir-rieżami tal-lista ta’ pajjiżi terzi stabbilita fl-Anness I għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill u fl-applikazzjoni tal-kriterji u l-metodoloġija stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Bħala riżultat ta’ dawn id-diskussjonijiet, il-lista ta’ pajjiżi terzi stabbilita fl-Anness I jenħtieġ li tiġi emendata. B’mod partikolari, il-Kanada, il-Georgia u t-Tuneżija jenħtieġ li jitħassru mil-lista filwaqt li jenħtieġ li jiżdied Singapore. Jenħtieġ ukoll li jiġi ċċarat li, soġġett għall-konferma tar-reċiproċità, l-ivjaġġar jenħtieġ li jkun possibbli minn Hong Kong SAR u Macao SAR.

(4)

Il-kontrolli fuq il-fruntieri mhumiex biss fl-interess tal-Istat Membru li fil-fruntieri esterni tiegħu jsiru dawn il-kontrolli, iżda tal-Istati Membri kollha li abolixxew il-kontrolli fil-fruntieri interni. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-miżuri meħuda fil-fruntieri esterni jkunu kkoordinati sabiex jiżguraw żona Schengen li tiffunzjona tajjeb. Għal dak il-għan, mit-22 ta’ Ottubru 2020, jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jneħħu r-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE b’mod ikkoordinat fir-rigward tar-residenti tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill kif emendat b’din ir-Rakkomandazzjoni.

(5)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Ladarba din ir-Rakkomandazzjoni tibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar din ir-Rakkomandazzjoni jekk hijiex ser timplimentaha.

(6)

Din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (5); Għaldaqstant l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6).

(8)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE (7) moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8).

(9)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE (9), moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (10).

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912, kif emendata bir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1052, bir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1144 u bir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1186, dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni hija emendata kif ġej:

(1)

L-ewwel paragrafu tal-punt 1 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

Mit-22 ta’ Ottubru 2020, l-Istati Membri jenħtieġ li jneħħu gradwalment ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE b’mod ikkoordinat fir-rigward tar-residenti tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I.”

(2)

L-Anness I għar-Rakkomandazzjoni huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS I

Pajjiżi terzi u Reġjuni Amministrattivi Speċjali, li r-residenti tagħhom jenħtieġ li ma jiġux affettwati minn restrizzjoni temporanja fil-fruntieri esterni fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE:

I.

STATI

1.

AWSTRALJA

2.

ĠAPPUN

3.

NEW ZEALAND

4.

RWANDA

5.

SINGAPORE

6.

KOREA T’ISFEL

7.

TAJLANDJA

8.

URUGWAJ

9.

ĊINA (*1)

II.

REĠJUNI AMMINISTRATTIVI SPEĊJALI TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA

1.

Hong Kong SAR (*1)

2.

Macao SAR (*1)

(*1)  soġġett għall-konferma tar-reċiproċità"

(*1)  soġġett għall-konferma tar-reċiproċità"

(*1)  soġġett għall-konferma tar-reċiproċità"

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 208 I, 1.7.2020, p. 1.

(2)  ĠU L 230, 17.7.2020, p. 26.

(3)  ĠU L 248, 31.7.2020, p. 26.

(4)  ĠU L 261, 11.8.2020, p. 83.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(6)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(7)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(9)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).


LINJI GWIDA

26.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/22


LINJA GWIDA (UE) 2020/1552 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-14 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2013/23 dwar l-istatistika tal-finanzi tal-gvern (BĊE/2020/50)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’ mod partikolari l-Artikolu 5.1 u 5.2, u l-Artikoli 12.1 u 14.3 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (2),

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-valutazzjoni tal-kwalità tad-data fil-qasam tal-istatistika dwar il-finanzi tal-gvern (GFS) titwettaq skont il-Qafas tal-Kwalità tal-Istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), u tinkludi rapport regolari ppreżentati mill-Bord Eżekuttiv lill-Kunsill Governattiv tal-BĊE. Il-monitoraġġ tal-kwalità tad-data huwa kritiku u għandu jsir b’mod tempestiv.

(2)

Madankollu, għandu jinkiseb il-bilanċ ġust bejn il-bżonn ta’ monitoraġġ u l-frekwenza tar-rapportar tal-informazzjoni relevanti lill-Kunsill Governattiv. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi aġġornata l-frekwenza li biha l-Bord Eżekuttiv jirrapporta dwar il-kwalità tal-GFS lill-Kunsill Governattiv. Sabiex tkun tista’ ssir analiżi tal-kwalità, l-ewwel rapport skont din il-Linja Gwida għandu jiġi ppreżentat mill-Bord Eżekuttiv lill-Kunsill Governattiv sat-30 ta’ Ġunju 2023.

(3)

Meta jiġu identifikati kwistjonijiet serji tal-kwalità tad-data, ikun xieraq li l-Bord Eżekuttiv jingħata l-faċilità li jipprovdi dawk ir-rapporti addizzjonali li jidhirlu li huma meħtieġa lill-Kunsill Governattiv. Għall-istess raġuni, huwa xieraq ukoll li jiġi pprovdut li l-Bord Eżekuttiv huwa kapaċi jeżerċita din id-diskrezzjoni kemm jista’ jkun malajr.

(4)

F’dawn l-aħħar snin, ħarġu għodda ġodda ta’ monitoraġġ. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi aġġornat l-ambitu tal-valutazzjonijiet li għandhom jitwettqu fil-kuntest tal-monitoraġġ u r-rapportar tal-kwalità tad-data.

(5)

Għalhekk, il-Linja Gwida 2014/2/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/23) (4) għandha tiġi emendata f’dan is-sens,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida BĊE/2013/23 hija emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 7, il-paragrafi 2 u 3 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“2.

Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jirrapporta kull sentejn lill-Kunsill Governattiv tal-BĊE dwar il-kwalità tal-GFS. Dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat mill-Bord Eżekuttiv lill-Kunsill Governattiv sat-30 ta’ Ġunju tas-sena wara kull perijodu biennali relevanti. L-ewwel rapport biennali għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Ġunju 2023.

3.

Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jindirizza ta’ mill-inqas dawn li ġejjin:

(a)

il-kopertura tad-data;

(b)

il-grad safejn jikkonformaw mad-definizzjonijiet relevanti;

(c)

il-kobor tar-reviżjonijiet, u

(d)

analiżi ta’ aġġustamenti bejn id-defiċit u d-dejn eċċessivi.”;

2.

fl-Artikolu 7, huwa miżjud il-paragrafu 4 li ġej:

“4.

Fejn il-Bord Eżekuttiv josserva kwistjonijiet severi tal-kwalità tad-data, jista’ jipprovdi lill-Kunsill Governattiv b’rapporti addizzjonali skont kif meħtieġ. ”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida mill-1 ta’ Lulju 2021. Madankollu, għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 1(2) ta’ din il-Linja Gwida mill-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1.

(3)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(4)  Linja gwida 2014/2/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Lulju 2013 dwar l-istatistika tal-finanzi tal-gvern (BĊE/2013/23) (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 12).


26.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/24


LINJA GWIDA (UE) 2020/1553 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-14 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2013/24 dwar l-obbligi ta’ rappurtar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2020/51)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’ mod partikolari l-Artikolu 5.1 u 5.2, u l-Artikoli 12.1 u 14.3 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-valutazzjoni tal-kwalità tal-kontijiet finanzjarji trimestrali taż-żona tal-euro għal kull settur istituzzjonali ssir skont il-Qafas tal-Kwalità tal-Istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), u tinkludi rapport regolari ppreżentat mill-Bord Eżekuttiv lill-Kunsill Governattiv tal-BĊE. Il-monitoraġġ tal-kwalità tad-data huwa kritiku u għandu jsir b’mod tempestiv.

(2)

Madankollu, għandu jinkiseb il-bilanċ ġust bejn il-bżonn ta’ monitoraġġ u l-frekwenza tar-rapportar tal-informazzjoni relevanti lill-Kunsill Governattiv. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi aġġornata l-frekwenza li biha l-Bord Eżekuttiv jirrapporta dwar il-kwalità tal-kontijiet finanzjarji trimestrali lill-Kunsill Governattiv. Sabiex tkun tista’ ssir analiżi tal-kwalità, l-ewwel rapport skont din il-Linja Gwida għandu jiġi ppreżentat mill-Bord Eżekuttiv lill-Kunsill Governattiv sat-30 ta’ Ġunju 2023.

(3)

Meta jiġu identifikati kwistjonijiet serji tal-kwalità tad-data, ikun xieraq li l-Bord Eżekuttiv jingħata l-faċilità li jipprovdi dawk ir-rapporti addizzjonali li jidhirlu li huma meħtieġa lill-Kunsill Governattiv. Għall-istess raġuni, huwa xieraq ukoll li jiġi pprovdut li l-Bord Eżekuttiv huwa kapaċi jeżerċita din id-diskrezzjoni kemm jista’ jkun malajr.

(4)

B’mod konformi mal-Qafas tal-Kwalità tal-Istatistika tal-BĊE, huwa xieraq li ċerta informazzjoni minn dawk ir-rapporti titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(5)

Għalhekk, il-Linja Gwida 2014/3/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/24) (2) għandha tiġi emendata f’dan is-sens,

Adotta din il-Linja Gwida:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida BĊE/2013/24 hija emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 huwa mibdul b’dan li ġej:

“2.

Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jirrapporta kull sentejn lill-Kunsill Governattiv tal-BĊE dwar il-kwalità tal-kontijiet finanzjarji trimestrali. Dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat mill-Bord Eżekuttiv lill-Kunsill Governattiv sat-30 ta’ Ġunju tas-sena wara kull perijodu biennali relevanti. L-ewwel rapport biennali għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Ġunju 2023.”;

2.

fl-Artikolu 7, qegħdin jiżdiedu d-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-paragrafu 3 li ġej huwa miżjud:

“3.

Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jindirizza ta’ mill-inqas dawn li ġejjin:

(a)

il-kopertura tad-data;

(b)

il-grad safejn jikkonformaw mad-definizzjonijiet relevanti; u

(c)

il-kobor tar-reviżjonijiet.”;

(b)

il-paragrafu 4 li ġej huwa miżjud:

“4.

Wara s-sottomissjoni ta’ rapport lill-Kunsill Governattiv skont il-paragrafu 2 il-Bord Eżekuttiv jista’ jagħmel dak ir-rapport, jew silta minnu, disponibbli għall-pubbliku.”;

(c)

il-paragrafu 5 li ġej huwa miżjud:

“5.

Fejn il-Bord Eżekuttiv josserva kwistjonijiet serveri tal-kwalità tad-data, jista’ jipprovdi lill-Kunsill Governattiv b’rapporti addizzjonali skont kif meħtieġ.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida mill-1 ta’ Lulju 2021. Madankollu, għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 1(2)(c) ta’ din il-Linja Gwida mill-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  Linja gwida 2014/3/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Lulju 2013 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2013/24) (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 34).


26.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/26


LINJA GWIDA (UE) 2020/1554 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-14 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2011/23 fir-rigward tal-frekwenza tar-rapportar lill-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-kwalità tal-istatistika esterna (BĊE/2020/52)

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 3.1, 3.3, 5.1, 12.1, 14.3 u 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-evalwazzjoni tal-kwalità tad-data fil-qasam tal-istatistika esterna ssir skont il-Qafas tal-Kwalità tal-Istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), u tinkludi rapport regolari ppreżentat mill-Bord Eżekuttiv tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE. Il-monitoraġġ tal-kwalità tad-data huwa essenzjali u għandu jsir fil-ħin.

(2)

Madankollu, għandu jinkiseb il-bilanċ ġust bejn il-ħtieġa ta’ monitoraġġ u l-frekwenza tar-rapportar tal-informazzjoni rilevanti lill-Kunsill Governattiv. Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi aġġornata l-frekwenza li biha l-Bord Eżekuttiv jirrapporta dwar il-kwalità tal-istatistika esterna lill-Kunsill Governattiv. Sabiex jippermetti l-analiżi tal-kwalità, il-Bord Eżekuttiv għandu jippreżenta l-ewwel rapport dwar il-kwalità lill-Kunsill Governattiv wara l-adozzjoni ta’ din il-Linja Gwida sa tmiem l-2022.

(3)

Il-kunċetti sottostanti għall-ġbir u l-kumpilazzjoni ta’ statistika esterna huma sodi u ankrati sew fis-sitt edizzjoni tal-Manwal dwar il-Bilanċ tal-Pagamenti u l-Pożizzjoni Internazzjonali tal-Investiment tal-Fond Monetarju Internazzjonali (BPM6) (2). Madankollu, dawn il-kunċetti spiss jirrikjedu kjarifiki, li wħud minnhom huma partikolarment importanti għal kumpilazzjoni eżatta tal-aggregati taż-żona tal-euro. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li l-kunċetti ta’ kont finanzjarju u ta’ pożizzjoni internazzjonali tal-investiment stabbiliti fl-Anness III għal-Linja Gwida 2012/120/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2011/23) (3) jiġu aġġornati;

(4)

Meta jiġu identifikati kwistjonijiet serji fil-kwalità tad-data, huwa xieraq li l-Bord Eżekuttiv jingħata l-faċilità li jipprovdi rapporti addizzjonali skont kif iqis meħtieġ lill-Kunsill Governattiv. Għall-istess raġuni, huwa xieraq ukoll li jiġi pprovdut li l-Bord Eżekuttiv ikun jista’ jeżerċita din id-diskrezzjoni mill-2022.

(5)

F’konformità mal-Qafas tal-Kwalità tal-Istatistika tal-BĊE, huwa xieraq li ċerta informazzjoni minn rapporti bħal dawn tkun disponibbli għall-pubbliku.

(6)

Mill-1 ta’ Marzu 2021, il-Linja Gwida (UE) 2018/1151 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/19) (4) tippreskrivi li l-Bord Eżekuttiv għandu jirrapporta kull sena lill-Kunsill Governattiv dwar il-kwalità tal-istatistika esterna. Sabiex jinkiseb il-bilanċ ġust bejn il-ħtieġa ta’ monitoraġġ u l-frekwenza tar-rapportar tal-informazzjoni rilevanti lill-Kunsill Governattiv, il-frekwenza stabbilita fil-Linja Gwida BĊE/2011/23 għandha tkun estiża aktar għal rapportar biennali. Għalhekk, għal raġunijiet ta’ trasparenza, għandu jingħata żmien suffiċjenti bejn l-applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ rapportar kull sena skont il-Linja Gwida (UE) 2018/1151 u l-applikazzjoni tar-rekwiżit l-aktar riċenti ta’ rapportar biennali skont din il-Linja Gwida. Għaldaqstant, il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) u l-Bord Eżekuttiv għandhom ikunu meħtieġa jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida mill-1 ta’ Lulju 2021.

(7)

Għaldaqstant, il-Linja Gwida BĊE/2011/23 għandha tiġi emendata f’dan is-sens,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida BĊE/2011/23 hija emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.

Mingħajr preġudizzju għall-kompiti ta’ sorveljanza tal-BĊE kif stabbiliti fl-Anness V, il-BĊNi għandhom, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra kif imsemmi fl-Artikolu 4 meta xieraq, jiżguraw li jsiru monitoraġġ u evalwazzjoni tal-kwalità tal-informazzjoni statistika magħmula disponibbli għall-BĊE. Il-BĊE jevalwa din id-data b’mod simili u f’waqtu.

Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jirrapporta kull sentejn lill-Kunsill Governattiv tal-BĊE fuq il-kwalità tal-istatistika esterna magħmula disponibbli għall-BĊE. Dak ir-rapport għandu jkun ippreżentat mill-Bord Eżekuttiv lill-Kunsill Governattiv sal-aħħar tas-sena ta’ wara kull perijodu biennali. L-ewwel rapport biennali għandu jiġi ppreżentat sa tmiem l-2022. Il-Bord Eżekuttiv jista’ jippubblika dak ir-rapport, jew silta minnu.”

2.

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 5 li ġej huwa miżjud:

“5.

Mill-1 ta’ Jannar 2022, fejn il-Bord Eżekuttiv josserva kwistjonijiet serji fil-kwalità tad-data, huwa jista’ jipprovdi rapporti addizzjonali skont il-ħtieġa lill-Kunsill Governattiv.”

3.

L-Anness III huwa emendat skont l-Anness għal din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida mill-1 ta’ Lulju 2021.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, L 318, p. 23).

(2)  Disponibbli fuq: https://www.imf.org/

(3)  Linja Gwida 2012/120/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ Diċembru 2011 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportaġġ statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika esterna (BĊE/2011/23) (ĠU L 65, 3.3.2012, p. 1).

(4)  Linja Gwida (UE) 2018/1151 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta’ Awwissu 2018 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2011/23 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportaġġ statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika esterna (BĊE/2018/19) (ĠU L 209, 20.8.2018, p. 2).


ANNESS

Taqsima 1, subtaqsima “C. Il-kont finanzjarju u l-qagħda internazzjonali tal-investiment” tal-Anness III għall-Linja Gwida BĊE/2011/23 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“C.   Il-kont finanzjarju u l-pożizzjoni internazzjonali tal-investiment

B’mod ġenerali, il-kont finanzjarju jirreġistra tranżazzjonijiet f’assi u obbligazzjonijiet finanzjarji bejn unitajiet istituzzjonali residenti u non-residenti. Madankollu, biex tiġi żgurata l-kumpilazzjoni korretta tal-aggregati taż-żona tal-euro, l-iskambji kollha bejn unitajiet istituzzjonali residenti ta’ strumenti finanzjarji maħruġa minn non-residenti u bejn unitajiet istituzzjonali non-residenti ta’ strumenti finanzjarji maħruġa minn residenti għandhom jiġu rreġistrati bħala tranżazzjonijiet finanzjarji, jiġifieri jsegwu strettament l-approċċ tad-debitur/kreditur.

Il-kont finanzjarju juri tranżazzjonijiet f’termini netti: l-akkwiżizzjonijiet netti ta’ assi finanzjarji jikkorrispondu għal akkwiżizzjonijiet tal-assi nieqes it-tnaqqis fl-assi.

Il-pożizzjoni internazzjonali tal-investiment (IIP) turi, fl-aħħar ta’ kull trimestru, il-valur tal-assi finanzjarji ta’ residenti ta’ ekonomija li jkunu pretensjonijiet fuq non-residenti, u l-obbligazzjonijiet ta’ residenti ta’ ekonomija, lil non-residenti, flimkien ma’ ingotti tad-deheb miżmuma bħala assi ta’ riżerva. Id-differenza bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet hija l-pożizzjoni netta fl-IIP, u tirrappreżenta jew pretensjoni netta jew obbligazzjoni netta lill-bqija tad-dinja.

Il-valur tal-IIP fit-tmiem ta’ perijodu jirriżulta minn pożizzjonijiet fit-tmiem tal-perijodu preċedenti, tranżazzjonijiet fil-perijodu kurrenti, u bidliet oħra li jirriżultaw minn raġunijiet oħra għajr tranżazzjonijiet bejn residenti u non-residenti, li jistgħu jiġu attribwiti lil bidliet oħra fil-volum u rivalutazzjonijiet minħabba tibdil fir-rati tal-kambju jew fil-prezzijiet.

Skont is-sottodiviżjoni funzjonali, it-tranżazzjonijiet u l-pożizzjonijiet finanzjarji transfruntiera huma kklassifikati bħala investiment dirett, investiment ta’ portafoll, derivattivi finanzjarji (għajr riżervi) u opzjonijiet ta’ stokk għall-impjegati, investiment ieħor, u assi ta’ riżerva. It-tranżazzjonijiet u l-pożizzjonijiet finanzjarji transfruntiera huma kklassifikati ulterjorment skont it-tip ta’ strument u s-settur istituzzjonali.

Il-prezzijiet tas-suq huma l-bażi għall-valutazzjoni tat-tranżazzjonijiet u tal-pożizzjonijiet. Il-valutazzjoni nominali tintuża għal pożizzjonijiet fi strumenti mhux negozjabbli, jiġifieri self, depożiti u kontijiet oħra riċevibbli/pagabbli. Madankollu, kwalunkwe tranżazzjoni f’dawn l-istrumenti hija stmata bil-prezzijiet tas-suq. Sabiex jiġġustifika l-inkonsistenza bejn il-valutazzjoni tas-suq tat-tranżazzjonijiet u l-valutazzjoni nominali tal-pożizzjonijiet, il-bejjiegħ jirreġistra r-rivalutazzjonijiet minħabba bidliet oħra fil-prezz matul il-perijodu li fih iseħħ il-bejgħ, ugwali għad-differenza bejn il-valur nominali u l-valur tat-tranżazzjoni, filwaqt li x-xerrej jirreġistra ammont oppost bħala rivalutazzjoni minħabba tibdil ieħor fil-prezz. Reġistrazzjoni simili sseħħ għal tranżazzjonijiet u pożizzjonijiet f’ekwità ta’ investiment dirett fejn il-pożizzjonijiet jirriflettu l-fondi proprji fil-valur kontabilistiku (ara t-taqsima li jmiss).

Il-kont finanzjarju tal-bilanċ tal-pagamenti u l-IIP jinkludi partiti ta’ tpaċija għad-dħul akkumulat fuq l-istrumenti kklassifikati fil-kategoriji funzjonali rispettivi.

6.1.   Investiment dirett barrani

L-investiment dirett huwa assoċjat ma’ resident f’ ekonomija waħda li jkollu kontroll jew grad sinifikanti ta’ influwenza fuq il-ġestjoni ta’ intrapriża li tkun residenti f’ekonomija oħra. Skont standards internazzjonali (BPM6), is-sjieda diretta jew indiretta ta’ 10 % jew aktar tas-saħħa tal-vot ta’ intrapriża residenti f’ekonomija partikolari minn investitur residenti f’ekonomija oħra hija evidenza ta’ tali relazzjoni. Abbażi ta’ dan il-kriterju, tista’ teżisti relazzjoni ta’ investiment dirett bejn numru ta’ intrapriżi relatati, irrispettivament minn jekk ir-rabta tinvolvix katina waħda jew numru ta’ katini. Hija tista’ testendi għas-sussidjarji, is-sub-sussidjarji u l-kumpaniji assoċjati ta’ intrapriża ta’ investiment dirett. Ladarba jiġi stabbilit l-investiment dirett, il-flussi finanzjarji/parteċipazzjonijiet sussegwenti kollha bejn l-entitajiet relatati jiġu rreġistrati bħala tranżazzjonijiet/pożizzjonijiet ta’ investiment dirett.

Il-kapital ta’ ekwità jinkludi l-ekwità fil-fergħat kif ukoll l-ishma kollha fis-sussidjarji u l-kumpaniji assoċjati. Il-qligħ investit mill-ġdid jikkonsisti fil-partita ta’ tpaċija għas-sehem ta’ qligħ tal-investitur dirett li ma jiġix distribwit bħala dividendi mis-sussidjarji jew mill-kumpaniji assoċjati, u l-qligħ ta’ fergħat mhux mibgħut lill-investitur dirett u li jiġi rreġistrat taħt “dħul mill-investiment” (ara 3.2.3).

L-ekwità u d-dejn ta’ investiment dirett huma diżaggregati ulterjorment skont it-tip ta’ relazzjoni bejn l-entitajiet u skont id-direzzjoni tal-investiment. Tista’ ssir distinzjoni bejn tliet tipi ta’ relazzjonijiet ta’ investiment dirett:

(a)

Investiment mill-investituri diretti f’intrapriżi ta’ investiment dirett. Din il-kategorija tinkludi flussi ta’ investiment (u stokks) mill-investitur dirett lill-intrapriżi ta’ investiment dirett tiegħu (irrispettivament minn jekk ikunx ikkontrollat jew influwenzat direttament jew indirettament).

(b)

Investiment bil-maqlub. Din it-tip ta’ relazzjoni tkopri flussi ta’ investiment (u stokks) mill-intrapriżi ta’ investiment dirett lill-investitur dirett.

(c)

Bejn intrapriżi sħab. Din tkopri flussi (u stokks) bejn intrapriżi li ma jikkontrollawx jew ma jinfluwenzawx lil xulxin, iżda li t-tnejn li huma jkunu taħt il-kontroll jew l-influwenza tal-istess investitur dirett.

Rigward il-valutazzjoni tal-pożizzjonijiet ta’ investiment dirett, l-istokks ta’ ekwità elenkati fil-Boroż huma vvalutati bil-prezzijiet tas-suq. Bil-maqlub, fil-każ tal-kumpaniji ta’ investiment dirett mhux elenkati, l-istokks ta’ ekwità huma vvalutati abbażi tal-valuri kontabilistiċi billi tintuża definizzjoni komuni li tinkludi l-partiti tal-kontabilità li ġejjin:

(i)

il-kapital imħallas (esklużi l-ishma proprji u inklużi l-kontijiet tal-primjum tal-ishma);

(ii)

it-tipi kollha ta’ riżervi (inklużi l-għotjiet ta’ investiment meta l-linji gwida tal-kontabilità jikkunsidrawhom bħala riżervi ta’ kumpanija);

(iii)

il-profitti mhux imqassma wara li jitnaqqas it-telf (inklużi r-riżultati għas-sena kurrenti).

Għall-ishma ta’ ekwità tal-kumpaniji mhux ikkwotati, it-tranżazzjonijiet irreġistrati fil-kont finanzjarju jistgħu jvarjaw mill-fondi proprji fil-valur kontabilistiku rreġistrat fl-IIP. Tali differenzi jiġu rreġistrati bħala rivalutazzjonijiet minħabba bidliet oħra fil-prezz.

Bħala prattika tajba huwa rrakkomandat li l-Istati Membri kollha għandhom jibdew jikkumpilaw l-istokks ta’ ekwità tal-investiment dirett barrani u l-qligħ investit mill-ġdid fuq il-bażi tar-riżultati ta’ stħarriġ dwar l-investiment dirett barrani li għandu jinġabar tal-anqas darba fis-sena (*).

__________

(*)

Għandhom jiġu abbandunati l-prattiċi mhux aċċettabbli li ġejjin: (i) li l-għażla tal-kriterju ta’ valutazzjoni titħalla f’idejn l-aġenti tar-rapportar (il-valuri tas-suq jew il-valuri kontabilistiċi); (ii) l-applikazzjoni ta’ metodu ta’ inventarju perpetwu/l-akkumulazzjoni tal-flussi ta’ BOP għall-kumpilazzjoni tal-istokks.

6.2.   Investiment ta’ portafoll

L-investiment ta’ portafoll jinkludi tranżazzjonijiet u pożizzjonijiet li jinvolvu titoli ta’ dejn jew ta’ ekwità, għajr dawk inklużi f’investiment dirett jew assi ta’ riżerva. L-investiment ta’ portafoll jinkludi titoli ta’ ekwità, ishma ta’ fond ta’ investiment u titoli ta’ dejn, sakemm ma jkunux ikklassifikati bħala investiment dirett jew bħala assi ta’ riżerva. Tranżazzjonijiet bħal ftehimiet ta’ riakkwist u self ta’ titoli huma esklużi mill-investiment ta’ portafoll. It-tranżazzjonijiet u l-pożizzjonijiet ta’ investiment ta’ portafoll jiġu vvalutati bil-prezzijiet tas-suq. Madankollu, fil-każ ta’ investiment ta’ portafoll f’titoli mhux elenkati, jista’ jkun hemm differenzi fil-valutazzjoni tat-tranżazzjonijiet u tal-pożizzjonijiet bħal fil-każ ta’ investiment dirett f’ishma mhux ikkwotati. Anki f’dan il-każ, dawn id-differenzi għandhom jiġu rreġistrati bħala rivalutazzjonijiet minħabba bidliet oħra fil-prezz.

Approċċ komuni għall-ġbir ta’ data dwar l-investiment ta’ portafoll huwa ddefinit fl-Anness VI.

6.2.1.   TITOLI TA’ EKWITÀ

L-ekwità tikkonsisti fl-istrumenti kollha li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq il-valur residwu ta’ korporazzjoni jew kważi-korporazzjoni, wara li jkunu ġew issodisfati l-pretensjonijiet tal-kredituri kollha. B’kuntrast mad-dejn, l-ekwità ġeneralment ma tipprovdix id-dritt lis-sid għal ammont predeterminat jew ammont determinat skont formula fissa. It-titoli ta’ ekwità jikkonsistu f’ishma kkwotati u ishma mhux ikkwotati.

L-ishma kkwotati huma titoli ta’ ekwità kkwotati f’Borża rikonoxxuta jew kwalunkwe forma oħra ta’ suq sekondarju. L-ishma mhux ikkwotati huma titoli ta’ ekwità mhux ikkwotati f’Borża.

6.2.2.   ISHMA TA’ FOND TA’ INVESTIMENT

L-ishma ta’ fond ta’ investiment huma maħruġa minn fondi ta’ investiment. Huma magħrufa bħala “unitajiet” jekk il-fond ikun fiduċjarju. Il-fondi ta’ investiment huma intrapriżi ta’ investiment kollettiv li permezz tagħhom l-investituri jiġbru flimkien fondi għall-investiment f’assi finanzjarji u/jew mhux finanzjarji. L-ishma ta’ fond ta’ investiment għandhom rwol speċjalizzat fl-intermedjazzjoni finanzjarja bħala tip ta’ investiment kollettiv f’assi oħra, u għalhekk huma identifikati separatament minn ishma oħra ta’ ekwità. Barra minn hekk, it-trattament tad-dħul tagħhom huwa differenti minħabba li l-qligħ investit mill-ġdid irid jiġi imputat.

6.2.3   TITOLI TA’ DEJN

It-titoli ta’ dejn huma strumenti negozjabbli li jservu bħala evidenza ta’ dejn. Huma jinkludu kontijiet, bonds, noti, ċertifikati ta’ depożitu negozjabbli, karti kummerċjali, obbligazzjonijiet, titoli appoġġjati minn assi, strumenti tas-suq monetarju, u strumenti simili normalment innegozjati fis-swieq finanzjarji. It-tranżazzjonijiet u l-qagħdiet fit-titoli ta’ dejn huma maqsuma skont il-maturità inizjali fuq terminu qasir u fuq terminu twil.

6.2.3.1.   TITOLI TA’ DEJN B’TERMINU QASIR

It-titoli ta’ dejn b’terminu qasir huma pagabbli fuq talba jew jinħarġu b’maturità inizjali ta’ sena jew anqas. Huma ġeneralment jagħtu lid-detentur id-dritt mhux kondizzjonat li jirċievi somma ta’ flus fissa ddikjarata, f’data speċifika. Dawn l-istrumenti ġeneralment jiġu nnegozjati, bi skont, fi swieq organizzati; l-iskont jiddependi fuq ir-rata tal-imgħax u ż-żmien li jkun fadal sal-maturità.

6.2.3.2.   TITOLI TA’ DEJN B’TERMINU TWIL

It-titoli ta’ dejn b’terminu twil jinħarġu b’maturità inizjali ta’ iżjed minn sena waħda jew bl-ebda maturità ddikjarata (għajr meta tintalab, li hija inkluża fuq terminu qasir). Huma ġeneralment jagħtu lid-detentur (a) id-dritt mhux kondizzjonat għal dħul monetarju fiss jew dħul monetarju varjabbli stabbilit b’kuntratt (il-ħlas tal-imgħax ikun indipendenti mill-qligħ tad-debitur), u (b) id-dritt mhux kondizzjonat għal somma fissa bi ħlas lura għall-kapital f’data jew dati speċifikati.

Ir-reġistrazzjoni ta’ tranżazzjonijiet fil-bilanċ tal-pagamenti sseħħ meta l-kredituri jew id-debituri jdaħħlu l-pretensjoni jew l-obbligazzjoni fil-kontijiet tagħhom. It-tranżazzjonijiet jiġu rreġistrati bil-prezz effettiv riċevut jew imħallas, esklużi l-kummissjoni u l-ispejjeż. Għalhekk, fil-każ tat-titoli bil-kupuni, jiġi inkluż l-imgħax mill-aħħar ħlas tal-imgħax u, fil-każ tat-titoli maħruġa bi skont, jiġi inkluż l-imgħax akkumulat mill-ħruġ. L-inklużjoni tal-imgħax dovut hija meħtieġa kemm għall-kont finanzjarju tal-bilanċ tal-pagamenti kif ukoll għall-IIP; dawn ir-reġistrazzjonijiet irid ikollhom partiti ta’ tpaċija fil-kontijiet tad-dħul rispettivi tagħhom.

6.3.   Derivattivi finanzjarji (għajr riżervi) u opzjonijiet ta’ stokk għall-impjegati

Kuntratt dwar derivattiv finanzjarju huwa strument finanzjarju li huwa marbut ma’ strument finanzjarju jew indikatur jew komodità speċifiku/speċifika ieħor/oħra u li permezz tiegħu riskji finanzjarji speċifiċi (bħar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax, ir-riskju tal-kambju, ir-riskju tal-ekwità u tal-prezzijiet tal-komoditajiet, ir-riskju ta’ kreditu, u l-bqija) jistgħu jiġu nnegozjati waħedhom fis-swieq finanzjarji. Din il-kategorija hija identifikata separatament minn kategoriji oħra minħabba li tirrigwarda t-trasferiment tar-riskju pjuttost milli l-provvista ta’ fondi jew riżorsi oħra. Kuntrarju għal kategoriji funzjonali oħra, ma jakkumula l-ebda dħul primarju fuq id-derivattivi finanzjarji. Il-flussi netti assoċjati ma’ derivattivi mir-rata tal-imgħax jiġu rreġistrati bħala derivattivi finanzjarji, mhux bħala dħul mill-investiment. It-tranżazzjonijiet u l-pożizzjonijiet fid-derivattivi finanzjarji huma ttrattati separatament mill-valuri ta’ kwalunkwe partita sottostanti li jkunu marbuta magħha. Fil-każ tal-opzjonijiet, jiġi rreġistrat il-primjum sħiħ (jiġifieri l-prezz tax-xiri/bejgħ tal-opzjonijiet u t-tariffa għas-servizz implikata). Il-ħlasijiet tal-marġini ripagabbli jikkonsisti fi flus jew kollateral iddepożitati sabiex kontroparti tiġi protetta kontra r-riskju ta’ inadempjenza. Huma kklassifikati bħala depożiti taħt investiment ieħor (jekk l-obbligazzjonijiet tad-debitur ikunu inklużi fi flus ġenerali) jew f’kontijiet oħra riċevibbli/pagabbli. Il-ħlasijiet tal-marġini mhux ripagabbli (magħrufa wkoll bħala l-marġini ta’ varjazzjoni) inaqqsu l-obbligazzjoni finanzjarja maħluqa permezz ta’ derivattiv; għalhekk huma kklassifikati bħala tranżazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji.

Il-valutazzjoni tad-derivattivi finanzjarji għandha ssir “skont is-suq”. It-tibdil fil-prezzijiet tad-derivattivi jiġi rreġistrat bħala qligħ jew telf tal-parteċipazzjoni (rivalutazzjonijiet minħabba tibdil fil-prezzijiet). Ir-reġistrazzjoni ta’ tranżazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji sseħħ meta l-kredituri u d-debituri jdaħħlu l-pretensjoni jew l-obbligazzjoni fil-kontijiet tagħhom. Minħabba problemi prattiċi involuti fis-separazzjoni tal-flussi tal-assi u tal-obbligazzjonijiet għal ċerti strumenti derivattivi, it-tranżazzjonijiet kollha ta’ derivattivi finanzjarji fil-bilanċ tal-pagamenti taż-żona tal-euro huma rreġistrati netti. Il-pożizzjonijiet tal-assi u l-obbligazzjonijiet tad-derivattivi finanzjarji fl-istatistika dwar l-IIP huma rreġistrati fuq bażi grossa, ħlief għal dawk id-derivattivi finanzjarji li jaqgħu fil-kategorija tal-assi ta’ riżerva, li huma rreġistrati fuq bażi netta. Għal raġunijiet prattiċi, id-derivattivi inkorporati mhumiex distinti mill-istrument sottostanti li miegħu jkunu marbuta.

L-opzjonijiet ta’ stokk għall-impjegati huma opzjonijiet sabiex tinxtara l-ekwità ta’ kumpanija li jiġu offruti lill-impjegati ta’ kumpanija bħala forma ta’ remunerazzjoni. Jekk opzjoni ta’ stokk mogħtija lill-impjegati tista’ tiġi nnegozjata fis-swieq finanzjarji mingħajr restrizzjoni, hija tiġi kklassifikata bħala derivattiv finanzjarju.

6.4.   Investiment ieħor

Investiment ieħor huwa kategorija residwa li tinkludi pożizzjonijiet u tranżazzjonijiet differenti minn dawk inklużi f’investiment dirett, investiment ta’ portafoll, derivattivi finanzjarji u opzjonijiet ta’ stokk għall-impjegati jew assi ta’ riżerva. Sakemm il-kategoriji ta’ assi u obbligazzjonijiet li ġejjin ma jkunux inklużi taħt investiment dirett jew assi ta’ riżerva, investiment ieħor jinkludi: (a) ekwità oħra; (b) munita u depożiti; (c) self (inkluż l-użu ta’ kreditu mill-FMI u self mill-FMI); (d) assigurazzjoni, pensjoni u skemi standardizzati ta’ garanzija, (e) kreditu kummerċjali u ħlas bil-quddiem, (f) kontijiet oħra riċevibbli/pagabbli; u (g) allokazzjonijiet ta’ drittijiet speċjali ta’ prelevament (SDR) (il-parteċipazzjonijiet SDR huma inklużi fl-assi ta’ riżerva).

Għas-self, id-depożiti u kontijiet oħra riċevibbli/pagabbli mibjugħa bi skont, il-valuri tat-tranżazzjonijiet irreġistrati fil-kont finanzjarju jistgħu jkunu differenti mill-valuri nominali rreġistrati fl-IIP. Tali differenzi jiġu rreġistrati bħala rivalutazzjonijiet minħabba bidliet oħra fil-prezz.

6.4.1.   EKWITÀ OĦRA

Ekwità oħra tinkludi ekwità mhux fil-forma ta’ titoli, għalhekk mhijiex inkluża fl-investiment ta’ portafoll. Il-parteċipazzjoni fil-kapital ta’ xi organizzazzjonijiet internazzjonali mhijiex fil-forma ta’ titoli u għalhekk hija kklassifikata bħala ekwità oħra.

6.4.2.   MUNITA U DEPOŻITI

Il-munita u d-depożiti jinkludu l-munita fiċ-ċirkolazzjoni u d-depożiti. Id-depożiti huma kuntratti standardizzati, mhux negozjabbli ġeneralment offruti mill-istituzzjonijiet li jieħdu d-depożiti, li jippermettu t-tqegħid u l-irtirar aktar tard ta’ ammont varjabbli ta’ flus mill-kreditur. Id-depożiti ġeneralment jinvolvu garanzija mid-debitur sabiex jirritorna l-ammont prinċipali lill-investitur.

Id-distinzjoni bejn “self” u “munita u depożiti” tiddependi fuq in-natura tal-mutwatarju. Dan jimplika li, min-naħa tal-assi, il-flus mogħtija mis-settur taż-żamma tal-flus residenti lil banek non-residenti għandhom jiġu kklassifikati bħala “depożiti” u l-flus mogħtija mis-settur taż-żamma tal-flus residenti lil istituzzjonijiet mhux banek non-residenti (jiġifieri unitajiet istituzzjonali għajr banek) għandhom jiġu kklassifikati bħala “selfiet”. Min-naħa tal-obbligazzjonijiet, il-flus meħuda minn istituzzjonijiet mhux bankarji residenti, jiġifieri istituzzjonijiet finanzjarji mhux monetarji (MFIs) għandhom jiġi kklassifikati dejjem bħala “selfiet”. Fl-aħħar nett, din id-distinzjoni timplika li t-tranżazzjonijiet kollha li jinvolvu MFIs u banek non-residenti għandhom jiġu kklassifikati bħala “depożiti”.

6.4.3.   SELFIET

Is-selfiet huma assi finanzjarji li (a) jinħolqu meta kreditur jislef fondi direttament lil debitur, u (b) li d-dokumenti juru li mhumiex negozjabbli. Din il-kategorija tinkludi s-selfiet kollha, inklużi l-ipoteki, il-kirjiet finanzjarji u l-operazzjonijiet tat-tip repo. L-operazzjonijiet kollha tat-tip repo, jiġifieri l-ftehimiet ta’ riakkwist, l-operazzjonijiet ta’ bejgħ/riakkwist u s-self ta’ titoli (bi skambju ta’ flus bħala kollateral), huma ttrattati bħala selfiet kollateralizzati, mhux bħala xiri/bejgħ dirett ta’ titoli, u jiġu rreġistrati taħt “investiment ieħor”, fi ħdan is-settur residenti li jwettaq l-operazzjoni. Dan it-trattament, li huwa konformi wkoll mal-prattika kontabilistika tal-banek u ta’ korporazzjonijiet finanzjarji oħra, huwa maħsub sabiex jirrifletti b’mod aktar preċiż ir-raġunament ekonomiku wara dawn l-istrumenti finanzjarji.

6.4.4.   ASSIGURAZZJONI, SKEMI TA’ PENSJONI, U SKEMI TA’ GARANZIJA STANDARDIZZATI

Din tinkludi dawn li ġejjin: (a) ir-riżervi tekniċi ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja; (b) l-assigurazzjoni tal-ħajja u d-drittijiet ta’ annwalità; (c) id-drittijiet għal pensjoni, it-talbiet ta’ fondi tal-pensjoni fuq l-amministraturi tal-pensjonijiet, u d-drittijiet għal fondi mhux tal-pensjoni; u (d) provvedimenti għal sejħiet taħt garanziji standardizzati.

6.4.5.   KREDITU KUMMERĊJALI U PAGAMENTI BIL-QUDDIEM

Il-kreditu kummerċjali u l-pagamenti bil-quddiem huma pretensjonijiet finanzjarji li jirriżultaw mill-estensjoni diretta tal-kreditu mill-fornituri ta’ prodotti u servizzi lill-konsumaturi tagħhom, u pagamenti bil-quddiem għal xogħol li jkun qiegħed isir jew li jkun għad irid jitwettaq, fil-forma ta’ prepagament mill-konsumaturi għal prodotti u servizzi li jkunu għadhom ma ġewx ipprovduti. Il-kreditu kummerċjali u l-pagamenti bil-quddiem jinħolqu meta l-ħlas għall-prodotti jew is-servizzi ma jsirx fl-istess ħin tal-bidla fis-sjieda ta’ prodott jew l-għoti ta’ servizz.

6.4.6.   KONTIJIET OĦRA RIĊEVIBBLI/PAGABBLI

Din il-kategorija tikkonsisti f’kontijiet riċevibbli jew pagabbli għajr dawk inklużi fi kreditu kummerċjali u pagamenti bil-quddiem jew strumenti oħra. Hija tinkludi assi u obbligazzjonijiet finanzjarji maħluqa bħala kontropartijiet għal tranżazzjonijiet fejn ikun hemm differenza ta’ żmien bejn dawn it-tranżazzjonijiet u l-ħlasijiet korrispondenti. Hija tinkludi l-obbligazzjonijiet għat-taxxi, ix-xiri u l-bejgħ ta’ titoli, it-tariffi għas-self ta’ titoli, it-tariffi għas-self ta’ deheb, il-pagi u s-salarji, id-dividendi, u l-kontribuzzjonijiet soċjali li jkunu akkumulaw iżda li jkunu għadhom ma tħallsux.

6.4.7.   ALLOKAZZJONIJIET TA’ DRITTIJIET SPEĊJALI TA’ PRELEVAMENT (SDRs)

L-allokazzjoni ta’ SDRs lill-membri tal-FMI hija murija bħala obbligazzjoni mġarrba mir-riċevitur taħt SDRs f’investiment ieħor, b’partita korrispondenti taħt SDRs fl-assi ta’ riżerva.

6.5.   Assi ta’ riżerva

L-assi ta’ riżerva huma dawk l-assi esterni li jkunu faċilment disponibbli għal, u kkontrollati minn, l-awtoritajiet monetarji sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-bilanċ tal-pagamenti, għal intervent fis-swieq tal-kambju sabiex tiġi mmaniġġata r-rata tal-kambju tal-munita, u għal għanijiet oħra relatati (bħaż-żamma tal-fiduċja fil-munita u l-ekonomija, jew biex iservu bħala bażi għas-self barrani). L-assi ta’ riżerva jridu jkunu assi f’munita barranija, pretensjonijiet fil-konfront ta’ non-residenti u assi li fil-fatt jeżistu. L-assi potenzjali huma esklużi. Il-bażi tal-kunċett tal-assi ta’ riżerva huma l-kunċetti ta’ “kontroll” u “disponibbiltà għall-użu” mill-awtoritajiet monetarji.

L-assi ta’ riżerva taż-żona tal-euro jikkonsistu mill-assi ta’ riżerva tal-Eurosistema, jiġifieri l-assi ta’ riżerva tal-BĊE u l-assi ta’ riżerva miżmuma mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) taż-żona tal-euro.

L-assi ta’ riżerva jridu (i) ikunu taħt il-kontroll effettiv ta’ awtorità monetarja tal-Eurosistema, jiġifieri jew il-BĊE jew BĊN taż-żona tal-euro, u (ii) ikunu pretensjonijiet likwidi ħafna, kummerċjabbli u ta’ affidabbiltà kreditizja miżmuma mill-Eurosistema fuq residenti mhux fiż-żona tal-euro denominati f’muniti konvertibbli għajr l-euro, flimkien ma’ deheb monetarju, pożizzjonijiet ta’ riżerva fil-FMI u L-SDRs.

Din id-definizzjoni teskludi espressament il-pretensjonijiet ta’ valuta barranija fuq residenti taż-żona tal-euro, u l-pretensjonijiet denominati fl-euro, milli jitqiesu bħala assi ta’ riżerva fuq livell nazzjonali jew fuq livell taż-żona tal-euro. Bl-istess mod, il-pożizzjonijiet tal-kambju tal-gvernijiet ċentrali u/jew tal-ministeri tal-finanzi mhumiex inklużi fid-definizzjoni tal-assi ta’ riżerva għaż-żona tal-euro skont l-arranġamenti istituzzjonali fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

L-assi ta’ riżerva tal-BĊE huma miġburin skont l-Artikolu 30 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u għalhekk jitqiesu li huma taħt il-kontroll dirett u effettiv tal-BĊE. Sakemm ma jseħħ l-ebda trasferiment ulterjuri tas-sjieda, l-assi ta’ riżerva miżmuma mill-BĊNi huma taħt il-kontroll dirett u effettiv tagħhom u huma ttrattati bħala assi ta’ riżerva ta’ kull BĊN individwali.

Ir-riżervi tal-Eurosistema huma kkumpilati fuq bażi grossa mingħajr ebda nnettjar tal-obbligazzjonijiet relatati mar-riżervi ħlief għal dawk l-assi ta’ riżerva inklużi fis-sottokategorija “derivattivi finanzjarji”, li huma rreġistrati fuq bażi netta.

Il-valutazzjoni hija bbażata fuq il-prezzijiet tas-suq billi jintużaw (a) għat-tranżazzjonijiet, il-prezzijiet tas-suq prevalenti fiż-żmien meta sseħħ it-tranżazzjoni u (b) għall-parteċipazzjonijiet, il-prezzijiet kif jagħlqu f’nofs is-suq fit-tmiem tal-perijodu ta’ referenza. Ir-rati tal-kambju prevalenti fis-suq fiż-żmien meta sseħħ it-tranżazzjoni u r-rati tal-kambju kif jagħlqu f’nofs is-suq fit-tmiem tal-perijodu ta’ referenza jintużaw rispettivament għall-konverżjoni f’euro ta’ tranżazzjonijiet u parteċipazzjonijiet ta’ assi ddenominati f’munita barranija.

L-idea li likwidità oħra f’munita barranija mhux inkluża fil-partita tal-assi ta’ riżerva tal-bilanċ tal-pagamenti u fl-istatistiċi dwar il-pożizzjoni internazzjonali tal-investiment tista’ tkun ukoll indikatur importanti tal-kapaċità ta’ pajjiż li jilħaq l-obbligi tiegħu tal-kambju saret iżjed mifruxa u ġiet adottata fl-Istandard Speċjali tad-Disseminazzjoni tad-Data tal-FMI. Sabiex tiġi kkalkulata l-likwidità f’munita barranija, id-data dwar ir-riżervi grossi jeħtieġ li tiġi ssupplimentata b’informazzjoni dwar assi oħra f’munita barranija u obbligazzjonijiet relatati mar-riżervi. Għalhekk, id-data ta’ kull xahar dwar l-assi ta’ riżerva (grossi) tal-Eurosistema hija ssupplimentata b’informazzjoni dwar assi oħra f’munita barranija u t-tneħħija netta determinata minn qabel u kontinġenti fuq terminu qasir fuq l-assi ta’ riżerva grossi kklassifikati skont il-maturità residwa. Barra minn hekk, hija meħtieġa wkoll distinzjoni fil-munita bejn l-assi ta’ riżerva grossi denominati f’muniti SDR (totali) u muniti oħra (totali) b’intervall ta’ trimestru.

6.5.1.   DEHEB MONETARJU

Id-deheb monetarju huwa deheb li għalih l-awtoritajiet monetarji (jew oħrajn li jkunu soġġetti għall-kontroll effettiv tal-awtoritajiet monetarji) ikollhom dritt u li jinżamm bħala assi ta’ riżerva. Dan jinkludi l-ingotti tad-deheb u l-kontijiet tad-deheb mhux allokati ma’ non-residenti li jagħtu dritt għat-talba tal-konsenja tad-deheb.

Il-parteċipazzjonijiet f’deheb monetarju għandhom jibqgħu mhux mibdula fit-tranżazzjonijiet riversibbli kollha bid-deheb (swaps ta’ deheb, repos, self u depożiti).

6.5.1.1.

L-ingotti tad-deheb jieħdu l-forma ta’ muniti, ingotti, jew blokok b’purità ta’ mill-anqas 995 parti għal kull 1 000, inklużi l-ingotti tad-deheb miżmuma f’kontijiet tad-deheb allokati.

6.5.1.2.

Il-kontijiet tad-deheb mhux allokati jirrappreżentaw pretensjoni kontra l-operatur tal-kont biex jikkonsenja d-deheb. Għal dawn il-kontijiet, il-fornitur tal-kont iżomm id-dritt għal bażi ta’ riżerva ta’ deheb fiżiku allokat u joħroġ pretensjonijiet lil detenturi tal-kontijiet denominati f’deheb. Il-kontijiet tad-deheb mhux allokati li ma jkunux ikklassifikati bħala deheb monetarju huma inklużi bħala munita u depożiti f’investiment ieħor.

6.5.2.   SDRs

L-SDRs huma assi ta’ riżerva internazzjonali maħluqa mill-FMI u allokati lill-membri sabiex jissupplimentaw ir-riżervi uffiċjali eżistenti. L-SDRs jinżammu biss mill-awtoritajiet monetarji tal-membri tal-FMI u minn numru limitat ta’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali li jkunu detenturi awtorizzati.

6.5.3.   POŻIZZJONI TAR-RIŻERVA FIL-FMI

Din hija s-somma ta’ (a) is-“segment ta’ riżerva”, jiġifieri l-ammonti ta’ munita barranija, inkluż l-SDR, li pajjiż membru jista’ jiġbed mill-FMI mingħajr ma javża ħafna qabel; u (b) kwalunkwe dejn tal-FMI taħt ftehim ta’ self fil-Kont tar-Riżorsi Ġenerali li jkun faċilment disponibbli għall-pajjiż membru.

6.5.4.   ASSI OĦRA TA’ RIŻERVA

Dawn jinkludu l-valuti u d-depożiti, it-titoli, id-derivattivi finanzjarji u pretensjonijiet oħra. Id-depożiti jirreferu għal dawk disponibbli meta jintalbu. It-titoli jinkludu l-ekwità likwida u kummerċjabbli u t-titoli ta’ dejn maħruġa minn non-residenti, inklużi l-ishma jew unitajiet ta’ fondi ta’ investiment. Id-derivattivi finanzjarji jiġu rreġistrati fl-assi ta’ riżerva biss jekk id-derivattivi marbuta mal-ġestjoni tal-assi ta’ riżerva jkunu integrali għall-valutazzjoni ta’ dawk l-assi. Pretensjonijiet oħra jinkludu self lil istituzzjonijiet mhux bankarji non-residenti, self fuq terminu twil lil kont Fiduċjarju tal-FMI u assi finanzjarji oħra mhux inklużi qabel iżda li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ assi ta’ riżerva.”.