ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 303 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
17.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 303/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1294
tal-15 ta’ Settembru 2020
dwar il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1999 (1) tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,
Filwaqt li:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-11 ta’ Diċembru dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika jistabbilixxi l-bażi leġiżlattiva meħtieġa għal governanza kosteffiċjenti, trasparenti u prevedibbli tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika. L-għan huwa li jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u l-impenji fit-tul tal-Unjoni dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’mod konsistenti mal-Ftehim ta’ Pariġi, u b’mod partikolari, il-miri u l-objettivi fil-qasam tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (“GHG”), l-enerġija minn sorsi rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika. |
(2) |
Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) introduċiet mira ġdida, vinkolanti għall-enerġija rinnovabbli għall-Unjoni għall-2030 ta’ mill-inqas 32 % tal-konsum finali gross tal-enerġija. |
(3) |
Bil-ħsieb li tintlaħaq il-mira vinkolanti tal-Unjoni ta’ mill-inqas 32 % tal-enerġija rinnovabbli fl-2030, l-Istati Membri jeħtieġ li jikkontribwixxu b’sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija. Il-mira vinkolanti ġenerali tal-Unjoni hija sostnuta minn obbligi għall-Istati Membri biex jużaw l-enerġija rinnovabbli anki fis-setturi tat-tisħin u t-tkessiħ u t-trasport skont l-Artikoli 23 u 25 tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2018/1999 jistabbilixxi trajettorja indikattiva mill-2021 sal-2030 għall-kontribut ta’ kull Stat Membru għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u għall-mira tal-Unjoni, bi tliet punti ta’ referenza li jenħtieġ li jintlaħqu fl-2022, l-2025 u l-2027. |
(4) |
Sabiex ikun possibbli li jsir monitoraġġ adegwat u li tittieħed azzjoni korrettiva bikrija mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-ilħuq tal-punti ta’ referenza fl-2022, l-2025 u l-2027 abbażi tar-rapporti nazzjonali integrati tal-Istati Membri dwar ir-rapporti ta’ progress nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima, fost affarijiet oħra. |
(5) |
Fejn il-Kummissjoni tikkonkludi, f’dak il-kuntest, li punt ta’ referenza wieħed jew aktar minn wieħed tal-Unjoni ma ntlaħqux, l-Istati Membri li waqgħu taħt il-punt ta’ referenza nazzjonali tagħhom jenħtieġ li jiżguraw li jiġu implimentati miżuri addizzjonali sabiex jimtela l-vojt lejn il-mira tal-UE għall-2030 għall-enerġija rinnovabbli. Waħda minn dawk il-miżuri tista’ tikkonsisti f’pagament finanzjarju volontarju lill-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni bil-għan li jitnaqqas id-distakk, parzjalment jew kompletament, fir-rigward tal-punti ta’ referenza nazzjonali sa fejn l-enerġija rinnovabbli ġġenerata mill-installazzjonijiet iffinanzjati mill-mekkaniżmu ta’ finanzjament tkun attribwita statistikament lill-Istati Membri parteċipanti, u tirrifletti l-pagamenti relattivi tagħhom. Dak il-mekkaniżmu jenħtieġ li jiffaċilita lill-Istati Membri l-opportunità li jżidu s-sehem settorjali tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-elettriku, tat-tisħin u tat-tkessiħ, u tat-trasport. |
(6) |
Id-Direttiva (UE) 2018/2001 teħtieġ li l-Kummissjoni tappoġġa l-ambizzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli permezz ta’ qafas ta’ abilitazzjoni, inkluż permezz ta’ użu mtejjeb tal-fondi tal-Unjoni. B’mod partikolari, dak l-appoġġ jenħtieġ li jkollu l-għan li jnaqqas l-ispiża tal-kapital għal proġetti ta’ enerġija rinnovabbli u li jtejjeb il-kooperazzjoni reġjonali bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, permezz ta’ proġetti konġunti, skemi ta’ appoġġ konġunti u l-ftuħ ta’ skemi ta’ appoġġ għal elettriku rinnovabbli għal produtturi li jinsabu fi Stati Membri oħra. F’dan ir-rigward u soġġett għar-rekwiżiti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, il-parteċipazzjoni ta’ Stat Membru fil-mekkaniżmu tista’ titqies bħala ftuħ ta’ skemi ta’ appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli. |
(7) |
Bil-għan li jiġi appoġġat l-użu tal-enerġija rinnovabbli madwar l-Unjoni, il-mekkaniżmu jenħtieġ lijikkontribwixxi għall-qafas abilitanti, b’mod partikolari billi jipprovdi appoġġ fil-forma ta’ self u għotjiet. |
(8) |
Sabiex jiġi appoġġat dak l-objettiv doppju, jiġifieri l-funzjoni tal-mili tal-vojt stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1999 u l-qafas ta’ abilitazzjoni previst fid-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament (UE) 2018/1999 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-istabbiliment u l-funzjonament ta’ mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli. |
(9) |
Ir-Regolament (UE) 2018/1999 jipprovdi għall-mekkaniżmu li jinkisbu riżorsi minn pagamenti mill-Istati Membri, fondi tal-Unjoni jew kontribuzzjonijiet tas-settur privat. Dawn ir-riżorsi jenħtieġ li jitqiesu separatament u taħt sorsi speċifiċi ta’ fondi fil-linja baġitarja tal-mekkaniżmu. |
(10) |
Kif previst mill-Artikolu 33 tar-Regolament 2018/1999, il-pagamenti addizzjonali mill-Istati Membri, li jiffinanzjaw partiti speċifiċi ta’ nefqa, bħall-appoġġ għal proġetti ġodda tal-enerġija rinnovabbli fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġu ttrattati bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi trasparenza fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-dħul assenjat estern permezz ta’ rappurtar regolari lill-Istati Membri. |
(11) |
Il-finanzjament tal-Unjoni taħt il-mekkaniżmu jista’ jiġi kkombinat ma’ finanzjament minn programmi oħra tal-Unjoni fejn dan ikun previst fl-att bażiku rilevanti u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fih. |
(12) |
Il-koordinazzjoni mal-istrumenti u l-fondi jew il-programmi ta’ appoġġ għall-investiment tal-Unjoni kif ukoll it-taħlit ta’ operazzjonijiet taħt l-istrument ta’ appoġġ għall-investiment tal-Unjoni jistgħu jintużaw biex jiffaċilitaw l-ilħuq tal-objettivi tal-mekkaniżmu, b’mod partikolari billi jippermettu t-tnaqqis tal-kost tal-kapital fl-Istati Membri ospitanti, b’hekk jiġi inċentivat l-investiment fi proġetti tal-enerġija rinnovabbli. |
(13) |
Il-koordinazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni u nazzjonali għal proġetti ġodda tal-enerġija rinnovabbli tista’ tiddependi fuq l-iskeda fit-tul ippubblikata skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. |
(14) |
Il-kontribuzzjonijiet mis-settur privat jista’ jkollhom rwol importanti fil-finanzjament tal-mekkaniżmu u fit-trawwim tal-adozzjoni ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli taħt dan il-mekkaniżmu. Dawk il-kontribuzzjonijiet jenħtieġ li jgħoddu bħala żieda mal-mira vinkolanti tal-Unjoni ta’ mill-inqas 32 %. Għalhekk, il-kontribuzzjonijiet tas-settur privat jistgħu jġibu valur miżjud u jiżguraw addizzjonalità tal-proġetti. Għalhekk, biex tiżdied it-trasparenza ta’ tali addizzjonalità, l-enerġija rinnovabbli ġġenerata minn proġetti li jirċievu appoġġ minn kontribuzzjonijiet tas-settur privat tista’ tkun marbuta mat-tikketta ekoloġika għall-Unjoni kollha msemmija fl-Artikolu 19(13) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, konsistenti mat-tassonomija finanzjarja sostenibbli. Biex jingħata inċentiv għall-kontribuzzjonijiet tas-settur privat, l-entità privata li tikkontribwixxi għall-mekkaniżmu tista’ titlob li tirċievi l-garanziji tal-oriġini għall-produzzjoni tal-enerġija li jikkorrispondu għall-kontribuzzjoni tagħha u li jistgħu jinħarġu għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u soġġett għal-leġiżlazzjoni nazzjonali. |
(15) |
Ir-Regolament (UE) 2018/1999 jipprevedi appoġġ mill-mekkaniżmu fil-forma ta’ primjums addizzjonali għall-prezzijiet tas-suq, fost oħrajn. Is-sejħa għall-offerti u l-offerti msemmija fl-Artikolu 33 ta’ dak ir-Regolament se jiġu implimentati permezz ta’ appoġġ finanzjarju mill-mekkaniżmu fil-forma ta’ għotjiet. |
(16) |
Il-mekkaniżmu jenħtieġ li jagħmel disponibbli b’mod tempestiv riżorsi finanzjarji adegwati għall-proġetti mogħtija, li jistgħu jinkludu l-iżborż tal-appoġġ għall-investiment bil-quddiem jew fuq il-bażi tal-ilħuq ta’ stadji importanti. |
(17) |
Barra minn hekk, skont ir-Regolament (UE) 2018/1999, il-mekkaniżmu jista’ jipprovdi appoġġ fil-forma ta’ strumenti finanzjarji, bħal self b’imgħax baxx. Sabiex jiġu implimentati dawk l-istrumenti finanzjarji u fl-istess ħin tiġi żgurata l-konsistenza mal-isforzi biex jiġu ssimplifikati l-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, huwa xieraq li tali appoġġ jiġi pprovdut permezz ta’ strumenti jew programmi oħra tal-Unjoni. L-effettività tal-infiq tal-appoġġ tista’ tittejjeb billi jiġu kkombinati forom ta’ appoġġ li jitħallsu lura u forom ta’ appoġġ li ma jistgħux jitħallsu lura, pereżempju permezz ta’ kontribuzzjonijiet għal operazzjonijiet ta’ taħlit taħt l-istrument ta’ appoġġ għall-investiment tal-Unjoni. |
(18) |
Il-mekkaniżmu jenħtieġ li jalloka l-appoġġ permezz ta’ sejħiet kompetittivi għal proposti għal proġetti ġodda ta’ enerġija rinnovabbli, fejn it-teknoloġiji kollha definiti bħala teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli skont id-Direttiva (UE) 2018/2001 jenħtieġ li ikunu eliġibbli għal appoġġ skont il-mekkaniżmu ta’ finanzjament. Il-ħżin tal-enerġija jista’ jkun eliġibbli għall-appoġġ mill-mekkaniżmu biss meta jintuża flimkien ma’ kapaċità ġdida ta’ enerġija rinnovabbli. Il-proġetti tal-enerġija rinnovabbli appoġġati mill-mekkaniżmu jenħtieġ li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali u jenħtieġ li jirrispettaw bis-sħiħ il-liġi internazzjonali. |
(19) |
Il-Kummissjoni, abbażi tal-preferenzi espressi mill-Istati Membri ospitanti u kontribwenti jenħtieġ li tkun tista’, f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, tillimita l-proċeduri għall-għoti ta’ għotjiet għal teknoloġiji speċifiċi fejn il-ftuħ tal-appoġġ lill-produtturi kollha tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli jwassal għal riżultat subottimali, b’mod partikolari fir-rigward tal-elettriku. |
(20) |
Il-Kummissjoni tista’, skont l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u abbażi tal-preferenzi espressi mill-Istati Membri ospitanti u kontribwenti, torganizza proċeduri speċifiċi għall-għoti ta’ għotjiet li għandhom l-għan li jappoġġaw proġetti fuq skala żgħira jew proġetti innovattivi, li jinkludu proġetti fir-reġjuni l-aktar imbiegħda u fi gżejjer iżolati jew żgħar, bħala parti mill-kontribut tal-mekkaniżmu għall-qafas ta’ abilitazzjoni. |
(21) |
Il-proċedura għall-għoti tal-mekkaniżmu jenħtieġ li tiżgura kompetizzjoni suffiċjenti sabiex l-applikanti jkunu jistgħu jiżvelaw l-ispejjeż reali tagħhom u jevitaw imġiba kollużiva, jimminimizzaw l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet għall-Kummissjoni u għall-applikanti u jżidu l-probabbiltà li l-applikant rebbieħ jistabbilixxi proġetti ġodda ta’ enerġija rinnovabbli. |
(22) |
F’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999, l-appoġġ għal proġetti ffinanzjati mill-pagamenti volontarji tal-Istati Membri maħtura mill-Istat Membru biex jimtela l-vojt fit-trajettorja indikattiva nazzjonali tiegħu, jenħtieġ li jiġi allokat għal proġetti li joffru l-inqas spiża jew primjum. Kriterji oħrajn għall-għoti, kif ukoll kriterji tal-eliġibbiltà jew tal-għażla, jistgħu jiġu stabbiliti għal proġetti taħt il-funzjoni ta’ abilitazzjoni tal-mekkaniżmu, inkluż fir-rigward tal-impatt ambjentali tal-proġetti. |
(23) |
L-iżborż tal-appoġġ tal-mekkaniżmu jenħtieġ li jkun marbut ukoll ma’ żidiet ivverifikati tal-kapaċitajiet tal-enerġija rinnovabbli jew tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli fl-elettriku, fit-tisħin u fit-tkessiħ, jew fis-setturi tat-trasport li jingħataw mill-proġetti li jingħataw għotjiet mill-mekkaniżmu. Tali riżultati jenħtieġ li jiġu speċifikati fil-ftehim ta’ għotja u prestazzjoni baxxa b’mod sostanzjali meta mqabbla ma’ żidiet ippjanati fil-kapaċitajiet (kW) jew fl-enerġija mogħtija, kif stabbilit fil-ftehim ta’ għotja, jistgħu jwasslu għall-użu tad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolaw is-sospensjoni, it-terminazzjoni u t-tnaqqis fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 mill-awtorità awtorizzanti. |
(24) |
Il-mekkaniżmu jenħtieġ li jiġi implimentat f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u prestazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. B’mod partikolari, il-Kummissjoni jenħtieġ li tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li, fejn jiġu implimentati l-attivitajiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti, pereżempju, permezz ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, frodi jew ksur ta’ obbligi, bl-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament. |
(25) |
Fejn proċedura għall-għoti a’ għotjiet ma tirnexxix, jixraq li l-Kummissjoni toffri lill-Istat Membru kontribwenti l-possibbiltà li jew jirkupra l-ammont li jkun ikkontribwixxa jew li jistenna li l-Kummissjoni torganizza sejħa ġdida, minħabba li l-fondi tal-mekkaniżmu li jikkwalifikaw bħala dħul assenjat estern jistgħu jiġu riportati awtomatikament. Għal dak il-għan, jenħtieġ li titwaqqaf sistema ta’ kontabilità xierqa. F’każ li l-Istat Membru jistenna lill-Kummissjoni torganizza sejħa ġdida, jenħtieġ li jitqies li jkun ħa miżuri addizzjonali skont l-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) 2018/1999 sakemm tiġi organizzata sejħa ġdida. |
(26) |
Fil-każ li l-applikant jonqos milli jimplimenta l-proġett u sabiex jitħarsu l-aspettattivi leġittimi tal-Istati Membri, huwa xieraq li l-Istati Membri li jipparteċipaw fi proġett li l-applikant ikun naqas milli jimplimentah, ikunu meqjusa li jkunu ħadu miżuri addizzjonali skont l-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) 2018/1999 għal ammont ta’ enerġija kkalkulat u li jkun ingħata kont tiegħu separatament mill-Kummissjoni abbażi tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni mistennija, il-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa minn dan l-Istat Membru, u l-prezzijiet massimi applikabbli għas-sejħa li dan l-Istat Membru impenja ruħu li jipparteċipa fiha, għall-perjodu li matulu l-proġett kien jagħti lok għal benefiċċji statistiċi skont l-Artikolu 27(2). Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-mira tal-enerġija rinnovabbli għall-Unjoni għall-2030 ta’ mill-inqas 32 % skont id-Direttiva (UE) 2018/2001. |
(27) |
Fir-rigward tal-proċeduri għall-għoti ta’ għotjiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li timplimenta l-mekkaniżmu ta’ finanzjament direttament jew permezz ta’ aġenzija eżekuttiva. F’konformità mal-Artikolu 69 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tiddelega, kif xieraq, kompiti speċifiċi ta’ implimentazzjoni lil aġenzija eżekuttiva, bħat-tħejjija tas-sejħiet għal proposti, il-proċedura ta’ evalwazzjoni, il-ġestjoni kuntrattwali tal-għotjiet, u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proġett. Fir-rigward tal-appoġġ fi kwalunkwe forma stabbilita fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għajr l-għotjiet, dan se jiġi implimentat permezz ta’ strumenti jew programmi oħra tal-Unjoni billi jiġu fdati l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit. |
(28) |
Skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) 2018/1999, l-Istati Membri ospitanti jżommu d-dritt li jiddeċiedu jekk jippermettux li l-installazzjonijiet li jinsabu fit-territorju tagħhom jirċievu appoġġ mill-mekkaniżmu, u jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet isir dan. F’konformità ma’ din id-dispożizzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri ospitanti jitħallew jesprimu preferenzi fir-rigward tas-sejħiet għal proposti li jenħtieġ li jitwettqu mill-mekkaniżmu dment li dawn ikunu relatati mal-implimentazzjoni tal-proġett fit-territorju tagħhom, inkluż fir-rigward tal-impatt ambjentali tal-proġetti. |
(29) |
Meta jiġi kkunsidrat l-objettiv doppju tal-mekkaniżmu, li minn naħa waħda bħala li jimla l-lakuni fil-kuntest tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) 2018/1999 u, li min-naħa l-oħra jappoġġa l-qafas ta’ abilitazzjoni skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom rwol importanti fl-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu. |
(30) |
L-enerġija rinnovabbli ġġenerata kull sena minn installazzjonijiet li rċevew appoġġ finanzjarju li ma jistax jitħallas lura mill-mekkaniżmu ta’ finanzjament jenħtieġ li tiġi attribwita statistikament lill-Istati Membri parteċipanti b’mod li tirrifletti l-kontribuzzjonijiet finanzjarji relattivi kif ukoll id-distribuzzjoni tal-benefiċċji statistiċi bejn l-Istati Membri kontribwenti u dawk ospitanti stabbiliti fis-sejħa partikolari għal proposti. L-enerġija rinnovabbli attribwita statistikament jenħtieġ li tiġi inkluża fil-kalkolu tas-sehem tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli tal-Istati Membri parteċipanti skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Għall-perjodu bejn l-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja għal proġett u l-bidu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli ta’ dak il-proġett, l-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jitqiesu li jkunu ħadu miżuri addizzjonali skont l-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) 2018/1999 għal ammont ta’ enerġija kkalkulat abbażi tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni mistennija ta’ dak il-proġett, il-kontribuzzjoni finanzjarja rispettiva u l-prezzijiet massimi applikabbli għas-sejħa għal proposti. Wara dan il-perjodu, l-Istati Membri jenħtieġ li jitqiesu li jkunu ħadu miżuri addizzjonali skont l-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) 2018/1999 għall-enerġija attwali ġġenerata. L-enerġija rinnovabbli prodotta minn installazzjonijiet li kienu ffinanzjati esklussivament minn sorsi għajr il-pagamenti tal-Istati Membri jenħtieġ li ma tgħoddx statistikament mal-kontribuzzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri iżda mal-mira tal-Unjoni ta’ mill-inqas 32 % fil-konsum finali tal-enerġija sal-2030. |
(31) |
Għalhekk, kemm l-Istati Membri kontribwenti kif ukoll dawk ospitanti għandhom inċentivi wiesgħa biex jipparteċipaw fil-mekkaniżmu, u għalhekk, jenħtieġ li jibbenefikaw mill-allokazzjoni tal-benefiċċji statistiċi. Fir-rigward tal-Istati Membri kontribwenti, il-mekkaniżmu jenħtieġ li joffrilhom il-possibbiltà li jirċievu allokazzjoni tal-enerġija rinnovabbli għal kull euro mħallas, li jibbenefikaw minn iffrankar tal-kostijiet u minn potenzjal għal enerġija rinnovabbli bi prezz irħis fis-setturi kollha meta mqabbla mal-użu purament nazzjonali ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u li jibbenefikaw minn spejjeż tat-tranżazzjonijiet baxxi. Barra minn hekk, il-mekkaniżmu jenħtieġ li jiffaċilita l-konformità mal-mira bażi tagħhom għall-2020 għal sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. |
(32) |
Il-mekkaniżmu jenħtieġ li jippermetti lill-Istati Membri ospitanti jiksbu għadd ta’ vantaġġi potenzjalment bla spejjeż, jibbenefikaw mill-investiment lokali u l-ħolqien tal-impjiegi, jibbenefikaw minn tnaqqis tal-gassijiet serra u kwalità tal-arja mtejba, jimmodernizzaw is-sistemi tal-enerġija nazzjonali tagħhom u jnaqqsu d-dipendenza fuq l-importazzjonijiet. Barra minn hekk, l-Istati Membri ospitanti jenħtieġ li jirċievu benefiċċji statistiċi relatati mal-kostijiet li jiġġenera l-proġett attwali, pereżempju l-kostijiet tan-network. Sabiex dawn l-kostijiet jiġu koperti, huwa ġġustifikat li dawn il-benefiċċji statistiċi jenħtieġ li jaslu għand l-Istati Membri ospitanti wkoll fil-każ li l-installazzjoni tkun ġiet iffinanzjata minn sorsi oħra għajr il-pagamenti tal-Istati Membri. |
(33) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Unjoni tal-Enerġija imwaqqaf permezz tal-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) 2018/1999, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni (“il-mekkaniżmu”).
Artikolu 2
Objettivi
1. Il-mekkaniżmu jappoġġa l-użu tal-enerġija rinnovabbli madwar l-Unjoni.
2. Għal dak il-għan, il-mekkaniżmu għandu jissodisfa ż-żewġ funzjonijiet li ġejjin:
(a) |
jipprovdi appoġġ għal proġetti ġodda tal-enerġija rinnovabbli fl-Unjoni bil-għan li jimla vojt fit-trajettorja indikattiva tal-Unjoni skont l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) 2018/1999 (il-“funzjoni tal-mili tal-vojt”); |
(b) |
jikkontribwixxi għall-qafas ta’ abilitazzjoni skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999 u b’hekk jappoġġa l-użu tal-enerġija rinnovabbli madwar l-Unjoni irrispettivament minn vojt fit-trajettorja indikattiva tal-Unjoni (il-“funzjoni ta’ abilitazzjoni”). |
3. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, il-mekkaniżmu għandu jalloka r-riżorsi tiegħu biex jappoġġa l-użu tal-enerġija rinnovabbli madwar l-Unjoni skont ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament mingħajr distinzjoni bejn iż-żewġ funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“mekkaniżmu” tfisser il-mekkaniżmu tal-Unjoni għall-finanzjament tal-enerġija rinnovabbli msemmi fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2018/1999; |
(2) |
“funzjonijiet tal-mekkaniżmu” tfisser kemm il-funzjoni tal-mili tal-lakuni kif ukoll il-funzjoni ta’ abilitazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni; |
(3) |
“Stat Membru kontribwenti” tfisser Stat Membru li jagħmel pagament dirett fil-mekkaniżmu skont l-Artikolu 33(1) jew (2) tar-Regolament (UE) 2018/1999; |
(4) |
“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru li jippermetti li installazzjonijiet fiżiċi għall-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli ffinanzjata mill-mekkaniżmu jiġu installati fit-territorju tiegħu; |
(5) |
“Stati Membri parteċipanti” tfisser kemm l-Istati Membri kontribwenti kif ukoll l-Istati Membri ospitanti; |
(6) |
“promotur ta’ proġetti” tfisser persuna jew entità li tiżviluppa proġett tal-enerġija rinnovabbli; |
(7) |
“fondi tal-Unjoni” tfisser kwalunkwe forma ta’ appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, inklużi strumenti u fondi ta’ appoġġ għall-investiment jew programmi li jipprevedu strumenti finanzjarji tal-Unjoni, kemm jekk ikun parti mill-baġit tal-Unjoni Ewropea kif ukoll jekk le; |
(8) |
“pagament finanzjarju volontarju” tfisser pagament magħmul mill-Istati Membri għall-funzjoni tal-mili tal-lakuni skont l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) 2018/1999; |
(9) |
“pagamenti addizzjonali” tfisser pagamenti magħmula direttament mill-Istati Membri għall-funzjoni ta’ abilitazzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999; |
(10) |
“pagament” tfisser kemm pagament addizzjonali kif ukoll pagament finanzjarju volontarju; |
(11) |
“koordinazzjoni” tfisser koordinazzjoni bejn il-mekkaniżmu ta’ finanzjament u kwalunkwe strument ta’ finanzjament tal-Unjoni jew nazzjonali ieħor skont l-Artikolu 24; |
(12) |
“operazzjoni ta’ taħlit” tfisser operazzjoni appoġġata mill-baġit tal-UE li tikkombina forom ta’ appoġġ li mhumiex rimborsabbli u/jew appoġġ rimborsabbli mill-baġit tal-Unjoni ma’ forom ta’ appoġġ rimborsabbli minn istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll minn istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u tal-investituri; |
(13) |
“limitu massimu tal-prezz” tfisser il-prezz massimu għal kull kWh jew kW li jista’ jingħata f’sejħa speċifika u li jekk jinqabeż l-applikazzjonijiet jiġu esklużi mill-proċedura għall-għoti ta’ għotjiet; |
(14) |
“enerġija minn sorsi rinnovabbli” jew “enerġija rinnovabbli” għandha l-istess tifsira attribwita lill-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001; |
(15) |
“unità addizzjonali” tfisser ammont definit ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni (kW) jew enerġija ġġenerata (kWh) skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 li jista’ jiġi attribwit għall-implimentazzjoni unika tal-appoġġ ipprovdut mill-mekkaniżmu; |
(16) |
“ipprezzar skont l-offerta” tfisser proċedura għall-għoti ta’ għotjiet fejn l-applikanti jingħataw appoġġ ta’ għotja li jikkorrispondi għall-prezz għal kull unità addizzjonali offruta fl-applikazzjoni tagħhom; |
(17) |
“ipprezzar uniformi” tfisser proċedura għall-għoti ta’ għotjiet fejn l-applikanti jingħataw appoġġ ta’ għotja li jikkorrispondi għall-prezz għal kull unità addizzjonali stabbilit fil-punt ta’ approvazzjoni tal-proċedura għall-għoti; |
(18) |
“primjum varjabbli” tfisser appoġġ operazzjonali fil-forma ta’ primjum għal kull kWh ikkalkulat bħala d-differenza bejn prezz medju bl-ingrossa fiż-żona tal-prezz fejn tinsab l-installazzjoni u l-prezz iddeterminat mill-proċedura għall-għoti ta’ għotjiet; |
(19) |
“primjum fiss” tfisser appoġġ operazzjonali fil-forma ta’ primjum għal kull kWh addizzjonali għall-prezz tas-suq, li l-ammont tiegħu jiġi ddeterminat mill-proċedura għall-għoti ta’ għotjiet; |
(20) |
“appoġġ għall-investiment” tfisser pagamenti mill-mekkaniżmu relatati mal-installazzjoni ta’ kapaċità għal unitajiet addizzjonali għal kull kW; |
(21) |
“appoġġ operazzjonali” tfisser kontribuzzjonijiet mill-mekkaniżmu li huma relatati mal-operazzjonijiet kontinwi ta’ impriża u li jitħallsu għal kull unità addizzjonali ta’ kWh iġġenerata. |
Artikolu 4
Sorsi ta’ finanzjament
1. Skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2018/1999, l-azzjonijiet taħt il-mekkaniżmu jistgħu jiġu ffinanzjati minn pagamenti mill-Istati Membri, fondi tal-Unjoni, jew kontribuzzjonijiet mis-settur privat.
2. Il-mekkaniżmu jista’ jirċievi pagamenti volontarji mill-Istati Membri skont l-Artikolu 32(3)(d) tar-Regolament (UE) 2018/1999 jew pagamenti addizzjonali mill-Istati Membri skont l-Artikolu 33(2)(a) tar-Regolament (UE) 2018/1999.
3. Il-mekkaniżmu jista’ jirċievi kontribuzzjonijiet tal-baġit minn programmi oħra tal-Unjoni skont l-atti bażiċi applikabbli. Fejn dawn l-atti bażiċi applikabbli jipprevedu dan, dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jintużaw b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari sabiex jikkontribwixxu għall-qafas ta’ abilitazzjoni skont l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi għal liema sejħiet jintużaw dawn il-kontribuzzjonijiet.
4. Il-mekkaniżmu jista’ jirċievi kontribuzzjonijiet mis-settur privat minn kwalunkwe entità privata, kemm jekk hi persuna fiżika jew ġuridika. Qabel ma tagħti l-kontribut tagħha għall-mekkaniżmu, l-entità privata tista’ tindika preferenza għas-sejħa għal proposti li għaliha huwa maħsub il-pagament tagħha, jew għat-tip ta’ teknoloġija jew użu finali li hija lesta li tappoġġa, mingħajr ma tfixkel il-kompetizzjoni tas-suq, u tista’ titlob li tirċievi l-garanziji tal-oriġini li jistgħu jinħarġu għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli. Il-Kummissjoni tista’ tqis dik il-preferenza, li ma torbotx lill-Kummissjoni. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi informazzjoni dwar l-elementi finali tas-sejħa għal proposti, l-entità privata għandha tagħmel il-kontribuzzjoni tagħha għall-mekkaniżmu.
Artikolu 5
Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament
1. Il-mekkaniżmu għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b’ġestjoni indiretta flimkien ma’ korpi msemmija fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.
2. F’konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2018/1999, il-mekkaniżmu għandu jissodisfa l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2 billi jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, inklużi l-għotjiet. Huwa jista’ jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta’ strumenti finanzjarji fi ħdan operazzjonijiet ta’ taħlit.
3. Il-mekkaniżmu jista’ jissodisfa l-objettivi tiegħu stabbiliti fl-Artikolu 2 ukoll billi jalloka l-appoġġ finanzjarju f’koordinazzjoni ma’ strumenti oħra u ma’ programmi tal-Unjoni kif previst fil-Kapitolu III.
Artikolu 6
Il-kontribut tal-mekkaniżmu għall-qafas ta’ abilitazzjoni
1. Il-mekkaniżmu għandu jikkontribwixxi għall-qafas ta’ abilitazzjoni skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999, fost l-oħrajn bil-għan li jitnaqqas il-kost tal-kapital għal proġetti ta’ enerġija rinnovabbli u tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi. Għal dan il-għan:
(a) |
il-Kummissjoni tista’ talloka fondi tal-Unjoni rċevuti skont l-Artikolu 4(3); |
(b) |
l-appoġġ allokat mill-mekkaniżmu jista’ jiġi kkoordinat ma’ finanzjament minn programmi u/jew minn strumenti nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. |
2. Meta l-mekkaniżmu jipprovdi appoġġ bħala parti mill-kontribuzzjoni għall-qafas ta’ abilitazzjoni, il-prinċipji tal-proċedura għall-għoti ta’ għotjiet għandhom jiġu applikati kif xieraq skont l-Artikolu 15(4) u kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti oħra ta’ dan ir-Regolament.
KAPITOLU II
APPOĠĠ MHUX RIMBORSABBLI FIL-FORMA TA’ GĦOTJIET
TAQSIMA I
L-espressjoni ta’ interess mill-Istati Membri u l-Proċedura ta’ Għoti tal-Għotjiet
Artikolu 7
Espressjoni ta’ interess mill-Istati Membri
1. Kull sena, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Istati Membri biex jesprimu l-interess tagħhom li jipparteċipaw bħala Stat Membru kontribwenti u/jew ospitanti fil-proċeduri għall-għoti ta’ għotjiet organizzati mill-mekkaniżmu u għandha taqsam mal-Istati Membri kalendarju indikattiv li jkopri l-passi proċedurali mill-espressjoni ta’ interess għas-sejħiet għal proposti, kif ukoll indikazzjoni ta’ meta l-Kummissjoni beħsiebha torganizza s-sejħa li jmiss għall-espressjoni ta’ interess.
2. L-Istati Membri interessati li jipparteċipaw bħala Stat Membru ospitanti, u, fejn rilevanti, pajjiżi terzi f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
il-kapaċità jew l-enerġija rinnovabbli totali massima ġġenerata fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti disponibbli għal proġetti appoġġati mill-mekkaniżmu, inkluż għal kull teknoloġija u sena, fejn applikabbli; |
(b) |
it-teknoloġiji ppreferuti jew is-setturi tal-użu finali; |
(c) |
il-kapaċità jew l-enerġija rinnovabbli massima ġġenerata minn proġetti, għal kull teknoloġija, fejn applikabbli; |
(d) |
kwalunkwe restrizzjonijiet fuq is-sit jew restrizzjonijiet ġeografiċi, fejn applikabbli; |
(e) |
is-sehem minimu mitlub tal-benefiċċji statistiċi li għandhom jitqassmu lil Stat Membru ospitanti skont l-Artikolu 27, għal kull teknoloġija fejn applikabbli, inkluż stima tal-kost tal-integrazzjoni tas-sistema; |
(f) |
l-indikazzjoni għal kull teknoloġija tar-reġim regolatorju nazzjonali applikabbli għall-promoturi tal-proġetti fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-kostijiet tal-grids; |
(g) |
kwalunkwe preferenza jew restrizzjoni oħra, inkluż kriterji ambjentali, appoġġati minn spjegazzjoni. |
3. L-Istati Membri interessati li jipparteċipaw bħala Stat Membru kontribwenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
il-volumi ta’ enerġija rinnovabbli ġġenerata, espressi f’termini ta’ kWh, li beħsiebhom jappoġġaw permezz tal-mekkaniżmu u jibbenefikaw minnha f’termini ta’ allokazzjoni statistika; |
(b) |
il-baġit massimu indikattiv għal kull kWh/kW li huma disponibbli biex iqassmu għall-benefiċċju tal-istatistika tagħhom; |
(c) |
il-kontribuzzjoni finanzjarja massima maħsuba f’EUR għall-mekkaniżmu ta’ finanzjament għal kull proċedura għall-għoti ta’ għotjiet; |
(d) |
preferenza għal proċeduri għall-għoti ta’ għotjiet newtrali fir-rigward tat-teknoloġija, ta’ diversi teknoloġiji, speċifiċi għat-teknoloġija, speċifiċi għal proġett jew speċifiċi għall-użu finali, skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001; |
(e) |
is-sehem minimu mitlub tal-benefiċċji statistiċi li jridu jitqassmu lilhom skont l-Artikolu 27, għal kull teknoloġija jekk applikabbli; |
(f) |
preferenzi oħrajn rilevanti għall-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom, inkluż kriterji ambjentali. |
4. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), il-Kummissjoni ma għandha tippubblika l-ebda informazzjoni pprovduta minn Stat Membru bħala parti mill-espressjoni ta’ interess, ħlief fejn ikun espressament awtorizzat mill-Istat Membru kkonċernat.
5. Il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri ospitanti u kontribwenti skont dan l-Artikolu bl-għan li tfassal is-sejħiet għal proposti u b’mod partikolari:
(a) |
l-objettivi tas-sejħa; |
(b) |
il-forma ta’ għotjiet (investiment jew appoġġ operazzjonali); |
(c) |
l-enerġija rinnovabbli ġġenerata matul il-perjodu ta’ appoġġ jew il-kapaċità (kWh jew kW) li fuqha se jkun ibbażat l-għoti; |
(d) |
it-teknoloġiji eliġibbli; |
(e) |
il-prezz massimu; |
(f) |
ir-restrizzjonijiet fuq is-sit, ġeografiċi u regolatorji u l-kriterji ambjentali; |
(g) |
il-perjodu ta’ twettiq tal-proġetti; |
(h) |
id-distribuzzjoni tal-benefiċċji statistiċi bejn l-Istati Membri kontribwenti u dawk ospitanti; |
(i) |
il-kriterji għall-għoti għall-appoġġ finanzjarju. |
6. Il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-limitu massimu tal-prezz msemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu abbażi, fost l-oħrajn, tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri matul l-espressjoni ta’ interess, il-paragunaturi rilevanti bħar-riżultati ta’ sejħiet preċedenti, studji tal-ispejjeż, kif ukoll riżultati mill-eżerċizzji ta’ mmudellar fejn xieraq. Il-kalkolu se jqis l-ispiża livellata tal-enerġija tat-teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli, aġġustata fuq bażi regolari.
7. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri l-intenzjoni tagħha li tniedi sejħa għall-proposti u l-elementi previsti msemmija fiż-żewġ paragrafi preċedenti qabel it-tnedija tas-sejħa.
8. L-Istati Membri jistgħu jesprimu fehmiet dwar l-informazzjoni notifikata mill-Kummissjoni skont il-paragrafu preċedenti. Wara r-reviżjoni ta’ dawn il-kummenti fl-isfond tal-objettivi tal-mekkaniżmu, il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri l-elementi finali msemmija fil-paragrafi 5 u 6.
Artikolu 8
Impenji vinkolanti mill-Istati Membri ospitanti
1. L-Istati Membri ospitanti għandhom jikkonfermaw lill-Kummissjoni l-impenn irrevokabbli u mingħajr kundizzjoni tagħhom li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu bl-għan li jippermettu lil installazzjonijiet li jkunu jinsabu fit-territorju tagħhom li jirċievu appoġġ taħt il-mekkaniżmu f’konformità mar-reġim regolatorju nazzjonali fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(8). Dak l-impenn għandu jkun vinkolanti.
2. Fir-rigward tar-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-proġetti fit-territorju tagħhom sabiex jirċievu appoġġ taħt il-mekkaniżmu, l-Istati Membri ospitanti għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
il-kapaċità massima fit-territorju tal-Istati Membri ospitanti disponibbli għal proġetti appoġġjati mill-mekkaniżmu, inkluż għal kull teknoloġija u sena, fejn applikabbli); |
(b) |
l-enerġija rinnovabbli massima ġġenerata mill-proġetti u r-restrizzjonijiet fuq is-sit, fejn applikabbli; |
(c) |
ir-reġim nazzjonali applikabbli għall-promoturi tal-proġetti fir-rigward tal-kostijiet sostnuti tal-grid; |
(d) |
elementi rilevanti oħra. |
3. Il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni li tirċievi skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu meta tkun qed tfassal il-proċedura għall-għoti ta’ għotjiet.
4. L-Istat Membru ospitanti li jikkonferma l-impenn tiegħu għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-għajnuna amministrattiva meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu, b’mod partikolari għall-finijiet tar-rappurtar tal-kwantità ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli prodotta minn proġetti li jirċievu appoġġ mhux rimborsabbli mill-mekkaniżmu, li jinsabu fl-Istat Membru ospitanti.
5. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu japplikaw għal pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu u fil-proġetti ta’ ospitalità kif meħtieġ.
Artikolu 9
Komunikazzjoni tal-limitu massimu tal-prezzijiet mill-Kummissjoni
Abbażi tal-impenji vinkolanti tal-Istati Membri ospitanti u permezz tal-approċċ imsemmi fl-Artikolu 7(6), il-Kummissjoni għandha tiddetermina u tikkomunika lill-Istati Membri parteċipanti prezz massimu u baġit massimu disponibbli f’EUR għal kull sejħa għal proposta, kif ukoll indikazzjoni dwar l-għażliet għall-Istat Membru fil-każ li r-riżultat tas-sejħa għal proposti jkun taħt il-prezz massimu.
Artikolu 10
Impenji vinkolanti mill-Istati Membri kontribwenti
L-Istati Membri kontribwenti għandhom jikkonfermaw lill-Kummissjoni l-impenn irrevokabbli u mingħajr kundizzjoni tagħhom li jipprovdu pagamenti lill-mekkaniżmu fir-rigward ta’ sejħa waħda jew ta’ diversi sejħiet għal proposti fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu l-komunikazzjoni tal-prezzijiet massimi msemmija fl-Artikolu 9. L-impenn mill-Istat Membru kontribwenti għandu jkun vinkolanti u għandu, mill-inqas, ikopri l-elementi li ġejjin fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet magħmula għall-mekkaniżmu:
(a) |
il-volum tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Istat Membru (EUR) għal kull proċedura għall-għoti ta’ għotjiet, jew il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli li l-Istat Membru se jappoġġja u jibbenefika minnha f’termini ta’ allokazzjoni statistika, espressa f’kW jew kWh, skont il-prezz massimu finali, flimkien ma’ baġit massimu disponibbli f’EUR; |
(b) |
it-twaqqit tal-pagamenti; |
(c) |
indikazzjoni dwar jekk il-pagament isirx skont il-paragrafu (1) jew (2) tal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2018/1999; |
(d) |
id-distribuzzjoni tal-benefiċċji statistiċi bejn l-Istati Membri kontribwenti u dawk ospitanti. |
Artikolu 11
Sejħa għal proposti
1. Abbażi tal-impenji vinkolanti mill-Istati Membri ospitanti u, fejn rilevanti, il-pajjiżi terzi, u l-impenji vinkolanti mill-Istati Membri kontribwenti, il-Kummissjoni għandha tniedi s-sejħa jew is-sejħiet għal proposti fi żmien xieraq. Il-Kummissjoni tista’ tniedi diversi sejħiet fl-istess ħin, jew twettaq diversi proċeduri għall-għoti ta’ għotjiet taħt l-istess sejħa. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tiddeċiedi li ma tnedix sejħa għal proposti meta l-interess espress mill-Istati Membri kontribwenti u/jew mill-Istati Membri ospitanti jirriżulta f’volumi li huma baxxi wisq biex sejħa tiġi implimentata b’suċċess jew meta il-kostijiet tat-tranżazzjonijiet relatati jkunu eċċessivi, li għandhom jiġu vvalutati għal kull sejħa għal proposti partikolari.
2. Is-sejħa għall-proposti għandha tiġi ppubblikata wara li l-pagamenti mill-Istati Membri jiġu trasferiti għall-baġit tal-Unjoni.
Artikolu 12
Proċedura ta’ evalwazzjoni
1. Wara l-verifika tal-kriterji ta’ eliġibbiltà, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposti ppreżentati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 200 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
2. L-għotjiet jingħataw l-ewwel lill-applikazzjoni li toffri l-aktar prezz baxx u wara fl-ordni tal-irħas prezz sal-ogħla prezz, ħlief fejn jiġu applikati kriterji għall-għoti oħra skont l-Artikolu 21.
Artikolu 13
In-nuqqas tal-proċedura għall-għoti ta’ għotjiet
Fejn, wara pagament mill-Istat Membru kontribwenti fil-mekkaniżmu, il-proċedura tal-għoti ma tiġix konkluża, fost l-oħrajn, bħala riżultat ta’ ebda applikant xieraq li jwieġeb għas-sejħa għal proposti, il-Kummissjoni għandha toffri lill-Istat Membru kontribwenti bl-opportunità li jew jirkupra l-ammont li jkun ikkontribwixxa jew li jżomm il-kontribuzzjoni fil-mekkaniżmu li għandu jintuża f’sejħa għal proposti ġdida, li għaliha l-Istat Membru jkollu jikkonferma l-impenn tiegħu skont l-Artikolu 10.
Artikolu 14
Nuqqas mill-promotur tal-proġett li jimplimenta l-proġett
1. Fejn il-promotur ta’ proġett jonqos milli jagħti riżultati skont is-sejħa għall-proposti u skont il-ftehim ta’ għotja rilevanti, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolaw is-sospensjoni, it-terminazzjoni u t-tnaqqis fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
2. Fejn skont il-paragrafu 1, il-proġett ma jipprovdix il-kapaċità ta’ ġenerazzjoni mistennija jew il-volum ta’ enerġija rinnovabbli ġġenerata, il-benefiċċji statistiċi għall-Istati Membri għandhom jiġu attribwiti fuq il-bażi tal-kapaċità attwali pprovduta jew l-enerġija rinnovabbli ġġenerata. F’dan il-każ, l-Istati Membri parteċipanti għandhom jitqiesu li jkunu ħadu miżuri addizzjonali skont l-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) 2018/1999 għal ammont ta’ enerġija kkalkulat mill-Kummissjoni abbażi tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni mistennija, il-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-Istat Membru, u l-prezzijiet massimi applikabbli għall-offerta li fiha l-Istat Membru impenja ruħu li jipparteċipa, għall-perjodu li matulu l-proġett kien jagħti lok għal benefiċċji statistiċi skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2).
TAQSIMA II
It-tfassil tal-proċedura għall-għoti ta’ għotjiet
Artikolu 15
Il-prinċipji tal-proċedura għall-għoti ta’ għotjiet
1. L-għotjiet għandhom jiġu allokati permezz ta’ sejħiet għal proposti u proċedura sussegwenti għall-għoti ta’ għotjiet.
2. Fejn Stat Membru jikkontribwixxi għall-mekkaniżmu billi jagħmel pagament finanzjarju volontarju skont l-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) 2018/1999, tali kontribuzzjoni tista’ tiġi allokata biss għal proġetti magħżula fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti li jkollha l-irħas prezz bħala l-uniku kriterju għall-għoti.
3. Fejn Stat Membru jikkontribwixxi għall-mekkaniżmu billi jagħmel pagament addizzjonali skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999, tali kontribuzzjoni tista’ tiġi allokata għal proġetti konġunti, proġetti konġunti ma’ pajjiżi terzi, skemi ta’ appoġġ konġunti, proġetti teknoloġiċi fuq skala żgħira jew innovattivi, proġetti fir-reġjuni l-aktar imbiegħda u fi gżejjer iżolati jew żgħar, li jiżviluppaw proġetti għall-integrazzjoni ta’ sorsi rinnovabbli fis-sistema tal-enerġija jew proġetti oħra li jikkontribwixxu għall-qafas ta’ abilitazzjoni skont l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2018/2001.
4. It-tfassil tal-proċedura għall-għoti għandu jikkonforma mal-prinċipji li ġejjin:
(a) |
l-iżgurar ta’ proċess kompetittiv fost l-applikazzjonijiet għall-għotjiet biex jinkiseb użu kosteffettiv tal-enerġija rinnovabbli; |
(b) |
il-mitigazzjoni tar-riskju finanzjarju għall-applikanti fil-proċeduri differenti għall-għoti ta’ għotjiet; |
(c) |
il-limitazzjoni tal-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet għall-applikanti u l-Istati Membri kontribwenti. |
Artikolu 16
L-ambitu tal-proċedura għall-għoti ta’ għotjiet
1. L-allokazzjoni ta’ appoġġ fil-forma ta’ għotjiet għandha titwettaq permezz ta’ proċeduri għall-għoti ta’ għotjiet li jistgħu jkunu ta’ ambitu differenti, f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, kif ġej:
(a) |
il-valutazzjoni tal-fattibbiltà ta’ proċeduri għall-għoti ta’ għotjiet newtrali fir-rigward tat-teknoloġija, li fihom it-teknoloġiji kollha skont id-Direttiva (UE) 2018/2001 għandhom ikunu eliġibbli; |
(b) |
inkella, jiġi kkunsidrat l-użu ta’ proċeduri għall-għoti ta’ għotjiet ta’ diversi teknoloġiji, li fihom teknoloġiji speċifiċi biss skont id-Direttiva (UE) 2018/2001 ikunu eliġibbli biex jikkompetu kontra xulxin; |
(c) |
proċeduri għall-għoti ta’ għotjiet speċifiċi għat-teknoloġija, li fihom teknoloġija speċifika waħda definita fid-Direttiva (UE) 2018/2001 għandha tkun eliġibbli; |
(d) |
proċeduri għall-għoti ta’ għotjiet speċifiċi għal proġett, li fihom l-iżviluppaturi ta’ proġett jikkompetu biex jiżviluppaw proġett identifikat minn qabel, li jistgħu jinkludu restrizzjonijiet għal teknoloġija speċifika u/jew għal sit speċifiku identifikat minn qabel mill-Istat Membru ospitanti; |
(e) |
proċeduri għall-għoti ta’ għotjiet speċifiċi għall-użu finali, li fihom huma eliġibbli biss proġetti mmirati għal użu finali speċifiku, bħat-tisħin u t-tkessiħ jew it-trasport. |
2. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-ambitu tal-proċedura għall-għoti ta’ għotjiet, filwaqt li tqis il-preferenzi espressi mill-Istati Membri kontribwenti u ospitanti, l-iżvilupp tas-suq tal-enerġija rinnovabbli fl-Unjoni u ċirkostanzi rilevanti oħra.
3. Il-proċeduri għall-għoti ta’ għotjiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkunu miftuħin għal proġetti ta’ enerġija rinnovabbli fis-setturi tal-elettriku, tat-tisħin u tat-tkessiħ u tat-trasport sabiex jiġi esplorat il-potenzjal kosteffettiv u biex jitrawmu l-konverġenza u l-kooperazzjoni.
Artikolu 17
Il-forma u l-allokazzjoni tal-għotjiet
1. Il-mekkaniżmu għandu jalloka għotjiet għal:
(a) |
appoġġ għall-investiment mogħti biex tiżdied il-kapaċità għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli; |
(b) |
l-appoġġ operazzjonali mogħti biex jinċentiva t-tħaddim tal-installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli billi jipprovdi primjums flimkien mad-dħul mis-suq, kemm fissi kif ukoll varjabbli. |
2. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq il-forma ta’ appoġġ għall-proġetti mogħtija, filwaqt li tqis il-preferenzi espressi mill-Istati Membri kontribwenti u ospitanti, l-iżvilupp tas-suq tal-enerġija rinnovabbli fl-Unjoni u ċirkostanzi rilevanti oħra.
Artikolu 18
L-appoġġ għall-investiment
Fejn il-mekkaniżmu jipprovdi appoġġ għall-investiment, il-forma ta’ appoġġ, l-iżborż tiegħu u regoli speċifiċi oħra se jiġu stabbiliti fis-sejħa jew is-sejħiet għall-proposti rilevanti.
Artikolu 19
Appoġġ operazzjonali
Fejn il-mekkaniżmu jipprovdi appoġġ operattiv, dan jista’ jieħu l-forma ta’ primjum fiss jew primjum varjabbli. L-iżborż tiegħu u regoli speċifiċi oħra se jiġu stabbiliti fis-sejħa jew is-sejħiet għall-proposti rilevanti.
Artikolu 20
Il-kriterji tal-eliġibbiltà u l-għażla
Il-kriterji tal-eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla għandhom jiġu stabbiliti fis-sejħa għall-proposti b’kunsiderazzjoni xierqa għall-objettivi tal-azzjoni u f’konformità mal-Artikolu 197 u 198 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
Artikolu 21
Kriterji għall-għoti
1. Il-kriterji għall-għoti għall-proposti għandhom jiġu stabbiliti fis-sejħa għal proposti u għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 15(2) fir-rigward tal-funzjoni tal-mili tal-lakuni u mal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 fir-rigward tal-funzjoni ta’ abilitazzjoni.
2. Fir-rigward tal-funzjoni ta’ abilitazzjoni, il-kriterji għall-għoti għall-proposti għandhom jirriflettu sal-limitu possibbli l-preferenzi espressi mill-Istati Membri, b’mod partikolari dwar il-kriterji ambjentali.
3. Għal proġetti ta’ dimostrazzjoni li jirrappreżentaw innovazzjoni sinifikanti, is-sejħa għal proposti tista’ tistabbilixxi kriterji għall-għoti speċifiċi, b’mod partikolari fir-rigward ta’ applikazzjonijiet fi proċedura għall-għoti ta’ għotjiet speċifika għat-teknoloġija jew proċedura ta’ għoti speċifika għal proġett.
Artikolu 22
L-oġġett u l-volum mogħti
1. L-oġġett u l-volum li jingħata fil-proċedura għall-għoti ta’ għotjiet jistgħu jiġu ddefiniti f’termini ta’ kapaċità installata, f’kW jew produzzjoni tal-enerġija, f’kWh. Inkella, il-volum jista’ jiġi definit f’termini ta’ baġit, f’EUR, u l-kapaċità tal-produzzjoni jew l-enerġija ġġenerata tista’ tingħata sakemm jiġi eżawrit il-baġit.
2. Fejn il-proċedura għall-għoti ta’ għotjiet tkun definita f’termini ta’ kapaċità jew ta’ enerġija rinnovabbli ġġenerata, din għandha tistabbilixxi volum fil-mira u l-appoġġ għandu jingħata lil proġetti li għandhom l-ogħla grad skont il-kriterji għall-għoti rilevanti sakemm jintlaħaq il-volum fil-mira.
3. Fejn il-proċedura għall-għoti ta’ għotjiet tkun definita f’termini ta’ baġit, din għandha tistabbilixxi ammont massimu ta’ baġit li jingħata lil proġetti li jkollhom l-ogħla grad skont il-kriterji għall-għoti rilevanti sakemm dan il-baġit jintuża.
4. Il-volumi tal-proċedura għall-għoti ta’ għotja kompetittiva għandhom jiġu definiti minn qabel il-proċedura u m’għandhomx jiġu adattati matul l-implimentazzjoni tal-proċedura.
Artikolu 23
Perjodi ta’ implimentazzjoni
1. Il-perjodi ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu speċifiċi għat-teknoloġija u għandhom jirriflettu perjodi realistiċi ta’ twassil tal-proġett għal kull teknoloġija, filwaqt li fl-istess ħin jimmiraw lejn livell sinifikanti ta’ żvilupp minn qabel meħtieġ mill-offerenti.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, fi proċeduri għall-għoti teknoloġikament newtrali jew proċeduri għall-għoti ta’ diversi teknoloġiji, il-perjodi ta’ implimentazzjoni jistgħu jkunu uniformi fit-teknoloġiji kollha sabiex jintgħażlu proġetti u teknoloġiji bl-inqas ħinijiet ta’ twassil mingħajr diskriminazzjoni ta’ ċerti teknoloġiji li jeħtieġu perjodi ta’ implimentazzjoni itwal.
3. Il-perjodi ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu uniformi fl-Istati Membri kollha, sakemm il-Kummissjoni ma tikkonkludix, fuq il-bażi ta’ eżenzjonijiet iġġustifikati bħal biex jitnaqqsu l-iżvantaġġi sistematiċi għall-proġetti li jinsabu f’pajjiż speċifiku, li dawk il-perjodi ta’ implimentazzjoni speċifiċi għall-pajjiż huma xierqa.
KAPITOLU III
KOORDINAZZJONI TAL-APPOĠĠ
Artikolu 24
Il-finanzjament ikkombinat u l-koordinazzjoni tal-appoġġ bejn il-mekkaniżmu ta’ finanzjament u strumenti oħra tal-Unjoni jew nazzjonali
1. Il-proġetti jistgħu jiġu ffinanzjati permezz ta’ finanzjament ikkombinat mill-mekkaniżmu u minn programmi u/jew strumenti oħra tal-Unjoni jew nazzjonali, pubbliċi jew privati, sakemm dawk il-mekkaniżmi pubbliċi nazzjonali jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, u l-istess kostijiet ma jiġux iffinanzjati darbtejn mill-baġit tal-Unjoni.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1:
(a) |
il-mekkaniżmu jista’ jikkoordina l-programmi ta’ ħidma u l-proċedura għall-għoti tiegħu, inklużi l-iskeda u l-proċess tal-applikazzjoni u l-monitoraġġ, mal-programmi ta’ ħidma għal fondi oħra tal-Unjoni jew nazzjonali; |
(b) |
il-kombinazzjoni ta’ appoġġ mill-mekkaniżmu u minn strumenti jew programmi oħrajn tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż il-kost totali tal-proġett; |
(c) |
proġett ma għandux jikkombina finanzjament mill-mekkaniżmu ma’ finanzjament minn skemi ta’ appoġġ ipprovduti mill-Istati Membri li jiffinanzjaw l-istess unitajiet addizzjonali; |
(d) |
is-somma tal-appoġġ rimborżabbli u ta’ dak mhux rimborżabbli għal proġett partikolari skont l-Artikolu 5(2), kemm jekk tal-Unjoni kif ukoll jekk nazzjonali, u kemm jekk pubbliku kif ukoll jekk privat, ma għandhiex taqbeż il-kost totali tal-proġett; |
(e) |
l-appoġġ rimborżabbli pagabbli mill-istrumenti jew mill-programmi tal-Unjoni għal proġett partikolari ma għandux jintuża għall-prefinanzjament ta’ għotja mill-mekkaniżmu għall-istess proġett; |
(f) |
għotja mill-mekkaniżmu għal proġett partikolari ma għandhiex tintuża biex jitħallas lura l-appoġġ rimborżabbli mill-istrumenti jew il-programmi tal-Unjoni għall-istess proġett. |
KAPITOLU IV
PAGAMENTI MILL-ISTATI MEMBRI GĦALL-MEKKANIŻMU U L-ALLOKAZZJONI TA’ BENEFIĊĊJI STATISTIĊI
Artikolu 25
Pagamenti mill-Istati Membri kontribwenti
Abbażi tal-impenn vinkolanti tal-Istati Membri kontribwenti skont l-Artikolu 10, il-Kummissjoni għandha toħroġ noti ta’ debitu lill-Istat Membru kontribwenti. L-Istat Membru għandu jittrasferixxi l-ħlas lill-kont indikat fin-nota ta’ debitu fil-limitu ta’ żmien indikat fiha.
Artikolu 26
Allokazzjoni ta’ benefiċċji statistiċi lill-Istati Membri
1. L-enerġija rinnovabbli ġġenerata minn proġetti li jirċievu appoġġ minn għotjiet iffinanzjati esklussivament minn pagamenti mill-Istati Membri permezz tal-mekkaniżmu għandha twassal għall-allokazzjoni ta’ benefiċċji statistiċi lill-Istati Membri parteċipanti, f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, u skont it-termini stabbiliti fis-sejħa għall-proposti.
2. L-enerġija rinnovabbli ġġenerata minn proġetti li jirċievu appoġġ minn għotjiet iffinanzjati permezz tal-mekkaniżmu esklużivament b’fondi li jirriżultaw minn fondi tal-Unjoni jew kontribuzzjonijiet privati ma għandhiex tiġi allokata statistikament lill-Istati Membri individwali, iżda għandha tgħodd għall-mira vinkolanti tal-Unjoni skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
3. L-Istati Membri ospitanti għandhom jirċievu sehem mill-benefiċċji statistiċi mill-enerġija rinnovabbli ġġenerata minn proġetti li jinsabu fit-territorju tagħhom u għandhom jirċievu appoġġ minn għotjiet iffinanzjati minn sorsi oħra minbarra l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri skont il-funzjoni ta’ abilitazzjoni tal-mekkaniżmu. Id-distribuzzjoni tal-benefiċċji statistiċi lill-Istat Membru ospitanti għandha tiġi ddefinita skont l-Artikolu 27.
4. Il-fondi tal-Unjoni jew il-kontribuzzjonijiet privati li jirriżultaw f’enerġija ġġenerata li tgħodd għall-mira vinkolanti tal-Unjoni skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandhom jiġu kkontabilizzati separatament mill-kontribuzzjoni kollettiva tal-Istati Membri.
5. L-enerġija rinnovabbli ġġenerata minn proġetti li jirċievu appoġġ permezz ta’ għotjiet mill-mekkaniżmu ffinanzjat minn fondi li jirriżultaw minn pagamenti mill-Istati Membri, minn naħa waħda, u fondi tal-Unjoni jew kontribuzzjonijiet privati, min-naħa l-oħra, għandha tiġġenera benefiċċji statistiċi għall-Istati Membri kontribwenti sal-proporzjon iffinanzjat mill-pagamenti tal-Istati Membri u fit-termini stabbiliti fis-sejħa għall-proposti fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-benefiċċji statistiċi bejn l-Istati Membri kontribwenti u dawk ospitanti. Fir-rigward tal-benefiċċji statistiċi għall-Istati Membri ospitanti, għandu japplika l-paragrafu 3.
Artikolu 27
Id-distribuzzjoni tal-benefiċċji statistiċi bejn l-Istati Membri kontribwenti u dawk ospitanti
1. L-enerġija rinnovabbli allokata lill-Istati Membri kontribwenti u lill-Istati Membri ospitanti għandha tkun l-enerġija rinnovabbli ġġenerata mill-installazzjonijiet appoġġati taħt sejħa speċifika għal proposti li jkunu pparteċipaw fiha l-Istati Membri.
2. L-enerġija rinnovabbli ġġenerata minn installazzjonijiet appoġġati mill-mekkaniżmu għandha tiġġenera benefiċċji statistiċi għall-Istati Membri kontribwenti għal perjodu ta’ implimentazzjoni ddefinit fis-sejħiet għal proposti u kkomunikat lill-Istati Membri skont l-Artikolu 7(7) u 7(8), ikkalkulat fuq il-bażi tal-ħajja deprezzabbli jew ekonomika mistennija tat-teknoloġija sostnuta. Wara dak il-perjodu, il-benefiċċji statistiċi kollha għandhom jibqgħu għand l-Istati Membri ospitanti.
3. Soġġett għall-paragrafu 2, l-enerġija rinnovabbli ġġenerata minn installazzjonijiet appoġġati mill-mekkaniżmu għandha tiġi allokata statistikament skont id-Direttiva (UE) 2018/2001 u għandha titqassam kif ġej:
(a) |
80 % lill-Istati Membri kontribwenti; |
(b) |
20 % lill-Istati Membri ospitanti. |
4. Il-Kummissjoni tista’ tipproponi li ssir devjazzjoni mid-distribuzzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u li l-enerġija tiġi allokata lill-Istati Membri kontribwenti u ospitanti f’firxa li tvarja bejn 50 % u 100 % għall-Istat Membru kontribwenti, u bejn 0 % u 50 % għall-Istat Membru ospitanti, fejn l-allokazzjoni totali kemm għall-Istati Membri kontribwenti kif ukoll għal dawk ospitanti tammonta għal 100 %. Id-distribuzzjoni proposta għandha tkun applikabbli għal sejħa għall-proposti partikolari u għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:
(a) |
il-probabbiltà li s-sejħa tiġbed lejha interess bilanċjat mill-Istati Membri kontribwenti u l-Istati Membri ospitanti biex tiġi żgurata kompetizzjoni effettiva fis-sejħa għall-proposti; |
(b) |
il-probabbiltà li s-sejħa tirriżulta fi żborż ta’ ftit appoġġ mill-mekkaniżmu, jew xejn; |
(c) |
il-kostijiet potenzjali, inklużi l-kostijiet għall-integrazzjoni tas-sistema, li l-Istati Membri ospitanti jistgħu jġarrbu. |
5. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar l-allokazzjoni li jkollha l-ħsieb li tinkludi fis-sejħa għal proposti skont l-Artikolu 7(7) u l-Artikolu 7(8).
6. Fil-każ ta’ enerġija rinnovabbli ġġenerata minn installazzjonijiet appoġġati mill-mekkaniżmu li jinsabu f’pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu, 100 % tal-benefiċċji statistiċi għandhom jitqassmu lill-Istati Membri kontribwenti, f’konformità mal-Artikolu 11 tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
Artikolu 28
Rappurtar tal-produzzjoni tal-enerġija u kalkolu tal-benefiċċji statistiċi mill-Kummissjoni
1. L-Istati Membri ospitanti u l-pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu u fil-proġetti ta’ ospitalità għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-data disponibbli dwar il-produzzjoni tal-enerġija f’sena partikolari minn proġetti ffinanzjati mill-mekkaniżmu darbtejn – sal-1 ta’ Jannar u sal-1 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara s-sena tal-produzzjoni.
2. Il-benefiċċji statistiċi attwali li jridu jiġu allokati lill-Istati Membri parteċipanti għandhom jiġu kkalkulati kull sena mill-Kummissjoni u għandhom jiġu kkomunikati lill-Istati Membri parteċipanti sal-1 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara s-sena tal-produzzjoni u għandhom jiġu rrapportati mill-Istati Membri parteċipanti skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Il-benefiċċji statistiċi totali attribwiti għandhom jikkorrispondu għall-enerġija ġġenerata attwalment, f’konformità mad-data u l-valuri tas-suq ikkomunikati mill-Istati Membri.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 29
Evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni dwar it-tħaddim tal-mekkaniżmu bħala parti mir-rieżami skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2018/1999.
2. L-evalwazzjoni għandha tiffoka fuq il-valutazzjoni tas-sinerġiji bejn il-mekkaniżmu u programmi rilevanti oħra tal-Unjoni, fuq l-effikaċja tal-mekkaniżmu fil-kontribut għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, fil-punt (d) tal-Artikolu 32(3), fl-Artikolu 32(4) u fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2018/1999, dwar l-effettività tal-għoti ta’ forom ta’ appoġġ rimborżabbli mill-mekkaniżmu għall-proġetti, u dwar l-effettività tal-kombinament ta’ forom ta’ appoġġ rimborżabbli ma’ forom ta’ appoġġ li mhumiex rimborsabbli permezz ta’ operazzjonijiet ta’ taħlit taħt l-istrument ta’ appoġġ għall-investiment tal-Unjoni
3. Abbażi tar-riżultati tal-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tagħmel proposti biex tiżgura li l-mekkaniżmu jimxi ’l quddiem lejn il-kisba tal-objettivi msemmija fil-paragrafu 2.
4. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-riżultati tal-evalwazzjonijiet imwettqa skont il-paragrafi 1 u 2 lill-Kumitat tal-Unjoni tal-Enerġija u għandha tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 30
Rapportar
1. Sal-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kumitat tal-Unjoni tal-Enerġija rapport dwar it-tħaddim tal-mekkaniżmu, il-kontribuzzjoni tagħha għall-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli fl-2030 u għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.
2. Sal-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kumitat dwar l-Unjoni tal-Enerġija u lill-Parlament Ewropew dwar l-użu tad-dħul assenjat estern mill-Istati Membri u tal-fondi tal-Unjoni riċevuti mill-mekkaniżmu, l-ammont ta’ appoġġ li kien allokat fis-sena ta’ qabel u l-bqija tal-fondi mhux impenjati fil-mekkaniżmu.
Artikolu 31
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-15 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1.
(2) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(3) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
17.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 303/18 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1295
tas-16 ta’ Settembru 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 fir-rigward tal-inklużjoni tas-sustanzi attivi karbetammid, emamektin, flurokloridon, gamma-ċjalotrina, alosulfuron-metil, ipkonażol u tembotrijon fil-lista ta’ kandidati għas-sostituzzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 78(2) u 80(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li jissodisfaw il-kriterji stipulati fil-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 biex jitqiesu bħala kandidati għas-sostituzzjoni. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 kien ibbażat fuq studju li janalizza l-informazzjoni għas-sustanzi attivi approvati qabel il-31 ta’ Jannar 2013. Għall-finijiet tal-konsistenza u tat-trattament indaqs, jixraq li l-lista tas-sustanzi kandidati għas-sostituzzjoni tiġi aġġornata billi tinkludi fiha sustanzi oħra, approvati skont ir-regoli tranżizzjonali skont l-Artikolu 80(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, li jissodisfaw il-kriterji stipulati bil-punt 4 tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament. |
(3) |
Il-karbetammid, il-flurokloridon, l-alosulfuron-metil u l-ipkonażol ġew approvati skont l-Artikolu 80(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 iżda ma ġewx inklużi fil-lista tal-kandidati għas-sostituzzjoni minħabba li f’dak iż-żmien ma kinux jissodisfaw il-kriterji tal-punt 4 tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament. Fl-opinjonijiet riċenti tiegħu, il-Kumitat għall-Istima tar-Riskji tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi kien ikkonkluda li dawn is-sustanzi attivi jenħtieġ li jiġu klassifikati bħala tossiċi għar-riproduzzjoni Kategorija 1B f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni, il-karbetammid, il-flurokloridon, l-alosulfuron-metil u l-ipkonażol (4) jitqiesu li jissodisfaw il-kriterju stipulat fis-sitt inċiż tal-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(4) |
L-emamektin, il-gamma-ċjalotrina u t-tembotrijon ma tqisux għall-istabbiliment tal-lista tal-kandidati għas-sostituzzjoni għaliex kienu għadhom mhumiex approvati fil-31 ta’ Jannar 2013 li kienet id-data finali għall-approvazzjoni tas-sustanzi meqjusa fl-istudju li kien il-bażi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408, u għalhekk tħallew barra mil-lista stabbilita minn dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
(5) |
Madankollu, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) kienet ikkonkludiet, qabel l-approvazzjoni tas-sustanzi attivi emamektin (5) u tembotrijon (6), li dawn is-sustanzi jissodisfaw il-kriterju stipulat fl-ewwel inċiż tal-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 minħabba li d-doża aċċettabbli ta’ kuljum u l-livell ta’ esponiment tal-operatur aċċettabbli tagħhom rispettivament huma ferm inqas mill-valuri ta’ referenza tal-maġġoranza tas-sustanzi attivi approvati. |
(6) |
L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-gamma-ċjalotrina (7) tissodisfa l-kriterju stipulat fl-ewwel inċiż tal-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 minħabba li l-livell ta’ esponiment tal-operatur aċċettabbli u d-doża akuta ta’ referenza għal din is-sustanza huma ferm inqas mill-valuri ta’ referenza tal-maġġoranza tas-sustanzi attivi approvati. |
(7) |
Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan biex jitqiesu dawn il-valutazzjonijiet. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-isem “karbetammid” jiddaħħal bejn l-entrata “karbendażim” u l-entrata “klorotoluron”. |
(2) |
L-isem “emamektin” jiddaħħal bejn l-entrata “dikwat” u l-entrata “epossikonażol”. |
(3) |
L-isem “flurokloridon” jiddaħħal bejn l-entrata “flukwinkonażol” u l-entrata “glufosinat”. |
(4) |
L-isem “gamma-ċjalotrina” jiddaħħal bejn l-entrata “flukwinkonażol” u l-entrata “glufosinat”. |
(5) |
L-isem “alosulfuron-metil” jiddaħħal bejn l-entrata “glufosinat” u l-entrata “alossifop-P”. |
(6) |
L-isem “ipkonażol” jiddaħħal bejn l-entrata “imażosulfuron” u l-entrata “isoproturon”. |
(7) |
L-isem “tembotrijon” jiddaħħal bejn l-entrata “tebufenpirad” u l-entrata “tepralossidim”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta’ kandidati għas-sostituzzjoni (ĠU L 67, 12.3.2015, p. 18).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(4) Opinion proposing harmonised classification and labelling at EU level of: carbetamide (12 March 2015)
https://echa.europa.eu/documents/10162/b72929b7-77cc-148b-532c-4d5aab8661d4,
flurochloridone (3 November 2018) https://echa.europa.eu/documents/10162/f186167a-b346-82dc-f237-fc8f580416b2;
halosulfuron-methyl (22 September 2017) https://echa.europa.eu/documents/10162/4f58f826-4c3d-9388-7c59-a2b101f0d2c4 and of
ipconazole (9 March 2018) https://echa.europa.eu/documents/10162/bebd7903-5dc4-864a-da7a-7c3967da6e4d.
(5) EFSA (Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2012. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance emamectin, EFSA Journal 2012;10(11):2955.
(6) EFSA (Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2013. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance tembotrione, EFSA Journal 2013;11(3):3131.
(7) EFSA (Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2014. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance gamma-cyhalothrin, EFSA Journal 2014;12(2):3560.
17.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 303/20 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1296
tas-16 ta’ Settembru 2020
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/97 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ uħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97, tad-dazju antidumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tal-10 ta’ Jannar 1997 li jestendi d-dazju definittiv antidumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet ta’ roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u li jimponi d-dazju estiż fuq dawn l-importazzjonijiet irreġistrati fir-Regolament (KE) Nru 703/96 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
Billi:
(1) |
Bħalissa d-dazju antidumping (“id-dazju estiż”) japplika fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ partijiet essenzjali tar-roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) bħala riżultat tal-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97. |
(2) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 71/97 jenħtieġ li tiġi stabbilita skema ta’ eżenzjoni li tawtorizza l-eżenzjoni tal-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti li ma jevitawx id-dazju antidumping. Din l-eżenzjoni ġiet stipulata fl-Artikolu 13(4) (“l-Iskema ta’ Eżenzjoni”) tar-Regolament bażiku. L-Iskema ta’ Eżenzjoni teżenta lill-assemblaturi li mhumiex jevitaw il-miżura antidumping fuq ir-roti li jimportaw partijiet tar-roti Ċiniżi mingħajr ma jħallsu dazju antidumping. |
(3) |
Il-qafas legali għat-tħaddim tal-Iskema ta’ Eżenzjoni kien previst fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (3) (“ir-Regolament ta’ Eżenzjoni”). Ir-Regolament ta’ Eżenzjoni ġie emendat mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 512/2013 (4), fost l-oħrajn biex jiġu introdotti dispożizzjonijiet dwar “il-kontroll tal-użu aħħari” maħsuba għall-immuntar ta’ roti elettriċi. |
(4) |
Wara analiżi tal-estensjoni tad-dazju antidumping impost fuq l-importazzjoni tar-roti li joriġinaw mir-RPĊ għall-importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-roti mir-RPĊ skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 (5), iddeċieda li jżomm il-miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni għal ħames snin oħra. |
(5) |
Kif stipulat fil-premessa (44) tar-Regolament (KE) Nru 71/97, il-Kummissjoni żżomm is-sistema ta’ eżenzjoni taħt rieżami kostanti biex din tkun tista’ taddattaha fejn meħtieġ biex tqis l-esperjenza miksuba bit-tħaddim ta’ din is-sistema. |
(6) |
Skont l-Iskema ta’ Eżenzjoni, kif inhi stipulata fl-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Eżenzjoni, il-partijiet tar-roti importati jistgħu jintużaw għall-immuntar ta’ roti elettriċi b’konformità ma’ awtorizzazzjoni ta’ “kontroll tal-użu aħħari”. Madankollu, dan l-Artikolu japplika biss għal assemblaturi tar-roti li mhumiex eżentati. Jenħtieġ ukoll li jkun hemm proċedura li tippermetti lill-assemblaturi tar-roti tal-Unjoni li huma eżentati li jimportaw partijiet essenzjali tar-roti għall-immuntar ta’ roti tal-elettriku. |
(7) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li s-suq tar-roti fl-Unjoni huwa wieħed dinamiku ħafna, u li l-assemblaturi tar-roti li huma eżentati jipproduċu kemm roti tal-elettriku kif ukoll roti mingħajr mutur. |
(8) |
Il-partijiet għall-immuntar ta’ roti tal-elettriku mhumiex soġġetti għad-dazju antidumping estiż. Għaldaqstant, l-operazzjonijiet tal-immuntar tar-roti tal-elettriku jibqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 71/97. Il-premessa (11) tar-Regolament (UE) Nru 512/2013 kkonfermat li l-użu ta’ partijiet essenzjali tar-rota għall-immuntar ta’ roti tal-elettriku ma kienx maħsub li jkun soġġett għad-dazju antidumping estiż fuq ir-roti. “[] L-iskema kurrenti mhix ċara fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-parts tar-roti użati għall-immuntar tar-roti attrezzati b’mutur supplimentari, b’side car jew mingħajrha, xi drabi msejħa roti tal-elettriku jew pedelecs. Roti kompleti tal-elettriku u konsegwentement il-parts għall-immuntar tar-roti tal-elettriku la huma soġġetti għal dazju antidumping u lanqas għad-dazju estiż antidumping jiġifieri l-operazzjonijiet tal-immuntar tar-roti tal-elettriku jibqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 71/97. Għalhekk, huwa kkunsidrat xieraq li d-dispożizzjonijiet eżistenti jiġu estiżi skont l-Artikolu 14 għal “kontroll tal-użu aħħari” ta’ dawk il-parts tar-roti maħsuba għall-immuntar tar-roti tal-elettriku. Id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw “il-kontroll tal-użu aħħari” jippermettu lill-awtoritajiet doganali nazzjonali jittraċċaw l-użu finali ta’ parts importati, jiġifieri l-użu ta’ mmuntar ta’ roti klassiċi jew ta’ roti tal-elettriku.”. |
(9) |
Wara li wettqet rieżami tal-esperjenza miksuba fit-tħaddim tal-Iskema ta’ Eżenzjoni, il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ li tintroduċi ċerti emendi li jiffaċilitaw it-tħaddim tal-Iskema ta’ Eżenzjoni għall-assemblaturi tar-roti li huma eżentati. |
(10) |
L-Iskema ta’ Eżenzjoni jenħtieġ li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet rilevanti fir-rigward tal-assemblaturi ta’ vetturi li mhumiex roti, kemm jekk tal-elettriku kif ukoll jekk le, pereżempju ċerti skuters (6), fejn partijiet tar-roti bħar-roti, il-frieket u l-manubriji jkunu jistgħu jintużaw ukoll fil-produzzjoni. Ċerti skuters la huma soġġetti għal dazju antidumping u lanqas għal dazju antidumping estiż u għaldaqstant ix-xogħol ta’ mmuntar ta’ skuters għadu jaqa’ ’l barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ estensjoni. Għaldaqstant, huwa kkunsidrat xieraq li d-dispożizzjonijiet eżistenti jiġu estiżi skont l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament ta’ Eżenzjoni għal “kontroll tal-użu aħħari” ta’ dawk il-partijiet maħsuba għall-immuntar ta’ prodotti oħrajn li jużaw partijiet tar-roti. Id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw “il-kontroll tal-użu aħħari” jippermettu lill-awtoritajiet doganali nazzjonali jittraċċaw l-użu finali ta’ partijiet importati, jiġifieri li jintużaw għall-immuntar ta’ roti, kemm jekk ikunu tal-elettriku u kemm jekk le, jew vetturi għajr roti, kemm jekk ikunu tal-elettriku u kemm jekk le. |
(11) |
L-Iskema ta’ Eżenzjoni jenħtieġ ukoll li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet rilevanti fir-rigward tal-assemblaturi ta’ partijiet tar-roti bħal sistemi ta’ brejkijiet, f’każijiet fejn partijiet tar-rota, bħal-liver tal-brejkijiet, ikunu jistgħu jintużaw ukoll fil-produzzjoni ta’ sistemi tal-brejkijiet. Huwa meqjus meħtieġ li l-assemblaturi ta’ partijiet tar-roti jsiru soġġetti għall-istess regoli bħal dawk tal-assemblaturi ta’ roti sħaħ, b’mod partikolari l-obbligi tal-partijiet eżentati msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Eżenzjoni. |
(12) |
F’dan l-isfond u għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, jitqies bħala xieraq li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni jiġi estiż għall-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti li jintużaw fl-immuntar ta’ vetturi oħrajn għajr roti b’mutur awżiljarju. Għal dan il-għan, l-Artikoli 1, 4(1)(a), 8(1)(b) u 14(d) tar-Regolament ta’ Eżenzjoni se jiġu emendati kif xieraq. |
(13) |
Barra minn hekk, xi partijiet essenzjali tar-roti jistgħu jiġu fornuti minn produtturi tar-roti eżentati f’dak li jirrigwardaw is-servizzi ta’ wara l-bejgħ u t-talbiet għal garanzija mingħajr ma jkunu soġġetti għad-dazju kontra ċ-ċirkomvenzjoni. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tqis li l-partijiet essenzjali tar-roti eżentati jkunu jistgħu jintużaw għal servizzi ta’ wara l-bejgħ u l-għoti ta’ garanzija. Il-limitu massimu definit fl-Artikolu 14(c) tar-Regolament ta’ Eżenzjoni ma japplikax għal dawn il-partijiet li jiġu fornuti minn partijiet eżentati. Madankollu qiegħed jiġi enfasizzat li l-kwantitajiet li jiġu fornuti għal dan l-iskop iridu jkunu raġonevoli u proporzjonali għall-operazzjoni tal-immuntar tal-parti eżentata skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Eżenzjoni, u ma jistgħux ifixklu l-effetti rimedjali tad-dazju skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku. |
(14) |
B’konformità mal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, l-emendi għar-Regolament ta’ Eżenzjoni previsti f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-aktar fis possibbli għall-investigazzjonijiet ġodda u pendenti kollha. |
(15) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 88/97 jiġi emendat kif xieraq. |
(16) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 88/97 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Id-definizzjoni ta’ “operazzjoni ta’ mmuntar” fl-Artikolu 1 tiġi sostitwita b’dan li ġej: “ ‘operazzjoni ta’ mmuntar’ ” tfisser operazzjoni fejn il-partijiet essenzjali tar-roti jinġiebu għall-immuntar jew it-tlestija ta’ roti, jew għall-produzzjoni jew l-immuntar tal-partijiet tar-roti.” |
(2) |
L-Artikolu 4(1)(a) jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 8(1)(b) jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 14(d) jinbidel b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika għall-investigazzjonijiet kollha ġodda u pendenti kollha mid-dħul fis-seħħ tiegħu.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 tal-20 ta’ Jannar 1997 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni ta’ l-importazzjoni ta’ uħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tal-Kunsill, tad-dazju antidumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 tal-Kunsill (ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 512/2013 tal-4 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/97 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ uħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97, tad-dazju antidumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (ĠU L 152, 5.6.2013, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1379 tat-28 ta’ Awwissu 2019 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ roti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka, mit-Tuneżija, mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ĠU L 225, 29.8.2019, p. 1).
(6) Jeżistu skuters li jaqgħu fid-definizzjoni ta’ rota. L-immuntar ta’ tali skuters huwa rregolat mir-regoli għall-assemblaturi tar-roti.
Rettifika
17.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 303/23 |
Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1017 tat-13 ta’ Lulju 2020 li jistabbilixxi l-limiti massimi tal-baġit għall-2020 applikabbli għal ċerti skemi diretti ta’ appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 225 tal-14 ta’ Lulju 2020 )
F’paġna 1, fit-titolu,
minflok:
“Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1017 tat-13 ta’ Lulju 2020 li jistabbilixxi l-limiti massimi tal-baġit għall-2020 applikabbli għal ċerti skemi diretti ta’ appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”,
aqra:
“Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1017 tat-13 ta’ Lulju 2020 li jistabbilixxi l-limiti massimi baġitarji għall-2020 applikabbli għal ċerti skemi ta’ appoġġ dirett previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”;
F’paġna 2, fil-premessa (10), l-ewwel sentenza,
minflok:
“tal-iskemi diretti ta’ appoġġ”,
aqra:
“tal-iskemi ta’ appoġġ dirett”.
17.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 303/24 |
Rettifika għad-għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/63 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza għas-settur tal-manifattura tat-tagħmir elettriku u elettroniku skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 17 tat-18 ta’ Jannar 2019 )
F’paġna 101 fl-Anness, fis-sitt inċiż tal-punt 3.1.1.:
minflok:
“Jiġu sfruttati l-opportunitajiet kollha biex titnaqqas it-tagħbija tas-sħana ġġenerata ġewwa l-kamra iġjenika u tiġi rkuprata s-sħana mitlufa mit-tagħmir tal-proċess. Is-sħana mitlufa rkuprata tista’ tintuża, pereżempju, biex tissaħħan mill-ġdid l-arja fornuta.”,
aqra:
“Jiġu sfruttati l-opportunitajiet kollha biex titnaqqas it-tagħbija tas-sħana ġġenerata ġewwa l-kamra iġjenika u tiġi rkuprata s-sħana mormija mit-tagħmir tal-proċess. Is-sħana mormija rkuprata tista’ tintuża, pereżempju, biex tissaħħan mill-ġdid l-arja fornuta.”.
F’paġna 102, fl-Anness, fil-ħames inċiż tal-punt 3.1.2.:
minflok:
“Tintuża teknoloġija ta’ tkessiħ ta’ assorbiment bħala alternattiva għaċ-chillers b’kompressjoni. Is-sħana mitlufa rkuprata tista’ tintuża biex tipprovdi kompressjoni termali tar-refriġerant.”,
aqra:
“Tintuża teknoloġija ta’ tkessiħ ta’ assorbiment bħala alternattiva għaċ-chillers b’kompressjoni. Is-sħana mormija rkuprata tista’ tintuża biex tipprovdi kompressjoni termali tar-refriġerant.”.
F’paġna 103, fl-Anness, fit-tielet paragrafu tat-taqsima “Applikabbiltà” tal-punt 3.1.2.:
minflok:
“It-tkessiħ bl-assorbiment huwa applikabbli fejn hemm kontinwament disponibbli sors ta’ sħana mitlufa jew sħana rinnovabbli fis-sit tal-produzzjoni jew fl-inħawi ta’ madwaru.”,
aqra:
“It-tkessiħ bl-assorbiment huwa applikabbli fejn hemm kontinwament disponibbli sors ta’ sħana mormija jew sħana rinnovabbli fis-sit tal-produzzjoni jew fl-inħawi ta’ madwaru.”.
F’paġna 103, fl-Anness, fl-ewwel inċiż tat-tielet subparagrafu tal-punt 3.1.3.:
minflok:
“Tagħżel tagħmir bi i. sistema mtejba ta’ ġestjoni tal-enerġija (eż. disponibbli fi stat ta’ modalità stennija jew inattiv), ii. sistema flessibbli ta’ tkessiħ li tippermetti l-bdil bejn unità ta’ tkessiħ interna u esterna u li tippermetti l-irkupru tas-sħana mitlufa u iii. sistema mtejba ta’ kontroll u monitoraġġ tal-konsum għan-nitroġenu likwidu.”,
aqra:
“Tagħżel tagħmir bi i. sistema mtejba ta’ ġestjoni tal-enerġija (eż. disponibbli fi stat ta’ modalità stennija jew inattiv), ii. sistema flessibbli ta’ tkessiħ li tippermetti l-bdil bejn unità ta’ tkessiħ interna u esterna u li tippermetti l-irkupru tas-sħana mormija u iii. sistema mtejba ta’ kontroll u monitoraġġ tal-konsum għan-nitroġenu likwidu.”.
17.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 303/25 |
Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/62 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza għas-settur tal-manifattura tal-karozzi skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 17 tat-18 ta’ Jannar 2019 )
F’paġna 71, fl-Anness, fl-ewwel paragrafu tal-punt 3.2.5.:
minflok:
“Il-BEMP hija biex tnaqqas il-konsum tal-enerġija billi jiġi mmappjat u vvalutat l-użu tal-arja kkompressata, billi jiġu ottimizzati s-sistemi tal-arja kkompressata u jiġi eliminat il-ħruġ tal-arja, permezz ta’ tlaqqigħ aħjar tal-provvista u d-domanda tal-arja, billi tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-kompressuri u billi jiġi implimentat irkupru tas-sħana mitlufa.”,
aqra:
“Il-BEMP hija biex tnaqqas il-konsum tal-enerġija billi jiġi mmappjat u vvalutat l-użu tal-arja kkompressata, billi jiġu ottimizzati s-sistemi tal-arja kkompressata u jiġi eliminat il-ħruġ tal-arja, permezz ta’ tlaqqigħ aħjar tal-provvista u d-domanda tal-arja, billi tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-kompressuri u billi jiġi implimentat irkupru tas-sħana mormija.”.
F’paġna 72, fl-Anness, fis-seba’ subinċiż tat-tielet inċiż “Miżuri fin-naħa tal-provvista” tal-punt 3.2.5.:
minflok:
“Installa rkupru tas-sħana mitlufa.”,
aqra:
“Installa rkupru tas-sħana mormija.”.
F’paġna 72, fl-Anness, fir-raba’ paragrafu tat-taqsima “Applikabbiltà” tal-punt 3.2.5.:
minflok:
“Rigward l-użu tas-sħana mitlufa, hemm bżonn ta’ domanda kontinwa għas-sħana tal-proċess sabiex jinkiseb l-iffrankar tal-enerġija u l-ispejjeż eżistenti potenzjali.”,
aqra:
“Rigward l-użu tas-sħana mormija, hemm bżonn ta’ domanda kontinwa għas-sħana tal-proċess sabiex jinkiseb l-iffrankar tal-enerġija u l-ispejjeż eżistenti potenzjali.”.