ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 297 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
11.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 297/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1263
tal-10 ta’ Settembru 2020
li japprova s-sustanza attiva idroġenu karbonat tas-sodju bħala sustanza b’riskju baxx f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(1) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta’ Marzu 2016, f’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 l-Awstrija rċeviet applikazzjoni minn BIOFA AG għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva idroġenu karbonat tas-sodju. Fil-21 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni ġiet infurmata bit-trasferiment bid-drittijiet tad-detentur tal-applikazzjoni minn Biofa AG għal SCC Legal GmbH. |
(2) |
Fis-26 ta’ April 2016, b’konformità mal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Awstrija, bħala Stat Membru relatur, innotifikat lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni. |
(3) |
Fis-7 ta’ Settembru 2017 l-Istat Membru relatur ressaq abbozz ta’ rapport ta’ valutazzjoni lill-Kummissjoni b’kopja lill-Awtorità, li jivvaluta jekk is-sustanza attiva hix mistennija tissodisfa l-kriterji ta’ approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(4) |
L-Awtorità kienet konformi mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. F’konformità mal-Artikolu 12(3) ta’ dak ir-Regolament, hija talbet li l-applikant jipprovdi informazzjoni addizzjonali lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. Il-valutazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali mill-Istati Membru relatur tressqet lill-Awtorità fil-forma ta’ abbozz ta’ rapport ta’ valutazzjoni aġġornat f’Ġunju 2018. |
(5) |
Fis-17 ta’ Awwissu 2018, l-Awtorità kkomunikat mal-applikant, l-Istati Membri u lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (2) dwar jekk is-sustanza attiva idroġenu karbonat tas-sodju hux mistenni jissodisfa l-kriterji ta’ approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-Awtorità għamlet il-konklużjoni tagħha disponibbli għall-pubbliku. |
(6) |
Fl-24-25 ta’ Jannar 2019 il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta’ rieżami għall-idroġenu karbonat tas-sodju lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, li jipprevedi li l-idroġenu karbonat tas-sodju jiġi approvat. |
(7) |
L-applikant ingħata l-possibbiltà li jressaq kummenti dwar ir-rapport ta’ rieżami. |
(8) |
F’dak li jirrigwarda l-użu rappreżentattiv wieħed jew iktar ta’ mill-inqas prodott għall-protezzjoni tal-pjanti wieħed li fih is-sustanza attiva, u b’mod partikolari l-użi li ġew eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta’ rieżami, ġie stabbilit li l-kriterji ta’ approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. |
(9) |
Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-idroġenu karbonat tas-sodju huwa sustanza attiva b’riskju baxx skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-idroġenu karbonat tas-sodju mhux sustanza ta’ tħassib u tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II tal-punt 5 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(10) |
Għalhekk huwa xieraq li s-sustanza idroġenu karbonat tas-sodju jiġi approvat bħala sustanza ta’ riskju baxx. |
(11) |
F’konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku, jeħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet. |
(12) |
F’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) jiġi emendat kif xieraq. |
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Approvazzjoni ta’ sustanza attiva
Is-sustanza attiva idroġenu karbonat tas-sodju, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) EFSA Journal 2018;16(9):5407.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
ANNESS I
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
Karbonat idroġenat tas-sodju Nru CAS: 144-55-8 |
Karbonat idroġenat tas-sodju |
≥ 990 g/kg Arseniku ≤ 3 mg/kg Ċomb ≤ 2 mg/kg Merkurju ≤ 1 mg/kg |
l-1 ta’ Ottubru 2020 |
l-1 ta’ Ottubru 2035 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ rieżami dwar il-karbonat idroġenat tas-sodju, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta’ rieżami.
ANNESS II
Fil-Parti D tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
“24 |
Karbonat idroġenat tas-sodju Nru CAS: 144-55-8 |
Karbonat idroġenat tas-sodju |
≥ 990 g/kg Arseniku ≤ 3 mg/kg Ċomb ≤ 2 mg/kg Merkurju ≤ 1 mg/kg |
l-1 ta’ Ottubru 2020 |
l-1 ta’ Ottubru 2035 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ rieżami dwar il-karbonat idroġenat tas-sodju, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.” |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta’ rieżami.
DEĊIŻJONIJIET
11.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 297/5 |
DEĊIŻJONI (UE) 2020/1264 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-8 ta’ Settembru 2020
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2020/38)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artiklu 3.1 u l-Artikoli 17 sa 19 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kunsill Governattiv jikkunsidra li l-fondi li huma ddepożitati b’mod obbligatorju mal-BĊE għall-finijiet tal-ħlas lura ta’ assistenza finanzjarja taħt ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 (1) għandhom ikunu eżenti minn rati tal-imgħax negattivi. |
(2) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 (BĊE/2019/31) (2) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 (BĊE/2019/31) huwa ssostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 2
Remunerazzjoni ta’ ċerti depożiti miżmuma mal-BĊE
Kontijiet miżmuma mal-BĊE b’mod konformi mad-Deċiżjoni BĊE/2003/14 tal-Bank Ċentrali Ewropew (*1), id-Deċiżjoni BĊE/2010/31 tal-Bank Ċentrali Ewropew (*2), id-Deċiżjoni BĊE/2010/17 tal-Bank Ċentrali Ewropew (*3) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 (*4) għandhom ikomplu jiġu rremunerati bir-rata tal-faċilità ta' depożitu. Madankollu, meta jkun meħtieġ li d-depożiti jinżammu f’dawk il-kontijiet qabel id-data li fiha jrid isir ħlas skont ir-regoli legali jew kuntrattwali applikabbli għall-faċilità kkonċernata, dawn id-depożiti għandhom jiġu remunerati matul dan il-perijodu bikri bir-rata ta’ żero fil-mija jew tal-faċilità ta’ depożitu, skont liema tkun l-ogħla.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mis-sitt perjodu ta’ żamma ta’ riżerva tal-2020 li jibda fis-16 ta’ Settembru 2020.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-8 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kunsill Governattiv
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2019/31) (ĠU L 267, 21.10.2019, p. 12).
11.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 297/7 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1265
tad-9 ta’ Settembru 2020
li tippermetti lill-Ġermanja tawtorizza l-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali
(notifikata bid-dokument C(2020) 6028)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 55(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Permanenti għall-Prodotti Bijoċidali,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 fih sustanzi attivi li għandhom profil tas-saħħa ambjentali jew tas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali iktar favorevoli. Għalhekk, il-prodotti li fihom dawn is-sustanzi attivi jistgħu jiġu awtorizzati bi proċedura simplifikata. In-nitroġenu huwa inkluż fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 soġġett għar-restrizzjoni li jintuża fi kwantitajiet limitati f’kontenituri lesti għall-użu. |
(2) |
Skont l-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, in-nitroġenu huwa approvat bħala sustanza attiva għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18, insettiċidi (2). Il-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu kif approvat huma awtorizzati f’diversi Stati Membri inkluż il-Ġermanja u huma fornuti f’ċilindri tal-gass (3). |
(3) |
In-nitroġenu jista’ wkoll jiġi ġġenerat in situ mill-arja ambjentali. In-nitroġenu ġġenerat in situ, attwalment, mhuwiex approvat għall-użu fl-Unjoni u la hu elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, u lanqas hu mdaħħal fil-lista ta’ sustanzi attivi inklużi fil-programm ta’ rieżami tas-sustanzi attivi eżistenti fil-prodotti bijoċidali fl-Anness II tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (4). |
(4) |
Skont l-Artikolu 55(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, fl-24 ta’ April 2020 il-Ġermanja ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għal deroga mill-Artikolu 19(1)(a) ta’ dak ir-Regolament li fiha titlob li titħalla tawtorizza l-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ mill-arja ambjentali għall-protezzjoni tal-wirt kulturali (“l-applikazzjoni”). |
(5) |
Firxa wiesgħa ta’ organiżmi ta’ ħsara, mill-insetti sal-mikroorganiżmi, jistgħu jagħmlu ħsara lill-wirt kulturali. Il-preżenza ta’ dawk l-organiżmi mhux biss tista’ twassal għat-telf tal-oġġett kulturali nnifsu, iżda toħloq ukoll ir-riskju li dawk l-organiżmi ta’ ħsara jinfirxu fuq oġġetti oħra fil-qrib. Mingħajr trattament xieraq, tista’ ssir ħsara irrimedjabbli lill-oġġetti, u b’hekk il-wirt kulturali jitpoġġa f’riskju serju. |
(6) |
In-nitroġenu ġġenerat in situ jintuża biex tinħoloq atmosfera kkontrollata b’konċentrazzjoni baxxa ħafna ta’ ossiġenu (anossija) f’tined jew f’kompartimenti għat-trattament issiġillati b’mod permanenti jew temporanju għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara fuq oġġetti ta’ wirt kulturali. In-nitroġenu jiġi sseparat mill-arja ambjentali u jiġi ppumpjat fit-tinda jew fil-kompartiment tat-trattament, fejn il-kontenut tan-nitroġenu fl-atmosfera jiżdied għal bejn wieħed u ieħor 99 % u b’hekk l-ossiġenu jiġi eżawrit kważi kompletament. L-umdità tan-nitroġenu li jiġi ppumpjat fiż-żona tat-trattament tiġi ffissata skont x’jirrikjedi l-oġġett li jrid jiġi ttrattat. L-organiżmi ta’ ħsara ma jistgħux jibqgħu ħajjin fil-kundizzjonijiet maħluqa fit-tinda jew fil-kompartiment tat-trattament. |
(7) |
Skont l-informazzjoni li tressqet mill-Ġermanja, l-użu tan-nitroġenu ġġenerat in situ jidher li huwa l-unika teknika effettiva għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara li tista’ tintuża għat-tipi kollha ta’ materjali u kombinamenti ta’ materjali preżenti fl-istituzzjonijiet kulturali mingħajr ma tagħmillhom ħsara. |
(8) |
Il-metodu tal-anossija jew tal-atmosfera mmodifikata jew ikkontrollata huwa elenkat fl-istandard EN 16790:2016 “Konservazzjoni tal-wirt kulturali – Ġestjoni integrata tal-organiżmi ta’ ħsara (IPM) għall-protezzjoni tal-wirt kulturali” u f’dan l-istandard in-nitroġenu huwa deskritt bħala “l-iktar użat” biex tinħoloq l-anossija. |
(9) |
Huma disponibbli tekniki oħrajn għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara, bħal pereżempju t-trattament b’temperatura baxxa, it-trattament bis-sħana, it-trattament bl-arja sħuna bl-umdità kkontrollata. Barra minn hekk, jistgħu jintużaw sustanzi attivi oħra għal dak l-iskop. Madankollu, skont il-Ġermanja, kull waħda minn dawk it-tekniki għandha limitazzjonijiet f’termini tal-materjali li fuqhom jistgħu jiġu applikati. |
(10) |
Kif iddikjarat fl-applikazzjoni, it-trattament bi prodotti bijoċidali li fihom sustanzi attivi oħra jħalli residwi fuq l-oġġetti ttrattati li jistgħu jiġu rilaxxati progressivament fl-ambjent u li joħolqu riskju għas-saħħa tal-bniedem. Dan huwa partikolarment rilevanti fil-każ ta’ oġġetti kulturali esibiti fil-mużewijiet u dokumenti disponibbli għall-konsultazzjoni fl-arkivji u fil-libreriji. |
(11) |
Skont l-informazzjoni li tressqet mill-Ġermanja, il-proċessi ta’ xokk termali (it-trattamenti bl-iffriżar jew bis-sħana) għandhom effetti mhux mixtieqa fuq għadd ta’ materjali. Iż-żieda jew it-tnaqqis fit-temperatura jistgħu jikkawżaw ħsara irriversibbli lill-oġġetti tal-wirt kulturali. |
(12) |
Skont l-informazzjoni fl-applikazzjoni, l-użu tan-nitroġenu fiċ-ċilindri mhuwiex alternattiva xierqa għall-istituzzjonijiet kulturali, għaliex għandu żvantaġġi prattiċi. Il-kwantitajiet limitati fiċ-ċilindri jirrikjedu trasport frekwenti u faċilità ta’ ħżin separata. Barra minn hekk, jista’ jkun li l-kapaċità f’termini ta’ piż tal-art f’xi binjiet ta’ mużewijiet storiċi tinqabeż minħabba l-piż tal-għadd ta’ ċilindri meħtieġ. Barra minn hekk, it-trattament bin-nitroġenu fiċ-ċilindri ma jippermettix li tiġi kkontrollata l-umdità relattiva fiż-żona tat-trattament, u dan huwa meħtieġ għat-trattament ta’ ċerti materjali. |
(13) |
Jekk l-istituzzjonijiet kulturali jintalbu jużaw diversi tekniki biex jikkontrollaw l-organiżmi ta’ ħsara – kull waħda minnhom adattata għal materjali u għal oġġetti speċifiċi – minflok jużaw teknika waħda li tkun diġà ntużat u li tkun adattata għall-materjali kollha, l-istituzzjonijiet kulturali jkollhom iġarrbu spejjeż addizzjonali u jkun iktar ikkumplikat għalihom li jilħqu l-objettiv li jitbiegħdu mill-użu ta’ sustanzi attivi iktar perikolużi fl-IPM tagħhom. |
(14) |
Fl-2019, f’diversi laqgħat tal-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni tal-Awtoritajiet Kompetenti għall-Prodotti Bijoċidali (5), saru diskussjonijiet dwar il-possibbiltà ta’ deroga skont l-Artikolu 55(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għan-nitroġenu ġġenerat in situ. |
(15) |
Barra minn hekk, fuq talba tal-Kummissjoni, wara l-ewwel applikazzjoni simili għal deroga għall-prodotti li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ mill-Awstrija, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi wettqet konsultazzjoni pubblika dwar dik l-applikazzjoni, u ppermettiet lill-partijiet interessati kollha jipprovdu l-fehmiet tagħhom. Il-maġġoranza l-kbira tal-1 487 kumment li waslu kienu favur id-deroga. Bosta kontributuri ddeskrivew l-iżvantaġġi tat-tekniki alternattivi disponibbli: it-trattamenti termali jistgħu jagħmlu ħsara lil ċerti materjali; l-użu ta’ sustanzi attivi oħra jħalli residwi tossiċi fuq l-artefatti li progressivament jiġu rilaxxati fl-ambjent; l-użu tan-nitroġenu fiċ-ċilindri ma jippermettix li tiġi kkontrollata l-umdità relattiva fiż-żona tat-trattament, u dan huwa meħtieġ għat-trattament ta’ xi materjali. |
(16) |
Żewġ organizzazzjonijiet internazzjonali li jirrappreżentaw lill-mużewijiet u lis-siti ta’ wirt kulturali — il-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet u l-Kunsill Internazzjonali għall-Monumenti u għas-Siti — esprimew l-intenzjoni tagħhom li jressqu applikazzjoni għall-inklużjoni tan-nitroġenu ġġenerat in situ fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, u dan jista’ jippermetti lill-Istati Membri jawtorizzaw il-prodotti li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ mingħajr il-ħtieġa ta’ deroga f’konformità mal-Artikolu 55(3) ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, it-twettiq tal-evalwazzjoni ta’ applikazzjoni bħal din, l-inklużjoni tas-sustanza fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u l-ksib ta’ awtorizzazzjonijiet tal-prodott, jeħtieġu ż-żmien. |
(17) |
L-applikazzjoni turi li ma hemm l-ebda alternattiva xierqa disponibbli fil-Ġermanja, peress li t-tekniki alternattivi kollha disponibbli attwalment għandhom xi żvantaġġi jew minħabba li mhumiex adattati għat-trattament tal-materjali kollha jew għandhom xi żvantaġġi prattiċi. |
(18) |
Abbażi ta’ dawk l-argumenti kollha jixraq li wieħed jikkonkludi li n-nitroġenu ġġenerat in situ huwa essenzjali għall-protezzjoni tal-wirt kulturali fil-Ġermanja u li ma hemm l-ebda alternattiva xierqa disponibbli. Għalhekk jenħtieġ li l-Ġermanja titħalla tawtorizza t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali. |
(19) |
L-inklużjoni possibbli tan-nitroġenu ġġenerat in situ fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u l-awtorizzazzjoni sussegwenti mill-Istati Membri tal-prodotti li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ, jeħtieġu ż-żmien. Għalhekk jixraq li tkun permessa deroga għal perjodu ta’ żmien li jkun jippermetti t-tlestija tal-proċeduri sottostanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ġermanja tista’ tawtorizza t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali sal-31 ta’ Diċembru 2024.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/89/KE tat-30 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi n-nitroġenu bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (ĠU L 199, 31.7.2009, p. 19).
(3) Lista ta’ prodotti awtorizzati disponibbli fuq https://echa.europa.eu/fr/information-on-chemicals/biocidal-products.
(4) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).
(5) It-83, l-84, il-85 u s-86 laqgħa tal-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni tar-rappreżentanti tal-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li saru f’Mejju 2019, f’Lulju 2019, f’Settembru 2019 u f’Novembru 2019, rispettivament. Il-minuti tal-laqgħat huma disponibbli fuq https://ec.europa.eu/health/biocides/events_en#anchor0
11.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 297/10 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1266
tad-9 ta’ Settembru 2020
li tippermetti lid-Danimarka tawtorizza l-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali
(notifikata bid-dokument C(2020) 6030)
(It-test bid-Daniż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 55(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Permanenti għall-Prodotti Bijoċidali,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 fih sustanzi attivi li għandhom profil tas-saħħa ambjentali jew tas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali aktar favorevoli. Il-prodotti li fihom dawn is-sustanzi attivi jistgħu għalhekk jiġu awtorizzati bi proċedura simplifikata. In-nitroġenu huwa inkluż fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, soġġett għar-restrizzjoni li jintuża fi kwantitajiet limitati f’kontenituri pronti għall-użu. |
(2) |
Skont l-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, in-nitroġenu huwa approvat bħala sustanza attiva għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18, insettiċidi (2). Il-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu kif approvat huma awtorizzati f’diversi Stati Membri inkluża d-Danimarka u huma fornuti f’ċilindri tal-gass (3). |
(3) |
In-nitroġenu jista’ wkoll jiġi ġġenerat in situ mill-arja ambjentali. In-nitroġenu ġġenerat in situ bħalissa mhuwiex approvat għall-użu fl-Unjoni u la hu elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, u lanqas hu mdaħħal fil-lista ta’ sustanzi attivi inklużi fil-programm ta’ rieżami tas-sustanzi attivi eżistenti fil-prodotti bijoċidali fl-Anness II tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (4). |
(4) |
Skont l-Artikolu 55(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, fid-29 ta’ April 2020 id-Danimarka ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għal deroga mill-Artikolu 19(1)(a) ta’ dak ir-Regolament li fiha titlob li titħalla tawtorizza l-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ mill-arja ambjentali għall-protezzjoni tal-wirt kulturali (“l-applikazzjoni”). |
(5) |
Il-wirt kulturali jista’ jiġi ddanneġġat minn firxa wiesgħa ta’ organiżmi ta’ ħsara, minn insetti sa mikroorganiżmi. Il-preżenza ta’ dawk l-organiżmi mhux biss tista’ twassal għat-telf tal-oġġett kulturali nnifsu, iżda toħloq ukoll ir-riskju li dawk l-organiżmi ta’ ħsara jinfirxu għal oġġetti oħra fil-qrib. Mingħajr trattament xieraq, l-oġġetti jistgħu jiġu ddanneġġati b’mod irrimedjabbli, u b’hekk il-wirt kulturali jitpoġġa f’riskju serju. |
(6) |
In-nitroġenu ġġenerat in situ jintuża biex tinħoloq atmosfera kkontrollata b’konċentrazzjoni baxxa ħafna ta’ ossiġenu (anossija) f’tined jew fi kmamar għat-trattament issiġillati b’mod permanenti jew temporanju għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-oġġetti ta’ wirt kulturali. In-nitroġenu jiġi sseparat mill-arja ambjentali u jiġi ppumpjat fit-tinda jew fil-kamra għat-trattament, fejn il-kontenut tan-nitroġenu fl-atmosfera jiżdied għal bejn wieħed u ieħor 99 % u b’hekk l-ossiġenu jiġi eżawrit kważi kompletament. L-umdità tan-nitroġenu li jiġi ppumpjat fiż-żona għat-trattament tiġi ffissata skont x’jirrikjedi l-oġġett li jrid jiġi ttrattat. L-organiżmi ta’ ħsara ma jistgħux jibqgħu ħajjin fil-kundizzjonijiet maħluqa fit-tinda jew fil-kamra għat-trattament. |
(7) |
Skont l-informazzjoni fl-applikazzjoni, l-użu tan-nitroġenu ġġenerat in situ jidher li huwa l-unika teknika effettiva għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara li tista’ tintuża għat-tipi kollha ta’ materjali u kombinamenti ta’ materjali preżenti fl-istituzzjonijiet kulturali. Skont id-Danimarka, huwa l-metodu bl-inqas effetti negattivi u potenzjalment dannużi magħrufa fuq il-materjali u l-kombinamenti ta’ materjali li minnhom huma magħmula l-oġġetti tal-wirt kulturali. |
(8) |
Il-metodu tal-anossija jew ta’ atmosfera mmodifikata jew ikkontrollata huwa elenkat fl-istandard EN 16790:2016 “Konservazzjoni tal-wirt kulturali - Ġestjoni integrata tal-organiżmi ta’ ħsara (IPM) għall-protezzjoni tal-wirt kulturali” u f’dan l-istandard in-nitroġenu huwa deskritt bħala “l-aktar użat” biex tinħoloq l-anossija. |
(9) |
Hemm disponibbli tekniki oħra għall-kontroll tal-organiżmi ta’ ħsara, bħat-tekniki ta’ xokk termali (b’temperaturi għoljin jew baxxi) u l-użu ta’ prodott bijoċidali li jkun fihom sustanzi attivi oħra. Madankollu, skont id-Danimarka, kull waħda minn dawk it-tekniki għandha limitazzjonijiet f’termini tal-materjali li fuqhom jistgħu jiġu applikati. |
(10) |
Kif iddikjarat fl-applikazzjoni, f’istituzzjonijiet kulturali rarament jintużaw sustanzi attivi oħra minħabba l-profil ta’ periklu tagħhom. Wara t-trattament b’dawk is-sustanzi, ir-residwi fuq l-oġġetti ttrattati jistgħu jiġu rilaxxati progressivament fl-ambjent, u dan joħloq riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Dan huwa partikolarment rilevanti għall-istituzzjonijiet kulturali li huma miftuħin għall-viżitaturi kif ukoll għall-persuni li jaħdmu mal-oġġetti tal-wirt kulturali u jmissuhom. Barra minn hekk, l-użu ta’ xi sustanzi attivi jista’ jikkawża bidliet fil-kulur u fid-dehra tal-oġġetti tal-wirt kulturali. |
(11) |
Skont l-informazzjoni fl-applikazzjoni, il-proċessi ta’ xokk termali (it-trattamenti bl-iffriżar jew bis-sħana) għandhom effetti mhux mixtieqa fuq diversi materjali. Wara t-trattamenti bis-sħana, iż-żjut mit-trattamenti tal-imprenjazzjoni tal-oġġetti tal-injam jistgħu joħorġu fis-superfiċje u jħallu tbajja’, u b’hekk ibiddlu d-dehra tal-oġġetti. Ix-xemgħat u r-rażi jistgħu jdubu matul it-trattamenti bis-sħana. B’mod simili, it-trattamenti b’temperatura baxxa jistgħu jaffettwaw is-superfiċji miżbugħin u l-materjali li fihom ix-xellak, l-alkidi u l-akriliki. Il-metodu b’temperatura baxxa jitqies inkonvenjenti u inqas sostenibbli minħabba li l-oġġetti kollha jridu jiġu ppakkjati b’mod issikkat fil-fojl tal-plastik sabiex tiġi evitata l-kondensazzjoni wara t-trattament. |
(12) |
Skont l-informazzjoni fl-applikazzjoni, l-użu tan-nitroġenu fiċ-ċilindri mhuwiex alternattiva xierqa għall-istituzzjonijiet kulturali, billi għandu żvantaġġi prattiċi. Il-kwantitajiet limitati fiċ-ċilindri jirrikjedu trasport frekwenti u faċilità ta’ ħżin separata. Barra minn hekk, il-ħżin taċ-ċilindri jippreżenta sfida għas-sigurtà. It-trattament bin-nitroġenu fiċ-ċilindri jiġġenera kostijiet għoljin għall-istituzzjonijiet kulturali. |
(13) |
Jekk l-istituzzjonijiet kulturali jintalbu jużaw diversi tekniki biex jikkontrollaw l-organiżmi ta’ ħsara - kull waħda minnhom adattata għal materjali u oġġetti speċifiċi - minflok jużaw teknika waħda li tkun diġà ntużat u li tkun adattata għall-materjali kollha, l-istituzzjonijiet kulturali jkollhom iġarrbu kostijiet addizzjonali u tkun aktar ikkumplikata għalihom biex jilħqu l-objettiv li jitbiegħdu mill-użu ta’ sustanzi attivi aktar perikolużi fl-IPM tagħhom. Barra minn hekk, it-twaqqif tal-użu tal-faċilitajiet u tat-tagħmir miksuba għall-anossija tan-nitroġenu ġġenerata in situ jirriżulta f’telf ta’ investimenti preċedenti. |
(14) |
Fl-2019, f’bosta laqgħat (5) tal-grupp ta’ esperti tal-Awtoritajiet Kompetenti għall-Prodotti Bijoċidali tal-Kummissjoni, saru diskussjonijiet dwar il-possibbiltà ta’ deroga skont l-Artikolu 55(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għan-nitroġenu ġġenerat in situ. |
(15) |
Barra minn hekk, fuq talba tal-Kummissjoni, wara l-ewwel applikazzjoni simili għal deroga għall-prodotti li jikkonsistu f’nitroġenu ġġenerat in situ mill-Awstrija, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi wettqet konsultazzjoni pubblika dwar dik l-applikazzjoni, u ppermettiet lill-partijiet interessati kollha jipprovdu l-fehmiet tagħhom. Il-maġġoranza l-kbira tal-1487 kumment li waslu kienu favur tad-deroga. Bosta kontributuri ddeskrivew l-iżvantaġġi tat-tekniki alternattivi disponibbli: it-trattamenti termali jistgħu jagħmlu ħsara lil ċerti materjali; l-użu ta’ sustanzi attivi oħra jħalli residwi tossiċi fuq l-artefatti li progressivament jiġu rilaxxati fl-ambjent; l-użu tan-nitroġenu fiċ-ċilindri ma jippermettix li tiġi kkontrollata l-umdità relattiva fiż-żona għat-trattament, u dan huwa meħtieġ għat-trattament ta’ xi materjali. |
(16) |
Żewġ organizzazzjonijiet internazzjonali li jirrappreżentaw il-mużewijiet u s-siti ta’ wirt kulturali - il-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet u l-Kunsill Internazzjonali għall-Monumenti u għas-Siti - esprimew l-intenzjoni tagħhom biex iressqu applikazzjoni għall-inklużjoni tan-nitroġenu ġġenerat in situ fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, u dan jista’ jippermetti lill-Istati Membri jawtorizzaw il-prodotti li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ mingħajr il-ħtieġa għal deroga f’konformità mal-Artikolu 55(3) ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, it-twettiq tal-evalwazzjoni ta’ applikazzjoni bħal din, l-inklużjoni tas-sustanza fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u l-ksib ta’ awtorizzazzjonijiet tal-prodott, jeħtieġu ż-żmien. |
(17) |
L-applikazzjoni turi li ma hemm l-ebda alternattiva xierqa disponibbli fid-Danimarka, peress li t-tekniki alternattivi kollha disponibbli attwalment għandhom xi żvantaġġi jew minħabba li mhumiex adattati għat-trattament tal-materjali kollha jew għandhom xi żvantaġġi prattiċi. |
(18) |
Abbażi ta’ dawk l-argumenti kollha jixraq li wieħed jikkonkludi li n-nitroġenu ġġenerat in situ huwa essenzjali għall-protezzjoni tal-wirt kulturali fid-Danimarka u li ma hemm l-ebda alternattiva xierqa disponibbli. Għalhekk jenħtieġ li d-Danimarka titħalla tawtorizza t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali. |
(19) |
L-inklużjoni possibbli tan-nitroġenu ġġenerat in situ fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u l-awtorizzazzjoni sussegwenti mill-Istati Membri tal-prodotti li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ jeħtieġu ż-żmien. Għalhekk huwa xieraq li tkun permessa deroga għal perjodu ta’ żmien li jkun jippermetti t-tlestija tal-proċeduri sottostanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Danimarka tista’ tawtorizza t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali sal-31 ta’ Diċembru 2024.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/89/KE tat-30 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi n-nitroġenu bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (ĠU L 199, 31.7.2009, p. 19).
(3) Lista ta’ prodotti awtorizzati disponibbli fuq https://echa.europa.eu/fr/information-on-chemicals/biocidal-products
(4) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).
(5) It-83, l-84, il-85 u s-86 laqgħa tal-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni tar-rappreżentanti tal-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li saru f’Mejju 2019, f’Lulju 2019, f’Settembru 2019 u f’Novembru 2019, rispettivament. Il-minuti tal-laqgħat huma disponibbli fuq https://ec.europa.eu/health/biocides/events_en#anchor0