ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 247

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
31 ta' Lulju 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1128 tat-30 ta’ Lulju 2020 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/19

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1129 tat-30 ta’ Lulju 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1130 tat-30 ta’ Lulju 2020 li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

14

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1131 tat-30 ta’ Lulju 2020 li tniedi l-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA)

16

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1132 tat-30 ta’ Lulju 2020 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/20

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1133 tat-30 ta’ Lulju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1134 tat-30 ta’ Lulju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 dwar attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tal-Unjoni b’appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi

24

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1135 tat-30 ta’ Lulju 2020 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1136 tat-30 ta’ Lulju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

30

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1137 tat-30 ta’ Lulju 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

40

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1128

tat-30 ta’ Lulju 2020

li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/19 (2) li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001, li jistabbilixxi lista aġġornata ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (‘il-lista’).

(2)

Fejn kien possibbli fil-prattika, il-Kunsill ipprovda dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet lill-persuni, gruppi u entitajiet kollha bl-ispjegazzjoni għaliex iddaħħlu fil-lista.

(3)

B’avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill informa lill-persuni, gruppi u entitajiet fuq il-lista li huwa kien iddeċieda li jżommhom fuqha. Il-Kunsill informa wkoll lil dawk il-persuni, gruppi u entitajiet ikkonċernati li kien possibbli li tintalab dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill talli ddaħħlu fil-lista fejn tali dikjarazzjoni ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom.

(4)

Il-Kunsill irreveda l-lista kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001. Meta għamel dik ir-reviżjoni, il-Kunsill ħa kont tal-osservazzjonijiet ippreżentati lilu minn dawk ikkonċernati kif ukoll tal-informazzjoni aġġornata li waslet mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar l-istatus ta’ individwi u entitajiet elenkati fil-livell nazzjonali.

(5)

Il-Kunsill ivverifika li awtoritajiet kompetenti, kif imsemmijin fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (3), ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet kollha fil-lista fejn irriżulta li huma kienu involuti f’atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li jenħtieġ li l-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(6)

Il-Kunsill ikkonkluda li m’għadx hemm raġunijiet biex persuna waħda tinżamm fuq il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(7)

Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata skont dan, u jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/19 jitħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 hija stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/19 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/19 tat-13 ta’ Jannar 2020 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1337 (ĠU L 8I, 14.1.2020, p. 1).

(3)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).


ANNESS

LISTA TA’ PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1

I.   PERSUNI

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Numru tal-passaport: D9004878.

2.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f’Al Ihsa (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

3.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

4.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6.3.1955 jew fil-15.3.1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti, Numru tal-passaport: C2002515 (Iran); Numru tal-passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerka). Numru tal-ID nazzjonali: 07442833, data ta’ skadenza 15.3.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerka).

5.

ASSADI Assadollah, imwieled fit-22.12.1971 f’Tehran (l-Iran), ċittadin Iranjan. Numru tal-passaport diplomatiku Iranjan: D9016657.

6.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (in-Netherlands).

7.

EL HAJJ, Hassan Hassan, imwieled fit-22.3.1988 f’Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (il-Kanada).

8.

HASHEMI MOGHADAM Saeid, imwieled fis-6.8.1962 f’Tehran (l-Iran), ċittadin Iranjan. Numru tal-passaport: D9016290, validu sal-4.2.2019.

9.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

10.

MELIAD, Farah, imwieled fil-5.11.1980 f’Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (l-Awstralja).

11.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem, magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah, magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport 488555.

12.

ŞANLI, Dalokay (magħruf ukoll bħala Sinan), imwieled fit-13.10.1976 f’Pülümür (it-Turkija).

13.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala’i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla’i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, l-Iran, (2) Bażi Militari ta’ Mehran, Provinċja ta’ Ilam, l-Iran.

14.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f’Tehran, l-Iran.

II.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

L-‘Organizzazzjoni Abu Nidal’ — ‘ANO’ (magħrufa wkoll bħala l-‘Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Fatah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Brigati Rivoluzzjonarji Għarab’, magħrufa wkoll bħala s-‘Settembru l-Iswed’, magħrufa wkoll bħala l-‘Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti’).

2.

Il-‘Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa’.

3.

‘Al-Aqsa e.V’.

4.

‘Babbar Khalsa’.

5.

Il-‘Partit Komunista tal-Filippini’, inkluż l-‘Armata l-Ġdida tal-Poplu’ — ‘NPA’, il-Filippini.

6.

Id-Direttorat għas-Sigurtà Interna tal-Ministeru Iranjan għall-Intelliġenza u s-Sigurtà.

7.

‘Gama’a al-Islamiyya’ (magħruf ukoll bħala ‘Al-Gama’a al-Islamiyya’) (il-‘Grupp Iżlamiku’ — ‘IG’).

8.

‘İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi’ — ‘IBDA-C’ (il-‘Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant’).

9.

‘Hamas’, inkluż ‘Hamas-Izz al-Din al-Qassem’.

10.

Il-‘Fergħa Militari ta’ Hizballah’ (magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari tal-Hezbollah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hizbullah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hizbollah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hezballah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hisbollah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hizbu’llah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hizb Allah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Kunsill tal-Ġihad’ (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)).

11.

‘Hizbul Mujahideen’ — ‘HM’.

12.

‘Khalistan Zindabad Force’ — ‘KZF’.

13.

Il-‘Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan’ — ‘PKK’ (magħruf ukoll bħala ‘KADEK’, magħruf ukoll bħala ‘KONGRA-GEL’).

14.

It-‘Tigri għal-Liberazzjoni tat-Tamil Eelam’ — ‘LTTE’.

15.

‘Ejército de Liberación Nacional’ (l-‘Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali’).

16.

Il-‘Ġiħad Iżlamika tal-Palestina’ — ‘PIJ’.

17.

Il-‘Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina’ — ‘PFLP’.

18.

Il-‘Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali’ (magħruf ukoll bħala ‘PFLP — Kmand Ġenerali’).

19.

‘Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi’ — ‘DHKP/C’ (magħruf ukoll bħala ‘Devrimci Sol’ (ix-‘Xellug Rivoluzzjonarju’), magħruf ukoll bħala ‘Dev Sol’) (‘Armata/Front/Partit Rivoluzzjonarju għall-Ħelsien tal-Poplu’).

20.

‘Sendero Luminoso’ — ‘SL’ (it-‘Triq li Tiddi’).

21.

‘Teyrbazen Azadiya Kurdistan’ — ‘TAK’ (magħruf ukoll bħala l-‘Falkuni għall-Ħelsien tal-Kurdistan’, magħruf ukoll bħala l-‘Isqra għall-Ħelsien tal-Kurdistan’).

31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1129

tat-30 ta’ Lulju 2020

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta’ Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 47a(1) tar-Regolament (UE) 2017/1509, il-Kunsill irrieżamina l-listi ta’ persuni u entitajiet deżinjati li jinsabu fl-Annessi XV, XVI, XVII u XVIII għal dak ir-Regolament.

(3)

Il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet kollha fil-listi li jinsabu fl-Annessi XV u XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509 jenħtieġ li jinżammu, li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dsatax-il persuna u l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni ta’ ħames persuni u żewġ entitajiet jenħtieġ li jiġu aġġornati u li l-ġeneru tal-persuni fiżiċi kollha elenkati fl-Anness XV jenħtieġ li jiġi inkluż fl-informazzjoni ta’ identifikazzjoni.

(4)

Għaldaqstant, l-Annessi XV u XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi XV u XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509 huma emendati kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.


ANNESS

(1)   

Fl-Anness XV għar-Regolament (UE) 2017/1509, il-Parti (a) (‘Persuni fiżiċi indikati f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 34(4)’), l-entrati 1 sa 27 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem (u alternattivi possibbli)

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Raġunijiet

“1.

CHON Chi Bu

(CHON Chi-bu)

Ġeneru: maskil

22.12.2009

Membru tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika, eks direttur tekniku ta’ Yongbyon. Ritratti rabtuh ma’ reattur nukleari fis-Sirja qabel ma ġie bbumbardjat minn Iżrael fl-2007.

2.

HYON Chol-hae

(magħruf ukoll bħala HYON Chol Hae)

Data tat-Twelid: 13.8.1934

Post tat-Twelid: Manchuria, iċ-Ċina

Ġeneru: maskil

22.12.2009

Marixxall tal-Armata Militari tal-Poplu Korean minn April 2016. Eks Viċi Ministru għall-Forzi Armati tal-Poplu, eks Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean (konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il). Membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema elett f’Mejju tal-2016 waqt is-Seba’ Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea fejn il-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea adotta deċiżjoni biex ikompli bil-programm nukleari tar-RDPK.

3.

O Kuk-Ryol

(magħruf ukoll bħala O Kuk Ryol)

Data tat-Twelid: 7.1.1930

Post tat-Twelid: il-Provinċja ta’ Jilin, iċ-Ċina.

Ġeneru: maskil

22.12.2009

Eks Viċi President tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet tad-difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġie rrifurmat fil-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (State Affairs Commission, SAC), li tissorvelja l-akkwist barra mill-pajjiż ta’ teknoloġija avvanzata għal programmi nukleari u ballistiċi. Eks Membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea elett f’Mejju tal-2016 waqt is-Seba’ Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea fejn il-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea adotta deċiżjoni biex ikompli bil-programm nukleari tar-RDPK.

4.

PAK Jae-gyong

(magħruf ukoll bħala Chae-Kyong; PAK Jae Gyong)

Data tat-Twelid: 10.6.1933

Numru tal-passaport: 554410661

Ġeneru: maskil

22.12.2009

Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Poplu u eks Viċi Direttur tal-Uffiċċju tal-Loġistika tal-Forzi Armati tal-Poplu (Konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il). Kien preżenti waqt l-ispezzjoni ta’ KIM Jong Un tal-Kmand tal-Forzi Ballistiċi Strateġiċi. Eks Membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. President tal-Kumitat Korean tal-Veterani kontra l-Imperjaliżmu.

5.

RYOM Yong

Ġeneru: maskil

22.12.2009

Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità ddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti) responsabbli mir-relazzjonijiet internazzjonali.

6.

SO Sang-kuk (magħruf ukoll bħala SO Sang Kuk)

Data tat-twelid: bejn l-1932 u l-1938

Ġeneru: maskil

22.12.2009

Kap tad-Dipartiment tal-Fiżika Nukleari, Università Kim Il Sung.

7.

Logutenent Ġenerali KIM Yong Chol

(magħruf ukoll bħala: KIM Yong-Chol; KIM Young-Chol; KIM Young-Cheol; KIM Young-Chul)

Data tat-Twelid: 1946

Post tat-Twelid: Pyongan-Pukto, RDPK

Ġeneru: maskil

19.12.2011

Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea; tal-Politburo u l-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea. Eks Kmandant tar-Reconnaissance General Bureau (RGB), entità sanzjonata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Eks Direttur tad-Dipartiment tal-Front Magħqud.

8.

CHOE Kyong-song

(magħruf ukoll bħala CHOE Kyong song)

Data tat-Twelid: 1945

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Kurunell Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva.

9.

CHOE Yong-ho (magħruf ukoll bħala CHOE Yong Ho)

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Kurunell Ġeneral fl-Armata tal-Poplu Korean/Ġeneral tal-Forzi tal-Ajru tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Kmandant tal-Forzi tal-Ajru tal-Armata tal-Poplu tal-Korea u tal-Forzi Kontra l-Inġenji tal-Ajru. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva.

10.

HONG Sung-Mu

(magħruf ukoll bħala HUNG Sun Mu; HONG Sung Mu)

Data tat-Twelid: 1.1.1942

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Il-Viċi Direttur tad-Dipartiment għall-Industrija tal-Munizzjonijiet (Munitions Industry Department, MID). Inkarigat mill-iżvilupp ta’ programmi dwar armi konvenzjonali u missili, inklużi l-missili ballistiċi. Wieħed mill-persuni ewlenin responsabbli għall-programmi għall-iżvilupp industrijali tal-armi nukleari. Bħala tali, responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. Kien xhud għall-illanċjar tal-missila ballistika interkontinentali Hwasong-15 fit-28 ta’ Novembru 2017.

11.

JO Kyongchol (magħruf ukoll bħala JO Kyong Chol)

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tal-Kmand Militari tas-Sigurtà. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva. Akkumpanja lil Kim Jong Un għall-akbar taħriġ li qatt sar tal-artillerija li twassal fit-tul.

12.

KIM Chun-sam

(magħruf ukoll bħala KIM Chun Sam)

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Ġeneral Logutenent, membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li huwa l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Eks Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tal-Kwartieri Ġenerali Militari tal-Armata tal-Poplu Korean u l-ewwel viċi kap tal-Kwartieri Militari. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva.

13.

KIM Chun-sop

(magħruf ukoll bħala KIM Chun Sop)

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Eks Direttur tad-Dipartiment għall-Industrija tal-Munizzjonijiet (Munitions Industry Department, MID). Eks membru tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li issa ġiet irriformata fil-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (SAC), li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva. Kien f’sessjoni tar-ritratti għal dawk li kkontribwew għas-suċċess tat-test SLBM f’Mejju 2015.

14.

KIM Jong-gak

(magħruf ukoll bħala KIM Jong Gak)

Data tat-Twelid: 20.7.1941

Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Eks Direttur tad-Dipartiment Politiku Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean. Viċi Marixxall fl-Armata tal-Poplu Korean, rettur tal-Università Militari ta’ Kim Il-Sung, eks Ministru għall-Forzi Armati tal-Poplu u eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva.

15.

KIM Rak Kyom

(magħruf ukoll bħala KIM Rak-gyom; KIM Rak Gyom)

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Ġeneral b’Erba’ Stilel, Kmandant tal-Forzi Ballistiċi Strateġiċi, entità deżinjata min-Nazzjonijiet Uniti, li hu rappurtat li issa jikkmanda erba’ unitajiet strateġiċi u tekniċi tal-missili, inkluża l-brigata KN-08 (ICBM). Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Rapporti fil-mezzi tax-xandir identifikaw lil KIM bħala li attenda t-test tal-magni tal-ICBM li sar f’April 2016 ma’ KIM Jong Un. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva. Ordna t-taħriġ tal-isparar tal-missili ballistiċi.

16.

KIM Won-hong

(magħruf ukoll bħala KIM Won Hong)

Data tat-Twelid: 7.1.1945

Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK

Nru tal-passaport: 745310010

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Ġeneral. Eks Viċi Direttur Ewlieni tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks Direttur tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Istat. Eks Ministru għas-Sigurtà tal-Istat. Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet mibdula għall-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (SAC), li huma l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva.

17.

PAK Jong-chon

(magħruf ukoll bħala PAK Jong Chon)

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Ġeneral fl-Armata tal-Poplu Korean, Kap tal-Persunal Ġenerali minn April 2019; membru tal-Politburo minn April 2020. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva.

18.

LI Yong-ju

(magħruf ukoll bħala RI Yong Ju)

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Ammirall tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Kap Kmandant tal-Forzi Navali tal-Poplu Korean li huma involuti fl-iżvilupp ta’ programmi ta’ Missili Ballistiċi u fl-iżvilupp ta’ kapaċitajiet nukleari tal-forzi navali tar-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva.

19.

SON Chol-ju

(magħruf ukoll bħala SON Chol Ju)

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Viċi Direttur responsabbli għall-organizzazzjoni tal-Armata tal-Poplu tal-Korea u eks Direttur Politiku tal-forzi tal-Ajru u ta’ Kontra l-ajru, li tissorvelja l-iżvilupp ta’ rokits modernizzati kontra l-inġenji tal-ajru. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva.

20.

YUN Jong-rin

(magħruf ukoll bħal YUN Jong Rin)

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Ġeneral, eks kmandant tal-Kmand tal-Gwardja Suprema. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u membru tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet mibdula għall-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (SAC), li huma l-korpi ewlenin kollha għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva.

21.

HONG Yong Chil

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Il-Viċi Direttur tal-Machine-Building Industry Department (MBID). Id-Dipartiment għall-Industrija tal-Munizzjonijiet — elenkat mill-KSNU fit-2 ta’ Marzu 2016— huwa involut f’aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK. L-MID huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluża t-Taepo Dong-2, il-produzzjoni ta’ armi u ta’ programmi ta’ Riċerka u Żvilupp. It-Tieni Kumitat Ekonomiku u s-Second Academy of Natural Sciences — ukoll indikati f’Awwissu 2010 — huma subordinati għall-MID. Fis-snin reċenti l-MID ħadem biex jiżviluppa l-KN08 road-mobile ICBM. HONG akkumpanja lil KIM Jong Un f’għadd ta’ attivitajiet relatati mal-iżvilupp tal-programmi tal-armi nukleari u tal-missili ballistiċi tar-RDPK u hu mifhum li kellu rwol sinifikanti fit-test nukleari tar-RDPK tas-6 ta’ Jannar 2016. Viċi Direttur tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva. Kien preżenti fuq il-post għat-test tal-ġett b’magna tat-tip ICBM ġdida f’April 2016.

22.

RI Hak Chol

(magħruf ukoll bħala RI Hak Chul, RI Hak Cheol)

Data tat-Twelid: 19.1.1963 jew 8.5.1966

Passaport: 381320634; PS-563410163

Ġeneru: maskil

20.5.2016

President tal-Green Pine Associated Corporation (“Green Pine”). Skont il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU, il-Green Pine ħadet f’idejha ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet elenkata mill-Kumitat f’April 2009 u hija l-kummerċjant ewlieni ta’ armi tar-RPDK u wkoll l-esportatur prinċipali ta’ prodotti u tagħmir marbuta mal-missili ballistiċi u l-armi konvenzjonali. Il-Green Pine hija responsabbli wkoll għal kważi nofs l-armi u l-materjal esportati mir-RDPK. Il-Green Pine ġiet identifikata minħabba l-esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat mir-RDPK. Il-Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta’ inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta’ missili, u esportat torpedos u assistenza teknika lill-impriżi Iranjani relatati mad-difiża. Il-Green Pine ġiet indikata mill-KSNU.

23.

YUN Chang Hyok

Data tat-Twelid: 9.8.1965

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Viċi Direttur taċ-Ċentru tal-Kontroll tas-Satelliti, in-National Aerospace Development Administration (NADA). In-NADA hija soġġetta għal sanzjonijiet taħt il-UNSCR 2270 (2016) għall-involviment fl-iżvilupp tar-RDPK ta’ xjenza u teknoloġija tal-ispazju, inkluż it-tlugħ ta’ satelliti u rokits li jġorru missili. Il-UNSCR 2270 (2016) ikkundannat it-tlugħ tas-satellita tar-RDPK tas-7 ta’ Frar 2016 minħabba l-użu ta’ teknoloġija tal-missili ballistiċi u minħabba li kien fi ksur serju tar-riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), u 2094 (2013). Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva.

24.

RI Myong Su

Data tat-Twelid: 1937

Post tat-Twelid: Myongchon, Tramuntana ta’ Hamgyong, ir-RDPK

Ġeneru: maskil

7.4.2017

Viċi Marixxall tal-Armata tal-Poplu Korean, l-ewwel viċi kmandant tal-Kmand Suprem tal-Armata tal-Poplu Korean. Sal-2018, membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati tal-Poplu. Ri Myong Su għadu influwenti fi kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali inkluż il-programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva. Ri ilu żmien twil membru tal-Assemblea Suprema tal-Poplu (SPA); li bħalissa hija l-14-il waħda.

25.

SO Hong Chan

Data tat-Twelid: 30.12.1957

Post tat-Twelid: Kangwon, RDPK

Passaport: PD836410105 Data ta’ skadenza tal-passaport: 27.11.2021

Ġeneru: maskil

7.4.2017

L-ewwel Viċi Ministru u Direttur tal-Uffiċċju tal-Loġistika tal-Forzi Armati tal-Poplu, membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Ġeneral fil-Forzi Armati tal-Poplu. F’din il-kariga, So Hong Chan huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva.

26.

WANG Chang Uk

Data tat-Twelid: 29.5.1960

Ġeneru: maskil

7.4.2017

Ministru għall-Industrija u l-Enerġija Atomika. F’din il-kariga, Wang Chang Uk huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva.

27.

JANG Chol

Data tat-Twelid: 31.3.1961

Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK

Numru tal-passaport: 563310042

Ġeneru: maskil

7.4.2017

Eks president tal-Akkademja tax-Xjenza tal-Istat, organizzazzjoni dedikata għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u xjentifiċi tar-RDPK. F’din il-kapaċità, Jang Chol kellu pożizzjoni strateġika għall-iżvilupp ta’ attivitajiet nukleari tar-RDPK. Bħala tali, responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva.”.

(2)   

Fl-Anness XV għar-Regolament (UE) 2017/1509, il-Parti (b) (‘Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi indikati f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 34(4)’), l-entrata 2 tiġi sostitwita b’dan li ġej:

 

Isem (u alternattivi possibbli)

Post

Data tad-deżinjazzjoni

Raġunijiet

“2.

Korean Ryengwang Trading Corporation

magħrufa ukoll bħala KOREA RAYONGWANG TRADING CORPORATION

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK

22.12.2009

Sussidjarja tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità ddeżinjata mill-KSNU, 24.4.2009).”.

(3)   

Fl-Anness XV għar-Regolament (UE) 2017/1509, il-Parti (c) (‘Persuni fiżiċi indikati f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 34(4)’), l-entrati 1 sa 6 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem (u alternattivi possibbli)

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Raġunijiet

“1.

JON Il-chun (magħruf ukoll bħala JON Il Chun)

Data tat-Twelid: 24.8.1941

Ġeneru: maskil

22.12.2010

Fi Frar tal-2010, KIM Tong-un tkeċċa mill-kariga tiegħu ta’ direttur tal-“Uffiċċju 39”, li huwa, fost affarijiet oħra, inkarigat mix-xiri ta’ prodotti mir-rappreżentanzi diplomatiċi tar-RDPK billi jevita s-sanzjonijiet. Huwa ġie sostitwit minn JON Il-chun. Rappreżentant tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet tad-difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġie rriformat fil-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (State Affairs Commission, SAC), ġie elett direttur ġenerali tal-Bank għall-Iżvilupp Statali f’Marzu 2010. Membru supplenti tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema elett f’Mejju tal-2016 waqt is-Seba’ Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn il-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea adotta deċiżjoni biex ikompli bil-programm nukleari tar-RDPK.

2.

KIM Tong-un (magħruf ukoll bħala KIM Tong Un)

Ġeneru: maskil

22.12.2009

Eks direttur ta’ “Uffiċċju 39” tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea li huwa involut fil-finanzjament tal-proliferazzjoni. Fl-2011, allegatament kien responsabbli minn “Uffiċċju 38” biex jinġabru fondi għat-tmexxija u għall-elit.

3.

KIM Yong Nam (KIM Yong-Nam, KIM Young-Nam, KIM Yong-Gon)

Data tat-Twelid: 2.12.1947

Post tat-Twelid: Sinuju, RDPK

Ġeneru: maskil

20.4.2018

KIM Yong Nam ġie identifikat mill-Bord ta’ Esperti bħala aġent tar-Reconnaissance General Bureau, entità li ġiet iddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti. Hu u ibnu KIM Su Gwang ġew identifikati mill-Bord ta’ Esperti bħala involuti f’sensiela ta’ prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva. KIM Yong Nam fetaħ diversi kontijiet kurrenti u ta’ tfaddil fl-Unjoni u ġie involut f’għadd ta’ trasferimenti bankarji kbar lejn kontijiet bankarji fl-Unjoni jew lejn kontijiet barra l-Unjoni waqt li kien qed jaħdem fil-korp diplomatiku, inkluż lejn kontijiet f’isem ibnu KIM Su Gwang u l-mara ta’ ibnu KIM Kyong Hui.

4.

DJANG Tcheul Hy

(JANG Tcheul-hy, JANG Cheul-hy, JANG Chol-hy, DJANG Cheul-hy, DJANG Chol-hy, DJANG Tchou-lhy, Kim Tcheul-hy)

Data tat-Twelid: 11.5.1950

Post tat-Twelid: Kangwon

Ġeneru: femminil

20.4.2018

DJANG Tcheul Hy kienet involuta, flimkien mar-raġel tagħha KIM Yong Nam, binha KIM Su Gwang u l-mara ta’ binha KIM Kyong Hui f’sensiela ta’ prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva. Kienet is-sid ta’ diversi kontijiet bankarji fl-Unjoni li nfetħu minn binha KIM Su Gwang f’isimha. Kienet involuta wkoll f’diversi trasferimenti bankarji minn kontijiet mill-mara ta’ binha KIM Kyong Hui lejn kontijiet bankarji barra l-Unjoni.

5.

KIM Su Gwang

(KIM Sou-Kwang, KIM Sou-Gwang, KIM Son-Kwang, KIM Su-Kwang, KIM Soukwang, KIM Su-gwang, KIM Son-gwang)

Data tat-Twelid: 18.8.1976

Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK

Diplomatiku, Ambaxxata tal-RDPK, Belarus

Ġeneru: maskil

20.4.2018

KIM Su Gwang ġie identifikat mill-Bord ta’ Esperti bħala aġent tar-Reconnaissance General Bureau, entità li ġiet iddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti. Hu u missieru KIM Yong Nam ġew identifikati mill-Bord ta’ Esperti bħala involuti f’sensiela ta’ prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva. KIM Su Gwang fetaħ għadd ta’ kontijiet bankarji f’diversi Stati Membri, inkluż taħt l-ismijiet ta’ membri tal-familja. Kien involut f’diversi trasferimenti bankarji kbar lejn kontijiet bankarji fl-Unjoni jew lejn kontijiet barra l-Unjoni waqt li kien qed jaħdem fil-korp diplomatiku, inkluż lejn kontijiet f’isem il-konjuġi tiegħu KIM Kyong Hui.

6.

KIM Kyong Hui

Data tat-Twelid: 6.5.1981

Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK

Ġeneru: femminil

20.4.2018

KIM Kyong Hui kienet involuta flimkien mar-raġel tagħha KIM Su Gwang, missier ir-raġel tagħha KIM Yong Nam u omm ir-raġel tagħha DJANG Tcheul Hy f’sensiela ta’ prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva. Hi rċeviet diversi trasferimenti bankarji mingħand ir-raġel tagħha KIM Su Gwang u missier ir-raġel tagħha KIM Yong Nam, u ttrasferixxiet flus lejn kontijiet barra mill-Unjoni f’isimha jew isem omm ir-raġel tagħha, DJANG Tcheul Hy.”.

(4)   

Fl-Anness XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509, il-Parti (a) (‘Persuni fiżiċi’), l-entrati 4 u 24 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem (u alternattivi possibbli)

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Raġunijiet

“4.

JON Chol Young

magħruf ukoll bħala: JON Chol Yong

Numru tal-passaport: 563410192

Diplomatiku fl-Ambaxxata tar-RDPK għall-Angola

Data tat-Twelid: 30.4.1975

22.1.2018

Eks rappreżentant fl-Angola tal-Green Pine Associated Corporation u diplomatiku akkreditat għar-RDPK fl-Angola.

Green Pine ġiet deżinjata min-NU għal attivitajiet inkluż il-ksur tal-embargo tan-NU fuq l-armi. Green Pine nnegozjat ukoll kuntratti għar-rinnovazzjoni ta’ bastimenti navali tal-Angola bi ksur tal-projbizzjonijiet imposti mir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

24.

SO Tong Myong

Data tat-Twelid: 10.9.1956

3.7.2015

Eks president tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC), eks President tal-Kumitat tal-Maniġment Eżekuttiv tal-KNIC (Ġunju 2012); eks Maniġer Ġenerali tal-KNIC, Settembru 2013, li jaġixxi f’isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.”.

(5)   

Fl-Anness XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509, il-Parti (b) (‘Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi’), l-entrata 4 tiġi sostitwita b’dan li ġej:

 

Isem (u alternattivi possibbli)

Post

Data tad-deżinjazzjoni

Raġunijiet

“4.

Pan Systems Pyongyang

magħrufa wkoll bħala Wonbang Trading Co.; Glocom; International Golden Services; International Global System

Indirizz: Room 818, Pothonggang Hotel, Ansan-Dong, Pyongchon district, Pyongyang, DPRK.

16.10.2017

Pan Systems assistiet fl-evażjoni ta’ sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta’ bejgħ ta’ armi jew materjal relatat lill-Eritrea.

Pan Systems hija wkoll ikkontrollata minn, u taħdem f’isem, Reconnaissance General Bureau, entità li ġiet iddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti.”.


31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1130

tat-30 ta’ Lulju 2020

li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Jannar 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 21(6) tar-Regolament (UE) 2016/44, il-Kunsill irrieżamina l-lista ta’ persuni u entitajiet iddeżinjati li tinsab fl-Anness III għal dak ir-Regolament.

(3)

Il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet kollha fil-lista li tinsab fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 jenħtieġ jinżammu, u li l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni ta’ persuna waħda għandha tiġi aġġornata.

(4)

L-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.


ANNESS

Fit-taqsima A (Persuni) tal-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44, l-entrata 18 hija sostitwita b’dan li ġej:

“18.

GHWELL, Khalifa

magħruf ukoll bħala AL GHWEIL, Khalifa

AL-GHAWAIL, Khalifa

GHAWIL, Khalifa Mohamed

Data tat-twelid: l-1 ta’ Jannar 1956 jew l-1 ta’ Jannar 1951

Post tat-twelid: Misurata, il-Libja

Nazzjonalità: Libja

Passaport: A005465 (il-Libja), maħruġ fit-12 ta’ April 2015, skada fil-11 ta’ April 2017

u

J690P666 (il-Libja), maħruġ fit-12 ta’ Ġunju 2016, jiskadi fil-11 ta’ Ġunju 2024

Sess: raġel

Indirizz: Qasr Ahmed Street, Misurata, Libya

Khalifa Ghwell kien l-hekk imsejjaħ ‘Prim Ministru u Ministru għad-Difiża’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (‘GNC’) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta’ Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali kien responsabbli għall-attivitajiet tagħhom.

Fis-7 ta’ Lulju 2015 Khalifa Ghwell wera l-appoġġ tiegħu għall-iSteadfastness Front (Alsomood), forza militari ġdida ta’ 7 brigati biex tipprevjeni l-formazzjoni fi Tripli ta’ gvern ta’ unità, billi attenda ċ-ċerimonja tal-iffirmar li tinawgura l-forza mal-‘President’ tal-GNC Nuri Abu Sahmain.

Bħala ‘Prim Ministru’ tal-GNC, Ghwell qeda rwol ċentrali fit-tfixkil tal-istabbiliment tal-GNA stabbilit skont il-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

Fil-15 ta’ Jannar 2016, fil-kapaċità tiegħu ta’ ‘Prim Ministru u Ministru għad-Difiża’ tal-GNC ta’ Tripli, Ghwell ordna l-arrest ta’ kull membru tat-Tim ta’ Sigurtà il-ġdid, maħtur mill-Prim Ministru Maħtur tal-Gvern b’Kunsens Nazzjonali, li jasal fi Tripli.

Fil-31 ta’ Awwissu 2016 huwa ordna lill-‘Prim Ministru’ u lill-‘Ministru għad-Difiża’ tal-‘Gvern ta’ Salvazzjoni Nazzjonali’ biex imorru lura għax-xogħol wara li l-Kamra tar-Rappreżentanti (HoR) kienet ċaħdet il-GNA.

1.4.2016”.


DEĊIŻJONIJIET

31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1131

tat-30 ta’ Lulju 2020

li tniedi l-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2110 tad-9 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-9 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA).

(2)

Fit-18 ta’ Ġunju 2020, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) qabel li l-Pjan Operazzjonali (OPLAN) għall-EUAM RCA jenħtieġ li jiġi approvat.

(3)

Wara r-rakkomandazzjoni tal-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u l-kisba ta’ kapaċità operattiva inizjali mill-EUAM RCA, jenħtieġ li l-Missjoni tiġi mnedija fid-9 ta’ Awwissu 2020 għal perijodu ta’ sentejn.

(4)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 ipprovdiet ammont ta’ referenza finanzjarja ta’ EUR 7 100 000 biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM RCA matul l-ewwel sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dik id-Deċiżjoni. Id-Deċiżjoni tal- Kunsill (PESK) 2020/664 (2) estendiet il-validità tal-ammont ta’ referenza finanzjarja sat-8 ta’ Awwissu 2020. Jenħtieġ li jiġi pprovdut ammont ta’ referenza addizzjonali li jkopri l-perijodu mit-tnedija tal-Missjoni sat-8 ta’ Awwissu 2022.

(5)

L-EUAM RCA jenħtieġ li jkollha Ċellula ta’ Proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proġetti f’oqsma relatati mal-EUAM RCA u b’appoġġ għall-objettivi tagħha.

(6)

Għalhekk, id-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(7)

L-EUAM RCA ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-OPLAN għal EUAM RCA huwa b’dan approvat.

Artikolu 2

L-EUAM RCA għandha titnieda fid-9 ta’ Awwissu 2020.

Artikolu 3

Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili tal-EUAM RCA huwa b’dan awtorizzat b’effett immedjat li jagħti bidu għall-eżekuzzjoni tal-Missjoni.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 13(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM RCA għall-perijodu mid-9 ta’ Diċembru 2019 sat-8 ta’ Awwissu 2022 għandu jkun ta’ EUR 30 352 481,10. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għal kwalunkwe perijodu sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”.

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 13a

Ċellula ta’ Proġetti

1.   L-EUAM RCA għandu jkollha Ċellula ta’ Proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti. L-EUAM RCA għandha, skont il-ħtieġa, tiffaċilita u tipprovdi pariri dwar proġetti implimentati mill-Istati Membri u Stati terzi taħt ir-responsabbiltà tagħhom f’oqsma marbutin mal-EUAM RCA u b’appoġġ għall-objettivi tagħha.

2.   Soġġetta għall-paragrafu 3, l-EUAM RCA għandha tkun awtorizzata li tuża l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri jew minn Stati terzi għall-implimentazzjoni ta’ proġetti identifikati bħala li jissupplimentaw b’mod konsistenti azzjonijiet oħra tal-EUAM RCA, jekk il-proġett ikun:

(a)

pprovdut fid-dikjarazzjoni finanzjarja relatata ma’ din id-Deċiżjoni; jew

(b)

integrat matul il-mandat permezz ta’ emenda tad-dikjarazzjoni finanzjarja fuq talba tal-Kap tal-Missjoni.

L-EUAM RCA għandha tikkonkludi arranġament mal-Istati li jikkontribwixxu, li jkopri b’mod partikolari l-proċeduri speċifiċi għat-trattament ta’ kwalunkwe ilment minn partijiet terzi dwar ħsara kkawżata minħabba atti jew ommissjonijiet mill-EUAM RCA fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati. L-Istati Membri li jikkontribwixxu ma jistgħu f’ebda ċirkostanza jżommu lill-Unjoni jew lir-RGħ responsabbli ta’ atti jew ommissjonijiet mill-EUAM RCA fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati.

3.   Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn Stati terzi għaċ-Ċellula ta’ Proġetti għandhom ikunu soġġetti għall-aċċettazzjoni mill-KPS.”.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 318, 10.12.2019, p. 141.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/664 tat-18 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (ĠU L 157, 19.5.2020, p. 3).


31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1132

tat-30 ta’ Lulju 2020

li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/20

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (1).

(2)

Fit-13 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/20 (2) li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (‘il-lista’).

(3)

Skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, jenħtieġ li f’intervalli regolari jsir reviżjoni tal-ismijiet ta’ persuni, gruppi u entitajiet fil-lista biex jiġi żgurat li hemm raġunijiet biex jinżammu fiha.

(4)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-riżultat tar-reviżjoni li l-Kunsill wettaq fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(5)

Il-Kunsill ivverifika li awtoritajiet kompetenti, kif imsemmijin fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet kollha fil-lista fejn irriżulta li huma kienu involuti f’atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li jenħtieġ li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fil-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(6)

Il-Kunsill ikkonkluda li m’għadx hemm raġunijiet biex persuna waħda tinżamm fuq il-lista.

(7)

Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata skont dan, u jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2020/20 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK hija stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/20 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/20 tal-13 ta’ Jannar 2020 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1341 (ĠU L 8I, 14.1.2020, p. 5).


ANNESS

LISTA TA’ PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1

I.   PERSUNI

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Numru tal-passaport: D9004878.

2.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f’Al Ihsa (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

3.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

4.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6.3.1955 jew fil-15.3.1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti, Numru tal-passaport: C2002515 (Iran); Numru tal-passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerka). Numru tal-ID nazzjonali: 07442833, data ta’ skadenza 15.3.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerka).

5.

ASSADI Assadollah, imwieled fit-22.12.1971 f’Tehran (l-Iran), ċittadin Iranjan. Numru tal-passaport diplomatiku Iranjan: D9016657.

6.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (in-Netherlands).

7.

EL HAJJ, Hassan Hassan, imwieled fit-22.3.1988 f’Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (il-Kanada).

8.

HASHEMI MOGHADAM Saeid, imwieled fis-6.8.1962 f’Tehran (l-Iran), ċittadin Iranjan. Numru tal-passaport: D9016290, validu sal-4.2.2019.

9.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

10.

MELIAD, Farah, imwieled fil-5.11.1980 f’Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (l-Awstralja).

11.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem, magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah, magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport 488555.

12.

ŞANLI, Dalokay (magħruf ukoll bħala Sinan), imwieled fit-13.10.1976 f’Pülümür (it-Turkija).

13.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala’i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla’i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, l-Iran, (2) Bażi Militari ta’ Mehran, Provinċja ta’ Ilam, l-Iran.

14.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f’Tehran, l-Iran.

II.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

L-‘Organizzazzjoni Abu Nidal’ — ‘ANO’ (magħrufa wkoll bħala l-‘Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Fatah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Brigati Rivoluzzjonarji Għarab’, magħrufa wkoll bħala s-‘Settembru l-Iswed’, magħrufa wkoll bħala l-‘Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti’).

2.

Il-‘Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa’.

3.

‘Al-Aqsa e.V’.

4.

‘Babbar Khalsa’.

5.

Il-‘Partit Komunista tal-Filippini’, inkluż l-‘Armata l-Ġdida tal-Poplu’ — ‘NPA’, il-Filippini.

6.

Id-Direttorat għas-Sigurtà Interna tal-Ministeru Iranjan għall-Intelliġenza u s-Sigurtà.

7.

‘Gama’a al-Islamiyya’ (magħruf ukoll bħala ‘Al-Gama’a al-Islamiyya’) (il-‘Grupp Iżlamiku’ — ‘IG’).

8.

‘İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi’ — ‘IBDA-C’ (il-‘Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant’).

9.

‘Hamas’, inkluż ‘Hamas-Izz al-Din al-Qassem’.

10.

Il-‘Fergħa Militari ta’ Hizballah’ (magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari tal-Hezbollah’, magħrufa wkoll bħalal-‘Fergħa Militari ta’ Hizbullah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hizbollah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hezballah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hisbollah’, magħrufa wkoll bħalal-‘Fergħa Militari ta’ Hizbu’llah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hizb Allah’, magħrufa wkoll bħalal-‘Kunsill tal-Ġihad’ (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)).

11.

‘Hizbul Mujahideen’ — ‘HM’.

12.

‘Khalistan Zindabad Force’ — ‘KZF’.

13.

Il-‘Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan’ — ‘PKK’ (magħruf ukoll bħala ‘KADEK’, magħruf ukoll bħala ‘KONGRA-GEL’).

14.

It-‘Tigri għal-Liberazzjoni tat-Tamil Eelam’ — ‘LTTE’.

15.

‘Ejército de Liberación Nacional’ (l-‘Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali’).

16.

Il-‘Ġiħad Iżlamika tal-Palestina’ — ‘PIJ’.

17.

Il-‘Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina’ — ‘PFLP’.

18.

Il-‘Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali’ (magħruf ukoll bħala ‘PFLP — Kmand Ġenerali’).

19.

‘Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi’ — ‘DHKP/C’ (magħruf ukoll bħala ‘Devrimci Sol’ (ix-‘Xellug Rivoluzzjonarju’), magħruf ukoll bħala ‘Dev Sol’) (‘Armata/Front/Partit Rivoluzzjonarju għall-Ħelsien tal-Poplu’).

20.

‘Sendero Luminoso’ — ‘SL’ (it-‘Triq li Tiddi’).

21.

‘Teyrbazen Azadiya Kurdistan’ — ‘TAK’ (magħruf ukoll bħala l-‘Falkuni għall-Ħelsien tal-Kurdistan’, magħruf ukoll bħala l-‘Isqra għall-Ħelsien tal-Kurdistan’).

31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1133

tat-30 ta’ Lulju 2020

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-19 ta’ April 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 (1), li stabbiliet Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) b’mandat sa 24 xahar wara li l-Missjoni tkun laħqet Kapaċità Operattiva Sħiħa, jiġifieri sad-19 ta’ Settembru 2018, u ammont ta’ referenza finanzjarja li jkopri dak il-perijodu.

(2)

Fit-30 ta’ Lulju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1082 (2), li estendiet il-mandat tal-EUTM RCA sad-19 ta’ Settembru 2020.

(3)

Fit-28 ta’ Mejju 2020, abbażi ta’ Rieżami Strateġiku tal-Missjoni, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda li l-mandat tal-EUTM RCA jiġi estiż b’sentejn oħra.

(4)

L-EUTM RCA jenħtieġ li tikkoordina mal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA), ladarba l-EUAM RCA titnieda, u ma’ atturi internazzjonali oħra, b’mod partikolari l-Missjoni Multidimensjonali Integrata tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (MINUSCA), bil-ħsieb li jiġi żgurat l-għoti ta’ appoġġ integrat koerenti lill-Gvern u lill-forzi tas-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 tiġi emendata skont dan.

(6)

F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u lanqas ma hi marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, u ma tieħux sehem fil-finanzjament tal-EUTM RCA,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

pariri strateġiċi lill-kabinett tal-President, il-Ministeru tad-Difiża, il-Persunal Militari u l-forzi armati, inkluż dwar kooperazzjoni ċivili-militari;”;

(ii)

il-punt (d) jitħassar;

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-EUTM RCA għandha tikkoordina mal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) u ma’ atturi internazzjonali oħra, b’mod partikolari l-MINUSCA, bil-ħsieb li jiġi żgurat l-għoti ta’ appoġġ integrat koerenti lill-Gvern u lill-forzi tas-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana.”;

(2)

fl-Artikolu 7, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-arranġamenti ta’ koordinazzjoni bejn il-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE, l-atturi tal-Unjoni, b’mod partikolari l-EUAM RCA, u s-sħab strateġiċi lokali ewlenin rilevanti għall-operazzjoni għandhom jiġu definiti fil-Pjan tal-Missjoni.”;

(3)

fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-EUTM RCA għall-perijodu mill-20 ta’ Settembru 2020 sad-19 ta’ Settembru 2022 għandu jkun ta’ EUR 36 960 000. Il-perċentwal ta’ dan l-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta’ 0 % u l-perċentwal imsemmi fl-Artikolu 34(3) ta’ dik id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 10 % għall-impenji u 0 % għall-ħlasijiet.”;

(4)

fl-Artikolu 13, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-EUTM RCA għandha tintemm fid-19 ta’ Settembru 2022.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta’ April 2016 dwar Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)(ĠU L 104, 20.4.2016, p. 21).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1082 tat-30 ta’ Lulju 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 dwar missjoni ta’ taħriġ militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (ĠU L 194, 31.7.2018, p. 140).


31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1134

tat-30 ta’ Lulju 2020

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 dwar attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tal-Unjoni b’appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Mejju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 tipprevedi perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ 36 xahar għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dik id-Deċiżjoni mid-data tal-konklużjoni tal-ftehimiet ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu 3(3) tagħha.

(3)

Fit-22 u fid-29 ta’ Ġunju 2020 rispettivament, -l-Uffiċċju Federali Ġermaniż tal-Ekonomija u l-Kontroll tal-Esportazzjoni (BAFA) u Expertise France, fil-kapaċitajiet rispettivi tagħhom bħala aġenziji ta’ implimentazzjoni, talbu estensjoni tal-perijodu ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 sat-30 ta’ Ġunju 2021, minħabba l-isfidi li qed jirriżultaw mill-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19 li għadha għaddejja.

(4)

It-tkomplija tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 ma għandha ebda implikazzjoni fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji sat-30 ta’ Ġunju 2021.

(5)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 huwa b’dan sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

“Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2021.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/915 tad-29 ta’ Mejju 2017 dwar attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tal-Unjoni b’appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ĠU L 139, 30.5.2017, p. 38).


31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1135

tat-30 ta’ Lulju 2020

li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (*1)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ Awwissu 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1338 (1) li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Kosovo u li taħtar lis-Sa Nataliya APOSTOLOVA bħala r-RSUE fil-Kosovo. Il-Kunsill estenda ulterjorment dak il-mandat bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2017/348 (2), (PESK) 2018/903 (3) u (PESK) 2020/249 (4). Dak il-mandat ser jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2020.

(2)

Jenħtieġ li s-Sur Tomáš SZUNYOG jiġi maħtur bħala r-RSUE fil-Kosovo għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2020 sal-31 ta’ Awwissu 2021.

(3)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Is-Sur Tomáš SZUNYOG huwa b’dan maħtur bħala r-RSUE fil-Kosovo mill-1 ta’ Settembru 2020 sal-31 ta’ Awwissu 2021. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi mitmum aktar kmieni, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“RGħ”).

Artikolu 2

Objettivi ta’ politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi tal-politika tal-Unjoni fil-Kosovo. Dawn jinkludu: rwol ta’ tmexxija fil-promozzjoni ta’ Kosovo stabbli, vijabbli, paċifiku, demokratiku u multietniku li jikkoopera mar-reġjun; it-tisħiħ tal-istabbiltà fir-reġjun u l-kontribut għal kooperazzjoni reġjonali u relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat fil-Balkani tal-Punent; il-promozzjoni ta’ Kosovo impenjat favur l-istat tad-dritt u l-protezzjoni tal-minoritajiet u tal-wirt kulturali u reliġjuż; l-appoġġ għall-perspettiva Ewropea tal-Kosovo u r-ravviċinament tiegħu lejn l-Unjoni b’mod allinjat mal-perspettiva tar-reġjun u f’konformità mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra (5) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni”) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1988 (6), u b’mod konformi mal-konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jinkisbu l-objettivi tal-politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

joffri l-konsulenza u l-appoġġ tal-Unjoni fil-proċess politiku;

(b)

jippromwovi koordinazzjoni politika ġenerali tal-Unjoni fil-Kosovo;

(c)

isaħħaħ il-preżenza tal-Unjoni fil-Kosovo u jiżgura l-koerenza, l-effettività u l-viżibilità tagħha;

(d)

jipprovdi gwida politika lokali lill-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO), inkluż dwar l-aspetti politiċi ta’ kwistjonijiet relatati ma’ responsabbiltajiet eżekuttivi;

(e)

jiżgura l-konsistenza u l-koerenza tal-azzjoni tal-Unjoni fil-Kosovo, inkluż sabiex tiġi ggwidata lokalment it-tranżizzjoni tal-EULEX KOSOVO għat-trasferiment eventwali tal-attivitajiet lill-Uffiċċju tar-RSUE jew tal-UE fil-Kosovo u/jew l-awtoritajiet lokali, kif xieraq u jekk iċ-ċirkostanzi lokali jippermettu;

(f)

jappoġġa l-perspettiva Ewropea tal-Kosovo u r-ravviċinament tiegħu lejn l-Unjoni, b’mod allinjat mal-perspettiva tar-reġjun u f’konformità mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1988, u b’mod konformi mal-konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill, permezz ta’ komunikazzjoni pubblika mmirata u attivitajiet ta’ komunikazzjoni tal-Unjoni mfassla biex ikunu żgurati l-fehim u l-appoġġ usa’ mill-pubbliku tal-Kosovo dwar kwistjonijiet relatati mal-Unjoni, inkluż il-ħidma tal-EULEX KOSOVO;

(g)

jimmonitorja, jassisti u jiffaċilita, permezz tal-mezzi u l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tar-RSUE u bl-appoġġ tal-Uffiċċju tal-UE fil-Kosovo, il-progress fil-prijoritajiet politiċi, ekonomiċi u Ewropej, f’konformità mal-kompetenzi u r-responsabbiltajiet istituzzjonali rispettivi, u jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni inkluż permezz tal-Aġenda Ewropea għar-Riforma;

(h)

jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-Kosovo, inkluż fir-rigward tan-nisa u t-tfal u l-protezzjoni tal-minoranzi, f’konformità mal-politika dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-Unjoni u l-Linji Gwida tal-Unjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

(i)

jappoġġa, kif meħtieġ, id-Djalogu bejn Belgrad u Pristina ffaċilitat mill-Unjoni, inkluż il-kompiti ta’ appoġġ operazzjonali li eventwalment jridu jiġi trasferiti minn EULEX KOSOVO, f’koordinazzjoni mar-RSUE għad-Djalogu bejn Belgrad u Pristina u kwistjonijiet reġjonali tal-Balkani tal-Punent oħrajn u b’enfasi fuq il-promozzjoni ta’ ambjent favorevoli għall-proċess;

(j)

jappoġġa l-mandat tal-Awli Speċjalisti u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat, kif xieraq, inkluż permezz ta’ komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat, taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-KPS għandu jżomm kuntatt privileġġjat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta’ kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f’koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti rilevanti tiegħu.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2020 sal-31 ta’ Awwissu 2021 għandu jkun ta’ EUR 3 300 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi amministrata f’konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont lill-Kummissjoni għal kull nefqa.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tat-tim

1.   Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni ta’ tim. It-tim għandu jinkludi l-kompetenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif jirrikjedi l-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tat-tim.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru, mill-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew is-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati sabiex jaħdmu mar-RSUE. Il-persunal internazzjonali kkuntrattat għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru li jissekonda, tal-istituzzjoni tal-Unjoni li tissekonda jew tas-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-partijiet ospitanti, skont il-każ. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

1.   Ir-RSUE u l-membri tat-tim tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta’ sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (7).

2.   Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lin-NATO/KFOR informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” iġġenerati għall-finijiet tal-azzjoni, f’konformità mar-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE.

3.   Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lin-Nazzjonijiet Uniti u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, f’konformità mal-ħtiġijiet operattivi tar-RSUE, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” li jiġu ġġenerati għall-finijiet tal-azzjoni, f’konformità mar-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti lokali għal dak il-għan.

4.   Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lil partijiet terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni dokumenti mhux klassifikati tal-UE li jkunu relatati mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill rigward l-azzjoni koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (8).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u sostenn loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   L-uffiċċju tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F’konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta’ persunal stazzjonat barra l-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, skont il-mandat tar-RSUE u s-sitwazzjoni ta’ sigurtà fiż-żona ta’ responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b’mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi, li jirregolaw il-ġestjoni tal-moviment sigur tal-persunal lejn iż-żona ta’ responsabbiltà u ġewwa fiha, kif ukoll il-ġestjoni ta’ inċidenti ta’ sigurtà u li jipprevedu pjan ta’ kontinġenza u ta’ evakwazzjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu stazzjonat barra l-Unjoni jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli, kif meħtieġ mill-kundizzjonijiet fiż-żona ta’ responsabbiltà;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tat-tim tar-RSUE li jkunu ser jiġu stazzjonati barra l-Unjoni, inkluż persunal li jkun ingħata kuntratt lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona ta’ responsabbiltà jew kif jaslu fiha, abbażi tal-livelli tar-riskju assenjati lil dik iż-żona mis-SEAE;

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha miftehmin, magħmula b’segwitu għal valutazzjonijiet regolari tas-sigurtà, u jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapport ta’ progress u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rapporti

Ir-RSUE għandu regolarment jipprovdi lir-RGħ u lill-KPS rapporti bil-fomm u bil-miktub. Ir-RSUE għandu jirrapporta wkoll lill-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill, kif meħtieġ. Ir-rapporti regolari għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin. F’konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista’ jkun involut fl-għoti ta’ informazzjoni lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effettività tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiżgura konsistenza fl-użu tal-istrumenti kollha tal-Unjoni u fit-teħid tal-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri, biex jinkisbu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni. Għandhom jintalbu kuntatti mal-Istati Membri fejn xieraq. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Kummissjoni, kif ukoll ma’ dawk ta’ RSUE oħrajn li jkunu attivi fir-reġjun, kif adatt. Ir-RSUE għandu jipprovdi informazzjoni regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

2.   Fuq il-post, għandhom jinżammu kuntatti mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun u mal-Kapijiet ta’ Missjoni tal-Istati Membri. Dawn għandhom jagħmlu kull sforz biex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu jipprovdi gwida politika lokali lill-Kap tal-EULEX KOSOVO, inkluż dwar l-aspetti politiċi ta’ kwistjonijiet relatati ma’ responsabbiltajiet eżekuttivi. Ir-RSUE u l-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili għandhom jikkonsultaw lil xulxin, kif meħtieġ. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kuntatti ma’ aġenziji lokali rilevanti u ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħra fuq il-post.

3.   Ir-RSUE, flimkien ma’ atturi oħra tal-Unjoni preżenti fuq il-post, għandu jiżgura t-tixrid u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni fost l-atturi tal-Unjoni fuq il-post bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta’ għarfien u valutazzjoni komuni dwar is-sitwazzjoni.

Artikolu 13

Assistenza rigward pretensjonijiet

Ir-RSUE u l-persunal tar-RSUE għandhom jassistu fil-forniment ta’ elementi b’rispons għal kwalunkwe talba u obbligu li jirriżultaw mill-mandati tar-RSUE preċedenti fil-Kosovo, u għandhom jipprovdu assistenza amministrattiva u aċċess għall-fajls rilevanti għal dawn l-għanijiet.

Artikolu 14

Rieżami

L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħra mill-Unjoni għar-reġjun għandhom jiġu rieżaminati regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress sal-31 ta’ Ottubru 2020 u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat sal-31 ta’ Mejju 2021.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(*1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1338 tal-4 ta’ Awwissu 2016 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/2052 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (ĠU L 212, 5.8.2016, p. 109).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/348 tas-27 ta’ Frar 2017 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (ĠU L 50, 28.2.2017, p. 75).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/903 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (ĠU L 161, 26.6.2018, p. 7).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/249 tal-25 ta’ Frar 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/903 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (ĠU L 54I, 26.2.2020, p. 1).

(5)  ĠU L 71, 16.3.2016, p. 3.

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1988 tat-22 ta’ Ottubru 2015 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra (ĠU L 290, 6.11.2015, p. 4)

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/EU tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).


31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1136

tat-30 ta’ Lulju 2020

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 36(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, il-Kunsill irrieżamina l-listi ta’ persuni u entitajiet iddeżinjati li jinsabu fl-Annessi II, III, V u VI għal dik id-Deċiżjoni.

(3)

Il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet kollha fil-listi li jinsabu fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jenħtieġ li jinżammu, li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dsatax-il persuna u l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni ta’ ħames persuni u żewġ entitajiet jenħtieġ li jiġu aġġornati u li l-ġeneru tal-persuni fiżiċi kollha elenkati fl-Anness II jenħtieġ li jiġi inkluż fl-informazzjoni ta’ identifikazzjoni.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi II u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huma emendati kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79).


ANNESS

(1)   

Fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, il-Parti I(A) (“Persuni”), l-entrati 1 sa 27 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem

Magħruf ukoll bħala

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

“1.

CHON Chi Bu

CHON Chi-bu

Ġeneru: maskil

22.12.2009

Membru tal-General Bureau of Atomic Energy, ex-direttur tekniku ta’ Yongbyon. Permezz ta’ ritratti sar magħruf li għandu rabtiet ma’ reattur nukleari fis-Sirja qabel ma ġie bbumbardjat minn Iżrael fl-2007.

2.

HYON Chol-hae

HYON Chol Hae

Data tat-twelid: 13.8.1934

Post tat-Twelid: Manchuria, iċ-Ċina

Ġeneru: maskil

22.12.2009

Marixxall tal-Armata Militari tal-Poplu Korean minn April 2016. Eks Viċi Ministru għall-Forzi Armati tal-Poplu, eks Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean (kien konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il). Ġie elett membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea f’Mejju 2016 fis-Seba’ Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn il-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea adotta deċiżjoni biex jitkompla l-programm nukleari tar-RDPK.

3.

O Kuk-Ryol

O Kuk Ryol

Data tat-twelid: 7.1.1930

Post tat-Twelid: il-Provinċja ta’ Jilin, iċ-Ċina.

Ġeneru: maskil

22.12.2009

Ex-Viċi President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC), issorvelja l-akkwist barra mill-pajjiż ta’ teknoloġija avvanzata għal programmi nukleari u ballistiċi. Eks Membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea elett f’Mejju 2016 waqt is-Seba’ Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea fejn il-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea adotta deċiżjoni biex ikompli bil-programm nukleari tar-RDPK.

4.

PAK Jae-gyong

Chae-Kyong

PAK Jae Gyong

Data tat-twelid: 10.6.1933

Numru tal-passaport: 554410661

Ġeneru: maskil

22.12.2009

Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Poplu u eks Viċi Direttur tal-Uffiċċju tal-Loġistika tal-Forzi Armati tal-Poplu (Konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il). Kien preżenti waqt l-ispezzjoni minn KIM Jong Un tal-Kmand tal-Forzi Ballistiċi Strateġiċi. Eks membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. President tal-Kumitat Korean tal-Veterani kontra l-Imperjaliżmu.

5.

RYOM Yong

 

Ġeneru: maskil

22.12.2009

Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità deżinjata min-Nazzjonijiet Uniti), inkarigat mir-relazzjonijiet internazzjonali.

6.

SO Sang-kuk

SO Sang Kuk

Data tat-twelid: bejn l-1932 u l-1938

Ġeneru: maskil

22.12.2009

Kap tad-Dipartiment tal-Fiżika Nukleari, Università Kim Il Sung.

7.

Logutenent Ġeneral KIM Yong Chol

KIM Yong-Chol; KIM Young-Chol; KIM Young-Cheol; KIM Young-Chul

Data tat-twelid: 1946

Post tat-Twelid: Pyongan-Pukto, RDPK

Ġeneru: maskil

19.12.2011

Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea; tal-Politburo u l-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. Eks Kmandant tar-Reconnaissance General Bureau (RGB), entità sanzjonata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Eks direttur tad-Dipartiment tal-Front Magħqud.

8.

CHOE Kyong-song

CHOE Kyong song

Data tat-twelid: 1945

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Kurunell Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva.

9.

CHOE Yong-ho

CHOE Yong Ho

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Kurunell Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean/Ġeneral tal-Forza tal-Ajru tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Kmandant tal-Forza tal-Ajru tal-Armata tal-Poplu Korean u l-forza kontra l-attakki mill-ajru (Anti-aircraft force). Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva.

10.

HONG Sung-Mu

HUNG Sun Mu; HONG Sung Mu

Data tat-twelid: 1.1.1942

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet (DIM). Inkarigat mill-iżvilupp ta’ programmi li jikkonċernaw armi u missili konvenzjonali, inkluż missili ballistiċi. Wieħed mill-persuni ewlenin responsabbli għall-programmi ta’ żvilupp industrijali għal armi nukleari. Bħala tali, responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. Kien xhud għall-illanċjar tal-missila ballistika interkontinentali Hwasong-15 fit-28 ta’ Novembru 2017.

11.

JO Kyongchol

JO Kyong Chol

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tal-Kmand tas-Sigurtà Militari. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. Akkumpanja lil Kim Jong Un għall-akbar drill tal-isparar tal-artillerija fuq distanza twila li qatt sar.

12.

KIM Chun-sam

KIM Chun Sam

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Logutenent Ġeneral, ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Eks Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tal-Kwartieri Ġenerali Militari tal-Armata tal-Poplu Korean u l-ewwel viċi kap tal-Kwartieri Ġenerali Militari. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva.

13.

KIM Chun-sop

KIM Chun Sop

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Eks direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet (MID). Eks membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li issa ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC) li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. Kien preżenti għas-sessjoni tar-ritratti għal dawk li kkontribwixxew għas-suċċess tat-test tal-SLBM f’Mejju 2015.

14.

KIM Jong-gak

KIM Jong Gak

Data tat-twelid: 20.7.1941

Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Ex-Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean. Viċi Marixxall fl-Armata tal-Poplu Korean, rettur tal-Università Militari ta’ Kim Il-Sung, eks Ministru għall-Forzi Armati tal-Poplu u eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva.

15.

KIM Rak Kyom

KIM Rak-gyom; KIM Rak Gyom

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Ġeneral b’Erba’ Stilel, Kmandant tal-Forzi Ballistiċi Strateġiċi, entità deżinjata min-Nazzjonijiet Uniti, li hu rrappurtat li issa tikkmanda erba’ unitajiet strateġiċi u tekniċi tal-missili, inkluż il-brigata KN-08 (ICBM). Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Rapporti fil-mezzi tax-xandir identifikaw lil KIM bħala li attenda t-test tal-magni tal-ICBM li sar f’April 2016 ma’ KIM Jong Un. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. Ordna drill tal-isparar ta’ rokits ballistiċi.

16.

KIM Won-hong

KIM Won Hong

Data tat-twelid: 7.1.1945

Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK

Nru tal-passaport: 745310010

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Ġeneral. Ex Viċi Direttur Ewlieni tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks Direttur tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Istat. Eks Ministru għas-Sigurtà tal-Istat. Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC), li huma l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva.

17.

PAK Jong-chon

PAK Jong Chon

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Ġeneral fl-Armata tal-Poplu Korean, Kap tal-Persunal Ġenerali minn April 2019; membru tal-Politburo minn April 2020. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva.

18.

LI Yong-ju

RI Yong Ju

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Ammirall tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Kap Kmandant tal-Forza Navali tal-Poplu Korean, li hija involuta fl-iżvilupp ta’ programmi ta’ missili ballistiċi u fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet nukleari tal-forzi navali tar-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva.

19.

SON Chol-ju

SON Chol Ju

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Viċi Direttur responsabbli għall-organizzazzjoni tal-Armata tal-Poplu Korean u ex-Direttur Politiku tal-Forza tal-Ajru u tal-forzi kontra l-attakki mill-ajru (Anti-Air forces), li tissorvelja l-iżvilupp ta’ rokits modernizzati kontra l-inġenji tal-ajru. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva.

20.

YUN Jong-rin

YUN Jong Rin

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Ġeneral, eks kmandant tal-Kmand tal-Gwardja Suprema. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC), li kollha huma korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva.

21.

HONG Yong Chil

 

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet (DIM). Id-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet — deżinjat mill-KSNU fit-2 ta’ Marzu 2016— huwa involut f’aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK. Id-DIM huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluża t-Taepo Dong-2, il-produzzjoni ta’ armi u ta’ programmi ta’ Riċerka u Żvilupp. It-Tieni Kumitat Ekonomiku u t-Tieni Akkademja ta’ Xjenzi Naturali — deżinjati wkoll f’Awwissu 2010 — huma subordinati għad-DIM. Fis-snin reċenti d-DIM ħadem biex jiżviluppa l-KN08 road-mobile ICBM. HONG akkumpanja lil KIM Jong Un f’għadd ta’ attivitajiet relatati mal-iżvilupp tal-programmi tal-armi nukleari u tal-missili ballistiċi tar-RDPK u hu mifhum li kellu rwol sinifikanti fit-test nukleari tar-RDPK tas-6 ta’ Jannar 2016. Viċi Direttur tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. Kien preżenti waqt it-test tal-ġett tal-art tat-tip il-ġdid tal-magna ICBM f’April 2016.

22.

RI Hak Chol

RI Hak Chul; RI Hak Cheol

Data tat-twelid: 19.1.1963 jew 8.5.1966

Numri tal-Passaport: 381320634,

PS- 563410163

Ġeneru: maskil

20.5.2016

President tal-Green Pine Associated Corporation (“Green Pine”). Skont il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU, il-Green Pine ħadet f’idejha ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat f’April 2009 u hija n-negozjant ewlieni fl-armi u l-esportatur prinċipali ta’ oġġetti u tagħmir relatati ma’ missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK. Green Pine hija responsabbli wkoll għal madwar nofs l-armi u l-materjal relatat esportat mir-RDPK. Green Pine ġiet identifikata għal sanzjonijiet minħabba l-esportazzjoni ta’ armi jew materjal relatat mir-RDPK. Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta’ inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta’ missili, u esportat torpedoes u assistenza teknika lil ditti Iranjani relatati mad-difiża. Green Pine ġiet deżinjata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

23.

YUN Chang Hyok

 

Data tat-twelid: 9.8.1965

Ġeneru: maskil

20.5.2016

Viċi Direttur taċ-Ċentru tal-Kontroll tas-Satelliti, in-National Aerospace Development Administration (NADA). In-NADA hija soġġetta għal sanzjonijiet taħt il-UNSCR 2270 (2016) għall-involviment fl-iżvilupp tar-RDPK ta’ xjenza u teknoloġija tal-ispazju, inkluż it-tlugħ ta’ satelliti u rokits. Il-UNSCR 2270 (2016) ikkundannat it-tlugħ tas-satellita tar-RDPK tas-7 ta’ Frar 2016 minħabba l-użu ta’ teknoloġija tal-missili ballistiċi u minħabba li kien fi ksur serju tar-Riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) u 2094 (2013). Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva.

24.

RI Myong Su

 

Data tat-twelid: 1937

Post tat-Twelid: Myongchon, Tramuntana ta’ Hamgyong, ir-RDPK

Ġeneru: maskil

7.4.2017

Viċi Marixxall tal-Armata tal-Poplu Korean, l-ewwel viċi kmandant tal-Kmand Suprem tal-Armata tal-Poplu Korean. Sal-2018, membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati tal-Poplu. Ri Myong Su għadu influwenti fi kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali inkluż il-programmi tar-RDPK relatati ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. Ri ilu żmien twil membru tal-Assemblea Suprema tal-Poplu (SPA); li bħalissa hija l-14-il waħda.

25.

SO Hong Chan

 

Data tat-twelid: 30.12.1957

Post tat-Twelid: Kangwon, RDPK

Passaport: PD836410105 Data ta’ skadenza tal-passaport: 27.11.2021

Ġeneru: maskil

7.4.2017

L-ewwel Viċi Ministru u Direttur tal-Uffiċċju tal-Loġistika tal-Forzi Armati tal-Poplu, membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Ġeneral fil-Forzi Armati tal-Poplu. F’din il-kapaċità, So Hong Chan huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva.

26.

WANG Chang Uk

 

Data tat-twelid: 29.5.1960

Ġeneru: maskil

7.4.2017

Ministru għall-Industrija u l-Enerġija Atomika. F’din il-kapaċità, Wang Chang Uk huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva.

27.

JANG Chol

 

Data tat-twelid: 31.3.1961

Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK

Numru tal-passaport: 563310042

Ġeneru: maskil

7.4.2017

Eks president tal-Akkademja Statali tax-Xjenzi Naturali, organizzazzjoni dedikata għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u xjentifiċi tar-RDPK. F’din il-kapaċità, Jang Chol kellu pożizzjoni strateġika għall-iżvilupp tal-attivitajiet nukleari tar-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva.”.

(2)   

Fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, il-Parti I(B) (‘Entitajiet’), l-entrata 2 tiġi sostitwita b’dan li ġej:

 

Isem

Magħruf ukoll bħala

Lokalità

Data tad-deżinjazzjoni

Informazzjoni oħra

“2.

Korean Ryengwang Trading Corporation

KOREA RYONGWANG TRADING CORPORATION

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK

22.12.2009

Sussidjarja tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità deżinjata mill-KSNU, 24.4.2009).”.

(3)   

Fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, il-Parti II.(A) (“Persuni”), l-entrati 1 sa 6 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem

Magħruf ukoll bħala

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

“1.

JON Il-chun

JON Il Chun

Data tat-twelid: 24.8.1941

Ġeneru: maskil

22.12.2010

Fi Frar tal-2010, KIM Tong-un tkeċċa mill-kariga tiegħu ta’ direttur tal-“Office 39”, li huwa, fost affarijiet oħra, inkarigat mix-xiri ta’ merkanzija mir-rappreżentanzi diplomatiċi tar-RDPK billi jevita s-sanzjonijiet. Huwa ġie sostitwit minn JON Il-chun. Rappreżentant tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC), ġie elett bħala d-direttur ġenerali tal-iState Development Bank f’Marzu 2010. Ġie elett membru supplenti tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea f’Mejju 2016 fis-Seba’ Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn il-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea adotta deċiżjoni biex jitkompla l-programm nukleari tar-RDPK.

2.

KIM Tong-un

KIM Tong Un

Ġeneru: maskil

22.12.2009

Ex-direttur tal-“Office 39” tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li huwa involut fil-finanzjament tal-proliferazzjoni. Fl-2011, allegatament responsabbli għal “Office 38” biex jinġabru fondi għat-tmexxija u l-elit.

3.

KIM Yong Nam

KIM Yong-Nam, KIM Young-Nam, KIM Yong-Gon

Data tat-twelid: 2.12.1947

Post tat-Twelid: Sinuju, RDPK

Ġeneru: maskil

20.4.2018

KIM Yong Nam ġie identifikat mill-Bord ta’ Esperti bħala aġent tar-Reconnaissance General Bureau, entità li ġiet iddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti. Hu u ibnu KIM Su Gwang ġew identifikati mill-Bord ta’ Esperti bħala involuti f’sensiela ta’ prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva. KIM Yong Nam fetaħ diversi kontijiet kurrenti u ta’ tfaddil fl-Unjoni u ġie involut f’għadd ta’ trasferimenti bankarji kbar lejn kontijiet bankarji fl-Unjoni jew lejn kontijiet barra l-Unjoni waqt li kien qed jaħdem fil-korp diplomatiku, inkluż lejn kontijiet f’isem ibnu KIM Su Gwang u l-mara ta’ ibnu KIM Kyong Hui.

4.

DJANG Tcheul Hy

JANG Tcheul-hy, JANG Cheul-hy, JANG Chol-hy, DJANG Cheul-hy, DJANG Chol-hy, DJANG Tchoul-hy, KIM Tcheul-hy

Data tat-twelid: 11.5.1950

Post tat-Twelid: Kangwon

Ġeneru: femminil

20.4.2018

DJANG Tcheul Hy kienet involuta, flimkien mar-raġel tagħha KIM Yong Nam, binha KIM Su Gwang u l-mara ta’ binha KIM Kyong Hui f’sensiela ta’ prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva. Kienet is-sid ta’ diversi kontijiet bankarji fl-Unjoni li nfetħu minn binha KIM Su Gwang f’isimha. Kienet involuta wkoll f’diversi trasferimenti bankarji minn kontijiet mill-mara ta’ binha KIM Kyong Hui lejn kontijiet bankarji barra l-Unjoni.

5.

KIM Su Gwang

KIM Sou-Kwang, KIM Sou-Gwang, KIM Son-Kwang, KIM Su-Kwang, KIM Soukwang, KIM Su-gwang, KIM Son-gwang

Data tat-twelid: 18.8.1976

Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK

Diplomatiku tar-RDPK, Ambaxxata għall-Belarussja

Ġeneru: maskil

20.4.2018

KIM Su Gwang ġie identifikat mill-Bord ta’ Esperti bħala aġent tar-Reconnaissance General Bureau, entità li ġiet iddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti. Hu u missieru KIM Yong Nam ġew identifikati mill-Bord ta’ Esperti bħala involuti f’sensiela ta’ prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva. KIM Su Gwang fetaħ għadd ta’ kontijiet bankarji f’diversi Stati Membri, inkluż taħt l-ismijiet ta’ membri tal-familja. Kien involut f’diversi trasferimenti bankarji kbar lejn kontijiet bankarji fl-Unjoni jew lejn kontijiet barra l-Unjoni waqt li kien qed jaħdem fil-korp diplomatiku, inkluż lejn kontijiet f’isem il-konjuġi tiegħu KIM Kyong Hui.

6.

KIM Kyong Hui

 

Data tat-twelid: 6.5.1981

Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK

Ġeneru: femminil

20.4.2018

KIM Kyong Hui kienet involuta flimkien mar-raġel tagħha KIM Su Gwang, missier ir-raġel tagħha KIM Yong Nam u omm ir-raġel tagħha DJANG Tcheul Hy f’sensiela ta’ prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva. Hi rċeviet diversi trasferimenti bankarji mingħand ir-raġel tagħha KIM Su Gwang u missier ir-raġel tagħha KIM Yong Nam, u ttrasferixxiet flus lejn kontijiet barra mill-Unjoni f’isimha jew isem omm ir-raġel tagħha, DJANG Tcheul Hy.”.

(4)   

Fl-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, il-Parti(A) (‘Persuni’), l-entrati 4 u 24 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Raġunijiet

‘4.

JON Chol Young

magħruf ukoll bħala: JON Chol Yong

Numru tal-passaport: 563410192

Diplomatiku fl-Ambaxxata tar-RDPK għall-Angola

Data tat-Twelid: 30.4.1975

22.1.2018

Eks rappreżentant fl-Angola tal-Green Pine Associated Corporation u diplomatiku akkreditat tar-RDPK fl-Angola.

Green Pine ġiet deżinjata min-NU għal attivitajiet inklużi il-ksur tal-embargo tan-NU fuq l-armi. Green Pine nnegozjat ukoll kuntratti għar-rinnovazzjoni ta’ bastimenti navali tal-Angola bi ksur tal-projbizzjonijiet imposti mir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

24.

SO Tong Myong

Data tat-twelid: 10.9.1956

3.7.2015

Eks president tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC), eks President tal-Kumitat tal-Ġestjoni Eżekuttiva tal-KNIC (Ġunju 2012); eks Manager Ġenerali tal-KNIC, Settembru 2013, li jaġixxi f’isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.’.

(5)   

Fl-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, il-Parti (B) (‘Entitajiet’), l-entrata 4 tiġi sostitwita b’dan li ġej:

 

Isem (u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Raġunijiet

“4.

Pan Systems Pyongyang

magħrufa wkoll bħala Wonbang Trading Co.; Glocom; International Golden Services; International Global System

Indirizz: Room 818, Pothonggang Hotel, Ansan-Dong, Pyongchon district, Pyongyang, DPRK.

16.10.2017

Pan Systems assistiet fl-evażjoni ta’ sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta’ bejgħ ta’ armi jew materjal relatat lill-Eritrea.

Pan Systems hija wkoll ikkontrollata minn, u taħdem f’isem, ir-Reconnaissance General Bureau, entità li ġiet iddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti.”.


31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/40


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1137

tat-30 ta’ Lulju 2020

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 17(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, il-Kunsill irrieżamina l-listi ta' persuni u entitajiet iddeżinjati li jinsabu fl-Annessi II u IV għal dik id-Deċiżjoni.

(3)

Il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet kollha fis-listi li jinsabu fl-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 jenħtieġ li jinżammu, u li l-informazzjoni ta' identifikazzjoni għal persuna waħda jenħtieġ li tiġi aġġornata.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati f'konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.


ANNESS

(1)   

Fit-taqsima A (Persuni) tal-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-entrata 15 hija sostitwita b'dan li ġej:

“15.

GHWELL, Khalifa

magħruf ukoll bħala AL GHWEIL, Khalifa

AL-GHAWAIL, Khalifa

GHAWIL, Khalifa Mohamed

Data tat-twelid: l-1 ta' Jannar 1956 jew l-1 ta' Jannar 1951

Post tat-twelid: Misurata, il-Libja

Nazzjonalità: Libja

Passaport: A005465 (il-Libja), maħruġ fit-12 ta' April 2015, skada fil-11 ta' April 2017

u

J690P666 (il-Libja), maħruġ fit-12 ta' Ġunju 2016, jiskadi fil-11 ta' Ġunju 2024

Sess: raġel

Indirizz: Qasr Ahmed Street, Misurata, Libya

Khalifa Ghwell kien l-hekk imsejjaħ 'Prim Ministru u Ministru għad-Difiża' tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali ('GNC') li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-'Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali'), u bħala tali kien responsabbli għall-attivitajiet tagħhom.

Fis-7 ta' Lulju 2015 Khalifa Ghwell wera l-appoġġ tiegħu għall-iSteadfastness Front (Alsomood), forza militari ġdida ta' 7 brigati biex tipprevjeni l-formazzjoni fi Tripli ta' gvern ta' unità, billi attenda ċ-ċerimonja tal-iffirmar li tinawgura l-forza mal-'President' tal-GNC Nuri Abu Sahmain.

Bħala 'Prim Ministru' tal-GNC, Ghwell qeda rwol ċentrali fit-tfixkil tal-istabbiliment tal-GNA stabbilit skont il-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

Fil-15 ta' Jannar 2016, fil-kapaċità tiegħu ta' 'Prim Ministru u Ministru għad-Difiża' tal-GNC ta' Tripli, Ghwell ordna l-arrest ta' kull membru tat-Tim ta' Sigurtà il-ġdid, maħtur mill-Prim Ministru Maħtur tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali, li jasal fi Tripli.

Fil-31 ta' Awwissu 2016 huwa ordna lill-'Prim Ministru' u lill-'Ministru għad-Difiża' tal-'Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali' biex imorru lura għax-xogħol wara li l-Kamra tar-Rappreżentanti (HoR) kienet ċaħdet il-GNA.

1.4.2016”

(2)   

Fit-taqsima A (Persuni) tal-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-entrata 20 hija sostitwita b'dan li ġej:

“20.

GHWELL, Khalifa

magħruf ukoll bħala AL GHWEIL, Khalifa

AL-GHAWAIL, Khalifa

GHAWIL, Khalifa Mohamed

Data tat-twelid: l-1 ta' Jannar 1956 jew l-1 ta' Jannar 1951

Post tat-twelid: Misurata, il-Libja

Nazzjonalità: Libja

Passaport: A005465 (il-Libja), maħruġ fit-12 ta' April 2015, skada fil-11 ta' April 2017

u

J690P666 (il-Libja), maħruġ fit-12 ta' Ġunju 2016, jiskadi fil-11 ta' Ġunju 2024

Sess: raġel

Indirizz: Qasr Ahmed Street, Misurata, Libya

Khalifa Ghwell kien l-hekk imsejjaħ 'Prim Ministru u Ministru għad-Difiża' tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali ('GNC') li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-'Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali'), u bħala tali kien responsabbli għall-attivitajiet tagħhom.

Fis-7 ta' Lulju 2015 Khalifa Ghwell wera l-appoġġ tiegħu għall-iSteadfastness Front (Alsomood), forza militari ġdida ta' 7 brigati biex tipprevjeni l-formazzjoni fi Tripli ta' gvern ta' unità, billi attenda ċ-ċerimonja tal-iffirmar li tinawgura l-forza mal-'President' tal-GNC Nuri Abu Sahmain.

Bħala 'Prim Ministru' tal-GNC, Ghwell qeda rwol ċentrali fit-tfixkil tal-istabbiliment tal-GNA stabbilit skont il-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

Fil-15 ta' Jannar 2016, fil-kapaċità tiegħu ta' 'Prim Ministru u Ministru għad-Difiża' tal-GNC ta' Tripli, Ghwell ordna l-arrest ta' kull membru tat-Tim ta' Sigurtà il-ġdid, maħtur mill-Prim Ministru Maħtur tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali, li jasal fi Tripli.

Fil-31 ta' Awwissu 2016 huwa ordna lill-'Prim Ministru' u lill-'Ministru għad-Difiża' tal-'Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali' biex imorru lura għax-xogħol wara li l-Kamra tar-Rappreżentanti (HoR) kienet ċaħdet il-GNA.

1.4.2016”.