ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 245

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
30 ta' Lulju 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1120 tat-23 ta’ Lulju 2020 li jagħti l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lill-isem Adamclisi (DOP)

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1121 tad-29 ta’ Lulju 2020 dwar il-ġbir u l-kondiviżjoni tal-istatistika u l-feedback mingħand l-utenti dwar is-servizzi tal-gateway diġitali unika skont ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1122 tat-28 ta’ Lulju 2020 dwar ir-rikonoxximent ta’ DNV GL AS bħala soċjetà tal-klassifikazzjoni għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

15

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (UE) 2020/1123 tal-10 ta’ Ġunju 2020 li ġġedded ir-rekwiżit temporanju lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom pożizzjonijiet qosra netti biex ibaxxu temporanjament il-livelli limiti ta’ notifika ta’ pożizzjonijiet qosra netti fir-rigward tal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ kumpaniji li l-ishma tagħhom huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat biex jinnotifikaw l-awtoritajiet kompetenti li jaqbżu ċertu livell limitu f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

17

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE ( ĠU L 178, 28.6.2013 )

31

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ( ĠU L 77, 23.3.2016 )

32

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1085 tat-23 ta’ Lulju 2020 li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwu għall-klorpirifos u l-klorpirifos-metil f’ċerti prodotti jew fuqhom ( ĠU L 239, 24.7.2020 )

33

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

30.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1120

tat-23 ta’ Lulju 2020

li jagħti l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lill-isem “Adamclisi” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 97(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-applikazzjoni tar-Rumanija għar-reġistrazzjoni tal-isem “Adamclisi” ġiet eżaminata mill-Kummissjoni u ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-isem “Adamclisi” jenħtieġ li jkun protett u li jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Adamclisi” (DOP) huwa b’dan protett.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 51, 14.2.2020, p. 46.


30.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1121

tad-29 ta’ Lulju 2020

dwar il-ġbir u l-kondiviżjoni tal-istatistika u l-feedback mingħand l-utenti dwar is-servizzi tal-gateway diġitali unika skont ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 24(4) u l-Artikolu 25(5) tiegħu,

Filwaqt li:

(1)

L-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/1724 jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni jiżguraw li tinġabar statistika fir-rigward taż-żjarat tal-utenti fuq il-gateway diġitali unika stabbilita skont l-Artikolu 2(1) ta’ dak ir-Regolament (“il-gateway”) u fuq il-paġni web li tillinkja għalihom il-gateway. Jirrikjedi wkoll li l-awtoritajiet kompetenti, il-fornituri ta’ servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2018/1724 u l-Kummissjoni jiġbru u jiskambjaw, b’mod aggregat, l-għadd, l-oriġini u s-suġġett ta’ talbiet għal servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u l-ħinijiet ta’ rispons tagħhom.

(2)

L-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1724 jirrikjedi li l-Kummissjoni tipprovdi lill-utenti tal-gateway b’għodda tal-feedback li tippermettilhom jikkummentaw b’mod anonimu dwar il-kwalità u d-disponibbiltà tas-servizzi pprovduti permezz tal-gateway, tal-informazzjoni li tkun saret disponibbli fih u tal-interfaċċa komuni tal-utent. Dan jirrikjedi wkoll li l-Kummissjoni tiżgura li l-utenti jkunu jistgħu jaċċessaw dik l-għodda mill-paġni web kollha li huma parti mill-gateway. L-istess obbligu japplika għall-awtoritajiet kompetenti sakemm ma jkollhomx diġà fis-seħħ fil-paġni web tagħhom għodda oħra tal-feedback mingħand l-utenti b’funzjonalitajiet simili.

(3)

Il-metodu u r-regoli għall-ġbir u l-kondiviżjoni tal-istatistika tal-utenti u l-feedback mingħand l-utenti huma kkombinati f’att ta’ implimentazzjoni uniku billi d-data koperta se tinġabar u ssir aċċessibbli permezz ta’ dashboard komuni u repożitorju komuni tad-data. Id-data se tintuża mill-koordinaturi nazzjonali u mill-Kummissjoni biex jitwettaq monitoraġġ dwar jekk is-servizzi pprovduti permezz tal-gateway jikkonformawx mal-kriterji tal-kwalità u biex tittejjeb il-funzjonalità tal-gateway diġitali unika.

(4)

Sabiex jinġabru statistika tal-utenti u feedback li huma komparabbli u utilizzabbli għall-finijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1724 u biex jiġi ffaċilitat it-tqabbil bejn id-data u s-servizz relatat, jeħtieġ li jiġi speċifikat il-kuntest tad-data li trid tkun disponibbli flimkien mal-istatistika u l-feedback mingħand l-utenti. Din id-data tal-kuntest jenħtieġ li tinkludi l-URL u l-informazzjoni dwar il-kontenut tal-paġna web rilevanti. Il-fornituri tas-servizzi jenħtieġ li jinkludu din l-informazzjoni bħala tags fil-metadata tal-paġni web, jew idaħħluha direttament fir-repożitorju għal-links. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża għodda biex tiġbor l-informazzjoni ta’ ttaggjar mill-paġni web b’mod awtomatizzat. Għal dak il-fini, l-informazzjoni ta’ ttaggjar jenħtieġ li tkun strutturata u fformattjata b’mod li tkun rikonoxxuta mill-għodda.

(5)

Sabiex jiġi ffaċilitat il-ġbir tal-istatistika tal-utenti relatata maż-żjarat tal-utenti fuq il-paġni web aċċessibbli permezz tal-gateway, skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/1724, jenħtieġ li tali statistika tinġabar b’mod awtomatizzat permezz ta’ għodod analitiċi tad-data tal-web u tiġi trażmessa lil repożitorju komuni tad-data b’mod awtomatiku u regolari.

(6)

F’każijiet fejn ikunu meħtieġa aktar kjarifiki tekniċi biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà bejn is-soluzzjonijiet nazzjonali tal-ICT u l-għodod komuni tal-IT, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi tali kjarifiki f’konsultazzjoni mal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-gateway. Jenħtieġ li l-grupp ta’ koordinazzjoni tal-gateway jiddiskuti l-arranġamenti operazzjonali speċifiċi meħtieġa għall-ġbir u t-trażmissjoni tad-data mis-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi kif ukoll il-mistoqsijiet dettaljati tal-istħarriġ.

(7)

Ir-Regolament (UE) 2018/1724 jistabbilixxi l-iskadenza aktar twila tat-12 ta’ Diċembru 2023 għad-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri elenkati fl-Anness II. Konsegwentement, qabel it-12 ta’ Diċembru 2023, jenħtieġ li l-istatistika tal-utenti u l-feedback relatati ma’ tali proċeduri jinġabru biss fir-rigward ta’ paġni web li fuqhom tiġi ppubblikata l-ispjegazzjoni ta’ proċedura.

(8)

Ir-Regolament (UE) 2018/1724 jistabbilixxi l-iskadenza aktar tard tat-12 ta’ Diċembru 2022 għall-għoti ta’ informazzjoni, spjegazzjonijiet u struzzjonijiet mill-awtoritajiet muniċipali. Konsegwentement, qabel it-12 ta’ Diċembru 2022, ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw biss għal paġni web fil-livell muniċipali nnotifikati lir-repożitorju għal-links qabel din l-iskadenza.

(9)

Filwaqt li jitqiesu s-sistemi differenti ta’ mmaniġġar tal-każijiet li qed jintużaw, jenħtieġ li jkun permess kemm il-ġbir awtomatizzat kif ukoll dak manwali tal-kategoriji ta’ statistika msemmija fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2018/1724.

(10)

Il-gateway diġitali unika għandha l-għan li tagħmilha aktar faċli għaċ-ċittadini u n-negozji biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tas-suq uniku billi tipprovdi aċċess faċli għall-informazzjoni dwar id-drittijiet u r-regoli applikabbli għal attivitajiet transfruntiera. Sabiex jiġu mifhuma l-ħtiġijiet u l-interessi speċifiċi tal-utenti transfruntiera, jenħtieġ li tinġabar l-istatistika relatata mal-użu tas-servizzi pprovduti permezz tal-gateway minn dawn l-utenti, bħal statistika dwar il-pajjiżi li minnhom l-utenti qed jaċċessaw il-paġni web tal-gateway u n-numru tal-utenti transfruntiera li jirrikorru għall-assistenza tal-gateway u s-servizzi ta’ soluzzjoni tal-problemi.

(11)

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi kif definiti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġbru l-għadd ta’ talbiet li għandhom x’jaqsmu mad-drittijiet, l-obbligi, r-regoli u l-proċeduri stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni u d-dritt nazzjonali applikabbli għall-utenti li jeżerċitaw jew li beħsiebhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom derivati mid-dritt tal-Unjoni fil-qasam tas-suq intern, fl-oqsma tal-informazzjoni elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1724. Fejn servizz ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi jirċievi talbiet li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1724, jenħtieġ li huwa jiddistingwi, sa fejn ikun possibbli, bejn tali talbiet u talbiet li jikkonċernaw oqsma koperti minn dak ir-Regolament.

(12)

Fejn is-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi diġà qed jiġbru statistika fuq il-bażi tad-dritt eżistenti tal-Unjoni jew arranġamenti mal-Kummissjoni, il-fornituri ta’ servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi jew il-maniġers tan-network jenħtieġ li jiżguraw li l-istatistika li għandha tiġi koperta skont ir-Regolament (UE) 2018/1724 tinġabar ukoll u tiġi trasferita lir-repożitorju komuni tad-data.

(13)

Jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi jippermettu lill-utenti jħallu l-feedback tagħhom fuq il-paġni web kollha li huma parti mill-gateway irrispettivament minn jekk l-utenti jkunux aċċessaw dawn il-paġni mill-interfaċċa komuni tal-utent imsemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2018/1724, jew permezz ta’ kwalunkwe portal tal-web jew magna ta’ tiftix.

(14)

Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-feedback, huma meħtieġa regoli komuni għat-trażmissjoni tal-feedback mingħand l-utenti dwar is-servizzi pprovduti permezz tal-gateway lir-repożitorju komuni tad-data. Barra minn hekk, il-fornituri tas-servizzi jenħtieġ li jimmappjaw u jikkorrelataw il-mistoqsijiet tal-feedback u l-klassifikazzjonijiet użati fl-għodod tal-feedback mingħand l-utenti tagħhom stess ma’ dawk fl-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti jew, fejn meħtieġ, jadattaw il-mistoqsijiet u l-klassifikazzjonijiet tagħhom. Il-fornituri tas-servizzi jenħtieġ li ma jkunux obbligati jinkludu link għall-istħarriġ b’mistoqsijiet dettaljati jekk l-għodod alternattivi tagħhom tal-feedback mingħand l-utenti diġà jinkludu mistoqsijiet simili. F’każijiet bħal dawn jenħtieġ ukoll li jimmappjaw u jadattaw dawn il-mistoqsijiet għal dawk tal-istħarriġ dettaljat li huwa parti mill-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti.

(15)

Jenħtieġ li l-utenti jkunu jistgħu jipprovdu feedback dwar kemm hija faċli biex tintuża l-informazzjoni dwar il-proċeduri u dwar il-faċilità tal-użu tal-proċeduri online, imsemmija fl-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament (UE) 2018/1724, u tal-interfaċċa komuni tal-utent imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta’ dak ir-Regolament. Il-fornituri tas-servizzi jenħtieġ ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar l-aħjar ħin u post biex jistiednu lill-utenti tal-proċeduri biex jagħtu feedback. Huma jistgħu jagħżlu li jinkludu link għal għodda tal-feedback fuq paġna tal-Internet fejn tista’ titnieda l-proċedura, fil-konferma tal-wasla tal-applikazzjoni, fl-output ta’ proċedura, jekk tintwera lill-utenti immedjatament wara s-sottomissjoni tat-talba, jew fuq il-paġna web b’informazzjoni online dwar il-proċedura. Fil-każ li jkun hemm żewġ stediniet biex jingħata feedback fuq paġna waħda tal-Internet: waħda dwar il-kwalità u d-disponibbiltà tal-proċedura u oħra dwar l-informazzjoni dwar din il-proċedura li tkun disponibbli fiha, il-fini li jingħata feedback dwar iż-żewġ kwistjonijiet jenħtieġ li jiġi spjegat b’mod ċar biex tiġi evitata konfużjoni min-naħa tal-utent.

(16)

F’każ tas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi elenkati fl-Anness III u msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1724, l-istedina biex jingħata feedback jenħtieġ li tintbagħat lill-utenti li jistgħu jiġu kkuntattjati b’mezzi diġitali immedjatament wara li jiġi pprovdut is-servizz. Fejn in-natura tas-servizz teħtieġ xi żmien biex is-soluzzjoni jew il-parir jitpoġġew fil-prattika, is-servizzi jenħtieġ li jitħallew jibagħtu l-istedina għas-sottomissjoni tal-feedback ftit wara li jkun ġie pprovdut ir-rispons finali għat-talba peress li dan jippermetti lill-utent jivverifika jekk is-soluzzjoni jew il-parir jaħdimx fil-prattika.

(17)

Il-ġbir u l-iskambju ta’ statistika u ta’ feedback mingħand l-utenti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jinvolvux l-ipproċessar tad-data personali (2) taċ-ċittadini u n-negozji li jużaw is-servizzi offruti bħala parti mill-gateway. L-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti jenħtieġ li twissi lill-utenti biex ma jipprovdux data personali fil-kaxxa għat-test liberu.

(18)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 (3) tapplika għall-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti, is-servizz ta’ interkonnessjoni li jippermetti t-trażmissjoni tal-feedback mingħand l-utenti meta tintuża l-għodda alternattiva tal-feedback mingħand l-utenti u r-repożitorju komuni tad-data.

(19)

L-Artikolu 24(1), (2) u (3) u l-Artikolu 25(1) sa (4) tar-Regolament (UE) 2018/1724 japplikaw mit-12 ta’ Diċembru 2020, għalhekk ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw ukoll minn din id-data.

(20)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Gateway Diġitali Unika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti” tfisser l-għodda tal-feedback ipprovduta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1724;

(2)

“għodda alternattiva tal-feedback mingħand l-utenti” tfisser kwalunkwe għodda oħra tal-feedback li jkollha funzjonalitajiet simili għall-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti u li tkun disponibbli fuq il-paġni web ta’ awtorità kompetenti għall-finijiet ta’ monitoraġġ tal-kwalità tas-servizz, kif imsemmi fl-Artikolu 25(4) tar-Regolament (UE) 2018/1724 jew li hija disponibbli għall-utenti tas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi elenkati fl-Anness III u msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1724;

(3)

“dashboard komuni” tfisser l-interfaċċa li tipprovdi lill-fornituri tas-servizzi b’aċċess għall-funzjonalitajiet ta’ ġestjoni tal-gateway, inkluż l-aċċess għar-repożitorju għal-links kif stabbilit fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2018/1724;

(4)

“repożitorju komuni tad-data” tfisser l-għodda għall-ġestjoni tad-data marbuta mad-dashboard komuni li tippermetti l-ġbir, il-ħżin, il-kondiviżjoni, l-analiżi u l-wiri tal-istatistika u l-feedback mingħand l-utenti miġbura skont l-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (UE) 2018/1724;

(5)

“fornituri ta’ servizzi” tfisser dawn kollha li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti skont it-tifsira tal-punt 4 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1724;

(b)

il-Kummissjoni u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni li jipprovdu informazzjoni, proċeduri u servizzi ta’ assistenza jew ta’ soluzzjoni tal-problemi koperti mir-Regolament (UE) 2018/1724;

(c)

il-fornituri ta’ servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2018/1724;

(6)

“maniġer tan-network” tfisser il-Kummissjoni u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jew entità responsabbli għall-koordinazzjoni tax-xogħol ta’ servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi li jwettqu kompiti simili fl-Istati Membri kollha jew fil-maġġoranza tagħhom.

Artikolu 2

Data tal-kuntest

1.   Flimkien mal-istatistika tal-utenti u d-data dwar il-feedback mingħand l-utenti relatati ma’ paġni web ta’ informazzjoni konnessi mal-gateway, il-fornituri tas-servizzi għandhom jittrażmettu l-URL tal-paġna web li għaliha jirreferu l-istatistika tal-utenti jew il-feedback mingħand l-utenti.

2.   Il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li d-data tal-kuntest li tinkludi elementi deskrittivi li jippermettu l-identifikazzjoni tas-sustanza koperta mill-paġna web relatata mal-URL tingħata kif ġej:

(a)

bħala parti mill-metadata tal-paġni kollha li huma parti mill-gateway strutturata u fformattjata b’mod li tista’ tiġi rikonoxxuta mill-għodda msemmija fil-paragrafu 4, jew

(b)

direttament lir-repożitorju għal-links flimkien mal-URL rilevanti.

3.   L-elementi deskrittivi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jikkonsistu mill-indikaturi li ġejjin, li għandhom ikunu assoċjati mat-tipi differenti ta’ paġni kif stabbilit fl-Anness I:

(a)

l-Istat Membru;

(b)

indikatur reġjonali jew lokali, fejn l-informazzjoni pprovduta tapplika biss f’livell reġjonali jew lokali;

(c)

il-lingwa li biha l-informazzjoni hija pprovduta fil-paġna;

(d)

markatur li jimmarka li l-paġna hija parti mill-gateway;

(e)

it-tip ta’ servizz jew servizzi koperti fil-paġna: informazzjoni, proċedura jew servizz ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi;

(f)

indikazzjoni tas-suġġett kopert kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1724 jew is-servizz ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi kopert kif stabbilit fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament jew inkluż fil-gateway skont l-Artikolu 7 tal-istess Regolament.

4.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għodda biex tiġbor l-informazzjoni ta’ ttaggjar direttament mill-paġni web li huma parti mill-gateway għall-ħżin fir-repożitorju komuni tad-data flimkien mal-URLs rilevanti.

KAPITOLU II

Statistika

Artikolu 3

Il-ġbir u t-trażmissjoni tal-istatistika relatata mas-servizzi tal-informazzjoni

1.   Il-fornituri tas-servizzi kollha għandhom jiġbru u jittrażmettu għall-paġni web kollha li jipprovdu informazzjoni dwar ir-regoli u l-obbligi, dwar il-proċeduri u dwar is-servizzi ta’ assistenza u soluzzjoni tal-problemi li huma parti mill-gateway u li għalihom huma responsabbli, l-għadd ta’ żjarat tal-paġna fil-perjodu ta’ rappurtar maqsuma skont:

(a)

il-pajjiżi li minnhom l-utenti qed iżuru l-paġna web;

(b)

it-tip ta’ apparat użat biex issir iż-żjara tal-paġna web.

2.   Il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li l-għodda għall-analiżi tad-data tal-web użata biex tinġabar l-istatistika msemmija fil-paragrafu 1 tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi tal-interoperabbiltà elenkati fl-Anness II biex tippermetti t-trażmissjoni awtomatika tal-istatistika lir-repożitorju komuni tad-data.

3.   Il-fornituri tas-servizzi għandhom jittrażmettu darba fix-xahar l-istatistika msemmija fil-paragrafu 1, flimkien mal-URLs tal-paġni web li tirreferi għalihom l-istatistika, lir-repożitorju komuni tad-data permezz ta’ interfaċċa għall-programmi tal-applikazzjonijiet żviluppata mill-Kummissjoni.

4.   Konferma awtomatika ta’ trażmissjoni b’suċċess jew twissija jekk it-trażmissjoni ma tkunx irnexxiet għandha tiġi pprovduta lill-fornitur tas-servizzi li jkun ipprova jibgħat l-istatistika lir-repożitorju komuni tad-data skont il-paragrafu 3.

Artikolu 4

Il-ġbir, l-aggregazzjoni u t-trażmissjoni ta’ statistika relatata mas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, talba għal servizz ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi tfisser kwalunkwe talba ppreżentata permezz ta’ formola online, posta elettronika jew kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni. Fejn il-fornituri ta’ servizz ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi jew il-maniġers tan-network jiddeċiedu li ma jkunx fattibbli li tiġi inkluża statistika dwar talbiet riċevuti permezz ta’ sejħiet bit-telefown, chats online, jew żjarat personali, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

2.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi jew il-maniġers tan-network għandhom jikkomunikaw l-għadd ta’ talbiet lir-repożitorju komuni tad-data, maqsuma skont it-talbiet:

(a)

minn ċittadini jew minn negozji;

(b)

minn utenti f’sitwazzjoni transfruntiera jew minn dawk f’sitwazzjoni nazzjonali.

Il-qsim tat-talbiet f’kategoriji msemmi fil-punti (a) u (b) m’għandux japplika fejn is-servizz ikun offrut biss lil waħda miż-żewġ kategoriji ta’ utenti msemmija fil-punti (a) u (b).

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2(b), utent f’sitwazzjoni transfruntiera tfisser utent f’sitwazzjoni li mhix limitata fl-aspetti kollha fi Stat Membru wieħed.

4.   Għall-finijiet tal-ġbir ta’ statistika dwar is-suġġett tat-talbiet speċifiċi li jkunu saru, il-fornitur ta’ servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi jew il-maniġer tan-network għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’lista ta’ kategoriji għas-suġġetti, qabel l-inklużjoni ta’ tali servizz fil-gateway.

5.   Il-ħin ta’ rispons għandu jiġi kkalkulat mill-wasla tat-talba sar-rispons finali jew l-għeluq tal-każ, fuq l-istess bażi tal-iskadenzi applikabbli li għandhom jiġu rispettati jew il-ħin medju jew stmat meħtieġ għall-għoti tas-servizz, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(d) tar-Regolament (UE) 2018/1724.

6.   Il-ħinijiet ta’ rispons għandhom jiġu kkalkulati bħala medja f’jiem kalendarji tal-ħinijiet ta’ rispons fuq perjodu ta’ 6 xhur.

7.   L-istatistika għandha tinġabar u tiġi aggregata fil-livell ta’ kull fornitur individwali tas-servizz ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u għandha tindika l-Istat Membru tal-fornitur tas-servizz. Il-Kummissjoni għandha taqbel fuq il-modalitajiet tat-trażmissjoni tal-istatistika lir-repożitorju komuni tad-data mal-fornitur tas-servizz ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi jew ma’ maniġer tan-network qabel l-inklużjoni tas-servizz fil-gateway.

8.   Il-fornituri tas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi jew il-maniġers tan-network għandhom jittrażmettu l-istatistika aggregata darbtejn fis-sena. Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju l-istatistika aggregata għandha tiġi trażmessa sal-31 ta’ Awwissu, u għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru sat-28 ta’ Frar tas-sena ta’ wara, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mal-Kummissjoni.

Artikolu 5

L-aċċess għall-istatistika u l-ħżin tagħha

1.   L-istatistika aggregata u trażmessa skont dan il-Kapitolu għandha tinżamm fir-repożitorju komuni tad-data għal massimu ta’ 3 snin mid-data tat-trażmissjoni. Għandha titħassar awtomatikament wara li jkun skada dan il-perjodu.

It-tħassir ma għandux japplika għad-data li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-aħħar sentenza tal-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2018/1724.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dashboard komuni jippermetti lill-koordinaturi nazzjonali, lill-fornituri tas-servizzi u lill-Kummissjoni:

(a)

ifittxu, jisselezzjonaw u jiffiltraw id-data;

(b)

jivviżwalizzaw id-data fi graffs u ċarts;

(c)

joħorġu d-data fil-forma ta’ rapporti li jistgħu jitniżżlu elettronikament.

KAPITOLU III

Feedback mingħand l-utenti

Artikolu 6

Il-funzjonalitajiet tal-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti

1.   L-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti msemmija fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1724 għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:

(a)

mistoqsijiet li jitolbu l-feedback mingħand l-utenti, il-klassifikazzjonijiet tal-utenti u kaxxa għat-test liberu, rilevanti għall-paġni web bl-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi, kif inklużi fl-Anness III;

(b)

stħarriġ b’mistoqsijiet dettaljati dwar il-kwalità tal-informazzjoni, tal-proċeduri online u tas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi, li għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw ladarba dak l-utent ikun issottometta l-feedback inizjali;

(c)

it-trażmissjoni awtomatika tal-feedback mingħand l-utenti lir-repożitorju komuni tad-data;

(d)

il-ġbir u t-trażmissjoni tal-URL tal-paġna web li għaliha jirreferi l-feedback mingħand l-utenti flimkien mal-feedback mingħand l-utenti.

2.   Għall-ġbir ta’ feedback mingħand l-utenti dwar l-informazzjoni u dwar il-proċeduri, il-fornituri tas-servizzi għandhom ikunu jistgħu jagħżlu bejn verżjoni tal-għodda komuni tal-feedback b’kaxxa għat-test liberu jew mingħajrha.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dashboard komuni jibgħat messaġġi regolari tal-posta elettronika lill-fornituri kollha tas-servizzi li jużaw l-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti biex ifakkarhom li jistgħu jikkonsultaw il-feedback dwar is-servizzi tagħhom fid-dashboard komuni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

Artikolu 7

Il-funzjonalitajiet tal-għodod alternattivi tal-feedback mingħand l-utenti

1.   L-għodod alternattivi tal-feedback mingħand l-utenti użati mill-fornituri tas-servizzi għandhom jinkludu:

(a)

mistoqsijiet simili u sistema ta’ klassifikazzjoni li tipproduċi riżultati komparabbli ma’ dik użata fl-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti u, għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi, kaxxa għat-test liberu li tippermetti lill-utenti jħallu kummenti b’test liberu;

(b)

links għall-istħarriġ inkluż fl-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti skont it-tip ta’ servizz;

(c)

mekkaniżmu pprovdut mill-Kummissjoni li jippermetti t-trażmissjoni tad-data tal-feedback flimkien mal-URLs tal-paġni web li għalihom jirreferi l-feedback, lir-repożitorju komuni tad-data.

Għall-ġbir ta’ feedback mingħand l-utenti dwar l-informazzjoni u dwar il-proċeduri, il-fornituri tas-servizzi għandhom ikunu jistgħu jagħżlu jekk jinkludux kaxxa għat-test liberu jew le.

2.   Ladarba utent jibgħat it-tweġibiet għall-mistoqsijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), l-utent għandu jirċievi messaġġ ta’ konferma bi stedina biex jipprovdi kummenti aktar dettaljati billi jikklikkja fuq link imsemmi fil-paragrafu 1(b). Il-link għandu jidderieġi lill-utenti lejn paġna fuq l-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti li jkun fiha stħarriġ dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1724.

3.   Il-punt (b) tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 ma għandhomx japplikaw fejn fornitur ta’ servizzi diġà jiġbor feedback dwar kwistjonijiet li huma simili għal dawk inklużi fl-istħarriġ.

Artikolu 8

Il-ġbir tal-feedback mingħand l-utenti dwar il-proċeduri online

Il-fornituri tas-servizzi għandhom jintegraw l-għodda komuni jew alternattiva tal-feedback mingħand l-utenti b’mod li jkun faċli għall-utenti li jipprovdu l-feedback tagħhom jew wara s-sottomissjoni tat-talba jew, fil-każ li jagħżlu li ma jissottomettux talba, fl-aħħar.

Artikolu 9

Il-ġbir tal-feedback mingħand l-utenti tas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi għandhom jiżguraw li l-utenti tas-servizzi tagħhom li jistgħu jintlaħqu b’mezzi diġitali jirċievu stedina biex jipprovdu l-feedback tagħhom dwar is-servizz li jirċievu li jintbagħat jew flimkien mar-rispons finali pprovdut mill-fornitur tas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi jew fi żmien qasir wara, li m’għandux jaqbeż l-għaxart ijiem tax-xogħol.

Artikolu 10

It-trażmissjoni tal-feedback mingħand l-utenti

1.   Il-feedback kollu mogħti mill-utenti permezz tal-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti flimkien mal-links tal-URL imsemmija fl-Artikolu 2 għandu jiġi ttrasferit awtomatikament, malli jiġi pprovdut mill-utenti, lir-repożitorju komuni tad-data.

2.   Il-fornituri tas-servizzi li jiġbru l-feedback permezz ta’ għodda alternattiva tal-feedback mingħand l-utenti għandhom jużaw il-mekkaniżmu msemmi fl-Artikolu 7(1)(c) u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-interoperabbiltà teknika stabbiliti fl-Anness II biex jippermettu t-trasferiment tal-feedback mingħand l-utenti, hekk kif dan jiġi pprovdut mill-utenti, b’mod simultanju lir-riċevituri nazzjonali tal-feedback mingħand l-utenti u lir-repożitorju komuni tad-data.

Inkella, huma għandhom jittrasferixxu b’mod mhux sinkroniku, f’daqqa, il-feedback kollu pprovdut matul xahar kalendarju, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara t-tmiem ta’ dak ix-xahar kalendarju.

3.   Il-fornituri ta’ servizzi li jużaw għodda alternattiva tal-feedback mingħand l-utenti għandhom jiżguraw li:

(a)

il-feedback għal mistoqsijiet u klassifikazzjonijiet li jikkorrispondu ma’ dawk fl-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti biss jiġu trasferiti lir-repożitorju komuni tad-data;

(b)

il-feedback mogħti bħala test liberu ma jiġix trażmess lir-repożitorju komuni tad-data;

(c)

il-URLs tal-paġni web minn fejn jinġabar il-feedback jiġu trażmessi flimkien mal-feedback lir-repożitorju komuni tad-data.

4.   Meta l-fornituri tas-servizzi jikkwalifikaw għall-eċċezzjoni stipulata fl-Artikolu 7(3), huma għandhom jiżguraw li l-feedback dwar mistoqsijiet li huma simili għal dawk inklużi fi stħarriġ jiġi trażmess lir-repożitorju komuni tad-data.

Artikolu 11

L-aċċess għal u l-ħżin tal-feedback mingħand l-utenti

1.   Id-data dwar il-feedback mingħand l-utenti għandha tinħażen fir-repożitorju komuni tad-data konness mad-dashboard komuni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi d-drittijiet ta’ aċċess li ġejjin għall-feedback mingħand l-utenti maħżun fir-repożitorju komuni tad-data:

(a)

il-koordinaturi nazzjonali u l-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess għall-feedback mingħand l-utenti bl-eċċezzjoni ta’ kummenti b’test liberu;

(b)

il-fornituri tas-servizzi għandu jkollhom aċċess għall-feedback mingħand l-utenti dwar is-servizzi li huma responsabbli għalihom, inkluż il-kummenti b’test liberu pprovduti mill-utenti bl-użu tal-għodda komuni tal-feedback.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-feedback mingħand l-utenti jinħażen fir-repożitorju komuni tad-data għal massimu ta’ 3 snin, u li dan jitħassar awtomatikament wara dan il-perjodu.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dashboard komuni jippermetti lill-utenti tiegħu:

(a)

ifittxu, jisselezzjonaw u jiffiltraw il-feedback;

(b)

jivviżwalizzawh f’ċarts u graffs;

(c)

joħorġu d-data fil-forma ta’ rapporti li jistgħu jitniżżlu elettronikament.

Artikolu 12

Responsabbiltajiet

1.   Il-fornituri tas-servizzi li jużaw għodod alternattivi tal-feedback mingħand l-utenti għandhom ikunu responsabbli:

(a)

għall-funzjonament tal-għodod tagħhom stess li permezz tagħhom jiġbru l-feedback mingħand l-utenti skont ir-Regolament (UE) 2018/1724;

(b)

għat-trasferiment tal-feedback lir-repożitorju komuni tad-data permezz tas-servizz ta’ interkonnessjoni pprovdut mill-Kummissjoni, jekk ikun trasferiment f’daqqa jew kwalunkwe forma oħra ta’ trasferiment;

(c)

għall-konformità mar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti f’dan ir-Regolament;

(d)

għas-sigurtà tal-għodod nazzjonali li jiġbru u jipparteċipaw fit-trażmissjoni tal-feedback mingħand l-utenti.

2.   Il-fornituri ta’ servizzi li jużaw l-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti għandhom ikunu responsabbli għall-inklużjoni ta’ links għal dik l-għodda skont dan ir-Regolament.

3.   Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli:

(a)

għall-funzjonament, is-sigurtà u l-aċċessibbiltà tal-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti;

(b)

għal-links għall-għodda komuni tal-feedback li għandhom jiġu inklużi fil-paġni web fil-livell tal-Unjoni;

(c)

għall-funzjonament tas-servizz ta’ interkonnessjoni msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1;

(d)

għaż-żamma u l-iżgurar tad-disponibbiltà tal-infrastruttura meħtieġa biex jiġu riċevuti t-trasferimenti tad-data.

KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 13

Data personali

1.   Il-fornituri tas-servizzi jew il-maniġers tan-network f’każ ta’ servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi għandhom jiżguraw li l-istatistika aggregata u trażmessa minnhom lir-repożitorju komuni tad-data ma jkun fiha l-ebda data personali.

2.   L-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti għandha tippermetti lill-utenti jikkummentaw b’mod anonimu dwar l-esperjenza tagħhom bis-servizzi pprovduti permezz tal-gateway. Il-kaxxa għat-test liberu għandha tinkludi twissija lill-utenti biex ma jinkludux data personali.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-12 ta’ Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1.

(2)  Data personali skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta’ Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 6, 11.1.2017, p. 40).


ANNESS I

Indikaturi għall-ittaggjar imsemmija fl-Artikolu 2(3)

 

L-elementi li jridu jiffurmaw parti mill-informazzjoni ta’ ttaggjar li trid tiġi inkluża fil-metadata tal-paġni web li huma parti mill-gateway diġitali unika

 

Parti ġenerika

Kodiċi tal-pajjiż

Kodiċi subnazzjonali (fejn applikabbli)

Tip ta’ servizz  (*1)

Lingwa tal-paġna

Qasam kopert mill-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1724

Servizz kopert mill-Anness III jew mill-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1724

 

Gateway Diġitali Unika (SDG - Single Digital Gateway)

Skont ISO 3166 – kodiċi Alpha 2 (EL għall-Greċja)

Skont NUTS 1-3 jew LAU

 

Skont ISO 639-1 Kodiċi Alpha 2

A-Q

01-09

Titlu sħiħ tas-servizz

Paġni web b’informazzjoni dwar ir-regoli, id-drittijiet u l-obbligi

X

x

x

Informazzjoni

x

x

x

Mhux applikabbli

Paġni web b’informazzjoni dwar il-proċeduri

X

x

x

Proċedura

x

x

x

Mhux applikabbli

Paġni web b’informazzjoni dwar is-servizzi ta’ assistenza jew ta’ soluzzjoni tal-problemi

x

x

x

Assistenza

x

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

x


(*1)  Jekk paġna jkun fiha informazzjoni dwar aktar minn tip wieħed ta’ servizz jew tkopri aktar minn qasam wieħed ta’ informazzjoni, l-elementi rilevanti kollha jridu jiġu inklużi f’dik il-paġna jew jiġu assoċjati magħha.


ANNESS II

Rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 10(2)

Trażmissjoni tad-data

Il-gateway tal-Interfaċċa għall-Ipprogrammar tal-Applikazzjonijiet (API) tesponi API ta’ Representational State Transfer (REST). Kull sistema ta’ ġbir tal-fornituri tas-servizzi tista’ tikkuntattja lil dan l-API:

(1)

f’ħin reali — l-ebda limitazzjoni fuq in-numru ta’ sejħiet;

(2)

fuq bażi regolari, skont skeda magħżula mill-fornitur tas-servizz.

Sigurtà tal-API

Il-komunikazzjoni mal-Gateway tal-API issir b’mod sigur permezz ta’ Ċavetta API. Kull fornitur tas-servizzi jkollu Ċavetta API speċifika. Din iċ-ċavetta tippermetti li l-komunikazzjoni tkun sigura (kriptaġġ tal-kanal) u li wieħed ikun jaf liema fornitur tas-servizzi qed jibgħat id-data (awtentikazzjoni).

Iċ-Ċwievet API jkunu disponibbli fuq applikazzjoni tal-web tal-back office dedikata. Kull fornitur ta’ servizzi jiġġenera ċ-ċavetta tiegħu fuq l-applikazzjoni tal-web, iniżżilha u jinstallaha fl-uffiċċji tiegħu.

Rekwiżiti li jippermettu t-trażmissjoni tad-data

Għall-fini li tiġi żgurata t-trażmissjoni awtomatika, l-għodda analitika tal-web imsemmija fl-Artikolu 3(2) u l-għodda alternattiva għall-feedback mingħand l-utenti msemmija fl-Artikolu 10(2) għandhom:

(a)

jippermettu t-trażmissjoni tad-data fil-format JSON permezz ta’ APIs REST;

(b)

jappoġġaw konnessjonijiet siguri b’Hyper-Text Transfer Protocol (HTTP) fuq Secure Sockets Layer (SSL);

(c)

jappoġġaw l-ISO 8601 għar-rappreżentazzjoni tad-data u tal-ħin. Id-data dwar id-data u l-ħin għandha tiġi espressa bħala l-Ħin Universali Koordinat (UTC);

(d)

jappoġġaw identifikatur uniku għat-trażmissjonijiet. Fornitur tas-servizzi jgħaddi d-data b’identifikatur uniku pprovdut permezz tal-API. Jekk fornitur tas-servizzi jiddeċiedi li jibdel din id-data, irid jgħaddi korrezzjoni bl-istess identifikatur uniku.

Il-frekwenza tat-trażmissjoni tal-istatistika ma għandhiex tibdel l-istruttura tal-fajl JSON. Pereżempju, il-JSON jista’ jkun fih firxa ta’ oġġetti (wieħed għal kull sett ta’ statistika għall-perjodu ta’ referenza), firxa ta’ tul n;

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi deskrizzjoni teknika dettaljata tal-API għall-feedback tal-utenti u l-istatistika.


ANNESS III

Mistoqsijiet għall-feedback tal-utenti fl-għodda komuni għall-feedback mingħand l-utenti, imsemmija fl-Artikolu 6(1)(a):

(1)

Mistoqsijiet relatati ma’ informazzjoni fuq il-paġni web

Sibt dak li kont qed tfittex? (għażliet reċiprokament esklussivi: IVA/LE/PARZJALMENT) [kamp obbligatorju] (*1)

L-opinjoni tiegħek dwar din il-paġna (klassifikazzjoni bl-istilel: minn 1 sa 5) [kamp obbligatorju]

Għinna ntejbu s-servizz (kaxxa għat-test liberu) [kamp fakultattiv]

(2)

Mistoqsijiet dwar il-proċeduri

Kemm sibt li kienet faċli biex tużaha din il-proċedura (klassifikazzjoni bl-istilel: minn 1 sa 5) [kamp obbligatorju]

Għinna ntejbu s-servizz (kaxxa għat-test liberu) [kamp fakultattiv]

(3)

Mistoqsijiet dwar is-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi

Kemm għoġbok is-servizz ipprovdut (klassifikazzjoni bl-istilel: minn 1 sa 5) [kamp obbligatorju]

Għinna ntejbu s-servizz (kaxxa għat-test liberu) [kamp fakultattiv]

L-għodda għall-feedback mingħand l-utenti għall-informazzjoni u l-proċeduri se titħejja f’żewġ verżjonijiet: waħda b’kaxxa għat-test liberu u oħra mingħajr kaxxa għat-test liberu, li jippermetti lill-fornituri tas-servizzi jagħżlu liema waħda jużaw f’konformità mal-Artikolu 6(2).


(*1)  It-test fil-parenteżi “[...]” jagħti informazzjoni dwar il-kampijiet tad-data li se jintużaw fl-għodda komuni għall-feedback mingħand l-utenti.


DEĊIŻJONIJIET

30.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/15


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1122

tat-28 ta’ Lulju 2020

dwar ir-rikonoxximent ta’ DNV GL AS bħala soċjetà tal-klassifikazzjoni għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(1) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma (2),

Billi:

(1)

Il-Ġermanja ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent ta’ DNV GL AS bħala soċjetà tal-klassifikazzjoni f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/1629.

(2)

Il-Ġermanja ressqet ukoll l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivverifika li l-kriterji għar-rikonoxximent huma ssodisfati.

(3)

DNV GL AS hija soċjetà ġdida tal-klassifikazzjoni, li ġiet iffurmata wara l-fużjoni ta’ żewġ soċjetajiet tal-klassifikazzjoni, Det Norske Veritas AS u Germanischer Lloyd SE, fl-2013.

(4)

Preċedentement Germanischer Lloyd SE kienet ingħatat rikonoxximent bħala soċjetà tal-klassifikazzjoni għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni f’konformità mad-Direttiva 2006/87/KE.

(5)

DNV GL AS, bħala entità legali ġdida stabbilita bħala konsegwenza tal-fużjoni, jenħtieġ li tiġi rikonoxxuta mill-Kummissjoni bħala soċjetà tal-klassifikazzjoni ġdida f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/1629.

(6)

Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni li jakkumpanjaw l-applikazzjoni għal rikonoxximent, li tikkonferma li DNV GL AS tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness VI tad-Direttiva (UE) 2016/1629,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

DNV GL AS għandha tiġi rikonoxxuta bħala soċjetà tal-klassifikazzjoni għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/1629.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

Adina VĂLEAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 252, 16.9.2016, p. 118.

(2)  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29.


30.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/17


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ EWROPEA TAT-TITOLI U S-SWIEQ (UE) 2020/1123

tal-10 ta’ Ġunju 2020

li ġġedded ir-rekwiżit temporanju lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom pożizzjonijiet qosra netti biex ibaxxu temporanjament il-livelli limiti ta’ notifika ta’ pożizzjonijiet qosra netti fir-rigward tal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ kumpaniji li l-ishma tagħhom huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat biex jinnotifikaw l-awtoritajiet kompetenti li jaqbżu ċertu livell limitu f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-BORD TAS-SUPERVIŻURI TAL-AWTORITÀ EWROPEA TAT-TITOLI U S-SWIEQ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, b’mod partikolari l-Anness IX tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(5), 43(1) u 44(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 918/2012 tal-5 ta’ Lulju 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu fir-rigward tad-definizzjonijiet, il-kalkolu ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti, swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani koperti, livelli limitu ta’ notifika, livelli limitu ta’ likwidità għas-sospensjoni tar-restrizzjonijiet, waqgħat sinifikanti fil-valur tal-istrumenti finanzjarji u avvenimenti avversi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (UE) 2020/525 tas-16 ta’ Marzu 2020 li tirrikjedi li persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom pożizzjonijiet qosra netti jbaxxu temporanjament il-livelli limiti ta’ notifika ta’ pożizzjonijiet qosra netti fir-rigward tal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ kumpaniji li l-ishma tagħhom huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat li jaqbeż ċertu livell limitu biex jinnotifikaw l-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

Billi:

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Bid-Deċiżjoni (UE) 2020/525, l-ESMA kienet tirrikjedi li persuni fiżiċi jew ġuridiċi b’pożizzjonijiet qosra netti fir-rigward tal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ kumpaniji li l-ishma tagħhom jiġu ammessi għan-negozjar f’suq regolat sabiex jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bid-dettalji ta’ kwalunkwe pożizzjoni bħal din li tilħaq, taqbeż jew taqa’ taħt 0,1 % tal-kapital azzjonarju maħruġ skont il-punt (a) tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.

(2)

Il-miżura imposta mid-Deċiżjoni tal-ESMA (UE) 2020/525 indirizzat il-ħtieġa li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-ESMA jkunu jistgħu jimmonitorjaw il-pożizzjonijiet qosra netti li għalihom ikunu daħlu l-parteċipanti fis-suq fir-rigward tal-ishma ammessi għan-negozjar f’suq regolat, minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li hemm preżenti fis-swieq finanzjarji.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 28(10) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, l-ESMA trid tirrevedi din il-miżura f’intervalli xierqa u tal-anqas kull tliet xhur.

(4)

L-ESMA wettqet din ir-reviżjoni abbażi ta’ analiżi tal-indikaturi tal-prestazzjoni, inklużi l-prezzijiet, il-volatilità, l-indiċi tal-firxa ta’ swap ta inadempjenza tal-kreditu, kif ukoll l-evoluzzjoni tal-pożizzjonijiet qosra netti, b’mod speċjali dawk bejn 0,1 u 0,2 % li b’mod kostanti żdiedet mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni oriġinali fis-16 ta’ Marzu 2020. Skont l-analiżi mwettqa, l-ESMA ddeċidiet li għandha ġġedded il-miżura għal tliet xhur addizzjonali.

2.   IL-KAPAĊITÀ TAL-MIŻURA LI TINDIRIZZA T-THEDDID RILEVANTI U L-IMPLIKAZZJONIJIET TRANSKONFINALI (L-ARTIKOLU 28(2)(a) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012)

(a)   Theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji

(5)

Il-pandemija COVID-19 tkompli jkollha effetti negattivi serji fuq l-ekonomija reali fl-Unjoni bi kwalunkwe prospettiva għall-irkupru fil-futur tibqa’ waħda inċerta. Filwaqt li s-swieq finanzjarji tal-UE rkupraw b’mod parzjali t-telf mis-16 ta’ Marzu 2020, din l-inċertezza qed taffettwa wkoll l-iżvilupp futur tagħhom.

(6)

Il-prestazzjoni tal-indiċi tal-istokk Ewropew turi ambjent tas-suq fraġli fejn, jekk l-20 ta’ Frar 2020 jittieħed bħala l-punt ta’ referenza, l-Eurostoxx 50 tilef madwar 13 % tal-valur tiegħu fir-rigward tal-4 ta’ Ġunju 2020 (Figura 1), u s-setturi kollha huma affettwati. It-tnaqqis fil-prezzijiet huwa mifrux ukoll madwar l-Unjoni peress li s-swieq tal-ishma tal-24 ġurisdizzjoni tilfu tal-anqas 10 % tal-valur tagħhom meta jiġu mqabbla l-prezzijiet fl-4 ta’ Ġunju mal-prezzijiet fl-20 ta’ Frar 2020. Matul l-istess perjodu, il-prezzijiet tal-ishma tal-istituzzjonijiet tal-kreditu Ewropej tilfu bejn 9 u 48 % tal-valur tagħhom.

(7)

Filwaqt li l-volatilità mkejla mill-VSTOXX, li hija l-volatilità implikata bbażata fuq il-prezzijiet tal-opzjonijiet tal-Eurostoxx 50, ukoll naqset b’mod sinifikanti minn meta laħqet il-quċċata f’Marzu meta kienet qabżet it-80 %, din tibqa’ bejn wieħed u ieħor 14 % ’il fuq mill-volatilità osservata fl-20 ta‘ Frar. L-ESMA tqis li l-livelli attwali tal-volatilità għadhom jeċċedu dawk tal-kundizzjonijiet ordinarji tas-suq (Figura 3).

(8)

Kunsiderazzjonijiet simili jistgħu jsiru fir-rigward tal-għażliet ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu, fejn minkejja t-tnaqqis fir-rigward tad-data miksuba mill-15 ta’ Marzu, il-livelli għall-emittenti korporattivi Ewropej jibqgħu 22 punt bażi ’l fuq mil-livell fl-20 ta’ Frar (iTraxx Europe) u 29 punt bażi għall-emittenti finanzjarji Ewropej (iTraxx European Financials) (Figura 5). Meta wieħed iqis kif is-CDS kellu rwol dominanti matul il-kriżi finanzjarja, sakemm jibqgħu għoljin il-firxiet tas-CDS, jista’ jiġi kkunsidrat li s-swieq finanzjarji għadhom f’ambjent ferm inċert.

(9)

In-numru ta’ ishma ammessi għan-negozjar fi swieq regolati fiż-ŻEE li għalihom ġew irreġistrati pożizzjonijiet qosra netti bejn it-12 ta’ Marzu (meta l-livell limitu ta’ notifika kien ta’ 0,2 %) u s-16 ta’ Marzu 2020 (meta l-livell limitu ta’ notifika tbaxxa għal 0,1 %) żdied b’madwar 10 %. Iż-żieda fil-perċentwali f’termini ta’ valur tal-EUR (ibbażata fuq il-prezzijiet tal-istokks sal-10 ta’ Frar 2020) kienet ta’ madwar 15 % u kienet ta’ madwar 11 % f’termini ta’ kapital azzjonarju. Barra minn hekk, il-perċentwal tal-ishma bil-pożizzjoni netta qasira bejn 0,1 u 0,2 % fis-16 ta’ Marzu kien ta’ madwar 7 %. Dan in-numru ma jinkludix il-pożizzjonijiet f’din il-firxa li kkontribwixxew biex jakkumulaw pożizzjonijiet qosra netti ’l fuq minn 0,2 %. Barra minn hekk, il-perċentwal ta’ ishma bil-pożizzjoni qasira netta bejn 0,1 u 0,2 % żdied b’mod kostanti matul il-perjodu mis-16 ta’ Marzu sal-1 ta’ Ġunju 2020 u bħala medja huwa ta’ madwar 11 % (Figura 8). Għaldaqstant, jista’ jiġi konkluż li ż-żieda fil-pożizzjonijiet qosra netti fis-16 ta’ Marzu kienet ukoll dovuta għal perċentwal rilevanti ta’ pożizzjonijiet bejn 0,1 u 0,2 % li kellhom jiġu rrappurtati minħabba l-livell limitu ta’ notifika impost mill-ESMA li daħal fis-seħħ f’dak il-jum.

(10)

Għaldaqstant, it-tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet b’mod ġenerali, il-volatilità relattivament għolja, il-firxiet kbar tas-CDS u numru dejjem jiżdied ta’ pożizzjonijiet qosra netti juru li s-swieq finanzjarji tal-Unjoni għadhom fi stat fraġli. Dan l-istat tas-swieq jagħmilha aktar probabbli li l-pressjonijiet ta’ bejgħ ta’ pożizzjoni qasira jistgħu jibdew jew jaggravaw żviluppi negattivi fix-xhur li ġejjin li min-naħa tagħhom jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv fatturi bħalma huma l-kunfidenza fis-suq jew l-integrità tal-mekkaniżmu tad-determinazzjoni tal-prezzijiet.

(11)

L-ESMA tqis li l-kombinazzjoni taċ-ċirkostanzi deskritti hawn fuq tikkostitwixxi theddida serja għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji.

(b)   Theddida għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni

(12)

Kif spjegat mill-BĊE fir-Reviżjoni tiegħu tal-Istabbiltà Finanzjarja (5), l-istabbiltà finanzjarja hija kundizzjoni li fiha s-sistema finanzjarja — li tinkludi intermedjarji finanzjarji, swieq u infrastrutturi tas-suq — kapaċi tiflaħ għal xokkijiet u ż-żarmar tal-iżbilanċi finanzjarji.

(13)

Il-pandemija COVID-19 tkompli jkollha impatt qawwi fuq l-ekonomija reali fl-Unjoni. Kif rapportat fit-Tabella Operattiva tar-Riskji tal-EMSA f’Mejju (6) l-ambjent tas-suq fraġli li jirriżulta se jikkawża “perjodu twil ta’ riskju għall-investituri istituzzjonali u tal-bejgħ bl-imnut ta’ aktar korrezzjonijiet tas-suq possibilment sinifikanti u tara riskji ferm għoljin fil-mandat kollu tal-EMSA”. F’dan ir-rigward, l-EMSA wissiet lill-pubbliku dwar diżakkoppjar possibbli tal-prestazzjoni tas-suq finanzjarju l-aktar riċenti u l-attività ekonomika sottostanti.

(14)

It-tnaqqis fil-prezzijiet osservat minn Marzu ħalla lill-maġġoranza vasta jekk mhux l-ishma kollha ammessi għan-negozjar f’suq regolat f’sitwazzjoni ta’ fraġilità li fiha aktar tnaqqis fil-prezzijiet mhux ikkawżat minn informazzjoni fundamentali addizzjonali jista’ jkollu konsegwenzi ferm detrimentali.

(15)

Fil-kuntest inċert attwali, jistgħu jiġu kkawżati pressjoni sostanzjali ta’ bejgħ u volatilità mhux tas-soltu fil-prezz tal-ishma minn fatturi differenti, inkluż minn numru dejjem jiżdied ta’ parteċipanti fis-suq li jkunu involuti fil-bejgħ ta’ pożizzjoni qasira u li jibnu pożizzjonijiet qosra netti sinifikanti.

(16)

B’mod partikolari, it-telf mifrux fil-prezzijiet għall-istituzzjonijiet tal-kreditu jindika li l-emittenti tas-settur finanzjarju huma potenzjalment vulnerabbli għall-istrateġiji ta’ bejgħ ta’ pożizzjoni qasira u għall-bini ta’ pożizzjonijiet qosra netti sinifikanti, irrispettivament minn jekk dawn l-istrateġiji u l-pożizzjonijiet humiex sostnuti minn informazzjoni fundamentali.

(17)

L-akkumulazzjoni tal-istrateġiji ta’ bejgħ ta’ pożizzjoni qasira u l-bini ta’ pożizzjonijiet qosra netti sinifikanti jistgħu mbagħad iwasslu għal spirali diżordinati ’l isfel fil-prezzijiet għall-emittenti tas-settur finanzjarju affettwat, b’effetti kollaterali potenzjali għal emittenti oħra fl-istess Stat Membru jew fl-UE, li jistgħu eventwalment iqiegħdu f’riskju s-sistema finanzjarja ta’ Stat Membru wieħed jew aktar.

(18)

Minkejja l-irkupru parzjali osservat fis-swieq finanzjarji Ewropej, l-ESMA tqis li ċ-ċirkostanzi attwali tas-suq ikomplu jheddu serjament l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni.

(19)

Fil-limitu tal-mandat tal-ESMA, it-tiġdid maħsub tal-miżura jobbliga lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom pożizzjoni qasira netta f’ishma ammessi għan-negozjar f’suq regolat biex jirrapportaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f’limitu aktar baxx minn dak stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.

(20)

Fid-dawl ta’ dan, din il-miżura mġedda għandha żżomm il-kapaċità mtejba tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-EMSA biex jivvalutaw is-sitwazzjoni li qed tevolvi b’mod adegwat, jagħmlu differenza bejn iċ-ċaqliq tas-suq immexxi minn informazzjoni fundamentali minn dak li jista’ jiġi mibdi jew jiġi aggravat permezz ta’ bejgħ ta’ pożizzjoni qasira u jirreaġixxu jekk l-integrità, il-funzjonament ordnat u l-istabbiltà tas-swieq jirrikjedu azzjonijiet aktar stretti.

(c)   Implikazzjonijiet transkonfinali

(21)

It-theddid għall-integrità tas-suq, il-funzjonament ordnat u l-istabbiltà finanzjarja deskritti hawn fuq għandhom karattru pan-UE. Kif enfasizzat hawn fuq, mill-20 ta’ Frar 2020, l-Indiċi Eurostoxx 50, li jkopri 50 emittent tal-blue-chip minn 11-il (7) pajjiż taż-Żona tal-euro, naqas b’madwar 13 % u l-Indiċi STOXX Europe 800 li jirrappreżenta l-akbar 800 kumpanija fl-Ewropa b’16 % (Figura 1). Barra minn hekk, l-effett tal-pressjoni ta’ bejgħ mhux tas-soltu jibqa’ jidher fl-indiċi prinċipali tas-swieq tal-UE, minkejja sinjali riċenti ta’ rkupru (Figura 6).

(22)

Dan il-karattru pan-Ewropew jintwera wkoll biż-żieda fil-korrelazzjoni ta’ ċerti setturi. Pereżempju, kif ippreżentat minn (Figura 7), il-korrelazzjonijiet tas-servizzi finanzjarji, tal-banek u tas-setturi tal-assigurazzjoni mal-Euro Stoxx Europe 600 żdiedu b’mod rapidu minn Frar 2020 u qorbu lejn il-1.

(23)

Minħabba l-fatt li s-swieq finanzjarji tal-Istati Membri kollha tal-UE jiġu affettwati mit-theddid, l-implikazzjonijiet transkonfinali jibqgħu partikolarment serji peress li l-interkonnettività u ż-żieda fil-korrelazzjoni tas-swieq finanzjarji tal-UE jżidu l-probabbiltà ta’ effetti ta’ riperkussjoni jew ta’ kontaġju potenzjali fis-swieq f’każ ta’ pressjoni ta’ bejgħ ta’ pożizzjoni qasira.

3.   L-EBDA AWTORITÀ KOMPETENTI MA ĦADET MIŻURI BIEX TINDIRIZZA T-THEDDIDA JEW WAĦDA JEW AKTAR MILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI MA ĦADET/ĦADU MIŻURI LI MA JINDIRIZZAWX ADEGWATAMENT IT-THEDDIDA (L-ARTIKOLU 28(2)(b) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012)

(24)

Waħda mill-kundizzjonijiet biex l-ESMA tadotta l-miżura f’din id-Deċiżjoni hija li awtorità kompetenti jew awtoritajiet kompetenti ma jkunux ħadu azzjoni sabiex jindirizzaw it-theddida jew l-azzjonijiet li ttieħdu ma jindirizzawx adegwatament it-theddida.

(25)

L-integrità tas-suq, il-funzjonament ordnat u t-tħassib dwar l-istabbiltà finanzjarja deskritti fid-Deċiżjoni (UE) 2020/525, li jibqgħu validi għal din id-Deċiżjoni, wasslu lil xi awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jieħdu azzjonijiet nazzjonali mmirati biex jirrestrinġu l-bejgħ ta’ pożizzjoni qasira ta’ ishma.

(26)

Fi Spanja, fis-17 ta’ Marzu 2020, il-Comisión Nacional del Mercado de Valores (CNMV) introduċiet miżura ta’ emerġenza għal xahar skont l-Artikolu 20(2)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, dwar tranżazzjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu jew iżidu l-pożizzjonijiet qosra netti f’ishma ammessi għan-negozjar għad-diversi ċentri tan-negozjar Spanjoli li għalihom is-CNMV hija l-awtorità kompetenti rilevanti. L-applikazzjoni ta’ din il-miżura ġiet estiża sat-18 ta’ Mejju.

(27)

Fl-Italja, il-Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (CONSOB), fit-18 ta’ Marzu 2020, introduċiet miżura ta’ emerġenza għal tliet xhur skont l-Artikolu 20(2)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, dwar tranżazzjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu jew iżidu l-pożizzjonijiet qosra netti f’ishma ammessi għan-negozjar għas-suq regolat tal-MTA Taljana li għaliha l-CONSOB hija l-awtorità kompetenti rilevanti. Din il-miżura kellha tiskadi fit-18 ta’ Ġunju iżda tneħħiet fit-18 ta’ Mejju.

(28)

Fi Franza, fit-18 ta’ Marzu, l-Autorité des marchés financiers (AMF) introduċiet miżura ta’ emerġenza għal xahar skont l-Artikolu 20(2)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, dwar tranżazzjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu jew iżidu pożizzjonijiet qosra netti f’ishma ammessi għan-negozjar f’ċentri tan-negozjar Franċiżi li għalihom l-AMF hija l-awtorità kompetenti rilevanti. L-applikazzjoni ta’ din il-miżura ġiet estiża sat-18 ta’ Mejju.

(29)

Fil-Belġju, fit-18 ta’ Marzu 2020, l-Awtorità tat-Titoli u s-Swieq Finanzjarji (FSMA) introduċiet miżura ta’ emerġenza għal xahar skont l-Artikolu 20(2)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, dwar tranżazzjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu jew iżidu pożizzjonijiet qosra netti f’ishma ammessi għan-negozjar f’ċentri tan-negozjar Belġjani (Euronext Brussels u Euronext Growth), fejn l-FSMA hija l-awtorità kompetenti għas-suq l-aktar rilevanti. L-applikazzjoni ta’ din il-miżura ġiet estiża sat-18 ta’ Mejju.

(30)

Fil-Greċja, fit-18 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni Ellenika tas-Suq Kapitali (HCMC) introduċiet miżura ta’ emerġenza sal-24 ta’ April skont l-Artikolu 20(2)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, dwar tranżazzjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu jew iżidu l-pożizzjonijiet qosra netti f’ishma ammessi għan-negozjar fil-Borża ta’ Ateni li għaliha l-HCMC hija l-awtorità kompetenti rilevanti. L-applikazzjoni ta’ din il-miżura ġiet estiża sat-18 ta’ Mejju.

(31)

Fl-Awstrija, fit-18 ta’ Marzu 2020, il-Finanzmarktaufsicht Awstrijaka (FMA) introduċiet miżura ta’ emerġenza għal xahar skont l-Artikolu 20(2)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, fir-rigward tad-dħul jew iż-żieda ta’ bejgħ ta’ pożizzjoni qasira jew tranżazzjoni għajr bejgħ ta’ pożizzjoni qasira li toħloq, jew tkun relatata ma’ strument finanzjarju u l-effett jew wieħed mill-effetti ta’ dik it-tranżazzjoni huwa li jagħti vantaġġ finanzjarju lil persuna fiżika jew ġuridika fil-każ ta’ tnaqqis fil-prezz jew fil-valur tal-ishma ammessi għan-negozjar fis-Suq Regolat tal-Borża ta’ Vjenna (Amtlicher Handel; WBAH) u li għalih l-FMA hija l-awtorità kompetenti rilevanti. L-applikazzjoni ta’ din il-miżura ġiet estiża sat-18 ta’ Mejju.

(32)

Wara li skadew il-miżuri temporanji msemmija hawn fuq, ma ttieħdet l-ebda miżura oħra bbażata fuq ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 fl-UE, u mid-data ta’ din id-Deċiżjoni ma hemmx miżuri bħal dawn fis-seħħ.

(33)

Tali restrizzjonijiet temporanji fuq il-bejgħ ta’ pożizzjoni qasira skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 kellhom l-għan li jipprevjenu tnaqqis diżordinat fil-prezz tal-istrumenti finanzjarji taħt iċ-ċirkostanzi straordinarji maħluqa mill-COVID-19, iżda ma indirizzawx il-ħtieġa kontinwa biex jinżammu l-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ estiżi tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali biex jirfinaw aħjar kwalunkwe rispons regolatorju meħtieġ fix-xhur li ġejjin.

(34)

Fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, l-ebda awtorità kompetenti ma adottat miżuri biex iżżid il-viżibbiltà tagħha tal-evoluzzjoni tal-pożizzjonijiet qosra netti permezz tal-istabbiliment ta’ livelli limiti ta’ rapportar aktar baxxi, peress li jistgħu jserrħu fuq id-Deċiżjoni (UE) 2020/525.

(35)

Il-ħtieġa li jkun hemm viżibbiltà akbar tal-pożizzjonijiet qosra netti hija aktar akuta f’kuntest fejn ir-restrizzjonijiet imsemmija hawn fuq imposti taħt l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 għadhom kemm skadew jew tneħħew fis-sitt Stati Membri li fihom ġew imposti. Minħabba li l-bejgħ ta’ pożizzjoni qasira u t-tranżazzjonijiet b’effett ekwivalenti ma għadhomx aktar soġġetti għal restrizzjonijiet esterni oħra, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-UE jeħtieġ ikunu kapaċi jidentifikaw minn qabel jekk il-pożizzjonijiet qosra netti humiex qed jinbnew sa tali punt li jista’ jwassal biex jitfaċċa theddid għas-swieq finanzjarji u għall-istabbiltà finanzjarja deskritti hawn fuq u li jkun aggravat minn pressjoni ta’ bejgħ ta’ pożizzjoni qasira.

(36)

Fid-dawl tat-theddid pan-UE msemmi hawn fuq, sar evidenti li l-informazzjoni riċevuta mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali taħt il-limitu ordinarju ta’ rapportar stabbilit fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 mhijiex biżżejjed fil-kundizzjonijiet attwali tas-suq taħt stress. L-ESMA tqis li ż-żamma tat-tnaqqis tal-limiti ta’ rapportar għandha tiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kollha madwar l-UE u l-ESMA jkollhom l-aqwa sett ta’ data possibbli disponibbli biex jimmonitorjaw ix-xejriet tas-suq u jippermettu lilhom infushom u lill-ESMA jieħdu, jekk ikun meħtieġ, aktar miżuri.

4.   EFFIĊJENZA TAL-MIŻURA (L-ARTIKOLU 28(3)(a) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012)

(37)

L-ESMA għandha tqis ukoll sa liema punt il-miżura mġedda tindirizza b’mod sinifikanti t-theddid identifikat.

(38)

L-ESMA tqis li minkejja t-telf straordinarju li sar fin-negozjar tal-ishma fi swieq regolati mill-20 ta’ Frar 2020, is-swieq ħadmu b’mod ordnat u li l-integrità tas-swieq kienet fil-biċċa l-kbira ppreservata.

(39)

Għaldaqstant, l-ESMA analizzat iċ-ċirkostanzi attwali, b’mod partikolari b’referenza għal sa fejn dawn jikkostitwixxu theddid għall-integrità tas-swieq u għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni u jekk il-miżura tal-ESMA mġedda hijiex effiċjenti fl-indirizzar ta’ theddid bħal dan billi tieħu approċċ li jħares ’il quddiem.

(a)   Il-miżura tindirizza b’mod sinifikanti t-theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji

(40)

Taħt iċ-ċirkostanzi deskritti hawn fuq, kwalunkwe żieda f’daqqa fil-pressjoni ta’ bejgħ u l-volatilità tas-suq minħabba l-bejgħ ta’ pożizzjoni qasira u l-bini ta’ pożizzjonijiet qosra tista’ tamplifika x-xejriet ’l isfel fis-swieq finanzjarji. Filwaqt li l-bejgħ ta’ pożizzjoni qasira fi żminijiet oħra jista’ jservi funzjonijiet pożittivi f’termini tad-determinazzjoni tal-valutazzjoni korretta tal-emittenti, fiċ-ċirkostanzi attwali tas-suq dan jista’ joħloq theddida addizzjonali għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq.

(41)

B’mod partikolari, minħabba l-impatt orizzontali tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza attwali li taffettwa sett wiesa’ ta’ ishma madwar l-Unjoni, kwalunkwe tnaqqis fil-prezzijiet tal-ishma jista’ jkun aggravat minħabba l-pressjoni ta’ bejgħ addizzjonali li tirriżulta minn attività ta’ bejgħ ta’ pożizzjoni qasira u pożizzjonijiet qosra netti miżjuda li, jekk ikunu taħt il-livelli limiti normali għal notifika lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, għalhekk ma jiġux identifikati mingħajr il-miżura mġedda.

(42)

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-ESMA jeħtieġ li jkunu konxji mill-aktar fis possibbli tal-parteċipanti fis-suq li jidħlu f’bejgħ ta’ pożizzjoni qasira u jibnu pożizzjonijiet qosra netti sinifikanti biex, jekk ikun meħtieġ, jipprevjenu li dawk il-pożizzjonijiet isiru sinjali li jwasslu għal kaskata ta’ ordnijiet ta’ bejgħ u b’konsegwenza waqgħa sinifikanti fil-prezzijiet.

(43)

L-ESMA tikkunsidra li, mingħajr it-tiġdid ta’ din il-miżura, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-ESMA ma jkollhomx il-kapaċità li jimmonitorjaw b’mod adegwat is-suq fl-ambjent tas-suq attwali, fejn in-natura li qed tevolvi tal-kriżi tal-COVID-19 tista’ tirriżulta f’pressjoni ta’ bejgħ f’daqqa u b’mod sinifikanti u f’volatilità addizzjonali mhux tas-soltu fil-prezz tal-ishma tal-Unjoni li mbagħad jistgħu jiġu amplifikati aktar bl-akkumulazzjoni ta’ pożizzjonijiet qosra.

(44)

Fl-istess ħin, filwaqt li l-ESMA qed timmonitorja fuq bażi kontinwa l-kundizzjonijiet tas-suq u tieħu miżuri ulterjuri jekk ikun meħtieġ, attwalment tqis li huwa adegwat li żżomm il-limitu normali ta’ pubblikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 peress li t-tnaqqis ta’ dan il-limitu ma jidhirx li huwa meħtieġ mill-perspettivi taż-żamma ta’ swieq ordnati u tal-indirizzar tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja.

(b)   Il-miżura tindirizza b’mod sinifikanti t-theddida għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni

(45)

Kif deskritt hawn fuq, in-negozjar f’ishma fil-perjodu mill-20 ta’ Frar 2020 kien u għadu kkaratterizzat minn pressjoni sostanzjali ta’ bejgħ u volatilità mhux tas-soltu li jwasslu għal tnaqqis sinifikanti fi spirali ’l isfel li jaffettwaw l-emittenti mit-tipi kollha ta’ setturi. Kif muri hawn fuq, l-involviment f’bejgħ ta’ pożizzjoni qasira u l-bini ta’ pożizzjonijiet qosra netti sinifikanti jistgħu jamplifikaw il-pressjoni tal-bejgħ u x-xejriet ’l isfel li min-naħa tagħhom jistgħu jkunu ta’ theddida li jista’ jkollha effetti detrimentali ħafna fuq l-istabbiltà finanzjarja ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u kumpaniji minn setturi oħra.

(46)

F’dan il-kuntest, il-limitazzjonijiet tad-data għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-ESMA jirrestrinġu l-kapaċità tagħhom li jindirizzaw kwalunkwe effett negattiv potenzjali fuq l-ekonomija u, fl-aħħar mill-aħħar, l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi.

(47)

Għaldaqstant, il-miżura mġedda tal-ESMA biex b’mod temporanju tnaqqas il-limiti ta’ rapportar tal-pożizzjonijiet qosra netti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b’mod effiċjenti tindirizza din it-theddida għall-istabbiltà tal-partijiet jew, fl-aħħar mill-aħħar, tas-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni billi tnaqqas il-limitazzjonijiet tad-data u ssaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jindirizzaw it-theddid futur minn stadju bikri.

(c)   Titjib tal-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti li jimmonitorjaw it-theddida

(48)

F’kundizzjonijiet ordinarji tas-suq, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jimmonitorjaw kwalunkwe theddida li tista’ tirriżulta mill-bejgħ ta’ pożizzjoni qasira u l-bini ta’ pożizzjonijiet qosra netti b’għodod superviżorji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, b’mod partikolari l-obbligi ta’ rapportar li jikkonċernaw il-pożizzjonijiet qosra netti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 236/2012 (8).

(49)

Madankollu, il-kundizzjonijiet eżistenti tas-suq jagħmluha neċessarja li tiġi intensifikata l-attività ta’ monitoraġġ tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-ESMA fir-rigward tal-pożizzjonijiet qosra netti aggregati f’ishma ammessi għan-negozjar fi swieq regolati. Għal dan il-għan u minħabba l-inċertezza kontinwa relatata mal-kriżi tal-COVID-19, huwa importanti li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jibqgħu jirċievu informazzjoni dwar l-akkumulazzjoni ta’ pożizzjonijiet qosra netti fi stadju bikri, qabel ma jilħqu l-livell normali ta’ 0,2 % tal-kapital azzjonarju maħruġ. Dan jiġi enfasizzat mill-perċentwal dejjem jiżdied ta’ ishma b’pożizzjoni qasira netta bejn 0,1 % u 0,2 % tal-kapital azzjonarju maħruġ matul il-perjodu mis-16 ta’ Marzu sal-1 ta’ Ġunju 2020.

(50)

Għaldaqstant, il-miżura mġedda tal-ESMA żżomm il-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jittrattaw kwalunkwe theddid identifikat fi stadju aktar bikri, u tippermetti lilhom u lill-ESMA biex jiġġestixxu fil-ħin it-theddid għall-funzjonament ordnat tas-swieq u l-istabbiltà finanzjarja f’każ li jidher kwalunkwe sinjal ta’ stress tas-suq.

5.   IL-MIŻURI MA JOĦOLQUX RISKJU TA’ ARBITRAĠĠ REGOLATORJU (L-ARTIKOLU 28(3)(b) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012)

(51)

Sabiex tiġi adottata jew imġedda miżura skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, l-ESMA għandha tqis jekk il-miżura toħloqx riskju ta’ arbitraġġ regolatorju.

(52)

Peress li l-miżura mġedda tal-ESMA tikkonċerna l-obbligi ta’ rapportar tal-parteċipanti fis-suq fir-rigward tal-ishma kollha ammessi għan-negozjar fi swieq regolati fl-Unjoni, din tiżgura limitu ta’ rapportar uniku għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kollha, u b’hekk jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fost il-parteċipanti fis-suq minn ġewwa u barra mill-Unjoni fir-rigward tan-negozjar ta’ ishma ammessi għan-negozjar fi swieq regolati fl-Unjoni.

6.   IL-MIŻURA TAL-ESMA MA GĦANDHIEX EFFETT DETRIMENTALI FUQ L-EFFIĊJENZA TAS-SWIEQ FINANZJARJI, INKLUŻ BILLI TNAQQAS IL-LIKWIDITÀ F’DAWN IS-SWIEQ JEW TOĦLOQ INĊERTEZZA GĦALL-PARTEĊIPANTI FIS-SUQ, LI JKUN SPROPORZJONAT GĦALL-BENEFIĊĊJI TAGĦHA (L-ARTIKOLU 28(3)(c) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012)

(53)

L-ESMA għandha tivvaluta jekk il-miżura għandhiex effetti detrimentali li jitqiesu sproporzjonati meta mqabbla mal-benefiċċji tagħha.

(54)

L-ESMA tqis li huwa xieraq li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jimmonitorjaw mill-qrib l-evoluzzjoni tal-pożizzjonijiet qosra netti qabel ma jikkunsidraw li jadottaw kwalunkwe miżura oħra. L-ESMA tinnota li l-limiti ta’ rapportar normali (0,2 % tal-kapital azzjonarju maħruġ) jistgħu ma jkunux adegwati fil-kundizzjonijiet eċċezzjonali attwali tas-suq biex jidentifikaw ix-xejriet u t-theddid futur fil-ħin.

(55)

Għalkemm l-introduzzjoni ta’ obbligu ta’ rappurtar imsaħħaħ setgħet żiedet piż addizzjonali għall-entitajiet ta’ rapportar, attwalment dawn tal-aħħar diġà adattaw is-sistemi interni tagħhom mal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2020/525 u għaldaqstant din il-miżura mġedda mhix mistennija li tkompli tħalli impatt fuq l-ispejjeż ta’ konformità tal-entitajiet ta’ rapportar. Barra minn hekk, dan mhux se jillimita l-kapaċità tal-parteċipanti tas-suq li jidħlu jew iżidu l-pożizzjonijiet qosra tagħhom fl-ishma. B’riżultat ta’ dan, l-effiċjenza tas-suq mhix se tiġi affettwata.

(56)

Meta mqabbla ma’ miżuri oħra potenzjali u aktar intrużivi, il-miżura mġedda attwali ma għandhiex taffettwa l-likwidità fis-suq peress li l-obbligu ta’ rapportar miżjud għal sett limitat ta’ parteċipanti fis-suq ma għandux jibdel l-istrateġiji kummerċjali tagħhom u għaldaqstant, il-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq. Barra minn hekk, l-eċċezzjoni prevista miżmuma għall-attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq u għall-programmi ta’ stabbilizzazzjoni hija maħsuba biex ma żżidx il-piż għal entitajiet li jipprovdu servizzi importanti f’termini tal-forniment ta’ likwidità u t-tnaqqis tal-volatilità, partikolarment rilevanti fis-sitwazzjoni attwali.

(57)

Fit-termini tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura mġedda, l-ESMA temmen li l-limitazzjoni tagħha għal settur wieħed jew diversi setturi jew għal kwalunkwe subsett ta’ emittenti tista’ ma tiksibx l-eżitu mixtieq. Il-kobor tat-tnaqqis fil-prezzijiet irreġistrat wara t-tifqigħa tal-pandemija COVID-19, il-firxa wiesgħa ta’ ishma (u setturi) affettwati u l-grad ta’ interkonnessjoni bejn l-ekonomiji u ċ-ċentri tan-negozjar tal-UE, jissuġġerixxu li x’aktarx miżura fl-UE kollha tkun aktar effettiva mill-miżuri settorjali.

(58)

F’termini ta’ ħolqien ta’ inċertezza tas-suq, il-miżura ma tintroduċix obbligi regolatorji ġodda, peress li timmodifika biss l-obbligu ta’ rapportar normali li ilu fis-seħħ mill-2012, billi tbaxxi l-livell limitu rilevanti. L-ESMA tenfasizza wkoll li l-miżura mġedda tibqa’ limitata għar-rapportar ta’ ishma li huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat fl-Unjoni biex jaqbdu dawk il-pożizzjonijiet fejn ir-rapportar addizzjonali jidher l-aktar rilevanti.

(59)

Għaldaqstant, l-ESMA tqis li obbligu ta’ trasparenza msaħħa bħal dan ma għandux ikollu effett detrimentali fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq l-investituri li jkun sproporzjonat meta mqabbel mal-benefiċċji tiegħu u ma għandu joħloq ebda inċertezza fis-swieq finanzjarji.

(60)

F’termini tat-tul ta’ żmien tal-miżura, l-ESMA tqis li tiġdid tal-miżura għal tliet xhur huwa ġustifikat meta wieħed iqis l-informazzjoni disponibbli bħalissa u l-perspettiva ġenerali inċerta fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19. L-ESMA għandha l-ħsieb li terġa’ lura għall-obbligu ta’ rapportar regolari hekk kif is-sitwazzjoni titjieb, iżda fl-istess ħin ma tistax twarrab il-possibbiltà li testendi l-miżura jekk is-sitwazzjoni tmur għall-agħar jew jekk is-swieq jibqgħu fi stat fraġli.

(61)

Fuq din il-bażi u sa minn din id-data, l-ESMA tqis li din id-Deċiżjoni għat-tiġdid tal-miżura temporanja ta’ trasparenza miżjuda fuq il-pożizzjonijiet qosra netti, hija proporzjonata fiċ-ċirkostanzi attwali.

7.   KONSULTAZZJONI U AVVIŻ (L-ARTIKOLU 28(4) U (5) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012)

(62)

L-ESMA kkonsultat lill-BERS. Il-BERS ma qajjem l-ebda oġġezzjoni għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni proposta.

(63)

L-ESMA nnotifikat lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali bid-Deċiżjoni maħsuba.

(64)

Il-miżura mġedda tal-EMSA tapplika mis-17 ta’ Ġunju 2020.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjoni

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, “suq regolat” tfisser suq regolat kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(21) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

Artikolu 2

Obbligi ta’ trasparenza addizzjonali temporanji

1.   Persuna fiżika jew ġuridika li jkollha pożizzjoni qasira netta fir-rigward tal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ kumpanija li jkollha l-ishma tagħha ammessi għan-negozjar f’suq regolat għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti, skont l-Artikoli 5 u 9 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 meta l-pożizzjoni tilħaq jew taqa’ taħt livell limitu ta’ notifika rilevanti msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Livell limitu ta’ notifika rilevanti huwa perċentwal li jkun ugwali għal 0,1 % tal-kapital azzjonarju maħruġ tal-kumpanija kkonċernata u kull 0,1 % aktar minn dan il-limitu.

Artikolu 3

Eżenzjonijiet

1.   Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, l-obbligi ta’ trasparenza addizzjonali temporanji msemmija fl-Artikolu 2 ma għandhomx japplikaw għal ishma ammessi għan-negozjar f’suq regolat fejn iċ-ċentru prinċipali tan-negozjar tal-ishma jkun jinsab f’pajjiż terz.

2.   Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, l-obbligi ta’ trasparenza addizzjonali temporanji msemmija fl-Artikolu 2 ma għandhomx japplikaw għal tranżazzjonijiet imwettqa minħabba attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq.

3.   L-obbligi ta’ trasparenza addizzjonali temporanji msemmija fl-Artikolu 2 ma għandhomx japplikaw għal pożizzjoni qasira netta fir-rigward tat-twettiq ta’ stabbilizzazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Gunju 2020. Din għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha għal perjodu ta’ tliet xhur.

Magħmul f’Pariġi, l-10 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Bord tas-Superviżuri

Steven MAIJOOR

Il-President


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(2)  ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 274, 9.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 116, 15.4.2020, p. 5.

(5)  https://www.ecb.europa.eu/pub/financial-stability/fsr/html/ecb.fsr201911~facad0251f.en.html

(6)  https://www.esma.europa.eu/sites/default/files/library/esma50-165-1179_risk_dashboard_no.1_2020.pdf

(7)  l-Awstrija, il-Belġju, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Portugall u Spanja.

(8)  Ara l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.

(9)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).


ANNESS

Image 1

Nota: Data sal-4.6.2020.

Sorsi: Refinitiv EIKON, ESMA.

Image 2

Nota: Prezzijiet ta’ ekwità. 2.2.2020 = 100.

Sorsi: Refinitiv Datastream, ESMA.

Image 3

Nota: Volatilitajiet implikati tal-EURO STOXX 50 (VSTOXX) u S&P 500 (VIX), f’%.

Sorsi: Refinitiv Datastream, ESMA

Image 4

Nota: Prezzijiet ta’ ekwità. 2.2.2020 = 100.

Sorsi: Refinitiv Datastream, ESMA.

Image 5

Nota: Is-CDS jinfirex fuq korporazzjonijiet tal-European IG (iTraxx Europe, korporazzjonijiet tal-European HY (iTraxx Europe Crossover) u European Financials, f’bps.

Sorsi: Refinitiv EIKON, ESMA.

Image 6

Nota: Data sal-4.6.2020.

Sorsi: Refinitiv EIKON, ESMA.

Image 7

Nota: Il-korrelazzjonijiet bejn ir-redditi ta’ kuljum tal-indiċi settorjali ta’ STOXX Europe 600 u STOXX Europe 600. Ikkalkolati fuq tieqa ripetuta ta’ 60 jum.

Sorsi: Refinitiv Datastream, ESMA.

Image 8

Sorsi: ESMA


Rettifika

30.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/31


Rettifika tad-Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 178 tat‐28 ta' Ġunju 2013 )

Fil-werrej u fil-paġna 66, it-Titolu:

minflok:

“Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE”;

aqra:

“Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar is-sikurezza tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE”.


30.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/32


Rettifika tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 77 tat‐23 ta' Marzu 2016 )

Fil-paġna 8, l-Artikolu 2, il-punt 20:

minflok:

“20.

‘ħaddiem lil hinn mill-kosta’ tfisser persuna li taħdem fi stallazzjoni offshore li tinsab barra l-ilmijiet territorjali imma f’żona ta’ sfruttar ekonomiku marittimu tal-Istati Membri kif definit mil-liġi marittima internazzjonali, u li jirritorna regolarment bil-baħar jew bl-ajru fit-territorju tal-Istati Membri;”

aqra:

“20.

‘ħaddiem offshore’ tfisser persuna li taħdem fi stallazzjoni offshore li tinsab barra l-ilmijiet territorjali imma f’żona ta’ sfruttar ekonomiku marittimu tal-Istati Membri kif definit mil-liġi marittima internazzjonali, u li jirritorna regolarment bil-baħar jew bl-ajru fit-territorju tal-Istati Membri;”.


30.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/33


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1085 tat-23 ta’ Lulju 2020 li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwu għall-klorpirifos u l-klorpirifos-metil f’ċerti prodotti jew fuqhom

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 239 tal-24 ta’ Lulju 2020 )

1.

Fil-paġna 8, id-data ta’ applikazzjoni fl-Artikolu 2 hija mibdula kif ġej:

minflok:

mis-6 ta’ Awwissu 2020;

aqra:

mit-13 ta’ Novembru 2020.

2.

Anness huwa miżjud mar-Regolament (UE) 2020/1085:

“ANNESS

L-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, jitħassru l-kolonni għall-klorpirifos u l-klorpirifos-metil.

(2)

Fl-Anness V, jiżdiedu l-kolonni għall-klorpirifos u l-klorpirifos-metil.

Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs (a)

Klorpirifos (F)

klorpirifos-metil (F) (R)

0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

0,01*

0,01*

0110000

Frott taċ-ċitru

 

 

0110010

Grejpfrut

 

 

0110020

Larinġ

 

 

0110030

Lumi

 

 

0110040

Xkomp

 

 

0110050

Mandolin

 

 

0110990

Oħrajn (2)

 

 

0120000

Ġewż tas-siġar

 

 

0120010

Lewż

 

 

0120020

Ġewż tal-Brażil

 

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

 

0120040

Qastan

 

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

 

0120060

Ġellewż

 

 

0120070

Macadamia

 

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

 

0120100

Pistaċċi

 

 

0120110

Ġewż

 

 

0120990

Oħrajn (2)

 

 

0130000

Pomu

 

 

0130010

Tuffieħ

 

 

0130020

Lanġas

 

 

0130030

Sfarġel

 

 

0130040

Naspli

 

 

0130050

Naspli tal-Ġappun

 

 

0130990

Oħrajn (2)

 

 

0140000

Frott tal-għadma

 

 

0140010

Berquq

 

 

0140020

Ċiras (ħelu)

 

 

0140030

Ħawħ

 

 

0140040

Għanbaqar

 

 

0140990

Oħrajn (2)

 

 

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

 

0151000

(a) għeneb

 

 

0151010

Għeneb tal-mejda

 

 

0151020

Għeneb għall-inbid

 

 

0152000

(b) frawli

 

 

0153000

(c) frott tal-kannamiela

 

 

0153010

Tut

 

 

0153020

Tut salvaġġ

 

 

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

 

 

0153990

Oħrajn (2)

 

 

0154000

(d)frott żgħir u kukku oħrajn

 

 

0154010

Mirtill

 

 

0154020

Cranberries

 

 

0154030

Ribes (ħamra, sewda u bajda)

 

 

0154040

Ribes bix-xewk (ħodor, ħomor u sofor)

 

 

0154050

Warda skoċċiża

 

 

0154060

Ċawsli (iswed u abjad)

 

 

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

 

 

0154080

Frott tas-sebuqa

 

 

0154990

Oħrajn (2)

 

 

0160000

Frott ta' diversi tipi bl-affarijiet li ġejjin:

 

 

0161000

(a)b’qoxra li tittiekel

 

 

0161010

Tamal

 

 

0161020

Tin

 

 

0161030

Żebbuġ tal-mejda

 

 

0161040

Larinġ tal-qsari

 

 

0161050

Karambola

 

 

0161060

Kaki

 

 

0161070

Għanbaqar ta' Ġava

 

 

0161990

Oħrajn (2)

 

 

0162000

(b) b’qoxra li ma tittikilx, u żgħir

 

 

0162010

Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar, isfar)

 

 

0162020

Liċċi

 

 

0162030

Frott tal-passjoni

 

 

0162040

Bajtar tax-xewk

 

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

 

0162060

Frott tal-kaki tal-Virġinja

 

 

0162990

Oħrajn (2)

 

 

0163000

(c) b’qoxra li ma tittikilx, u kbir

 

 

0163010

Avokado

 

 

0163020

Banana

 

 

0163030

Mango

 

 

0163040

Papaja

 

 

0163050

Rummien

 

 

0163060

Ċerimoja

 

 

0163070

Gwava

 

 

0163080

Ananas

 

 

0163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż

 

 

0163100

Durian

 

 

0163110

Il-frotta tal-annona

 

 

0163990

Oħrajn (2)

 

 

0200000

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

0,01*

0,01*

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

 

 

0211000

(a) patata

 

 

0212000

(b) ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

 

 

0212010

Għeruq tal-kassava

 

 

0212020

Patata ħelwa

 

 

0212030

Jammijiet

 

 

0212040

Ararut

 

 

0212990

Oħrajn (2)

 

 

0213000

(c) ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi ħelwa

 

 

0213010

Pitravi

 

 

0213020

Zunnarija

 

 

0213030

Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

 

0213040

Għeruq tal-mustarda

 

 

0213050

Artiċokks

 

 

0213060

Zunnarija bajda

 

 

0213070

Tursin ta' Hamburg

 

 

0213080

Ravanell

 

 

0213090

Leħjet il-bodbod

 

 

0213100

Swedes

 

 

0213110

Lift

 

 

0213990

Oħrajn (2)

 

 

0220000

Ħxejjex tal-basla

 

 

0220010

Tewm

 

 

0220020

Basal

 

 

0220030

Xalotti

 

 

0220040

Basal tar-Rebbiegħa/basal aħdar u basal ta’ Wales

 

 

0220990

Oħrajn (2)

 

 

0230000

Ħxejjex tal-frott

 

 

0231000

Ħxejjex tal-frott tal-familja tas-Solanaceae u tal-familja tal-Malvaceae

 

 

0231010

Tadam

 

 

0231020

Bżar ħelu

 

 

0231030

Brunġiel

 

 

0231040

Bamja

 

 

0231990

Oħrajn (2)

 

 

0232000

(b) kukurbiti b'qoxra li tittiekel

 

 

0232010

Ħjar

 

 

0232020

Ħjar tal-pikles

 

 

0232030

Zukkini

 

 

0232990

Oħrajn (2)

 

 

0233000

(c)kukurbiti b’qoxra li ma tittikilx

 

 

0233010

Bettieħ

 

 

0233020

Qara’ aħmar

 

 

0233030

Dulliegħ

 

 

0233990

Oħrajn (2)

 

 

0234000

(d) qamħirrum ħelu

 

 

0239000

(e) ħxejjex tal-frott oħrajn

 

 

0240000

Ħxejjex tal-Brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

 

 

0241000

(a)Brassika li tagħmel il-fjuri

 

 

0241010

Brokkli

 

 

0241020

Pastard

 

 

0241990

Oħrajn (2)

 

 

0242000

(b) kaboċċi kkapoċċati

 

 

0242010

Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

 

 

0242020

Kaboċċa kkapoċċati

 

 

0242990

Oħrajn (2)

 

 

0243000

(c) brassika bil-weraq

 

 

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

 

 

0243020

Kaboċċi (“kales”)

 

 

0243990

Oħrajn (2)

 

 

0244000

(d) ġdur

 

 

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

 

0251000

(a) ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

 

 

0251010

Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ

 

 

0251020

Ħass

 

 

0251030

Skalora/indivja bil-weraq wesgħin

 

 

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

 

 

0251050

Krexxuni tal-art

 

 

0251060

Aruka

 

 

0251070

Mustarda ħamra

 

 

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

 

 

0251990

Oħrajn (2)

 

 

0252000

(b) spinaċi u weraq simili

 

 

0252010

Spinaċi

 

 

0252020

Burdlieq

 

 

0252030

Weraq tas-selq

 

 

0252990

Oħrajn (2)

 

 

0253000

(c) weraq tad-dwieli u speċijiet simili

 

 

0254000

(d) krexxuni

 

 

0255000

(e) ċikwejra

 

 

0256000

(f) ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

 

0256010

Maxxita

 

 

0256020

Kurrat selvaġġ

 

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

 

0256040

Tursin

 

 

0256050

Salvja

 

 

0256060

Klin

 

 

0256070

Timu

 

 

0256080

Ħabaq u fjuri li jittieklu

 

 

0256090

Weraq tar-rand

 

 

0256100

Stregun

 

 

0256990

Oħrajn (2)

 

 

0260000

Legumi

 

 

0260010

Fażola (bl-imżiewed)

 

 

0260020

Fażola (bla mżiewed)

 

 

0260030

Piżelli (bl-imżiewed)

 

 

0260040

Piżelli (bla mżiewed)

 

 

0260050

Għads

 

 

0260990

Oħrajn (2)

 

 

0270000

Ħxejjex biz-zokk

 

 

0270010

Spraġ

 

 

0270020

Kardun

 

 

0270030

Krafes

 

 

0270040

Bużbież ta' Firenze

 

 

0270050

Qaqoċċ

 

 

0270060

Kurrat

 

 

0270070

Rabarbru

 

 

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

 

 

0270090

Qlub tal-palm

 

 

0270990

Oħrajn (2)

 

 

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

 

 

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

 

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

 

 

0280990

Ħażiż u likeni

 

 

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

 

 

0300000

BUS U ĦEMES

0,01*

0,01*

0300010

Fażola

 

 

0300020

Għads

 

 

0300030

Piżelli

 

 

0300040

Lupini/fażola tal-lupini

 

 

0300990

Oħrajn (2)

 

 

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

0,01*

0,01*

0401000

Żrieragħ taż-żejt

 

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

 

 

0401020

Karawett

 

 

0401030

Żerriegħa tal-peprin

 

 

0401040

Ġulġlien

 

 

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

 

 

0401060

Żerriegħa tal-lift

 

 

0401070

Fażola tas-sojja

 

 

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

 

 

0401090

Żerriegħa tal-qoton

 

 

0401100

Żerriegħa tal-qara’ aħmar

 

 

0401110

Żrieragħ tal-għosfor

 

 

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

 

 

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

 

 

0401140

Qannebusa

 

 

0401150

Fażola tar-riġnu

 

 

0401990

Oħrajn (2)

 

 

0402000

Frott taż-żejt

 

 

0402010

Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

 

 

0402020

Qlub tal-palm taż-żejt

 

 

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

 

 

0402040

Kapok

 

 

0402990

Oħrajn (2)

 

 

0500000

ĊEREALI

0,01*

0,01*

0500010

Xgħir

 

 

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

 

 

0500030

Qamħirrum

 

 

0500040

Millieġ komuni

 

 

0500050

Ħafur

 

 

0500060

Ross

 

 

0500070

Segala

 

 

0500080

Sorgu

 

 

0500090

Qamħ

 

 

0500990

Oħrajn (2)

 

 

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

0,01*

0,01*

0610000

Tejiet

 

 

0620000

Kafeni

 

 

0630000

Infużjonijiet erbali mill-affarijiet li ġejjin:

 

 

0631000

(a) mill-fjuri

 

 

0631010

Kamumella

 

 

0631020

Ibisku

 

 

0631030

Ward

 

 

0631040

Ġiżimin

 

 

0631050

Tilju

 

 

0631990

Oħrajn (2)

 

 

0632000

(b) mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi

 

 

0632010

Frawla

 

 

0632020

Rooibos

 

 

0632030

Matè/Te tal-Paragwaj

 

 

0632990

Oħrajn (2)

 

 

0633000

(c) mill-għeruq

 

 

0633010

Valerjana

 

 

0633020

Ġinseng

 

 

0633990

Oħrajn (2)

 

 

0639000

(d) minn kull parti oħra tal-pjanta

 

 

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

 

 

0650000

Ħarrub

 

 

0700000

ĦOPS

0,01*

0,01*

0800000

ĦWAWAR

 

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

0,01*

0,01*

0810010

Ħlewwa

 

 

0810020

Kemmun iswed

 

 

0810030

Karfus

 

 

0810040

Kosbor

 

 

0810050

Kemmun

 

 

0810060

Xibt

 

 

0810070

Bużbież

 

 

0810080

Fienu

 

 

0810090

Noċemuskata

 

 

0810990

Oħrajn (2)

 

 

0820000

Ħwawar tal-frott

0,01*

0,01*

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

 

0820030

Karwija

 

 

0820040

Kardamomu

 

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

 

0820060

Boċċi tal-bżar (suwed, ħodor u bojod)

 

 

0820070

Vanilja

 

 

0820080

Tamar tal-Indja/tamarindi

 

 

0820990

Oħrajn (2)

 

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,01*

0,01*

0830010

Kannella

 

 

0830990

Oħrajn (2)

 

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

 

0840010

Għud is-sus

0,01*

0,01*

0840020

Ġinġer (10)

 

 

0840030

Żagħfran tal-Indja/kurkuma

0,01*

0,01*

0840040

Għerq tal-mustarda (11)

 

 

0840990

Oħrajn (2)

0,01*

0,01*

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,01*

0,01*

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

 

0850020

Kappar

 

 

0850990

Oħrajn (2)

 

 

0860000

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

0,01*

0,01*

0860010

Żagħfran

 

 

0860990

Oħrajn (2)

 

 

0870000

Ħwawar tal-aril

0,01*

0,01*

0870010

Il-qoxra ta’ barra tan-noċemuskata

 

 

0870990

Oħrajn (2)

 

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,01*

0,01*

0900010

Pitravi ħelu

 

 

0900020

Kannamieli

 

 

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

 

 

0900990

Oħrajn (2)

 

 

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

0,01*

0,01*

1010000

Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin:

 

 

1011000

(a) mill-ħnieżer

 

 

1011010

Muskoli

 

 

1011020

Xaħam

 

 

1011030

Fwied

 

 

1011040

Kliewi

 

 

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

 

1011990

Oħrajn (2)

 

 

1012000

(b) mill-annimali bovini

 

 

1012010

Muskoli

 

 

1012020

Xaħam

 

 

1012030

Fwied

 

 

1012040

Kliewi

 

 

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

 

1012990

Oħrajn (2)

 

 

1013000

(c) min-nagħaġ

 

 

1013010

Muskoli

 

 

1013020

Xaħam

 

 

1013030

Fwied

 

 

1013040

Kliewi

 

 

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

 

1013990

Oħrajn (2)

 

 

1014000

(d) mill-mogħoż

 

 

1014010

Muskoli

 

 

1014020

Xaħam

 

 

1014030

Fwied

 

 

1014040

Kliewi

 

 

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

 

1014990

Oħrajn (2)

 

 

1015000

(e) mill-ekwini

 

 

1015010

Muskoli

 

 

1015020

Xaħam

 

 

1015030

Fwied

 

 

1015040

Kliewi

 

 

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

 

1015990

Oħrajn (2)

 

 

1016000

(f) mill-pollam

 

 

1016010

Muskoli

 

 

1016020

Xaħam

 

 

1016030

Fwied

 

 

1016040

Kliewi

 

 

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

 

1016990

Oħrajn (2)

 

 

1017000

(g) minn annimali terrestri mrobbijin oħrajn

 

 

1017010

Muskoli

 

 

1017020

Xaħam

 

 

1017030

Fwied

 

 

1017040

Kliewi

 

 

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

 

1017990

Oħrajn (2)

 

 

1020000

Ħalib

 

 

1020010

Bhejjem tal-ifrat

 

 

1020020

Nagħaġ

 

 

1020030

Mogħoż

 

 

1020040

Żwiemel

 

 

1020990

Oħrajn (2)

 

 

1030000

Bajd tal-għasafar

 

 

1030010

Tiġieġ

 

 

1030020

Papri

 

 

1030030

Wiżż

 

 

1030040

Summien

 

 

1030990

Oħrajn (2)

 

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura (7)

 

 

1050000

Amfibji u Rettili

 

 

1060000

Annimali terrestri invertebrati

 

 

1070000

Annimali vertebrati terrestri slavaġ

 

 

1100000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

 

1200000

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

 

1300000

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 

 

(*)

Jindika limitu ta' kwantifikazzjoni analitika

(a)

Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.

(F) = Solubbli fix-xaħam

Klorpirifos-metil (F) (R)

(R) = Id-definizzjoni tar-residwu tvarja għall-kumbinazzjonijiet tan-numru ta’ pestiċida-kodiċi li ġejjin: Klorpirifos-metil - kodiċi 500000: it-total ta’ klorpirifos-metil u ta’ desmetil klorpirifos-metil