ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 230

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
17 ta' Lulju 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1044 tat-8 ta’ Mejju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-valuri għall-potenzjali ta’ tisħin globali u l-linji gwida tal-inventarju u fir-rigward tas-sistema tal-inventarju tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2014 ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1045 tat-13 ta’ Lulju 2020 li jagħlaq l-istaġun tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u fil-Mediterran tal-bastimenti li jtajru l-bandiera Griega

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1046 tat-13 ta’ Lulju 2020 li jagħlaq l-istaġun tas-sajd għat-tonn f’arċipelagi speċifiċi tal-bastimenti tas-sajd artiġjanali li jtajru l-bandiera Griega

9

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1047 tal-15 ta’ Lulju 2020 li tippermetti lill-Portugall jawtorizza l-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali

12

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1048 tal-15 ta’ Lulju 2020 li tippermetti lill-Awstrija tawtorizza l-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in-situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali (notifikata bid-dokument C(2020) 4724)

15

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1049 tal-15 ta’ Lulju 2020 li tippermetti lil Franza tawtorizza l-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali (notifikata bid-dokument C(2020) 4715)

18

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1050 tal-15 ta’ Lulju 2020 li tippermetti lil Spanja tawtorizza l-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali

21

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1051 tas-16 ta’ Lulju 2020 li tittermina r-riinvestigazzjoni ta’ assorbiment li tikkonċerna importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

24

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1052 tas-16 ta’ Lulju 2020 li temenda r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni

26

 

 

REGOLI TA' PROĊEDURA

 

*

Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 tas-26 ta’ Mejju 2020 li tistabbilixxi regoli interni rigward restrizzjonijiet ta’ ċerti drittijiet ta’ suġġetti tad-data fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-funzjonament tal-FCH 2 JU

29

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 tas-17 ta’ Mejju 2019 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha ( ĠU L 129 I, 17.5.2019 )

36

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796 tas-17 ta’ Mejju 2019 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha ( ĠU L 129 I, 17.5.2019 )

37

 

*

Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 93/61/KEE tat-2 ta’ Lulju 1993 li tistabilixxi l-pjani li jindikaw il-kondizzjonijiet li jridu jiġu mħarsa mill-materjal propagattiv ta’ ħaxix u pjanti, barra miż-żerriegħa skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE ( ĠU L 250, 7.10.1993 ) (Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Volum 015)

38

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 tal-5 ta’ Mejju 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta’ kondensazzjoni u chillers tal-proċess ( ĠU L 177, 8.7.2015 )

39

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

17.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1044

tat-8 ta’ Mejju 2020

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-valuri għall-potenzjali ta’ tisħin globali u l-linji gwida tal-inventarju u fir-rigward tas-sistema tal-inventarju tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2014

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(6)(b) u l-Artikolu 37(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-kuntest tal-politika dwar il-klima. Id-dispożizzjonijiet ta’ dak il-mekkaniżmu huma integrati bis-sħiħ fir-Regolament (UE) 2018/1999, li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 mill-1 ta’ Jannar 2021. Fi ħdan dak il-mekkaniżmu, jeħtieġ li jiġu adottati valuri għall-potenzjali tat-tisħin globali u li jiġu speċifikati l-linji gwida tal-inventarju.

(2)

Rigward il-potenzjali ta’ tisħin globali, l-ewwel laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (l-UNFCCC) li serviet bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima tal-2015 wara l-wieħed u għoxrin Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (“il-Ftehim ta’ Pariġi”) stabbiliet metrika komuni għat-traduzzjoni ta’ gassijiet serra fl-ekwivalenti tas-CO2 għall-finijiet tar-rapportar tal-inventarji ta’ gassijiet serra. Dik il-metrika komuni tissejjes fuq il-valuri għall-potenzjal ta’ tisħin globali stabbiliti fil-Ħames Rapport ta’ Valutazzjoni (3) tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (l-IPCC). Jenħtieġ li l-valuri għall-potenzjali ta’ tisħin globali jqisu dik il-metrika komuni.

(3)

Jenħtieġ li l-linji gwida tal-inventarju ta’ gassijiet serra jiġu speċifikati f’konformità mal-iżviluppi internazzjonali. Minbarra l-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali ta’ Gassijiet Serra tal-2006 tal-IPCC, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ iqisu l-modalitajiet, il-proċeduri u l-linji gwida għall-qafas ta’ trasparenza għall-azzjoni u għall-appoġġ imsemmija fl-Artikolu 13 tal-Ftehim ta’ Pariġi stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni 18/CMA.1 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi (“id-Deċiżjoni 18/CMA.1”). Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mħeġġa jużaw is-Suppliment tal-2013 għal-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali ta’ Gassijiet Serra tal-2006 tal-IPCC: Artijiet mistagħdra.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-inventarju tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti aktar objettivi tal-programm tal-Unjoni ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-inventarju tal-Unjoni jiġi kkompletat skont id-Deċiżjoni 18/CMA.1, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-metodoloġiji u d-data li għandhom jintużaw mill-Kummissjoni meta tħejji l-istimi għad-data nieqsa minn inventarju ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 37(5) tar-Regolament (UE) 2018/1999.

(6)

Sabiex jiġu żgurati l-puntwalità, it-trasparenza, l-akkuratezza, il-konsistenza, il-komparabilità u l-kompletezza tal-inventarju tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġi speċifikat il-kontenut tal-kontrolli inizjali mwettqa fuq id-data tal-inventarju ta’ gassijiet serra imressqa mill-Istati Membri. Jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-akkuratezza bħala parti mill-kontrolli inizjali tiżgura li l-Istati Membri ma jissopravalutawx jew ma jissottovalutawx sistematikament l-emissjonijiet u l-assorbimenti reali b’rabta mal-kategoriji ewlenin tal-Unjoni. Barra minn hekk, billi r-rapportar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mis-sorsi u l-assorbimenti mill-bjar mis-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija (il-LULUCF) huwa parti integrali tar-rapportar tal-inventarju ta’ gassijiet serra u minħabba l-inklużjoni tas-settur tal-LULUCF fil-mira tal-klima tal-2030, jenħtieġ li l-kontrolli inizjali fis-settur tal-LULUCF jiġu allinjati ma’ dawk imwettqa fis-setturi l-oħra. Fis-settur tal-LULUCF, id-data dwar l-attività rrapportata dwar l-użu tal-art u t-tibdil fl-użu tal-art tista’ titqabbel mal-informazzjoni miksuba mill-programmi u mill-istħarriġ tal-Unjoni u tal-Istati Membri, bħal Copernicus u LUCAS.

(7)

L-istimi biex tiġi kkompletata d-data nieqsa tal-inventarju nazzjonali biex jiġi kkompilat l-inventarju tal-Unjoni jitħejjew f’konformità mal-linji gwida tal-inventarju ta’ gassijiet serra. Dawk l-istimi ma jistgħux jiġu ddeterminati mingħajr ma jiġu applikati l-valuri għall-potenzjal ta’ tisħin globali ta’ gassijiet serra. Peress li r-regoli dwar il-potenzjali ta’ tisħin globali, il-linji gwida tal-inventarju u s-sistema tal-inventarju tal-Unjoni huma marbutin b’mod sostantiv, jixraq li dawn jiġu inklużi f’Regolament Delegat wieħed.

(8)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mad-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1999, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

(9)

F’konformità mal-Artikoli 57 u 58 tar-Regolament (UE) 2018/1999, ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, li għandu japplika għar-rapporti li jkun fihom data mis-snin 2018, 2019 u 2020. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2014 (4) jitħassar mill-1 ta’ Jannar 2021. Madankollu, jenħtieġ li l-Artikoli 6 u 7 tiegħu jissoktaw ikollhom effett għar-rapporti li jkun fihom id-data meħtieġa għas-snin 2019 u 2020,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għar-rapporti mressqa mill-Istati Membri li jinkludu d-data meħtieġa mis-sena 2021 ’l quddiem.

Artikolu 2

Potenzjali ta’ tisħin globali

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jużaw il-potenzjali ta’ tisħin globali elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament bl-għan li tiġi stabbilita u rrapportata d-data tal-inventarji ta’ gassijiet serra skont il-paragrafi 3, 4 u 5 tal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Artikolu 3

Linji gwida tal-Inventarju ta’ Gassijiet Serra

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu l-inventarji ta’ gassijiet serra msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 tal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1999, f’konformità ma’:

(a)

il-Linji Gwida tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (l-IPCC) tal-2006 għall-Inventarji Nazzjonali ta’ Gassijiet Serra;

(b)

il-modalitajiet, il-proċeduri u l-linji gwida għall-qafas ta’ trasparenza għall-azzjoni u għall-appoġġ imsemmija fl-Artikolu 13 tal-Ftehim ta’ Pariġi stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni 18/CMA.1 tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi (“id-Deċiżjoni 18/CMA.1”).

Artikolu 4

Objettivi tal-programm ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi, iżżomm u tfittex li kontinwament ittejjeb is-sistema tal-inventarju tal-Unjoni ta’ gassijiet serra abbażi tal-objettivi li ġejjin tal-programm ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità li:

(a)

l-inventarju tal-Unjoni ta’ gassijiet serra jkun komplut billi, fejn ikun rilevanti, tiġi applikata l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37(5) tar-Regolament (UE) 2018/1999, b’konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat;

(b)

is-sistema tal-inventarju tal-Unjoni ta’ gassijiet serra tipprovdi kemm aggregazzjoni trasparenti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Istati Membri mis-sorsi u l-assorbimenti mill-bjar kif ukoll ħarsa ġenerali tad-deskrizzjonijiet metodoloġiċi għall-kategoriji ewlenin tal-Unjoni, u tirrifletti b’mod trasparenti l-kontribut tal-emissjonijiet tal-Istati Membri mis-sorsi u l-assorbimenti mill-bjar għall-inventarju tal-Unjoni ta’ gassijiet serra;

(c)

l-ammont totali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni mis-sorsi u l-assorbimenti mill-bjar għal sena ta’ rapportar huwa daqs is-somma tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Istati Membri mis-sorsi u l-assorbimenti mill-bjar kif irrapportat skont il-paragrafi 3, 4 u 5 tal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1999 għal dik l-istess sena;

(d)

l-inventarju tal-Unjoni ta’ gassijiet serra jinkludi serje kronoloġika konsistenti ta’ emissjonijiet mis-sorsi u l-assorbimenti mill-bjar għas-snin kollha rrapportati.

2.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iżidu, fejn possibbli, il-komparabilità tal-inventarji nazzjonali ta’ gassijiet serra billi jfittxu sinerġija tal-metodi, tad-data dwar l-attività, tal-ispjegi u tal-allokazzjoni tal-emissjonijiet mis-sorsi u l-assorbimenti mill-bjar mill-Istati Membri, fejn xieraq.

3.   L-objettivi tal-programm ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità tal-inventarju tal-Unjoni għandhom jikkumplimentaw l-objettivi tal-programmi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità implimentati mill-Istati Membri.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità tad-data dwar l-attività, tal-fatturi ta’ emissjoni u ta’ parametri oħra li jintużaw għall-inventarju nazzjonali tagħhom ta’ gassijiet serra.

Artikolu 5

Mili tal-lakuni

1.   L-istimi tal-Kummissjoni biex tkun kompluta d-data tal-inventarju mressqa minn Stat Membru kif imsemmija fl-Artikolu 37(5) tar-Regolament (UE) 2018/1999 għandhom jissejsu fuq il-metodoloġiji u fuq id-data li ġejjin:

(a)

meta fis-sena ta’ rapportar preċedenti, Stat Membru jkun ressaq serje kronoloġika konsistenti ta’ stimi għall-kategorija tas-sorsi rilevanti u:

(i)

dak l-Istat Membru jkun ressaq inventarju approssimat ta’ gassijiet serra għas-sena X – 1 skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999 li jinkludi l-istima nieqsa, skont id-data minn dak l-inventarju approssimat ta’ gassijiet serra;

(ii)

dak l-Istat Membru ma jkunx ressaq inventarju approssimat ta’ gassijiet serra għas-sena X – 1 skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999, iżda l-Unjoni tkun stmat emissjonijiet approssimati ta’ gassijiet serra għas-sena X – 1 għal dak l-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999, skont id-data minn dak l-inventarju approssimat tal-Unjoni ta’ gassijiet serra;

(iii)

l-użu tad-data mill-inventarju approssimat ta’ gassijiet serra tal-Istat Membru ma jkunx possibbli jew jista’ jwassal għal stima xejn akkurata, għall-istimi nieqsa fis-settur tal-enerġija, skont id-data statistika dwar l-enerġija miksuba f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

(iv)

l-użu tad-data mill-inventarju approssimat ta’ gassijiet serra ma jkunx possibbli jew jista’ jwassal għal stima tassew mhux akkurata, għall-istimi nieqsa fis-setturi li mhumiex tal-enerġija, dwar metodoloġiji ta’ stima konsistenti mal-parir tekniku dwar il-mili tal-lakuni fit-Taqsima 2.2.3 tal-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali ta’ Gassijiet Serra tal-2006 tal-IPCC (Vol. 1) bl-użu, fejn xieraq, tal-istatistika Ewropea;

(b)

meta stima ta’ emissjoni mis-sors jew l-assorbiment mill-bjar għall-kategorija rilevanti tkun ġiet soġġetta għal korrezzjonijiet tekniċi f’konformità mal-Artikolu 38(2)(d) tar-Regolament (UE) 2018/1999 fl-aħħar eżami mill-ġdid qabel it-tressiq u l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ressaq stima riveduta, skont il-metodu użat mit-tim ta’ esperti tekniċi għall-eżami mill-ġdid għall-kalkolu tal-korrezzjoni teknika;

(c)

meta ma tkunx disponibbli serje kronoloġika konsistenti ta’ stimi rapportati għall-kategorija tas-sorsi rilevanti, dwar il-metodoloġiji tal-istima konsistenti mal-parir tekniku dwar il-mili tal-lakuni li hemm fit-Taqsima 2.2.3 tal-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali ta’ Gassijiet Serra tal-2006 tal-IPCC (Vol. 1).

2.   Il-Kummissjoni għandha tħejji l-istimi msemmija fil-paragrafu 1 sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ rapportar, f’konsultazzjoni u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu juża l-istimi msemmija fil-paragrafu 1 għat-tressiq tiegħu tal-inventarji nazzjonali lis-Segretarjat tal-UNFCCC skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Artikolu 6

Kontrolli inizjali

Il-kontrolli inizjali mwettqa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 37(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999 jistgħu jinkludu:

(a)

valutazzjoni dwar jekk il-kategoriji kollha meħtieġa skont il-modalitajiet, il-proċeduri u l-linji gwida għall-qafas ta’ trasparenza għall-azzjoni u għall-appoġġ imsemmija fl-Artikolu 13 tal-Ftehim ta’ Pariġi stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni 18/CMA.1 u għall-gassijiet serra kollha msemmija fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1999 humiex irrapportati mill-Istat Membru;

(b)

valutazzjoni dwar jekk is-serje kronoloġika tad-data tal-emissjonijiet mis-sorsi u l-assorbimenti mill-bjar hijiex konsistenti;

(c)

valutazzjoni dwar jekk il-fatturi tal-emissjoni implikati fl-Istati Membri humiex komparabbli meta jitqiesu l-fatturi prestabbiliti tal-emissjonijiet tal-IPCC għal ċirkostanzi nazzjonali differenti;

(d)

valutazzjoni tal-użu tal-ispjegi “Mhux Stmati” fejn il-metodoloġiji tal-Grad 1 tal-IPCC jeżistu u fejn l-użu tal-ispjegi mhuwiex ġustifikat f’konformità mal-punt 32 tal-Anness tad-Deċiżjoni 18/CMA.1;

(e)

analiżi tal-kalkoli mill-ġdid imwettqa għat-tressiq tal-inventarju ta’ gassijiet serra, inkluż jekk il-kalkoli mill-ġdid humiex ibbażati fuq bidliet metodoloġiċi;

(f)

tqabbil tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra verifikati rrapportati skont l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rrapportati skont l-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) 2018/1999;

(g)

tqabbil tar-riżultati tal-approċċ ta’ referenza tal-Eurostat mal-approċċ ta’ referenza tal-Istati Membri;

(h)

tqabbil tar-riżultati tal-approċċ settorjali tal-Eurostat mal-approċċ settorjali tal-Istati Membri;

(i)

valutazzjoni dwar jekk l-Istat Membru implimentax kwistjonijiet minn kontrolli inizjali u eżamijiet mill-ġdid preċedenti tal-Unjoni kif ukoll rakkomandazzjonijiet minn eżamijiet mill-ġdid tal-UNFCCC;

(j)

valutazzjoni tal-akkuratezza tal-istimi tal-emissjonijiet tal-Istati Membri mis-sorsi u l-assorbimenti mill-bjar fir-rigward tal-kategoriji ewlenin tal-Unjoni;

(k)

valutazzjoni tat-trasparenza u tal-kompletezza tad-deskrizzjonijiet metodoloġiċi rrapportati mill-Istati Membri għall-kategoriji ewlenin tal-Unjoni;

(l)

valutazzjoni tal-monitoraġġ u tar-rapportar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mis-sorsi u l-assorbimenti mill-bjar fis-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija (il-LULUCF) skont il-Parti 3 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1999, inkluż l-assenjament tal-kategoriji ewlenin, il-metodoloġija tal-Grad applikata, u t-tqabbil tad-data dwar l-attività rrapportata dwar l-użu tal-art u t-tibdil fl-użu tal-art mal-informazzjoni miksuba mill-programmi u mill-istħarriġ tal-Unjoni u tal-Istati Membri.

Artikolu 7

Tħassir

Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 666/2014 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021, soġġett għad-dispożizzjoni tranżizzjonali stipulata fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Dispożizzjoni tranżizzjonali

B’deroga mill-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 666/2014 għandhom jissoktaw ikollhom effett għar-rapporti li jkun fihom id-data meħtieġa għas-snin 2019 u 2020.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).

(3)  Il-kolonna “GWP 100-year” fit-Tabella 8.A.1 tal-Appendiċi 8.A tar-rapport imsejjaħ “Climate Change 2013: The Physical Science Basis. Contribution of Working Group I to the Fifth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change”, p. 731; disponibbli fuq https://www.ipcc.ch/assessment-report/ar5/.

(4)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2014 tat-12 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti sostantivi għal sistema ta' inventarju tal-Unjoni filwaqt li jitqiesu l-bidliet fil-potenzjali ta' riskaldament globali u ta' gwidi ta' inventarju li sar ftehim dwarhom f'livell internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 26).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1).


ANNESS

POTENZJALI TA’ TISĦIN GLOBALI

Akronomu, isem komuni jew isem kimiku

Potenzjal ta’ tisħin globali

Diossidu tal-Karbonju (CO2)

1

Metan (CH4)

28

Ossidu nitruż (N2O)

265

Eżafluworur tal-kubrit (SF6)

23 500

Trifluworur tan-nitroġenu (NF3)

16 100

Idrofluworokarburi (HFCs):

HFC-23 CHF3

12 400

HFC-32 CH2F2

677

HFC-41 CH3F

116

HFC-125 CHF2CF3

3 170

HFC-134 CHF2CHF2

1 120

HFC-134a CH2FCF3

1 300

HFC-143 CH2FCHF2

328

HFC-143a CH3CF3

4 800

HFC-152 CH2FCH2F

16

HFC-152a CH3CHF2

138

HFC-161 CH3CH2F

4

HFC-227ea CF3CHFCF3

3 350

HFC-236cb CF3CF2CH2F

1 210

HFC-236ea CF3CHFCHF2

1 330

HFC-236fa CF3CH2CF3

8 060

HFC-245fa CHF2CH2CF3

858

HFC-245ca CH2FCF2CHF2

716

HFC-365mfc CH3CF2CH2CF3

804

HFC-43-10mee CF3CHFCHFCF2CF3 jew (C5H2F10)

1 650

Perfluworokarburi (PFCs):

PFC-14, Perfluworometan, CF4

6 630

PFC-116, Perfluworoetan, C2F6

11 100

PFC-218, Perfluworopropan, C3F8

8 900

PFC-318, Perfluworoċiklobutan, c-C4F8

9 540

Perfluworoċiklopropan c-C3F6

9 200

PFC-3-1-10, Perfluworobutan, C4F10

9 200

PFC-4-1-12, Perfluworopentan, C5F12

8 550

PFC-5-1-14, Perfluworoeżan, C6F14

7 910

PFC-9-1-18, C10F18

7 190


17.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1045

tat-13 ta’ Lulju 2020

li jagħlaq l-istaġun tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u fil-Mediterran tal-bastimenti li jtajru l-bandiera Griega

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2020.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tat-tonn li l-bastimenti li jtajru l-bandiera Griega jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għamlu fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u fil-Mediterran eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2020.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2020 għall-Greċja għall-istokk tat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u fil-Mediterran imsemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera Griega jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi ttrażbordat jew ittrasportat lejn pajjiż ieħor jew li jinħatt l-art minnhom.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).


ANNESS

Numru

08/TQ/123

Stat Membru

Il-Greċja

Stokk

BFT/AE45WM

Speċi

It-tonn (Thunnus thynnus)

Żona

L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u l-Mediterran

Data tal-Għeluq

22.6.2020 f’24:00


17.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1046

tat-13 ta’ Lulju 2020

li jagħlaq l-istaġun tas-sajd għat-tonn f’arċipelagi speċifiċi tal-bastimenti tas-sajd artiġjanali li jtajru l-bandiera Griega

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2020.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tat-tonn li l-bastimenti tas-sajd artiġjanali li jtajru l-bandiera Griega jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għamlu f’arċipelagi speċifiċi eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2020.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2020 għall-Greċja għall-istokk tat-tonn f’arċipelagi speċifiċi msemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti tas-sajd artiġjanali li jtajru l-bandiera Griega jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti tas-sajd artiġjanali wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi ttrażbordat jew ittrasportat lejn pajjiż ieħor jew li jinħatt l-art minnhom.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).


ANNESS

Numru

07/TQ/123

Stat Membru

Il-Greċja (il-bastimenti tas-sajd artiġjanali)

Stokk

BFT/AVARCH

Speċi

It-tonn (Thunnus thynnus)

Żona

Arċipelagi speċifiċi fil-Greċja (il-Gżejjer Jonji), fi Spanja (il-Gżejjer Kanarji) u fil-Portugall (l-Azores u Madeira)

Data tal-Għeluq

Is-17 ta’ Ġunju 2020 f’24:00


DEĊIŻJONIJIET

17.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/12


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1047

tal-15 ta’ Lulju 2020

li tippermetti lill-Portugall jawtorizza l-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali

(It-test bil-Portugiż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 55(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Permanenti għall-Prodotti Bijoċidali,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 fih sustanzi attivi li għandhom profil tas-saħħa ambjentali jew tas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali aktar favorevoli. Il-prodotti li fihom dawn is-sustanzi attivi jistgħu għalhekk jiġu awtorizzati bi proċedura simplifikata. In-nitroġenu huwa inkluż fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 soġġett għar-restrizzjoni li jintuża fi kwantitajiet limitati f’kontenituri pronti għall-użu.

(2)

Skont l-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, in-nitroġenu huwa approvat bħala sustanza attiva għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18, insettiċidi (2). Il-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu kif approvat huma awtorizzati f’diversi Stati Membri inkluż il-Portugall u huma fornuti f’ċilindri tal-gass (3).

(3)

In-nitroġenu jista’ wkoll jiġi ġġenerat in situ mill-arja ambjentali. In-nitroġenu ġġenerat in situ bħalissa mhuwiex approvat għall-użu fl-Unjoni u la hu elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, u lanqas hu mdaħħal fil-lista ta’ sustanzi attivi inklużi fil-programm ta’ rieżami tas-sustanzi attivi eżistenti fil-prodotti bijoċidali fl-Anness II tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (4).

(4)

Skont l-Artikolu 55(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, fil-11 ta’ Frar 2020 il-Portugall ressaq applikazzjoni lill-Kummissjoni għal deroga mill-Artikolu 19(1)(a) ta’ dak ir-Regolament li fiha titlob li titħalla tawtorizza l-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ mill-arja ambjentali għall-protezzjoni tal-wirt kulturali (“l-applikazzjoni”).

(5)

Il-wirt kulturali tista’ ssirlu ħsara minn firxa wiesgħa ta’ organiżmi ta’ ħsara, mill-insetti sal-mikroorganiżmi. Il-preżenza ta’ dawk l-organiżmi mhux biss tista’ twassal għat-telf tal-oġġett kulturali nnifsu, iżda toħloq ukoll ir-riskju li dawk l-organiżmi ta’ ħsara jinfirxu għal oġġetti oħra fil-qrib. Mingħajr trattament xieraq, l-oġġetti tista’ ssirilhom ħsara b’mod irrimedjabbli, u b’hekk il-wirt kulturali jitpoġġa f’riskju serju.

(6)

In-nitroġenu ġġenerat in situ jintuża biex tinħoloq atmosfera kkontrollata b’konċentrazzjoni baxxa ħafna ta’ ossiġenu (anossija) f’tined jew f’kompartimenti tat-trattament issiġillati b’mod permanenti jew temporanju għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-oġġetti ta’ wirt kulturali. In-nitroġenu jiġi sseparat mill-arja ambjentali u jiġi ppumpjat fit-tinda jew fil-kompartiment tat-trattament, fejn il-kontenut tan-nitroġenu fl-atmosfera jiżdied għal bejn wieħed u ieħor 99 % u b’hekk l-ossiġenu jiġi eżawrit kważi kompletament. L-umdità tan-nitroġenu li jiġi ppumpjat fiż-żona għat-trattament tiġi ffissata skont x’jirrikjedi l-oġġett li jrid jiġi ttrattat. L-organiżmi ta’ ħsara ma jistgħux jibqgħu ħajjin fil-kundizzjonijiet maħluqa fit-tinda jew fil-kompartiment tat-trattament.

(7)

Kif iddikjarat fl-applikazzjoni, f’dawn l-aħħar deċennji l-iżvilupp tat-teknika tal-anossija bbażata fuq in-nitroġenu għat-trattament ta’ oġġetti ta’ wirt kulturali ppermetta lill-istituzzjonijiet kulturali (il-mużewijiet, l-arkivji, il-libreriji, iċ-ċentri ta’ konservazzjoni u ta’ restawr, eċċ.) jitbiegħdu mill-użu ta’ sustanzi tossiċi ħafna li kienu jintużaw qabel.

(8)

Skont l-informazzjoni li tressqet mill-Portugall, l-użu tan-nitroġenu ġġenerat in situ jidher li huwa l-unika teknika effettiva għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara li tista’ tintuża għat-tipi kollha ta’ materjali u kombinazzjonijiet ta’ materjali preżenti fl-istituzzjonijiet kulturali mingħajr ma tbiddel il-karatteristiċi makroskopiċi u molekolari tal-oġġetti. Din it-teknika tista’ tiġi applikata għat-trattament ta’ materjali partikolarment sensittivi, bħall-patrimonju etnografiku, il-mummji, l-arti kontemporanja, għall-konservazzjoni tagħhom.

(9)

Il-metodu tal-anossija jew ta’ atmosfera mmodifikata jew ikkontrollata huwa elenkat fl-istandard EN 16790:2016 “Konservazzjoni tal-wirt kulturali - Ġestjoni integrata tal-organiżmi ta’ ħsara (IPM) għall-protezzjoni tal-wirt kulturali” u f’dan l-istandard in-nitroġenu huwa deskritt bħala “l-aktar użat” biex tinħoloq l-anossija.

(10)

Hemm disponibbli tekniki oħra għall-kontroll tal-organiżmi ta’ ħsara, bħar-radjazzjoni gamma, it-tekniki ta’ xokk termali (b’temperaturi għoljin jew baxxi) u l-mikromewġ. Barra minn hekk, jistgħu jintużaw sustanzi attivi oħra għal dak l-iskop. Madankollu, skont il-Portugall, kull waħda minn dawn it-tekniki għandha limitazzjonijiet f’termini tal-materjali li fuqhom jistgħu jiġu applikati.

(11)

Kif iddikjarat fl-applikazzjoni, f’istituzzjonijiet kulturali bilkemm għadhom jintużaw sustanzi attivi oħra minħabba l-profil ta’ periklu tagħhom. Wara t-trattament b’dawn is-sustanzi, ir-residwi fuq l-oġġetti ttrattati jistgħu jiġu rilaxxati progressivament fl-ambjent, u dan joħloq riskju għas-saħħa tal-bniedem. Dan huwa partikolarment rilevanti għall-istituzzjonijiet kulturali li huma miftuħin għall-viżitaturi.

(12)

Skont l-informazzjoni li tressqet mill-Portugall, il-proċessi ta’ xokk termali (it-trattamenti bl-iffriżar jew bis-sħana) għandhom effetti mhux mixtieqa fuq diversi materjali. Iż-żieda jew it-tnaqqis fit-temperatura jistgħu jikkawżaw ħsara irriversibbli lill-oġġetti tal-wirt kulturali, speċjalment għall-komponenti organiċi. Il-proċessi termali ġeneralment ma jkunux adattati għat-trattament tal-pitturi, u tal-oġġetti polikromi marbuta bix-xama’, biż-żejt jew bil-proteini, minħabba li matul it-trattament, il-proprjetajiet li jiddependu mit-temperatura tal-materjali jistgħu jinbidlu u jikkawżaw ħsara irriversibbli lill-oġġetti. Barra minn hekk, it-temperaturi għolja jistgħu jrattbu l-kolla f’oġġetti mwaħħla bil-kolla kif ukoll iċekknu materjali bħall-ġilda u l-parċmina.

(13)

Skont l-informazzjoni fl-applikazzjoni, l-użu tan-nitroġenu fiċ-ċilindri mhuwiex alternattiva xierqa għall-istituzzjonijiet kulturali, billi għandu żvantaġġi prattiċi. Il-kwantitajiet limitati fiċ-ċilindri jirrikjedu trasport frekwenti u faċilità tal-ħżin separata. Barra minn hekk, jista’ jkun li t-tagħbija konċentrata tal-art f’xi bini ta’ mużewijiet storiċi jista’ jinqabeż minħabba l-piż tal-għadd ta’ ċilindri meħtieġ. Barra minn hekk, it-trattament bin-nitroġenu fiċ-ċilindri jiġġenera spejjeż għoljin għall-istituzzjonijiet kulturali.

(14)

Skont l-applikazzjoni, matul dawn l-aħħar deċennji, bosta istituzzjonijiet kulturali investew fil-bini ta’ kompartimenti tat-trattament u fix-xiri ta’ ġeneraturi tan-nitroġenu. Minħabba l-versatilità u l-adegwatezza tagħha għat-trattament tal-materjali kollha, l-anossija tan-nitroġenu ġġenerata in situ tintuża b’mod mifrux ħafna fil-konservazzjoni tal-wirt kulturali.

(15)

Jekk l-istituzzjonijiet kulturali jintalbu jużaw diversi tekniki biex jikkontrollaw l-organiżmi ta’ ħsara - kull waħda minnhom adattata għal materjali u oġġetti speċifiċi - minflok jużaw teknika waħda li tkun diġà ntużat u li tkun adattata għall-materjali kollha, l-istituzzjonijiet kulturali jkollhom iġarrbu spejjeż addizzjonali u tkun aktar ikkumplikata għalihom biex jilħqu l-objettiv li jitbiegħdu mill-użu ta’ sustanzi attivi aktar perikolużi fl-IPM tagħhom.

(16)

Fl-2019, f’bosta laqgħat (5) tal-grupp ta’ esperti tal-Awtoritajiet Kompetenti għall-Prodotti Bijoċidali tal-Kummissjoni, saru diskussjonijiet dwar il-possibbiltà ta’ deroga skont l-Artikolu 55(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għan-nitroġenu ġġenerat in situ.

(17)

Barra minn hekk, fuq talba tal-Kummissjoni, wara l-ewwel applikazzjoni simili għal deroga għall-prodotti li jikkonsistu f’nitroġenu ġġenerat in situ mill-Awstrija, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi wettqet konsultazzjoni pubblika dwar dik l-applikazzjoni, u ppermettiet lill-partijiet interessati kollha jipprovdu l-fehmiet tagħhom. Il-maġġoranza l-kbira tal-1 487 kumment li waslu kienu favur id-deroga. Bosta kontributuri ddeskrivew l-iżvantaġġi tat-tekniki alternattivi disponibbli: it-trattamenti termali jistgħu jagħmlu ħsara lil ċerti materjali; l-użu ta’ sustanzi attivi oħra jħalli residwi tossiċi fuq l-artefatti li progressivament jiġu rilaxxati fl-ambjent; l-użu tan-nitroġenu fiċ-ċilindri ma jippermettix li tiġi kkontrollata l-umdità relattiva fiż-żona għat-trattament, u dan huwa meħtieġ għat-trattament ta’ ċerti materjali.

(18)

Żewġ organizzazzjonijiet internazzjonali li jirrappreżentaw il-mużewijiet u s-siti ta’ wirt kulturali - il-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet u l-Kunsill Internazzjonali għall-Monumenti u għas-Siti - esprimew l-intenzjoni tagħhom li jressqu applikazzjoni għall-inklużjoni tan-nitroġenu ġġenerat in situ fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, u dan jista’ jippermetti lill-Istati Membri jawtorizzaw il-prodotti li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ mingħajr il-ħtieġa għal deroga f’konformità mal-Artikolu 55(3) ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, it-twettiq tal-evalwazzjoni ta’ applikazzjoni bħal din, l-inklużjoni tas-sustanza fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u l-ksib ta’ awtorizzazzjonijiet tal-prodott, jeħtieġu ż-żmien.

(19)

L-applikazzjoni turi li ma hemm l-ebda alternattiva xierqa disponibbli fil-Portugall, billi t-tekniki alternattivi kollha disponibbli bħalissa għandhom xi żvantaġġi jew minħabba li mhumiex adattati għat-trattament tal-materjali kollha jew għandhom xi żvantaġġi prattiċi.

(20)

Abbażi ta’ dawk l-argumenti kollha huwa xieraq li wieħed jikkonkludi li n-nitroġenu ġġenerat in situ huwa essenzjali għall-protezzjoni tal-wirt kulturali fil-Portugall u li ma hemm l-ebda alternattiva xierqa disponibbli. Għalhekk jenħtieġ li l-Portugall jitħalla jawtorizza t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali.

(21)

L-inklużjoni possibbli tan-nitroġenu ġġenerat in situ fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u l-awtorizzazzjoni sussegwenti mill-Istati Membri tal-prodotti li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ, jeħtieġu ż-żmien. Għalhekk huwa xieraq li tkun permessa deroga għal perjodu ta’ żmien li jkun jippermetti t-tlestija tal-proċeduri sottostanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Portugall jista’ jawtorizza t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/89/KE tat-30 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi n-nitroġenu bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (ĠU L 199, 31.7.2009, p. 19).

(3)  Lista ta’ prodotti awtorizzati disponibbli fuq https://echa.europa.eu/fr/information-on-chemicals/biocidal-products.

(4)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(5)  It-83, l-84, il-85 u s-86 laqgħa tal-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni tar-rappreżentanti tal-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li saru f’Mejju 2019, f’Lulju 2019, f’Settembru 2019 u f’Novembru 2019, rispettivament. Il-minuti tal-laqgħat huma disponibbli fuq https://ec.europa.eu/health/biocides/events_en#anchor0


17.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/15


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1048

tal-15 ta’ Lulju 2020

li tippermetti lill-Awstrija tawtorizza l-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in-situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali

(notifikata bid-dokument C(2020) 4724)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 55(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Permanenti għall-Prodotti Bijoċidali,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 fih sustanzi attivi li għandhom profil tas-saħħa ambjentali jew tas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali aktar favorevoli. Il-prodotti li fihom dawn is-sustanzi attivi jistgħu għalhekk jiġu awtorizzati bi proċedura simplifikata. In-nitroġenu huwa inkluż fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 soġġett għar-restrizzjoni li jintuża fi kwantitajiet limitati f’kontenituri pronti għall-użu.

(2)

Skont l-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, in-nitroġenu huwa approvat bħala sustanza attiva għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18, insettiċidi (2). Il-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu kif approvat huma awtorizzati f’diversi Stati Membri inkluż l-Awstrija u huma fornuti f’ċilindri tal-gass (3).

(3)

In-nitroġenu jista’ wkoll jiġi ġġenerat in-situ mill-arja ambjentali. In-nitroġenu ġġenerat in-situ bħalissa mhuwiex approvat għall-użu fl-Unjoni u la mhuwa elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, u lanqas mhuwa mdaħħal fil-lista ta’ sustanzi attivi inklużi fil-programm ta’ rieżami tas-sustanzi attivi eżistenti fil-prodotti bijoċidali fl-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (4).

(4)

Skont l-Artikolu 55(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, fis-26 ta’ Ġunju 2019 l-Awstrija ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għal deroga mill-Artikolu 19(1)(a) ta’ dak ir-Regolament li fiha titlob li titħalla tawtorizza l-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in-situ mill-arja ambjentali għall-protezzjoni tal-wirt kulturali (“l-applikazzjoni”). F’ittra tat-3 ta’ Settembru 2019, l-Awstrija pprovdiet aktar informazzjoni dwar l-użu tan-nitroġenu ġġenerat in-situ mill-mużewijiet u dwar in-nuqqas ta’ alternattivi xierqa.

(5)

Il-wirt kulturali jista’ jiġi ddanneġġat minn firxa wiesgħa ta’ organiżmi ta’ ħsara, mill-insetti sal-mikroorganiżmi. Il-preżenza ta’ dawk l-organiżmi mhux biss tista’ twassal għat-telf tal-oġġett kulturali nnifsu, iżda toħloq ukoll ir-riskju li dawk l-organiżmi ta’ ħsara jinfirxu għal oġġetti oħra fil-qrib. Mingħajr trattament xieraq, l-oġġetti jistgħu jiġu ddanneġġati b’mod irrimedjabbli, u b’hekk il-wirt kulturali jitpoġġa f’riskju serju.

(6)

In-nitroġenu ġġenerat in-situ jintuża biex tinħoloq atmosfera kkontrollata b’konċentrazzjoni baxxa ħafna ta’ ossiġenu (anossija) f’tined jew fi kmamar għat-trattament issiġillati b’mod permanenti jew temporanju għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-oġġetti ta’ wirt kulturali. In-nitroġenu jiġi sseparat mill-arja ambjentali u jiġi ppumpjat fit-tinda jew fil-kamra għat-trattament, fejn il-kontenut tan-nitroġenu fl-atmosfera jiżdied għal bejn wieħed u ieħor 99 % u b’hekk l-ossiġenu jiġi eżawrit kważi kompletament. L-umdità tan-nitroġenu li jiġi ppumpjat fiż-żona għat-trattament tiġi ffissata skont x’jirrikjedi l-oġġett li jrid jiġi ttrattat. L-organiżmi ta’ ħsara ma jistgħux jibqgħu ħajjin fil-kundizzjonijiet maħluqa fit-tinda jew fil-kamra għat-trattament.

(7)

Skont l-informazzjoni mressqa mill-Awstrija, l-użu tan-nitroġenu ġġenerat in-situ jidher li huwa l-unika teknika effettiva għall-kontroll tal-organiżmi ta’ ħsara li tista’ tintuża għat-tipi kollha ta’ materjali u ta’ kombinamenti ta’ materjali preżenti fil-kollezzjonijiet tal-mużewijiet u fil-wirjiet u fis-siti ta’ wirt kulturali mingħajr ma ssirilhom ħsara u hija effettiva kontra l-organiżmi ta’ ħsara magħrufa kollha li jaffettwaw l-oġġetti ta’ wirt kulturali fl-istadji kollha ta’ żvilupp.

(8)

Il-metodu tal-anossija jew ta’ atmosfera mmodifikata jew ikkontrollata huwa elenkat fl-istandard EN 16790:2016 “Konservazzjoni tal-wirt kulturali - Ġestjoni integrata tal-organiżmi ta’ ħsara (IPM) għall-protezzjoni tal-wirt kulturali” u f’dan l-istandard in-nitroġenu huwa deskritt bħala “l-aktar użat” biex tinħoloq anossija.

(9)

Huma disponibbli tekniki oħrajn għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara, bħal pereżempju t-trattament b’temperatura baxxa, it-trattament bis-sħana, it-trattament bl-arja sħuna bl-umdità kkontrollata. Barra minn hekk, jistgħu jintużaw sustanzi bijoċidali oħra. Madankollu, skont l-Awstrija, kull waħda minn dawn it-tekniki għandha limitazzjonijiet f’termini ta’ ħsara li tista’ sseħħ f’ċerti materjali matul it-trattament u għalhekk, l-ebda waħda minnhom ma tista’ tintuża waħedha għat-trattament tat-tipi kollha ta’ materjali u ta’ kombinamenti ta’ materjali.

(10)

Skont l-informazzjoni mressqa mill-Awstrija, il-proċessi termali, jiġifieri t-trattamenti bl-iffriżar jew bis-sħana, mhumiex xierqa għat-trattament ta’ varjetà ta’ oġġetti, fosthom il-pitturi, l-oġġetti polikromi marbuta bix-xema’, biż-żejt jew bil-proteini, l-oġġetti mwaħħla bil-kolla, l-oġġetti tal-ġilda jew tal-parċmina, il-materjal fotografiku, l-oġġetti tal-injam ġodda mhux trattati, l-oġġetti rrestawrati mill-ġdid, l-oġġetti taħt tensjoni. Barra minn hekk, minħabba il-konduttività termali u l-espansjoni termali differenti tal-materjali differenti, l-istress mekkaniku kkawżat bid-dilatazzjoni jista’ jipperikola l-oġġetti fraġli magħmula minn materjali mħallta.

(11)

L-applikazzjoni turi li l-użu tal-prodotti bijoċidali li fihom sustanzi attivi oħra disponibbli fis-suq fl-Awstrija jista’ jimmodifika l-oġġetti b’mod kimiku u jista’ jagħmel ħsara lill-oġġetti, skont is-sensittività tal-materjali.

(12)

Fl-istess ħin, fil-kuntest ta’ IPM għall-protezzjoni tal-wirt kulturali, il-mużewijiet għandhom l-intenzjoni li jitbiegħdu mill-użu ta’ sustanzi attivi aktar perikolużi.

(13)

Skont l-informazzjoni fl-applikazzjoni, l-użu tan-nitroġenu fiċ-ċilindri mhuwiex alternattiva xierqa għall-mużewijiet u għas-siti ta’ wirt kulturali minħabba li għandu żvantaġġi prattiċi. Il-kwantitajiet limitati fiċ-ċilindri jirrikjedu trasport frekwenti u faċilità ta’ ħżin separata. Barra minn hekk, skont l-informazzjoni fl-applikazzjoni, il-punt ta’ tagħbija tal-art f’xi mużewijiet storiċi jista’ jinqabeż minħabba l-piż tal-għadd ta’ ċilindri meħtieġ.

(14)

Jekk il-mużewijiet u s-siti ta’ wirt kulturali jintalbu biex jużaw diversi tekniki biex jikkontrollaw l-organiżmi ta’ ħsara — kull waħda minnhom adatta għal materjali u oġġetti speċifiċi - minflok jużaw teknika waħda li tkun diġà intużat u li tkun adatta għall-materjali kollha, il-mużewijiet u s-siti ta’ wirt kulturali jistgħu jġarrbu kostijiet addizzjonali u tkun aktar ikkumplikata għal dawk l-utenti biex jilħqu l-objettiv li jitbiegħdu mill-użu ta’ sustanzi attivi aktar perikolużi fl-IPM tagħhom.

(15)

Fl-2019, saru diskussjonijiet relatati ma’ deroga possibbli skont l-Artikolu 55(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għan-nitroġenu ġġenerat in-situ f’bosta laqgħat (5) tal-grupp ta’ esperti tal-Awtoritajiet Kompetenti għall-Prodotti Bijoċidali tal-Kummissjoni.

(16)

Barra minn hekk, fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi wettqet konsultazzjoni pubblika dwar l-applikazzjoni, li ppermettiet lill-partijiet ikkonċernati kollha jipprovdu l-fehmiet tagħhom. Il-maġġoranza l-kbira tal-1487 kumment li waslu kienu favur tad-deroga. Bosta kontributuri ddeskrivew l-iżvantaġġi tat-tekniki alternattivi disponibbli: it-trattamenti termali jistgħu jagħmlu ħsara lil ċerti materjali; l-użu ta’ sustanzi attivi oħrajn iħallu residwi tossiċi fuq l-artefatti li progressivament jiġu rilaxxati fl-ambjent; l-użu tan-nitroġenu fiċ-ċilindri ma jippermettix li tiġi kkontrollata l-umdità relattiva fiż-żona għat-trattament, u dan huwa meħtieġ għat-trattament ta’ xi materjali.

(17)

Żewġ organizzazzjonijiet internazzjonali li jirrappreżentaw il-mużewijiet u s-siti ta’ wirt kulturali - il-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet u l-Kunsill Internazzjonali għall-Monumenti u għas-Siti — esprimew l-intenzjoni tagħhom biex iressqu applikazzjoni għall-inklużjoni tan-nitroġenu ġġenerat in-situ fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, u dan jista’ jippermetti lill-Istati Membri jawtorizzaw il-prodotti li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in-situ mingħajr il-ħtieġa għal deroga f’konformità mal-Artikolu 55(3) ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, it-twettiq tal-evalwazzjoni ta’ applikazzjoni bħal din, l-inklużjoni tas-sustanza fl-Anness I u l-ksib tal-awtorizzazzjonijiet tal-prodott jeħtieġu ż-żmien.

(18)

L-applikazzjoni u l-informazzjoni ulterjuri mressqa mill-Awstrija juru li bħalissa ma hemm l-ebda alternattiva xierqa disponibbli fl-Awstrija, minħabba li t-tekniki alternattivi kollha disponibbli bħalissa għandhom xi żvantaġġi jew minħabba li mhumiex adattati għat-trattament tal-materjali kollha jew għandhom xi żvantaġġi prattiċi.

(19)

Abbażi ta’ dawk l-argumenti kollha huwa xieraq li wieħed jikkonkludi li n-nitroġenu ġġenerat in-situ huwa essenzjali għall-protezzjoni tal-wirt kulturali fl-Awstrija u li ma hemm l-ebda alternattiva xierqa disponibbli. Għalhekk jenħtieġ li l-Awstrija titħalla tawtorizza t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in-situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali.

(20)

L-inklużjoni possibbli tan-nitroġenu ġġenerat in-situ fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u l-awtorizzazzjoni sussegwenti mill-Istati Membri tal-prodotti li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in-situ jeħtieġu ż-żmien. Għalhekk huwa xieraq li tkun permessa deroga għal perjodu ta’ żmien li jippermetti t-tlestija tal-proċeduri sottostanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Awstrija tista’ tawtorizza t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in-situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Awstrija.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/89/KE tat-30 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi n-nitroġenu bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (ĠU L 199, 31.7.2009, p. 19).

(3)  Lista ta’ prodotti awtorizzati disponibbli fuq https://echa.europa.eu/mt/information-on-chemicals/biocidal-products

(4)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(5)  It-83, l-84, il-85 u s-86 laqgħa tal-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni tar-rappreżentanti tal-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li saru f’Mejju 2019, f’Lulju 2019, f’Settembru 2019 u f’Novembru 2019, rispettivament. Il-minuti tal-laqgħat huma disponibbli fuq https://ec.europa.eu/health/biocides/events_en#anchor0


17.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/18


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1049

tal-15 ta’ Lulju 2020

li tippermetti lil Franza tawtorizza l-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali

(notifikata bid-dokument C(2020) 4715)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 55(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Permanenti għall-Prodotti Bijoċidali,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 fih sustanzi attivi li għandhom profil tas-saħħa ambjentali jew tas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali aktar favorevoli minn sustanzi kimiċi aktar perikolużi. Il-prodotti li fihom dawn is-sustanzi attivi jistgħu għalhekk jiġu awtorizzati bi proċedura simplifikata. In-nitroġenu huwa inkluż fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, soġġett għar-restrizzjoni li jintuża fi kwantitajiet limitati f’kontenituri pronti għall-użu.

(2)

Skont l-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, in-nitroġenu huwa approvat ukoll bħala sustanza attiva għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18, insettiċidi (2). Il-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu kif approvat huma awtorizzati f’diversi Stati Membri inkluż Franza u huma fornuti f’ċilindri tal-gass (3).

(3)

In-nitroġenu jista’ wkoll jiġi ġġenerat in situ mill-arja ambjentali. In-nitroġenu ġġenerat in situ bħalissa mhuwiex approvat għall-użu fl-Unjoni u la hu elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, u lanqas hu mdaħħal fil-lista ta’ sustanzi attivi inklużi fil-programm ta’ rieżami tas-sustanzi attivi eżistenti fil-prodotti bijoċidali fl-Anness II tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (4).

(4)

Skont l-Artikolu 55(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, fl-14 ta’ Jannar 2020 Franza ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għal deroga mill-Artikolu 19(1)(a) ta’ dak ir-Regolament li fiha titlob li titħalla tawtorizza l-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ mill-arja ambjentali għall-protezzjoni tal-wirt kulturali (“l-applikazzjoni”).

(5)

Il-wirt kulturali tista’ ssirlu ħsara minn firxa wiesgħa ta’ organiżmi ta’ ħsara, mill-insetti sal-mikroorganiżmi. Il-preżenza ta’ dawn l-organiżmi mhux biss tista’ twassal għat-telf tal-oġġett kulturali nnifsu, iżda toħloq ukoll ir-riskju li dawk l-organiżmi ta’ ħsara jinfirxu għal oġġetti oħra fil-qrib. Mingħajr trattament xieraq, l-oġġetti tista’ ssirilhom ħsara b’mod irrimedjabbli, u b’hekk il-wirt kulturali jitpoġġa f’riskju serju.

(6)

In-nitroġenu ġġenerat in situ jintuża biex tinħoloq atmosfera kkontrollata b’konċentrazzjoni baxxa ħafna ta’ ossiġenu (anossija) f’tined jew f’kompartimenti tat-trattament issiġillati b’mod permanenti jew temporanju għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-oġġetti ta’ wirt kulturali. In-nitroġenu jiġi sseparat mill-arja ambjentali u jiġi ppumpjat fit-tinda jew fil-kompartiment tat-trattament, fejn il-kontenut tan-nitroġenu fl-atmosfera jiżdied għal bejn wieħed u ieħor 99 % u b’hekk l-ossiġenu jiġi eżawrit kważi kompletament. L-umdità tan-nitroġenu li jiġi ppumpjat fiż-żona għat-trattament tiġi ffissata skont x’jirrikjedi l-oġġett li jrid jiġi ttrattat. L-organiżmi ta’ ħsara ma jistgħux jibqgħu ħajjin fil-kundizzjonijiet maħluqa fit-tinda jew fil-kompartiment tat-trattament.

(7)

Skont l-informazzjoni mressqa minn Franza, l-użu tan-nitroġenu ġġenerat in situ jidher li huwa l-unika teknika effettiva għall-kontroll tal-organiżmi ta’ ħsara li tista’ tintuża għat-tipi kollha ta’ materjali u ta’ kombinazzjonijiet ta’ materjali preżenti fil-kollezzjonijiet tal-mużewijiet, fil-wirjiet u fis-siti ta’ wirt kulturali mingħajr ma ssirilhom ħsara u b’kost raġonevoli.

(8)

Il-metodu tal-anossija jew ta’ atmosfera mmodifikata jew ikkontrollata huwa elenkat fl-istandard EN 16790:2016 “Konservazzjoni tal-wirt kulturali - Ġestjoni integrata tal-organiżmi ta’ ħsara (IPM) għall-protezzjoni tal-wirt kulturali” u f’dan l-istandard in-nitroġenu huwa deskritt bħala “l-aktar użat” biex tinħoloq l-anossija.

(9)

Hemm disponibbli tekniki oħra għall-kontroll tal-organiżmi ta’ ħsara, bħat-trattament b’temperatura baxxa, it-trattament bis-sħana, ir-radjazzjoni gamma. Barra minn hekk, jistgħu jintużaw sustanzi attivi oħra. Madankollu, skont Franza, kull waħda minn dawn it-tekniki għandha limitazzjonijiet f’termini ta’ ħsara li tista’ sseħħ f’ċerti materjali matul it-trattament u għalhekk, l-ebda waħda minnhom ma tista’ tintuża waħedha għat-trattament tat-tipi kollha ta’ materjali u ta’ kombinazzjonijiet ta’ materjali.

(10)

Skont l-informazzjoni mressqa minn Franza, fir-rigward tat-teknika ta’ diżinfestazzjoni kiesħa, hemm dubji dwar kemm hi adatta għall-ġbir kollu ta’ arti fina u arti dekorattiva. Fil-każ ta’ xogħlijiet b’materjali laminati (xogħlijiet biż-żebgħa, bil-verniċ jew bix-xama’, xogħlijiet intarsjati jew xogħlijiet bi ħjut bil-krosta), din it-teknika tista’ tkun ta’ riskju ta’ ħsara għal dawk l-oġġetti. Madankollu, fir-rigward tal-preservazzjoni tal-wirt kulturali inkluż fl-inventarju nazzjonali, tali dubji mhumiex permessi, f’konformità mal-politiki nazzjonali ta’ konservazzjoni applikabbli għall-istituzzjonijiet li għandhom kollezzjonijiet pubbliċi.

(11)

Kif iddikjarat fl-applikazzjoni, id-diżinfestazzjoni billi tiżdied it-temperatura mhijiex użata ħafna mill-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali. Bħal fil-każ ta’ diżinfestazzjoni kiesħa, hemm tħassib dwar l-impatt tat-trattament bis-sħana fuq materjali stratifikati. Barra minn hekk, bit-trattament bis-sħana hemm riskji addizzjonali li tintilef l-aderenza tal-adeżivi, li jitrattbu l-elementi li fihom ix-xama’ u li jitfaċċaw mill-ġdid is-sustanzi kimiċi użati qabel, u dan joħloq tbajja’ fuq il-wiċċ tal-oġġetti.

(12)

Skont l-informazzjoni fl-applikazzjoni, it-teknika tar-radjazzjoni gamma teħtieġ tagħmir speċifiku li jissodisfa r-rekwiżiti tas-sikurezza speċifiċi għall-implimentazzjoni tat-teknika u teħtieġ ħiliet avvanzati. Għalhekk, din hija teknika għalja u diffiċli biex tiġi replikata. Barra minn hekk, din it-teknika mhijiex adattata għal materjali trasparenti jew trasluċidi, li għandhom it-tendenza li jsiru opaki jew li jittebbgħu b’reazzjoni għar-radjazzjoni gamma.

(13)

L-applikazzjoni turi li l-użu tal-prodotti bijoċidali li jkun fihom sustanzi attivi oħra disponibbli fis-suq fi Franza jħalli residwi fuq ix-xogħlijiet trattati, li jistgħu jiġu rilaxxati fl-ambjent u jistgħu jkunu ta’ riskju għas-saħħa tal-bniedem. Barra minn hekk, dawn is-sustanzi għandhom żvantaġġi sinifikanti f’termini ta’ konservazzjoni fiżika ta’ xogħlijiet kulturali billi ħafna minnhom jistgħu jikkawżaw bidliet fil-lewn, tnixxijiet żejtnin jew adeżivi, kristallazzjonijiet fil-wiċċ jew alterazzjonijiet tad-DNA ta’ materjali li joriġinaw mill-annimali.

(14)

F’dawn l-aħħar deċennji, fil-kuntest ta’ IPM għall-protezzjoni tal-wirt kulturali, għadd dejjem jikber ta’ istituzzjonijiet tal-wirt kulturali fittxew soluzzjonijiet biex jitbiegħdu mill-użu ta’ sustanzi kimiċi potenzjalment perikolużi u qalbu għal tekniki, bħall-anossija, li huma inqas invażivi għall-kollezzjonijiet ta’ wirt kulturali u inqas ta’ ħsara għall-persuni li jaħdmu bihom.

(15)

Skont l-informazzjoni fl-applikazzjoni, l-użu tan-nitroġenu fiċ-ċilindri mhuwiex alternattiva xierqa għall-mużewijiet u għas-siti ta’ wirt kulturali minħabba li għandu żvantaġġi prattiċi u ekonomiċi. Il-kwantitajiet limitati fiċ-ċilindri jirrikjedu trasport frekwenti u faċilità tal-ħżin separata. Il-ħżin ta’ għadd kbir ta’ ċilindri joħloq riskji ta’ sigurtà minħabba l-preżenza ta’ gass taħt pressjoni. L-anossija li tuża n-nitroġenu ġġenerat in situ tirriżulta fi spejjeż aktar baxxi għall-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali meta mqabbla mal-użu tan-nitroġenu fiċ-ċilindri. Lil hinn mill-investiment inizjali fil-kompartiment tat-trattament u fil-ġeneratur tan-nitroġenu in situ, ma tiġġenerax spejjeż oħra.

(16)

Jekk il-mużewijiet u s-siti ta’ wirt kulturali jintalbu biex jużaw diversi tekniki biex jikkontrollaw l-organiżmi ta’ ħsara - kull waħda minnhom adattata għal materjali u oġġetti speċifiċi - minflok jużaw teknika waħda li tkun diġà ntużat u li tkun adattata għall-materjali kollha, il-mużewijiet u s-siti ta’ wirt kulturali jistgħu jġarrbu kostijiet addizzjonali u tkun aktar ikkumplikata għalihom biex jilħqu l-objettiv li jitbiegħdu mill-użu ta’ sustanzi attivi aktar perikolużi fl-IPM tagħhom.

(17)

Fl-2019, f’bosta laqgħat (5) tal-grupp ta’ esperti tal-Awtoritajiet Kompetenti għall-Prodotti Bijoċidali tal-Kummissjoni, saru diskussjonijiet dwar il-possibbiltà ta’ deroga skont l-Artikolu 55(3) għan-nitroġenu ġġenerat in situ.

(18)

Barra minn hekk, fuq talba tal-Kummissjoni, wara l-ewwel applikazzjoni simili għal deroga għall-prodotti li jikkonsistu f’nitroġenu ġġenerat in situ mill-Awstrija, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi wettqet konsultazzjoni pubblika dwar dik l-applikazzjoni, u ppermettiet lill-partijiet interessati kollha jipprovdu l-fehmiet tagħhom. Il-maġġoranza l-kbira tal-1 487 kumment li waslu kienu favur id-deroga. Bosta kontributuri ddeskrivew l-iżvantaġġi tat-tekniki alternattivi disponibbli: it-trattamenti termali jistgħu jagħmlu ħsara lil ċerti materjali; l-użu ta’ sustanzi attivi oħra jħalli residwi tossiċi fuq l-artefatti li progressivament jiġu rilaxxati fl-ambjent; l-użu tan-nitroġenu fiċ-ċilindri ma jippermettix li tiġi kkontrollata l-umdità relattiva fiż-żona għat-trattament, u dan huwa meħtieġ għat-trattament ta’ ċerti materjali.

(19)

Żewġ organizzazzjonijiet internazzjonali li jirrappreżentaw il-mużewijiet u s-siti ta’ wirt kulturali - il-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet u l-Kunsill Internazzjonali għall-Monumenti u għas-Siti - esprimew l-intenzjoni tagħhom li jressqu applikazzjoni għall-inklużjoni tan-nitroġenu ġġenerat in situ fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, u dan jista’ jippermetti lill-Istati Membri jawtorizzaw il-prodotti li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ mingħajr il-ħtieġa għal deroga f’konformità mal-Artikolu 55(3) ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, it-twettiq tal-evalwazzjoni ta’ applikazzjoni bħal din, l-inklużjoni tas-sustanza fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u l-ksib ta’ awtorizzazzjonijiet tal-prodott, jeħtieġu ż-żmien.

(20)

L-applikazzjoni turi li ma hemm l-ebda alternattiva xierqa disponibbli fi Franza, billi t-tekniki alternattivi kollha disponibbli bħalissa għandhom xi żvantaġġi jew minħabba li mhumiex adattati għat-trattament tal-materjali kollha jew għandhom xi żvantaġġi prattiċi.

(21)

Abbażi ta’ dawk l-argumenti kollha huwa xieraq li wieħed jikkonkludi li n-nitroġenu ġġenerat in situ huwa essenzjali għall-protezzjoni tal-wirt kulturali fi Franza u li ma hemm l-ebda alternattiva xierqa disponibbli. Għalhekk jenħtieġ li Franza titħalla tawtorizza t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali.

(22)

L-inklużjoni possibbli tan-nitroġenu ġġenerat in situ fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u l-awtorizzazzjoni sussegwenti mill-Istati Membri tal-prodotti li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ, jeħtieġu ż-żmien. Għalhekk huwa xieraq li tkun permessa deroga għal perjodu ta’ żmien li jkun jippermetti t-tlestija tal-proċeduri sottostanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Franza tista’ tawtorizza t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/89/KE tat-30 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi n-nitroġenu bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (ĠU L 199, 31.7.2009, p. 19).

(3)  Lista ta’ prodotti awtorizzati disponibbli fuq https://echa.europa.eu/fr/information-on-chemicals/biocidal-products.

(4)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(5)  It-83, l-84, il-85 u s-86 laqgħa tar-rappreżentanti tal-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li saru f’Mejju 2019, f’Lulju 2019, f’Settembru 2019 u f’Novembru 2019, rispettivament. Il-minuti tal-laqgħat huma disponibbli fuq https://ec.europa.eu/health/biocides/events_en#anchor0


17.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/21


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1050

tal-15 ta’ Lulju 2020

li tippermetti lil Spanja tawtorizza l-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 55(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Permanenti għall-Prodotti Bijoċidali,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 fih sustanzi attivi li għandhom profil tas-saħħa ambjentali jew tas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali aktar favorevoli. Il-prodotti li fihom dawn is-sustanzi attivi jistgħu għalhekk jiġu awtorizzati bi proċedura simplifikata. In-nitroġenu huwa inkluż fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, soġġett għar-restrizzjoni li jintuża fi kwantitajiet limitati f’kontenituri pronti għall-użu.

(2)

Skont l-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, in-nitroġenu huwa approvat bħala sustanza attiva għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18, insettiċidi (2). Il-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu kif approvat huma awtorizzati f’diversi Stati Membri inkluż Spanja u huma fornuti f’ċilindri tal-gass (3).

(3)

In-nitroġenu jista’ wkoll jiġi ġġenerat in situ mill-arja ambjentali. In-nitroġenu ġġenerat in situ bħalissa mhuwiex approvat għall-użu fl-Unjoni u la hu elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, u lanqas hu mdaħħal fil-lista ta’ sustanzi attivi inklużi fil-programm ta’ rieżami tas-sustanzi attivi eżistenti fil-prodotti bijoċidali fl-Anness II tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (4).

(4)

Skont l-Artikolu 55(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, fid-19 ta’ Novembru 2019 Spanja ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għal deroga mill-Artikolu 19(1)(a) ta’ dak ir-Regolament li fiha titlob li titħalla tawtorizza l-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ mill-arja ambjentali għall-protezzjoni tal-wirt kulturali (“l-applikazzjoni”).

(5)

Il-wirt kulturali tista’ ssirlu ħsara minn firxa wiesgħa ta’ organiżmi ta’ ħsara, mill-insetti sal-mikroorganiżmi. Il-preżenza ta’ dawk l-organiżmi mhux biss tista’ twassal għat-telf tal-oġġett kulturali nnifsu, iżda toħloq ukoll ir-riskju li dawk l-organiżmi ta’ ħsara jinfirxu għal oġġetti oħra fil-qrib. Mingħajr trattament xieraq, l-oġġetti tista’ ssirilhom ħsara b’mod irrimedjabbli, u b’hekk il-wirt kulturali jitpoġġa f’riskju serju.

(6)

In-nitroġenu ġġenerat in situ jintuża biex tinħoloq atmosfera kkontrollata b’konċentrazzjoni baxxa ħafna ta’ ossiġenu (anossija) f’tined jew f’kompartimenti tat-trattament issiġillati b’mod permanenti jew temporanju għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-oġġetti ta’ wirt kulturali. In-nitroġenu jiġi sseparat mill-arja ambjentali u jiġi ppumpjat fit-tinda jew fil-kompartiment tat-trattament, fejn il-kontenut tan-nitroġenu fl-atmosfera jiżdied għal bejn wieħed u ieħor 99 % u b’hekk l-ossiġenu jiġi eżawrit kważi kompletament. L-umdità tan-nitroġenu li jiġi ppumpjat fiż-żona għat-trattament tiġi ffissata skont x’jirrikjedi l-oġġett li jrid jiġi ttrattat. L-organiżmi ta’ ħsara ma jistgħux jibqgħu ħajjin fil-kundizzjonijiet maħluqa fit-tinda jew fil-kompartiment tat-trattament.

(7)

Kif iddikjarat fl-applikazzjoni, f’dawn l-aħħar deċennji l-iżvilupp tat-teknika tal-anossija bbażata fuq in-nitroġenu għat-trattament ta’ oġġetti ta’ wirt kulturali ppermetta lill-istituzzjonijiet kulturali (il-mużewijiet, l-arkivji, il-libreriji, iċ-ċentri ta’ konservazzjoni u ta’ restawr, eċċ.) jitbiegħdu mill-użu ta’ sustanzi tossiċi ħafna li kienu jintużaw qabel.

(8)

Skont l-informazzjoni li tressqet minn Spanja, l-użu tan-nitroġenu ġġenerat in situ jidher li huwa l-unika teknika effettiva għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara li tista’ tintuża għat-tipi kollha ta’ materjali u kombinazzjonijiet ta’ materjali preżenti fl-istituzzjonijiet kulturali mingħajr ma tbiddel il-karatteristiċi makroskopiċi u molekolari tal-oġġetti. Din it-teknika tista’ tiġi applikata għat-trattament ta’ materjali partikolarment sensittivi, bħall-patrimonju etnografiku, il-mummji, l-arti kontemporanja, għall-konservazzjoni tagħhom.

(9)

Il-metodu tal-anossija jew ta’ atmosfera mmodifikata jew ikkontrollata huwa elenkat fl-istandard EN 16790:2016 “Konservazzjoni tal-wirt kulturali - Ġestjoni integrata tal-organiżmi ta’ ħsara (IPM) għall-protezzjoni tal-wirt kulturali” u f’dan l-istandard in-nitroġenu huwa deskritt bħala “l-aktar użat” biex tinħoloq l-anossija.

(10)

Hemm disponibbli tekniki oħra għall-kontroll tal-organiżmi ta’ ħsara, bħar-radjazzjoni gamma, it-tekniki ta’ xokk termali (b’temperaturi għoljin jew baxxi) u l-mikromewġ. Barra minn hekk, jistgħu jintużaw sustanzi attivi oħra għal dak l-iskop. Madankollu, skont Spanja, kull waħda minn dawn it-tekniki għandha limitazzjonijiet f’termini tal-materjali li fuqhom jistgħu jiġu applikati.

(11)

Kif iddikjarat fl-applikazzjoni, f’istituzzjonijiet kulturali bilkemm jintużaw sustanzi attivi oħra minħabba l-profil ta’ periklu tagħhom. Wara t-trattament b’dawn is-sustanzi, ir-residwi fuq l-oġġetti ttrattati jistgħu jiġu rilaxxati progressivament fl-ambjent, u dan joħloq riskju għas-saħħa tal-bniedem. Dan huwa partikolarment rilevanti għall-istituzzjonijiet kulturali li huma miftuħin għall-viżitaturi.

(12)

Skont l-applikazzjoni, l-użu tar-radjazzjoni gamma jista’ jiġġenera alterazzjonijiet tad-DNA f’oġġetti bħall-mummji jew oġġetti fil-mużewijiet tal-istorja naturali, filwaqt li l-istudju u l-analiżi ulterjuri tagħhom jeħtieġu li l-materjal ġenetiku tagħhom jiġi ppreżervat intatt. Barra minn hekk, l-użu tar-radjazzjoni gamma jkun jeħtieġ il-ħolqien ta’ faċilitajiet radjuattivi speċjali, fejn l-ispazju jkun mgħammar b’mod speċifiku biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ sikurezza kif ukoll biex jitħarreġ u jiġi mmonitorjat il-persunal espost għal radjazzjonijiet jonizzanti. Tali arranġamenti ftit li xejn huma fattibbli fl-istituzzjonijiet kulturali.

(13)

Skont l-informazzjoni fl-applikazzjoni, il-proċessi ta’ xokk termali (it-trattamenti bl-iffriżar jew bis-sħana) għandhom effetti mhux mixtieqa fuq diversi materjali. It-trattamenti b’temperatura għolja jistgħu jikkawżaw modifiki fil-wiċċ tal-materjali organiċi, trattib tal-kolla u kristallizzazzjoni tal-lipidu. Skont Spanja, it-trattamenti b’temperatura għolja ftit li xejn jiġu applikati fil-qasam tal-konservazzjoni tal-wirt kulturali, billi ħafna mill-materjali li jinsabu fil-wirt kulturali mobbli għandhom natura lipidika jew protejka (eż. il-pitturi taż-żejt, it-tempera, l-iskulturi tax-xama). Barra minn hekk, żieda fit-temperatura tista’ twassal għal reazzjonijiet kimiċi mhux mixtieqa. Bl-istess mod, it-trattamenti b’temperatura baxxa jistgħu jaffettwaw it-trattamenti u l-kisjiet tal-wiċċ kif ukoll jiġġeneraw il-kondensazzjoni ġewwa l-ispazji tat-trattament.

(14)

Kif iddikjarat fl-applikazzjoni, it-trattamenti bil-mikromewġ jistgħu jiġġeneraw is-sħana u jikkawżaw alterazzjonijiet mikroskopiċi u makroskopiċi fl-oġġetti kulturali.

(15)

Skont l-informazzjoni fl-applikazzjoni, l-użu tan-nitroġenu fiċ-ċilindri mhuwiex alternattiva xierqa għall-istituzzjonijiet kulturali, billi għandu żvantaġġi prattiċi. Il-kwantitajiet limitati fiċ-ċilindri jirrikjedu trasport frekwenti u faċilità tal-ħżin separata. Barra minn hekk, it-trattament bin-nitroġenu fiċ-ċilindri jiġġenera spejjeż għoljin għall-istituzzjonijiet kulturali.

(16)

Kif iddikjarat fl-applikazzjoni, matul dawn l-aħħar deċennji, bosta istituzzjonijiet kulturali investew fil-bini ta’ kompartimenti tat-trattament u fix-xiri ta’ ġeneraturi tan-nitroġenu. Minħabba l-versatilità u l-adegwatezza tagħha għat-trattament tal-materjali kollha, l-anossija tan-nitroġenu ġġenerata in situ tintuża b’mod mifrux ħafna fil-konservazzjoni tal-wirt kulturali.

(17)

Jekk l-istituzzjonijiet kulturali jintalbu jużaw diversi tekniki biex jikkontrollaw l-organiżmi ta’ ħsara - kull waħda minnhom adattata għal materjali u oġġetti speċifiċi - minflok jużaw teknika waħda li tkun diġà ntużat u li tkun adattata għall-materjali kollha, l-istituzzjonijiet kulturali jkollhom iġarrbu spejjeż addizzjonali u tkun aktar ikkumplikata għalihom biex jilħqu l-objettiv li jitbiegħdu mill-użu ta’ sustanzi attivi aktar perikolużi fl-IPM tagħhom. Barra minn hekk, l-abbandun tal-faċilitajiet u tat-tagħmir miksuba għall-anossija tan-nitroġenu ġġenerata in situ jirrappreżenta telf ta’ investimenti preċedenti.

(18)

Fl-2019, f’bosta laqgħat (5) tal-grupp ta’ esperti tal-Awtoritajiet Kompetenti għall-Prodotti Bijoċidali tal-Kummissjoni, saru diskussjonijiet dwar il-possibbiltà ta’ deroga skont l-Artikolu 55(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għan-nitroġenu ġġenerat in situ.

(19)

Barra minn hekk, fuq talba tal-Kummissjoni, wara l-ewwel applikazzjoni simili għal deroga għall-prodotti li jikkonsistu f’nitroġenu ġġenerat in situ mill-Awstrija, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi wettqet konsultazzjoni pubblika dwar dik l-applikazzjoni, u ppermettiet lill-partijiet interessati kollha jipprovdu l-fehmiet tagħhom. Il-maġġoranza l-kbira tal-1 487 kumment li waslu kienu favur id-deroga. Bosta kontributuri ddeskrivew l-iżvantaġġi tat-tekniki alternattivi disponibbli: it-trattamenti termali jistgħu jagħmlu ħsara lil ċerti materjali; l-użu ta’ sustanzi attivi oħra jħalli residwi tossiċi fuq l-artefatti li progressivament jiġu rilaxxati fl-ambjent; l-użu tan-nitroġenu fiċ-ċilindri ma jippermettix li tiġi kkontrollata l-umdità relattiva fiż-żona għat-trattament, u dan huwa meħtieġ għat-trattament ta’ ċerti materjali.

(20)

Żewġ organizzazzjonijiet internazzjonali li jirrappreżentaw il-mużewijiet u s-siti ta’ wirt kulturali - il-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet u l-Kunsill Internazzjonali għall-Monumenti u għas-Siti - esprimew l-intenzjoni tagħhom li jressqu applikazzjoni għall-inklużjoni tan-nitroġenu ġġenerat in situ fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, u dan jista’ jippermetti lill-Istati Membri jawtorizzaw il-prodotti li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ mingħajr il-ħtieġa għal deroga f’konformità mal-Artikolu 55(3) ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, it-twettiq tal-evalwazzjoni ta’ applikazzjoni bħal din, l-inklużjoni tas-sustanza fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u l-ksib ta’ awtorizzazzjonijiet tal-prodott, jeħtieġu ż-żmien.

(21)

L-applikazzjoni turi li ma hemm l-ebda alternattiva xierqa disponibbli fi Spanja, billi t-tekniki alternattivi kollha disponibbli bħalissa għandhom xi żvantaġġi jew minħabba li mhumiex adattati għat-trattament tal-materjali kollha jew għandhom xi żvantaġġi prattiċi.

(22)

Abbażi ta’ dawk l-argumenti kollha huwa xieraq li wieħed jikkonkludi li n-nitroġenu ġġenerat in situ huwa essenzjali għall-protezzjoni tal-wirt kulturali fi Spanja u li ma hemm l-ebda alternattiva xierqa disponibbli. Għalhekk jenħtieġ li Spanja titħalla tawtorizza t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali.

(23)

L-inklużjoni possibbli tan-nitroġenu ġġenerat in situ fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u l-awtorizzazzjoni sussegwenti mill-Istati Membri tal-prodotti li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ jeħtieġu ż-żmien. Għalhekk huwa xieraq li tkun permessa deroga għal perjodu ta’ żmien li jkun jippermetti t-tlestija tal-proċeduri sottostanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Spanja tista’ tawtorizza t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/89/KE tat-30 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi n-nitroġenu bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (ĠU L 199, 31.7.2009, p. 19).

(3)  Lista ta’ prodotti awtorizzati disponibbli fuq https://echa.europa.eu/fr/information-on-chemicals/biocidal-products

(4)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(5)  It-83, l-84, il-85 u s-86 laqgħa tal-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni tar-rappreżentanti tal-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li saru f’Mejju 2019, f’Lulju 2019, f’Settembru 2019 u f’Novembru 2019, rispettivament. Il-minuti tal-laqgħat huma disponibbli fuq https://ec.europa.eu/health/biocides/events_en#anchor0


17.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/24


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1051

tas-16 ta’ Lulju 2020

li tittermina r-riinvestigazzjoni ta’ assorbiment li tikkonċerna importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(1) u 12 tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fit-18 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni ħabbret il-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina billi ppubblikat Notifika ta’ Ftuħ mill-Ġdid f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (in-Notifika ta’ Ftuħ mill-Ġdid”).

(2)

Il-Kummissjoni reġgħet fetħet l-investigazzjoni wara talba ppreżentata minn tmien produtturi tal-Unjoni (“l-Applikanti”) li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut. It-talba kienet tinkludi evidenza li turi li, wara l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali u wara l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping provviżorji, il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut roħsu u li ma kienx hemm biżżejjed ċaqliq fil-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni. Din l-evidenza tqieset suffiċjenti biex tiġġustifika l-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni.

(3)

Fin-Notifika ta’ Ftuħ mill-Ġdid, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fir-riinvestigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-Applikanti, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-importaturi magħrufa u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar ir-riinvestigazzjoni ta’ assorbiment u stednithom jipparteċipaw.

2.   IRTIRAR TAL-ILMENT U TERMINAZZJONI TAL-PROĊEDIMENT

(4)

Permezz tal-ittra tal-15 ta’ Mejju 2020, l-Applikanti infurmaw lill-Kummissjoni li kienu qed jirtiraw it-talba tagħhom.

(5)

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, fejn l-ilment jiġi rtirat, il-proċedimenti jistgħu jiġu terminati sakemm tali terminazzjoni ma tkunx kontra l-interess tal-Unjoni.

(6)

Ir-riinvestigazzjoni ta’ assorbiment ma żvelat l-ebda kunsiderazzjoni li turi li t-terminazzjoni tar-riinvestigazzjoni ta’ assorbiment ma tkunx fl-interess tal-Unjoni.

(7)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li jenħtieġ li r-riinvestigazzjoni ta’ assorbiment li tikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tiġi tterminata mingħajr ma jiġu emendati l-miżuri fis-seħħ.

(8)

Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa b’dan u ngħataw l-opportunità jikkummentaw. Madankollu, ma wasal l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati li jwassal għall-konklużjoni li t-terminazzjoni tar-riinvestigazzjoni ta’ assorbiment ma tkunx fl-interess tal-Unjoni.

(9)

Din id-Deċiżjoni hija f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-riinvestigazzjoni ta’ assorbiment rigward l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7325 10 00 (il-kodiċi TARIC 7325100031), u ex 7325 99 90 (il-kodiċi TARIC 7325999080), li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, hija b’dan itterminata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  In-Notifika ta’ ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 425, 18.12.2019, p. 9).


RAKKOMANDAZZJONIJIET

17.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/26


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1052

tas-16 ta’ Lulju 2020

li temenda r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(b) u (e) u l-Artikolu 292, l-ewwel u t-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Ġunju 2020, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni (1) (“Rakkomandazzjoni tal-Kunsill”).

(2)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tipprevedi li jenħtieġ li l-Istati Membri jneħħu gradwalment ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE mill-1 ta’ Lulju 2020 b’mod ikkoordinat fir-rigward tar-residenti tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Jenħtieġ li l-lista tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Anness I tkun riveduta kull ġimagħtejn u, jekk meħtieġ, aġġornata mill-Kunsill, wara konsultazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u l-aġenziji u s-servizzi rilevanti tal-UE wara valutazzjoni ġenerali bbażata fuq il-metodoloġija, il-kriterji u l-informazzjoni msemmija fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

(3)

Minn dak iż-żmien ’l hawn saru diskussjonijiet fi ħdan il-Kunsill, f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u l-aġenziji u s-servizzi rilevanti tal-UE, dwar ir-rieżami tal-lista ta’ pajjiżi terzi stabbilita fl-Anness I għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill u fl-applikazzjoni tal-kriterji u l-metodoloġija stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Bħala riżultat ta’ dawn id-diskussjonijiet, il-lista ta’ pajjiżi terzi stabbilita fl-Anness I jenħtieġ li tiġi emendata. B’mod partikolari, is-Serbja u l-Montenegro jenħtieġ li jitħassru mil-lista.

(4)

Il-kontrolli fuq il-fruntieri mhumiex biss fl-interess tal-Istat Membru li fil-fruntieri esterni tiegħu jsiru dawn il-kontrolli, iżda tal-Istati Membri kollha li abolixxew il-kontrolli fil-fruntieri interni. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-miżuri meħuda fil-fruntieri esterni jkunu kkoordinati sabiex jiżguraw żona Schengen li tiffunzjona tajjeb. Għal dak il-għan, mis-16 ta’ Lulju 2020, jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jneħħu r-restrizzjoni temporanja fuq l-ivvjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE b’mod koordinat fir-rigward tar-residenti tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill kif emendat b’din ir-Rakkomandazzjoni.

(5)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-TFUE, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Peress li din ir-Rakkomandazzjoni tibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jenħtieġ li d-Danimarka, f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur, wara li l-Kunsill ikun ħa deċiżjoni dwar din ir-Rakkomandazzjoni, jekk hijiex ser timplimentaha.

(6)

Din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (2); Għaldaqstant l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (3).

(8)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE (4) moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (5).

(9)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE (6), moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/350/UE (7).

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni hija emendata kif ġej:

(1)

L-ewwel paragrafu tal-punt 1 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

Mis-16 ta’ Lulju 2020, l-Istati Membri għandhom ineħħu gradwalment ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE b’mod ikkoordinat fir-rigward tar-residenti tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I.”

(2)

L-Anness I għar-Rakkomandazzjoni huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS I

Pajjiżi terzi li r-residenti tagħhom ma għandhomx jiġu affettwati minn restrizzjoni temporanja fil-fruntieri esterni fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE

1.

L-ALĠERIJA

2.

L-AWSTRALJA

3.

IL-KANADA

4.

IL-GEORGIA

5.

IL-ĠAPPUN

6.

IL-MAROKK

7.

NEW ZEALAND

8.

IR-RWANDA

9.

IL-KOREA T’ISFEL

10.

IT-TAJLANDJA

11.

IT-TUNEŻIJA

12.

L-URUGWAJ

13.

IĊ-ĊINA (*1)

(*1)  soġġett għall-konferma tar-reċiproċità"

Magħmul fi Brussell, IS-16 TA’ Lulju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 208 I, 1.7.2020, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(3)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(4)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(6)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).


REGOLI TA' PROĊEDURA

17.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/29


DEĊIŻJONI TAL-BORD TA’ TMEXXIJA TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA TAĊ-ĊELLOLI TAL-FJUWIL U L-IDROĠENU 2

tas-26 ta’ Mejju 2020

li tistabbilixxi regoli interni rigward restrizzjonijiet ta’ ċerti drittijiet ta’ suġġetti tad-data fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-funzjonament tal-FCH 2 JU

IL-BORD TA’ TMEXXIJA TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA TAĊ-ĊELLOLI TAL-FJUWIL U L-IDROĠENU 2 (minn hawn 'il quddiem “il-FCH 2 JU”),

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3)(r) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Gwida tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) dwar l-Artikolu 25 tar-Regolament il-ġdid u r-regoli interni,

Wara li kkonsulta lill-EDPS fit-12 ta’ Novembru 2019, skont l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (“EDPS”) tat-18 ta’ Diċembru 2019,

Billi:

1.

L-FCH 2 JU twettaq l-attivitajiet tagħha skont ir-Regolament (KE) Nru 559/2014.

2.

F’konformità mal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, ir-restrizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 22, 35 u 36, kif ukoll tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu mad-drittijiet u mal-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 22, jenħtieġ li jkunu bbażati fuq regoli interni li jridu jiġu adottati mill-impriża konġunta, meta dawn ma jkunux ibbażati fuq atti legali adottati fuq il-bażi tat-Trattati.

3.

Dawn ir-regoli interni, inklużi d-dispożizzjonijiet tagħhom dwar il-valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità ta’ restrizzjoni, ma għandhomx japplikaw meta att legali adottat fuq il-bażi tat-Trattati jipprevedi restrizzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-data.

4.

Meta l-FCH 2 JU twettaq id-dmirijiet tagħha fir-rigward tad-drittijiet tas-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, hija għandha tikkunsidra jekk tapplikax xi waħda mill-eżenzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament.

5.

Fil-qafas tal-funzjonament amministrattiv tagħha, l-FCH 2 JU tista’ twettaq inkjesti amministrattivi, proċedimenti dixxiplinari, twettaq attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrapportati lill-OLAF, tipproċessa każijiet ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta, tipproċessa proċeduri (formali u informali) ta’ fastidju, tipproċessa lmenti interni u esterni, twettaq awditi interni, twettaq investigazzjonijiet mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u investigazzjonijiet interni tas-sigurtà (tal-IT).

6.

L-FCH 2 JU tipproċessa diversi kategoriji ta’ data personali, inkluż hard data (data“oġġettiva” bħal data ta’ identifikazzjoni, data ta’ kuntatt, data professjonali, dettalji amministrattivi, data riċevuta minn sorsi speċifiċi, komunikazzjonijiet elettroniċi u data tat-traffiku) u soft data (data“suġġettiva” relatata mal-każ bħal data dwar ir-raġunament, data dwar l-imġiba, evalwazzjonijiet, data dwar il-prestazzjoni u l-kondotta u data relatata ma’ jew imressqa b’konnessjoni mas-suġġett tal-proċedura jew tal-attività) (3).

7.

L-FCH 2 JU, rappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, taġixxi bħala l-kontrollur tad-data irrispettivament minn aktar delegazzjonijiet tar-rwol tal-kontrollur fl-FCH 2 JU biex tirrifletti r-responsabbiltajiet operattivi għal operazzjonijiet speċifiċi ta’ pproċessar ta’ data personali.

8.

Id-data personali tinħażen b’mod sigur f’ambjent elettroniku jew f’format stampat filwaqt li jiġu evitati l-aċċess illegali jew it-trasferiment ta’ data lil persuni li ma jkollhomx ħtieġa ta’ tagħrif. Id-data personali pproċessata tinżamm għal mhux aktar milli meħtieġ u xieraq għall-finijiet li għalihom id-data tiġi pproċessata għall-perjodu speċifikat fl-avviżi dwar il-protezzjoni tad-data, id-dikjarazzjonijiet ta’ privatezza jew ir-rekords tal-FCH 2 JU.

9.

Ir-regoli interni jenħtieġ li japplikaw għall-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar imwettqa mill-FCH 2 JU fit-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi, proċedimenti dixxiplinari, attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrapportati lill-OLAF, proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta, proċeduri (formali u informali) għal każijiet ta’ fastidju, l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni, awditi interni, l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà (tal-IT) ttrattati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE).

10.

Dawn għandhom japplikaw għal operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa qabel il-ftuħ tal-proċeduri msemmija hawn fuq, matul dawn il-proċeduri u matul il-monitoraġġ tas-segwitu għall-eżitu ta’ dawn il-proċeduri. Għandhom jiġu inklużi wkoll l-assistenza u l-kooperazzjoni pprovduti mill-FCH 2 JU lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali barra mill-investigazzjonijiet amministrattivi tagħha.

11.

F’każijiet fejn japplikaw dawn ir-regoli interni, l-FCH 2 JU għandha tipprovdi ġustifikazzjonijiet fejn tispjega għalfejn ir-restrizzjonijiet huma strettament neċessarji u proporzjonati f’soċjetà demokratika u jirrispettaw il-qofol tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali.

12.

F’dan il-qafas l-FCH 2 JU hija marbuta li tirrispetta, sa fejn hu l-aktar possibbli, id-drittijiet fundamentali tas-suġġetti tad-data matul il-proċeduri ta’ hawn fuq, b’mod partikolari, dawk relatati mad-dritt għall-għoti ta’ informazzjoni, aċċess u rettifika, id-dritt għat-tħassir, ir-restrizzjoni tal-ipproċessar, id-dritt għall-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data jew għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1725.

13.

Madankollu, l-FCH 2 JU tista’ tkun obbligata tirrestrinġi l-informazzjoni għas-suġġett tad-data u drittijiet oħra tas-suġġett tad-data biex tipproteġi, b’mod partikolari, l-investigazzjonijiet tagħha stess, l-investigazzjonijiet u l-proċedimenti ta’ awtoritajiet pubbliċi oħra, kif ukoll id-drittijiet ta’ persuni oħra relatati mal-investigazzjonijiet tagħha jew ma’ proċeduri oħra.

14.

L-FCH 2 JU tista’ għalhekk tirrestrinġi l-informazzjoni bl-għan li tipproteġi l-investigazzjoni u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ suġġetti oħra tad-data.

15.

L-FCH 2 JU jenħtieġ li timmonitorja perjodikament li l-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw ir-restrizzjoni jkunu għadhom japplikaw u li tneħħi r-restrizzjoni jekk dawn ma jibqgħux japplikaw.

16.

Il-Kontrollur jenħtieġ li jinforma lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data fil-mument tad-differiment u matul ir-reviżjonijiet,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli relatati mal-kundizzjonijiet skont liema l-FCH 2 JU, fil-qafas tal-proċeduri tagħha stabbiliti fil-paragrafu 2, tista’ tirrestrinġi l-applikazzjoni tad-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36, kif ukoll l-Artikolu 4 tagħha, skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

2.   Fil-qafas tal-funzjonament amministrattiv tal-FCH 2 JU, din id-Deċiżjoni tapplika għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar fuq data personali mill-Uffiċċju tal-Programm għall-finijiet tat-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi, proċedimenti dixxiplinari, attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrapportati lill-OLAF, l-ipproċessar ta’ każijiet ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta, proċeduri (formali u informali) għall-prevenzjoni ta’ fastidju, l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni, it-twettiq ta’ awditi interni, investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà (tal-IT) ttrattati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE).

3.   Il-kategoriji ta’ data kkonċernati huma hard data (data“oġġettiva” bħal data ta’ identifikazzjoni, data ta’ kuntatt, data professjonali, dettalji amministrattivi, data riċevuta minn sorsi speċifiċi, komunikazzjonijiet elettroniċi u data tat-traffiku) u soft data (data“suġġettiva” relatata mal-każ bħal data dwar ir-raġunament, data dwar l-imġiba, evalwazzjonijiet, data dwar il-prestazzjoni u l-kondotta u data relatata ma’ jew imressqa b’konnessjoni mas-suġġett tal-proċedura jew tal-attività).

4.   Meta l-FCH 2 JU twettaq id-dmirijiet tagħha fir-rigward tad-drittijiet tas-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, hija għandha tikkunsidra jekk tapplikax xi waħda mill-eżenzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament.

5.   Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, ir-restrizzjonijiet jistgħu japplikaw għad-drittijiet li ġejjin: il-forniment ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data, id-dritt ta’ aċċess, rettifika, tħassir, restrizzjoni tal-ipproċessar, il-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data, jew il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni.

Artikolu 2

Speċifikazzjoni tal-kontrollur

Il-kontrollur tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar huwa l-FCH 2 JU, rappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li jista’ jiddelega l-funzjoni tal-kontrollur. Is-suġġetti tad-data għandhom jiġu infurmati dwar il-kontrollur delegat permezz tal-avviżi jew ir-rekords tal-protezzjoni tad-data ppubblikati fuq is-sit web u/jew l-intranet tal-FCH 2 JU.

Artikolu 3

Speċifikazzjoni tas-salvagwardji

1.   L-impriża konġunta għandha tqiegħed fis-seħħ is-salvagwardji li ġejjin bl-għan li jiġi evitat li jseħħ abbuż, jew aċċess jew trasferiment illegali ta’ data personali (4):

(a)

Dokumenti stampati għandhom jinżammu f’armarji siguri u għandhom ikunu aċċessibbli għall-persunal awtorizzat biss;

(b)

Id-data elettronika kollha għandha tinħażen f’applikazzjoni sigura tal-IT skont l-istandards tas-sigurtà tal-impriża konġunta, kif ukoll f’folders elettroniċi speċifiċi aċċessibbli biss għall-persunal awtorizzat. Livelli ta’ aċċess xierqa għandhom jingħataw b’mod individwali;

(c)

Il-bażi ta’ data għandha tkun protetta b’password fi ħdan sistema ta’ sign-on uniku u għandha tkun konnessa awtomatikament mal-ID u l-password tal-utent. Is-sostituzzjoni tal-utenti hija strettament ipprojbita. Ir-rekords elettroniċi għandhom jinżammu b’mod sigur biex jiġu salvagwardjati l-kunfidenzjalità u l-privatezza tad-data li tinsab fihom;

(d)

Il-persuni kollha li jkollhom aċċess għad-data huma marbuta bl-obbligu tal-kunfidenzjalità.

2.   Il-perjodu ta’ żamma tad-data personali msemmija fl-Artikolu 1(3) ma għandux ikun itwal milli jkun meħtieġ u xieraq għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-data. Fi kwalunkwe każ, ma għandux ikun itwal mill-perjodu ta’ żamma speċifikat fl-avviżi dwar il-protezzjoni tad-data, fl-istqarrijiet ta’ privatezza jew fir-reġistri msemmija fl-Artikolu 6.

3.   Meta l-FCH 2 JU tikkunsidra li tapplika restrizzjoni, ir-riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data għandu jintiżen, b’mod partikolari, kontra r-riskju għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti oħra tad-data u r-riskju ta’ kanċellazzjoni tal-effett tal-investigazzjonijiet jew il-proċeduri tal-impriża konġunta pereżempju billi tinqered l-evidenza. Ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data jikkonċernaw primarjament, iżda mhumiex limitati għal, riskji ta’ reputazzjoni u riskji għad-dritt ta’ difiża u d-dritt li jinstema’.

Artikolu 4

Restrizzjonijiet

1.   Kull restrizzjoni għandha tiġi applikata biss mill-FCH 2 JU biex tissalvagwardja:

(a)

is-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika jew id-difiża tal-Istati Membri;

(b)

il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika;

(c)

objettivi importanti oħrajn ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari l-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni, jew interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, inkluż kwistjonijiet monetarji, baġitarji u fiskali, is-saħħa pubblika u is-sigurtà soċjali;

(d)

is-sigurtà interna tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni, inklużi n-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tagħhom;

(e)

il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ksur tal-etika għal professjonijiet regolati;

(f)

funzjoni ta’ monitoraġġ, ta’ spezzjoni jew funzjoni regolatorja marbuta, anke jekk okkażjonalment, mal-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c);

(g)

il-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn;

(h)

l-infurzar ta’ pretensjonijiet skont id-dritt ċivili.

2.   Bħala applikazzjoni speċifika tal-finijiet deskritti fil-paragrafu 1 ta’ hawn fuq, l-FCH 2 JU tista’ tapplika restrizzjonijiet fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

b’rabta ma’ data personali skambjata mas-servizzi tal-Kummissjoni jew ma’ istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni;

meta tali servizz tal-Kummissjoni, istituzzjoni, korp jew aġenzija tal-Unjoni, ikun intitolat li jirrestrinġi l-eżerċizzju tad-drittijiet elenkati abbażi ta’ atti oħra previsti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725 jew f’konformità mal-Kapitolu IX ta’ dan ir-Regolament jew mal-atti kostituttivi ta’ istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni;

meta l-fini ta’ tali restrizzjoni minn dak is-servizz tal-Kummissjoni, istituzzjoni, korp jew aġenzija tal-Unjoni jkun ipperikolat jekk l-impriża konġunta ma tapplikax restrizzjoni ekwivalenti fir-rigward tal-istess data personali.

(b)

b’rabta ma’ data personali skambjata mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu intitolati li jirrestrinġu l-eżerċizzju tad-drittijiet elenkati abbażi tal-atti msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), jew taħt miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikoli 13(3), 15(3) jew 16(3) tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

meta l-fini ta’ tali restrizzjoni minn dik l-awtorità kompetenti jkun ipperikolat jekk l-impriża konġunta ma tapplikax restrizzjoni ekwivalenti fir-rigward tal-istess data personali.

(c)

b’rabta ma’ data personali skambjata ma’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, fejn ikun hemm evidenza ċara li l-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet u l-obbligi x’aktarx jipperikola l-kooperazzjoni tal-impriża konġunta ma’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali fit-twettiq tal-kompiti tagħha.

Qabel ma tapplika r-restrizzjonijiet fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, l-FCH 2 JU għandha tikkonsulta s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, tal-istituzzjonijiet, tal-korpi, tal-aġenziji, tal-uffiċċji tal-Unjoni jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sakemm ma jkunx ċar għall-FCH 2 JU li l-applikazzjoni ta’ restrizzjoni tkun prevista minn wieħed mill-atti msemmija f’dawk il-punti.

Artikolu 5

Restrizzjonijiet tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data

1.   F’każijiet debitament ġustifikati u taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni, id-drittijiet li ġejjin jistgħu jiġu ristretti mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar elenkati fil-paragrafu 2 hawn taħt meta dan ikun meħtieġ u proporzjonat:

(a)

Id-dritt għall-informazzjoni;

(b)

Id-dritt ta’ aċċess;

(c)

Id-dritt ta’ rettifika, tħassir u restrizzjoni ta’ pproċessar;

(d)

Id-dritt għal komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data;

(e)

Id-dritt għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

2.   F’konformità mal-Artikolu 25(2)(a) tar-Regolament (UE) 2018/1725, f’każijiet ġustifikati u taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-deċiżjoni, jistgħu jiġu applikati restrizzjonijiet mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar li ġejjin:

(a)

it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinari;

(b)

attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrapportati lill-OLAF;

(c)

proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta;

(d)

proċeduri (formali u informali) għal każijiet ta’ fastidju (7);

(e)

ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni;

(f)

awditi interni;

(g)

l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(h)

investigazzjonijiet ta’ sigurtà (tal-IT) ġestiti internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE);

(i)

fil-qafas tal-ġestjoni tal-għotjiet jew il-proċedura tal-akkwist, wara d-data tal-għeluq tal-preżentazzjoni tas-sejħiet għal proposti jew l-applikazzjoni tal-offerti (8);

Ir-restrizzjoni għandha tkompli tapplika dment li jibqgħu applikabbli r-raġunijiet li jiġġustifikawha.

3.   Meta l-impriża konġunta tirrestrinġi, b’mod sħiħ jew parzjali, l-applikazzjoni tad-drittijiet fil-paragrafu 1 ta’ hawn fuq, hija għandha tieħu l-passi stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 ta’ din id-Deċiżjoni.

4.   Meta s-suġġetti tad-data jitolbu aċċess għad-data personali tagħhom ipproċessata fil-kuntest ta’ każ speċifiku wieħed jew aktar, jew għal operazzjoni ta’ pproċessar partikolari, f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-FCH 2 JU għandha tillimita l-valutazzjoni tagħha tat-talba għal din id-data personali biss.

Artikolu 6

Ħtieġa u proporzjonalità tar-restrizzjonijiet

1.   Kull restrizzjoni deskritta fl-Artikolu 5 għandha tkun meħtieġa u proporzjonata, filwaqt li jitqiesu r-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data u li jiġi rrispettat il-qofol tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali f’soċjetà demokratika.

2.   Jekk titqies l-applikazzjoni ta’ restrizzjoni, għandu jitwettaq test tan-neċessità u tal-proporzjonalità abbażi tar-regoli preżenti. It-test għandu jitwettaq ukoll fil-qafas tar-rieżami perjodiku, wara li ssir valutazzjoni dwar jekk ir-raġunijiet fattwali u legali għal restrizzjoni għadhomx japplikaw. Għandha tkun iddokumentata permezz ta’ nota ta’ valutazzjoni interna għal skopijiet ta’ responsabbiltà abbażi ta’ każ b’każ.

3.   Ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu temporanji u jridu jitneħħew malli ma jkunux għadhom japplikaw iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawhom. B’mod partikolari, meta jitqies li l-eżerċitar tad-dritt ristrett ma jibqax iħassar l-effett tar-restrizzjoni imposta jew jaffettwa b’mod negattiv id-drittijiet jew il-libertajiet ta’ suġġetti tad-data oħra.

L-impriża konġunta għandha tirrieżamina l-applikazzjoni tar-restrizzjoni kull sitt xhur mill-adozzjoni tagħha u fl-għeluq tal-inkjesta, proċedura jew investigazzjoni rilevanti. Imbagħad, kull sitt xhur, il-kontrollur għandu jimmonitorja l-ħtieġa li tinżamm kwalunkwe restrizzjoni.

4.   Meta l-FCH 2 JU tapplika, b’mod sħiħ jew parzjali, ir-restrizzjonijiet deskritti fl-Anness 5 ta’ din id-Deċiżjoni, hija għandha tirreġistra r-raġunijiet għar-restrizzjoni, ir-raġuni legali skont il-paragrafu 1 ta’ hawn fuq, inkluż valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni.

Għandhom jiġu rreġistrati r-rekord u, fejn applikabbli, id-dokumenti li jinkludu l-elementi fattwali u legali sottostanti. Dawn għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq talba.

Artikolu 7

Obbligu li tingħata informazzjoni

1.   L-FCH 2 JU għandha tinkludi fl-avviżi tal-protezzjoni tad-data, dikjarazzjonijiet ta’ privatezza jew rekords skont it-tifsira tal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2018/1725, ippubblikati fuq is-sit web tagħha u/jew fuq l-intranet biex tinforma lis-suġġetti tad-data bid-drittijiet tagħhom fil-qafas ta’ proċedura partikolari, informazzjoni relatata mar-restrizzjoni potenzjali ta’ dawn id-drittijiet. L-informazzjoni għandha tkopri liema drittijiet jistgħu jiġu ristretti, ir-raġunijiet u t-tul ta’ żmien potenzjali.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(4), l-FCH 2 JU, fejn proporzjonat, għandha tinforma wkoll individwalment lis-suġġetti kollha tad-data, li huma kkunsidrati bħala persuni kkonċernati fl-operazzjoni speċifika ta’ pproċessar, bid-drittijiet tagħhom b’rabta mar-restrizzjonijiet preżenti jew futuri mingħajr dewmien bla bżonn u bil-miktub.

2.   Meta l-FCH 2 JU tirrestrinġi, b’mod sħiħ jew parzjali, id-drittijiet stipulati fl-Artikolu 5, hija għandha tinforma lis-suġġett tad-data kkonċernat, fit-tweġiba tiegħu għat-talba, bir-restrizzjoni applikata u bir-raġunijiet prinċipali għaliha, u bil-possibbiltà li jista’ jressaq ilment lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew li jfittex rimedju ġudizzjarju fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

Il-forniment ta’ informazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 ta’ hawn fuq jista’ jiġi differit, jitħalla barra jew jiġi miċħud, jekk dan ikun jikkanċella l-effett tar-restrizzjoni f’konformità mal-Artikolu 25(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 8

Rieżami mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

1.   L-FCH 2 JU għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinforma lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (“UPD”) tal-impriża konġunta kull meta l-kontrollur jirrestrinġi l-applikazzjoni tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data, jew jestendi r-restrizzjoni, skont din id-Deċiżjoni. Il-kontrollur għandu jipprovdi aċċess lill-UPD għar-rekord li jinkludi l-valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni, u jiddokumenta fir-rekord id-data li fiha jinforma lill-UPD.

2.   L-UPD jista’ jitlob lill-kontrollur bil-miktub biex jirrieżamina l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet. Il-kontrollur għandu jinforma lill-UPD bil-miktub dwar l-eżitu tar-rieżami mitlub.

3.   L-UPD għandu jkun involut matul il-proċedura kollha. Il-kontrollur għandu jinforma lill-UPD meta tkun tneħħiet ir-restrizzjoni.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2020.

Għall-Bord ta’ Tmexxija tal-FCH 2 JU

Valérie BOUILLON-DELPORTE

President tal-Bord ta’ Tmexxija


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108.

(3)  F’każijiet ta’ kontrollur konġunt, id-data jenħtieġ li tiġi pproċessata b’mod konformi mal-mezzi u l-finijiet stabbiliti fil-ftehim rilevanti fost il-kontrolluri konġunti kif definit fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

(4)  Din il-lista mhix eżawrjenti.

(5)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(6)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(7)  Din l-operazzjoni ta’ pproċessar ma għandhiex tapplika għall-Artikolu 5(1)(d).

(8)  Din l-operazzjoni ta’ pproċessar għandha tapplika biss għall-Artikolu 5(1)(c).


Rettifika

17.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/36


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 tas-17 ta’ Mejju 2019 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 129I tas‐17 ta’ Mejju 2019 )

Fil-paġna 16, l-Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a),

minflok:

“(a)

neċessarji biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness …”,

aqra:

“(a)

neċessarji biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi elenkati fl-Anness ...”.


17.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/37


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796 tas-17 ta’ Mejju 2019 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 129I tas‐17 ta’ Mejju 2019 )

Fil-paġna 4, l-Artikolu 4(1), il-punt (a),

minflok:

“(a)

neċessarji biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi elenkati fl-Anness I, ...”,

aqra:

“(a)

neċessarji biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I, ...”.


17.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/38


Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 93/61/KEE tat-2 ta’ Lulju 1993 li tistabilixxi l-pjani li jindikaw il-kondizzjonijiet li jridu jiġu mħarsa mill-materjal propagattiv ta’ ħaxix u pjanti, barra miż-żerriegħa skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 250 tas-7 ta’ Ottubru 1993 )

(Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Volum 015)

F’paġna 101, fit-titolu,

minflok:

“li tistabilixxi l-pjani li jindikaw il-kondizzjonijiet li jridu jiġu mħarsa mill-materjal propagattiv ta’ ħaxix u pjanti, barra miż-żerriegħa skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE”,

aqra:

“li tistabbilixxi l-pjani li jindikaw il-kondizzjonijiet li jridu jiġu mħarsa mill-materjal propagattiv u mill-materjal għat-tħawwil tal-ħaxix, barra miż-żerriegħa skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE”;

F’paġna 101, fl-Artikolu 1(2),

minflok:

“materjal propagattiv ta’ ħaxix (inklużi zkuk bl-għeruq), u pjanti derivati minnhom,”,

aqra:

“materjal propagattiv tal-ħaxix (inklużi zkuk bl-għeruq), u materjal għat-tħawwil derivati minnhom,”;

F’paġna 101, fl-Artikolu 5(1),

minflok:

“Il-materjal ikun sostanzjalment ħieles minn kull difett li jista’ jnaqqas il-kwalità tiegħu bħala materjal propagattiv jew pjanti.”,

aqra:

“Il-materjal ikun sostanzjalment ħieles minn kull difett li jista’ jnaqqas il-kwalità tiegħu bħala materjal propagattiv jew materjal għat-tħawwil.”;

F’paġna 101, fl-Artikolu 5(2), l-ewwel sentenza,

minflok:

“Il-qawwa jew qisien tal-materjal ikunu sodisfaċenti rigward it-tjubija tiegħu bħala materjal propagattiv jew pjanti ornamentali.”,

aqra:

“Il-qawwa u l-qisien tal-materjal ikunu sodisfaċenti rigward it-tjubija tiegħu bħala materjal propagattiv u materjal għat-tħawwil tal-ħaxix.”.


17.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/39


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 tal-5 ta’ Mejju 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta’ kondensazzjoni u chillers tal-proċess

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 177 tat-8 ta’ Lulju 2015 )

F’paġna 21, fl-Artikolu 1, fil-paragrafu 1, fit-tielet subparagrafu, il-punt (i):

minflok:

“kabinetti tar-refriġerazzjoni rapida u kmamar tar-refriġerazzjoni rapida b’kapaċità superjuri għal 300 kg ta’ oġġetti tal-ikel;”,

aqra:

“kabinetti tar-refriġerazzjoni rapida u kmamar għar-refriġerazzjoni rapida b’kapaċità superjuri għal 300 kg ta’ oġġetti tal-ikel;”.

F’paġna 22, fl-Artikolu 2, il-punt 1(c):

minflok:

“‘kamra għar-refriġerazzjoni rapida’ tfisser daħla, li biebha u l-ispazju intern tagħha huma kbar biżżejjed biex bniedem ikun jista’ jimraħ fiha, li tkun maħsuba qabelxejn biex tkessaħ malajr oġġetti tal-ikel sħan għal emeperatura ta’ 10 °C fil-każ tat-tkessiħ u taħt – 18 °C fil-każ tal-iffriżar”;

aqra:

“‘kamra għar-refriġerazzjoni rapida’ tfisser spazju magħluq, li l-bieba u l-ispazju intern tiegħu jkunu kbar biżżejjed biex bniedem ikun jista’ jidħol fih, li jkun maħsub qabelxejn biex ikessaħ malajr oġġetti tal-ikel sħan sa temperatura inqas minn 10 °C fil-każ ta’ tkessiħ u inqas minn -18 °C fil-każ ta’ ffriżar”.