ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 207

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
30 ta' Ġunju 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/899 tas-26 ta’ Ġunju 2020 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

1

 

*

Avviż dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/900 tal-25 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1838 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-2020 fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-2020 fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’dawk li mhumiex tal-Unjoni

4

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/901 tad-29 ta’ Ġunju 2020 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta’ Provi Nukleari (CTBTO) sabiex issaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha ta’ monitoraġġ u ta’ verifika u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva

15

 

*

Deċiżjoni Tal-kunsill (PESK) 2020/902 tad-29 ta’ Ġunju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

30

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/903 tad-29 ta’ Ġunju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/904 tad-29 ta’ Ġunju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1424 fir-rigward tad-data ta' skadenza għall-appoġġ tal-attivitajiet tal-OSKE relatati mat-tnaqqis ta' armi ħfief, ta' kalibru żgħir u munizzjon konvenzjonali fir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq u fil-Georgia

34

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/905 tad-29 ta’ Ġunju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1428 b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Maputo għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-1997 fuq il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Kumulazzjoni, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini kontra l-Persunal u fuq id-Distruzzjoni tagħhom

35

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/906 tad-29 ta’ Ġunju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/615 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet li jwasslu għall-Konferenza ta’ Reviżjoni tal-2020 tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni ta’ Armi Nukleari (TNP)

36

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/907 tad-29 ta’ Ġunju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina

37

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

30.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/899

tas-26 ta’ Ġunju 2020

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

B’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/803 (2), il-Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan min-naħa l-oħra (3), sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (il-“Protokoll”), ġie ffirmat, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(2)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja (4) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea u Istati Membri tagħha.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa li tiddepożita (jiddepożitaw), f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, l-istrument ta’ approvazzjoni previst fl-Artikolu 3 tal-Protokoll.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Kunsens tat-12 ta’ Diċembru 2018 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/803 tas-7 ta’ Mejju 2015 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 132, 21.5.2016, P. 79).

(3)  It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fi ĠU L 334, 6.12.2012, p. 3.

(4)  It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat fi ĠU L 132, 21.5.2016, p. 81, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu.


30.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/3


Avviż dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam

Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (1), iffirmat f’Hanoi fit-30 ta’ Ġunju 2019, ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2020.


(1)  ĠU L 186, 12.6.2020, p. 3


REGOLAMENTI

30.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/4


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/900

tal-25 ta’ Ġunju 2020

li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1838 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-2020 fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-2020 fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’dawk li mhumiex tal-Unjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1838 (1) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2020. Huwa jistabbilixxi perijodi tal-għeluq tas-sajd minħabba l-istaġun tar-riproduzzjoni għaż-żewġ stokkijiet tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku b’ deroga għall-bastimenti tas-sajd b’tul totali ta’ inqas minn 12-il metru li jistadu b’ċertu rkaptu passiv. Is-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ huwa eskluż mid-deroga. Madankollu, huwa meqjus li l-użu tal-konzijiet tal-wiċċ jenħtieġ li jitħalla u li għalhekk jenħtieġ li jiddaħħal fid-deroga, kif sar fir-regolamenti dwar l-opportunitajiet tas-sajd ta’ qabel. Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1838 jiġi emendat kif xieraq.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (2) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2020 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għall-bastimenti tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

(3)

Fir-rapport tas-sessjoni plenarja tiegħu ta’ bejn is-16 u l-20 ta’ Marzu 2020, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) ikkonkluda li, għall-qabdiet aċċessorji tal-merlangu (Merlangius merlangus) fil-Baħar Ċeltiku, il-manka b’malja maqrut ta’ 100 mm b’pannell ta’ malja kwadra ta’ 160 mm hija l-aktar selettiva mill-erba’ disinni differenti ta’ manka elenkati fil-miżuri ta’ rimedju li jinsabu fil-punt (a)Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) 2020/123 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2020. L-STECF ma kellux stimi affidabbli għas-selettività tal-bakkaljaw (Gadus morhua) f’manka b’malja maqrut ta’ 100 mm b’pannell ta’ malja kwadra ta’ 160 mm. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat l-irkupru tal-istokk tal-merlangu kkonċernat, huwa xieraq li jibqa’ jkun possibbli l-użu tal-kombinazzjoni ta’ din il-manka u tal-pannell b’malja kwadra Sabiex jiġi żgurat l-irkupru tal-bakkaljaw tal-Baħar Ċeltiku, jenħtieġ li l-manka b’malja maqrut ta’ 100 mm b’pannell ta’ malja kwadra ta’ 160 mm tkompli tintuża bil-linja tas-sajd mgħollija.

(4)

Ir-rata tal-mortalità mis-sajd (F) tal-bakkaljaw (Gadus morhua) fil-Baħar tat-Tramuntana żdiedet mill-2016 ’l hawn u huwa stmat li issa hija ogħla mill-punt ta’ referenza tar-rata ta’ mortalità (Flim) li fit-tul ser twassal għal stokk ta’ daqs medju fil-punt ta’ referenza ta’ limitu tal-bijomassa (Blim). Is-sajd f’livelli ogħla mill-Flim ser jirriżulta fi tnaqqis fl-istokk għal livelli inqas mill-Blim. Għaldaqstant, il-bijomassa ta’ stokk riproduttiv (SSB) naqset mill-2015 ’l hawn u huwa stmat li l-livell tagħha huwa inqas mill-Blim, Il- Blim huwa l-punt ta’ referenza previst fl-aqwa parir xjentifiku disponibbli, b’mod partikulari f’dak mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), li taħtu l-kapaċità riproduttiva tista’ tonqos. Barra minn hekk, l-irkupru baqa’ wieħed baxx mill-1998 ’l hawn, u fl-2016 u fl-2018 dan kien eċċezzjonalment baxx..

(5)

F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2018/973 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li jistabbilixxi l-pjan pluriennali tal-Baħar tat-Tramuntana, meta l-parir xjentifiku jkun jindika li l-SSB ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dak ir-Regolament tkun taħt il-Blim, iridu jittieħdu miżuri ulterjuri ta’ rimedju sabiex jiġi żgurat li l-istokk jirritorna malajr għal livelli li jkunu ogħla mil-livell li jkun kapaċi jipproduċi r-rendiment massimu sostenibbli (l-MSY). B’mod partikolari, dawk il-miżuri ta’ rimedju jistgħu jinkludu s-sospensjoni tas-sajd immirat għall-istokk ikkonċernat u t-tnaqqis adegwat tal-opportunitajiet tas-sajd għal dawk l-istokkijiet jew għal stokkijiet oħrajn li matul is-sajd għalihom jinqabad b’mod inċidentali l-bakkaljaw, jew it-tnejn li huma.

(6)

Minħabba li l-grupp reġjonali tal-Istati Membri tal-Baħar tat-Tramuntana ma għamilx Rakkomandazzjoni Konġunta għal miżuri aktar fit-tul, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li ddaħħal miżuri tekniċi addizzjonali li huma funzjonalment marbuta mal-opportunitajiet tas-sajd għall-2020 f’konformità mal-impenji li ħadu l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja li huma konsistenti mad-dikjarazzjoni konġunta tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kunsill.

(7)

Sabiex jonqsu l-qabdiet tal-istokkijiet li għalihom hemm stabbilita qabda totali permissibbli (TAC) għall-qabdiet aċċessorji, jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd għas-sajd li matulu jinqabad il-ħut minn dawk l-istokkijiet jiġu stabbiliti f’livelli li jgħinu l-bijomassa tal-istokkijiet vulnerabbli biex tirkupra u tilħaq livelli sostenibbli. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll miżuri tekniċi li jkunu marbutin mal-opportunitajiet tas-sajd mil-lat funzjonali. Skont il-ħarsa ġenerali dwar is-sajd għall-Baħar tat-Tramuntana, l-ICES jistma li jekk ma jinbidlux ix-xejriet tas-sajd u minħabba l-iskartar illegali tal-ħut, ser jinqabdu approssimament 40 000 tunnellata ta’ bakkaljaw. Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju li l-qabdiet jaqbżu sew it-TAC maqbula, hemm bżonn jittieħdu miżuri addizzjonali biex ikomplu jiġu limitati l-qabdiet.

(8)

F’konformità mal-proċedura prevista fil-ftehimiet jew fil-protokolli dwar ir-relazzjonijiet tas-sajd man-Norveġja (4) l-Unjoni wettqet konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tas-sajd man-Norveġja. Il-Partijiet qablu li jirrakkomandaw lill-awtoritajiet rispettivi tagħhom l-introduzzjoni ta’ miżuri addizzjonali ta’ rimedju biex jissupplimentaw it-TAC li kien diġà intlaħaq qbil dwarha f’Diċembru tal-2019 sabiex, b’mod temporanju, fl-2020 tingħata iktar protezzjoni kemm lill-bakkaljaw adult kif ukoll lil dak li jkun għadu qed jikber. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jinkludu għeluq staġjonali biex jitħares il-ħut li jkun għadu qed jikber, żoni ristretti b’kundizzjonijiet speċifiċi tal-aċċess u l-introduzzjoni ta’ miżuri ġodda bbażati fuq l-irkaptu tas-sajd.

(9)

Fid-9 ta’ Marzu 2020, l-ICES ħareġ parir dwar il-qabdiet tal-gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) fid-diviżjonijiet 3a u 4a tal-ICES fil-Lvant (fi Skagerrak, f’Kattegat u fit-Tramuntana tal-Baħar tat-Tramuntana fil-Fossa Norveġiża). Abbażi ta’ dak il-parir u wara konsultazzjonijiet man-Norveġja, jixraq li l-kwota tal-Unjoni għall-gamblu tat-Tramuntana fid-diviżjoni 3a tal-ICES tiġi stabbilita għal 3 266 tunnellata, f’konformità mal-MSY.

(10)

Skont il-parir tal-ICES tal-14 ta’ April 2020, jenħtieġ li bejn l-1 ta’ Lulju 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 ma jinqabdux iktar minn 207 807 tunnellata ta’ laċċ ikħal (Sprattus sprattus) fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżona 4 tal-ICES (fil-Baħar tat-Tramuntana) u fid-diviżjoni 3a tal-ICES (fi Skagerrak u f’Kattegat). Għalhekk jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċ ikħal jiġu stabbiliti għal 169 778 tunnellata fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u tas-subżona 4 tal-ICES, u għal 38 029 tunnellata fid-diviżjoni 3a tal-ICES għal dak il-perijodu, f’konformità mal-MSY.

(11)

Sa ma jingħata l-parir xjentifiku għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021, ġiet stabbilita TAC ta’ żero għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF) għal dak il-perijodu. L-ICES ser joħroġ il-parir tiegħu għal dak l-istokk fi tmiem Ġunju tal-2020. Sabiex ikun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd ikunu jistgħu jkomplu sa ma tiġi stabbilita t-TAC abbażi tal-aħħar parir xjentifiku, jenħtieġ li tiġi stabbilita TAC proviżorja ta’ 4 018-il tunnellata, abbażi tal-qabdiet li saru fit-tielet kwart tal-2019. Jenħtieġ li dik it-TAC proviżorja tiġi emendata f’konformità mal-parir xjentifiku tal-ICES.

(12)

Fir-Rekord Maqbul tal-Konsultazzjonijiet dwar is-Sajd li saru fid-19 ta’ Diċembru 2019 bejn in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea għall-2020, il-Partijiet qablu li minbarra l-50 000 tunnellata ta’ aringi (Clupea harengus) li n-Norveġja tista’ tistad mill-kwota tagħha fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 4a u 4b u li l-Unjoni tista’ tistad mill-kwota tagħha fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta’ 62° N, ser tingħata wkoll kwantità addizzjonali ta’ mhux aktar minn 10 000 tunnellata jekk in-Norveġja jew l-Unjoni jitolbu dan. Dak il-ftehim jenħtieġ li jiddaħħal fil-liġi tal-Unjoni.

(13)

Fil-laqgħa annwali tagħha tal-2020 li saret bejn l-14 u t-18 ta’ Frar 2020, l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO) irrevediet il-miżura ta’ konservazzjoni għas-sawrell taċ-Ċilì (Trachurus murphyi), li għalih l-opportunitajiet tas-sajd ma kinux għadhom ġew iddeterminati fir-Regolament (UE) 2020/123. Jenħtieġ li l-miżuri applikabbli jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni.

(14)

Fil-laqgħa annwali tagħha li saret bejn it-23 u s-27 ta’ Settembru 2019, l-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO) iddeċidiet li tagħlaq is-sajd għall-fonsa l-ħamra tat-tip (Beryx splendens) fis-subżona 6 tan-NAFO minħabba li jaf naqas l-istokk tagħha. Għalhekk jenħtieġ li din il-miżura tiġi implimentata fil-liġi tal-Unjoni u li għaldaqstant il-lista tal-ispeċijiet ipprojbiti jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq.

(15)

Ir-Rakkomandazzjoni 16-05 tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), li naqqset it-TAC għall-2020 għall-pixxispad tal-Mediterran (Xiphias gladius), diġà ġiet implimentata fil-liġi tal-Unjoni. Madankollu, f’Jannar tal-2020 is-Segretarjat tal-ICCAT ħareġ linji gwida għall-kalkolu tat-TAC għall-pixxispad tal-Mediterran. Minħabba f’hekk, jeħtieġ li l-kwota tal-Unjoni tiġi aġġornata kif xieraq.

(16)

Fil-laqgħa annwali tagħha tal-2019 li saret mis-17 sal-21 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean tal-Indja (IOTC) adottat limiti ġodda tal-qbid għat-tonn l-isfar (Thunnus albacares) li ma jaffettwawx il-limiti tal-qbid tal-Unjoni fil-qafas tal-IOTC. Madankollu, hija naqqset il-possibiltajiet li jintużaw irkaptu biex jinġemal-ħut (FADs), bastimenti tal-provvista kif ukoll bagi strumentati. Għalhekk, jenħtieġ li jsir tibdil ulterjuri fir-Regolament (UE) 2020/123 biex ikun żgurat li r-regoli ta’ implimentazzjoni jkunu jirriflettu sewwa d-deċiżjonijiet li ħadu l-Partijiet Kontraenti tal-IOTC.

(17)

F’Lulju 2019, is-sitt Laqgħa tal-Partijiet tal-Ftehim dwar is-Sajd fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan (SIOFA) iddeċidiet dwar miżuri marbutin mas-sajd tal-qiegħ u dwar il-limitazzjoni tal-isforz fiż-Żona tal-Ftehim. Ir-Regolament (UE) 2020/123 implimenta dawk il-miżuri fil-liġi tal-Unjoni. Madankollu, jenħtieġ li jsir iktar tibdil biex ikun żgurat li r-regoli ta’ implimentazzjoni jkunu jirriflettu sewwa d-deċiżjonijiet meħuda minn SIOFA b’rabta mal-limiti fuq is-sajd tal-qiegħ.

(18)

Il-Kummissjoni tagħti liċenzji tas-sajd lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Venezwela biex dawn ikunu jistgħu jistadu għall-isnapper fl-ilmijiet Ewropew ’il barra mill-kosta tal-Guyana Franċiża. Ir-Regolament (UE) 2020/123 jipprevedi l-għoti ta’ 45 liċenzja. Biex jinħarġu dawk l-awtorizzazzjonijiet, trid tingħata prova li ġie konkluż kuntratt validu bejn sid il-bastiment u kumpannija tal-ipproċessar li tkun tinsab fid-Dipartiment tal-Guyana Franċiża. Matul il-proċess tal-awtorizzazzjoni bejn sena w’oħra, jenħtieġ li jitħallew jibqgħu għaddejjin il-ħidmiet tas-sajd b’ċerti kundizzjonijiet.

(19)

Bastimenti li jistadu għaċ-ċiċċirelli li jużaw ċertu rkaptu fis-subdiviżjonijiet 2a, 3a u 4 tal-ICES jenħtieġ li jkunu soġġetti għal perijodi ta’ projbizzjoni mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Diċembru 2020 u mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2021.

(20)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2020/123 jiġi emendat kif xieraq.

(21)

Il-limiti tal-qbid previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1838 u fir-Regolament (UE) 2020/123 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2020. Għalhekk jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet li jiddaħħlu permezz ta’ dan ir-Regolament marbutin mal-limiti tal-qbid jidħlu fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun. Fir-rigward tal-bidliet fil-livelli tat-TAC, tad-deroga addizzjonali fil-Baħar Baltiku u tat-tkomplija tal-permess tal-użu ta’ rkaptu fil-Baħar Ċeltiku, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2020. Peress li l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti jew qed jiġu miżjuda u qed jiġu introdotti regoli aktar permissivi permess ta’ dan ir-Regolament, il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi mhumiex affettwati mill-applikazzjoni retroattiva ta’ dan ir-Regolament.

(22)

Ir-Renju Unit ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 130(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (5),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament (UE) 2019/1838

L-Anness tar-Regolament(UE) 2019/1838 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emenda tar-Regolament (UE) 2020/123

Ir-Regolament (UE) 2020/123 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(j)

‘baga strumentata’ tfisser baga mmarkata b’mod ċar b’numru ta’ referenza uniku li jippermetti l-identifikazzjoni ta’ sidha u mgħammra b’sistema ta’ rintraċċar bis-satellita biex timmonitorja l-pożizzjoni tagħha;

(k)

‘baga operazzjonali’ tfisser kwalunkwe baga strumentata, attivata minn qabel, mixgħula u użata fuq il-baħar fuq irkaptu biex jinġemal-ħut (FAD) jew injam jgħum fil-wiċċ, li tittrażmetti l-pożizzjonijiet u kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli bħal stimi minn ekosonda.”;

(2)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

Artikolu 12a

Staġuni magħluqa għas-sajd għaċ-ċiċċirelli

Is-sajd kummerċjali għaċ-ċiċċirelli bi xbieki tat-tkarkir demersali, tartaruni jew irkaptu simili rmunkat bid-daqs tal-malji inqas minn 16 mm għandu jkun projbit fid-diviżjonijiet 2a, 3a tal-ICES u fis-subżona 4 tal-ICES mill-1 ta Awwissu sal-31 ta’ Diċembru 2020 u mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2021.100 mm b’pannell b’malja kwadra ta’ 160 mm;”.

(3)

Ir-raba’ inċiż tal-punt (a) tal-Artikolu 13(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

100 mm b’pannell b’malja kwadra ta’ 160 mm;”.

(4)

l-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 14

Miżuri ta’ rimedju għall-bakkaljaw fil-Baħar tat-Tramuntana

1.   Iż-żoni magħluqa għas-sajd, ħlief għas-sajd bi rkaptu pelaġiku (bit-tartaruni tal-borża u bix-xbieki tat-tkarkir), u l-perijodi li matulhom ser jkunu magħluqa huma stabbiliti fl-Anness IV.

2.   Il-bastimenti li jistadu bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u bit-tartaruni b’daqs minimu tal-malji ta’ mill-inqas 70 mm f’4a u 4b jew mill-inqas 90 mm fi 3a, u bil-konzijiet (6) ma għandhomx jitħallew jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 4a tal-ICES, fit-Tramuntana tal-latitudni 58° 30′ 00 N u fin-Nofsinhar tal-latitudni 61° 30′ 00 N u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 3a.20 tal-ICES (Skagerrak) u tad-diviżjonijiet 4a u 4b tal-ICES fit-Tramuntana tal-latitudni 57° 00′ 00 N u fil-Lvant tal- lonġitudni 5 00’00 E.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2, il-bastimenti tas-sajd imsemmijin f’dak il-paragrafu jistgħu jistadu fiż-żoni msemmijin fil-paragrafu 1, dejjem jekk dawn ikunu jissodisfaw tal-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

jekk il-qabdiet tal-bakkaljaw tagħhom ma jkunux jaqbżu l-5 % tal-qabdiet kollha għal kull vjaġġ tas-sajd; il-bastimenti b’qabdiet ta’ bakkaljaw li ma jkunux qabżu 5 % tal-qabdiet totali tagħhom fil-perjodu 2017-2019 huma preżunti li jikkonformaw ma’ dan il-kriterju dment li jkomplu jużaw l-istess irkaptu li użaw f’dak il-perjodu; din il-preżunzjoni tista’ tiġi ribattuta;

(b)

jekk ikunu jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew tartaruni rregolati u selettivi ħafna li, skont studju xjentifiku, jwasslu biex il-qabdiet tal-bakkaljaw jonqsu tal-inqas bi 30 […] % meta mqabbla ma’ bastimenti li jistadu bid-daqsijiet tal-malja ta’ referenza għall-irkaptu rmunkat kif speċifikat fil-punt 1.1 tal-Parti B tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2019/1241 […]. L-STECF jista’ jevalwa dawk l-istudji. Jekk, abbażi ta’ evalwazzjoni tal-STECF dwaru li ma tkunx waħda favorevoli, dan l-irkaptu ma jkunx jista’ jibqa’ jitqies validu għall-użu fiż-żoni ddefiniti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(c)

fil-każ tal-bastimenti li jistadu bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u b’tartaruni b’daqs tal-malji ta’ 100 mm jew iktar [tat-tip TR1], jekk dawn jużaw l-irkaptu selettiv ħafna li ġej:

xbieki tat-tkarkir bis-sorra b’daqs minimu tal-malji fil-parti tas-sorra ta’ 600 mm;

maljetta mgħollija tal-kalar (0,6 m);

xibka selettiva orizzontali li jkollha fetħa għall-ħrib b’malji kbar;

(d)

fil-każ tal-bastimenti li jistadu bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u b’tartaruni b’daqs tal-malji ta’ 70 mm f’4a u 90 mm fi 3a u inqas minn 100 mm (tat-tip TR2), jekk dawn jużaw l-irkaptu selettiv ħafna li ġej:

għarbiel orizzontali bi spazju ta’ bejn il-vireg ta’ mhux aktar minn 50 mm li jissepara l-pixxiċatt u l-ħut tond, bi ħruġ mhux imblukkat għall-ħut tond;

pannell seltra b’malji kwadri ta’ 300 mm;

għarbiel bi spazju ta’ bejn il-vireg ta’ mhux aktar minn 35 mm, bi ħruġ mhux imblukkat għall-ħut;

(e)

bastimenti li jkunu soġġetti għal pjan nazzjonali biex jiġi evitat li jinqabad il-bakkaljaw biex il-qabdiet tal-bakkaljaw ikunu sostenibbli f’konformità mar-rata ta’ mortalità mis-sajd li tikkorrispondi għall-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti, abbażi tal-livelli ta’ parir xjentifiku, permezz ta’ miżuri tekniċi jew spazjali, jew ta’ taħlita tat-tnejn li huma; tali pjanijiet jenħtieġ li jiġu vvalutati mhux aktar tard minn xahrejn wara li jiġu implimentati, fil-każ tal-Istati Membri tal-UE min-naħa tal-STECF, u fil-każ ta’ pajjiżi terzi min-naħa tal-korp xjentifiku rilevanti nazzjonali tagħhom, u għandhom jerġgħu jiġu riveduti meta jitqies li dan huwa neċessarju f’każ li tali valutazzjonijiet jindikaw li mhux ser jintlaħaq l-għan tal-pjan.

4.   L-Istati Membri għandhom itejbu l-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-bastimenti msemmija fil-paragrafu 2 biex jikkontrollaw il-konformità mal-kondizzjonijiet speċifikati fil-punti(a) sa (e) tal-paragrafu 3.”.

(6)  Bil-kodiċijiet tal-irkaptu li ġejjin: OTB, OTT, OT, TBN, […], TBS, TB, TX, PTB, SDN, SSC, SX, LL, LLS."

(5)

Fl-Artikolu 16(1) jiddaħħal il-punt li ġej:

“(o)

il-fonsa l-ħamra tat-tip (Beryx splendens) fis-subżona 6 tan-NAFO.”.

(6)

l-Artikolu 27 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 27

Irkapti mitluqa għal riħhom biex jinġemal-ħut (FADs) u bastimenti tal-provvista

1.   Jenħtieġ li (FADs) ikunu mgħammra b’bagi strumentati. L-użu ta’ kwalunkwe baga oħra, bħal bagi tar-radju huwa pprojbit.

2.   Bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża ma għandu jsegwi fl-ebda waqt iktar minn 300 baga operazzjonali.

3.   Kull sena ma jistgħux jiġu akkwistati iktar minn 500 baga strumentata għal kull bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża. Bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża ma għandu jkollu fl-ebda waqt iktar minn 500 baga strumentata (kemm maħżuna u kemm li jkunu qed jitħaddmu).

4.   Ma għandux ikun hemm iktar minn żewġ bastimenti tal-provvista għal mill-inqas ħames bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża, li lkoll għandhom itajjru l-bandiera ta Stat Membru. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-Istati Membri li jużaw bastiment wieħed biss tal-provvista.

5.   Bastiment tas-sajd wieħed bit-tartaruni tal-borża ma għandu jingħata appoġġ fl-ebda waqt minn iktar minn bastiment wieħed tal-provvista li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru.

6.   L-Unjoni ma għandha ddaħħal l-ebda bastiment addizzjonali tal-provvista jew bastiment ġdid tal-provvista fir-reġistru tal-bastimenti awtorizzati tal-IOTC.”.

(7)

l-Artikolu 46 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 46

Limiti għas-sajd tal-qiegħ

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li jkunu qed jistadu fiż-Żona tal-Ftehim SIOFA:

(a)

jillimitaw l-isforz annwali tagħhom tas-sajd tal-qiegħ u l-qabdiet annwali tagħhom minn dak it-tip ta’ sajd għal-livell annwali medju tagħhom għas-snin li fihom il-bastimenti tagħhom kienu attivi fiż-Żona tal-Ftehim ta’ SIOFA tul perijodu rappreżentattiv li għalih teżisti data ddikjarata lill-Kummissjoni;

(b)

ma jwessgħux il-firxa tad-distribuzzjoni tal-isforz tas-sajd tal-qiegħ lil hinn miż-żoni fejn sar is-sajd f’dawn l-aħħar snin, minbarra s-sajd bix-xlief u bin-nases;

(c)

ma jkunux awtorizzati jistadu fiż-żoni protetti b’mod temporanju ta’ Atlantis Bank, Coral, Fools Flat, Middle of What u Walter’s Shoal, kif iddefinit fl-Anness IK, ħlief bix-xlief u bin-nases u bil-kundizzjoni li jkollhom osservatur xjentifiku abbord il-ħin kollu meta jkunu qed jistadu f’dawk iż-żoni.”.

(8)

l-Artikolu 51 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 5 1

Staġuni magħluqin għas-sajd

Bastimenti ta’ pajjiżi terzi awtorizzati li jistadu għaċ-ċiċċirell u għal qabdiet inċidentali assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżona 4 tal-ICES ma għandhomx jistadu għaċ-ċiċċirell f’dik is-subżona bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, tartaruni jew irkaptu simili rmunkat b’daqs tal-malji inqas minn 16 mm fil-perijodi li ġejjin:

(a)

mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Diċembru 2020;

(b)

mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2021.”.

(9)

l-Annessi IA, ID, IH u V huma emendati f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 u l-punt (3) tal-Artikolu 2 u l-punt (9) tal-Artikolu 2 flimkien mal-punti 1(a) u (e) u l-punti 2 u 3 tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2020.

Il-punti (1), (2) u (5) sa (8) tal-Artikolu 2 u l-punt (9) tal-Artikolu 2Artikolu flimkien mal-punti 1(b), (c) u (d) u l-punt 4 tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2020.

Il-punt (4) tal-Artikolu 2 għandu japplika mill-15 ta’ Awwissu 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A.METELKO ZGOMBIĆ


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1838 tat-30 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/124 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet ta’ sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L 281, 31.10.2019, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/973 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art fil-Baħar tat-Tramuntana u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 676/2007 u (KE) Nru 1342/2008 (ĠU L 179, 16.7.2018, p. 1).

(4)  Il-Ftehim dwar is-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (ĠU L 226, 29.8.1980, p. 48).

(5)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.


ANNESS I

L-Anness tar-Regolament (UE) 2019/1838 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-bakkaljaw fis-subdiviżjonijiet 25 sa 32 tal-ICES, in-nota ta’ qiegħ il-paġna numru 2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“(2)

Għandu jkun ipprojbit li jsir sajd għal din il-kwota fis-subdiviżjonijiet 25 u 26 mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Awwissu.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, jistgħu jsiru attivitajiet tas-sajd li jsiru biss għall-finijiet esklużivi tal-investigazzjonijiet xjentifiċi, sakemm dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità sħiħa mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, dak il-perijodu tal-għeluq ma għandux japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ inqas minn 12-il metru li jistadu bl-għeżula, bix-xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti, bil-konzijiet tal-qiegħ, bil-konzijiet, bix-xlief u bl-irkaptu tat-trejjix jew bi rkaptu passiv ieħor f’żoni fejn l-ilma jkun inqas minn 20 metru fond skont il-koordinati tal-mappa nawtika uffiċjali li joħorġu l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Il-kaptani ta’ dawk il-bastimenti tas-sajd għandhom jiżguraw l-attività tas-sajd tagħhom tkun tista’ tiġi mmonitorjata f’kull ħin mill-awtoritajiet tal-kontroll tal-Istat Membru.”;

(2)

Fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-bakkaljaw fis-subdiviżjonijiet 22 sa 24 tal-ICES, in-noti ta’ qiegħ il-paġna numri 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(1)

Fis-subdiviżjoni 24 għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta’ din il-kwota fis-subdiviżjoni 24.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, attivitajiet tas-sajd li jsiru biss għall-finijiet esklużivi tal-investigazzjonijiet xjentifiċi jistgħu jiġu diretti għall-bakkaljaw sakemm dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità sħiħa mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, is-sajd għal din il-kwota fis-subdiviżjoni 24 għandu jkun permess għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ inqas minn 12-il metru li jistadu bl-għeżula, bix-xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti, bil-konzijiet tal-qiegħ, bil-konzijiet, bix-xlief u bl-irkaptu tat-trejjix jew bi rkaptu passiv ieħor f’żoni li jinsabu sa sitt mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi fejn l-ilma jkun inqas minn 20 metru fond skont il-koordinati tal-mappa nawtika uffiċjali li joħorġu l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Il-kaptani ta’ dawk il-bastimenti tas-sajd għandhom jiżguraw li l-attività tas-sajd tagħhom tkun tista’ tiġi mmonitorjata f’kull ħin mill-awtoritajiet tal-kontroll tal-Istat Membru.

(2)

Għandu jkun ipprojbit li jsir sajd għal din il-kwota fis-subdiviżjonijiet 22 u 23 mill-1 ta’ Frar sal-31 ta’ Marzu u fis-subdiviżjoni 24 mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, jistgħu jsiru attivitajiet tas-sajd li jsiru għall-finijiet esklużivi tal-investigazzjonijiet xjentifiċi, sakemm dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità sħiħa mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, dak il-perijodu tal-għeluq ma għandux japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ inqas minn 12-il metru li jistadu bl-għeżula, bix-xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti, bil-konzijiet tal-qiegħ, bil-konzijiet, bix-xlief u bl-irkaptu tat-trejjix jew bi rkaptu passiv ieħor f’żoni fejn l-ilma jkun inqas minn 20 metru fond skont il-koordinati tal-mappa nawtika uffiċjali li joħorġu l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Il-kaptani ta’ dawk il-bastimenti tas-sajd għandhom jiżguraw li l-attività tas-sajd tagħhom tkun tista’ tiġi mmonitorjata f’kull ħin mill-awtoritajiet tal-kontroll tal-Istat Membru.”


ANNESS II

L-Annessi IA, ID, IH u V tar-Regolament (UE) 2020/123 huma emendati kif ġej:

(1)

l-Anness IA huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-aringi fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’dawk Norveġiżi taż-żona 4 li jinsabu fit-Tramuntana ta’ 53° 30′ N hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Aringi  (1)

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk Norveġiżi taż-żona 4 li jinsabu fit-Tramuntana ta’ 53° 30′ N

Clupea harengus

(HER/4AB.)

Id-Danimarka

59 468

 

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament

Il-Ġermanja

39 404

 

Franza

20 670

 

In-Netherlands

51 717

 

L-Iżvezja

3 913

 

Ir-Renju Unit

55 583

 

L-Unjoni

230 755

 

Il-Gżejjer Faeroe

250

 

In-Norveġja

111 652

 (2)

It-TAC

385 008

 

Kondizzjoni speċjali: fil-limiti tal-kwoti msemmijin hawn fuq, l-Unjoni ma tistax taqbad iktar mill-kwantitajiet imniżżlin hawn taħt fl-ilmijiet Norveġiżi li jinsabu fin-Nofsinhar ta’ 62° N. r tingħata kwantità addizzjonali ta’ mhux aktar minn 10 000 tunnellata jekk l-Unjoni Ewropea titlob it-tali żieda.

L-ilmijiet Norveġiżi li jinsabu fin-Nofsinhar ta’ 62° N (HER/*04N-)

50 000”;

(b)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Speċi:

Inċova

Żona:

9 u 10; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF

Engraulis encrasicolus

(ANE/9/3411)

Spanja

1 922

 (3)

TAC prekawzjonarja

Il-Portugall

2 096

 (3)

L-Unjoni

4 018

 (3)

It-TAC

4 018

 (3)

(c)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana fid-diviżjoni 3a tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Gamblu tat-Tramuntana

Żona:

3a

Pandalus borealis

(PRA/03 A.)

Id-Danimarka

2 123

 

TAC analitika”

L-Iżvezja

1 143

 

L-Unjoni

3 266

 

It-TAC

6 115

 

(d)

tiddaħħal it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd li ġejja għal-laċċ ikħal u għall-qabdiet aċċessorji marbutin miegħu fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 3a tal-ICES:

“Speċi:

Laċċ ikħal u qabdiet aċċessorji marbutin miegħu

Żona:

3a

Sprattus sprattus

(SPR/03 A.2)

Id-Danimarka

25 482

 (4)  (5)

TAC analitika

Il-Ġermanja

53

 (4)  (5)

L-Iżvezja

9 642

 (4)  (5)

L-Unjoni

35 177

 (4)  (5)

It-TAC

38 029

 (5)

(e)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċ ikħal u għall-qabdiet aċċessorji marbutin miegħu fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u tas-subżona 4 tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Laċċ ikħal u qabdiet aċċessorji marbutin miegħu

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4

Sprattus sprattus

(SPR/2AC4-C)

Il-Belġju

1 821

 (6)  (7)

TAC analitika

Id-Danimarka

144 154

 (6)  (7)

 

Il-Ġermanja

1 821

 (6)  (7)

 

Franza

1 821

 (6)  (7)

 

In-Netherlands

1 821

 (6)  (7)

 

L-Iżvezja

1 330

 (6)  (7)  (8)

 

Ir-Renju Unit

6 010

 (6)  (7)

 

L-Unjoni

158 778

 (6)  (7)

 

In-Norveġja

10 000

 (6)

 

Il-Gżejjer Faeroe

1 000

 (6)  (9)

 

It-TAC

169 778

 (6)

 

(2)

Fl-Anness ID, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-pixxispad fil-Mediterran hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

Pixxispad

Xiphias gladius

Żona:

Il-Baħar Mediterran

(SWO/MED)

Il-Kroazja

14,60

 (10)

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.”

Ċipru

53,85

 (10)

Spanja

1 663,34

 (10)

Franza

115,93

 (10)

Il-Greċja

1 101,10

 (10)

L-Italja

3 409,98

 (10)

Malta

404,55

 (10)

L-Unjoni

6 763,35

 (10)

It-TAC

9 583,07

 

(3)

Fl-Anness IH, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għas-sawrell taċ-Ċilì fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Sawrell taċ-Ċilì

Trachurus murphyi

Żona:

Iż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO

(CJM/SPRFMO)

Il-Ġermanja

10 446,80

 

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96”

In-Netherlands

11 323,26

 

Il-Litwanja

7 269,16

 

Il-Polonja

12 498,78

 

L-Unjoni

41 538

 

It-TAC

Mhix rilevanti

 

(4)

fil-Parti B tat-tabella mogħtija fl-Anness V, li tittratta “L-għadd massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti ta’ pajjiżi terzi li jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni”, in-nota ta’ qiegħ il-paġna numru 1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“(1)

Biex jinħarġu dawk l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, trid tingħata prova li jeżisti kuntratt validu bejn sid il-bastiment li qed japplika għall-awtorizzazzjoni tas-sajd u impriża tal-ipproċessar li tinsab fid-Dipartiment tal-Guyana Franċiża u li dan jinkludi l-obbligu li mill-inqas 75 % mill-qabdiet kollha tal-isnapper tal-bastiment ikkonċernat jinħattu l-art f’dak id-Dipartiment sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu pproċessati fl-impjant ta’ dik l-impriża. L-awtoritajiet Franċiżi jridu japprovaw it-tali kuntratt u għandhom jiżguraw li dan ikun konsistenti kemm mal-kapaċità reali tal-impriża tal-ipproċessar kontraenti u kif ukoll mal-objettivi għall-iżvilupp tal-ekonomija tal-Guyana. Mal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinhemeż kopja tal-kuntratt li jkun ġie approvat kif xieraq. Meta t-tali approvazzjoni tiġi miċħuda, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jinnotifikaw lill-parti kkonċernata u lill-Kummissjoni b’dan u jagħtuhom ir-raġunijiet tagħhom għal dan. Bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tal-Venezwela li jkun awtorizzat iwettaq attivitajiet tas-sajd fl-2020 jista’ jkompli jistad sal-1 ta’ April 2021 sa ma tiġġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu, dejjem jekk:

l-operatur tal-bastiment ikun iffirma kuntratt ġdid tal-provvista għall-2021,

ikunu għaddejjin il-proċeduri għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ dan il-bastiment,

fl-2020 l-operatur tal-bastiment ikun ikkonforma mal-obbligi tiegħu tar-rappurtar u l-obbligi kuntrattwali tiegħu marbutin mal-ħatt l-art.

Din l-estensjoni tiskadi fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd għall-2021 għall-bastiment, jew malli l-Kummissjoni tinnotifika li l-awtorizzazzjoni ġiet miċħuda.”.


(1)  Il-qabdiet tal-aringi li jinqabdu fis-sajd bix-xbieki b’daqs tal-malja ta’ 32 mm jew iktar.

(2)  Il-qabdiet li jinqabdu fil-kuntest ta’ din il-kwota jridu jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja. Fil-limitu ta’ din il-kwota, fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 4a u 4b (HER/*4AB-C) ma tistax tinqabad iktar mill-kwantità mniżżla hawn taħt. Ser tingħata kwantità addizzjonali ta’ mhux aktar minn 10 000 tunnellata jekk in-Norveġja titlob it-tali żieda.

50 000

(3)  Il-kwota tista’ tinstad biss mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Settembru 2020”.

(4)  Sa 5 % tal-kwota tista’ tkun qabdiet aċċessorji tal-merlangu u tal-merluzz tal-linja sewda (OTH/*03 A.2). Flimkien, il-qabdiet aċċessorji tal-merlangu u tal-merluzz tal-linja sewda li jingħaddu mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji ta’ dawk l-ispeċijiet li jingħaddu mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

(5)  Din il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021.”

(6)  Il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021.

(7)  Sa 2 % tal-kwota tista’ tkun qabdiet aċċessorji tal-merlangu (OTH/*2AC4C). Flimkien, il-qabdiet aċċessorji tal-merlangu li jingħaddu mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji ta’ dawk l-ispeċijiet li jingħaddu mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

(8)  Inkluż iċ-ċiċċirell.

(9)  Din il-kwota jista’ jkun fiha sa 4 % ta’ qabdiet aċċessorji tal-aringi.”;

(10)  Din il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Diċembru.


DEĊIŻJONIJIET

30.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/901

tad-29 ta’ Ġunju 2020

dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta’ Provi Nukleari (CTBTO) sabiex issaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha ta’ monitoraġġ u ta’ verifika u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva (“l-Istrateġija”), li l-Kapitolu III tagħha fih lista ta’ miżuri li jeħtieġ li jittieħdu kemm fl-Unjoni kif ukoll f’pajjiżi terzi biex tiġi miġġielda tali proliferazzjoni.

(2)

L-Unjoni qed timplimenta b’mod attiv l-Istrateġija u qed tagħti effett lill-miżuri elenkati fil-Kapitolu III tagħha, b’mod partikolari billi jiġu rilaxxati riżorsi finanzjarji b’appoġġ għal proġetti speċifiċi mmexxija minn istituzzjonijiet multilaterali, bħas-Segretarjat Tekniku Proviżorju tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta’ Provi Nukleari (CTBTO, Comprehensive Nuclear-Test-Ban Treaty Organization).

(3)

Fis-17 ta’ Novembru 2003, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/805/PESK (1) dwar l-universalizzazzjoni u t-tisħiħ ta’ ftehimiet multilaterali fil-qasam tan-nonproliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ twassil tagħhom. Dik il-Pożizzjoni Komuni tappella, fost l-oħrajn, għall-promozzjoni tal-iffirmar u r-ratifika tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta’ Provi Nukleari (CTBT, Comprehensive Nuclear-Test-Ban Treaty).

(4)

L-Istati Firmatarji għas-CTBT iddeċidew li jistabbilixxu Kummissjoni Preparatorja, mogħtija kapaċità ġuridika u li jkollha prestiġju bħala organizzazzjoni internazzjonali, biex twettaq l-implimentazzjoni effettiva tas-CTBT, sa meta tiġi stabbilita s-CTBTO.

(5)

Id-dħul fis-seħħ bikri u l-universalizzazzjoni tas-CTBT u t-tisħiħ tas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ verifika tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO huma objettivi importanti tal-Istrateġija. F’dak il-kuntest, il-provi nukleari mwettqin mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea komplew jenfasizzaw l-importanza tad-dħul fis-seħħ bikri tas-CTBT u l-ħtieġa li s-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ verifika tas-CTBT tinżamm u tissaħħaħ.

(6)

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti stqarr f’“Securing Our Common Future: An Agenda for Disarmamen t” (Nassiguraw il-Futur Komuni Tagħna: Aġenda għad-Diżarm) li bir-restrizzjoni tal-iżvilupp ta’ tipi ġodda u avvanzati ta’ armi nukleari, it-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta’ Provi Nukleari rażżan it-tellieqa tal-armi u li huwa jservi wkoll ta’ ostaklu normattiv b’saħħtu kontra l-Istati potenzjali li jistgħu jfittxu li jiżviluppaw, jimmanifatturaw u sussegwentement jakkwistaw armi nukleari bi ksur tal-impenji tagħhom ta’ nonproliferazzjoni.

(7)

Fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija, il-Kunsill adotta tliet Azzjonijiet Konġunti u erba’ Deċiżjonijiet dwar l-appoġġ għal attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO, jiġifieri l-Azzjonijiet Konġunti 2006/243/PESK (2), 2007/468/PESK (3) u 2008/588/PESK (4), u d-Deċiżjonijiet 2010/461/PESK (5), 2012/699/PESK (6), (PESK) 2015/1837 (7) u (PESK) 2018/298 (8).

(8)

Dak l-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jitkompla.

(9)

L-implimentazzjoni teknika ta’ din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tiġi fdata lill-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO li, abbażi tal-għarfien espert u l-kapaċitajiet uniċi tagħha bis-saħħa tan-network tas-Sistema ta’ Monitoraġġ Internazzjonali (IMS, International Monitoring System), li tinkludi aktar minn 337 faċilità madwar id-dinja, u taċ-Ċentru Internazzjonali tad-Data (IDC, International Data Centre), hija l-unika organizzazzjoni internazzjonali li għandha l-kapaċità u l-leġittimità li timplimenta din id-Deċiżjoni. Il-proġetti kif appoġġati mill-Unjoni jistgħu jiġu ffinanzjati biss permezz ta’ kontribuzzjoni extrabaġitarja lill-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Għall-fini li titkompla l-implimentazzjoni effettiva tal-Istrateġija, l-Unjoni għandha tappoġġa l-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tal-Organizzazzjoni tas-CTBTO, li għandhom l-għan li:

(a)

jsaħħu l-kapaċitajiet tas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ verifika tas-CTBT, inkluż ir-rilevament radjunuklidu;

(b)

jsaħħu l-kapaċitajiet tal-Istati Firmatarji għas-CTBT biex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet tagħhom ta’ verifika taħt is-CTBT u biex ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-parteċipazzjoni tagħhom fir-reġim tas-CTBT.

2.   Il-proġetti li ser jiġu ffinanzjati mill-Unjoni għandhom jappoġġaw:

(a)

il-manutenzjoni ta’ stazzjonijiet sismiċi awżiljarji ċertifikati, li jagħmlu parti mill-IMS tas-CTBTO;

(b)

l-involviment mal-Istati Firmatarji, inklużi l-validazzjoni u l-ittestjar ta’ sistemi tekniċi bl-użu tat-teknoloġija tal-Cloud għat-tielet fażi tal-inġinerija mill-ġdid taċ-Ċentru tal-IDC;

(c)

l-iżvilupp tal-mudell ta’ Trasport Atmosferiku ta’ Riżoluzzjoni Għolja Msaħħaħ;

(d)

studju dwar titjib possibbli fil-prestazzjoni ta’ simulazzjonijiet FLEXPART permezz tal-aċċellerazzjoni tal-Unità tal-Ipproċessar ta’ Grafika;

(e)

l-iżvilupp ta’ strument ta’ valutazzjoni tal-isfond biex jikkwantifika kontribuzzjonijiet radjukseno għar-rilevament fi stazzjonijiet tal-IMS;

(f)

l-iżvilupp ta’ strument ta’ valutazzjoni ta’ terminu tas-sors;

(g)

l-għoti ta’ appoġġ minn servizz ta’ għajnuna u ta’ appoġġ ta’ aġġornament lill-pjattaforma taċ-ċentru virtwali għall-użu tad-data;

(h)

it-tkomplija tal-kampanji ta’ kejl mobbli tar-radjuksenon f’reġjuni differenti tad-dinja;

(i)

l-għoti ta’ assistenza teknika inklużi t-tisħiħ tal-kapaċitajiet u s-sensibilizzazzjoni integrati bħat-titjib tal-kapaċitajiet tal-ipproċessar awtomatiku fil-qasam sismiku, idroakustiku u tal-infrasound (SHI) fl-NDC-in-a-Box u prodotti tal-IDC simplifikati u konformi mal-istandards u aċċess għas-servizzi għaċ-Ċentri tad-Data Nazzjonali (NDCs, National Data Centres);

(j)

l-appoġġ għal taħriġ, sessjonijiet ta’ ħidma u segwitu għall-NDCs emerġenti f’pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp madwar id-dinja, u l-akkwist u l-manutenzjoni ta’ sistemi tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-NDCs;

(k)

l-appoġġ tal-evoluzzjoni u l-omoġenizzazzjoni tas-sistema interattiva tal-ipproċessar ta’ teknoloġija multi-waveform;

(l)

l-organizzazzjoni ta’ korsijiet introduttorji reġjonali abbażi ta’ sorsi miftuħa dwar impatti sismiċi għal żewġ reġjuni ġeografiċi tas-CTBT;

(m)

attività ta’ sensibilizzazzjoni ta’ pajjiżi li mhumiex firmatarji u pajjiżi li ma rratifikawx it-Trattat, inklużi Stati li l-firma u r-ratifika tagħhom huma meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tas-CTBT, u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet għal żgħażagħ, membri parlamentari, ġurnalisti u xjentisti f’pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jew f’pajjiżi emerġenti.

3.   Fl-implimentazzjoni tal-proġetti msemmija fil-paragrafu 2, għandhom jiġu żgurati kemm il-viżibbiltà tal-Unjoni kif ukoll il-ġestjoni xierqa tal-programm fl-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

4.   Il-proġetti għandhom jitwettqu għall-benefiċċju tal-Istati Firmatarji kollha għas-CTBT.

5.   Il-komponenti kollha tal-proġett għandhom ikunu appoġġati minn attivitajiet proattivi u innovattivi ta’ sensibilizzazzjoni pubblika, u jiġu allokati riżorsi skont dawn.

6.   Fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni tinsab deskrizzjoni dettaljata tal-proġetti.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandha titwettaq mill-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO. Hija għandha twettaq dan il-kompitu taħt il-kontroll tar-Rappreżentant Għoli. Għal dak il-għan, ir-Rappreżentant Għoli għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta’ EUR 6 288 892,37.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandha tkun amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni Ewropea għandha tissorvelja l-ġestjoni korretta tal-ammont ta’ referenza finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1. Għal dak il-fini, hija għandha tikkonkludi ftehim ta’ finanzjament mal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO. Il-ftehim ta’ finanzjament għandu jistipula li l-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, skont id-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.

Artikolu 4

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni abbażi ta’ rapporti regolari mħejjija mill-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO. Dawk ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill.

2.   Il-Kummissjoni Ewropea għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 36 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) jew sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni tagħha jekk ma jkun ġie konkluż ebda ftehim ta’ finanzjament f’dak il-perijodu.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/805/PESK tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar l-universalizzazzjoni u t-tisħiħ tal-ftehim multilaterali fil-qasam tal-kontroll tal-armi għad-distruzzjoni tal-massa u l-mezzi ta’ twassil tagħhom (ĠU L 302, 20.11.2003, p. 34).

(2)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2006/243/PESK tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar sostenn għall-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Komprensiva tal-Provi Nukleari (CTBTO) fil-qasam tat-taħriġ u tal-iżvilupp ta’ kapaċitajiet għall-verifika u fil-qafas tal-implementazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Distruzzjoni Massiva (ĠU L 88, 25.3.2006, p. 68).

(3)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/468/PESK tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Komprensiva tal-Provi Nukleari (CTBTO) sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ u verifikazzjoni tagħha u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda tal-Massa. (ĠU L 176, 6.7.2007, p. 31).

(4)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/588/PESK tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta’ Provi Nukleari (CTBTO) sabiex issaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ u verifika tagħha u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi tal-Qerda tal-Massa (ĠU L 189, 17.7.2008, p. 28).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/461/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali tal-Provi Nukleari (CTBTO) sabiex issaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ u verifika tagħha u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 219, 20.8.2010, p. 7).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/699/PESK tat-13 ta’ Novembru 2012 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta’ Provi Nukleari sabiex issaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ u verifika tagħha u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 314, 14.11.2012, p. 27).

(7)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1837 tat-12 ta’ Ottubru 2015 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta’ Provi Nukleari (CTBTO) sabiex issaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha ta’ monitoraġġ u ta’ verifika u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 266, 13.10.2015, p. 83)

(8)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/298 tas-26 ta’ Frar 2018 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja għall-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta’ Provi Nukleari (CTBTO) sabiex issaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha ta’ monitoraġġ u ta’ verifika u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 56, 28.2.2018, p. 34).


ANNESS

Intestatura 1: Appoġġ għat-Teknoloġiji ta’ Verifika u s-Sistema ta’ Monitoraġġ

Komponent 1: Proġett 1: Sosteniment Kontinwu mis-Sistema ta’ Monitoraġġ Internazzjonali (IMS, International Monitoring System) tal-Istazzjonijiet Sismiċi awżiljarji ċertifikati tal-IMS

Proġett 1: Sosteniment Kontinwu tal-Istazzjonijiet Sismiċi Awżiljarji Ċertifikati tal-IMS

Kuntest

L-enfasi ewlenija ta’ dan il-proġett ser tkun fuq li jkomplu jiġu indirizzati l-istazzjonijiet awżiljarji li qed ifallu, li jeħtieġu azzjoni urġenti ta’ manutenzjoni, li preferibbilment ikunu jinsabu f’pajjiżi li qed iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet finanzjarji, filwaqt li fl-istess ħin tkompli ssir manutenzjoni preventiva. Din issir billi jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ tagħmir li ma għadux jintuża u l-aġġornamenti b’konsegwenza ta’ dan, kif ukoll permezz tat-titjib tal-livelli tar-rikambju tat-tagħmir.

Objettivi u Riżultati

L-objettiv prinċipali huwa li l-istazzjonijiet fil-mira jilħqu livell tekniku kompatibbli mar-rekwiżiti tal-IMS b’mod sostenibbli. Il-manutenzjoni preventiva adegwata u r-rikambju tat-tagħmir assoċjat jgħinu biex jinkiseb dan l-objettiv. B’mod simili, l-appoġġ għall-istazzjonijiet u l-operatur(i) tagħhom f’każ ta’ manutenzjoni korrettiva urġenti, inkluż żjarat fuq il-post tal-istazzjon, fejn meħtieġ, ser inaqqas kemm jista’ jkun il-ħin ta’ waqfien u jgħin biex jiġi sostnut l-istazzjon(ijiet). Qed tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li dan jinkiseb flimkien ma’ kompiti oħrajn bħal taħriġ u workshops għall-operaturi tal-istazzjonijiet sabiex tiżdied kemm jista’ jkun is-sostenibbiltà. Bħal fi proġetti preċedenti taħt finanzjament preċedenti mill-Unjoni, ser jiġi impjegat persunal temporanju full-time biex jippjana u jwettaq proġetti ta’ ħidma fl-istazzjonijiet rilevanti.

Disponibbiltà akbar ta’ data u kwalità ogħla ta’ data tan-network ta’ Stazzjonijiet Awżiljarji minħabba struttura ta’ sosteniment imsaħħa li twassal għal viżibbiltà akbar għall-UE.

Komponent 2: Proġetti 2-8

Proġett 2: L-involviment mal-Istati Firmatarji, inkluż il-validazzjoni u l-ittestjar ta’ sistemi tekniċi bl-użu tat-teknoloġija tal-Cloud għall-Fażi 3 tat-Tfassil mill-Ġdid taċ-Ċentru tad-Data Internazzjonali (IDC)

Kuntest

L-IDC beda l-Fażi 3 tal-Proġett ta’ Tfassil mill-Ġdid (RP3) tal-IDC li għandu l-għan li tiġi żviluppata sistema komprensiva ta’ software għall-ipproċessar SHI (sismiku, idroakustiku u tal-infrasound) matul l-għaxar snin li ġejjin.

Il-proġett ser iwassal għal titjib notevoli fis-sistema SHI eżistenti, bħal:

titjib fil-flessibbiltà tal-interfaċċa tal-utent għall-għodod tal-analisti, titjib fil-fluss ta’ ħidma tar-rieżami tal-analisti, fil-ġestjoni tal-avvenimenti, fil-korrelazzjoni trasversali u t-tqabbil tal-avvenimenti, fl-integrazzjoni tal-għodod tal-mapep u tal-mapep, fil-viżwalizzazzjoni u l-editjar ta’ maskri tal-kontroll tal-kwalità tal-forma tal-mewġa, fil-wiri tal-frekwenza-numru (FK) tal-mewġa u fl-appoġġ għat-taħriġ tal-analisti;

ġbir komprensiv tal-oriġini tad-data sabiex wieħed jifhem kif inkisbu r-riżultati tal-ipproċessar, u investigazzjoni tal-evoluzzjoni tar-riżultati hekk kif tinbidel l-informazzjoni disponibbli;

l-estensibbiltà bħala karatteristika ewlenija inkorporata fil-komponenti kollha;

konfigurazzjoni integrata u flessibbli tal-pipeline SHI appoġġata minn għodod grafiċi;

faċilitazzjoni ta’ mudell ġdid għall-iżvilupp ta’ software kollaborattiv billi jiġu segwiti l-aħjar prattiki fl-iżvilupp ta’ software b’sors miftuħ;

titjib fil-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ u ttestjar – Riproduzzjoni tas-Sett tad-Data ta’ Ttestjar.

It-Tieni Proġett ta’ Tfassil mill-Ġdid (RP2) twettaq permezz ta’ Kontribuzzjoni In Natura mill-Istati Uniti kif ukoll tal-finanzjament taħt id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1837. Il-finanzjament intuża, b’mod partikolari, biex jiġu sostnuti l-laqgħat tekniċi mal-esperti mill-Istati Membri sabiex jiġi żgurat sehem wiesa’ fl-RP2. Dawk il-fondi appoġġaw ukoll attivitajiet ta’ ħolqien ta’ prototipi, biex jintwera kif is-software mogħti miċ-Ċentri Nazzjonali tad-Data (NDCs) jista’ jiġi integrat fl-arkitettura mfassla mill-ġdid.

Bi tħejjija għal RP3, il-fondi taħt id-Deċiżjoni (PESK) 2018/298 intużaw biex jgħollu l-livell ta’ tħejjija tat-teknoloġija għal diversi algoritmi, li jistgħu jiġu kkunsidrati għall-inklużjoni fis-software mfassal mill-ġdid, speċifikament biex jiġu pprovduti modi aħjar biex jiġu proċessati s-sekwenzi ta’ repliki sismiċi b’mod awtomatiku jew semiawtomatiku.

Objettivi

Appoġġ għall-evoluzzjoni tas-sistema mfassla mill-ġdid biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-NDC mill-bidu, billi jiġu appoġġati t-talbiet tal-NDC għal software u aġġornamenti relatati, u funzjonalitajiet għat-twettiq ta’ attivitajiet tal-NDC.

Offerta ta’ aċċess b’livell baxx ta’ ostakli biex l-Istati Firmatarji jappoġġaw, jivvalutaw u jivvalidaw il-progress tal-proġett ta’ tfassil mill-ġdid tal-IDC.

It-tisħiħ tal-impenn tal-komunità tal-NDC fil-Fażi 3 tal-proġett ta’ Tfassil mill-Ġdid tal-IDC

Evalwazzjoni tal-fattibbiltà ta’ offerta futura ta’ “NDC bħala servizz”, bl-użu tat-teknoloġija tal-cloud.

Riżultati

Pjattaforma għall-evalwazzjoni u l-ittestjar msejsa fuq il-cloud għall-NDCs, biex tiġi eżaminata l-funzjonalità kif ukoll ir-rekwiżiti mhux funzjonali tas-sistema SHI mfassla mill-ġdid.

Istanzi ospitati multipli tal-pjattaforma biex tkun possibbli n-noninterferenza ta’ NDCs differenti.

Sistema prototip “NDC bħala servizz”, ospitata fil-cloud.

Eżitu

Il-benefiċċju ewlieni tal-proġett huwa li jippermetti aċċess b’livell baxx ta’ ostakli għal Firmatarji tal-Istat u l-NDCs għall-istat attwali tas-sistema mfassla mill-ġdid, speċjalment għall-NDCs mingħajr kapaċità ta’ informatika u għarfien dwar l-appoġġ tas-sistema estensivi. Fuq il-bażi ta’ din il-ħidma, ser jiġu pprovduti l-fattibbiltà kif ukoll l-implikazzjonijiet ta’ spejjeż ta’ offerta potenzjali futura ta’ “NDC bħala servizz”.

Proġett 3: Mudell ta’ Trasport Atmosferiku ta’ Riżoluzzjoni Għolja Msaħħaħ

Kuntest

Għall-fini ta’ mmudellar ta’ trasport fuq distanza twila, is-CTBTO tuża sistema avvanzata ta’ Mmudellar ta’ Trasport Atmosferiku (ATM, Atmospheric Transport Modelling) imsejsa fuq il-Mudell Langrangjan ta’ Dispersjoni ta’ Partikoli FLEXPART. Din is-sistema tippermetti l-immudellar fuq skala globali. Madankollu, għal avvenimenti speċjali, hemm ukoll il-ħtieġa li jitwettqu simulazzjonijiet fuq skala lokali (riżoluzzjoni għolja). Ġiet żviluppata l-verżjoni bażika tal-Mudell ta’ Trasport Atmosferiku ta’ Riżoluzzjoni Għolja (HRATM, High Resolution Atmospheric Transport Model) imsejsa fuq FLEXPART-WRF, iffinanzjata mill-Unjoni taħt Deċiżjonijiet preċedenti tal-Kunsill. It-testijiet inizjali wrew liema karatteristiċi jridu jittejbu jew jiġu implimentati b’mod differenti sabiex ikun hemm sistema għalkollox affidabbli.

Objettivi

Tisħiħ ta’ mudell ta’ trasport atmosferiku ta’ riżoluzzjoni għolja (EHRAT, existing high-resolution atmospheric transport model) eżistenti u żvilupp ta’ interfaċċa għat-tnedija tiegħu.

Familjarizzazzjoni mal-verżjoni attwali tal-HRATM installat fis-CTBTO u l-lista ta’ titjib issuġġerit.

Familjarizzazzjoni mal-pipeline tal-ATM, b’mod speċifiku mal-format tad-data meteoroloġika.

Jiġu proposti, żviluppati u ttestjati soluzzjonijiet biex jiġi indirizzat dan it-titjib.

Fid-dawl tal-fatt li l-verżjoni attwali taħdem biss bid-data taċ-Ċentri Nazzjonali għat-Tbassir Ambjentali (NCEP), jiġu proposti u implimentati bidliet li jippermettu t-tħaddim tal-HRATM bid-data taċ-Ċentru Ewropew għall-Previżjonijiet Metereoloġiċi fuq Perijodu Medju (ECMWF).

Jiġu ttestjati każijiet differenti.

L-iżvilupp ta’ interfaċċa għat-tnedija ta’ EHRAT fil-pipeline eżistenti tal-ATM; jekk jintlaħaq qbil dwarha, din tista’ tkun parti mill-interfaċċa attwali ta’ tnedija użata biex isiru simulazzjonijiet ta’ ATM għal analiżi esperta fis-CTBTO.

Eżitu

L-EHRAT ser isir waħda mill-għodod ta’ ATM użati mill-esperti tal-ATM u mill-NDCs biex jittestjaw u jivvalidaw l-ipoteżijiet relatati, pereżempju, mal-istima ta’ fejn jinsab it-terminu sors (source-term).

Proġett 4: Studju fl-aċċellerazzjoni tal-Unità ta’ Pproċessar tal-Grafika (GPU, Graphics Processing Unit) ta’ FLEXPART (FLEX-GPU)

Kuntest

Għall-fini ta’ mmudellar ta’ trasport fuq distanza twila, is-CTBTO tuża sistema avvanzata ta’ Mmudellar ta’ Trasport Atmosferiku (ATM) imsejsa fuq il-Mudell Langrangjan ta’ Dispersjoni ta’ Partikoli FLEXPART.

Filwaqt li jitqies li, fil-ġejjieni, l-immudellar fuq il-bażi ta’ algoritmi multipli (ensemble modelling) jista’ wkoll isir parti mill-provi operazzjonali mwettqa mill-pipeline tal-ATM, qed jiġi esplorat mod ġdid biex jiġu aċċellerati s-simulazzjonijiet.

Is-CTBTO akkwistat STAZZJON NVIDIA DGX b’erba’ GPUs Tesla V100 li jagħtu 500 TFLOPS (preċiżjoni mħallta). Hija topera Linux u hija akkumpanjata minn kompilatur FORTRAN minn PGI, li fuqu jista’ jitħaddem OpenACC, li jintuża sabiex jiġu pparallelizzati algoritmi xierqa bħalma huma ċirkwiti, u kalkolazzjonijiet ta’ matriċi mfassla għal sistemi ta’ GPUs.

Objettivi

Studju biex jiġi aċċertat x’titjib possibbli tal-prestazzjoni fis-simulazzjonijiet FLEXPART jista’ jsir permezz ta’ aċċellerazzjoni tal-GPU u biex jiġi pprovdut pakkett ta’ kodiċijiet FLEXPART li jkun lest u ddokumentat u li fuqu jkun jista’ jitħaddem OpenACC.

Familjarizzazzjoni mal-verżjoni attwali ta’ FLEXPART (9.3.2.) installata fis-CTBTO u evalwazzjoni ta’ jekk huwiex possibbli li tiġi kkompilata bil-kompilatur Fortran ta’ PGI; evalwazzjoni tal-vantaġġ li jintuża FLEXPART 10 minflok FLEXPART 9.3.2.

Ħolqien ta’ profil tat-tħaddim ta’ FLEXPART biex jinstab liema algoritmi/ċirkwiti huma l-aktar xierqa għal tentattiv inizjali ta’ parallelizzazzjoni u għall-użu tal-GPUs.

Evalwazzjoni tat-titjib tal-prestazzjoni.

Kisba ta’ pakkett ta’ kodiċijiet FLEXPART li jkun lest u ddokumentat u li fuqu jkun jista’ jitħaddem OpenACC, li għandu jkun faċli li jiġi integrat mal-pipeline tal-ATM.

Eżitu

Jekk ir-riżultat ta’ dan l-istudju jkun pożittiv, il-FLEXPART modifikat jista’ jipprovdi mod ġdid biex jiġu aċċellerati s-simulazzjonijiet tal-ATM. Fil-pass li jmiss, dan jista’ jiġi integrat mal-pipeline tal-ATM u r-riżultati jistgħu jsiru disponibbli għall-NDCs.

Proġett 5: Għodda ta’ Stima tal-Isfond ta’ Ksenon (XeBET, Xenon Background Estimator Tool)

Kuntest

Il-preżenza ta’ sfond ta’ gass nobbli f’evoluzzjoni kostanti fl-atmosfera tagħmel aktar diffiċli l-identifikazzjoni pożittiva ta’ kampjun assoċjat ma’ test nukleari. Ser tiġi ġġenerata mill-Għodda ta’ Stima tal-Isfond ta’ Ksenon stima tal-kontribuzzjoni ta’ radjuksenon minn sorsi magħrufin għal kull kampjun miġbur minn sistemi ta’ gass nobbli fi stazzjonijiet tal-IMS. Din l-istima ser tgħin biex jiġi deċiż jekk ir-rilevament jistax jiġi spjegat minn sorsi magħrufin.

Objettivi

L-iżvilupp ta’ għodda ta’ stima tal-isfond (BET, background estimator tool) biex tikkwantifika l-kontribuzzjoni ta’ radjuksenon minn sorsi magħrufin għar-rilevamenti fi stazzjonijiet tal-IMS. Din l-għodda ser tkun ibbażata fuq ir-rilevamenti tal-IMS, għarfien ta’ sorsi magħrufin u s-Sensittività Sors-Riċettur (SRS) tas-CTBTO. L-għodda l-ġdida trid tkun affidabbli, ottimizzata, f’waqtha u għandu jkun faċli li tiġi ttestjata, li ssirilha manutenzjoni u li tittejjeb. Għall-ewwel ser tkun qed titħaddem fuq in-network ta’ żona lokali Development-LAN.

Twettiq ta’ analiżi tal-letteratura biex jiġi identifikat l-aħjar approċċ biex jiġu kkategorizzati u kkwantifikati r-rilevamenti tal-ksenon fid-dimensjoni ċivili fl-istazzjonijiet ta’ IMS u biex jitħejja pjan ta’ proġett għall-iżvilupp ta’ prototipi.

Ġbir ta’ informazzjoni minn sorsi magħrufin u din issir disponibbli permezz ta’ SWP.

L-elaborazzjoni ta’ bażi ta’ data online għall-ġbir ta’ informazzjoni minn sorsi magħrufin.

Żvilupp u ttestjar ta’ prototip fuq subsett ta’ stazzjonijiet tal-IMS. Il-prototip irid jiġi żviluppat biex jiġi trasferit b’mod faċli fuq id-Development-LAN tal-IDC tas-CTBTO u jrid isir disponibbli għall-NDCs.

Il-prototip jitħaddem fuq rilevamenti magħżulin li jippreżentaw sfida (eż. testijiet tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea jew każijiet oħra) u jiġu proposti għażliet ta’ viżwalizzazzjoni.

Aġġustament u tħaddim tal-BET fuq numru kbir ta’ stazzjonijiet tal-IMS.

Kontribuzzjoni għat-trasferiment tal-IT għas-CTBTO.

Id-dokumentazzjoni ser tiddeskrivi s-suppożizzjonijiet kollha li saru biex tiġi żviluppata u titħaddem l-għodda.

Eżitu

Il-BET ser tipprovdi informazzjoni oġġettiva biex kull kampjun ta’ gass nobbli tal-IMS jgħin biex jiġi deċiż sa liema punt rilevament speċifiku jkun aktar probabbli li jkun assoċjat ma’ test nukleari jew ma’ sorsi magħrufin. Din l-informazzjoni mbagħad ser tintuża bħala kontribut għal għodda għar-rikostruzzjoni tat-terminu sors. Ir-riżultati u l-konklużjonijiet tal-istudji mwettqa jistgħu jkunu bbażati jew jiġu kondiviżi mal-komunità tal-WOSMIP (Workshop dwar il-Firem ta’ Produzzjoni ta’ Iżotopi li ssir mill-Bniedem).

Proġett 6: Għodda ta’ Stima tat-Terminu Sors

Kuntest

F’dawn l-aħħar snin, tfaċċaw diversi approċċi promettenti biex jiġu stmati l-parametri għat-terminu sors (il-post, il-profil temporali tar-rilaxx u l-ammont totali ta’ radjuattività rilaxxata) minn rilevamenti. Din l-informazzjoni dwar il-parametri ta’ materjal perikoluż merħi wara inċident hija importanti ħafna għas-CTBTO fil-każ ta’ avveniment rilevanti għat-Trattat. Il-propożizzjoni hija li wieħed minn dawk l-approċċi jiġi adattat għall-ħtiġijiet tas-CTBTO. L-għodda l-ġdida trid tkun affidabbli, ottimizzata, f’waqtha u għandu jkun faċli li tiġi ttestjata, li ssirilha manutenzjoni u li tiġi aġġornata. Għall-ewwel ser tkun qed titħaddem fuq in-network ta’ żona lokali Development-LAN tal-IDC.

Objettivi

L-Għodda ta’ Stima tat-Terminu Sors (STE) ser tiġġenera l-ewwel stima awtomatika tal-parametri tat-terminu sors bl-użu ta’ rilevamenti u nonrilevamenti minn stazzjonijiet tal-IMS. Ser tiġi żviluppata interfaċċa li permezz tagħha l-esperti tal-IDC u tal-NDCs ikunu jistgħu jittestjaw b’mod interattiv settijiet differenti ta’ ipoteżi.

Riżultati

Twettiq ta’ analiżi tal-letteratura biex jiġi identifikat l-aħjar approċċ għal-lokalizzazzjoni u l-kwantifikazzjoni tat-terminu sors, u jitħejja pjan ta’ proġett għall-iżvilupp u l-ittestjar tal-STE.

L-iżvilupp u l-ittestjar ta’ prototip fuq każijiet differenti, proposti u żvilupp ta’ għażliet ta’ viżwalizzazzjoni u ta’ interfaċċa. Il-prototip irid jiġi żviluppat biex jiġi trasferit b’mod faċli għall-għodod tal-IDC tas-CTBTO u jsir disponibbli għall-NDCs.

Kontribuzzjoni għat-trasferiment tal-IT lejn is-CTBTO.

Id-dokumentazzjoni ser tiddeskrivi s-suppożizzjonijiet kollha li saru biex l-għodda tiġi żviluppata u titħaddem.

Eżitu

L-STE ser tipprovdi informazzjoni oġġettiva biex tgħin biex jinstab post fejn ikun possibbli li jsir test u biex tiġi stmata s-saħħa tiegħu. Għodda bħal din għandha l-potenzjal li tindika żona aktar limitata li jista’ jkun fiha s-sors, u tista’ tgħin biex tiġi stmata l-probabbiltà li jiġu identifikati radjonuklidi maż-żmien, li huwa vantaġġ sinifikanti jekk tkun meħtieġa Spezzjoni fuq il-Post (OSI, On-site Inspection).

Proġett 7: Appoġġ minn servizz ta’ għajnuna għal Ċentru Virtwali għall-Użu tad-Data (vDEC, Virtual Exploitation Data Centre)

Kuntest

Il-pjattaforma vDEC tippermetti aċċess għal data arkivjata tas-CTBTO għall-istituzzjonijiet akkademiċi u ta’ riċerka li jaħdmu fuq proġetti xjentifiċi. L-aċċess huwa ristrett għad-data meħtieġa speċifikament għall-għan tal-proġett u qafas kuntrattwali jiddefinixxi l-ftehim reċiproku bejn is-CTBTO u l-utent tal-vDEC. B’mod partikolari, hija permessa l-pubblikazzjoni ta’ xogħol xjentifiku, dment li s-CTBTO tiġi rikonoxxuta bħala s-sors tad-data fil-pubblikazzjoni.

Il-pjattaforma ilha teżisti għal tmien snin, u l-utenti tal-vDEC ippubblikaw bosta dokumenti evalwati bejn il-pari f’ġurnali xjentifiċi b’reputazzjoni tajba.

Filwaqt li ħafna mill-aspetti tekniċi ta’ appoġġ għall-pjattaforma vDEC ġew assorbiti fl-attivitajiet ta’ appoġġ ġenerali tal-persunal tal-IDC, hemm bżonn ta’ appoġġ addizzjonali u aktar speċifiku. Dan jinkludi funzjoni ta’ servizz ta’ għajnuna li tkopri mhux biss l-aċċess għall-pjattaforma tal-kompjuter li fuqha jkun installat l-arkivju u l-aċċess għall-bażi ta’ data li jkun fiha d-data, iżda wkoll l-aspetti aktar speċifiċi għall-qasam, pereżempju, għajnuna fil-fehim tal-mudell tad-data, l-ispeċifikazzjonijiet tal-istazzjonijiet, il-kalibrazzjoni tal-istazzjonijiet, u affarijiet relatati. L-appoġġ jinkludi wkoll it-titjib tal-konfigurazzjoni tal-pjattaforma vDEC u tas-software installat fuq il-pjattaforma.

Peress li l-utenti jistennew li l-pjattaforma tevolvi maż-żmien, u d-data arkivjata qed tikber fid-daqs, hija meħtieġa wkoll funzjoni ta’ ppjanar li tiżviluppa viżjoni għall-evoluzzjoni fil-futur qarib tal-pjattaforma. Fl-aħħar nett, l-appoġġ ser jipprovdi l-manutenzjoni tal-bażi ta’ data pubblika ta’ pubblikazzjonijiet ibbażata fuq data tas-CTBTO miksuba permezz ta’ aċċess għall-vDEC.

Objettivi

Appoġġ għall-attivitajiet ta’ kuljum tal-utenti tal-vDEC permezz ta’ funzjoni ta’ servizz ta’ għajnuna.

Pjan għal titjib u funzjonalitajiet ġodda li għandhom jiġu installati.

Tinżamm bażi ta’ data pubblika ta’ pubblikazzjonijiet ibbażati fuq data tas-CTBTO miksuba permezz ta’ aċċess għall-vDEC.

Riżultati

Rapport ta’ kull tliet xhur dwar l-attivitajiet ta’ appoġġ.

Pjan għal titjib u tisħiħ.

Bażi ta’ data pubblika ta’ pubblikazzjonijiet ibbażati fuq data tas-CTBTO miksuba permezz ta’ aċċess għall-vDEC.

Eżitu

Appoġġ imsaħħaħ għall-utenti tal-vDEC, li jżid is-sodisfazzjon tagħhom.

Pjattaforma vDEC imsaħħa.

Dokumentazzjoni tal-eżitu xjentifiku tal-vDEC.

Proġett 8: It-tkomplija tal-kampanji ta’ kejl mobbli tar-radjuksenon f’reġjuni differenti tad-dinja

Kuntest

Il-Kummissjoni Preparatorja għas-CTBTO qed twettaq kejl tar-radjuksenon b’sistemi sensittivi ħafna. Bil-kontribuzzjoni li waslet mill-Unjoni fil-qafas tal-Azzjoni Konġunta 2008/588/PESK, il-Kummissjoni żviluppat u xtrat żewġ sistemi trasportabbli: SAUNA TXL-2 u SPALAX-DR għall-kejl ta’ 133Xe, 135Xe, 133mXe u 131mXe. Fil-qafas tad-Deċiżjonijiet 2012/699/PESK, (PESK) 2015/1837 u (PESK) 2018/298, twettqu diversi kampanji ta’ kejl mobbli tar-radjuksenon mad-dinja kollha.

Bil-kontribuzzjoni li waslet mill-Gvern tal-Ġappun fl-2017, il-Kummissjoni xtrat it-tielet sistema trasportabbli. Din is-sistema bħalissa hi skjerata f’Horonobe, il-Ġappun. Il-perijodu ta’ sentejn ta’ operazzjoni taħt il-finanzjament tal-Ġappun jispiċċa f’Jannar 2020.

Fil-qafas tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/298, qed issir kampanja ta’ kejl waħda f’Mutsu, il-Ġappun. It-tieni sistema ġiet rinnovata u ser tiġi skjerata f’Fukuoka, il-Ġappun.

Objettivi

Bit-tielet sistema mobbli skjerata f’Fukuoka, hija kompleta l-konfigurazzjoni ta’ densità għolja madwar is-sistema ta’ gass nobbli JPX38 tal-IMS f’Takasaki. Is-CTBTO qed tippjana li tkompli tħaddem is-sistemi fil-post attwali tagħhom, bi qbil mal-ospitant lokali, sakemm is-sett ta’ data miġbur jitqies li jkun ta’ vantaġġ xjentifiku u statistiku għal studji futuri, mill-komunità ta’ esperti u l-NDCs. It-tliet sistemi mobbli fil-Ġappun għandhom jitħaddmu f’din il-konfigurazzjoni għal mill-inqas sena. Imbagħad jiġu rilokati s-sistemi mobbli, skont strateġija ċara ta’ skjerament. Ser jiġi kkunsidrat post ġdid possibbli għal kull waħda minn dawn it-tliet sistemi abbażi ta’ liema riżultat xjentifiku jkun mistenni li huwa meħtieġ għall-kalibrazzjoni u l-prestazzjoni tas-sistemi ta’ gass nobbli tal-IMS kif deskritti fis-CTBT.

Kwalunkwe titjib jew rinnovament ser jitwettaq fl-aħħar tal-kampanja kif meħtieġ. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi ospitanti futuri qed jiġu diskussi.

Biex ikomplu għaddejjin dawn il-kampanji ta’ kejl, huma meħtieġa fondi għall-kunsinni bil-baħar tas-sistemi mobbli ta’ gass nobbli għal postijiet ġodda, u għat-tħaddim u l-manutenzjoni tat-tliet sistemi għal sentejn. Ser ikunu disponibbli wkoll fondi għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat tal-esperti għall-analiżi tar-riżultati. Ser isir sforz speċjali biex dawn il-laqgħat tal-esperti jintużaw bħala opportunità għall-bini ta’ kapaċitajiet u biex jiġu diskussi studji futuri bbażati fuq data mill-kampanji ta’ kejl. Fuq talba tal-pajjiż ospitanti, il-proġett ser jappoġġa wkoll il-bini ta’ kapaċitajiet b’rabta mal-monitoraġġ ta’ gass nobbli inkluż użi ċivili u xjentifiċi relatati.

Eżitu

Il-benefiċċji ewlenin tal-kampanji ta’ kejl temporanju b’sistemi mobbli ta’ radjuksenon huma li jiżviluppaw u javvanzaw metodi xjentifiċi ffokati fuq il-kalibrazzjoni u l-prestazzjoni tas-sistema ta’ verifika kif deskritti fis-CTBT u, fejn xieraq, il-bini ta’ kapaċitajiet b’rabta ma’ dan.

Intestatura 2: Assistenza teknika inklużi l-bini tal-kapaċitajiet u s-sensibilizzazzjoni integrati

Għall-proġetti kollha taħt din l-intestatura, il-PTS huwa mħeġġeġ biex jagħti prijorità lill-esperti mill-Istati Membri tas-CTBTO li tal-inqas jonoraw parzjalment il-kontribuzzjonijiet ivvalutati tagħhom.

PARTI 1: Assistenza teknika u bini tal-kapaċitajiet

Proġett 1: It-titjib tal-kapaċitajiet ta’ pproċessar awtomatiku SHI f’NDC-in-a-Box [komponenti SeisComp3 SEEDLink u NET-VISA] u aċċess, għall-NDCs, għal prodotti u servizzi IDC simplifikati u konformi mal-istandards

Kuntest

L-IDC introduċa kapaċitajiet ta’ pproċessar awtomatiku fl-SHI NDC-in-a-Box SeisComp3 abbażi tal-assoċjatur NET-VISA. Din il-kapaċità ġdida, li bħalissa qed tiġi ttestjata mill-NDCs, tippermetti lill-utenti jirriproduċu r-riżultati tal-bullettin VSEL miksuba fl-IDC. Abbażi ta’ din il-kisba, l-IDC jipproponi li jtejjeb il-komponent NET-VISA SeisCompar3 biex jappoġġa wkoll l-użu ta’ stazzjonijiet lokali u networks reġjonali speċifiċi tal-NDC.

Barra minn hekk, l-IDC qed jibni kapaċità ġdida biex itejjeb l-appoġġ għal pakketti ta’ analiżi siżmiċi b’sors miftuħ, bħal SEISAN, billi joffri trasmissjoni tad-data fil-forma ta’ mewġa f’ħin reali lill-NDCs bl-użu tal-protokoll standard tas-SEEDLink. Dan is-servizz ser ikun disponibbli biss għall-NDCs konnessi permezz tan-network tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjonijiet Dinjija. Din il-limitazzjoni hija imposta minħabba nuqqasijiet tekniċi fil-komponent tas-server SEEDLink tas-SEISComp3. L-IDC jipproponi li jtejjeb is-server SEEDLink tas-SesiComp3 billi jiġu introdotti mekkaniżmi ta’ awtentikazzjoni u ta’ kriptaġġ robusti sabiex is-servizz ikun jista’ jiġi offrut ukoll lill-utenti awtorizzati permezz ta’ konnessjoni tal-Internet sigura.

Biex itejjeb l-appoġġ fl-aċċess għall-prodotti u s-servizzi tal-IDC, l-IDC jipproponi li jimplimenta servizzi web konformi mal-istandards tal-Federazzjoni ta’ Networks Sismografi Diġitali (FDSN, Federation of Digital Seismograph Networks). Dan il-metodu ġdid ta’ aċċess għad-data konformi mal-istandards ser jagħmilha possibbli li bosta utenti ta’ pakketti ta’ analiżi sismika b’sors miftuħ, bħal SEISAN, jiksbu faċilment prodotti u data mill-IDC minn applikazzjonijiet li jappoġġaw dan l-istandard. Il-metodu ser iżid mas-Sistema ta’ Messaġġerija ta’ Data ta’ Verifika (VDMS, Verification Data Messaging System), iżda ma jissostitwihiex, peress li bosta messaġġi tal-VDMS mhumiex definiti fl-istandard tas-servizzi web tal-FDSN (eż. talbiet ewlenin). Għandhom jiġu implimentati s-servizzi web kollha definiti mill-istandard tal-FDSN (fdsnws-station, fdsnws-dataselect, fdsnws-event u fdsnws-availability).

Objettivi

Forniment ta’ materjal online għall-NDCs bil-għan li d-data tal-IMS tiġi integrata ma’ pakketti ta’ analiżi sismika b’sors miftuħ użati lokalment bħal SEISAN

Titjib tal-kapaċitajiet tal-ipproċessar awtomatiku tal-NDC-in-a-Box tal-SHI permezz tal-appoġġ ta’ stazzjonijiet lokali u ta’ networks reġjonali speċifiċi għall-NDC f’NET-VISA.

Simplifikazzjoni u modernizzazzjoni tal-aċċess għal data f’forma ta’ mewġa tal-IMS f’ħin reali għall-utenti awtorizzati.

Riżultati

Ir-riżultati kollha għal dan il-proġett jikkonsistu f’titjib għall-moduli tas-software li huma parti mill-NDC-in-a-Box (inkluż moduli ta’ software ġodda għal verżjonijiet futuri tal-NDC-in-a-Box).

Eżitu

Kontinwazzjoni tal-isforzi għal software NDC-in-a-Box mibdija taħt id-Deċiżjoni 2012/699/PESK u li tkomplew taħt id-Deċiżjonijiet (PESK) 2015/1837 u (PESK) 2018/298 biex l-NDCs jitħallew jipproċessaw id-data disponibbli kemm mill-IMS u minn stazzjonijiet lokali, kif ukoll min-networks reġjonali.

Kollaborazzjoni mal-NDCs għas-simplifikazzjoni ta’ aċċess awtorizzat u sigur għal data fil-forma ta’ mewġa tal-IMS f’ħin reali.

Proġett 2: Taħriġ, workshops u segwitu għall-NDCs emerġenti (pajjiżi li qed jiżviluppaw madwar id-dinja), akkwist u manutenzjoni ta’ Sistemi tal-Bini tal-Kapaċitajiet (CBS) għall-NDCs

Kuntest

Il-bini tal-kapaċitajiet wera li huwa fundamentali għat-tisħiħ tar-reġim ta’ verifika tas-CTBT.

Il-Kummissjoni rnexxielha tkompli bl-appoġġ tal-Istati Firmatarji biex jipprovdu mezzi għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet biex jipparteċipaw b’mod attiv fil-verifika tas-CTBT. Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw minn kontinenti differenti bdew jiggwadanjaw mill-forniment ta’ data u prodotti miċ-Ċentru Internazzjonali tad-Data, peress li dawn huma utli mhux biss għal finijiet ta’ verifika iżda anki għal applikazzjonijiet ċivili, xjentifiċi u industrijali.

L-istrateġija tal-bini tal-kapaċitajiet tal-Kummissjoni ġiet rikonoxxuta mill-Grupp ta’ Ħidma B (WGB). Matul l-eżistenza tal-finanzjament mill-Unjoni, (mijiet ta’) membri tal-persunal xjentifiku u tekniku ngħataw taħriġ speċjalizzat dwar l-użu tal-pakkett tas-software NDC-in-a-box, kif ukoll għarfien relatat mas-CTBT li jippremja direttament lill-awtoritajiet nazzjonali potenzjali f’kull Stat.

L-istituzzjonijiet ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw li jospitaw Ċentri Nazzjonali ta’ Data (NDCs) kienu wkoll qed jibbenefikaw mill-forniment ta’ tagħmir bażiku biex jibdew jew biex ikomplu jiżviluppaw il-laboratorji tagħhom għall-ipproċessar tad-data.

Objettivi

L-objettivi tal-attivitajiet tal-Kummissjoni ta’ bini tal-kapaċitajiet huma:

żvilupp tas-software u tal-infrastruttura;

workshops tekniċi;

taħriġ għal NDCs emerġenti dwar l-aċċess għad-data tal-IMS u dwar l-għodod tal-IMS u tal-IDC,

taħriġ ta’ esperti minn NDCs emerġenti permezz ta’ żjarat fl-NDCs tal-UE

taħriġ sistematiku għas-software “extended NDC-in-a-Box” (eNIAB);

appoġġ għall-integrazzjoni tal-ipproċessar tad-data tal-IMS man-networks sismiċi nazzjonali u reġjonali;

appoġġ għall-NDCs biex jintegraw id-data tal-IMS ma’ pakketti ta’ analiżi sismika b’sors miftuħ użati lokalment bħal SEISAN;

għoti ta’ assistenza teknika ta’ rimedju fil-forma ta’ tagħmir tas-CBS u tal-manutenzjoni jew is-sostituzzjoni relatata.

Eżitu

Ser jittejbu l-kapaċitajiet tal-Istati Firmatarji, b’mod partikolari f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jieħdu sehem fir-reġim ta’ verifika tas-CTBT.

Proġett 3: Evoluzzjoni u omoġenizzazzjoni tas-sistemi ta’ pproċessar bit-tekonoloġija bl-użu ta’ forom ta’ mewġ multipli u b’sistemi interattivi

Kuntest

L-IDC fassal mill-ġdid is-sistema awtomatika tal-infrasound u żviluppa proġetti ta’ “extended NDC-in-a-box” b’rilaxx inizjali tas-software fl-2016 u aġġornamenti maġġuri fl-2018 u fl-2019. L-isforzi tas-sistema ta’ pproċessar tal-infrasound kienu jinvolvu l-iżvilupp ta’ sistema ta’ stazzjonijiet komposti għall-ipproċessar awtomatiku u s-software ta’ rieżami interattiv. L-għodod żviluppati ġew integrati fl-NDC-in-a-Box (inkluż l-aħħar verżjoni tar-rilaxx 5.0 fl-2019) u fl-ambjent tal-ipproċessar tal-IDC. Barra minn hekk, is-sistema ta’ pproċessar idroakustiku għandha potenzjal li tibbenifika ħafna mill-isforzi li saru fl-iżvilupp tat-teknoloġija tal-infrasound, peress li bosta komponenti bejn dawn iż-żewġ teknoloġiji huma kompatibbli fuq skala kbira. Madankollu, hemm bżonn li jsiru sforzi biex il-komponenti u l-proċessi tas-software jiġu omoġenizzati filwaqt li jittieħed kont ta’ għadd ta’ ħtiġijiet tat-teknoloġija indipendenti u speċifiċi.

Bis-saħħa tal-NDC-in-a-Box u t-taħriġ infrasound dedikat ipprovdut bl-użu ta’ finanzjament preċedenti mill-Unjoni, l-NDCs kisbu kapaċitajiet għal teknoloġiji tal-infrasound u qed jużaw b’mod intensiv l-għodod tal-NDC-in-a-Box. L-IDC jirċievi kontinwament talbiet għal taħriġ ta’ teknoloġija speċifika fil-forma ta’ mewġa, inkluż teknoloġiji tal-infrasound u idroakustiċi, u jitlob għal software speċjalizzat ġdid jew imtejjeb.

L-IDC jipproponi li jitkomplew l-isforzi biex jitlestew is-sistemi tal-infrasound u tal-ipproċessar idroakustiku b’appoġġ għall-ħtiġijiet tal-IDC u tal-IMS u biex jiġu indirizzati t-talbiet tal-NDCs għal software mill-aktar avvanzat. L-għan tal-proġett huwa li s-sistema ta’ pproċessar idroakustika titqiegħed fuq l-istess livell mas-sistema mfassla mill-ġdid tal-ipproċessar tal-infrasound u li jiġu omoġenizzati l-komponenti tas-software komuni u jiġu rfinati d-dipendenzi speċifiċi individwali tat-teknoloġija, filwaqt li jkompli jiġi avvanzat l-ipproċessar biex jinżamm aġġornat mal-aħħar żviluppi teknoloġiċi. Dan il-proġett għandu jippermetti wkoll lill-IDC biex jippjana integrazzjoni bla xkiel ta’ għodod speċifiċi tal-IDC fis-sistema ta’ riinġinerija tal-IDC li qed tiġi żviluppata bħalissa.

Objettivi

Appoġġ għall-evoluzzjoni tas-sistema ta’ pproċessar tal-istazzjon biex jintlaħqu b’mod kontinwu l-ħtiġijiet tas-sostenn tal-operazzjonijiet tal-IMS u l-IDC.

Appoġġ għat-talbiet tal-NDC għal software, aġġornament tas-software u funzjonalitajiet biex jitwettqu attivitajiet tal-NDC.

Tkomplija tal-implimentazzjoni tal-funzjonalitajiet l-aktar avvanzati biex titjieb l-analiżi u l-interpretazzjoni tas-sinjali infrasound u idroakustiċi għall-identifikazzjoni tas-sors, sabiex tinżamm il-kredibbiltà xjentifika tat-teknoloġiji idroakustiċi u tal-infrasound fis-CTBTO.

Isiru sforzi biex jiġu inklużi mudelli ta’ propagazzjoni tal-mewġ bi kwantifikazzjoni tal-inċertezza, b’mod partikolari għat-teknoloġija tal-infrasound billi jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet atmosferiċi b’riżoluzzjoni għolja għall-ipproċessar tan-networks u l-analiżi dettaljata tal-avvenimenti biex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija fuq Terminu Medju.

Riżultati

Ir-riżultati kollha għal dan il-proġett jikkonsistu minn titjib għall-moduli tas-software li huma parti mis-sistema tal-ipproċessar tal-IDC u tal-NDC-in-a-Box (inkluż moduli ta’ software ġodda għal verżjonijiet futuri tal-NDC-in-a-Box).

Eżitu

Tkomplija tal-bini tal-kredibbiltà teknika u xjentifika tas-sistemi tal-infrasound u dawk idroakustiċi tal-IDC u l-iżgurar tas-sosteniment tal-operazzjonijiet tal-IDC u tal-IMS kif deskritti fl-ewwel għan strateġiku tal-Istrateġija fuq Terminu Medju 2018-2021

Tkomplija tal-bini fuq l-isforzi għal software tal-NCD-in-a-Box li nbdew u li ġew żviluppati minn finanzjament preċedenti mill-Unjoni, biex l-NDCs ikunu jistgħu jipproċessaw id-data disponibbli mill-IMS kemm għal finijiet ta’ monitoraġġ tas-CTBT kif ukoll għal finijiet nazzjonali. Dawn l-isforzi ħolqu bażi b’saħħitha ta’ utenti tal-NDC u l-proġett propost iżid il-fiduċja tal-NDC fil-kredibbiltà tas-sistema ta’ verifika. Dan jipprovdi wkoll lill-NDCs b’kapaċitajiet addizzjonali biex jipproċessaw b’mod awtomatiku d-data tal-IDC, fejn iħalltu data minn stazzjonijiet tal-IMS u minn dawk mhux tal-IMS fl-NDC-in-a-Box u jirriproduċu riżultati tal-IDC f’ipproċessar awtomatiku tal-NDC-in-a-Box.

Kollaborazzjoni mal-NDCs biex jinbnew sistemi tal-infrasound u idroakustiċi tal-ogħla livell bħala parti mill-isforzi ta’ riinġenerija tal-IDC.

PARTI 2: Proġett 1 Bini ta’ kapaċità għat-teknoloġiji tal-OSI

Proġett: Korsijiet Introduttorji Reġjonali tal-OSI għal żewġ Reġjuni Ġeografiċi tas-CTBT

Kuntest

Il-Korsijiet Introduttorji Reġjonali (RIC, Regional Introductory Courses) tal-OSI urew li huma fundamentali fit-tisħiħ tar-reġim ta’ verifika tas-CTBT, b’mod speċifiku fl-iżvilupp ta’ Programm ta’ Taħriġ tal-Ispettorat tal-OSI u fin-nomina mill-Istati Firmatarji ta’ kandidati trainees għal spetturi ta’ sostituzzjoni għal dak il-programm.

Il-Kummissjoni tinsab fl-istadji finali tat-Tielet Ċiklu ta’ Taħriġ għal Spetturi ta’ Sostituzzjoni tal-OSI. Id-distribuzzjoni ġeografika u tas-sessi ta’ dan iċ-ċiklu ta’ taħriġ attwali hija statistikament l-aktar popolazzjoni diversifikata ta’ trainees meta mqabbla mal-ewwel u t-tieni Ċikli ta’ taħriġ.

Ir-rekords juru korrelazzjoni bejn l-għadd akbar ta’ nominati minn reġjun ġeografiku wara t-twettiq ta’ RIC. L-aktar żewġ RICs reċenti (imwettqa fl-Arġentina fl-2019 u fl-Afrika t’Isfel fl-2016) urew żieda sostanzjali f’nominati esperti mir-reġjun tal-Amerika Latina u tal-Karibbew (ALK) u mill-Afrika rispettivament, li t-tnejn li huma qabel kienu reġjuni sottorappreżentati fl-attivitajiet ta’ taħriġ tal-OSI. Madankollu, il-perċentwal ta’ rappreżentazzjoni post-RIC għar-reġjun tal-ALK ma kienx daqs dak tal-Afrika, sempliċiment minħabba li l-RIC fl-Afrika twettaq minnufih qabel il-bidu tat-Tielet Ċiklu ta’ Taħriġ, filwaqt li l-RIC fl-Arġentina twettaq sentejn wara matul nofs iċ-ċiklu ta’ taħriġ.

Filwaqt li l-RICs twettqu darba kull sentejn fil-passat, dan il-proġett jipproponi li jitwettqu żewġ RICS f’żewġ reġjuni ġeografiċi differenti tas-CTBT fi żmien 12-il xahar minn xulxin, sabiex ikun hemm grupp ta’ trainees bl-akbar firxa ġeografika u f’termini ta’ ġeneru qabel il-bidu tar-Raba’ Programm ta’ Taħriġ għall-Ispetturi ta’ Sostituzzjoni tal-OSI.

Objettivi

Il-Korsijiet Introduttorji Reġjonali tal-OSI għandhom żewġ objettivi:

li l-esperti tekniċi nazzjonali u l-persunal mill-Istati Firmatarji tar-reġjun jiffamiljarizzaw ruħhom mar-reġim tal-OSI;

li jitwessa’ l-grupp ta’ esperti mill-Istati Firmatarji tar-reġjun li jkunu disponibbli biex jieħdu sehem fl-attivitajiet relatati mal-OSI u biex jiġu identifikati kandidati potenzjali għar-roster tas-Segretarjat Tekniku Proviżorju (PTS) ta’ spetturi ta’ sostituzzjoni.

Eżitu

Il-forniment ta’ għarfien fundamentali tas-CTBT u d-dispożizzjonijiet tiegħu relatati mal-OSI kif ukoll ħarsa ġenerali tal-attivitajiet u t-tagħmir tal-OSI, bl-użu ta’ taħriġ prattiku għall-esperti minn Stati Firmatarji, b’mod partikolari l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li jirriżulta f’żieda fin-nomini u l-parteċipazzjoni fi programmi ta’ taħriġ tal-OIS futuri.

PARTI 3: Ħidma ta’ sensibilizzazzjoni ma’ pajjiżi mhux firmatarji u ma’ pajjiżi li ma rratifikawx inklużi l-Istati tal-Anness 2 u bini tal-kapaċitajiet ta’ Żgħażagħ, Membri Parlamentari, ġurnalisti u xjentisti f’pajjiżi li qed jiżviluppaw jew f’pajjiżi emerġenti

Proġett 1: Ħidma ta’ sensibilizzazzjoni ma’ xjentisti, akkademiċi, is-soċjetà ċivili, organizzazzjonijiet internazzjonali u dawk mhux governattivi, membri parlamentari u persuni oħra li jfasslu l-politika, lejn id-dħul fis-seħħ tas-CTBT

Kuntest

L-interazzjoni fil-livell tal-esperti mal-Kummissjoni Preparatorja hija mezz indispensabbli biex jinżammu kemm l-appoġġ politiku għall-aspetti kollha tas-CTBT kif ukoll l-aqwa għarfien espert tekniku u prospettiva teknika relatati magħha.

Matul dawn l-aħħar ftit snin, serje ta’ konferenzi u avvenimenti akkademiċi, diplomatiċi u xjentifiċi ta’ sensibilizzazzjoni (pereżempju, Konferenza biennali tas-CTBT dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija, Workshops u Konferenzi Reġjonali dwar is-CTBT, Simpożji) kienu strumentali biex tinbena, tinżamm u tiġi estiża l-fiduċja fir-reġim ta’ verifika tas-CTBTO. Dawn tejbu wkoll is-sensibilità tal-pubbliku fir-rigward tar-rwol tas-CTBTO u enfasizzaw l-importanza tas-CTBT bħala l-pedament tar-reġim globali ta’ nonproliferazzjoni u ta’ diżarm.

Il-proġett ta’ hawn taħt jikkapitalizza fuq attivitajiet preċedenti, li kienu ffinanzjati mill-Unjoni taħt Deċiżjonijiet preċedenti tal-Kunsill u Azzjonijiet Konġunti preċedenti u jkompli jsaħħaħ l-aċċess tal-PTS għall-għarfien u l-kompetenzi strateġiċi.

Il-proġett ser jagħmel użu minn sinerġiji u rabtiet transorganizzattivi mal-istrateġija usa’ ta’ sensibilizzazzjoni tal-PTS.

Objettivi

Punt (i)

It-tisħiħ tal-proċess tas-SnT permezz ta’ involviment ma’ ċentri xjentifiċi u teknoloġiċi ewlenin madwar id-dinja

L-aċċess kontinwu għal għarfien xjentifiku u teknoloġiku huwa vitali biex il-PTS iżomm vantaġġ tekniku u jkun imħejji b’mod preċiż għal kwalunkwe sfida teknoloġika emerġenti. Barra minn hekk, it-trawwim ta’ kooperazzjoni ma’ ċentri xjentifiċi ewlenin jippermetti li s-CTBTO tqajjem kuxjenza dwar is-CTBT u dwar ir-rwol tagħha fost ġenerazzjoni transnazzjonali li qed tiżdied ta’ xjenzati u esperti tekniċi ġodda.

Riżultati

Dan il-proġett jipproponi li jitwettqu sa erba’ korsijiet u programmi ta’ taħriġ ta’ daqsijiet differenti dwar kwistjonijiet tas-CTBT, b’mod partikolari dwar l-aspetti xjentifiċi u tekniċi tas-CTBT.

Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-Istati tal-Anness 2 ser ikunu fil-mira b’mod speċifiku, f’konformità mad-dħul fis-seħħ u l-istrateġiji ta’ universalizzazzjoni tal-PTS. B’segwitu għas-Simpożju dwar ix-Xjenza u d-Diplomazija ppjanat għall-2020, li għandu jiġi ffinanzjat taħt id-Deċiżjoni (PESK) 2018/298, il-proġett ser jipprovdi finanzjament inizjali għas-serje ta’ Simpożji li jmiss u għall-Konferenza dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija tal-2021, b’enfasi partikolari fuq kontribuzzjoni għall-parteċipazzjoni tan-nisa u għal parteċipanti minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif ukoll fuq l-Istati li ma rratifikawx l-Anness 2, inkluż membri żgħażagħ tal-Grupp taż-Żgħażagħ tas-CTBTO u l-Grupp ta’ Persuni Eminenti.

Punt (ii)

Universalizzazzjoni tat-Trattat permezz ta’ Workshops Reġjonali u Subreġjonali:

Il-kisba ta’ dinja ħielsa minn ittestjar nukleari permezz ta’ reġim legalment vinkolanti u infurzabbli hija responsabbiltà tal-komunità internazzjonali kollha.

Biex jintlaħaq dan l-għan, trid tittieħed strateġija proattiva għas-sensibilizzazzjoni, il-bini tal-fiduċja u l-kooperazzjoni reġjonali.

Pereżempju l-Workshop Reġjonali tal-Istati tal-Gżejjer tal-Paċifiku li sar fl-2018, u l-Workshop Reġjonali tal-Asja tax-Xlokk ospitat fl-2014, ħallew dividendi f’termini ta’ żgurar ta’ firem u ratifikazzjonijiet addizzjonali tat-Trattat bħat-Tajlandja u Tuvalu.

Riżultati

Dan is-segment speċifiku tal-proġett ser jiffoka fuq it-tlaqqigħ ta’ mill-inqas erba’ konferenzi subreġjonali. Tnejn minnhom ser isiru fil-kontinent Afrikan bil-għan li l-pajjiżi Afrikani li fadal jiġu mħeġġa jirratifikaw is-CTBT. Workshop minnhom ser isir fost in-nazzjonijiet Afrikani li jitkellmu l-Ingliż. It-tieni wieħed ser jiffoka fuq is-sħubija Frankofona.

Iż-żewġ workshops l-oħra minflok ser jinvolvu xjenzati żgħażagħ u ser jippruvaw imexxu djalogu xjentifiku reġjonali fl-Asja u fl-Ewropa rispettivament.

Punt (iii)

Il-Qawmien mill-Ġdid tal-Interess Akkademiku fis-CTBT:

Matul is-snin 80 u 90, kiber bil-bosta d-dibattitu fid-dinja akkademika dwar kif għandu jitwaqqaf l-ittestjar nukleari globali. L-impetu intellettwali kien ispirat u fil-biċċa l-kbira sostnut ukoll minn movimenti soċjali ta’ ambjentalisti żgħażagħ interessati li jiksbu kooperazzjoni globali aktar b’saħħitha lejn stil ta’ ħajja aktar sostenibbli. Illum il-ġurnata, il-ħidma akkademika fuq is-CTBT u n-norma kontra l-ittestjar nukleari hija fqira. Bħala riżultat, il-kurrikuli edukattivi rarament jiddiskutu r-rwol tas-CTBT u l-funzjoni importanti tagħha. Dan il-proġett jista’ jirrimedja din is-sitwazzjoni billi jipprovdi finanzjament inizjali żgħir biex ikopri:

Riżultati

It-tlaqqigħ ta’ tliet workshops akkademiċi: f’Londra, Pariġi, Moska, Washington, Berlin jew Alġeri.

L-ikkummissjonar ta’ mill-inqas ħames dokumenti li jiddiskutu kif is-CTBT hija kritika fil-bini ta’ fiduċja u kunfidenza strateġiċi kemm fil-livell reġjonali kif ukoll f’dak globali.

Ħidma ta’ sensibilizzazzjoni ma’ tal-inqas għaxar universitajiet li jgħallmu kwistjonijiet relatati mal-kontroll tal-armi u n-nonproliferazzjoni biex jiġu mħeġġa jinkludu s-CTBT fil-kurrikulu edukattiv tagħhom kemm fil-livell universitajru kif ukoll qabel.

Punt (iv)

Stabbiliment ta’ pubblikazzjoni tas-CTBT għall-akkademiċi żgħażagħ

Mit-twaqqif tal-Grupp taż-Żgħażagħ tagħha fl-2016, is-CTBTO wettqet sforzi mmirati biex tiżgura preżenza konsistenti taż-żgħażagħ fil-workshops u l-avvenimenti kollha tagħha. Barra minn hekk, waqt il-Konferenza dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija tal-2017 u l-2019, inħarġet rivista msejħa “Newsroom Project” biex jiġu enfasizzati l-perspettivi tal-akkademiċi żgħażagħ dwar kif tiddaħħal fis-seħħ is-CTBT.

Riżultati

Minħabba r-reazzjonijiet pożittivi li waslu, dan il-proġett jiżgura ħruġ konsistenti u perjodiku (idealment darbtejn fis-sena) tar-rivista u l-aktar fattur importanti huwa li l-finanzjament ta’ dan il-proġett itejjeb il-kwalità tal-pubblikazzjoni u jittrasformaha f’post għal djalogu u skambju ta’ ideat fost l-akkademiċi żgħażagħ dwar is-CTBT.

Eżitu

Minbarra sigurtà globali aħjar, l-appoġġ mill-Unjoni għal dan il-proġett ser isaħħaħ l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva u l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-universalizzazzjoni u r-rinfurzar ta’ ftehimiet multilaterali, fil-qasam tan-nonproliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ kunsinna. Il-proġetti ser jinvolvu komunità wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati dwar kwistjonijiet relatati mas-CTBT; ser jippromwovu sinerġiji intraorganizzattivi, effiċjenza u effettività, fi ħdan il-PTS; u ser jintensifikaw ulterjorment il-ħidma ta’ sensibilizzazzjoni tal-partijiet ikkonċernati ewlenin fl-Istati li għad iridu jiffirmaw u/jew jirratifikaw is-CTBT, inklużi l-Istati tal-Anness II, sabiex jinkisbu d-dħul fis-seħħ u l-universalizzazzjoni tas-CTBT.

Proġett 2: Proġett għall-parteċipazzjoni ta’ esperti tekniċi minn Pajjiżi li qed Jiżviluppaw f’laqgħat tekniċi uffiċjali tal-Kummissjoni Preparatorja (referenza informali “Proġett Pilota”)

Parteċipazzjoni akbar ta’ esperti minn pajjiżi li qed jiżviluppaw u emerġenti f’laqgħat tekniċi uffiċjali tal-Kummissjoni u f’laqgħat xjentifiċi u tekniċi li saru mill-PTS. L-esperti jingħataw l-opportunità li jtejbu l-għarfien xjentifiku u tekniku u l-ħiliet esperti tagħhom fir-rigward tat-teknoloġiji ta’ verifika (sismiċi, idroakustiċi, infrasound u radjunuklide).

Kuntest

Bosta pajjiżi li qed jiżviluppaw u oħrajn emerġenti m’għandhomx ir-riżorsi finanzjarji biex jippermettu lill-esperti tagħhom jieħdu sehem fil-ħidma xjentifika u teknika li qed issir f’laqgħat tekniċi uffiċjali tal-Kummissjoni Preparatorja. Dan ifisser li hemm defiċit ċar fl-involviment ta’ rappreżentanti tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fir-rakkomandazzjonijiet magħmula u d-deċiżjonijiet meħuda, dwar kwistjonijiet tekniċi ewlenin rilevanti għar-reġim ta’ verifika tas-CTBT. Dan id-defiċit huwa problematiku peress li bosta stazzjonijiet tas-Sistema ta’ Monitoraġġ Internazzjonali tas-CTBT jinsabu, jew ser ikunu jinsabu, fit-territorju ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw u emerġenti u huma ġestiti mill-istituzzjonijiet tal-pajjiż. Barra minn hekk, bosta pajjiżi li qed jiżviluppaw huma fil-proċess li jistabbilixxu u jtejbu ċ-Ċentri Nazzjonali ta’ Data tagħhom biex ikunu jistgħu jieħdu vantaġġ mid-data u l-prodotti ġġenerati mis-sistema ta’ verifika.

Dan in-nuqqas ta’ parteċipazzjoni jfisser ukoll li bosta pajjiżi huma esklużi minn mezzi importanti biex itejbu l-kapaċità, l-għarfien u l-ħiliet esperti tagħhom relatati mat-teknoloġiji ta’ verifika tas-CTBT. Dawn it-teknoloġiji huma rilevanti mhux biss għall-objettivi ta’ diżarm u nonproliferazzjoni tas-CTBT, iżda anki għal applikazzjonijiet ċivili u xjentifiċi importanti ta’ benefiċċju usa’ għall-komunitajiet f’dawn il-pajjiżi, bħal twissija ta’ diżastru għal tsunamis, terremoti u eruzzjonijiet ta’ vulkani.

Għalhekk, matul il-Parti II tas-Sebgħa u Għoxrin Sessjoni tagħha (13-17 ta’ Novembru 2006), il-Kummissjoni qablet li tistabbilixxi proġett pilota bil-għan li jindirizza din l-isfida. Fil-Wieħed u Ħamsin Sessjoni tagħha (7-9 ta’ Novembru 2018), il-Kummissjoni ddeċidiet li tkompli bil-proġett għal tliet snin oħra, mill-2019 sal-2021.

S’issa kien possibbli li jingħata finanzjament għal massimu ta’ 12-il espert. B’dan il-finanzjament addizzjonali jistgħu jintgħażlu aktar esperti minn grupp ġeneralment akbar ta’ nomini ta’ kandidati.

Objettivi

It-tisħiħ tal-karattru universali tal-Kummissjoni Preparatorja għas-CTBTO u l-bini tal-kapaċitajiet fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u f’dawk emerġenti permezz ta’ involviment akbar ta’ dawk l-esperti tal-pajjiżi fil-proċessi tat-tfassil tal-politika relatata mas-CTBTO u l-kapaċità mtejba tagħhom fir-rigward tat-teknoloġiji ta’ verifika tas-CTBTO u l-applikazzjonijiet ċivili u xjentifiċi usa’ tagħhom.

Eżitu

Parteċipazzjoni akbar ta’ esperti minn pajjiżi li qed jiżviluppaw u minn dawk emerġenti f’laqgħat tekniċi uffiċjali tal-Kummissjoni u f’laqgħat xjentifiċi u tekniċi li jsiru mill-PTS. L-esperti jingħataw l-opportunità li jtejbu l-għarfien xjentifiku u tekniku u l-ħiliet esperti tagħhom fir-rigward tat-teknoloġiji ta’ verifika (sismiċi, idroakustiċi, infrasound u radjunuklide).


30.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/902

tad-29 ta’ Ġunju 2020

li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-3 ta’ Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/354/PESK (1), li kompliet il-EUPOL COPPS mill-1 ta’ Lulju 2013.

(2)

Fit-28 ta’ Ġunju 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1114 (2), li emendat id-Deċiżjoni 2013/354/PESK u li estendietha mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020.

(3)

Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (“KPS”) qabel fit-28 ta’ Marzu 2019 u kkonferma fis-16 ta’ April 2020 li l-Missjoni jenħtieġ li tiġi estiża bl-istess mandat, għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar, sat-30 ta’ Ġunju 2021, bil-fehim li l-Missjoni tkun soġġetta għal Rieżami Strateġiku hekk kif iċ-ċirkostanzi jkunu jippermettu.

(4)

Il-EUPOL COPPS jenħtieġ li tingħata ammont ta’ referenza finanzjarja għal dan il-perijodu ġdid ta’ sena.

(5)

Fl-14 ta’ Mejju 2020, il-KPS barra minn hekk qabel li s-Sur Kauko AALTOMAA, li nħatar Kap tal-Missjoni fit-28 ta’ Settembru 2017 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2017/1802 (3), u li l-mandat tiegħu ġie estiż fit-2 ta’ Lulju 2019 bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2019/1165 (4) sat-30 ta’ Ġunju 2020, jenħtieġ li jkompli jwettaq din il-funzjoni sat-30 ta’ Settembru 2020.

(6)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/354/PESK tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-EUPOL COPPS ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/354/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“8.   Is-Sur Kauko AALTOMAA għandu jkun il-Kap tal-Missjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Settembru 2020.”.

(2)

fl-Artikolu 12(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021 għandu jkun ta’ EUR 12 651 893,91.”.

(3)

fl-Artikolu 15, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2021.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2020.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1114 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 176, 1.7.2019, p. 5).

(3)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2017/1802 tat-28 ta’ Settembru 2017 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2017) (ĠU L 259, 7.10.2017, p. 20).

(4)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2019/1165 tat-2 ta’ Lulju 2019 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2019) (ĠU L 182, 8.7.2019, p. 43).


30.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/32


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/903

tad-29 ta’ Ġunju 2020

li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/233/PESK (1), li stabbilixxiet il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya).

(2)

Fis-17 ta' Diċembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/2009 (2), li estendiet il-mandat tal-EUBAM Libya sat-30 ta' Ġunju 2020.

(3)

Fis-16 ta' April 2020, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (“KPS”) qabel li, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, l-EUBAM Libya għandha tiġi estiża b'sena bl-istess mandat, li jista' jiġi rieżaminat meta ċ-ċirkostanzi jkunu jippermettu.

(4)

Fl-14 ta' Mejju 2020, il-KPS qabel ukoll li s-Sur Vincenzo TAGLIAFERRI, li nħatar Kap tal-Missjoni fit-30 ta' Awwissu 2016 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1634 (3), u li l-mandat tiegħu ġie estiż b'mod regolari, l-aktar reċentement sat-30 ta' Ġunju 2020 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2019/2077 (4), jenħtieġ li jkompli jwettaq din il-funzjoni sat-30 ta' Settembru 2020.

(5)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/233/PESK tiġi emendata skont dan.

(6)

L-EUBAM Libya ser titwettaq fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif jinsab fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/233/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu, li ġej:

"8.   Is-Sur Vincenzo TAGLIAFERRI għandu jkun il-Kap tal-Missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2020 sat-30 ta' Settembru 2020.".

(2)

fl-Artikolu 13(1), is-sitt subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EUBAM Libya mill‐1 ta' Jannar 2019sat-30 ta' Ġunju 2021 għandu jkun ta' EUR 60 038 863,03.".

(3)

fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Hija għandha tapplika sat-30 ta' Ġunju 2021.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta' Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/2009 tas-17 ta' Diċembru 2018 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 322, 18.12.2018, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1634 tat-30 ta' Awwissu 2016 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2016) (ĠU L 243, 10.9.2016, p. 10).

(4)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2019/2077 tat-28 ta’ Novembru 2019 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2019) (ĠU L 316, 6.12.2019, p. 32).


30.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/34


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/904

tad-29 ta’ Ġunju 2020

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1424 fir-rigward tad-data ta' skadenza għall-appoġġ tal-attivitajiet tal-OSKE relatati mat-tnaqqis ta' armi ħfief, ta' kalibru żgħir u munizzjon konvenzjonali fir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq u fil-Georgia

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-4 ta' Awwissu 2017 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1424 (1), li tipprevedi perijodu ta' implimentazzjoni ta' 36 xahar mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) ta' dik id-Deċiżjoni, għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha.

(2)

Il-ftehim ta' finanzjament mas-Segretarjat tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), li hija l-entità implimentattiva għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1424, ġie ffirmat fis-7 ta' Settembru 2017 u jiskadi fis-6 ta' Settembru 2020.

(3)

Fis-27 ta' April 2020, il-Forum għall-Kooperazzjoni fil-Qasam tas-Sigurtà tal-OSKE talab estensjoni mingħajr spejjeż ta' sitt xhur tal-perijodu ta' implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1424 sas-6 ta' Marzu 2021, minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar internazzjonali.

(4)

Il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1424 ma għandha l-ebda implikazzjoni fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji sas-6 ta' Marzu 2021.

(5)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1424 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1424 hija emendata kif ġej:

(1)

it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1424 tal-4 ta' Awwissu 2017 b'appoġġ għall-attivitajiet tal-OSKE biex jitnaqqas ir-riskju tat-traffikar illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir u munizzjon konvenzjonali fir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq u fil-Georgia";

(2)

L-Artikolu 5(2) huwa sostitwit kif ġej:

"2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fis-6 ta' Marzu 2021.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1424 tal-4 ta' Awwissu 2017 b'appoġġ għall-attivitajiet tal-OSKE biex jitnaqqas ir-riskju tat-traffikar illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir u munizzjon konvenzjonali fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Georgia (ĠU L 204, 5.8.2017, p. 82).


30.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/35


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/905

tad-29 ta’ Ġunju 2020

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1428 b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Maputo għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-1997 fuq il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Kumulazzjoni, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini kontra l-Persunal u fuq id-Distruzzjoni tagħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ Awwissu 2017 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1428 (1), li jipprevedi perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ 36 xahar mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) ta’ dik id-Deċiżjoni, għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha.

(2)

Il-ftehim ta’ finanzjament mal-Unità ta’ Appoġġ għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni fuq il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Kumulazzjoni, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini kontra l-Persunal u fuq id-Distruzzjoni Tagħhom (l-‘ISU’), irrappreżentat miċ-Ċentru Internazzjonali ta’ Ġinevra għat-Tneħħija ta’ Mini għal Skopijiet Umanitarji, li hija l-aġenzija ta’ implimentazzjoni għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1428, ġie ffirmat fit-30 ta’ Ottubru 2017 u jiskadi fid-29 ta’ Ottubru 2020.

(3)

Fis-16 ta’ April 2020, l-ISU talbet estensjoni mingħajr spejjeż ta’ erba’ xhur tal-perijodu ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1428 sat-28 ta’ Frar 2021, minħabba l- pandemija tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar internazzjonali.

(4)

Il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1428 ma għandha l-ebda implikazzjoni fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji sat-28 ta’ Frar 2021.

(5)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1428 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1428 huwa b’dan sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tiskadi fit-28 ta’ Frar 2021.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1428 tal-4 ta’ Awwissu 2017 b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Maputo għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-1997 fuq il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Kumulazzjoni, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini kontra l-Persunal u fuq id-Distruzzjoni tagħhom (ĠU L 204, 5.8.2017, p. 101).


30.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/36


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/906

tad-29 ta’ Ġunju 2020

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/615 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet li jwasslu għall-Konferenza ta’ Reviżjoni tal-2020 tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni ta’ Armi Nukleari (TNP)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ April 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/615 (1), li tipprevedi perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ 18-il xahar mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi f’dik id-Deċiżjoni, għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tiegħu.

(2)

L-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta’ Diżarm talab estensjoni sas-16 ta’ April 2021 tal-perijodu ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/615. It-talba mitluba hija minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u s-sospensjoni temporanja tal-attivitajiet taħt id-Deċiżjoni (PESK) 2019/615.

(3)

Il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/615 tista’ ssir mingħajr ebda implikazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji sas-16 ta’ April 2021.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2019/615 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/615 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) jew sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni tagħha jekk f’dan il-perijodu ma jkun ġie konkluż l-ebda ftehim ta’ finanzjament.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/615 tal-15 ta’ April 2019 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet li jwasslu għall-Konferenza ta’ Reviżjoni tal-2020 tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni ta’ Armi Nukleari (TNP) (ĠU L 105, 16.4.2019, p. 25).


30.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/907

tad-29 ta’ Ġunju 2020

li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2014 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1).

(2)

Fid-19 ta’ Marzu 2015, il-Kunsill Ewropew qabel li kellhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikun hemm rabta ċara bejn id-durata tal-miżuri restrittivi u l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta’ Minsk, meta wieħed iqis li l-implimentazzjoni sħiħa kienet prevista għall-31 ta’ Diċembru 2015.

(3)

Fid-19 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2192 (2), li ġġedded id-Deċiżjoni 2014/512/PESK sal-31 ta’ Lulju 2020 sabiex ikun jista’ jivvaluta aktar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ Minsk.

(4)

Wara li saret valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ Minsk, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġi mġedda għal sitt xhur oħra sabiex il-Kunsill ikun jista’ jivvaluta aktar l-implimentazzjoni tagħhom.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Jannar 2021.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2192 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 330, 20.12.2019, p. 71).