ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 165 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
|
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
27.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 165/1 |
REGOLAMENT (UE) 2020/696 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Mejju 2020
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità, fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Il-pandemija tal-COVID-19 wasslet għal tnaqqis kbir fit-traffiku tal-ajru bħala riżultat tat-tnaqqis sinifikanti fid-domanda għat-trasport u l-adozzjoni minn Stati Membri u minn pajjiżi terzi ta’ miżuri diretti bħal pereżempju l-għeluq tal-fruntieri u l-projbizzjonijiet tat-traffiku tal-ajru sabiex titrażżan il-pandemija. |
(2) |
Iċ-ċifri ppubblikati mill-Eurocontrol, li hija l-operatur tan-netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk tat-traffiku tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew, jindikaw tnaqqis fit-traffiku tal-ajru ta’ madwar 90 % għar-reġjun Ewropew fi tmiem Marzu 2020, meta mqabbel ma’ Marzu 2019. It-trasportaturi tal-ajru qegħdin jirrapportaw tnaqqis kbir fil-prenotazzjonijiet bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, u qegħdin jikkanċellaw titjiriet għall-perijodi ta’ skedar tax-xitwa 2019-2020 u tas-sajf 2020. It-tnaqqis f’daqqa fid-domanda u r-rata ta’ kanċellazzjonijiet bla preċedent wasslu għal problemi sejri ta’ likwidità għat-trasportaturi tal-ajru. Dawk il-problemi ta’ likwidità huma direttament marbuta mal-pandemija tal-COVID-19. |
(3) |
It-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni, li kienu finanzjarjament b’saħħithom qabel il-pandemija tal-COVID-19, qed jiffaċċjaw problemi ta’ likwidità li jistgħu jikkawżaw is-sospensjoni jew ir-revoka tal-liċenzja operattiva tagħhom jew is-sostituzzjoni tagħha b’liċenzja temporanja, mingħajr ma jkun hemm ħtieġa ekonomika strutturali biex dan iseħħ. L-għoti ta’ liċenzja temporanja skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jista’ jagħti sinjal negattiv lis-suq dwar il-kapaċità ta’ sopravivenza ta’ trasportatur tal-ajru, u dan imbagħad jaggrava kwalunkwe problema finanzjarja li altrimenti tkun temporanja. Abbażi tal-valutazzjoni mwettqa tul il-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020, huwa għalhekk xieraq, bil-kundizzjoni li s-sikurezza ma tkunx f’riskju, u li jkun hemm prospett realistiku ta’ rikostruzzjoni finanzjarja sodisfaċenti fi żmien 12-il xahar, li l-liċenzja operattiva ta’ tali trasportaturi tal-ajru ma tiġix sospiża jew revokata. Fi tmiem dan il-perijodu ta’ 12-il xahar, it-trasportatur tal-ajru tal-Unjoni jenħtieġ li jkun soġġett għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008. L-obbligu previst fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 li tiġi informata l-Kummissjoni jenħtieġ li japplika wkoll għad-deċiżjonijiet li ma tiġix sospiża jew revokata l-liċenzja operattiva. |
(4) |
Barra mill-miżuri ta’ emerġenza li jistgħu jiġu applikati fil-każ ta’ problemi għall-għarrieda ta’ durata qasira, li jirriżultaw minn ċirkostanzi li ma jistgħux jitbassru u li ma jistgħux jiġu evitati, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrifjutaw, jillimitaw jew jimponu kundizzjonijiet fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku sabiex jitrattaw il-problemi li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19, li jista’ jkollhom durata estiża. Tali miżuri ta’ emerġenza meħuda fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipji tal-proporzjonalità u tat-trasparenza, u jenħtieġ li jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji li japplikaw f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008. |
(5) |
Fl-ajruporti fejn l-għadd ta’ fornituri tas-servizzi tal-groundhandling huwa limitat skont l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE (3), il-fornituri jistgħu jintgħażlu għal perijodu massimu ta’ seba’ snin. Il-fornituri li għalihom dan il-perijodu ġej fi tmiemu jistgħu, b’konsegwenza ta’ dan, jesperjenzaw diffikultajiet biex jiksbu aċċess għal finanzjament. Dak il-perijodu massimu għalhekk jenħtieġ li jiġi estiż. |
(6) |
Bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, fl-ajruporti fejn l-għadd ta’ fornituri tas-servizzi tal-groundhandling huwa limitat, fornitur wieħed jew bosta fornituri jistgħu jieqfu milli jipprovdu s-servizzi tagħhom f’ajruport speċifiku qabel ma jkun jista’ jintgħażel fornitur ġdid abbażi tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 96/67/KE. Fit-tali ċirkostanzi, huwa xieraq li l-korp ta’ amministrazzjoni tal-ajruport jkun jista’ jiddeċiedi li jagħżel provditur tas-servizzi tal-groundhandling direttament biex jipprovdi s-servizzi għal perijodu massimu ta’ sitt xhur. Jenħtieġ li jiġi mfakkar li, meta l-korp ta’ amministrazzjoni tal-ajruport jeħtieġ li jakkwista servizzi tal-groundhandling bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19 u jkun entità kontraenti skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), tapplika dik id-Direttiva. |
(7) |
Jenħtieġ li titwettaq rikostruzzjoni finanzjarja sodisfaċenti bi pjan li jkollu l-mira li jipprevjeni s-sensji u b’garanziji li rikostruzzjoni finanzjarja ma tkunx ta’ detriment għad-drittijiet tal-ħaddiema. Jenħtieġ li l-estensjoni ta’ awtorizzazzjonijiet għal fornituri tas-servizzi tal-groundhandling ikollha l-mira li tħares l-impjiegi u d-drittijiet tal-ħaddiema. |
(8) |
Huwa diffiċli li jitbassru l-iżvilupp ulterjuri tal-pandemija tal-COVID-19 u l-impatt tagħha fuq is-settur tat-trasport bl-ajru. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tanalizza kontinwament l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-settur tat-trasport tal-ajru u, jekk jippersistu l-kundizzjonijiet avversi, jenħtieġ li l-Unjoni tkun f’pożizzjoni li testendi, mingħajr dewmien żejjed, il-perijodu li matulu japplikaw il-miżuri previsti minn dan ir-Regolament. |
(9) |
Sabiex jiġu estiżi, fejn ikun meħtieġ u ġustifikat, il-perijodu li matulu l-awtoritajiet ta’ liċenzjar kompetenti jistgħu jiddeċiedu li ma jissospendux jew ma jirrevokawx il-liċenzji operattivi, il-perijodu li matulu l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw, jillimitaw jew jimponu kundizzjonijiet fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku, u l-perijodu li matulu l-kuntratti tal-fornituri tas-servizzi tal-groundhandling jistgħu jiġu estiżi u li matulu l-korp ta’ amministrazzjoni ta’ ajruport jista’ jagħżel fornitur tas-servizzi tal-groundhandling direttament, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jiġi delegat lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (5). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
(10) |
Fid-dawl tal-urġenza li tirriżulta miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 li jiġġustifikaw il-miżuri proposti, u b’mod aktar partikolari sabiex jiġu adottati l-miżuri meħtieġa malajr sabiex jiġu indirizzati l-problemi serji u immedjati li qed jaffaċċja s-settur, ġie kkunsidrat xieraq li tiġi prevista eċċezzjoni għall-perijodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni, li huwa anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), mat-TFUE u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
(11) |
Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 jiġi emendat fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
(12) |
It-tifqigħa għall-għarrieda u li ma setgħetx titbassar tal-COVID-19 u l-proċeduri leġislattivi meħtieġa għall-adozzjoni tal-miżuri rilevanti fissru li kien impossibbli li tali miżuri jiġu adottati fil-ħin. Għal din ir-raġuni, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopru wkoll perijodu qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu. Minħabba n-natura ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, tali approċċ ma jirriżultax fi ksur tal-aspettattivi leġittimi tal-persuni kkonċernati. |
(13) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 jiġi emendat skont dan. |
(14) |
Fid-dawl tal-urġenza li tirriżulta miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw il-miżuri stabbiliti, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Dan ir-Regolament jirregola l-liċenzjar tat-trasportaturi tal-ajru Komunitarji, id-dritt tat-trasportaturi tal-ajru Komunitarji li joperaw servizzi tal-ajru intra-Komunitarji, u l-ipprezzar tas-servizzi tal-ajru intra-Komunitarji. Jistabbilixxi wkoll regoli temporanji dwar il-forniment tas-servizzi tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Unjoni.”. |
(2) |
Fl-Artikolu 9, jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin: “1a. Abbażi tal-evalwazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, imwettqa mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020, l-awtorità kompetenti tal-liċenzji tista’ tiddeċiedi qabel it-tmiem ta’ dak il-perijodu li ma tissospendix jew ma tirrevokax il-liċenzja operattiva tat-trasportatur tal-ajru tal-Unjoni bil-kundizzjoni li s-sikurezza ma tkunx f’riskju, u li jkun hemm prospett realistiku ta’ rikostruzzjoni finanzjarja sodisfaċenti fi żmien it-12-il xahar li jmiss. Għandha tirrieżamina l-prestazzjoni ta’ dan it-trasportatur tal-ajru tal-Unjoni fi tmiem il-perijodu ta’ 12-il xahar u tiddeċiedi jekk il-liċenzja operattiva għandhiex tiġi sospiża jew revokata u jekk għandhiex tingħata liċenzja temporanja abbażi tal-paragrafu 1. 1b. Meta l-Kummissjoni tara, abbażi tad-data ppubblikata mill-Eurocontrol, li hija l-operatur tan-netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk tat-traffiku tal-arju tal-Ajru Uniku Ewropew, li t-tnaqqis fil-livell tat-traffiku tal-ajru qed jippersisti meta mqabbel mal-livell fil-perijodu korrispondenti fl-2019 u li x’aktarx ser ikompli, u tara wkoll li, abbażi tal-aħjar data xjentifika disponibbli, bħad-data miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, din is-sitwazzjoni hija r-riżultat tal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 25a biex temenda dan ir-Regolament billi testendi l-perijodu tal-1 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 imsemmi fil-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu kif xieraq. 1c. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament is-sitwazzjoni bl-użu tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1b. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għaliha, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta’ sinteżi dwar din il-kwistjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-15 ta’ Novembru 2020. Meta l-kriterji msemmijin fil-paragrafu 1b jiġu ssodisfati, il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat previst fil-paragrafu 1b malajr kemm jista’ jkun. 1d. Meta, fil-każ ta’ impatt fit-tul tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-settur tat-trasport tal-ajru fl-Unjoni, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 25b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.”. |
(3) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 21a Miżuri ta’ emerġenza marbuta mal-pandemija tal-COVID-19 1. Minkejja l-Artikolu 21, għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020, l-Istati Membri jistgħu, mingħajr il-ftehim tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 21(1), jirrifjutaw, jillimitaw jew jimponu kundizzjonijiet fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku jekk din l-azzjoni tkun meħtieġa sabiex tiġi indirizzata l-pandemija tal-COVID-19. Tali azzjoni għandha tirrispetta l-prinċipji tal-proporzjonalità u tat-trasparenza u għandha tiġi bbażata fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji. 2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien bit-tali azzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 u dwar id-durata tagħha, u għandu jipprovdilhom raġunijiet adegwati li jiġġustifikaw il-ħtieġa għal dik l-azzjoni. Jekk l-Istat Membru jimmodifika, jissospendi jew jirtira t-tali azzjoni wara li dan ir-Regolament ikun daħal fis-seħħ, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kif xieraq. 3. Il-Kummissjoni tista’, fuq talba ta’ kwalunkwe Stat Membru jew Stati involuti, jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tissospendi l-azzjoni msemmija fil-paragrafu 2 jekk din ma tkunx tissodisfa r-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafu 1 jew tkun b’xi mod ieħor kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni. 4. Meta, abbażi tal-aħjar għarfien, evidenza u data xjentifiċi, bħad-data miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, il-Kummissjoni ssib evidenza u data li jikkonfermaw il-persistenza tal-pandemija tal-COVID-19, li r-rifjuti, il-limitazzjonijiet jew l-impożizzjonijiet ta’ kundizzjonijiet fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku mill-Istati Membri x’aktarx ikunu meħtieġa lil hinn mill-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 25a sabiex temenda dan ir-Regolament billi testendi dak il-perijodu kif xieraq. 5. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament is-sitwazzjoni bl-użu tal-kriterji msemmijin fil-paragrafu 4. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta’ sinteżi dwar din il-kwistjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-15 ta’ Novembru 2020. Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 4 malajr kemm jista’ jkun. 6. Meta, fil-każ ta’ impatt fit-tul tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-settur tat-trasport tal-ajru fl-Unjoni, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 25b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.”. |
(4) |
Jiddaħħal il-Kapitolu li ġej: “KAPITOLU IVa REGOLI TEMPORANJI DWAR IS-SERVIZZI TAL-GROUNDHANDLING Artikolu 24a 1. Permezz ta’ deroga mill-punt (d) tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE (*1)„ il-kuntratti tal-fornituri tas-servizzi tal-groundhandling magħżula abbażi tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(1) ta’ dik id-Direttiva li jiskadu fil-perijodu mit-28 ta’ Mejju 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2021 jew l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lilhom jistgħu jiġu estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2022. 2. Permezz ta’ deroga mill-punt (e) tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 96/67/KE„ għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020, meta fornitur tas-servizzi tal-groundhandling iwaqqaf l-attività tiegħu qabel tmiem il-perijodu li għalih jkun intgħażel, il-korp ta’ amministrazzjoni tal-ajruport jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, tista’ tagħżel fornitur tas-servizzi tal-groundhandling direttament biex jipprovdi s-servizzi għal perijodu massimu ta’ sitt xhur jew għal perijodu sal-31 ta’ Diċembru 2020, skont liema jkun l-itwal. 3. Meta l-Kummissjoni tara, abbażi tad-data ppubblikata mill-Eurocontrol, li t-tnaqqis fil-livell tat-traffiku tal-ajru, meta mqabbel mal-livell fil-perijodu korrispondenti fl-2019, qed jippersisti u x’aktarx ikun ser ikompli jippersisti, li din is-sitwazzjoni hija r-riżultat tal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19, u li tirriżulta fl-interruzzjoni tal-forniment tas-servizzi tal-groundhandling jew f’diffikultajiet fl-aċċess għal finanzjament għall-fornituri tas-servizzi tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 25a biex temenda dan ir-Regolament billi testendi l-perijodi msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu kif xieraq. 4. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament is-sitwazzjoni bl-użu tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għaliha, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta’ sinteżi dwar din il-kwistjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-15 ta’ Novembru 2020. Meta jkun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat previst fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun. 5. Meta, fil-każ ta’ impatt fit-tul tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-settur tat-trasport tal-ajru fl-Unjoni, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 25b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu. (*1) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta’ Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36).”." |
(5) |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 25a Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 9(1b), 21a(4) u 24a(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ sena mit-28 ta’ Mejju 2020. 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 9(1b), 21a(4) u 24a(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. 5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 9(1b), 21a(4) and 24a(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Artikolu 25b Proċedura ta’ urġenza 1. L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza. 2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25a. F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.’. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2020.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Mejju 2020 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)] u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta’ Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36).
(4) Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
27.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 165/7 |
REGOLAMENT (UE) 2020/697 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Mejju 2020
li jemenda r-Regolament (UE) 2017/352, sabiex il-korp ta’ ġestjoni ta’ port jew l-awtorità kompetenti jkunu jistgħu joffru l-flessibbiltà fir-rigward tal-impożizzjoni tat-tariffi tal-infrastruttura portwarja fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 qed ikollha impatt negattiv serju fuq is-settur tat-trasport marittimu. Il-konsegwenzi serji għas-servizzi tat-trasport marittimu u għall-użu tal-infrastruttura portwarja ilhom jinħassu mill-bidu ta’ Marzu 2020 u aktarx ser jibqgħu matul l-2020. Ir-rinunzjar, is-sospensjoni, it-tnaqqis jew id-differiment tal-ħlas tat-tariffi tal-infrastruttura portwarja jistgħu jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà finanzjarja tal-operaturi tal-bastimenti f’dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2017/352 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jeżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tariffi tal-infrastruttura portwarja jiġu imposti. Ir-Regolament (UE) 2017/352 ma jipprovdi l-ebda eċċezzjoni għall-obbligu li jiġu imposti t-tariffi. |
(3) |
Fid-dawl tal-gravità tal-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19, jixraq li l-korp ta’ ġestjoni ta’ port jew l-awtorità kompetenti jkunu jistgħu jiddeċiedu li jirrinunzjaw, li jissospendu, li jnaqqsu jew li jiddifferixxu l-ħlas tat-tariffi tal-infrastruttura portwarja dovuti għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Ottubru 2020. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jinterferixxix mal-organizzazzjoni portwarja tal-Istati Membri. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu s-setgħa li jirregolaw l-adozzjoni ta’ tali deċiżjonijiet mill-korp ta’ ġestjoni ta’ port jew mill-awtorità kompetenti. Jenħtieġ li tali rinunzjar, sospensjoni, tnaqqis jew differiment tal-ħlas tat-tariffi tal-infrastruttura portwarja jingħataw b’mod trasparenti, oġġettiv u mhux diskriminatorju. |
(4) |
Minħabba l-urġenza, jixraq ukoll li l-korp ta’ ġestjoni ta’ port jew l-awtorità kompetenti jkunu jistgħu jidderogaw mill-obbligu, previst fir-Regolament (UE) 2017/352, li jinfurmaw lill-utenti ta’ infrastruttura portwarja dwar kwalunkwe tibdil fin-natura jew fil-livell tat-tariffi tal-infrastruttura portwarja tal-anqas xahrejn qabel ma dak it-tibdil jidħol fis-seħħ. |
(5) |
Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-emendar tar-Regolament (UE) 2017/352 bħala reazzjoni għas-sitwazzjoni urġenti maħluqa mit-tifqigħa tal-COVID-19, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan. |
(6) |
Minħabba l-urġenza li tirriżulta miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19 li jiġġustifikaw il-miżuri proposti, u b’mod partikolari biex jiġu adottati malajr il-miżuri neċessarji sabiex jingħata kontribut għas-sostenibbiltà finanzjarja tal-operaturi tal-bastimenti, kien meqjus xieraq li tingħata eċċezzjoni għall-perijodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, li huwa anness mat-TUE, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
(7) |
It-tifqigħa imprevedibbli u għal għarrieda tal-COVID-19 u l-proċeduri leġislattivi li huma meħtieġa għall-adozzjoni tal-miżuri rilevanti kienu jfissru li kien impossibbli li miżuri bħal dawn jiġu adottati fil-ħin. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw għat-tariffi tal-infrastruttura portwarja dovuti għal perijodu qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu. Minħabba n-natura ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, approċċ bħal dan ma jirriżultax fi ksur tal-aspettattivi leġittimi tal-persuni kkonċernati. |
(8) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/352 jiġi emendat skont dan. |
(9) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/352 jiżdied il-paragrafu li ġej:
“3. Minkejja l-Artikolu 13(1), (3) u (4), il-korp ta’ ġestjoni tal-port jew l-awtorità kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jirrinunzjaw, li jissospendu, li jnaqqsu jew li jiddifferixxu l-ħlas tat-tariffi tal-infrastruttura portwarja dovuti għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Ottubru 2020. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li tali deċiżjonijiet għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti stabbiliti għal dak il-għan fil-liġi nazzjonali. Ir-rinunzjar, is-sospensjoni, it-tnaqqis jew id-differiment tal-ħlas tat-tariffi tal-infrastruttura portwarja għandhom jingħataw b’mod trasparenti, oġġettiv u mhux diskriminatorju.
Il-korp ta’ ġestjoni tal-port jew l-awtorità kompetenti għandhom jiżguraw li l-utenti tal-portijiet u r-rappreżentanti jew l-assoċjazzjonijiet tal-utenti tal-portijiet ikunu infurmati kif xieraq. Il-limitu ta’ żmien ta’ xahrejn imsemmi fl-Artikolu 13(5) ma għandux japplika.”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2020.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Mejju 2020 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2020.
(2) Ir-Regolament (UE) 2017/352 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2017 li jistabbilixxi qafas għall-forniment tas-servizzi portwarji u regoli komuni dwar it-trasparenza finanzjarja tal-portijiet (ĠU L 57, 3.3.2017, p. 1).
27.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 165/10 |
REGOLAMENT (UE) 2020/698 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Mejju 2020
li jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u rigward it-tiġdid jew l-estensjoni ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet u l-posponiment ta’ ċerti kontrolli perjodiċi u taħriġ perjodiku f’ċerti oqsma tal-leġislazzjoni dwar it-trasport
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91 u l-Artikolu 100(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-kriżi tas-saħħa pubblika assoċjata magħha jirrapreżentaw sfida bla preċedent għall-Istati Membri u jimponu piż kbir fuq l-awtoritajiet nazzjonali, iċ-ċittadini tal-Unjoni, u l-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari l-operaturi tat-trasport. Il-kriżi tas-saħħa pubblikaħolqot ċirkostanzi straordinarji li jaffettwaw l-attività normali tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif ukoll il-ħidma tal-impriżi tat-trasport fir-rigward tal-formalitajiet amministrattivi li jridu jitlestew f’setturi differenti tat-trasport, u li b’mod raġonevoli ma setgħux jiġu antiċipati fil-ħin tal-adozzjoni tal-miżuri rilevanti. Dawk iċ-ċirkostanzi straordinarji għandhom impatt sinifikanti fuq bosta oqsma li jkopri d-dritt tal-Unjoni dwar it-trasport. |
(2) |
B’mod partikolari, l-operaturi tat-trasport u persuni kkonċernati oħrajn jaf ma jkunux jistgħu jlestu l-formalitajiet jew il-proċeduri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni relatati mat-tiġdid jew l-estensjoni ta’ ċertifikati, liċenzji jew awtorizzazzjonijiet jew sabiex ilestu l-passi l-oħra meħtieġa biex iżommu l-validità tagħhom. Għall-istess raġunijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jaf ma jkunux jistgħu jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni u jiżguraw li t-talbiet rilevanti introdotti mill-operaturi tat-trasport jiġu ttrattati qabel jgħaddu l-iskadenzi applikabbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri biex jegħlbu dawk il-problemi u biex jiżguraw iċ-ċertezza tad-dritt u l-funzjonament tajjeb tal-atti legali kkonċernati. Jenħtieġ li jiġu previsti adattamenti għal dak il-għan, b’mod partikolari fir-rigward ta’ ċerti limiti taż-żmien, flimkien mal-possibbiltà li l-Kummissjoni tawtorizza estensjonijiet abbażi ta’ talba mressqa minn kwalunkwe Stat Membru. |
(3) |
Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistabbilixxi regoli applikabbli għall-kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku tas-sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ prodotti jew passiġġieri. Dawk is-sewwieqa jrid ikollhom ċertifikat ta’ kompetenza professjonali (CPC) u jridu juru li lestew it-taħriġ perjodiku billi jkollhom liċenzja tas-sewqan jew kard ta’ kwalifika tas-sewwieq, li fuqhom ikun irreġistrat it-taħriġ perjodiku. Minħabba d-diffikultajiet għad-detentur ta’ CPC biex ilesti t-taħriġ perjodiku u t-tiġdid tas-CPC li jiċċertifika t-tlestija ta’ dak it-taħriġ perjodiku bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkważati mit-tifqigħa tal-COVID-19, li fl-1 ta' Frar 2020 kienet diġà bdiet f'xi stati Membri, huwa meħtieġ li l-validità ta’ dak is-CPC tiġi estiża għal perijodu ta’ seba' xhur mid-data tal-iskadenza tiegħu, sabiex tkun żgurata l-kontinwità tat-trasport bit-triq. Jenħtieġ li l-miżuri rigward dawk il-kwistjonijiet meħuda mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 8(2) u (3) tad-Direttiva 2003/59/KE, l-Anness I għad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jew l-Anness II għad-Direttiva 2003/59/KE qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jibqgħu validi. |
(4) |
Id-Direttiva 2006/126/KE tistabbilixxi regoli dwar il-liċenzji tas-sewqan. Din tipprevedi r-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-Istati Membri abbażi ta’ mudell tal-Unjoni ta’ liċenzja tas-sewqan, u tistabbilixxi serje ta’ rekwiżiti minimi għal dawk il-liċenzji. B’mod partikolari, is-sewwieqa tal-vetturi bil-mutur irid ikollhom liċenzja tas-sewqan valida, li trid tiġi mġedda jew, f’xi każijiet, skambjata, meta tiskadi l-validità amministrattiva tagħha. Minħabba d-diffikultajiet fit-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19, li fl-1 ta' Frar 2020 kienet diġà bdiet f'xi Stati Membri,, huwa meħtieġ li l-validità ta’ ċerti liċenzji tas-sewqantiġi estiża għal perijodu ta’ seba' xhur mid-data tal-iskadenza tagħhom, sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-mobbiltà bit-triq. |
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi regoli dwar it-takografi fit-trasport bit-triq. Il-konformità mar-regoli dwar il-ħin tas-sewqan, il-ħin tax-xogħol u l-perijodi ta’ mistrieħ, kif stipulati fir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u fid-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), hi essenzjali biex ikunu żgurati l-kompetizzjoni ġusta u s-sikurezza fit-toroq. Minħabba l-ħtieġa li tkun żgurata l-kontinwità tal-forniment tas-servizzi tat-trasport bit-triq, minkejja d-diffikultajiet fit-twettiq ta’ spezzjonijiet regolari tat-takografi bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19, l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 li kellhom isiru bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020, jenħtieġ li issa jsiru sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data meta kellhom isiru skont dak l-Artikolu. Għall-istess raġuni, id-diffikultajiet fit-tiġdid u s-sostituzzjoni tal-kards tas-sewwieqa bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19, jiġġustifikaw l-għoti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ żmien addizzjonali għal dawk il-finijiet. F’tali każijiet, jenħtieġ li s-sewwieqa jitqiegħdu f’pożizzjoni, u jkunu obbligati, jirrikorru għal alternattivi vijabbli għar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa relatata mal-ħin tas-sewqan, il-ħin tax-xogħol u l-perijodi ta’ mistrieħ sakemm taslilhom kard ġdida. |
(6) |
Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) tistabbilixxi regoli dwar testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom. L-ittestjar perjodiku tal-affidabilità stradali hu kompitu kumpless maħsub biex jiżgura li meta jkunu qed jintużaw, il-vetturi jinżammu f’kundizzjoni sikura u aċċettabbli ambjentalment. Minħabba d-diffikultajiet fit-twettiq tat-testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkważati mit-tifqigħa tal-COVID-19, li fl-1 ta' Frar 2020 kienet diġà bdiet f'xi Stati Membri,, it-testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali li kellhom jitwettqu bejn l-1 ta’ Frar 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 jenħtieġ li issa jitwettqu f’data aktar tard, iżda mhux aktar tard minn seba' xhur wara l-limitu taż-żmien oriġinali, u ċ-ċertifikati kkonċernati jenħtieġ jibqgħu validi sa dik id-data. |
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li jridu jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq. It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-kriżi tas-saħħa pubblika assoċjata magħha għandhom riperkussjonijiet serji fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tas-settur, u xi impriżi tat-trasport ma għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ kapaċità finanzjarja. Minħabba l-livell imnaqqas ta’ attività li jirriżulta mill-kriżi tas-saħħa pubblika, huwa antiċipat li l-impriżi ser jieħdu aktar fit-tul mis-soltu biex juru li r-rekwiżit ta’ kapaċità finanzjarja ser jerġa’ jiġi ssodisfat b’mod permanenti. Għalhekk jixraq li jiġi estiż il-limitu taż-żmien massimu stabbilit għal dawk il-finijiet fl-Artikolu 13(1), il-punt (c), tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 minn sitt xhur għal tnax-il xahar, għall-valutazzjonijiet tal-pożizzjoni finanzjarja ta' impriżi tat-trasport li jkopru l-perijodu kollu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u t-30 ta’ Settembru 2020 jew parti minnu. Fejn dan in-nuqqas ikun diġà ġie stabbilit u l-limitu ta’ żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti jkun għadu ma skadiex, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tkun tista’ testendi dak il-limitu ta’ żmien għal total ta’ 12-il xahar. |
(8) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1072/2009 (9) u (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jistabbilixxu regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u għall-aċċess għas-suq internazzjonali għas-servizzi bil-kowċ u bix-xarabank, rispettivament. It-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq u t-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank huma soġġetti, inter alia, għall-pussess ta’ liċenzja Komunitarja u, fil-każ tas-sewwieqa li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi u li jwettqu operazzjonijiet ta’ trasport tal-merkanzija, għal attestazzjoni tas-sewwieq. Anki l-forniment tas-servizzi regolari bix-xarabank u bil-kowċ hu konidzzjonali għal awtorizzazzjoni. Dawk il-liċenzji, l-attestazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet jistgħu jiġu mġedda wara verifika li l-kundizzjonijiet rilevanti għadhom qed jiġu osservati. Minħabba -diffikultajiet fit-tiġdid tal-liċenzji u l-attestazzjonijiet bħala konseqwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19, jeħtieġ li l-validità tagħhom tiġi estiża b’sitt xhur mid-data tal-iskadenza tagħhom, sabiex tkun żgurata l-kontinwità tat-trasport bit-triq. |
(9) |
Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) tistabbilixxi regoli dwar is-sikurezza ferrovjarja. Minħabba l-miżuri ta’ konfinament, flimkien mal-ħidma addizzjonali tagħhom biex jgħinu fit-trażżin tat-tifqigħa tal-COVID-19, l-awtoritajiet nazzjonali, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura qed jiffaċċaw diffikultajiet fir-rigward tat-tiġdid taċ-ċertifikati uniċi tas-sikurezza u, fid-dawl tal-iskadenza tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza eżistenti li ġejja, tal-ħruġ ta’ tali awtorizzazzjonijiet għal perijodu sussegwenti koperti rispettivament mill-Artikoli 10 u 12 ta’ dik id-Direttiva. Għalhekk jenħtieġ li l-limitu taż-żmien għat-tiġdid ta’ ċertifikati uniċi tas-sikurezza jiġi estiż b’sitt xhur, u ċ-ċertifikati uniċi tas-sikurezza eżistenti kkonċernati jenħtieġ jibqgħu validi kif xieraq. Bl-istess mod, il-validità ta’ tali awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza jenħtieġ li tiġi estiża b’sitt xhur. |
(10) |
F’konformità mal-Artikolu 33(2) tad-Direttiva (UE) 2016/798, ċerti Stati Membri estendew il-perijodu ta’ traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva. Għalhekk, ir-regoli tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) jibqgħu applikabbli f’dawk l-Istati Membri. Għaldaqstant jeħtieġ li tkun prevista wkoll estensjoni tal-limiti taż-żmien għat-tiġdid taċ-ċertifikati tas-sikurezza u tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza maħruġa skont l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 2004/49/KE u li jiġi ċċarat li ċ-ċertifikati u l-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza kkonċernati jibqgħu validi kif ikun jixraq. |
(11) |
Id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) tistabbilixxi regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomottivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Unjoni. L-Artikoli 14(5) u 16 ta’ dik id-Direttiva jipprevedu li l-validità tal-liċenzji tas-sewwieqa tal-ferroviji hija limitata għal għaxar snin u hija soġġetta għal kontrolli perjodiċi. Minħabba d-diffikultajiet fit-tiġdid tal-liċenzji bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19, jenħtieġ li l-validità tal-liċenzji li jiskadu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 tiġi estiża b’sitt xhur mid-data tal-iskadenza tagħhom. Bl-istess mod, jenħtieġ li s-sewwieqa tal-ferroviji jingħataw perijodu ta’ sitt xhur addizzjonali biex ilestu l-kontrolli perjodiċi. |
(12) |
Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea. Skont l-Artikolu 23(2) ta' dik id-Direttiva, l-awtoritajiet tal-liċenzjar jistgħu jwettqu reviżjoni regolari sabiex jivverifikaw li impriża ferrovjarja tkompli tissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu III ta' dik id-Direttiva li jappartjenu għal-liċenzja tagħha. Skont l-Artikolu 24(3) ta’ dik id-Direttiva, l-awtoritajiet tal-liċenzjar jistgħu jissospendu jew jirrevokaw liċenzja għal raġunijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżit ta’ qagħda finanzjarja tajba u jistgħu jagħtu liċenzja temporanja sakemm issir ir-riorganizzazzjoni tal-impriża ferrovjarja, sakemm ma tiġix ipperikolata s-sikurezza. Minħabba ċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19, l-awtoritajiet tal-liċenzjar għandhom diffikultajiet serji biex iwettqu r-reviżjonijiet regolari fir-rigward tal-liċenzji eżistenti u biex jieħdu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħruġ ta’ liċenzji ġodda wara l-iskadenza ta’ liċenzja temporanja. Għalhekk, l-iskadenzi għat-twettiq ta' reviżjonijiet regolari, li f'konformità ma' dik id-Direttiva, jiskadu bejn l-1 ta' Marzu 2020 u l-31 ta' Awwissu 2020 jenħtieġ li jiġu estiżi b'sitt xhur. Bl-istess mod, il-validità tal-liċenzji temporanji li jiskadu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u t-31 ta’ Awwissu 2020, jenħtieġ li tiġi estiża b’sitt xhur. |
(13) |
L-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2012/34/UE jeżiġi li l-awtoritajiet tal-liċenzjar jieħdu deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzji fi żmien tliet xhur wara li l-informazzjoni rilevanti kollha, b’mod partikolari d-dettalji msemmija fl-Anness III għal dik id-Direttiva jkunu ntressqu. Minħabba d-diffikultajiet fit-teħid tad-deċiżjonijiet rilevanti bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżai mit-tifqigħa tal-COVID-19, jeħtieġ li dak il-limitu taż-żmien jiġi estiż b’sitt xhur. |
(14) |
L-impriżi ferrovjarji li kienu finanzjarjament stabbli qabel it-tifqigħa tal-COVID-19 qed jiffaċċjaw problemi ta’ likwidità li jistgħu jwasslu għas-sospensjoni jew għar-revoka tal-liċenzja operattiva tagħhom jew għas-sostituzzjoni tagħha b’liċenzja temporanja mingħajr ma jkun hemm ħtieġa ekonomika strutturali biex dan iseħħ. L-għoti ta’ liċenzja temporanja skont l-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2012/34/UE jista’ jibgħat sinjal negattiv lis-suq dwar il-kapaċità ta’ sopravivenza tal-impriżi ferrovjarji, li mbagħad jaggrava l-problemi finanzjarji li kieku jkun temporanji biss. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi previst li, meta l-awtorità tal-liċenzjar, abbażi tal-kontroll imwettaq matul il-perijodu bejn l-1 ta' Marzu 2020 u l-31 ta' Awwissu 2020, issib li impriża ferrovjarja ma tistax tibqa’ tissodisfa r-rekwiżiti relatati mal-qagħda finanzjarja tajba, jenħtieġ li din tkun tista', qabel il-31 ta' Awwissu 2020, tiddeċiedi li ma tissospendix jew li ma tirrevokax il-liċenzja tal-impriża ferrovjarja kkonċernata dment li s-sikurezza ma tkunx ipperikolata, u dment li jkun hemm prospett realistiku ta’ ristrutturar finanzjarju sodisfaċenti tal-impriża ferrovjarja fis-sitt xhur ta’ wara. Wara l-31 ta' Awwissu 2020, jenħtieġ li l-impriża ferrovjarja tkun soġġetta għar-regoli ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 24(1) ta' dik id-Direttiva. |
(15) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE (15) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-akkwist taċ-ċertifikati tas-sidien tad-dgħajjes għat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri permezz ta’ passaġġi tal-ilma interni fl-Unjoni. Malli jagħlqu 65 sena, id-detenturi taċ-ċertifikati tas-sidien tad-dgħajjes huma meħtieġa jagħmlu eżamijiet mediċi perjodiċi. Fid-dawl tal-miżuri meħuda b’rabta mat-tifqigħa tal-COVID-19, u b’mod partikolari l-aċċess limitat għas-servizzi mediċi għal eżamijiet mediċi, id-detenturi taċ-ċertifikati tas-sidien tad-dgħajjes jaf ma jkunux jistgħu jagħmlu l-eżamijiet mediċi meħtieġa fil-perijodu kkonċernat minn dawk il-miżuri. Għalhekk, f’każijiet meta l-limitu taż-żmien biex isiru l-eżamijiet mediċi kieku skada jew kieku jiskadi bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020, jenħtieġ li dak il-limitu taż-żmien jiġi estiż b’sitt xhur f’kull wieħed mill-każijiet ikkonċernati. Iċ-ċertifikati tas-sidien tad-dgħajjes kkonċernati jenħtieġ li jibqgħu validi kif ikun jixraq. |
(16) |
Id-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni. L-Artikolu 10 ta’ dik id-Direttiva jipprovdi għal limitazzjoni tal-perijodu ta’ validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna. Barra minn hekk, l-Artikolu 28 tad-Direttiva (UE) 2016/1629 jipprevedi li d-dokumenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva u li nħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri qabel is-6 ta’ Ottubru 2018 skont id-Direttiva li kienet applikabbli qabel, jiġifieri d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17),għandhom jibqgħu validi sakemm jiskadu. Minħabba l-miżuri meħuda fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 jaf ma jkunx prattiku, u jaf xi kultant ikun impossibbli, għall-awtoritajiet kompetenti li jwettqu spezzjonijiet tekniċi sabiex jestendu l-validità taċ-ċertifikati rilevanti jew, fil-każ tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva (UE) 2016/1629, li jissostitwixxuhom. Għalhekk, sabiex il-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni rilevanti jkunu jistgħu jkomplu joperaw, jixraq li l-validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna u tad-dokumenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 28 tad-Direttiva (UE) 2016/1629, li kieku skadiet jew kieku tiskadi bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020, tiġi estiża b’perijodu ta’ sitt xhur. |
(17) |
Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) jistabbilixxi regoli dwar it-tisħiħ tas-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-faċilitajiet tal-portijiet. Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) tistabbilixxi miżuri biex tittejjeb is-sigurtà fil-portijiet fil-każ ta’ theddid ta’ inċidenti tas-sigurtà. Tiżgura wkoll li l-miżuri tas-sigurtà meħuda skont ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 jibbenefikaw minn titjib tas-sigurtà fil-portijiet. Il-kriżi attwali tas-saħħa pubblika tagħmilha diffiċli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri biex iwettqu l-ispezzjonijiet u l-istħarriġ dwar is-sigurtà marittima bil-ħsieb tat-tiġdid ta’ ċerti dokumenti fil-qasam tas-sigurtà marittima. Għalhekk, jeħtieġ li l-limiti taż-żmien għar-reviżjoni tal-valutazzjonijiet tas-sigurtà u għall-pjanijiet tas-sigurtà meħtieġa minn dawk l-atti legali tal-Unjoni jiġu estiżi b’ammont taż-żmien raġonevoli sabiex l-Istati Membri u l-industrija tat-trasport marittimu jkunu jistgħu jkollhom approċċ flessibbli u pragmatiku, u biex il-ktajjen tal-provvista essenzjali jibqgħu miftuħa, filwaqt li ma tiġix kompromessa s-sigurtà. Il-flessibbiltà jenħtieġ li tingħata wkoll għall-provi u għall-eżerċizzji tas-sigurtà marittima, li l-atti legali tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà marittima jeżiġu li jitwettqu f’ċerti skedi taż-żmien. |
(18) |
Meta Stat Membru jqis li l-applikazzjoni tar-regoli li minnhom dan ir-Regolament jidderoga, relatati, fost l-oħrajn, mat-tiġdid jew l-estensjoni ta’ ċertifikati, liċenzji jew awtorizzazzjonijiet, x’aktarx li tibqa’ imprattikabbli lil hinn mid-dati speċifikati f’dan ir-Regolament, minħabba miżuri li hu jkun ħa biex jipprevjeni jew irażżan il-firxa tal-COVID-19, jenħtieġ li l-Kummissjoni, jekk tiġi mitluba minn dak l-Istat Membru, tkun awtorizzata tippermetti lill-Istat Membru kkonċernat li jestendi aktar il-perijodi speċifikati f’dan ir-Regolament, kif rilevanti Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali filwaqt li jiġi żgurat li s-sikurezza u s-sigurtà tat-trasport ma jkunux f’riskju, jenħtieġ li din l-estensjoni tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ biex jiġi rifless il-perijodu li matulu t-tlestija tal-formalitajiet, il-proċeduri, il-kontrolli u t-taħriġ x’aktarx li tibqa’ imprattikabbli u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur. |
(19) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 affettwat l-Unjoni kollha iżda ma għamlitx hekk b’mod uniformi. L-Istati Membri ġew affettwati b’mod differenti u fi żminijiet differenti. Minħabba li d-derogi mir-regoli li normalment japplikaw għandhom ikunu limitati għal dak li huwa meħtieġ, jenħtieġ li, fir-rigward tad-Direttiva 2006/126/KE, tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, tad-Direttiva 2014/45/UE, tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009, tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 u tad-Direttiva 2007/59/KE, l-Istati Membri ikunu jistgħu jkomplu japplikaw dawk l-atti legali mingħajr ma japplikaw id-derogi previsti f’dan ir-Regolament fejn l-applikazzjoni ta' dawk l-atti legali tkun baqgħet prattikabbli. L-istess jenħtieġ li japplika meta Stat Membru jkun qed jaffronta tali diffikultajiet iżda jkun adotta miżuri nazzjonali adatti biex itaffihom. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri li jagħżlu li jagħmlu użu minn dik il-possibbiltà ma jimpedixxu ebda operatur ekonomiku jew individwu milli joqgħod fuq id-derogi previsti f’dan ir-Regolament li japplikaw fi Stat Membru ieħor, u jenħtieġ li b’mod partikolari jirrikonoxxu kwalunkwe liċenzja, ċertifikat u awtorizzazzjoni li l-validità tagħha ġiet estiża b’dan ir-Regolament. |
(20) |
Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu estiżi l-limiti taż-żmien stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni għat-tiġdid u għall-estensjoni tal-perijodu ta’ validità ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet u għall-posponiment ta’ ċerti kontrolli perjodiċi u taħriġ perjodiku b’rispons għaċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19 fil-qasam tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija u fil-passaġġi tal-ilma interni u s-sigurtà marittima, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġsabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(21) |
Minħabba l-urġenza li tirriżulta miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19, ġie kkunsidrat xieraq li tiġi prevista eċċezzjoni għall-perijodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
(22) |
Minħabba n-natura imprevedibbli u għal għarrieda tal-COVID-19,, kien impossibbli li miżuri rilevanti jiġu adottati fil-ħin. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ikopru wkoll il-perijodu qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu. Minħabba n-natura ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, jenħtieġ li tali approċċ ma jirriżultax fi ksur tal-aspettattivi leġittimi tal-persuni kkonċernati. |
(23) |
Fid-dawl tal-ħtieġa ewlenija li jiġu indirizzati mingħajr dewmien iċ-ċirkostanzi kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19 fil-qasam tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija u fil-passaġġi tal-ilma interni u tas-sigurtà marittima, filwaqt li, fejn rilevanti, l-Istati Membri jiġu pprovduti b’perijodu raġonevoli ta' żmien biex jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk huma jiddeċiedu li ma japplikawx ċerti derogi stabbiliti f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sabiex jiġi żgurat li -sitwazzjonijiet ta’ inċertezza tad-dritt li jaffettwaw lil ħafna awtoritajiet u operaturi tat-trasport f’setturi differenti, b’mod partikolari meta l-limiti taż-żmien rilevanti diġà skadew, jibqgħu qosra kemm jista’ jkun |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji applikabbli għat-tiġdid u għall-estensjoni tal-perijodu ta’ validità ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet u għall-posponiment ta’ ċerti kontrolli perjodiċi u taħriġ perjodiku b’rispons għaċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19 fil-qasam tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija u fil-passaġġi tal-ilma interni u tas-sigurtà marittima.
Artikolu 2
Estensjoni tal-limiti taż-żmien previsti fid-Direttiva 2003/59/KE
1. Minkejja l-Artikolu 8(2) u (3) tad-Direttiva 2003/59/KE, il-limiti taż-żmien għat-tlestija, mid-detentur ta’ ċertifikat ta’ kompetenza professjonali (CPC), ta’ taħriġ perjodiku li, f’konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet, kieku skadew jew kieku jiskadu bejn l-1 ta’ Frar 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 għandhom jitqiesu li huma, jew li ġew, estiżi għal perijodu ta’ seba' xhur f’kull każ. Is-CPC għandu jibqa’ validu skont dan.
2. Il-validità tal-immarkar tal-kodiċi armonizzat tal-Unjoni “95” prevista fl-Anness I tad-Direttiva 2006/126/KE magħmul mill-awtoritajiet kompetenti jew fuq il-liċenzja tas-sewqan inkella fuq il-kard ta’ kwalifika tas-sewwieq imsemmija fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2003/59/KE abbażi tas-CPC- msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu, għandha titqies li hija estiża għal perijodu ta’ seba' xhur mid-data indikata fuq kull waħda minn dawk il-liċenzji tas-sewqan jew kards ta’ kwalifika tas-sewwieq.
3. Il-validità tal-kards ta’ kwalifika tas-sewwieq imsemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2003/59/KE li kieku skadiet jew kieku tiskadi bejn l-1 ta’ Frar 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 għandha titqies li hija, jew li ġiet, estiża għal perijodu ta’ seba' xhur mid-data tal-iskadenza indikata fuq kull waħda minn dawk il-kards.
4. Mingħajr preġudizzju għall-attivitajiet transfruntiera msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, il-miżuri meħuda mill-Istati Membri f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2003/59/KE u 2006/126/KE msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Frar 2020 u fit-28 ta' Mejju 2020 għandhom jibqgħu validi.
5. Meta Stat Membru jqis li t-tlestija tat-taħriġ perjodiku jew taċ-ċertifikazzjoni tiegħu, l-immarkar tal-kodiċi armonizzat tal-Unjoni, “95”, jew it-tiġdid tal-kards ta’ kwalifika tas-sewwieq aktarx jibqgħu imprattikabbli lil hinn mill-31 ta’ Awwissu 2020, minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew irażżan it-tixrid tal-COVID-19, jista’ jressaq talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika estensjoni tal-perijodi speċifikati fil-paragrafi 1, 2 u 3, kif rilevanti. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perijodu bejn l-1 ta’ Frar 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 jew il-perijodi ta’ seba' xhur speċifikati fil-paragrafi 1, 2 u 3, kif rilevanti, jew it-tnejn li huma. It-talba għandha titressaq lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2020.
6. Meta, abbażi ta’ talba li titressaq f’konformità mal-paragrafu 5, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati, għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika estensjoni tal-perijodi speċifikati fil-paragrafi 1, 2 u 3 rispettivament, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata sabiex tirrifletti l-perijodu li matulu t-tlestija tat-taħriġ perjodiku inkwistjoni jew taċ-ċertifikazzjoni tiegħu, l-immarkar tal-kodiċi armonizzat tal-Unjoni,“95”, jew it-tiġdid tal-kards ta’ kwalifika tas-sewwieq aktarx jibqgħu imprattikabbli u, fi kwalunkwe każ, m’għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Estensjoni tal-limiti taż-żmien previsti fid-Direttiva 2006/126/KE
1. Minkejja l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/126/KE u l-punt 3(d) tal-Anness I għal dik id-Direttiva, il-validità tal-liċenzji tas-sewqan li, f’konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet, kieku skadiet jew kieku tiskadi bejn l-1 ta’ Frar 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 għandha titqies li hija, jew li ġiet, estiża għal perijodu ta’ seba' xhur mid-data tal-iskadenza msemmija f’kull waħda minn dawk il-liċenzji tas-sewqan.
2. Meta Stat Membru jqis li t-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan aktarx jibqa’ imprattikabbli lil hinn mill-31 ta’ Awwissu 2020, minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew irażżan it-tixrid tal-COVID-19, jista’ jressaq talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika estensjoni tal-perijodi speċifikati fil-paragrafu 1. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perijodu bejn l-1 ta’ Frar 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 jew il-perijodu ta’ seba' xhur, jew it-tnejn li huma. It-talba għandha titressaq lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2020.
3. Meta, abbażi ta’ talba li titressaq f’konformità mal-paragrafu 2, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati, għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika estensjoni tal-perijodi speċifikati fil-paragrafu 1, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata sabiex tirrifletti l-perijodu li matulu t-tiġdid tal-liċenzja tas-sewqan aktarx jibqa’ imprattikabbli, u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
4 Fejn Stat Membru ma kienx, u x’aktarx mhux ser ikun, qed jiffaċċa diffikultajiet li jagħmlu t-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan imprattikabbli matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Frar 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020, bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19, jew ikun ħa miżuri nazzjonali adatti biex itaffi tali diffikultajiet, dak l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafu 1, wara li jkun l-ewwel informa lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra b'dan u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Istat Membru li jkun iddeċieda li ma japplikax il-paragrafu 1 kif previst fl-ewwel subparagrafu ma għandu jimpedixxi l-attivitajiet transfruntiera ta’ ebda operatur ekonomiku jew individwu li jkun qagħad fuq derogi stabbiliti fil-paragrafu 1 li japplikaw fi Stat Membru ieħor.
Artikolu 4
Estensjoni tal-limiti taż-żmien previsti fir-Regolament (UE) Nru 165/2014
1. Minkejja l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, l-ispezzjonijiet regolari previsti fil-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu li kieku kellhom isiru jew li kieku jridu jsiru bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 f'konformità ma' dak il-paragrafu għandhom isiru sa mhux iktar tard minn sitt xhur wara d-data meta kieku kellhom isiru skont dak l-Artikolu.
2. Minkejja l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, meta sewwieq japplika għat-tiġdid ta’ kard tas-sewwieq f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom joħorġu kard tas-sewwieq ġdida sa mhux iktar tard minn xahrejn wara l-irċevuta tat-talba. Sa meta s-sewwieq jirċievi kard tas-sewieq ġdida mill-awtoritajiet emittenti tal-kards, l-Artikolu 35(2) ta’ dak ir-Regolament għandu japplika għas-sewwieq mutatis mutandis, dment li s-sewwieq ikun jista’ jagħti prova li t-tiġdid tal-kard tas-sewwieq kien mitlub skont l-Artikolu 28(1) ta’ dak ir-Regolament.
3. Minkejja l-Artikolu 29(4) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, meta sewwieq japplika għas-sostituzzjoni ta’ kard tas-sewwieq f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom joħorġu kard ta’ sostituzzjoni sa mhux iktar tard minn xahrejn wara l-irċevuta tat-talba. Minkejja l-Artikolu 29(5) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, is-sewwieq jista’ jkompli jsuq sa meta jirċievi kard tas-sewwieq ġdida mill-awtoritajiet emittenti tal-kards diment li s-sewwieq jista’ juri li rritorna l-kard tas-sewwieq lill-awtorità kompetenti meta tkun saritilha ħsara jew tkun qed taħdem ħażin u li talab kard ta’ sostituzzjoni.
4. Meta Stat Membru jqis li l-ispezzjonijiet regolari, it-tiġdid tal-kards tas-sewwieqa jew is-sostituzzjoni tal-kards tas-sewwieqa kif rikjest mir-Regolament (UE) Nru 165/2014 aktarx jibqgħu imprattikabbli lil hinn mill-31 ta’ Awwissu 2020, minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew jrażżan it-tixrid tal-COVID-19, jista’ jressaq talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika estensjoni tal-perijodi speċifikati fil-paragrafi 1, 2 u 3, kif rilevanti. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perijodu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020, jew l-iskadenzi applikabbli għall-ħruġ ta' kard tas-sewwieq ġdida, jew it-tnejn li huma. It-talba għandha titressaq lill-Kummissjoni sal-l-1 ta'Awwissu 2020.
5. Meta, abbażi ta’ talba li titressaq f’konformità mal-paragrafu 4, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati, għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika estensjoni tal-perijodi speċifikati fil-paragrafi 1, 2 u 3 rispettivament, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata sabiex tirrifletti l-perijodu li matulu l-ispezzjonijiet regolari, it-tiġdid jew is-sostituzzjoni tal-kards tas-sewwieqa aktarx jibqgħu imprattikabbli, u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
6. Fejn Stat Membru ma kienx, u x’aktarx mhux ser ikun, qed jiffaċċa diffikultajiet li jagħmlu l-ispezzjonijiet regolari, it-tiġdid tal-cards tas-sewwieqa jew is-sostituzzjoni tal-kards tas-sewwieqa imprattikabbli matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19, jew ikun ħa miżuri nazzjonali adatti biex itaffi tali diffikultajiet, dak l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafi 1, 2 u 3, wara li l-ewwel ikun informa lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra b'dan u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-istat Membru li jkun iddeċieda li ma japplikax il-paragrafi 1, 2 u 3 kif previst fl-ewwel subparagrafu ma għandu jimpedixxi l-attivitajiet transfruntiera ta’ ebda operatur ekonomiku jew individwu li jkun qagħad fuq derogi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 li japplikaw fi Stat Membru ieħor.
Artikolu 5
Estensjoni tal-limiti taż-żmien previsti fid-Direttiva 2014/45/UE
1. Minkejja l-Artikoli 5(1) u 10(1) tad-Direttiva 2014/45/UE u l-punt 8 tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva 2014/45/UE, il-limiti taż-żmien biex isiru t-testijiet tal-affidabbiltà stradali li, f’konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet, kieku kellhom isiru jew kieku jridu jsiru bejn l-1 ta’ Frar 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 għandhom jitqiesu li huma, jew li ġew, estiżi għal perijodu ta’ seba' xhur.
2. Minkejja l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/45/UE u l-punt 8 tal-Anness II għal dik id-Direttiva, il-validità taċ-ċertifikati tal-affidabilità stradali b’data ta’ skadenza bejn l-1 ta’ Frar 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 għandha titqies li hija, jew li ġiet, estiża għal perijodu ta’ seba' xhur.
3. Meta Stat Membru jqis li t-twettiq tat-testijiet tal-affidabbiltà stradali jew taċ-ċertifikazzjoni tagħhom aktarx jibqa’ imprattikabbli lil hinn mill-31 ta’ Awwissu 2020, minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew jrażżan it-tixrid tal-COVID-19, jista’ jressaq talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika estensjoni tal-perijodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, kif rilevanti. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perijodu bejn l-1 ta’ Frar 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 jew il-perijodu ta’ seba' xhur, jew it-tnejn li huma. It-talba għandha titressaq lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2020.
4. Meta, abbażi ta’ talba li titressaq f’konformità mal-paragrafu 3, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati, għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika estensjoni tal-perijodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, rispettivament, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata sabiex tirrifletti l-perijodu li matulu t-twettiq tat-testijiet tal-affidabbiltà stradali u taċ-ċertifikazzjoni tagħhom aktarx jibqa’ imprattikabbli, u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5 Fejn Stat Membru ma kienx, u x’aktarx mhux ser ikun, qed jiffaċċa diffikultajiet li jagħmlu t-twettiq tat-testijiet tal-affidabbiltà stradali jew taċ-ċertifikazzjoni tagħhom imprattikabbli matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Frar 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020, bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19, jew ikun ħa miżuri nazzjonali xierqa biex itaffi tali diffikultajiet, dak l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafi 1 u 2, wara li l-ewwel ikun informa lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra b'dan u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Istat Membru li jkun iddeċieda li ma japplikax il-paragrafi 1 u 2 kif previst fl-ewwel subparagrafu ma għandux jimpedixxi l-attivitajiet transfruntiera ta’ ebda operatur ekonomiku jew individwu li jkun qagħad fuq derogi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 li japplikaw fi Stat Membru ieħor.
Artikolu 6
Estensjoni tal-limiti taż-żmien previsti fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009
1. Minkejja l-Artikolu 13(1), il-punt (c), tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, fejn awtorità kompetenti tistabbilixxi, abbażi tal-kontijiet u ċ-ċertifikati annwali msemmija fl-Artikolu 7(1) u (2) ta' dak ir-Regolament għas-snin ta' kontabbiltà li jkopru il-perijodu kollu bejn l-1 ta' Marzu 2020 u t-30 ta' Settembru 2020, jew parti minnu, li impriża tat-trasport ma tissodisfax ir-rekwiżit ta' kapaċità finanzjarja stipulat fl-Artikolu 3(1), il-punt (c), ta' dak ir-Regolament, il-limitu ta' żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-Artikolu 13(1), il-punt (c), ta' dak ir-Regolament ma għandux jeċċedi 12-il xahar.
2. Minkejja l-Artikolu 13(1), il-punt (c), tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, fejn l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet qabel it-28 ta' Mejju 2020 li impriża tat-trasport ma tissodisfax ir-rekwiżit ta' kapaċità finanzjarja stipulat fl-Artikolu 13(1), il-punt (c), ta' dak ir-Regolament u tkun stabbiliet limitu ta’ żmien biex l-impriża tat-trasport tirrettifika s-sitwazzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ testendi dak il-limitu ta' żmien dment li l-limitu ta’ żmien ma jkunx skada sat-28 ta’ Mejju 2020. Il-limitu ta’ żmien hekk estiż ma jistax jeċċedi 12-il xahar.
Artikolu 7
Estensjoni tal-limiti taż-żmien previsti fir-Regolament (KE) Nru 1072/2009
1. Minkejja l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009, il-validità tal-liċenzji Komunitarji li, kieku skadiet jew kieku tiskadi bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 għandha titqies li hija, jew li ġiet, estiża għal perijodu ta’ sitt xhur. Il-kopji awtentikati tal-oriġinal għandhom jibqgħu validi skont dan.
2. Minkejja l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009, il-validità tal-attestazzjonijiet tax-xufiera li, kieku skadiet jew kieku tiskadi bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 għandha titqies li hija, jew li ġiet, estiża għal perijodu ta’ sitt xhur.
3. Meta Stat Membru jqis li t-tiġdid tal-liċenzji Komunitarji jew tal-attestazzjonijiet tax-xufiera aktarx jibqa’ imprattikabbli lil hinn mill-31 ta’ Awwissu 2020, minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew jrażżan it-tixrid tal-COVID-19, jista’ jressaq talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika estensjoni tal-perijodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, kif rilevanti. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perijodu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 jew il-perijodu ta’ sitt xhur, jew it-tnejn li huma. It-talba għandha titressaq lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2020.
4. Meta, abbażi ta’ talba li titressaq f’konformità mal-paragrafu 3, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati, għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika estensjoni tal-perijodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata sabiex tirrifletti l-perijodu li matulu t-tiġdid tal-liċenzji Komunitarji jew tal-attestazzjonijiet tax-xufiera aktarx jibqa’ imprattikabbli u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5. Fejn Stat Membru ma kienx, u x’aktarx mhux ser ikun, qed jiffaċċa diffikultajiet li jagħmlu t-tiġdid tal-liċenzji Komunitarji jew tal-attestazzjonijiet tas-sewwieqa imprattikabbli matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19, jew ikun ħa miżuri nazzjonali adatti biex itaffi tali diffikultajiet, dak l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafi 1 u 2, wara li jkun l-ewwel informa lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra b'dan u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Istat Membru li jkun iddeċieda li ma japplikax il-paragrafi 1 u 2 kif previst fl-ewwel subparagrafu ma għandu jimpedixxi l-attivitajiet transfruntiera ta’ ebda operatur ekonomiku jew individwu li jkun qagħad fuq derogi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 li japplikaw fi Stat Membru ieħor.
Artikolu 8
Estensjoni tal-limiti taż-żmien previsti fir-Regolament (KE) Nru 1073/2009
1. Minkejja l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, il-validità tal-liċenzji Komunitarji li, kieku skadiet jew kieku tiskadi bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 għandha titqies li hija, jew li ġiet, estiża għal perijodu ta’ sitt xhur. Il-kopji awtentikati tal-oriġinal għandhom jibqgħu validi skont dan.
2. Minkejja l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ servizzi regolari mressqa mit-trasportatur bejn it-12 ta’ Diċembru 2019 u l-31 ta’ Awwissu 2020 għandha tittieħed mill-awtorità awtorizzanti fi żmien sitt xhur mid-data tat-tressiq tal-applikazzjoni. Minkejja l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkun intalab il-qbil tagħhom fir-rigward ta’ tali applikazzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu għandhom jinnotifikaw lill-awtorità awtorizzanti bid-deċiżjoni tagħhom dwar l-applikazzjoni fi żmien tliet xhur. Meta l-awtorità awtorizzanti ma tirċevix tweġiba fi żmien tliet xhur, l-awtoritajiet ikkonsultati għandhom jitqiesu li jkunu taw il-kunsens tagħhom, u l-awtorità awtorizzanti tista’ tagħti l-awtorizzazzjoni. L-estensjoni tal-limitu ta' żmien għal tliet xhur għall-Istati Membri li jkun intalab il-kunsens tagħhom skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 għandha tapplika għall-applikazzjonijiet li ġew irċevuti wara s-27 ta’ Marzu 2020.
3. Meta Stat Membru jikkunsidra li t-tiġdid tal-liċenzji Komunitarji aktarx jibqa’ imprattikabbli lil hinn mill-31 ta’ Awwissu 2020, minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew jrażżan it-tixrid tal-COVID-19, jista’ jressaq talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika estensjoni tal-perijodi speċifikati fil-paragrafu 1. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perijodi bejn 1-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 jew bejn it-12 ta’ Diċembru 2019 u l-31 ta’ Awwissu 2020 jew il-perijodu ta’ sitt xhur, jew kwalunkwe taħlita tagħhom. It-talba għandha titressaq lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2020.
4. Meta, abbażi ta’ talba li titressaq f’konformità mal-paragrafu 3, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati, għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika estensjoni tal-perijodi speċifikati fil-paragrafu 1, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata sabiex tirrifletti l-perijodu li matulu t-tiġdid tal-liċenzji Komunitarji aktarx jibqa’ imprattikabbli, u fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5. Fejn Stat Membru ma kienx, u x’aktarx mhux ser ikun, qed jiffaċċa diffikultajiet li jagħmlu t-tiġdid tal-liċenzji Komunitarji imprattikabbli matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19, jew ikun ħa miżuri nazzjonali adatti biex itaffi tali diffikultajiet, dak l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafu 1, wara li jkun l-ewwel informa lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra b'dan u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Istat Membru li jkun iddeċieda li ma japplikax il-paragrafu 1 kif previst fl-ewwel subparagrafu ma għandu jimpedixxi l-attivitajiet transfruntiera ta’ ebda operatur ekonomiku jew individwu li jkun qagħad fuq derogi stabbiliti fil-paragrafu 1 li japplikaw fi Stat Membru ieħor.
Artikolu 9
Estensjoni tal-limiti taż-żmien previsti fid-Direttiva (UE) 2016/798
1. Minkejja l-Artikolu 10(13) tad-Direttiva (UE) 2016/798, il-limiti taż-żmien għat-tiġdid taċ-ċertifikati tas-sikurezza uniċi li kieku skadew jew kieku jiskadu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 għandhom jitqiesu li huma, jew li ġew, estiżi għal perijodu ta’ sitt xhur. Iċ-ċertifikati tas-sikurezza uniċi kkonċernati għandhom jibqgħu validi skont dan.
2. Minkejja l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2016/798, il-validità tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza li, f’konformità ma’ dik id-dispożizzjoni, kieku skadiet jew kieku tiskadi bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 għandha titqies li hija, jew li ġiet, estiża għal perijodu ta’ sitt xhur.
3. Meta Stat Membru jqis li t-tiġdid taċ-ċertifikati tas-sikurezza uniċi maħruġa f’konformità mal-Artikolu 10(8) tad-Direttiva (UE) 2016/798 jew l-estensjoni tal-perijodu ta’ validità tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza aktarx jibqgħu imprattikabbli lil hinn mill-31 ta’ Awwissu 2020 minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew jrażżan it-tixrid tal-COVID-19, jista’ jressaq talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika estensjoni tal-perijodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, kif rilevanti. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perijodu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 jew il-perijodu ta’ sitt xhur speċifikat fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament, jew it-tnejn li huma. It-talba għandha titressaq lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2020.
4. Meta, abbażi ta’ talba li titressaq f’konformità mal-paragrafu 3, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati, għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika estensjoni tal-perijodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata sabiex tirrifletti l-perijodu li matulu t-tiġdid taċ-ċertifikati tas-sikurezza uniċi jew l-estensjoni tal-perijodu ta’ validità tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza aktarx jibqgħu imprattikabbli, u fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 10
Estensjoni tal-limiti taż-żmien previsti fid-Direttiva 2004/49/KE
1. Minkejja l-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 2004/49/KE, il-limiti taż-żmien għat-tiġdid taċ-ċertifikati tas-sigurtà li kieku skadew jew kieku jiskadu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 għandhom jitqiesu li huma, jew li ġew, estiżi għal perijodu ta’ sitt xhur. Iċ-ċertifikati tas-sigurtà kkonċernati għandhom jibqgħu validi skont dan.
2. Minkejja l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2004/49/KE, il-limiti taż-żmien għat-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet tas-sigurtà li kieku skadew jew kieku jiskadu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 għandhom jitqiesu li huma, jew li ġew, estiżi għal perijodu ta’ sitt xhur. L-awtorizzazzjonijiet tas-sigurtà kkonċernati għandhom jibqgħu validi skont dan.
3. Meta Stat Membru jqis li t-tiġdid taċ-ċertifikati tas-sigurtà jew tal-awtorizzazzjonijiet tas-sigurtà aktarx jibqa’ imprattikabbli lil hinn mill-31 ta’ Awwissu 2020, minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew li jrażżan it-tixrid tal-COVID-19, jista’ jressaq talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika estensjoni tal-perijodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, kif rilevanti. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perijodu bejn 1-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 jew il-perijodi ta’ sitt xhur speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament, jew it-tnejn li huma. It-talba għandha titressaq lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2020.
4. Meta, abbażi ta’ talba li titressaq f’konformità mal-paragrafu 3, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati, għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika estensjoni tal-perijodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata sabiex tirrifletti l-perijodu li matulu t-tiġdid taċ-ċertifikati tas-sigurtà jew tal-awtorizzazzjonijiet tas-sigurtà aktarx jibqa’ imprattikabbli, u fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 11
Estensjoni tal-limiti taż-żmien previsti fid-Direttiva 2007/59/KE
1. Minkejja l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 2007/59/KE, il-liċenzji li kieku skadew jew kieku jiskadu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 għandhom jitqiesu li huma, jew li ġew, estiżi għal perijodu ta’ sitt xhur mid-data tal-iskadenza ta' kull waħda minn dawk il-liċenzji.
2. Minkejja l-Artikolu 16 u l-Annessi II u VII tad-Direttiva 2007/59/KE, il-limiti taż-żmien biex jitlestew il-kontrolli perjodiċi li, f’konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet, kieku skadew jew kieku jiskadu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 għandhom jitqiesu li huma, jew li ġew, estiżi għal perijodu ta’ sitt xhur f’kull każ. Il-liċenzji msemmija fl-Artikolu 14 u ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 15 ta’ dik id-Direttiva għandhom jibqgħu validi skont dan.
3. Meta Stat Membru jqis li t-tiġdid tal-liċenzji jew it-tlestija tal-kontrolli perjodiċi aktarx jibqgħu imprattikabbli lil hinn mill-31 ta’ Awwissu 2020, minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew jrażżan it-tixrid tal-COVID-19, jista’ jressaq talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika estensjoni tal-perijodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, kif rilevanti. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perijodu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 jew il-perijodu ta’ sitt xhur speċifikat fil-paragrafu 1 u 2 rispettivament, jew it-tnejn li huma. It-talba għandha titressaq lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2020.
4. Meta, abbażi ta’ talba li titressaq f’konformità mal-paragrafu 3, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati, għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika estensjoni tal-perijodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata sabiex tirrifletti l-perijodu li matulu t-tiġdid tal-liċenzji jew it-tlestija tal-kontrolli perjodiċi aktarx jibqgħu imprattikabbli, u fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f”Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5. Fejn Stat Membru ma jkunx, u x’aktarx mhux ser ikun, qed jiffaċċja diffikultajiet li jirrendu t-tiġdid tal-liċenzji jew it-tlestija ta’ kontrolli perjodiċi imprattikabbli matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19, jew ikun ħa miżuri nazzjonali adatti biex itaffi tali diffikultajiet, dak l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafi 1 u 2, wara li l-ewwel jinforma lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra b'dan u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Istat Membru li jkun iddeċieda li ma japplikax il-paragrafi 1 u 2 kif previst fl-ewwel subparagrafu ma għandu jimpedixxi l-attivitajiet transfruntiera ta’ ebda operatur ekonomiku jew individwu li jkun qagħad fuq derogi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 li japplikaw fi Stat Membru ieħor.
Artikolu 12
Estensjoni tal-limiti taż-żmien previsti fid-Direttiva 2012/34/UE
1. Minkejja l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2012/34/UE, fejn awtorità tal-liċenzjar tkun ipprevediet reviżjoni regolari, il-limiti taż-żmien għat-twettiq ta' reviżjoni regolari li, f’konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet, kieku skadew jew kieku jiskadu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 għandhom jitqiesu li huma, jew li ġew, estiżi għal perijodu ta’ sitt xhur.
2. Minkejja l-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2012/34/UE, il-validità tal-liċenzji temporanji li kieku skadiet jew kieku tiskadi bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 għandha titqies li hija, jew li ġiet, estiża għal perijodu ta’ sitt xhur mid-data ta’ tmiem il-validità indikata f’kull waħda minn dawk il-liċenzji temporanji.
3. Minkejja l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2012/34/UE, l-awtorità tal-liċenzjar għandha tieħu deċiżjoni fir-rigward tal-applikazzjonijiet imressqa bejn it-12 ta’ Jannar 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 sa mhux iktar tard minn disa’ xhur wara li tkun tressqet l-informazzjoni rilevanti kollha, b’mod partikolari d-dettalji msemmija fl-Anness III għal dik id-Direttiva.
4. Meta Stat Membru jqis li t-twettiq ta' reviżjoni regolari jew it-tmiem tas-sospensjoni tal-liċenzji jew il-ħruġ ta’ liċenzji ġodda f’każijiet meta l-liċenzji jkunu ġew revokati preċedentement aktarx jibqgħu imprattikabbli lil hinn mill-31 ta’ Awwissu 2020, minħabba miżuri li Stat Membru jkun ħa biex jipprevjeni jew jrażżan it-tixrid tal-COVID-19, jista’ jressaq talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika estensjoni tal-perijodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, kif rilevanti. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perijodu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 jew il-perijodu ta’ sitt xhur, jew it-tnejn li huma. It-talba għandha titressaq lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2020.
5. Meta, abbażi ta’ talba li titressaq f’konformità mal-paragrafu 4, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati, għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika estensjoni tal-perijodi speċifikati fil-paragrafu 1, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata sabiex tirrifletti l-perijodu li matulu t-tmiem tas-sospensjoni tal-liċenzji jew il-ħruġ ta’ liċenzji ġodda f’każijiet meta l-liċenzji jkunu ġew revokati preċedentement aktarx jibqgħu imprattikabbli, u fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 13
Trattament tal-liċenzji tal-impriżi ferrovjarji skont id-Direttiva 2012/34/UE fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ qagħda finanzjarja tajba
Minkejja l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2012/34/UE, meta awtorità tal-liċenzjar, abbażi ta' kontroll imsemmi f'dik id-dispożizzjoni, li jkun twettaq matul il-perijodu bejn l-1 ta' Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020, issib li impriża ferrovjarja ma tistax tibqa’ tissodisfa r-rekwiżiti relatati mal-qagħda finanzjarja tajba msemmija fl-Artikolu 20 ta’ dik id-Direttiva, din tista’, qabel il-31 ta' Awwissu 2020, tiddeċiedi li ma tissospendix jew li ma tirrevokax il-liċenzja ta’ dik l-impriża ferrovjarja, diment li s-sikurezza ma tkunx ipperikolata u diment li jkun hemm prospett realistiku ta’ ristrutturar finanzjarju sodisfaċenti tal-impriża ferrovjarja fil-perijodu ta’ sitt xhur ta’ wara.
Artikolu 14
Estensjoni tal-limiti taż-żmien previsti fid-Direttiva 96/50/KE
1. Minkejja l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 96/50/KE, il-limiti taż-żmien biex isiru l-eżamijiet mediċi li, f’konformità ma’ dik id-dispożizzjoni, kieku skadew jew kieku jiskadu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 għandhom jitqiesu li huma, jew li ġew, estiżi għal perijodu ta’ sitt xhur. Iċ-ċertifikati tas-sidien tad-dgħajjes ta’ persuni li huma soġġetti għall-obbligu li jgħaddu eżamijiet mediċi kif imsemmi fl-Artikolu 6(2) ta’ dik id-Direttiva għandhom jibqgħu validi skont dan.
2. Meta Stat Membru jqis li t-tlestija tal-eżamijiet mediċi aktarx tibqa’ imprattikabbli lil hinn mill-31 ta’ Awwissu 2020 minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew jrażżan it-tixrid tal-COVID-19, jista’ jressaq talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika estensjoni tal-perijodi speċifikati fil-paragrafu 1. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perijodu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 jew il-perijodu ta’ sitt xhur speċifikat fil-paragrafu 1, jew it-tnejn li huma. It-talba għandha titressaq lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2020.
3. Meta, abbażi ta’ talba li titressaq f’konformità mal-paragrafu 2, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati, għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika estensjoni tal-perijodi speċifikati fil-paragrafu 1, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata sabiex tirrifletti l-perijodu li matulu t-tlestija tal-eżamijiet mediċi aktarx tibqa’ imprattikabbli, u fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 15
Estensjoni tal-limiti taż-żmien previsti fid-Direttiva (UE) 2016/1629
1. Minkejja l-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/1629, il-validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li kieku skadiet jew kieku tiskadi bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020, għandha titqies li hija, jew li ġiet, estiża għal perijodu ta’ sitt xhur.
2. Minkejja l-Artikolu 28 tad-Direttiva (UE) 2016/1629, il-validità tad-dokumenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva u li nħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2006/87/KE qabel is-6 ta’ Ottubru 2018, li, f’konformità ma’ dik id-dispożizzjoni, kieku skadiet jew kieku tiskadi bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020, għandha titqies li hija, jew li ġiet, estiża, għal perijodu ta’ sitt xhur.
3. Meta Stat Membru jqis li t-tiġdid taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jew għad-dokumenti msemmijafil-paragrafu 2 aktarx jibqa’ imprattikabbli lil hinn mill-31 ta’ Awwissu 2020, minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew jrażżan it-tixrid tal-COVID-19, jista’ jressaq talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika estensjoni tal-perijodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, kif rilevanti. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perijodu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 jew il-perijodi ta’ sitt xhur speċifikati fil-paragrafu 1 u 2 rispettivament, jew it-tnejn li huma. It-talba għandha titressaq lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2020.
4. Meta, abbażi ta’ talba li titressaq f’konformità mal-paragrafu 3, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati, għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika estensjoni tal-perijodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata sabiex tirrifletti l-perijodu li matulu t-tiġdid taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jew tad-dokumenti msemmja fil-paragrafu 2 aktarx jibqa’ imprattikabbli, u fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 16
Estensjoni tal-limiti taż-żmien previsti fir-Regolament (KE) Nru 725/2004
1. Minkejja l-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, il-limiti taż-żmien għat-twettiq tar-reviżjoni perjodika tal-valutazzjonijiet tas-sigurtà fil-faċilitajiet tal-portijiet li kieku skadew jew kieku jiskadu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 għandhom jitqiesu li huma, jew li ġew, estiżi sat-30 ta’ Novembru 2020.
2. B’deroga mill-Parti B, it-taqsima 13.6, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, jekk il-provi ma setgħux jew ma jistgħux isiru fl-intervalli speċifikati hemmhekk fl-2020, dawn għandhom isiru mill-inqas darbtejn matul l-2020 b’intervall massimu ta’ sitt xhur bejniethom.
3. Minkejja l-Parti B, it-taqsimiet 13.7 u 18.6, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, il-limiti taż-żmien ta’ 18-il xahar għat-twettiq tad-diversi tipi ta’ eżerċizzji li, f’konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet, kieku skadew jew kieku jiskadu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 għandhom jitqiesu li huma, jew li ġew, estiżi b’sitt xhur f’kull każ, iżda fl-ebda każ lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2020.
4. Għall-finijiet tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti B, it-taqsimiet 13.7 u 18.6, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, li skontu d-diversi tipi ta’ eżerċizzji jridu jitwettqu mill-inqas darba kull sena kalendarja, l-eżerċizzji li jitwettqu fl-2021 matul il-perijodu kopert b’awtorizzazzjoni maħruġa skont il-paragrafu 5 ta’dan l-Artikolu, għandhom jitqiesu wkoll li twettqu fl-2020.
5. Meta Stat Membru jqis li t-twettiq tal-valutazzjonijiet tas-sigurtà fil-faċilitajiet tal-portijiet jew tad-diversi tipi ta’ eżerċizzji msemmija fil-Parti B, it-taqsimiet 13.7 u 18.6, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, aktarx jibqa’ imprattikabbli lil hinn mill-31 ta’ Awwissu 2020, minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew irażżan it-tixrid tal-COVID-19, jista’ jressaq talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika estensjoni tal-perijodi u l-iskadenzi speċifikati fil-paragrafi 1 u 3, kif rilevanti. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perijodu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020, l-iskadenzi jew il-perijodu ta’ sitt xhur speċifikat fil-paragrafi 1 u 3 rispettivament, jew kwalunkwe taħlita tagħhom. It-talba għandha titressaq lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2020.
6. Meta, abbażi ta’ talba li titressaq f’konformità mal-paragrafu 5, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati, għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika estensjoni tal-perijodi u l-iskadenzi speċifikati fil-paragrafi 1 u 3 rispettivament, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata sabiex tirrifletti l-perijodu li matulu t-twettiq tal-valutazzjonijiet tas-sigurtà fil-faċilitajiet tal-portijiet jew tad-diversi tipi ta’ eżerċizzji aktarx jibqa’ imprattikabbli, u fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 17
Estensjoni tal-limiti taż-żmien previsti fid-Direttiva 2005/65/KE
1. Minkejja l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2005/65/KE, il-limiti taż-żmien għat-twettiq tar-reviżjoni tal-valutazzjonijiet tas-sigurtà fil-portijiet u tal-pjanijiet għas-sigurtà fil-portijiet li kieku skadew jew kieku jiskadu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 għandhom jitqiesu li huma, jew li ġew, estiżi b’sitt xhur f’kull każ iżda fl-ebda każ lil hinn mit-30 ta’ Novembru 2020.
2. Minkejja l-Artikolu 7(7) u l-Anness III tad-Direttiva 2005/65/KE, il-limiti taż-żmien ta’ 18-il xahar għat-tlestija tal-eżerċizzji tat-taħriġ li kieku skadew jew kieku jiskadu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020 għandhom jitqiesu li huma, jew li ġew, estiżi b’sitt xhur f’kull każ, iżda fl-ebda każ lil hinn mit-30 ta’ Novembru 2020.
3. Għall-finijiet tar-rekwiżit stabbilit fl-Anness III tad-Direttiva 2005/65/KE, li skontu l-eżerċizzji tat-taħriġ iridu jitwettqu mill-inqas darba kull sena kalendarja, l-eżerċizzji tat-taħriġ li jitwettqu fl-2021 matul il-perijodu kopert b’awtorizzazzjoni maħruħa skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jitqiesu wkoll li twettqu fl-2020.
4. Meta Stat Membru jqis li t-twettiq tar-reviżjoni tal-valutazzjonijiet tas-sigurtà fil-portijiet jew tal-pjanijiet għas-sigurtà fil-portijiet jew it-twettiq tal-eżerċizzji tat-taħriġ aktarx jibqa’ imprattikabbli lill hinn mill-31 ta’ Awwissu 2020, minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew irażżan it-tixrid tal-COVID-19, jista’ jressaq talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika estensjoni tal-perijodi u l-iskadenzi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, kif rilevanti. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perijodu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020, l-iskadenzi jew il-perijodi ta’ sitt xhur speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament, jew kwalunkwe taħlita tagħhom. It-talba għandha titressaq lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2020.
5. Meta, abbażi ta’ talba li titressaq f’konformità mal-paragrafu 4, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati, għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika estensjoni tal-perijodi u l-iskadenzi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata sabiex tirrifletti l-perijodu li matulu t-tlestija tar-reviżjoni tal-valutazzjonijiet tas-sigurtà fil-portijiet jew tal-pjanijiet għas-sigurtà fil-portijiet jew it-tlestija tat-taħriġ aktarx tibqa’ imprattikabbli, u fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-3 ta’ Ġunju 2020..
Madanakollu, l-Artikolu 3(4), l-Artikolu 4(6), l-Artikolu 5(5), l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 11(5) għandhom japplikaw mis-27 ta’ Mejju 2020.
L-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafu ta' dan l-Artikolu ma jaffettwawx l-effetti retroattivi previsti fl-Artikoli 2 sa 17.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2020.
Gћall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Mejju 2020 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2020.
(2) Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ prodotti jew passiġġieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4).
(3) Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).
(6) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/15/KE tal-11 ta’ Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).
(7) Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).
(11) Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102).
(12) Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzji tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).
(13) Id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51).
(14) Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).
(15) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-akkwist taċ-ċertifikati nazzjonali tas-sidien tad-dgħajjes għat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri permezz ta’ passaġġi tal-ilma interni fil-Komunità (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 31).
(16) Id-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 118).
(17) Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1).
(18) Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib tas-sigurtà fuq il-vapuri u fil-faċilitajiet tal-portijiet (ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6).
(19) Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 28).
27.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 165/25 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/699
tal-25 ta’ Mejju 2020
dwar miżuri temporanji li jikkonċernaw il-laqgħat ġenerali tal-kumpaniji Ewropej (SEs) u tas-Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej (SCEs)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 352 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxi f’konformità ma’ proċedura leġislattiva speċjali,
Billi:
(1) |
Sabiex jitrażżan it-tifqigħa ta’ COVID-19, li ġie ddikjarat bħala pandemija mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fil-11 ta’ Marzu 2020, l-Istati Membri implimentaw serje ta’ miżuri bla preċedent, b’mod partikolari miżuri li jikkonċernaw il-konfinament u t-tbegħid soċjali ta’ persuni. |
(2) |
Tali miżuri jistgħu jipprevjenu lill-kumpaniji u lis-soċjetajiet kooperattivi milli jikkonformaw mal-obbligi legali tagħhom skont il-liġi tal-kumpaniji nazzjonali u tal-Unjoni, b’mod partikolari, billi jagħmluha diffiċli ħafna għalihom li jorganizzaw laqgħat ġenerali. |
(3) |
Fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri implimentaw miżuri ta’ emerġenza li jappoġġaw lill-kumpaniji u lis-soċjetajiet kooperattivi u li jipprovdulhom l-għodod u l-flessibbiltà meħtieġa fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali kkawżati mill-pandemija ta’ COVID-19. B’mod partikolari, ħafna Stati Membri ppermettew l-użu ta’ għodod u ta’ proċessi diġitali biex isejħu laqgħat ġenerali u estendew il-limiti ta’ żmien għas-sejħa ta’ laqgħat ġenerali fl-2020. |
(4) |
Fil-livell tal-Unjoni, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 (1) jirregola l-kumpaniji Ewropej (‘SEs’) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 (2) jirregola s-Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej (‘SCEs’). Iż-żewġ Regolamenti jirrikjedu li ssir laqgħa ġenerali fi żmien sitt xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja. Fid-dawl taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali kkawżati mill-pandemija ta’ COVID-19 jenħtieġ li tingħata deroga temporanja minn dak ir-rekwiżit. Peress li huwa essenzjali li jsiru laqgħat ġenerali biex ikun żgurat li d-deċiżjonijiet legalment jew ekonomikament meħtieġa jittieħdu fi żmien debitu, jenħtieġ li l-SEs u l-SCEs ikunu jistgħu jsejħu l-laqgħat ġenerali tagħhom fi żmien 12-il xahar mit-tmiem tas-sena finanzjarja sakemm dawn ma jsirux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020. Peress li din hija miżura temporanja minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkważati mill-pandemija ta’ Covid-19, jenħtieġ li dik id-deroga tapplika biss għal-laqgħat ġenerali li huma meħtieġa fl-2020. |
(5) |
It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) ma jikkonferixxi ebda setgħat għall-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament għajr għal dawk skont l-Artikolu 352. |
(6) |
Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jipprovdi soluzzjoni ta’ emerġenza temporanja għal SEs u SCEs li jippermettilhom li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2157/2001 u r-Regolament (KE) Nru 1435/2003 fir-rigward taż-żmien meta jissejħu l-laqgħat ġenerali, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
(7) |
Fid-dawl tal-fatt li l-perjodu ta’ sitt xhur imsemmi fir-Regolamenti (KE) Nru 2157/2001 u (KE) Nru 1435/2003 jiskadi f’Mejju jew Ġunju 2020 u minħabba li ser ikollhom jiġu kkunsidrati l-perjodi ta’ organizzazzjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza. |
(8) |
Fid-dawl ta’ dik l-urġenza, kien ikkunsidrat xieraq li tiġi pprovduta eċċezzjoni mill-perjodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE, mat-TFUE u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Miżura temporanja rigward il-laqgħat ġenerali tal-kumpaniji Ewropej (SEs)
Meta, f’konformità mal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (KE) Nru 2157/2001, trid issir laqgħa ġenerali ta’ SE fl-2020, l-SE tista’, b’deroga minn dik id-dispożizzjoni, issejjaħ il-laqgħa fi żmien 12-il xahar mit-tmiem tas-sena finanzjarja, sakemm il-laqgħa ssir -sal-31 ta’ Diċembru 2020.
Artikolu 2
Miżura temporanja rigward il-laqgħat ġenerali tas-Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej (SCEs)
Meta, f’konformità mal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (KE) Nru 1435/2003, trid issir laqgħa ġenerali ta’ SCE fl-2020, l-SCE tista’, b’deroga minn dik id-dispożizzjoni, issejjaħ il-laqgħa fi żmien 12-il xahar mit-tmiem tas-sena finanzjarja, sakemm il-laqgħa ssir -sal-31 ta’ Diċembru 2020.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
G. GRLIĆ RADMAN
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta’ Ottubru 2001 dwar l-Istatut ta’ kumpanija Ewropea (SE) (ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) (ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1).
DIRETTIVI
27.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 165/27 |
DIRETTIVA (UE) 2020/700 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Mejju 2020
li temenda d-Direttivi (UE) 2016/797 u (UE) 2016/798, fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi tat-traspożizzjoni tagħhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz ta’ att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 57(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u l-Artikolu 33 (1) tad-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-Istati Membri kellhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawk id-Direttivi sas-16 ta’ Ġunju 2019. Madankollu, skont l-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u l-Artikolu 33(2) tad-Direttiva (UE) 2016/798, l-Istati Membri kellhom il-possibbiltà jestendu l-perjodu tat-traspożizzjoni b’sena. |
(2) |
Sbatax-il Stat Membru nnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (l-“Aġenzija”) dwar estensjoni tal-iskadenzi tat-traspożizzjoni tad-Direttivi (UE) 2016/797 u (UE) 2016/798 sas-16 ta’ Ġunju 2020. |
(3) |
Minħabba s-sitwazzjoni straordinarja u imprevedibbli kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19, xi wħud minn dawk l-Istati Membri qed ikollhom diffikultajiet biex ilestu x-xogħol leġiżlattiv sal-iskadenzi stipulati għat-traspożizzjoni, u għalhekk jissograw li ma jikkonformawx magħhom. Dan in-nuqqas jista’ joħloq inċertezza ġuridika għall-industrija ferrovjarja, għall-awtoritajiet nazzjonali u għall-Aġenzija fir-rigward tal-leġiżlazzjoni li tapplika għas-sikurezza ferrovjarja u għall-interoperabbiltà. L-inabbiltà ta’ ċerti Stati Membri li jittrasponu d-Direttivi (UE) 2016/797 u (UE) 2016/798 minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19 għandha konsegwenzi detrimentali għas-settur ferrovjarju. |
(4) |
Huwa essenzjali li l-industrija ferrovjarja tingħata ċ-ċarezza u ċ-ċertezza ġuridika billi l-Istati Membri jitħallew, fejn rilevanti, ikomplu japplikaw mis-16 ta’ Ġunju 2020, u għal perjodu limitat, id-Direttivi 2004/49/KE (4) u 2008/57/KE (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
(5) |
Peress li t-tifqigħa tal-COVID-19 seħħet matul l-istadju finali tal-adozzjoni tal-miżuri nazzjonali tat-traspożizzjoni tad-Direttivi (UE) 2016/797 u (UE) 2016/798, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw perjodu addizzjonali biex ilestu l-proċess tat-traspożizzjoni. |
(6) |
L-iskadenzi tat-traspożizzjoni tad-Direttivi (UE) 2016/797 u (UE) 2016/798 jenħtieġ li jiġu estiżi sal-31 ta' Ottubru 2020. Id-dati tat-tħassir tad-Direttivi 2004/49/KE u 2008/57/KE, kif stabbiliti fl-Artikolu 58 tad-Direttiva (UE) 2016/797 u fl-Artikolu 34 tad-Direttiva (UE) 2016/798 rispettivament, jenħtieġ li jiġu aġġustati skont dan. |
(7) |
Għadd ta’ atti delegati ġew adottati fuq il-bażi tad-Direttiva (UE) 2016/798 u dawn jirriflettu skadenzi preċedenti ta' traspożizzjoni. Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali, dawk l-atti delegati jeħtieġ li jiġu allinjati mal-iskadenza l-ġdida tat-traspożizzjoni. |
(8) |
Fid-dawl tal-urġenza li tirriżulta miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19, ġie kkunsidrat xieraq li tiġi prevista eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, li huwa anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
(9) |
Minħabba li l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li d-Direttivi (UE) 2016/797 u (UE) 2016/798 jiġu emendati fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
(10) |
Jenħtieġ għalhekk li d-Direttivi (UE) 2016/797 u (UE) 2016/798 jiġu emendati skont dan. |
(11) |
Biex tkun tista’ ssir l-applikazzjoni fil-ħin tal-miżuri previsti f’din id-Direttiva, din id-Direttiva jenħtieġ li tidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emenda għad-Direttiva (UE) 2016/797
Id-Direttiva (UE) 2016/797 hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 54, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: “4. Mhux aktar tard mis-16 ta' Ġunju 2019 l-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti ta' awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 21 u 24 u l-kompiti msemmija fl-Artikolu 19 fir-rigward ta' żoni tal-użu fl-Istati Membri li ma jkunux innotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 57(2). B'deroga mill-Artikoli 21 u 24, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tal-Istati Membri li jkunu nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2) jistgħu jkomplu joħorġu awtorizzazzjonijiet f'konformità mad-Direttiva 2008/57/KE sas-16 ta' Ġunju 2020. B'deroga mill-Artikoli 21 u 24, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tal-Istati Membri li jkunu nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2a) jistgħu jkomplu joħorġu awtorizzazzjonijiet f'konformità mad-Direttiva 2008/57/KE sal-31 ta' Ottubru 2020.”; |
(2) |
fl-Artikolu 57, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “2a. L-Istati Membri li estendew il-perjodu tat-traspożizzjoni skont il-paragrafu 2 jistgħu jerġgħu jestenduh sal-31 ta' Ottubru 2020. Il-miżuri tat-traspożizzjoni tagħhom għandhom japplikaw minn dik id-data. Dawk l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni b’dan sad-29 ta’ Mejju 2020.”; |
(3) |
fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58, id-data “16 ta’ Ġunju 2020” hija sostitwita bid-data “31 ta' Ottubru 2020”. |
Artikolu 2
Emenda għad-Direttiva (UE) 2016/798
Id-Direttiva (UE) 2016/798 hija emendata kif ġej:
(1) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 6a Allinjament tas-CSMs ma’ skadenzi riveduti Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27 biex tallinja d-dati ta’ applikazzjoni tal-atti delegati adottati taħt l-Artikolu 6(6) mal-iskadenza tat-traspożizzjoni stabbilita fl-Artikolu 33(2a). Il-proċedura prevista fl-Artikolu 27a għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.”; |
(2) |
fl-Artikolu 27, jiżdied il-paragrafu li ġej: “7. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 6a hija mogħtija lill-Kummissjoni mit-28 ta’ Mejju 2020 sal-31 ta' Ottubru 2020.”; |
(3) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 27a Proċedura ta’ urġenza 1. L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza. 2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(6). F’tali każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att minnufih wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.”; |
(4) |
fl-Artikolu 31, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. Mhux aktar tard mis-16 ta' Ġunju 2019 l-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti ta' ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 10 fir-rigward ta' żoni tal-operazzjoni fl-Istati Membri li ma nnotifikawx lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 33(2). B'deroga mill-Artikolu 10, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tal-Istati Membri li nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 33(2) jistgħu jkomplu joħorġu ċertifikati f'konformità mad-Direttiva 2004/49/KE sas-16 ta' Ġunju 2020. B'deroga mill-Artikolu 10, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tal-Istati Membri li nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 33(2a) jistgħu jkomplu joħorġu ċertifikati f'konformità mad-Direttiva 2004/49/KE sal-31 ta' Ottubru 2020.”; |
(5) |
fl-Artikolu 33, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “2a. L-Istati Membri li estendew il-perjodu tat-traspożizzjoni skont il-paragrafu 2 jistgħu jerġgħu jestenduh sal-31 ta' Ottubru 2020. Il-miżuri tat-traspożizzjoni tagħhom għandhom japplikaw minn dik id-data. Dawk l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni b’dan sad-29 ta’ Mejju 2020.”; |
(6) |
fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 34, id-data “16 ta’ Ġunju 2020” hija sostitwita bid-data “31 ta' Ottubru 2020”. |
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2020.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Mejju 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020.
(2) Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).
(3) Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102).
(4) Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).
(5) Id-Direttiva (UE) 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).
DEĊIŻJONIJIET
27.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 165/31 |
DEĊIŻJONI (UE) 2020/701 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Mejju 2020
dwar il-forniment ta’ assistenza makrofinanzjarja lis-sħab tat-tkabbir u tal-viċinat fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 212(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Il-pandemija tal-COVID-19 għandha effetti dannużi ħafna fuq l-istabbiltà ekonomika u finanzjarja fir-reġjuni tat-tkabbir u tal-viċinat. Is-sħab bħalissa qed jiffaċċjaw bilanċ ta’ pagamenti u sitwazzjoni fiskali dgħajfin u li qed jaggravaw b’pass mgħaġġel, bl-ekonomija dieħla f’reċessjoni. Hemm każ b’saħħtu biex l-Unjoni taġixxi malajr u b’mod deċiżiv b’appoġġ għal dawk l-ekonomiji. Din id-deċiżjoni għalhekk tkopri għaxart isħab: ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo (*), il-Montenegro, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq fir-reġjun tat-tkabbir; il-Georgia, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna fil-viċinat tal-Lvant u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan u r-Repubblika tat-Tuneżija fil-viċinat tan-Nofsinhar (“is-sħab”). |
(2) |
L-urġenza tal-assistenza hija relatata mal-ħtieġa immedjata li s-sħab ikollhom għall-fondi, flimkien ma’ dawk li se jiġu pprovduti permezz ta’ strumenti oħra tal-Unjoni u minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, mill-Istati Membri u minn donaturi bilaterali oħra. Dan huwa neċessarju sabiex jinħoloq spazju ta’ politika ta’ terminu qasir biex l-awtoritajiet tas-sħab ikunu jistgħu jimplimentaw miżuri biex jikkumbattu r-riperkussjonijiet ekonomiċi milll-pandemija tal-COVID-19. |
(3) |
L-awtoritajiet ta’ kull pajjiż sieħeb u l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) diġà qablu dwar programm li jkun appoġġat minn arranġament ta’ kreditu mal-FMI jew huma mistennija li jaqblu dalwaqt dwar tali programm. |
(4) |
L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkun strument finanzjarju eċċezzjonali ta’ appoġġ mingħajr irbit u mhux speċifikat għall-bilanċ tal-pagamenti, bl-għan li tindirizza l-ħtiġijiet finanzjarji esterni immedjati tal-benefiċjarju, flimkien ma’ arranġament ta’ kreditu mal-FMI mhux prekawzjonarju li huwa soġġett għal programm miftiehem ta’ riformi ekonomiċi. Fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tkun disponibbli wkoll għas-sħab li jibbenefikaw minn finanzjament ta’ emerġenza mill-FMI, li jista’ jingħata mingħajr azzjonijiet minn qabel u/jew kundizzjonalità, bħal permezz tal-Istrument ta’ Finanzjament Rapidu. Dik l-assistenza jenħtieġ għalhekk li tkun ta’ durata iqsar, limitata għal żewġ żborżi u tirfed l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ politika li jkun jinkludi sett limitat ta’ miżuri ta’ riforma. |
(5) |
L-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni lis-sħab huwa konsistenti mal-politiki tal-Unjoni tat-tkabbir u l-viċinat. |
(6) |
Peress li s-sħab huma jew is-sħab tal-adeżjoni jew ta’ qabel l-adeżjoni, jew koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, huma eliġibbli biex jirċievu l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. |
(7) |
Peress li hu mistenni li l-ħtiġijiet finanzjarji esterni tas-sħab li qed jiddeterjoraw b’mod drastiku, ikunu ħafna ogħla mir-riżorsi li jiflaħ jipprovdi l-FMI u l-istituzzjonijiet multilaterali l-oħra, l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni li se tingħata lis-sħab, fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali ta’ bħalissa, hija kkunsidrata rispons xieraq għat-talbiet tas-sħab bħala sostenn għall-istabbilizzazzjoni ekonomika. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tkun tappoġġa l-istabbilizzazzjoni ekonomika, filwaqt li tissupplimenta r-riżorsi li huma disponibbli skont l-arranġament ta’ kreditu tal-FMI. |
(8) |
Jenħtieġ li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jkollha l-għan li tappoġġa r-ritorn ta’ sitwazzjoni ta’ finanzjament estern sostenibbli għas-sħab, u b’hekk tappoġġa żvilupp ekonomiku u soċjali mġedded. |
(9) |
L-ammont tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni huwa bbażat fuq stima preliminari tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern residwu ta’ kull sieħeb u jqis il-kapaċità tiegħu ta’ awtofinanzjament bir-riżorsi proprji, partikolarment ir-riservi internazzjonali għad-dispożizzjoni tiegħu. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tikkomplementa l-programmi u r-riżorsi li jipprovdu l-FMI u l-Bank Dinji. Id-determinazzjoni tal-ammont tal-assistenza tqis ukoll il-ħtieġa li tiġi żgurata l-kondiviżjoni ġusta tal-piż bejn l-Unjoni u donaturi oħrajn, kif ukoll l-implimentazzjoni diġà eżistenti tal-istrumenti ta’ finanzjament esterni l-oħrajn tal-Unjoni u l-valur miżjud tal-involviment ġenerali tal-Unjoni. |
(10) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tkun legalment u sostanzjalment f’konformità mal-prinċipji u l-objettivi ewlenin u l-miżuri meħuda fl-oqsma differenti tal-azzjoni esterna u politiki rilevanti oħra tal-Unjoni. |
(11) |
Jenħtieġ li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tappoġġa l-politika esterna tal-Unjoni fir-rigward tas-sħab. Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jenħtieġ li jaħdmu flimkien mill-qrib matul l-operazzjoni ta’ assistenza makrofinanzjarja sabiex jikkoordinaw il-politika esterna tal-Unjoni u jiżguraw il-konsistenza tagħha. |
(12) |
Jenħtieġ li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tkun tappoġġa l-impenn tas-sħab favur valuri kondiviżi mal-Unjoni, fosthom id-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll l-impenn tagħhom favur il-prinċipji ta’ kummerċ li hu miftuħ, ibbażat fuq regoli u ġust. |
(13) |
Jenħtieġ li prekundizzjoni biex tingħata l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tkun li s-sħab jirrispettaw il-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inklużi s-sistema parlamentari multipartitarja, u l-istat tad-dritt, u jiggarantixxu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-objettivi speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jsaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fis-sħab u jippromwovu r-riformi strutturali li għandhom l-għan li jappoġġaw it-tkabbir sostenibbli u l-konsolidazzjoni fiskali. Il-Kummissjoni u s-SEAE jenħtieġ li jimmonitorjaw kemm it-twettiq tal-prekundizzjonijiet kif ukoll il-ksib ta’ dawk l-objettivi. |
(14) |
Sabiex jiġi żgurat li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni marbuta mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jiġu mħarsa b’mod effiċjenti, jenħtieġ li s-sħab jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu u jikkumbattu l-frodi, il-korruzzjoni u kull irregolarità oħra marbuta ma’ dik l-assistenza. Barra minn hekk, jenħtieġ li jsiru provvedimenti biex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq verifiki, biex il-Qorti tal-Awdituri tkun tista’ twettaq awditi u biex l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun jista’ jħaddem il-kompetenzi tiegħu. |
(15) |
Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (bħala l-awtorità baġitarja). |
(16) |
L-ammonti tal-provvediment meħtieġ għall-assistenza makrofinanzjarja jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-approprjazzjonijiet baġitarji previsti fil-qafas finanzjarju pluriennali. |
(17) |
Jenħtieġ li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tiġi ġestita mill-Kummissjoni. Sabiex ikun żgurat li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jsegwu l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinfurmahom regolarment bl-iżviluppi marbutin ma’ dik l-assistenza u tipprovdilhom bid-dokumenti rilevanti. |
(18) |
Sabiex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jitħaddmu skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
(19) |
Jenħtieġ li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tkun soġġetta għal kundizzjonijiet ta’ politika ekonomika, li jiġu stabbiliti f’Memorandum ta’ Qbil ("il-MtQ"). Sabiex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni u għal raġunijiet ta’ effiċjenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tinnegozja tali kundizzjonijiet mal-awtoritajiet tas-sħab taħt is-superviżjoni tal-kumitat tar-rappreżentanti tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Skont dak ir-Regolament, jenħtieġ li l-proċedura konsultattiva, bħala regola ġenerali, tapplika fil-każijiet kollha għajr kif previst f’dak ir-Regolament. Meta wieħed iqis l-impatt potenzjalment sinifikanti tal-assistenza ta’ aktar minn EUR 90 miljun, huwa xieraq li l-proċedura ta’ eżami kif speċifikata fir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tintuża għall-operazzjonijiet li jeċċedu dak il-limitu. Meta wieħed iqis l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lil kull sieħeb, jenħtieġ li tapplika l-proċedura konsultattiva għall-adozzjoni tal-MtQ mal-Montenegro, filwaqt li l-proċedura ta’ eżami jenħtieġ li tapplika għall-adozzjoni tal-MtQ mas-sħab l-oħrajn koperti minn din id-Deċiżjoni, u bl-istess mod għal kull tnaqqis, sospensjoni jew kanċellazzjoni ta’ dik l-assistenza. |
(20) |
Minħabba li l-għan ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri li jiġu appoġġati l-ekonomiji tas-sħab li qed jiffaċċjaw bilanċ ta’ pagamenti u sitwazzjoni fiskali dgħajfin u li qed jaggravaw b’pass mgħaġġel, bl-ekonomija dieħla f’reċessjoni, bħala konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
(21) |
Minħabba l-urġenza li tirriżulta miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19, ġie kkunsidrat xieraq li tiġi prevista eċċezzjoni għall-perjodu ta' tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika. |
(22) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Unjoni għandha tagħmel disponibbli assistenza makrofinanzjarja (“l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni”) lir-Repubblika tal-Albanija, lill-Bożnija-Ħerzegovina, lill-Georgia, lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, lill-Kosovo, lir-Repubblika tal-Moldova, lill-Montenegro, lir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, lit-Tuneżija u lill-Ukrajna (“is-sħab”) għal ammont massimu totali ta’ EUR 3 biljuni, bil-għan li tappoġġa l-istabbilizzazzjoni ekonomika tas-sħab u aġenda ta’ riforma sostantiva. L-assistenza għandha tikkontribwixxi biex tkopri l-ħtiġijiet urġenti tal-bilanċ tal-pagamenti tas-sħab kif identifikati fil-programm appoġġat mill-FMI u għandha tkun disponibbli kif ġej:
(a) |
EUR 180 miljun għar-Repubblika tal-Albanija; |
(b) |
EUR 250 miljun għall-Bożnija-Ħerzegovina; |
(c) |
EUR 150 miljun għall-Georgia; |
(d) |
EUR 200 miljun għar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan; |
(e) |
EUR 100 miljun għall-Kosovo; |
(f) |
EUR 100 miljun għar-Repubblika tal-Moldova; |
(g) |
EUR 60 miljun għall-Montenegro; |
(h) |
EUR 160 miljun għar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq; |
(i) |
EUR 600 miljun għar-Repubblika tat-Tuneżija; |
(j) |
EUR 1,2 biljuni għall-Ukrajna. |
2. L-ammont sħiħ tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jingħata lil kull sieħeb fil-forma ta’ self. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, f’isem l-Unjoni, biex tissellef il-fondi meħtieġa mis-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji u ssellifhom lis-sieħeb. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.
3. Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jkun ġestit mill-Kummissjoni b’mod konsistenti mal-ftehimiet jew fehim milħuqa bejn l-FMI u s-sieħeb. Il-Kummissjoni għandha regolarment tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżviluppi rigward l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inkluż l-iżborżi li tagħmel minnha, u għandha tipprovdi lil dawk l-istituzzjonijiet id-dokumenti rilevanti fi żmien xieraq.
4. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli għal perjodu ta’ 12-il xahar, li jibda mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tal-MtQ imsemmi fl-Artikolu 3(1).
5. Jekk il-ħtiġijiet ta’ finanzjament ta’ sieħeb jonqsu b’mod fundamentali matul il-perjodu tal-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni meta mqabbla mal-projezzjonijiet inizjali, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f’konformità mal- -Artikolu 7(2), għandha tnaqqas l-ammont tal-assistenza, tissospendiha jew tikkanċellaha.
Artikolu 2
1. Prekundizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun li s-sieħeb jirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inkluż sistema parlamentari b’diversi partiti, u l-istat tad-dritt, u jiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.
2. Il-Kummissjoni u s-SEAS għandhom jimmonitorjaw li l-prekundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 tiġi ssodisfata matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu applikati f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE (3).
Artikolu 3
1. Il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 7(2), għandha tilħaq ftehim mal-awtoritajiet ta’ kull sieħeb dwar politika ekonomika u kundizzjonijiet finanzjarji definiti b’mod ċar, ikkonċentrati fuq riformi strutturali u finanzi pubbliċi sodi, li għalihom għandha tkun soġġetta l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Dik il-politika ekonomika u dawk il-kundizzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu stabbiliti f’MtQ li għandu jinkludi perjodu ta’ żmien għat-twettiq ta’ dawk il-kundizzjonijiet. Il-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji stabbiliti fil-MtQ għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew fehim imsemmija fl-Artikolu 1(3), inklużi l-programmi ta’ aġġustament makroekonomiku u ta’ riforma strutturali implimentati mis-sieħeb, bl-appoġġ tal-FMI.
2. Il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw, b’mod partikolari, li jtejbu l-effiċjenza, it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fis-sħab, inkluż għall-użu tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Il-progress fil-ftuħ reċiproku tas-swieq, l-iżvilupp ta’ kummerċ ġust u bbażat fuq ir-regoli u prijoritajiet oħrajn fil-kuntest tal-politika esterna tal-Unjoni għandhom ukoll jitqiesu bil-mod dovut fit-tfassil tal-miżuri ta’ politika. Il-progress li jsir biex jinkisbu dawk l-objettivi għandu jiġi mmonitorjat regolarment mill-Kummissjoni.
3. It-termini finanzjarji dettaljati tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom jiġu stipulati fi ftehim ta’ self li għandu jintlaħaq separatament bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta’ kull sieħeb (il-“Ftehim ta’ Self”).
4. Il-Kummissjoni għandha tivverifika, f’intervalli regolari, li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3) jibqgħu jiġu ssodisfati, inkluż jekk il-politiki ekonomiċi tas-sieħeb ikunux f’konformità mal-objettivi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Hija u tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mill-qrib mal-FMI u mal-Bank Dinji u, fejn ikun meħtieġ, mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill.
Artikolu 4
1. Soġġett għall-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni permezz ta’ żewġ pagamenti ta’ self. Id-daqs ta’ kull pagament għandu jiġi stabbilit fil-MtQ.
2. L-ammonti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom ikunu pprovduti , fejn meħtieġ, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (4).
3. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx tal-pagamenti, soġġett għat-twettiq tal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
il-prekundizzjoni stipulata fl-Artikolu 2; |
(b) |
rekord sodisfaċenti kontinwu tal-implimentazzjoni ta’ arranġament ta’ kreditu tal-FMI mhux prekawzjonarju; |
(c) |
l-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-politika ekonomika u tal-kundizzjonijiet finanzjarji miftiehma fil-MtQ. |
Ir-rilaxx tat-tieni pagament ma għandux, fil-prinċipju, isir qabel tliet xhur wara r-rilaxx tal-ewwel pagament.
4. Fejn il-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ma jiġux issodisfati, il-Kummissjoni għandha tissospendi temporanjament jew tikkanċella l-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. F’tali każijiet, għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-raġunijiet għas-sospensjoni jew il-kanċellazzjoni.
5. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi żborżata lill-bank ċentrali tas-sieħeb. Soġġett għad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu miftiehma fil-MtQ, inkluża konferma tal-ħtiġijiet finanzjarji baġitarji residwi, il-fondi tal-Unjoni jistgħu jiġu ttrasferiti lill-Ministeru tal-Finanzi bħala l-benefiċjarju finali.
Artikolu 5
1. L-operazzjonijiet ta’ teħid u għoti b’self relatati mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom isiru fil-munita euro bl-użu tal-istess data tal-valur, u ma għandhomx jinvolvu lill-Unjoni fit-trasformazzjoni ta’ maturitajiet, jew jesponuha għal kwalunkwe riskju fir-rata tal-kambju jew tal-imgħax, jew għal kwalunkwe riskju kummerċjali ieħor.
2. Fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu, u jekk is-sieħeb jitlob dan, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li tiddaħħal klawżola dwar ir-ripagament bikri fit-termini u l-kundizzjonijiet tas-self u li din tkun pariġġjata minn klawżola korrispondenti fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-operazzjonijiet tat-teħid ta’ self.
3. Fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu titjib fir-rata tal-imgħax tas-self u jekk is-sieħeb jitlob dan, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tirrifinanzja mill-ġdid it-teħid inizjali minnu ta’ self, kollu jew parti minnu, jew tista’ tirristruttura l-kundizzjonijiet finanzjarji korrispondenti. L-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-ġdid jew ta’ ristrutturar għandhom jitwettqu skont il-paragrafi 1 u 4, u ma għandux ikollhom l-effett li jestendu l-maturità tas-self ikkonċernat jew li jżidu l-ammont ta’ kapital pendenti fid-data tal-finanzjament mill-ġdid jew tar-ristrutturar.
4. L-ispejjeż kollha mġarrba mill-Unjoni li huma relatati mal-operazzjonijiet ta’ teħid u għoti b’self taħt din id-Deċiżjoni għandhom jitħallsu mis-sieħeb.
5. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar żviluppi fl-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.
Artikolu 6
1. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).
2. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata taħt ġestjoni diretta.
3. Il-Ftehim ta’ Self għandu jkun fih dispożizzjonijiet li:
(a) |
jiżguraw li s-sieħeb jivverifika regolarment li l-finanzjament ipprovdut mill-baġit ġenerali tal-Unjoni ntuża korrettament, li dan jieħu miżuri xierqa biex jipprevjeni l-irregolaritajiet u l-frodi u, jekk ikun meħtieġ, jieħu azzjoni legali biex jirkupra kwalunkwe fond pprovdut taħt din id-Deċiżjoni u li jkun ġie miżapproprjat; |
(b) |
jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari billi jipprevedu miżuri speċifiċi fir-rigward tal-prevenzjoni ta’, u tal-ġlieda kontra, il-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe irregolarità oħra li taffettwa l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, f’konformità mar-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (6) u (Euratom, KE) Nru 2185/96 (7) u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) kif ukoll, għal dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw f’kooperazzjoni msaħħa rigward l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (9). Għal dak l-għan, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (l-OLAF) għandu jkun espressament awtorizzat li jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post inklużi operazzjonijiet forensiċi diġitali u intervisti; |
(c) |
jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni, jew lir-rappreżentanti tagħha, biex jwettqu verifiki, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post; |
(d) |
jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri biex jagħmlu awditjar matul u wara l-perjodu ta’ disponibbiltà tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inkluż awditjar ta’ dokumenti u awditjar fuq il-post, bħal pereżempju valutazzjonijiet operazzjonali; |
(e) |
jiżguraw li l-Unjoni tkun intitolata għal ripagament bikri tas-self fejn ikun stabbilit li, fir-rigward tal-ġestjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, is-sieħeb wettaq att ta’ frodi jew ta’ korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li tkun ta’ detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni; u |
(f) |
jiżguraw li l-ispejjeż kollha mġarrba mill-Unjoni relatati mal-operazzjonijiet ta’ teħid u għoti b’self taħt din id-Deċiżjoni għandhom jitħallsu mis-sieħeb. |
4. Qabel l-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, permezz ta’ valutazzjoni operazzjonali, is-solidità tal-arranġamenti finanzjarji, il-proċeduri amministrattivi, u l-mekkaniżmi ta’ kontroll interni u esterni tas-sieħeb li huma rilevanti għall-assistenza.
Artikolu 7
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għall-assistenza makrofinanzjarja għall-Montenegro, filwaqt li għall-assistenza makrofinanzjarja għas-sħab l-oħrajn kollha koperti minn din id-Deċiżjoni għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 8
1. Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fis-sena ta’ qabel, inkluża evalwazzjoni ta’ dik l-implimentazzjoni. Ir-rapport għandu:
(a) |
jeżamina l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni; |
(b) |
jivvaluta s-sitwazzjoni ekonomika u l-prospetti tas-sħab, kif ukoll il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ politika msemmija fl-Artikolu 3(1); |
(c) |
jindika r-rabta bejn il-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika stabbiliti fil-MtQ, il-prestazzjoni ekonomika u fiskali attwali tas-sħab u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tirrilaxxa l-pagamenti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. |
2. Sa mhux aktar tard minn sentejn wara li jiskadi l-perjodu ta’ disponibbiltà msemmi fl-Artikolu 1(4), il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport ta’ evalwazzjoni ex post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta r-riżultati u l-effiċjenza tal-assistenza makrofinanzjarja kompletata tal-Unjoni u sa liema punt din ikkontribwixxiet għall-għanijiet tal-assistenza.
Artikolu 9
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2020.
Għall Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Mejju 2020... (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2020.
(*) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10).
(5) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom. KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(8) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew(‘l-UPPE’) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
27.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 165/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/702
tal-20 ta’ Mejju 2020
li testendi aktar id-deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill introdotta bid-Deċiżjoni (UE) 2020/430 u estiża bid-Deċiżjoni (UE) 2020/556 fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/430 (1) introduċiet deroga ta’ xahar mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (2) fir-rigward ta’ deċiżjonijiet ta’ użu tal-proċedura ordinarja bil-miktub, fejn dawk id-deċiżjonijiet jittieħdu mill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri (Coreper). Dik id-deroga kienet prevista sat-23 ta’ April 2020. |
(2) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2020/430 tipprevedi li, jekk ikun ġustifikat minn kontinwazzjoni ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kunsill jista’ jġedded dik id-Deċiżjoni. Fil-21 ta’ April 2020, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2020/556 (3), estenda d-deroga prevista fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/430 b’perijodu ulterjuri ta’ xahar mit-23 ta’ April 2020. Dik l-estensjoni tad-deroga tiskadi fit-23 ta’ Mejju 2020. |
(3) |
Minħabba li għad jeżistu ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19, b’għadd ta’ miżuri straordinarji preventivi u ta’ konteniment, meħuda mill-Istati Membri, li għadhom fis-seħħ, teżisti l-ħtieġa li tiġi estiża d-deroga prevista fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/430, kif ġiet estiża bid-Deċiżjoni (UE) 2020/556, b’perijodu limitat ieħor sal-10 ta’ Lulju 2020, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/430, kif ġiet estiża bid-Deċiżjoni (UE) 2020/556, hija b’dan estiża aktar sal-10 ta’ Lulju 2020.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
G. GRLIĆ RADMAN
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/430 tat-23 ta’ Marzu 2020 dwar deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni (ĠU L 88I, 24.3.2020, p. 1).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/556 tal-21 ta’ April 2020 li testendi d-deroga temporanja mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill introdotta bid-Deċiżjoni (UE) 2020/430 fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni (ĠU L 128I, 23.4.2020, p. 1).