ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 125

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
21 ta' April 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2020/545 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2020 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-finanzjament ta’ miżuri baġitarji immedjati fil-kuntest tat-tifqigħa ta’ COVID-19 u t-tisħiħ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

1

 

*

Deċiżjoni (UE) 2020/546 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2020 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-finanzjament ta’ miżuri baġitarji immedjati fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19

3

 

*

Deċiżjoni (UE) 2020/547 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2020 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta’ Kontinġenza fl-2020 biex tingħata assistenza ta’ emerġenza lill-Istati Membri u biex jissaħħaħ il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili/rescEU b’rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19

5

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

21.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/1


DEĊIŻJONI (UE) 2020/545 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ April 2020

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-finanzjament ta’ miżuri baġitarji immedjati fil-kuntest tat-tifqigħa ta’ COVID-19 u t-tisħiħ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi,

(1)

L-Istrument ta’ Flessibbiltà huwa maħsub biex jippermetti l-finanzjament ta’ nefqa identifikata b’mod ċar li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fil-limiti disponibbli ta’ intestatura jew intestaturi oħra.

(2)

Il-limitu massimu tal-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta’ Flessibilità jlaħħaq EUR 600 000 000 (prezzijiet tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2), żdied, fejn applikabbli mill-ammonti skaduti li saru disponibbli skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu.

(3)

Sabiex jiġu indirizzati l-isfidi fil-kuntest tat-tifqigħa ta’ COVID-19, jenħtieġ li jiġu mobilizzati ammonti għall-finanzjament ta’ miżuri xierqa bħala kwistjoni ta’ urġenza. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi previst il-finanzjament għat-tisħiħ meħtieġ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

(4)

Wara li eżaminaw il-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt illimitu massimu tan-nefqa għall-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza), huwa meħtieġ li jiġi mobilizzat l-Istrument ta’ Flessibilità biex jissupplimenta l-finanzjament fil-baġit ġenerali talUnjoni għas-sena finanzjarja 2020 lil hinn mil-limitu massimu tal-intestatura 3 bl-ammont ta’ EUR 73 300 000, biex jiġu ffinanzjati miżuri immedjati fil-kuntest tat-tifqigħa ta’ COVID-19 u t-tisħiħ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

(5)

Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità jenħtieġ li jiġu mqassma fuq sentejn finanzjarji.

(6)

Din id-Deċiżjoni hija marbuta mal-finanzjament inkluż fil-baġit emendatorju Nru 1 għallbaġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2020. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza ma’ dak il-baġit emendatorju, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2020, l-Istrument ta’ Flessibilità għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 73 300 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn fl-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza).

Dan l-ammont għandu jintuża biex jiffinanzja miżuri immedjati fil-kuntest tat-tifqigħa ta’ COVID-19 u t-tisħiħ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

2.   Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità għandhom ikunu stmati kif ġej:

(a)

EUR 43 300 000 fl-2020;

(b)

EUR 30 000 000 fl-2021.

L-ammonti speċifiċi ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament għal kull sena finanzjarja għandhom jiġu awtorizzati f’konformità mal-proċedura baġitarja annwali.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mis-17 ta’ April 2020.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ April 2020.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

G. GRLIĆ RADMAN


(1)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


21.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/3


DEĊIŻJONI (UE) 2020/546 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ April 2020

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-finanzjament ta’ miżuri baġitarji immedjati fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi,

(1)

L-Istrument ta’ Flessibbiltà huwa maħsub biex jippermetti l-finanzjament ta’ nefqa identifikata b’mod ċar li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fil-limiti disponibbli ta’ intestatura jew intestaturi oħra.

(2)

Il-limitu massimu tal-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta’ Flessibilità jlaħħaq EUR 600 000 000 (prezzijiet tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2), żdied, fejn applikabbli mill-ammonti skaduti li saru disponibbli skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu.

(3)

Sabiex jiġu indirizzati l-isfidi fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19, jenħtieġ li jiġu mobilizzati ammonti għall-finanzjament ta’ miżuri xierqa bħala kwistjoni ta’ urġenza.

(4)

Wara li eżaminaw il-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt illimitu massimu tan-nefqa għall-intestatura 3 (Sigurtà u Ċittadinanza), huwa meħtieġ li jiġi mobilizzat l-Istrument ta’ Flessibilità biex jissupplimenta l-finanzjament fil-baġit ġenerali talUnjoni għas-sena finanzjarja 2020 lil hinn mil-limitu massimu tal-intestatura 3 bl-ammont ta’ EUR 243 039 699, biex jiġu ffinanzjati miżuri immedjati fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19. Dan l-ammont jikkomplementa l-finanzjament mill-Istrument ta’ Flessibbiltà mobilizzat fil-kuntest tal-Baġit Emendatorju Nru 1 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni 2020.

(5)

Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità jenħtieġ li jiġu mqassma fuq bosta snin finanzjarji.

(6)

Din id-Deċiżjoni hija marbuta mal-finanzjament inkluż fil-baġit emendatorju Nru 2 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni 2020. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza ma’ dak il-baġit emendatorju, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2020, l-Istrument ta’ Flessibilità għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 243 039 699 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn fl-intestatura 3 (Sigurtà u Ċittadinanza).

Dan l-ammont għandu jintuża biex jiffinanzja miżuri immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi attwali tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea li tirriżulta mit-tifqigħa tal-COVID-19.

2.   Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità għandhom ikunu stmati kif ġej:

(a)

EUR 123 950 247 fl-2020;

(b)

EUR 71 453 672 fl-2021;

(c)

EUR 23 817 890 fl-2022;

(d)

EUR 23 817 890 fl-2023.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mis-17 ta’ April 2020.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ April 2020.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

G. GRLIĆ RADMAN


(1)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


21.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/5


DEĊIŻJONI (UE) 2020/547 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ April 2020

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta’ Kontinġenza fl-2020 biex tingħata assistenza ta’ emerġenza lill-Istati Membri u biex jissaħħaħ il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili/rescEU b’rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 14 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi,

(1)

L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2) stabbilixxa Marġni ta’ Kontinġenza sa massimu ta’ 0,03 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni,

(2)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013, il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont assolut tal-Marġni ta’ Kontinġenża għall-2020 (3).

(3)

Wara li jkunu eżaminaw il-possibbiltajiet finanzjarji l-oħra kollha li jirreaġixxu għal ċirkostanzi mhux previsti fi ħdan il-limitu massimu ta’ impenn tal-2020 għall-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza) tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP), u wara li kkunsidraw il-mobilizzazzjoni tal-Marġni Globali għall-Impenji għall-ammont sħiħ ta’ 2 392 402 163 disponibbli fl-2020 u tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-ammont sħiħ ta’ EUR 1 094 414 188 disponibbli fl-2020, huwa meħtieġ li jiġi mmobilizzat il-Marġni ta’ Kontinġenza biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet li jirriżultaw mit-tifqigħa tal-COVID-19 billi jiżdiedu l-approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2020, lil hinn mil-limitu massimu tal-intestatura 3 tal-QFP.

(4)

Wara li kkunsidraw din is-sitwazzjoni partikolari ħafna, il-kundizzjoni tal-aħħar għażla fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 hija ssodisfata.

(5)

Din id-Deċiżjoni hija marbuta mal-finanzjament inkluż fil-baġit emendatorju Nru 2 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea 2020. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza ma’ dak il-baġit emendatorju, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2020, il-Marġni ta’ Kontinġenza għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta’ EUR 714 558 138 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn mal-limitu massimu tal-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza) tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Artikolu 2

L-ammont totali ta’ EUR 714 558 138 imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jiġi paċut mal-marġni taħt il-limitu ta’ impenn tas-sena finanzjarja 2020 tal-intestatura 5 (Amministrazzjoni) tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din għandha tapplika mis-17 ta’ April 2020.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ April 2020.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

G. GRLIĆ RADMAN


(1)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(3)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Mejju 2019 dwar l-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għall-2020 f’konformità maċ-ċaqliq fl-ING (COM(2019)310).