ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 98

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
31 ta' Marzu 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/463 tal-24 ta’ Marzu 2020 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Kiwi de Corse (IĠP))

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/464 tas-26 ta’ Marzu 2020 li jistabbilixxi ċerti regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti meħtieġa għar-rikonoxximent retroattiv tal-perjodi għall-konverżjoni, il-produzzjoni ta’ prodotti organiċi u l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri ( 1 )

2

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/465 tat-30 ta’ Marzu 2020 dwar miżuri ta’ emerġenza b’appoġġ għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-frott u l-ħxejjex fir-reġjuni Taljani tal-Emilia-Romagna, tal-Veneto, tat-Trentino-Alto Adige, tal-Lombardia, tal-Piemonte u tal-Friuli-Venezia Giulia, fid-dawl tal-ħsara kkaġunata lill-produzzjoni tagħhom mill-ispallut kannella rħami tal-Lvant (Halyomorpha halys)

26

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/466 tat-30 ta’ Marzu 2020 dwar miżuri temporanji biex jiġu limitati r-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u għat-trattament xieraq tal-annimali matul ċertu tfixkil serju tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri minħabba l-marda tal-coronavirus (il-COVID-19) ( 1 )

30

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/467 tal-25 ta’ Marzu 2020 li tistabbilixxi l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2020 u l-31 ta’ Lulju 2021 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2019)2249 final (notifikata bid-dokument C(2020) 1795)

34

 

 

REGOLI TA' PROĊEDURA

 

*

Deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard tad-9 ta’ Settembru 2019 dwar regoli interni li jikkonċernaw restrizzjonijiet ta’ ċerti drittijiet tas-suġġetti tad-data fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali fil-qafas tal-funzjonament taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard

38

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2020 tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Renju tal-Marokk tas-16 ta’ Marzu 2020 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk bil-għan li jiġi evalwat l-impatt tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra [2020/468]

45

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

31.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/463

tal-24 ta’ Marzu 2020

li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Kiwi de Corse” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ta’ Franza biex l-isem “Kiwi de Corse” jiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-isem “Kiwi de Corse” jiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Kiwi de Corse” (IĠP) huwa rreġistrat.

L-isem imsemmi fl-ewwel subparagrafu jidentifika prodott tal-klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kummissjoni

f’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU C 403, 29.11.2019, p. 74.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


31.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/2


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/464

tas-26 ta’ Marzu 2020

li jistabbilixxi ċerti regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti meħtieġa għar-rikonoxximent retroattiv tal-perjodi għall-konverżjoni, il-produzzjoni ta’ prodotti organiċi u l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6), l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 17(3) u l-Artikolu 26(7)(d) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2018/848 jistabbilixxi regoli ġenerali tal-produzzjoni għall-prodotti organiċi, filwaqt li r-regoli dettaljati dwar il-produzzjoni huma stabbiliti fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti regoli addizzjonali.

(2)

Il-konverżjoni għall-metodu ta’ produzzjoni organika teħtieġ ċerti perjodi ta’ adattament tal-mezzi kollha li jkunu qegħdin jintużaw. Il-perjodu ta’ konverżjoni meħtieġ jibda, l-iktar kmieni, wara li bidwi jew operatur li jipproduċi alki jew annimali tal-akkwakultura jkun innotifika l-attività lill-awtoritajiet kompetenti. Bħala eċċezzjoni u taħt ċertu kundizzjonijiet, perjodu preċedenti jista’ jiġi rikonoxxut b’mod retroattiv bħala parti mill-perjodu ta’ konverżjoni. Jenħtieġ li jkunu speċifikati d-dokumenti li jridu jiġu sottomessi lill-awtoritajiet kompetenti għar-rikonoxximent retroattiv ta’ perjodu preċedenti.

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-osservanza ta’ livell għoli ta’ benessri tal-annimali li jirrispetta l-bżonnijiet speċifiċi għall-ispeċi fil-produzzjoni organika tal-bhejjem, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti d-densitajiet tal-ħżin, is-superfiċji minimi għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra u l-karatteristiċi tagħhom, kif ukoll ir-rekwiżiti tekniċi u l-karatteristiċi għall-bini u l-ispazji fil-miftuħ għall-annimali bovini, ovini, kaprini, ekwini, ċervini, il-ħnieżer, it-tjur u l-fniek. Barra minn dan, għal annimali li qed jitreddgħu, jenħtieġ li jiġu stipulati wkoll il-perjodi minimi li jrid ikun hemm konformità magħhom għat-tmigħ preferibbilment bil-ħalib tal-omm.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-osservanza ta’ livell għoli ta’ benessri tal-annimali li jirrispetta l-bżonnijiet speċifiċi għall-ispeċi fil-produzzjoni tal-akkwakultura organika, huwa meħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti regoli għal kull speċi jew għall kull grupp ta’ speċijiet fuq id-densitajiet tal-ħżin u l-karatteristiċi għas-sistemi tal-produzzjoni u għas-sistemi ta’ konteniment għall-annimali tal-akkwakultura.

(5)

Jenħtieġ li l-prodotti organiċi pproċessati jsiru bl-użu ta’ metodi ta’ pproċessar li jiggarantixxu li l-karatteristiċi u l-kwalitajiet organiċi tal-prodotti jinżammu fl-istadji kollha tal-produzzjoni organika. Meta jitqies l-għadd kbir ta’ tekniki użati fl-ipproċessar tal-prodotti tal-ikel fil-produzzjoni organika, mhux possibbli li tiġi stabbilita lista eżawrjenti tat-tekniki kollha awtorizzati. Għalhekk, bħala regola ġenerali, it-tekniki li jikkonformaw mal-prinċipji u r-regoli tal-produzzjoni rilevanti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/848 jenħtieġ li jitqiesu awtorizzati fl-ipproċessar tal-prodotti tal-ikel fil-produzzjoni organika.

(6)

Madankollu, għal ċerti tekniki użati fl-ipproċessar ta’ prodotti tal-ikel organiċi speċifiċi, l-opinjonijiet tal-Istati Membri jistgħu jvarjaw fir-rigward tal-konformità ta’ teknika mal-prinċipji u r-regoli tal-produzzjoni rilevanti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/848 għall-produzzjoni ta’ prodotti speċifiċi. Għal każijiet bħal dawn, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar kif tali teknika tista’ tiġi vvalutata u, jekk jiġi kkonfermat li hija konformi ma’ dawk il-prinċipji u r-regoli tal-produzzjoni, kif tista’ tiġi awtorizzata mill-Kummissjoni għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-ikel speċifiċi, fejn xieraq taħt ċerti kundizzjonijiet.

(7)

Jistgħu jkunu meħtieġa t-tekniki tal-iskambju tal-joni u tar-reżina tal-adsorbiment -għall-produzzjoni tal-formuli tat-trabi u formuli ta’ prosegwiment u ikel iipproċessat biċ-ċereali u ikel tat-trabi kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-kompożizzjoni stabbiliti f’dak ir-Regolament u f’atti adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 11(1) ta’ dak ir-Regolament għall-prodotti kkonċernati, jew fil-prodotti rregolati mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE (3). Huwa meħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu ta’ tekniki ta’ skambju u adsorbiment tal-joni għal dawn il-kategoriji ta’ prodotti.

(8)

B’mod simili bħal għat-tekniki awtorizzati għall-użu fl-ipproċessar ta’ prodotti tal-ikel, jenħtieġ li ma jintużawx tekniki li jirrikostitwixxu l-proprjetajiet li jintilfu fl-ipproċessar u fil-ħżin tal-għalf organiku, li jikkoreġu r-riżultati ta’ negliġenza fl-ipproċessar tal-għalf organiku, jew li b’xi mod jistgħu jqarrqu fir-rigward tan-natura vera ta’ prodotti maħsubin biex jiġu kkummerċjalizzati bħala għalf organiku.

(9)

Jekk jitqies l-għadd kbir ta’ tekniki użati fl-ipproċessar ta’ prodotti tal-għalf speċifiċi fil-produzzjoni organika, mhux possibbli li tiġi stabbilita lista eżawrjenti tat-tekniki kollha awtorizzati. Għalhekk, bħala regola ġenerali, it-tekniki li jikkonformaw mal-prinċipji u r-regoli tal-produzzjoni rilevanti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/848 jenħtieġ li jitqiesu bħala awtorizzati fl-ipproċessar tal-prodotti tal-għalf fil-produzzjoni organika.

(10)

Madankollu, għal ċerti tekniki użati fl-ipproċessar ta’ prodotti tal-għalf organiċi speċifiċi, l-opinjonijiet tal-Istati Membri jistgħu jvarjaw dwar il-konformità ta’ teknika mal-prinċipji u r-regoli tal-produzzjoni rilevanti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/848. Għal każijiet bħal dawn, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar kif tali teknika tista’ tiġi vvalutata u, jekk jiġi kkonfermat li hija konformi ma’ dawk il-prinċipji u r-regoli tal-produzzjoni, kif tista’ tiġi awtorizzata mill-Kummissjoni għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-għalf speċifiċi, fejn xieraq taħt ċertu kundizzjonijiet.

(11)

Jenħtieġ li fil-produzzjoni organika jintuża materjal riproduttiv tal-pjanti organiku, annimali organiċi u l-frieħ tal-akkwakultura organiċi. Sabiex l-operaturi organiċi jiġu megħjuna jsibu informazzjoni dwar id-disponibbiltà tagħhom, jenħtieġ li kull Stat Membru jkollu stabbiliti sistemi li jippermettu, lill-operaturi li jikkummerċjalizzaw materjal riproduttiv tal-pjanti organiku u li qed jiġi konvertit, annimali organiċi jew frieħ tal-akkwakultura organiċi, jagħmlu disponibbli pubblikament l-informazzjoni dwar il-provvisti tagħhom. B’mod partikolari, jenħtieġ li tkun disponibbli pubblikament informazzjoni dettaljata dwar tali speċijiet li jistgħu jipprovdu fi kwantitajiet suffiċjenti u f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Darba fis-sena, jenħtieġ li l-Istati Membru jipprovdu lill-Kummissjoni bis-sinteżi ta’ tali informazzjoni, kif ukoll informazzjoni dwar id-derogi mogħtija fil-każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà.

(12)

In-nibbieta huma esklużi mill-ġbir u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar materjal riproduttiv tal-pjanti organiku u li qed jiġi konvertit. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat approċċ armonizzat, jixraq li tiġi stabbilita definizzjoni ta’ nibbieta.

(13)

Sabiex jiġu indirizzati l-bżonnijiet nutrittivi għal komposti ta’ proteini speċifiċi ta’ tjur u ħnieżer żgħar li jiżnu sa 35 kg, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-użu ta’ għalf tal-proteini mhux organiku fid-dieti tat-tjur u l-ħnieżer taħt kundizzjonijiet stretti u sal-31 ta’ Diċembru 2025. Sabiex dawn ir-regoli rispettivi jitneħħew gradwalment, u għall-fini tal-Artikolu 53(6)(c) tar-Regolament (UE) 2018/848, jenħtieġ li l-Kummissjoni tissorvelja l-użu tagħhom filwaqt li tqis l-evoluzzjoni tad-disponibbiltà fis-suq ta’ għalf tal-proteini organiku. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tfassal kwestjonarju ffukat, u li l-Istati Membri jissottomettu lill-Kummissjoni kull sena l-kwestjonarju mimli bl-informazzjoni rilevanti fil-qosor li tinġabar dwar id-disponibbiltà tal-għalf tal-proteini organiku u l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-produtturi tat-tjur u tal-ħnieżer biex jużaw għalf tal-proteini mhux organiku.

(14)

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll sistema ta’ informazzjoni simili dwar id-disponibbiltà relatata mar-razez adattati għall-produzzjoni organika jew l-għattuq organiċi. Fid-dawl tat-tneħħija gradwali possibbli tad-derogi għall-użu ta’ annimali jew għattuq mhux organiċi, huwa importanti li tinġabar data dwar id-disponibbiltà ta’ razez imrobbija b’mod organiku magħżulin speċifikament b’rispett tal-prinċipji u l-objettivi organiċi. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti d-dettalji tad-data armonizzata li trid tiġi rrapportata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

(15)

Operaturi li jkunu qed jipproduċu bhejjem skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (5) se jkollhom jadattaw is-sistemi tal-produzzjoni tagħhom biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi speċifiċi ġodda stabbiliti f’dan ir-Regolament li jaffettwaw id-densità tal-ħżin, il-karatteristiċi strutturali tal-postijiet fejn jinżammu l-annimali u t-tagħmir relatat, l-ispazji disponibbli u l-ġestjoni tal-art, u s-sistema tal-produzzjoni tal-azjenda inġenerali. Dawn l-adattamenti se jeħtieġu perjodi ta’ żmien varjabbli skont safejn jaslu l-interventi meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti f’dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu l-produzzjonijiet li jkunu għaddejjin.

(16)

B’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw id-densità tal-ħżin, is-superfiċji minimi fuq ġewwa u fuq barra għall-għattuq u s-sriedaq, l-estensjoni massima tal-ispazji fil-miftuħ għall-gallinari, l-għadd massimu ta’ livelli u t-tagħmir għal sistema effiċjenti għat-tneħħija tad-demel f’gallinari b’livelli multipli, jistgħu jimplikaw xogħlijiet tanġibbli u investimenti bħall-bini mill-ġdid tal-postijiet fejn joqogħdu l-annimali u akkwisti tal-art, jew l-arranġament mill-ġdid u totali tal-postijiet fejn joqogħdu l-annimali għal ċerti azjendi jew unitajiet tal-produzzjoni li s’issa kienu qed jipproduċu b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008. Għaldaqstant, jenħtieġ li jingħata perjodu tranżizzjonali ta’ mhux iktar minn 8 snin mill-1 ta’ Jannar 2021 lil dawk l-azjendi jew unitajiet tal-produzzjoni, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-adattamenti meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda.

(17)

Ir-rekwiżit relatat mal-ħnieżer li jistipula li perċentwal minimu tas-superfiċju tal-ispazju fuq barra jrid jikkonsisti minn kostruzzjoni solida jista’ jimplika bini mill-ġdid tal-faċilitajiet esterni u bidliet fis-sistema ta’ ġbir tad-demel f’azjendi jew unitajiet tal-produzzjoni li s’issa kienu qed jipproduċu b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008. Għaldaqstant, jenħtieġ li jingħata perjodu tranżizzjonali ta’ mhux iktar minn 8 snin mill-1 ta’ Jannar 2021 lil dawk l-azjendi jew unitajiet tal-produzzjoni sabiex ikunu jistgħu jwettqu r-rinnovazzjoni maġġuri meħtieġa tal-postijiet esterni fejn joqogħdu l-annimali, jew is-sostituzzjoni tat-tagħmir, biex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda.

(18)

Barra minn dan, it-tul tat-toqob li minnhom jistgħu jgħaddu l-annimali bejn il-verandi u l-parti fuq ġewwa tal-gallinar, ir-rekwiżit dwar il-partizzjonijiet solidi għat-tjur tas-simna minbarra l-Gallus gallus, u r-rekwiżiti speċifiċi dwar il-perċi li l-livelli elevati fejn jistgħu joqogħdu bilqiegħda, jistgħu jimplikaw adattamenti tanġibbli bħar-rinnovazzjoni ta’ parti tal-post fejn joqogħdu l-annimali u l-akkwist ta’ tagħmir ġdid għall-azjendi li s’issa kienu qed jipproduċu b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008. Għaldaqstant, jenħtieġ li jingħata perjodu tranżizzjonali ta’ mhux iktar minn 3 snin mill-1 ta’ Jannar 2021 lil dawk l-azjendi jew unitajiet tal-produzzjoni, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-adattamenti meħtieġa tal-postijiet fejn joqogħdu l-annimali jew is-sostituzzjoni tat-tagħmir biex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda.

(19)

Fl-aħħar nett, il-metodu tal-kalkolu tas-superfiċje minima tal-ispazju fuq ġewwa fil-gallinari b’parti fuq barra tal-bini, jista’ jimplika adattament bħat-tnaqqis maġġuri tad-densità tal-ħżin tat-tjur, jew ir-rinnovament tal-bini għall-azjendi li s’issa ilhom jipproduċu b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008. Għaldaqstant, jenħtieġ li jingħata perjodu tranżitorju ta’ mhux iktar minn 3 snin mill-1 ta’ Jannar 2021 lil dawk l-azjendi jew unitajiet tal-produzzjoni, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-adattamenti meħtieġa tal-postijiet fejn joqogħdu l-annimali jew is-sostituzzjoni tat-tagħmir biex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda.

(20)

Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848.

(21)

Il-miżuri li hemm provvediment għalihom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Produzzjoni Organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

KONVERŻJONI

Artikolu 1

Dokumenti li jridu jiġu pprovduti għar-rikonoxximent retroattiv ta’ perjodu preċedenti

1.   Għall-fini tal-punt (a) tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2018/848, l-operatur għandu jissottometti lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru li fih titwettaq l-attività u li fih l-azjenda tal-operatur hija soġġetta għas-sistema ta’ kontroll, id-dokumenti uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti li juru li l-irqajja’ tal-art li għalihom huwa mitlub ir-rikonoxximent retroattiv ta’ perjodu preċedenti kienu soġġetti għal miżuri li kienu ddefiniti fi programm implimentat skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u li l-ebda prodott jew sustanza ħlief dawk awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika ma ntużaw fuq dawk l-irqajja’ tal-art.

2.   Għall-fini tal-punt (b) tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2018/848, l-operatur għandu jissottometti lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru li fih titwettaq l-attività u li fih l-azjenda tal-operatur hija soġġetta għas-sistema ta’ kontroll, id-dokumenti li ġejjin li juru li l-irqajja’ tal-art kienu żoni naturali jew agrikoli li, għal perjodu ta’ mill-inqas tliet snin, ma kinux ittrattati bi prodotti jew sustanzi li mhumiex awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika skont ir-Regolament (UE) 2018/848:

(a)

mapep li jidentifikaw b’mod ċar kull roqgħa art koperta mit-talba għal rikonoxximent retroattiv, u informazzjoni dwar is-superfiċje totali ta’ dawk l-irqajja’ tal-art, u jekk rilevanti, dwar in-natura u l-volum tal-produzzjoni li għaddejja u, fejn disponibbli, il-koordinati tal-ġeolokalizzazzjoni tagħhom;

(b)

l-analiżi tar-riskju dettaljata mwettqa mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll biex jivvaluta jekk kwalunkwe roqgħa art koperta mit-talba għal rikonoxximent retroattiv kinitx ittrattata bi prodotti jew sustanzi li mhumiex awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika għal perjodu ta’ mill-inqas tliet snin, b’mod partikolari fid-dawl tad-daqs tas-superfiċje totali li għalih tirreferi t-talba u l-prattiki agronomiċi mwettqa matul dak il-perjodu fuq kull roqgħa art soġġetta għat-talba;

(c)

ir-riżultati tal-analiżi tal-laboratorju mil-laboratorji akkreditati fuq il-kampjuni tal-ħamrija u/jew tal-pjanti meħuda mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll minn kull roqgħa art identifikata li tippreżenta r-riskju li tkun ikkontaminata b’riżultat ta’ trattament bi prodotti u sustanzi li mhumiex awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika wara l-analiżi tar-riskju dettaljata msemmija fil-punt (b);

(d)

rapport ta’ spezzjoni mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll wara spezzjoni fiżika tal-operatur għall-verifika tal-konsistenza tal-informazzjoni miġbura fuq l-irqajja’ tal-art koperti mit-talba għal rikonoxximent retroattiv;

(e)

kull dokument rilevanti ieħor meqjus neċessarju mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll biex jivvalutaw it-talba għal rikonoxximent reċiproku;

(f)

dikjarazzjoni finali bil-miktub tal-awtorità tal-kontroll jew tal-korp ta’ kontroll li tindika jekk ir-rikonoxximent reċiproku ta’ perjodu preċedenti bħala parti mill-perjodu ta’ konverżjoni huwiex ġustifikat, u li tindika l-perjodu tal-bidu meqjus bħala organiku għal kull roqgħa art ikkonċernata kif ukoll is-superfiċje totali tal-irqajja’ tal-art li qed jibbenefikaw minn rikonoxximent retroattiv ta’ perjodu.

KAPITOLU II

BHEJJEM

TAQSIMA 1

ANNIMALI BOVINI, ANNIMALI OVINI, ANNIMALI KAPRINI U ANNIMALI EKWINI

Artikolu 2

Perjodu minimu għat-tmigħ bil-ħalib tal-omm

Il-perjodu minimu msemmi fil-punt 1.4.1(g) tal-Parti II tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/848 għat-tmigħ ta’ annimali li qed jitreddgħu preferibbilment bil-ħalib tal-omm għandu jkun:

(a)

90 jum wara t-twelid għal annimali bovini u annimali ekwini;

(b)

45 jum wara t-twelid għal annimali ovini u annimali kaprini.

Artikolu 3

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra

Għal annimali bovini, annimali ovini, annimali kaprini u annimali ekwini, id-densità tal-ħżin u s-superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti I tal-Anness I.

Artikolu 4

Karatteristiċi u rekwiżiti tekniċi tas-superfiċje minima għall-ispazju fuq ġewwa

Mill-inqas nofs is-superfiċje minima tal-ispazju fuq ġewwa kif stabbilit fil-Parti I tal-Anness I għal annimali bovini, annimali ovini, annimali kaprini u annimali ekwini għandu jikkonsisti minn kostruzzjoni solida, jiġifieri, mhux minn kostruzzjoni f’għamla ta’ gradilja jew grilja.

TAQSIMA 2

ANNIMALI ĊERVINI

Artikolu 5

Perjodu minimu għat-tmigħ bil-ħalib tal-omm

Il-perjodu minimu msemmi fil-punt 1.4.1(g) tal-Parti II tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/848 għat-tmigħ ta’ annimali ċervini li qed jitreddgħu preferibbilment bil-ħalib tal-omm għandu jkun ta’ 90 jum wara t-twelid.

Artikolu 6

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq barra

Għal annimali ċervini, id-densità tal-ħżin u s-superfiċje minima għall-ispazji fuq barra għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti II tal-Anness I.

Artikolu 7

Karatteristiċi u rekwiżiti tekniċi tal-ispazji magħluqa jew l-imqajjel fuq barra

1.   L-annimali ċervini għandhom jinżammu fi spazji magħluqa jew imqajjel fuq barra li jipprovdu mergħa kull meta l-kundizzjonijiet jippermettu.

2.   L-ispazji magħluqa jew l-imqajjel fuq barra għandhom ikunu mibnija b’mod li l-ispeċijiet differenti ta’ annimali ċervini jkunu jistgħu jiġu separati jekk dan ikun meħtieġ.

3.   Kull spazju magħluq jew maqjel fuq barra għandu jkun jew diviżibbli f’żewġ żoni jew adjaċenti għal spazju magħluq jew maqjel fuq barra ieħor, sabiex il-miżuri ta’ manutenzjoni jkunu jistgħu jitwettqu fuq kull żona jew kull spazju magħluq jew maqjel fuq barra suċċessivament.

Artikolu 8

Rekwiżiti għall-veġetazzjoni u karatteristiċi tal-faċilitajiet protetti u l-ispazji fil-miftuħ

1.   Faċilitajiet ta’ protezzjoni viżiva u mit-temp għandhom jiġu pprovduti lill-annimali ċervini preferibbilment permezz ta’ postijiet tal-kenn naturali, bħall-inklużjoni ta’ gruppi ta’ siġar u arbuxxelli, partijiet ta’ foresti jew il-borduri ta’ boskijiet fl-ispazju magħluq jew il-maqjel fuq barra; jekk dan ma jkunx fattibbli sa livell suffiċjenti s-sena kollha, għandhom jiġu pprovduti postijiet tal-kenn artifiċjali bis-saqaf.

2.   L-ispazji magħluqa jew l-imqajjel fuq barra għall-annimali ċervini għandhom ikunu mgħammra b’faċilitajiet jew koperti b’veġetazzjoni li jippermettu lill-annimali jogħrku l-bellus mill-qarn imsaġġar tagħhom.

3.   Fl-aħħar stadju tat-tqala u ġimagħtejn wara t-twelid, l-annimali ċervini nisa għandu jkollhom aċċess għal żoni koperti minn veġetazzjoni li jippermettu li dawn jaħbu l-għoġġiela tagħhom.

4.   Iċ-ċnut madwar l-ispazji magħluqa jew l-imqajjel fuq barra għandhom ikunu mibnija b’mod li l-annimali ċervini ma jistgħux jaħarbu.

TAQSIMA 3

ĦNIEŻER

Artikolu 9

Perjodu minimu għat-tmigħ bil-ħalib tal-omm

Il-perjodu minimu msemmi fil-punt 1.4.1(g) tal-Parti II tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/848 għat-tmigħ ta’ ħnieżer li qed jitreddgħu preferibbilment bil-ħalib tal-omm għandu jkun ta’ 40 jum wara t-twelid.

Artikolu 10

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra

Għall-ħnieżer, id-densità tal-ħżin u s-superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti III tal-Anness I.

Artikolu 11

Karatteristiċi u rekwiżiti tekniċi tas-superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra

Mill-inqas nofs is-superfiċje minima kemm tal-ispazju fuq ġewwa kif ukoll ta’ dak fuq barra kif stabbilit fil-Parti III tal-Annes I għandu jikkonsisti minn kostruzzjoni solida, jiġifieri mhux kostruzzjoni f’għamla ta’ gradilja jew grilja.

Artikolu 12

Rekwiżiti għall-veġetazzjoni u karatteristiċi tal-ispazji fil-miftuħ

1.   L-ispazji fil-miftuħ għandhom ikunu attraenti għall-ħnieżer. Fejn possibbli, għandha tingħata preferenza lil għelieqi bis-siġar jew foresti.

2.   L-ispazji fil-miftuħ għandhom jipprovdu l-klima ta’ barra kif ukoll aċċess għal postijiet tal-kenn u mezzi li jippermettu r-regolazzjoni tat-temperatura tal-ġisem tal-ħnieżer.

TAQSIMA 4

TJUR

Artikolu 13

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ din it-Taqsima, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“tjur tas-simna” tfisser tjur maħsuba għall-produzzjoni tal-laħam;

(b)

“qatgħa” fil-kuntest ta’ kompartimenti fil-gallinari tfisser grupp ta’ għasafar li jinżammu flimkien li ma jkunux imħalltin ma’ speċijiet ta’ tjur oħra, u bl-ispazji fuq ġewwa u fuq barra ddedikati għalihom;

(c)

“serduq” tfisser tiġieġa raġel ta’ razez ta’ tiġieġ tal-bajd maħsub għall-produzzjoni tal-laħam;

(d)

“tiġieġa tas-simna” tfisser Gallus gallus mara maħsuba għall-produzzjoni tal-laħam u li tinqatel meta jkollha mill-inqas 120 jum.

Artikolu 14

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra

Għat-tjur, id-densità tal-ħżin u s-superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti IV tal-Anness I.

Artikolu 15

Karatteristiċi u rekwiżiti tekniċi tal-gallinari

1.   Il-gallinari għandhom ikunu mibnija b’tali mod li l-għasafar kollha jkollhom aċċess faċli għall-ispazji fil-miftuħ. F’dan il-każ, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

il-fruntiera esterna tal-gallinar għandu jkollha toqob għall-ħruġ/dħul li jagħtu aċċess dirett għall-ispazji fil-miftuħ;

(b)

kull toqba tal-ħruġ/dħul għandha tkun ta’ daqs xieraq għall-għasafar;

(c)

l-għasafar għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw it-toqob mingħajr ebda ostaklu;

(d)

it-toqob mill-fruntiera esterna tal-gallinar għandu jkollhom tul ikkombinat ta’ mill-inqas 4 m għal kull 100 m2 tal-ispazju utli tas-superfiċje minima tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar;

(e)

fejn it-toqob ikunu elevati, għandha tiġi pprovduta rampa.

2.   Għal gallinari bil-verandi, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

il-fruntiera esterna kemm mill-gallinar ta’ ġewwa għall-veranda u mill-veranda għall-ispazju fil-miftuħ għandu jkollha toqob għall-ħruġ/dħul li jippermettu aċċess faċli rispettivament għall-veranda u għall-ispazju fil-miftuħ;

(b)

it-toqob mill-gallinar ta’ ġewwa għall-veranda għandu jkollhom tul ikkombinat ta’ mill-inqas 2 m kull 100 m2 tal-ispazju utli tas-superfiċje minima tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar, u t-toqob mill-veranda għall-ispazju fil-beraħ għandu jkollhom tul ikkombinat ta’ mill-inqas 4 m kull 100 m2 tal-ispazju utli tas-superfiċje minima ta’ ġewwa tal-gallinar;

(c)

l-ispazju utli tal-veranda ma għandux jitqies għall-kalkolu tad-densità tal-ħżin u s-superfiċje minima tal-ispazji fuq ġewwa u fuq barra kif stabbilit fil-Parti IV tal-Anness I. Madankollu, parti addizzjonali, fuq barra u bis-saqaf, ta’ binja intiża għat-tjur, iżolata b’mod li ma jkollhiex klima ta’ barra, tista’ titqies għall-kalkolu tad-densità tal-ħżin u s-superfiċje minima taż-żoni fuq ġewwa kif stabbilit fil-Parti IV tal-Anness I, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

tkun aċċessibbli 24 siegħa kuljum;

(ii)

tikkonforma mar-rekwiżiti tal-punti 1.6.1 u 1.6.3 tal-Parti II tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848;

(iii)

tikkonforma mal-istess rekwiżiti għat-toqob kif stabbilit għall-verandi fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu;

(d)

l-ispazju utli tal-veranda ma għandux jiġi inkluż fl-ispazju utli totali tal-gallinari għat-tjur tas-simna kif imsemmi fil-punt 1.9.4.4(m) tal-Parti II tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848.

3.   Għall-gallinari suddiviżi f’kompartimenti separati sabiex jakkomodaw diversi qatgħat:

(a)

il-kompartimenti għandhom jiżguraw li l-kuntatt ma’ qatgħat oħra jkun ristrett, u li l-għasafar minn qatgħat differenti ma jkunux jistgħu jitħalltu fil-gallinar;

(b)

għandhom japplikaw id-daqsijiet tal-qatgħat massimi li ġejjin f’kompartiment uniku ta’ gallinar:

(i)

3 000 ġenitur Gallus gallus;

(ii)

10 000 għattuqa;

(iii)

4 800 tajr tas-simna Gallus gallus;

(iv)

2 500 ħasi;

(v)

4 000 tiġieġa tas-simna;

(vi)

2 500 dundjan;

(vii)

2 500 wiżża;

(viii)

3 200 papra ta’ Peking raġel jew 4 000 papra ta’ Peking mara;

(ix)

3 200 papra Muscovy raġel jew 4 000 papra Muscovy mara;

(x)

3 200 papra Mulard raġel jew 4 000 papra Mulard mara;

(xi)

5 200 farawna;

(c)

il-kompartimenti għandhom ikunu separati b’partizzjonijiet solidi għat-tjur tas-simna minbarra l-Gallus Gallus; partizzjoni solida bħal din għandha tiżgura separazzjoni fiżika sħiħa mill-art sas-saqaf tal-bini ta’ kull kompartiment tal-gallinar;

(d)

il-kompartimenti għandhom ikunu separati b’partizzjonijiet solidi jew partizzjonijiet nofshom magħluqa jew xbieki jew xbieki mmaljati għal ġenituri tal-Gallus gallus, tiġieġ tal-bajd, għattuq, sriedaq u tjur tas-simna Gallus gallus.

4.   Fil-gallinari jistgħu jintużaw sistemi b’ħafna livelli. Fejn jintużaw sistemi b’ħafna livelli, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

is-sistemi b’ħafna livelli jistgħu jintużaw biss għal ġenituri tal-Gallus gallus, tiġieġ tal-bajd, għattuq għal ġenituri futuri u sriedaq;

(b)

sistemi b’ħafna livelli m’għandux ikollhom iktar minn tliet livelli ta’ spazju utli inkluż is-sular t’isfel;

(c)

il-livelli elevati għandhom jiġu mibnija b’mod li jevitaw li jaqa’ l-ħmieġ fuq l-għasafar li jinsabu isfel, u għandhom ikunu mgħammra b’sistema effiċjenti għat-tneħħija tad-demel;

(d)

il-livelli kollha għandhom jippermettu spezzjoni faċli tal-għasafar;

(e)

is-sistemi b’ħafna livelli għandhom jiżguraw li l-għasafar kollha jistgħu jiċċaqilqu b’mod ħieles u faċilment għal-livelli differenti jew l-ispazji intermedji;

(f)

is-sistemi b’ħafna livelli għandhom jiġu mibnija b’mod li jipprovdu aċċess ugwali u faċli għall-ispazji fil-beraħ għall-għasafar kollha.

5.   Il-gallinari għandhom ikunu mgħammra b’perċi jew livelli elevanti fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn. Il-perċi jew il-livelli elevanti fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn għandhom jiġu pprovduti lill-għasafar minn età żgħira f’dimensjonijiet jew proporzjonijiet li huma proporzjonali għad-daqs tal-grupp u tal-għasafar kif stabbilit fil-Parti IV tal-Anness I.

6.   Gallinari mobbli jistgħu jintużaw għat-tjur sakemm dawn jiġu mċaqalqa b’mod regolari matul iċ-ċiklu tal-produzzjoni, sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ veġetazzjoni għall-għasafar u mill-inqas bejn kull lott ta’ tjur. Id-densità tal-ħżin għat-tjur tas-simna stabbilita fit-Taqsimiet 4 sa 9 tal-Parti IV tal-Anness I tista’ tiġi miżjuda għal mhux iktar minn 30 kg ta’ piż ħaj/m2 sakemm is-superfiċje tas-sular t’isfel tal-gallinar mobbli ma taqbiżx il-150 m2.

Artikolu 16

Rekwiżiti għall-veġetazzjoni u karatteristiċi tal-ispazji fil-miftuħ

1.   L-ispazji fil-miftuħ għat-tjur għandhom ikunu attraenti għall-għasafar, u għandhom ikunu aċċessibbli kompletament għall-għasafar kollha.

2.   Għall-gallinari suddiviżi f’kompartimenti separati sabiex jakkomodaw diversi qatgħat, l-ispazji fil-miftuħ li jikkorrispondu għal kull kompartiment għandhom ikunu separati, sabiex jiżguraw li l-kuntatt ma’ qatgħat oħra jkun ristrett u li l-għasafar minn qatgħat differenti ma jitħalltux.

3.   L-ispazji fil-miftuħ għat-tjur għandhom ikunu koperti l-aktar b’veġetazzjoni magħmula minn firxa vasta ta’ pjanti.

4.   L-ispazji fil-miftuħ għandhom jipprovdu lill-għasafar b’għadd suffiċjenti ta’ faċilitajiet protettivi jew postijiet tal-kenn jew arbuxxelli jew siġar distribwiti tul l-ispazji fil-miftuħ kollha, sabiex jiġi żgurat li l-għasafar ikunu qed jużaw l-ispazju fil-miftuħ kollu b’mod bilanċjat.

5.   Il-veġetazzjoni fl-ispazju fil-miftuħ għandha ssir manutenzjoni regolari tagħha biex jitnaqqas il-potenzjal li jinġemgħu eċċessi ta’ nutrijenti.

6.   L-ispazji fil-miftuħ m’għandhomx jestendu iktar minn radju ta’ 150 m mill-eqreb toqba tal-ħruġ/dħul tal-gallinar. Madankollu, hija permessa estensjoni ta’ mhux iktar minn 350 m mill-eqreb toqba tal-bini, sakemm ikun hemm għadd suffiċjenti ta’ postijiet għall-kenn mill-maltemp u mill-predaturi, imqassma b’mod indaqs tul l-ispazju fil-miftuħ kollu b’mhux inqas minn erba’ postijiet tal-kenn għal kull ettaru. Għall-wiżż, l-ispazju fil-miftuħ għandu jippermetti lill-għasafar jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom biex jieklu l-ħaxix.

TAQSIMA 5

FNIEK

Artikolu 17

Perjodu minimu għat-tmigħ bil-ħalib tal-omm

Il-perjodu minimu msemmi fil-punt 1.4.1(g) tal-Parti II tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/848 għat-tmigħ ta’ fniek li qed jitreddgħu preferibbilment bil-ħalib tal-omm għandu jkun ta’ 42 jum wara t-twelid.

Artikolu 18

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra

Għall-fniek, id-densità tal-ħżin u s-superfiċje aminim għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti V tal-Anness I.

Artikolu 19

Karatteristiċi u rekwiżiti tekniċi tal-akkomodazzjoni mobbli jew fissa

1.   Matul l-istaġun tar-ragħa, il-fniek għandhom jinżammu f’akkomodazzjoni mobbli fuq mergħat jew f’akkomodazzjoni fissa b’aċċess biex jirgħu.

2.   Barra mill-istaġun tar-ragħa, il-fniek għandhom jinżammu f’akkomodazzjoni fissa b’aċċess għal post fuq barra bil-veġetazzjoni fejn jistgħu jiġru, preferibbilment mergħa.

3.   L-akkomodazzjoni mobbli fuq il-mergħat għandha tiġi mċaqalqa b’mod frekwenti sabiex jiġi żgurat l-użu massimu tal-mergħa, u għandha tiġi mibnija b’mod li jkun possibbli għall-fniek jirgħu il-mergħa fuq l-art.

Artikolu 20

Karatteristiċi u rekwiżiti tekniċi tal-ispazji fuq ġewwa u fuq barra

1.   L-ispazju fuq ġewwa f’akkomodazzjoni fissa u mobbli għandu jiġi mibni b’mod li:

(a)

l-għoli tiegħu jkun biżżejjed biex jippermetti lill-fniek kollha joqogħdu bilwieqfa bil-widnejn weqfin;

(b)

ikun jista’ jakkomoda gruppi differenti ta’ fniek, u jippermetti l-preservazzjoni tal-integrità tal-popolazzjonijiet meta jiġu trasferiti għall-fażi tat-tismin;

(c)

ikun possibbli li l-fniek u l-fenkiet tqal u riproduttivi jiġu separati mill-grupp għal raġunijiet speċifiċi ta’ benessri tal-annimali, u għal perjodu limitat sakemm dawn ikunu jistgħu jżommu kuntatt b’għajnejhom ma’ fniek oħrajn;

(d)

ikun possibbli għall-fenka tiċċaqlaq ’il bogħod mill-bejta u terġa” lura fil-bejta biex tredda’ l-frieħ;

(e)

jipprovdi:

(i)

għadd suffiċjenti ta’ postijiet għall-kenn koperti li jinkludu postijiet mudlama fejn jinħbew għall-kategoriji kollha ta’ fniek;

(ii)

aċċess għall-bejtiet għall-fenkiet kollha mill-inqas ġimgħa qabel id-data mistennija tat-twelid u mill-inqas sa tmiem il-perjodu tat-treddigħ tal-frieħ;

(iii)

aċċess suffiċjenti għall-bejtiet għall-frieħ b’mill-inqas bejta waħda għal kull fenka li qed tredda’ bil-frieħ;

(iv)

materjali li jippermettu lill-fniek igerrmu.

2.   L-ispazju fuq barra f’faċilitajiet b’akkomodazzjoni fissa għandu jiġi mibni b’mod li:

(a)

ikollu għadd suffiċjenti ta’ pjattaformi elevanti li jkunu distribwiti b’mod ugwali fuq is-superfiċje minima tiegħu;

(b)

ikun imdawwar minn ċnut li huma għoljin u fondi biżżejjed biex jipprevjenu l-ħrib permezz ta’ qbiż jew tħaffir;

(c)

jekk dan ikollu spazju fuq barra tal-konkrit, irid ikun hemm aċċess faċli għall-parti tal-ispazju fuq barra bil-veġetazzjoni fejn jistgħu jiġru. Mingħajr aċċess faċli bħal dan, is-superfiċje taż-żona tal-konkrit ma tistax tiġi inkluża fil-kalkolu tas-superfiċje minima tal-ispazju fuq barra;

(d)

jipprovdi:

(i)

għadd suffiċjenti ta’ postijiet għall-kenn koperti, li jinkludu postijiet mudlama fejn jinħbew, għall-kategoriji kollha ta’ fniek;

(ii)

materjali li jippermettu lill-fniek igerrmu.

Artikolu 21

Rekwiżiti għall-veġetazzjoni u karatteristiċi tal-ispazji fil-miftuħ

1.   Il-veġetazzjoni tal-ispazju fuq barra għall-ġiri għandha ssir manutenzjoni regolari tagħha u b’mod li tkun attraenti għall-fniek.

2.   Matul l-istaġun tar-ragħa, għandha ssir newba regolari tal-mergħat, u għandhom jiġu ġġestiti b’mod li r-ragħa tal-fniek jiġi ottimizzat.

KAPITOLU III

ANNIMALI TAL-AKKWAKULTURA

Artikolu 22

Regoli dettaljati għall-annimali tal-akkwakultura għal kull speċi jew grupp ta’ speċijiet

L-operaturi li jipproduċu annimali tal-akkwakultura għandhom jikkonformaw mar-regoli dettaljati għal kull speċi jew għal kull grupp ta’ speċijiet stabbiliti fl-Anness II fir-rigward tad-densità tal-ħżin u l-karatteristiċi speċifiċi tas-sistemi ta’ produzzjoni u s-sistemi ta’ konteniment.

KAPITOLU IV

IKEL U GĦALF IPPROĊESSAT

Artikolu 23

Tekniki awtorizzati fl-ipproċessar tal-prodotti tal-ikel

1.   Huma awtorizzati fl-ipproċessar tal-prodotti tal-ikel fil-produzzjoni organika biss it-tekniki li jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2018/848, b’mod partikolari il-prinċipji speċifiċi rilevanti għall-ipproċessar tal-ikel organiku stabbiliti fl-Artikolu 7, mar-regoli rilevanti tal-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament u mar-regoli tal-produzzjoni dettaljati stabbiliti għalihom fil-Parti IV tal-Anness II.

2.   Mingħajr ħsara għall-punt 3 tal-Parti VI tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848, it-tekniki tal-iskambju tal-joni u tar-reżina tal-adsorbiment huma awtorizzati meta jintużaw għat-tħejjija ta’ materja prima organika:

(a)

għall-prodotti imsemmija fil-punti (a) u (b), rispettivament, tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sakemm l-użu ta’ dawk it-tekniki jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament u l-atti adottati abbażi tal-Artikolu 11(1) ta’ dak ir-Regolament għall-prodotti kkonċernati; jew

(b)

għall-prodotti rregolati mid-Direttiva 2006/125/KE, sakemm l-użu ta’ dawk it-tekniki jkun meħtieġ biex jiġu sodisfati r-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva.

3.   Meta Stat Membru jqis li teknika speċifika għandha tiġi vvalutata fir-rigward tal-konformità tagħha mal-prinċipji u r-regoli msemmija fil-paragrafu 1, jew li ċerti kundizzjonijiet speċifiċi għall-użu ta’ dik it-teknika jenħtieġ li jkunu inklużi f’dan ir-Regolament, l-Istat Membru jista’ jitlob lill-Kummissjoni twettaq tali valutazzjoni. Għal dan il-għan, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dossier li jagħti r-raġunijiet għal tali konformità jew dawk il-kundizzjonijiet speċifiċi, u għandu jiżgura li d-dossier isir disponibbli pubblikament, soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika regolarment kull talba msemmija fl-ewwel subparagrafu.

4.   Il-Kummissjoni għandha tanalizza d-dossier imsemmi fil-paragrafu 3. Jekk l-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni tikkonkludi li t-teknika deskritta fid-dossier tikkonforma mal-prinċipji u r-regoli msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha temenda dan ir-Regolament għall-awtorizzazzjoni espliċita tat-teknika msemmija fid-dossier, jew biex tinkludi l-kundizzjonijiet għall-użu speċifiċi tagħha f’dan ir-Regolament.

5.   Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-awtorizzazzjoni tat-tekniki għall-ipproċessar ta’ ikel organiku, inkluż id-deskrizzjoni u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom kull meta ssir disponibbli jew tiġi pprovduta evidenza ġdida minn Stat Membru.

Artikolu 24

Tekniki awtorizzati għall-użu fl-ipproċessar tal-prodotti tal-għalf

1.   Huma awtorizzati fl-ipproċessar tal-prodotti tal-għalf fil-produzzjoni organika biss it-tekniki li jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2018/848, b’mod partikolari l-prinċipji speċifiċi rilevanti applikabbli għall-ipproċessar tal-għalf organiku stabbiliti fl-Artikolu 8; mar-regoli rilevanti tal-Kapitolu III għal dak ir-Regolament; u mar-regoli dettaljati tal-produzzjoni stabbiliti għalihom fil-Parti V tal-Anness II u li ma jirrikostitwixxux proprjetajiet li jintilfu fl-ipproċessar u l-ħżin tal-għalf organiku, li ma jikkoreġux ir-riżultati ta’ negliġenza fl-ipproċessar jew li ma jqarrqux dwar in-natura vera ta’ dawn il-prodotti.

2.   Meta Stat Membru jqis li teknika speċifika għandha tiġi vvalutata fir-rigward tal-konformità tagħha mal-prinċipji u r-regoli msemmija fil-paragrafu 1, jew li ċerti kundizzjonijiet speċifiċi għall-użu ta’ dik it-teknika jenħtieġ li jkunu inklużi f’dan ir-Regolament, l-Istat Membru jista’ jitlob lill-Kummissjoni twettaq tali valutazzjoni. Għal dan il-għan, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dossier li jagħti r-raġunijiet għal tali konformità jew dawk il-kundizzjonijiet speċifiċi, u għandu jiżgura li d-dossier isir disponibbli pubblikament, soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika regolarment kull talba msemmija fl-ewwel subparagrafu.

3.   Il-Kummissjoni għandha tanalizza d-dossier imsemmi fil-paragrafu 2. Jekk l-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni tikkonkludi li t-teknika deskritta fid-dossier tikkonforma mal-prinċipji u r-regoli msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha temenda dan ir-Regolament għall-awtorizzazzjoni espliċita tat-teknika msemmija fid-dossier, jew biex tinkludi l-kundizzjonijiet għall-użu speċifiċi tagħha f’dan ir-Regolament.

4.   Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-awtorizzazzjoni tat-tekniki għall-ipproċessar tal-għalf organiku, inkluż id-deskrizzjoni u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom kull meta ssir disponibbli jew tiġi pprovduta evidenza ġdida minn Stat Membru.

KAPITOLU V

INFORMAZZJONI LI TIKKONĊERNA D-DISPONIBBILTÀ FIS-SUQ TA’ MATERJAL RIPRODUTTIV TAL-PJANTI ORGANIKU U LI QED JIĠI KONVERTIT, ANNIMALI ORGANIĊI U FRIEĦ TAL-AKKWAKULTURA ORGANIĊI

Artikolu 25

Informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li trid issir disponibbli skont il-punt (a) tal-Artikolu 53(6) tar-Regolament (UE) 2018/848 mill-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 26(1) u s-sistemi msemmija fl-Artikolu 26(2) u, fejn applikabbli, fl-Artikolu 26(3) ta’ dak ir-Regolament skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-Parti I tal-Anness III għal dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li trid issir disponibbli skont il-punt (b) tal-Artikolu 53(6) tar-Regolament (UE) 2018/848 li tikkonċerna d-derogi mogħtija skont il-punt 1.8.5 tal-Parti I tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament u l-punti 1.3.4.3 u 1.3.4.4 tal-Parti II ta’ dak l-Anness skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-Parti II tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li trid issir disponibbli skont il-punt (c) tal-Artikolu 53(6) tar-Regolament (UE) 2018/848 li tikkonċerna d-disponibbiltà fis-suq tal-Unjoni ta’ għalf tal-proteini organiku għat-tjur u l-ħnieżer, kif ukoll dwar l-awtorizzazzjoni mogħtija skont il-punti 1.9.3.1(c) u 1.9.4.2(c) tal-Parti II tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament, fi tweġiba għal kwestjonarju sottomess kull sena mill-Kummissjoni lill-Istati Membri.

4.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandha tiġi pprovduta fil-format u permezz tas-sistema li tkun disponibbli mill-Kummissjoni. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta kull sena sat-30 ta’ Ġunju, u għall-ewwel darba sat-30 ta’ Ġunju 2022 rigward is-sena 2021.

5.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, riċevuta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 53(6) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandha tkun inkluża fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 26(1) u s-sistemi msemmija fl-Artikolu 26(2) u, fejn applikabbli, fl-Artikolu 26(3) ta’ dak ir-Regolament.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U TRANŻIZZJONALI

Artikolu 26

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   B’deroga mit-Taqsima 3 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, l-azjendi jew l-unitajiet tal-produzzjoni bil-ħnieżer f’faċilitajiet mibnija, irranġati mill-ġdid jew li jibdew jintużaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008 u li għalihom hija meħtieġa rikostruzzjoni maġġuri tal-faċilitajiet esterni sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżit li mill-inqas nofs is-superfiċje tal-ispazju fuq barra jikkonsisti minn kostruzzjoni solida kif stabbilit fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jikkonformaw ma’ dak l-Artikolu sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2029.

2.   B’deroga mit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, l-azjendi jew l-unitajiet tal-produzzjoni bil-gallinari mibnija, irranġati mill-ġdid jew li jibdew jintużaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008, u li għalihom hija meħtieġa rinnovazzjoni tal-postijiet fejn joqogħdu l-annimali sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżit dwar it-tul ikkombinat għat-toqob minn fejn jgħaddu t-tjur mill-gallinar ta’ ġewwa għall-veranda kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 15(2) ta’ dan ir-Regolament, għandhom jikkonformaw ma’ dak il-punt sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2024.

3.   B’deroga mit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, l-azjendi jew l-unitajiet tal-produzzjoni bil-gallinari b’parti fuq barra li ġew mibnija, irranġati mill-ġdid jew li jibdew jintużaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008, u li għalihom huwa meħtieġ tnaqqis maġġuri tad-densità tal-ħżin fuq ġewwa jew rinnovazzjoni tal-bini biex jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar il-kalkolu tad-densità tal-ħżin u s-superfiċji minimi fuq ġewwa kif stabbilit fil-Parti IV tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament filwaqt li jikkonformaw mal-punt (c) tal-Artikolu 15(2), għandhom jikkonformaw ma’ dawk id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2024.

4.   B’deroga mit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, l-azjendi jew l-unitajiet tal-produzzjoni b’gallinari mibnija, irranġati mill-ġdid jew li jibdew jintużaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008, u li għalihom hija meħtieġa rinnovazzjoni tal-postijiet fejn joqogħdu l-annimali jew sostituzzjoni tat-tagħmir sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti dwar il-partizzjoni solida stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 15(3) jew mar-rekwiżit dwar il-perċi jew il-livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda kif stabbilit fl-Artikolu 15(5) ta’ dan ir-Regolament, għandhom jikkonformaw ma’ dawk id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2024.

5.   B’deroga mit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, l-azjendi jew l-unitajiet tal-produzzjoni bil-gallinari b’ħafna livelli mibnija, irranġati mill-ġdid jew li jibdew jintużaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008, u li għalihom huwa meħtieġ arranġament mill-ġdid maġġuri tal-postijiet fejn joqogħdu l-annimali jew sostituzzjoni tat-tagħmir sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti dwar l-għadd massimu ta’ livelli u dwar is-sistema għat-tneħħija tad-demel kif stabbilit fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 15(4) ta’ dan ir-Regolament, għandhom jikkonformaw ma’ dawk il-punti sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2029.

6.   B’deroga mit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, l-azjendi jew l-unitajiet tal-produzzjoni bil-gallinari li għandhom spazji fil-miftuħ li jestendu iktar minn radju ta’ 150 m mill-eqreb toqba tal-ħruġ/dħul tal-gallinar mibnija, irranġati mill-ġdid jew li jibdew jintużaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008, u li għalihom huma meħtieġa adattamenti maġġuri tal-istruttura tal-faċilitajiet jew akkwist ta’ art addizzjonali sabiex jikkonformaw mar-rekwiżit dwar ir-radju massimu stabbilit fl-Artikolu 16(6) ta’ dan ir-Regolament, għandhom jikkonformaw ma’ dik id-dispożizzjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2029.

7.   B’deroga mit-Taqsima 2 tal-Parti IV tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għall-azjendi jew l-unitajiet tal-produzzjoni li jipproduċu għattuq f’faċilitajiet tat-tjur mibnija, irranġati mill-ġdid jew li jibdew jintużaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008, u li għalihom huma meħtieġa adattamenti maġġuri tal-istruttura tal-gallinari jew akkwist addizzjonali tal-art sabiex ikun hemm konformità mar-regoli tat-Taqsima 2 tal-Parti IV tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandhom jikkonformaw mad-densità tal-ħżin u s-superfiċje minima tal-ispazji fuq ġewwa u fuq barra għall-għattuq u s-sriedaq kif stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Parti IV tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2029.

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta’ Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).


ANNESS I

REGOLI DWAR ID-DENSITÀ TAL-ĦŻIN U S-SUPERFIĊJE MINIMA GĦALL-ISPAZJI FUQ ĠEWWA U FUQ BARRA GĦALL-BHEJJEM KIF IMSEMMI FIL-KAPITOLU II

Parti I: Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazji fuq ġewwa u fuq barra għall-annimali bovini, annimali ovini, annimali kaprini u annimali ekwini kif imsemmi fl-Artikolu 3

1.   Annimali bovini:

 

Spazju fuq ġewwa

(spazju utli disponibbli għall-annimali)

Spazju fuq barra

(spazju għall-eżerċizzju, eskluża l-mergħa)

 

Piż ħaj minimu (f’kg)

m2/ras

m2/ras

 

Sa 100

1,5

1,1

Sa 200

2,5

1,9

Sa 350

4,0

3

Aktar minn 350

5 b’minimu ta’ 1 m2/100 kg

3,7 b’minimu ta’ 0,75 m2/100 kg

Baqar tal-ħalib

 

6

4,5

Barrin għat-tnissil

 

10

30

2.   Annimali ovini u annimali kaprini

 

Spazju fuq ġewwa

(spazju utli disponibbli għall-annimali)

Spazju fuq barra

(spazju għall-eżerċizzju, eskluża l-mergħa)

 

m2/ras

m2/ras

Nagħaġ

1,5

2,5

Ħrief

0,35

0,5

Mogħoż

1,5

2,5

Gidien

0,35

0,5

3.   Annimali ekwini

 

Spazju fuq ġewwa

(spazju utli disponibbli għall-annimali)

Spazju fuq barra

(spazju għall-eżerċizzju, eskluża l-mergħa)

 

Piż ħaj minimu (f’kg)

m2/ras [il-qies tal-boxes skont l-għoli taż-żwiemel]

m2/ras

It-trobbija u t-tismin ta’ annimali ekwini

Sa 100

1,5

1,1

Sa 200

2,5

1,9

Sa 350

4,0

3

Aktar minn 350

5 b’minimu ta’ 1 m2/100 kg

3,7 b’minimu ta’ 0,75 m2/100 kg

Parti II: Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq barra għal annimali ċervini kif imsemmi fl-Artikolu 6

Annimali ċervini

speċijiet

Spazju minimu għal spazju fuq barra għal kull spazju magħluq jew maqjel

Densità tal-ħżin — għadd massimu ta’ annimali adulti  (*1) kull ha

Ċerva sika

Cervus nippon

1 ha

15

Dajn

Dama dama

1 ha

15

Ċerv aħmar

Cervus elaphus

2 ha

7

Ċerva ta’ Père David

Elaphurus davidianus

2 ha

7

Iktar min speċi waħda ċervina

3 ha

7 fil-każ li ċ-ċerv aħmar jew iċ-ċerv ta’ Père David huma parti mill-merħla;

15 fil-każ li la ċ-ċerv aħmar u lanqas iċ-ċerv ta’ Père David m’huma parti mill-merħla

Parti III: Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra għall-ħnieżer kif imsemmi fl-Artikolu 10

 

 

Spazju fuq ġewwa (l-ispazju utli disponibbli għall-ħnieżer ifisser il-qisien fuq ġewwa li jinkludu l-ħwat iżda jeskludu l-alimentaturi li fihom il-ħnieżer ma jistgħux jimteddu)

Spazju fuq barra

 

Piż ħaj minimu (f’kg)

m2/ras

m2/ras

Majjali tas-sejba bid-driefeġ sal-ftam

 

7,5 kull ħanżira

2,5

Ħnieżer tas-simna

Qżieqeż tal-ftama, ħnieżer tat-trobbija, ħnieżer qabel ir-refgħa, fħula tat-trobbija

Iktar minn 35 kg

0,6

0,4

Iktar minn 35 kg iżda mhux iktar minn 50 kg

0,8

0,6

Iktar minn 50 kg iżda mhux iktar minn 85 kg

1,1

0,8

Iktar minn 85 kg iżda mhux iktar minn 110 kg

1,3

1

Iktar minn 110 kg

1,5

1,2

Ħnieżer nisa tal-għalla

Majjali tqal wara l-ħalib

 

2,5

1,9

Ħnieżer irġiel tal-għalla

Faħal

 

6

10 jekk l-imqajjel jintużaw għat-tgħammir naturali

8

Parti IV: Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra għat-tjur kif imsemmi fl-Artikolu 14 u fl-Artikolu 15(2)(c) u (6) u perċi jew livelli elevati fejn jistgħu joqogħdu bilqiegħda kif imsemmi fl-Artikolu 15(5)

1.   Ġenituri Gallus gallus maħsuba għall-produzzjoni tal-bajd tat-tifqis għal tiġieġ tal-bajd futuri, u ġenituri Gallus gallus maħsuba għall-produzzjoni ta’ bajd tat-tifqis għall-Gallus gallus tas-simna futuri:

Età

≥ 18-il ġimgħa

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa

Għadd massimu ta’ għasafar riproduttivi kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar

6

Perċi għal għasafar riproduttivi għal tiġieġ tal-bajd futuri

cm minimu ta’ perċa/għasfur

18

Bejtiet

7 għasafar nisa għal kull bejta jew fil-każ ta’ bejta komuni 120 cm2/għasfura

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra

m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq ġewwa

4

2.   Għattuq u sriedaq:

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa

Densità tal-ħżin kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar

21 kg ta’ piż ħaj/m2

Perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn

Kull kombinazzjoni ta’ perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn li jipprovdu

mill-inqas perċa ta’ 10 cm/għasfur

jew

mill-inqas 100 cm2 ta’ livell elevat fejn joqogħdu bilqiegħda/għasfur

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra

m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq ġewwa

1

3.   Tiġieġ tal-bajd inklużi razez bi skop doppju mrobbija għall-produzzjoni tal-laħam u tal-bajd:

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa

Għadd massimu ta’ għasafar kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar

6

Perċi

cm minimu ta’ perċa/għasfur

18

Bejtiet

7 tiġiġiet tal-bajd għal kull bejta jew fil-każ ta’ bejta komuni 120 cm2/tiġieġa tal-bajd

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra

m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq barra

4

4.   Tajr tas-simna Gallus gallus:

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa

Densità tal-ħżin kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar

21 kg ta’ piż ħaj/m2

Perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn

Kull kombinazzjoni ta’ perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn li jipprovdu

mill-inqas perċa ta’ 5 cm/għasfur

jew mill-inqas 25 cm2 ta’ livell elevat fejn joqogħdu bilqiegħda/għasfur

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra għal gallinari fissi

m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq barra

4

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra għal gallinari mobbli

m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq barra

2,5

5.   Tajr tas-simna Gallus gallus: ħosjien u tiġiġiet tas-simna:

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa

Densità tal-ħżin kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar

21 kg ta’ piż ħaj/m2

Perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn

Kull kombinazzjoni ta’ perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn li jipprovdu

mill-inqas perċa ta’ 5 cm/għasfur

jew mill-inqas 25 cm2 ta’ livell elevat fejn joqogħdu bilqiegħda/għasfur

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra

m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq barra

4

6.   Tajr tas-simna minbarra Gallus gallus: Dundjani Meleagris gallopavo kkummerċjalizzati sħaħ għax-xiwi jew maħsuba għall-qtugħ f’porzjonijiet:

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa

Densità tal-ħżin kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar

21 kg ta’ piż ħaj/m2

Perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn

Kull kombinazzjoni ta’ perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn li jipprovdu

mill-inqas perċa ta’ 10 cm/għasfur

jew mill-inqas 100 cm2 ta’ livell elevat fejn joqogħdu bilqiegħda/għasfur

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra

m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq barra

10

7.   Tajr tas-simna minbarra Gallus gallus: Wiżż Anser anser domesticus:

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa

Densità tal-ħżin kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar

21 kg ta’ piż ħaj/m2

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra

m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq barra

15

8.   Tajr tas-simna minbarra Gallus gallus: Papri ta’ Peking Anas platyrhynchos domesticus, Papri Muscovy Cairina moschata u ibridi u Papri Mulard Cairina moschata × Anas platyrhynchos:

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa

Densità tal-ħżin kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar

21 kg ta’ piż ħaj/m2

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra

m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq barra

4,5

9.   Tajr tas-simna minbarra Gallus gallus: Fargħuni Numida meleagris f. domestica:

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa

Densità tal-ħżin kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar.

21 kg ta’ piż ħaj/m2

Perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn

Kull kombinazzjoni ta’ perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn li jipprovdu

mill-inqas perċa ta’ 5 cm/għasfur

jew mill-inqas 25 cm2 ta’ livell elevat fejn joqogħdu bilqiegħda/għasfur

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra

m2 minimu/għasfur tal-ispazju fuq barra

4

Parti V: Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra għall-fniek kif imsemmi fl-Artikolu 18

1.   Għall-ispazju fuq ġewwa

 

Spazju fuq ġewwa

(spazju utli disponibbli għal kull annimal minbarra pjattaformi m2/ras) għaż-żona tal-mistrieħ

Abitazzjoni fissa

Spazju fuq ġewwa

(spazju utli disponibbli għal kull annimal minbarra pjattaformi m2/ras) għaż-żona tal-mistrieħ

Abitazzjoni mobbli

 

Fenkiet bil-frieħ sal-ftam

0,6 m2/fenka bil-frieħ jekk il-piż ħaj tal-fenka huwa inqas minn 6 kg

0,72 m2/fenka bil-frieħ jekk il-piż ħaj tal-fenka huwa iktar minn 6 kg

0,6 m2/fenka bil-frieħ jekk il-piż ħaj tal-fenka huwa inqas minn 6 kg

0,72 m2/fenka bil-frieħ jekk il-piż ħaj tal-fenka huwa iktar minn 6 kg

 

Fenkiet tqal u fenkiet riproduttivi

0,5 m2/fenka tqila jew fenka riproduttiva jekk il-piż ħaj huwa inqas minn 6 kg

0,62 m2/fenka tqila jew fenka riproduttiva jekk il-piż ħaj huwa iktar minn 6 kg

0,5 m2/fenka tqila jew fenka riproduttiva jekk il-piż ħaj huwa inqas minn 6 kg

0,62 m2/fenka tqila jew fenka riproduttiva jekk il-piż ħaj huwa iktar minn 6 kg

Fniek tas-simna mill-ftam sal-qtil

Fniek ta’ sostituzzjoni (tmiem tas-simna sa 6 xhur)

0,2

0,15

Fniek irġiel adulti

0,6

1 jekk il-fenek jirċievi fenkiet għat-tgħammir

0,6

1 jekk il-fenek jirċievi fenkiet għat-tgħammir

2.   Għal spazju fuq barra

 

Spazju fuq barra (spazju għall-ġiri fil-miftuħ bil-veġetazzjoni, preferibbilment mergħa)

(spazju utli disponibbli għal kull annimal minbarra pjattaformi m2/ras)

Abitazzjoni fissa

Spazju fuq barra

(spazju utli disponibbli għal kull annimal minbarra pjattaformi m2/ras)

Abitazzjoni mobbli

Fenkiet bil-frieħ sal-ftam

2,5 m2/fenka bil-frieħ

2,5 m2/fenka bil-frieħ

Fenkiet tqal/Fenkiet riproduttivi

2,5

2,5

Fniek tas-simna mill-ftam sal-qtil

Fniek ta’ sostituzzjoni (tmiem tas-simna sa 6 xhur)

0,5

0,4

Fniek irġiel adulti

2,5

2,5


(*1)  Żewġ annimali ċervini li għandhom sa 18-il xahar jgħoddu bħala annimal ċervin wieħed


ANNESS II

REGOLI DETTALJATI DWAR ID-DENSITÀ TAL-ĦŻIN U L-KARATTERISTIĊI SPEĊIFIĊI TAS-SISTEMI TA’ PRODUZZJONI U S-SISTEMI TA’ KONTENIMENT GĦAL ANNIMALI TAL-AKKWAKULTURA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 22

Parti I: Salmonidi fl-ilma ħelu

Trota komuni (Salmo trutta) — Trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss) — American brook trout (Salvelinus fontinalis) — Salamun (Salmo salar) — Arctic charr (Salvelinus alpinus) — Grayling (Thymallus thymallus) — American lake trout (jew grey trout) (Salvelinus namaycush) — Huchen (Hucho hucho)

Is-sistemi tal-produzzjoni

Is-sistemi għat-tkabbir għad-daqs tas-suq fl-istabbilimenti jridu jingħalfu minn sistemi miftuħin. Ir-rata ta’ ġiri tal-ilma trid tiżgura li jkun hemm mill-inqas 60 % ta’ saturazzjoni tal-ossiġnu għall-istokk, u trid tiżgura l-kumdità tagħhom u tiżgura t-tneħħija tal-ilma mormi li jkun ħiereġ ’il barra mill-istabbiliment.

Densità tal-ħżin massima

L-ispeċijiet tas-salmonidi li mhumiex imniżżlin hawn taħt 15 kg/m3

Salamun 20 kg/m3

Trota komuni u Trota qawsalla 25 kg/m3

Arctic charr 25 kg/m3

Parti II: Salmonidi fl-ilma baħar

Salamun (Salmo salar), Trota komuni (Salmo trutta) — Trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss)

Densità tal-ħżin massima

10 kg/m3 fix-xbieki taż-żamma

Parti III: Merluzz (Gadus morhua) u Gadidae oħrajn, spnott (Dicentrarchus labrax), awrat (Sparus aurata), gurbell (Argyrosomus regius), barbun imperjali (Psetta maxima [= Scopthalmus maximux]), pagru komuni (Pagrus pagrus [= Sparus pagrus]), pixxitanbur aħmar (Sciaenops ocellatus) u Sparidae oħrajn, u “spinefeet” (Siganus spp.)

Is-sistemi tal-produzzjoni

F’sistemi ta’ konteniment fil-baħar miftuħ (fixbieki taż-żamma/fil-gaġeġ) b’veloċità minima tal-kurrent tal-baħar biex ikun ipprovdut l-aħjar benessri possibbli għall-ħut jew f’sistemi miftuħin fuq l-art.

Densità tal-ħżin massima

Għall-ħut kollu ħlief għall-barbun imperjali: 15 kg/m3

Għall-barbun imperjali: 25 kg/m2

Parti IV: Spnott, awrat, gurbell, mulett (Liza, Mugil) u sallur (Anguilla spp.) f’vaski tal-art f’żoni tal-marea u fil-laguni ta’ mal-kosta

Sistema ta’ konteniment

Salini tradizzjonali mibdula f’unitajiet tal-produzzjoni tal-akkwakultura u vaski tal-art simili f’żoni tal-marea

Sistemi ta’ produzzjoni

Għandu jkun hemm bdil adegwat tal-ilma biex ikun żgurat il-benessri tal-ispeċijiet. Tal-anqas 50 % mid-digi jridu jkunu mgħottija bil-pjanti. Huma meħtieġa vaski tat-tisfija bbażati f’artijiet mistagħdra.

Densità tal-ħżin massima

4 kg/m3

Parti V: Sturjun fl-ilma ħelu

Speċijiet ikkonċernati: Il-familja tal-Acipenser

Sistemi ta’ produzzjoni

Ir-rata tal-fluss tal-ilma f’kull unità tat-trobbija għandha tkun biżżejjed biex tiżgura l-benessri tal-annimali.

L-ilma li jintrema ’l barra minnhom għandu jkun tal-istess kwalità bħal dak li jkun dieħel fihom.

Densità tal-ħżin massima

30 kg/m3

Parti VI: Ħut fl-ilmijiet interni

Speċijiet ikkonċernati: Il-familja tal-karpjun (Cyprinidae) u speċijiet oħrajn relatati fil-kuntest tal-polikultura, inklużi d-dott tal-Ewropa ta’ Fuq, il-lizz tal-ilma ħelu, il-catfish, il-koregonidi u l-isturjun.

Id-dott (Perca fluviatilis) fil-monokultura

Sistemi ta’ produzzjoni

F’vaski tal-ħut li għandhom jitbattlu kompletament mill-ilma perjodikament u fil-lagi. Il-lagi jridu jkunu ddedikati biss għall-produzzjoni organika, inkluż it-tkabbir tal-għelejjel f’żoni nexfin.

Iż-żona għall-qbid tal-ħut għandha tkun mgħammra b’kalanka ta’ ilma nadif u għandha tkun ta’ daqs li jipprovdi lill-ħut bl-iktar kumdità possibbli. Il-ħut għandu jinħażen fl-ilma nadif wara li jinqabad.

Għandhom jinżammu żoni tal-veġetazzjoni naturali madwar l-unitajiet tal-ilmijiet interni bħala żoni ta’ lqugħ għaż-żoni tal-art esterni li ma jkunux involuti fil-ħidma tat-tkabbir skont ir-regoli tal-akkwakultura organika.

Għat-tkabbir għad-daqs tas-suq, għandha tintuża l-“polikultura” bil-kundizzjoni li l-kriterji stabbiliti f’dawn l-ispeċifikazzjonijiet għall-ispeċijiet l-oħrajn tal-ħut tal-lagi jinżammu kif dovut

Densità tal-ħżin massima

Il-produzzjoni totali tal-ispeċijiet hija limitata għal 1 500 kg ta’ ħut kull ettaru fis-sena (ipprovduti bħala rendiment mit-trobbija tal-ħut minħabba karatteristika speċifika tas-sistema tal-produzzjoni).

Densità tal-ħżin massima biss għad-dott fil-monokultura

20 kg/m3

Parti VII: Gambli tal-baħar u gambli tal-ilma ħelu (Macrobrachium spp.)

Sistemi ta’ produzzjoni

Dawn għandhom ikunu f’żoni tat-tafal sterili sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt ambjentali tal-bini tal-vaska. Il-vaski għandhom jinbnew bit-tafal naturali li jkun hemm diġà.

Densità tal-ħżin massima

Fertilizzazzjoni tal-bajd: Mhux iktar minn 22 post larvae/m2

Bijomassa massima istantanja: 240 g/m2

Parti VIII: Ċkal

Speċijiet ikkonċernati: Astacus astacus.

Densità tal-ħżin massima

Għal ċkal ta’ daqs żgħir (< 20 mm): 100 individwu għal kull m2.

Għal ċkal ta’ daqs medju (20-50 mm): 30 individwu għal kull m2.

Għal ċkal adulti (> 50 mm): 5 individwi għal kull m2 sakemm ikunu pprovduti b’postijiet xierqa fejn jinħbew.

Parti IX: Molluski u ekinodermi

Sistemi ta’ produzzjoni

Konzijiet, ċattri, tkabbir f’qiegħ il-baħar, xbieki, gaġeġ, tilari, lampari, arbli “bouchot” u sistemi oħra ta’ konteniment. Għat-tkabbir tal-maskli fuq iċ-ċattri, l-għadd ta’ ħbula għall-kultivazzjoni tal-maskli ma għandux jaqbeż il-wieħed għal kull metru kwadru ta’ superfiċje. It-tul massimu ta’ kull ħabel għall-kultivazzjoni tal-maskli ma għandux jaqbeż l-20 metru. Ma għandux ikun hemm traqqiq tal-ħbula għall-kultivazzjoni tal-maskli waqt iċ-ċiklu tal-produzzjoni; madankollu, il-ħbula għall-kultivazzjoni tal-maskli jistgħu jiġu suddiviżi mingħajr ma tiżdied id-densità tal-ħżin.

Parti X: Ħut tal-ilma ħelu tropikali: ħuta tal-ħalib (Chanos chanos), tilapja (Oreochromis spp.), siamese catfish (Pangasius spp.)

Sistemi ta’ produzzjoni

Vaski u gaġeġ

Densità tal-ħżin massima

Pangasius: 10 kg/m3

Oreochromis: 20 kg/m3


ANNESS III

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA MILL-ISTATI MEMBRI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 25

Parti I: Informazzjoni pprovduta mill-bażi ta’ data msemmija fl-Artikolu 26(1) u s-sistemi msemmija fl-Artikolu 26(2) u, jekk applikabbli, fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) 2018/848

1.

L-informazzjoni li tikkonċerna d-disponibbiltà ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti organiku u li qed jiġi konvertit, ħlief għan-nibbieta iżda inkluża l-patata taż-żrigħ, għal kull kategorija speċifika miżmuma fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 26(1) jew fis-sistemi msemmija fl-Artikolu 26(2)(a) tar-Regolament (UE) 2018/848, għandha tinkludi dawn li ġejjin:

l-isem xjentifiku u komuni (l-isem komuni u dak Latin);

il-varjetà jew id-denominazzjoni tal-materjal eteroġenju;

il-kwantità li qed tiġi konvertita disponibbli kif stmat mill-operaturi (għadd totali ta’ unitajiet jew piż taż-żerriegħa);

il-kwantità organika disponibbli kif stmat mill-operaturi (għadd totali ta’ unitajiet jew piż taż-żerriegħa);

l-għadd ta’ operaturi li tellgħu informazzjoni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2018/848 fuq bażi volontarja.

Għall-fini ta’ dan il-punt, “nibbieta” tfisser pjanta żgħira li toriġina minn żerriegħa u mhux minn biċċa pjanta.

2.

L-informazzjoni li tikkonċerna d-disponibbiltà ta’ ferħ tal-akkwakultura organika għal kull speċi miżmuma fis-sistemi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandha tinkludi dawn li ġejjin:

l-ispeċi u l-ġeneru (l-isem komuni u dak Latin);

ir-razez fejn applikabbli;

l-istadju tal-ħajja (bħal bajd, qixx, frieħ) meta disponibbli għall-bejgħ bħala organiku;

il-kwantità disponibbli kif stmat mill-operaturi;

l-istat tas-saħħa b’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (1);

l-għadd ta’ operaturi li tellgħu informazzjoni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2018/848 fuq bażi volontarja.

3.

L-informazzjoni li tikkonċerna d-disponibbiltà ta’ annimali organiċi għal kull speċi miżmuma fis-sistemi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandha tinkludi dawn li ġejjin:

l-ispeċi u l-ġeneru (l-isem komuni u dak Latin);

ir-razez;

l-iskop tal-produzzjoni: laħam, ħalib, skop doppju jew tnissil;

l-istadju tal-ħajja: adulti jew annimali żgħar (jiġifieri annimali bovini < 6 xhur, adult bovin);

il-kwantità (għadd totali ta’ annimali) disponibbli kif stmat mill-operaturi;

l-istat tas-saħħa b’konformità mar-regoli orizzontali tas-saħħa tal-annimali;

l-għadd ta’ operaturi li tellgħu informazzjoni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2018/848 fuq bażi volontarja.

4.

Fejn rilevanti, l-informazzjoni li tikkonċerna d-disponibbiltà ta’ razez organiċi adattati għall-produzzjoni organika għall-ispeċi kif imsemmi fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandha tinkludi dawn li ġejjin:

l-ispeċi u l-ġeneru (l-isem komuni u dak Latin);

ir-razez;

l-iskop tal-produzzjoni: laħam, ħalib, skop doppju jew tnissil;

il-kwantità (għadd totali ta’ annimali) disponibbli kif stmat mill-operaturi;

l-istat tas-saħħa b’konformità mar-regoli orizzontali tas-saħħa tal-annimali;

l-għadd ta’ operaturi li tellgħu informazzjoni skont l-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) 2018/848 fuq bażi volontarja.

5.

Fejn rilevanti, l-informazzjoni li tikkonċerna d-disponibbiltà ta’ għattuq organiċi kif imsemmi fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandha tinkludi dawn li ġejjin:

l-ispeċi u l-ġeneru (l-isem komuni u dak Latin);

ir-razez;

l-iskop tal-produzzjoni: laħam, bajd, skop doppju jew tnissil;

il-kwantità (għadd totali ta’ annimali) disponibbli kif stmat mill-operaturi;

is-sistema ta’ trobbija (indika jekk fihiex gradi differenti);

-

l-għadd ta’ operaturi li tellgħu informazzjoni skont l-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) 2018/848 fuq bażi volontarja.

Parti II: Informazzjoni li tikkonċerna d-derogi mogħtija skont il-punt 1.8.5 tal-Parti I tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/848 u l-punti 1.3.4.3 u 1.3.4.4 tal-Parti II ta’ dak l-Anness

1.

L-informazzjoni dwar id-derogi mogħtija skont il-punt 1.8.5 tal-Parti I tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/848 għandha tinkludi dawn li ġejjin:

l-isem xjentifiku u komuni (l-isem komuni u dak Latin);

il-varjetà;

l-għadd ta’ derogi u l-piż totali ta’ żerriegħa jew l-għadd ta’ pjanti mogħtija deroga;

il-ġustifikazzjonijiet għad-deroga: jekk huwiex għal riċerka, minħabba n-nuqqas ta’ varjetà adatta, għal skop ta’ konservazzjoni jew għal raġunijiet oħra;

fejn applikabbli, fir-rigward tad-derogi għal raġunijiet oħra għajr għal skop ta’ riċerka, il-lista ta’ speċijiet li għalihom ma tingħatax deroga, minħabba li dawn huma suffiċjentement disponibbli fil-forma organika.

2.

Għal kull speċi ta’ bhejjem konvenzjonali (annimali bovini, ekwini, ovini, kaprini, ħnieżer u ċervini, fniek, tjur), l-informazzjoni dwar id-derogi mogħtija skont il-punti 1.3.4.3 u 1.3.4.4 tal-Parti II tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/848 għandha tinkludi dawn li ġejjin:

l-isem xjentifiku u komuni (l-isem komuni u dak Latin, jiġifieri l-ispeċi u l-ġeneru);

ir-razez;

l-iskop tal-produzzjoni: laħam, ħalib, bajd, skop doppju jew tnissil;

l-għadd ta’ derogi u l-għadd totali ta’ annimali mogħtija deroga;

il-ġustifikazzjonijiet għad-deroga: jekk minħabba nuqqas ta’ annimali xierqa jew għal raġunijiet oħra.


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).


31.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/465

tat-30 ta’ Marzu 2020

dwar miżuri ta’ emerġenza b’appoġġ għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-frott u l-ħxejjex fir-reġjuni Taljani tal-Emilia-Romagna, tal-Veneto, tat-Trentino-Alto Adige, tal-Lombardia, tal-Piemonte u tal-Friuli-Venezia Giulia, fid-dawl tal-ħsara kkaġunata lill-produzzjoni tagħhom mill-ispallut kannella rħami tal-Lvant (Halyomorpha halys)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 221(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-ispallut kannella rħami tal-Lvant (Halyomorpha halys) huwa insett li joriġina mill-Ażja, li ġie introdott fl-Unjoni b’mod aċċidentali, b’mod partikulari fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Italja, speċifikament fl-Emilia-Romagna, fil-Veneto, fit-Trentino-Alto Adige, fil-Lombardia, fil-Piemonte u fil-Friuli-Venezia Giulia (“ir-reġjuni milqutin”), permezz tal-kummerċ internazzjonali.

(2)

Fl-2019, l-ispallut kannella rħami tal-Lvant kkaġuna ħsarat serji lill-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex fir-reġjuni milqutin, billi infetta lil-lanġas, lill-ħawħ u lin-nuċiprisk, lit-tuffieħ, lill-kiwi, liċ-ċirasa u lill-berquq. Minħabba l-ħsara fuq il-frott u l-ħaxix, dawn ma jibqgħux tajbin la għall-konsum u lanqas għall-ipproċessar. Huwa stmat li t-telf għall-produtturi tal-frott u l-ħaxix fir-reġjuni milqutin, ikkaġunat mill-ispallut kannella rħami tal-Lvant, laħaq il-EUR 500 miljun għas-sena 2019 biss. Minħabba l-ispallut kannella rħami tal-Lvant, fl-2019 għadd ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-reġjuni milqutin tilfu parti kbira mill-ħsad ta’ frott u ħaxix tagħhom, jew tilfu l-ħsad kollu tagħhom.

(3)

L-ispallut kannella rħami tal-Lvant ma jissodisfax il-kriterji tal-pest tal-kwarantina fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u ma tista’ ssir ebda miżura għall-qerda tiegħu fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant, f’dan l-istadju, l-awtoritajiet Taljani ma jistgħu jieħdu ebda miżura fitosanitarja u protettiva xierqa.

(4)

Barra minn hekk, bħalissa kulma hemm disponibbli huma għodda limitati għall-protezzjoni tal-pjanti biex irażżnu effettivament lill-ispallut kannella rħami tal-Lvant. Iż-żunżan “Samurai” (Trissolcus japonicus u Trissolcus mitsukurii) bħala miżura alternattiva għat-trażżin bijoloġiku, ġie awtorizzat biss riċentement fl-Italja bħala insett antagonist, u f’dan l-istadju għadu mhux ċar jekk dan il-metodu bijoloġika ta’ trażżin tal-ispallut kannella rħami tal-Lvant huwiex effettiv.

(5)

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix fir-reġjuni milqutin implimentaw miżuri preventivi (eż. bl-installazzjoni ta’ xbieki u nasab kontra l-insetti) sabiex jevitaw il-ħsarat lill-għelejjel tagħhom. Minkejja l-isforzi, dawk l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi ġarrbu, b’mod simultanju, kostijiet għoljin għall-miżuri preventivi u telf fil-produzzjoni b’impatt negattivi sinifikanti fuq il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tagħhom. Dan jolqot l-istabbiltà finanzjarja tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-kapaċità tagħhom biex jimplimentaw programmi operattivi fis-snin ta’ wara, kif ukoll biex idaħħlu miżuri u azzjonijiet li jimmiraw l-infestazzjonijiet tal-pesti. Barra minn hekk, it-tnaqqis fil-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata jxekkel l-aċċess tal-organizzazzjoni tal-produtturi għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni fis-settur tal-frott u l-ħaxix. It-tnaqqis fil-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata kapaċi jwassal ukoll għal telf fir-rikonoxximent għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex fir-reġjuni milqutin, fejn il-valur fil-produzzjoni kkummerċjalizzata tagħhom jinżel taħt il-livell limitu minimu legali.

(6)

Il-kumplessità tas-sitwazzjoni fir-reġjuni milqutin b’riżultat tal-ħsarat lill-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix, it-telf konsiderevoli ta’ dħul, u l-instabbiltà finanzjarja tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix fir-reġjuni milqutin, kif ukoll l-inkapaċità biex ikomplu jimplimentaw il-programmi operattivi tagħhom b’mod effiċjenti, jikkostitwixxu problema speċifika fit-tifsira tal-Artikolu 221 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Din il-problema speċifika ma tistax tiġi indirizzata b’miżuri meħudin skont l-Artikolu 219 jew 220 ta’ dak ir-Regolament, billi mhijiex marbuta ma’ tfixkil fis-suq eżistenti jew ma’ xi theddida preċiża kurrenti ta’ tali tfixkil. Lanqas ma hija marbuta ma’ miżuri li jiġġieldu t-tixrid tal-mard tal-annimali, jew ma’ telf fil-fiduċja tal-konsumaturi minħabba r-riskji għas-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti.

(7)

Għaldaqstant, hemm bżonn ta’ miżuri ta’ emerġenza biex itejbu l-aċċess għal fondi mutwi, u jeħtieġ li jiżdiedu l-livelli massimi tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-reġjuni milqutin, sabiex il-problema speċifika tiġi solvuta fir-reġjuni milqutin. Tali miżuri se jiżguraw l-istabbiltà finanzjarja tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-reġjuni milqutin, u se jżidu r-reżiljenza u l-kapaċità tagħhom biex ikampaw bil-ħsarat ikkaġunati mill-ispallut kannella rħami tal-Lvant, u biex jimplimentaw aktar miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżi u miżuri ta’ ġestjoni f’dan ir-rigward.

(8)

L-użu ta’ fondi mutwi bħala miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżi u ta’ ġestjoni mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-reġjuni milqutin, huwa mezz ta’ kif tittaffa l-ħsara lill-produzzjoni tagħhom tal-frott u l-ħaxix, u ta’ kif jittaffa t-telf tad-dħul tagħhom. Għaldaqsant, jenħtieġ li jittejjeb l-aċċess għall-fondi mutwi għall-organizzazzjonijet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix fir-reġjuni milqutin. Bħalissa l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tkopri biss il-kostijiet amministrattivi tal-ħolqien ta’ fond mutwu, u tal-rikostituzzjoni ta’ fond mutwu wara l-ħlas tal-kumpens lill-membri produtturi li jġarrbu tnaqqis gravi fid-dħul tagħhom minħabba kundizzjonijiet negattivi tas-suq. Biex tiġi indirizzata l-ħsara kkaġunata mill-ispallut kannella rħami tal-Lvant fir-reġjuni milqutin, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkopri wkoll il-kapital inizjali tal-fond mutwu. Madankollu, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-kapital inizjali ta’ fond mutwu prevista għal dan il-għan jenħtieġ li tkun iddedikata lill-kumpens għad-dħul mitluf tal-membri produtturi, minħabba l-ħsarat ikkaġunati mill-ispallut kannella rħami tal-Lvant.

(9)

Il-livell massimu ta’ 4,6 % ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni ddedikata lil miżuri ta’ kriżi u prevenzjoni fi programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix fir-reġjuni milqutin skont l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jenħtieġ li jiżdied b’0,4 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata, sa 5 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata, sabiex jittejjeb l-aċċess ta’ dawk l-organizzazzjonijiet tal-prodotturi għall-fondi mutwi u għal miżuri oħra ta’ kriżi u prevenzjoni, kif ukoll biex tissaħħaħ l-istabbiltà finanzjarja tagħhom. Billi l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi mhumiex ikkonċernati mill-problema speċifika, mhuwiex meħtieġ li jiżdied il-limitu massimu stipulat fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(10)

B’riżultat taż-żieda tal-limitu massimu ta’ 4,6 % b’0,4 %, il-limitu massimu tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għal miżuri ta’ kriżi u prevenzjoni jenħtieġ li jiżdied sa 0,9 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ dawk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, minflok iż-0,5 % attwali tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata kif stipulat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Dak il-valur addizzjonali ta’ 0,4 % tal-produzzjoni kkummerċjalizzata jenħtieġ li jintuża għal miżuri li jrażżnu lill-ispallut kannella rħami tal-Lvant. Jeħtieġ li tissaħħaħ l-istabbiltà finanzjarja tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix fir-reġjuni milqutin, kif ukoll li tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom, u li tittejjeb l-kapaċità tagħhom biex jimplimentaw programmi operattivi approvati fis-snin ta’ wara.

(11)

Fid-dawl tal-instabbiltà finanzjarja tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix fir-reġjuni milqutin, u filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri addizzjonali biex irażżnu lill-ispallut kannella rħami tal-Lvant, il-limitu tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni ta’ 50 %, kif imsemmi fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li jiżdied sa 60 % għall-miżuri kollha fil-programmi operattivi li jimmiraw l-ispallut kannella rħami tal-Lvant fir-reġjuni milqutin.

(12)

Fid-dawl tal-implimentazzjoni ta’ programmi operattivi skont is-snin kalendarji, u filwaqt li jitqies li l-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata li jiddetermina l-ammont ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni jibbaża fuq is-sena kalendarju ta’ qabel, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

(13)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Jannar 2020. Dan huwa meħtieġ billi l-miżuri ta’ emerġenza jikkonċernaw il-livell u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi milqutin mill-ħsarat lill-produzzjoni ta’ frott u ħaxix ikkaġunati mill-ispallut kannella rħami tal-Lvant. Dawn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jridu jibdew japplikaw dawn il-miżuri fil-programmi operattivi tagħhom minn Jannar 2020 ’il quddiem, sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw urġentement il-ħsarat lill-produzzjoni ta’ frott u ħaxix tagħhom ikkaġunati mill-ispallut kannella rħami tal-Lvant, u sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-programmi operattivi tagħhom, kif ukoll l-istabbiltà u l-vijabbiltà ekonomika tagħhom diġà fl-2020.

(14)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli u Prodotti Ortikulturali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti li joperaw fir-reġjuni Taljani tal-Emilia-Romagna, tal-Veneto, tat-Trentino-Alto Adige, tal-Lombardia, tal-Piemonte u tal-Friuli-Venezia Giulia, li l-produzzjoni tagħhom ta’ frott u ħaxix fl-2019 intlaqtet mill-ispallut kannella rħami tal-Lvant (Halyomorpha halys).

Artikolu 2

Miżuri ta’ emerġenza biex tissolva l-problema speċifika tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-reġjuni milqutin

1.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lil fondi mutwi kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tkopri wkoll l-appoġġ għall-kapital inizjali tal-fondi mutwi. L-assistenza finanzjarja għandha tkun iddedikata lill-kumpens tal-membri produtturi għad-dħul mitluf minħabba l-ħsarat ikkaġunati lill-produzzjoni ta’ frott u ħaxix mill-ispallut kannella rħami tal-Lvant (Halyomorpha halys) fir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 1.

2.   Il-livell massimu ta’ 4,6 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jiżdied b’0,4 %, u l-ammont korrispondenti għaż-0,4 % addizzjonali għandu jintuża għal miżuri ta’ prevenzjoni u ġestjoni ta’ kriżi, immirati li jindirizzaw il-ħsarat ikkaġunati mill-ispallut kannella rħami tal-Lvant (Halyomorpha halys) fir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 1.

3.   Wara talba mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-limitu ta’ 50 % ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jiżdied sa 60 % għal miżuri li jimmiraw l-ispallut kannella rħami tal-Lvant (Halyomorpha halys) fi programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li joperaw fir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016., p. 4).


31.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/30


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/466

tat-30 ta’ Marzu 2020

dwar miżuri temporanji biex jiġu limitati r-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u għat-trattament xieraq tal-annimali matul ċertu tfixkil serju tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri minħabba l-marda tal-coronavirus (il-COVID-19)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 141(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi regoli fost l-oħrajn għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-miżuri temporanji x-xierqa meħtieġa biex jiġu limitati r-riskji fost l-oħrajn għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u għat-trattament xieraq tal-annimali, jekk ikollha evidenza ta’ tfixkil serju fis-sistema ta’ kontroll ta’ Stat Membru.

(2)

Il-kriżi li għaddejja bħalissa b’rabta mal-marda tal-coronavirus (il-COVID-19) tirrappreżenta sfida eċċezzjonali u bla preċedent għall-kapaċità tal-Istati Membri li jwettqu bis-sħiħ il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra skont il-leġiżlazzjoni tal-UE.

(3)

Fil-“Linji Gwida għall-miżuri ta’ ġestjoni tal-fruntieri biex tiġi mħarsa s-saħħa u tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ oġġetti u servizzi essenzjali” (2), il-Kummissjoni enfasizzat li, fis-sitwazzjoni attwali, jenħtieġ li ma jiġix affettwat il-funzjonament bla xkiel tas-Suq Uniku. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jiżguraw iċ-ċirkolazzjoni tal-oġġetti.

(4)

Skont ir-Regolament (UE) 2017/625, l-Istati Membri huma obbligati jistabbilixxu sistema ta’ kontroll li tkun magħmula minn awtoritajiet kompetenti li jkunu maħtura biex iwettqu l-kontrolli uffiċjali u l-attivitajiet uffiċjali l-oħra. B’mod partikolari, skont l-Artikolu 5(1)(e) ta’ dak ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti jrid ikollhom għadd suffiċjenti ta’ membri tal-persunal ikkwalifikati u b’esperjenza, sabiex il-kontrolli uffiċjali u l-attivitajiet uffiċjali l-oħra jkunu jistgħu jitwettqu b’mod effiċjenti u effettiv, jew ikollhom aċċess għat-tali persunal.

(5)

Matul il-kriżi li għaddejja bħalissa b’rabta mal-COVID-19, l-Istati Membri daħħlu fis-seħħ restrizzjonijiet konsiderevoli fuq il-moviment tal-popolazzjonijiet tagħhom sabiex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem.

(6)

Għadd ta’ Stati Membri infurmaw lill-Kummissjoni li, minħabba dawn ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment, intlaqtet ħażin ħafna l-kapaċità tagħhom li jużaw persunal xieraq għall-kontrolli uffiċjali u għal attivitajiet uffiċjali oħra, kif meħtieġ mir-Regolament (UE) 2017/625.

(7)

Għadd ta’ Stati Membri infurmaw lill-Kummissjoni b’mod speċifiku dwar id-diffikultajiet li qed ikollhom biex iwettqu kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra li jeħtieġu l-preżenza fiżika ta’ persunal tal-kontroll. B’mod partikolari, qed jinqalgħu diffikultajiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-eżami kliniku tal-annimali, ma’ ċerti kontrolli fuq il-prodotti li joriġinaw mill-annimali, fuq il-pjanti u fuq il-prodotti tal-pjanti u fuq l-ikel u l-għalf li ma joriġinax mill-annimali, u f’dak li għandu x’jaqsam mal-ittestjar tal-kampjuni fil-laboratorji uffiċjali magħżulin mill-Istati Membri.

(8)

Skont il-leġiżlazzjoni tal-UE li tirregola l-kummerċ tal-annimali ħajjin u tal-prodotti ġerminali fis-Suq Uniku, b’mod partikolari d-Direttivi tal-Kunsill 64/432/KEE (3), 88/407/KEE (4), 89/556/KEE (5), 90/429/KEE (6), 91/68/KEE (7), 92/65/KEE (8), 2006/88/KE (9), 2009/156/KE (10) u 2009/158/KE (11), il-kunsinni tal-annimali u tal-prodotti ġerminali jrid ikollhom magħhom iċ-ċertifikati oriġinali tas-saħħa tal-annimali tul il-moviment tagħhom bejn l-Istati Membri.

(9)

Għadd ta’ Stati Membri infurmaw ukoll lill-Kummissjoni li l-kontrolli uffiċjali u l-attivitajiet uffiċjali l-oħra li jirriżultaw fl-iffirmar u fil-ħruġ taċ-ċertifikati u tal-attestazzjonijiet oriġinali uffiċjali stampati li jenħtieġ li jakkumpanjaw il-kunsinni tal-annimali u tal-prodotti ġerminali li jiċċaqalqu bejn l-Istati Membri jew li jidħlu fl-Unjoni, bħalissa ma jistgħux jitwettqu skont il-leġiżlazzjoni tal-UE.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li tiġi awtorizzata b’mod temporanju alternattiva għall-preżentazzjoni taċ-ċertifikati u tal-attestazzjonijiet oriġinali uffiċjali stampati filwaqt li jitqies l-użu tas-Sistema tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti veterinarji (TRACES) imsemmija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 (12) min-naħa tal-utenti rreġistrati u n-nuqqas ta’ kapaċità teknika attwali tat-TRACES li toħroġ ċertifikati elettroniċi skont dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Jenħtieġ li dik l-alternattiva tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-operaturi li jippreżentaw id-dokumenti oriġinali meta dan ikun teknikament fattibbli, skont ir-Regolament (UE) 2017/625.

(11)

Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi speċifiċi, jenħtieġ li jittieħdu miżuri biex jiġu evitati riskji serji għas-saħħa tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti mingħajr ma tiġi pperikolata l-prevenzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti li jiġu mill-annimali, mill-pjanti u mill-prodotti tagħhom u mingħajr ma tiġi pperikolata l-prevenzjoni tar-riskji għat-trattament xieraq tal-annimali. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku, abbażi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari.

(12)

Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri li jkollhom diffikultajiet serji biex iħaddmu s-sistemi ta’ kontroll eżistenti tagħhom ikunu jistgħu japplikaw il-miżuri temporanji stabbiliti f’dan ir-Regolament, sal-punt meħtieġ biex jiġġestixxu t-tfixkil serju relatat tas-sistemi ta’ kontroll tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jirrimedjaw it-tfixkil serju fis-sistemi ta’ kontroll tagħhom mill-aktar fis possibbli.

(13)

Jenħtieġ li l-Istati Membri li japplikaw il-miżuri temporanji previsti f’dan ir-Regolament jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dan kif ukoll bil-miżuri li jkunu ħadu biex jirrimedjaw id-diffikultajiet li jkollhom fit-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u tal-attivitajiet uffiċjali l-oħra skont ir-Regolament (UE) 2017/625.

(14)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun japplika għal xahrejn sabiex jiġu ffaċilitati l-ippjanar u t-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u tal-attivitajiet uffiċjali l-oħra matul il-kriżi marbuta mal-COVID-19. Fid-dawl tal-informazzjoni li waslet mingħand għadd ta’ Stati Membri, li tissuġġerixxi li jenħtieġ li l-miżuri temporanji jiġu previsti b’mod immedjat, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri temporanji meħtieġa biex jiġu limitati r-riskji mifruxa għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u għat-trattament xieraq tal-annimali sabiex jiġi indirizzat it-tfixkil serju fil-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri fid-dawl tal-kriżi marbuta mal-COVID-19.

Artikolu 2

L-Istati Membri li jixtiequ japplikaw il-miżuri temporanji stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dan, kif ukoll bil-miżuri li jkunu ħadu biex jirrimedjaw id-diffikultajiet li jkollhom fit-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u tal-attivitajiet uffiċjali l-oħra skont ir-Regolament (UE) 2017/625.

Artikolu 3

Il-kontrolli uffiċjali u l-attivitajiet uffiċjali l-oħra jistgħu jitwettqu b’mod eċċezzjonali minn persuna fiżika waħda jew aktar li jkunu awtorizzati b’mod speċifiku mill-awtorità kompetenti abbażi tal-kwalifiki, tat-taħriġ u tal-esperjenza prattika tagħhom, li jkunu f’kuntatt mal-awtorità kompetenti bi kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni disponibbli, u li għandhom isegwu l-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti għat-twettiq tat-tali kontrolli uffiċjali u tat-tali attivitajiet uffiċjali oħra. Dawn il-persuni għandhom jaġixxu b’mod imparzjali u ma għandu jkollhom l-ebda kunflitt ta’ interess b’rabta mal-kontrolli uffiċjali u mal-attivitajiet uffiċjali l-oħra li huma jwettqu.

Artikolu 4

Il-kontrolli uffiċjali u l-attivitajiet uffiċjali l-oħra fuq iċ-ċertifikati uffiċjali u l-attestazzjonijiet uffiċjali jistgħu jsiru b’mod eċċezzjonali permezz ta’ kontroll uffiċjali mwettaq fuq kopja elettronika tad-dokument oriġinali ta’ dawn iċ-ċertifikati jew ta’ dawn l-attestazzjonijiet, jew fuq format elettroniku taċ-ċertifikat jew tal-attestazzjoni prodott u ppreżentat fi TRACES, sakemm il-persuna responsabbli għall-preżentazzjoni taċ-ċertifikat uffiċjali jew tal-attestazzjoni uffiċjali tippreżenta dikjarazzjoni lill-awtorità kompetenti li fiha tafferma li d-dokument oriġinali taċ-ċertifikat uffiċjali jew tal-attestazzjoni uffiċjali se jiġi ppreżentat hekk kif ikun teknikament fattibbli. Hija u twettaq it-tali kontrolli uffiċjali u t-tali attivitajiet uffiċjali oħra, l-awtorità kompetenti għandha tqis ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità tal-annimali u tal-oġġetti kkonċernati u r-rekord ta’ qabel tal-operaturi fir-rigward tar-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuqhom u fir-rigward tal-konformità tagħhom mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Artikolu 5

Il-kontrolli uffiċjali u l-attivitajiet uffiċjali l-oħra jistgħu jitwettqu b’mod eċċezzjonali:

(a)

fil-każ ta’ analiżi, ittestjar jew dijanjożi li jridu jitwettqu minn laboratorji uffiċjali, minn kull laboratorju magħżul għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti fuq bażi temporanja;

(b)

fil-każ ta’ laqgħat fiżiċi mal-operaturi u mal-persunal tagħhom fil-kuntest tal-metodi u tat-tekniki għall-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2017/625, permezz tal-mezzi disponibbli ta’ komunikazzjoni mill-bogħod.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika sal-1 ta’ Ġunju 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(2)  C(2020) 1753 finali tas-16 ta’ Marzu 2020.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ deep frozen semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat (ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19).

(8)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).

(9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1).

(11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74).

(12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (“ir-Regolament IMSOC”) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37).


DEĊIŻJONIJIET

31.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/34


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/467

tal-25 ta’ Marzu 2020

li tistabbilixxi l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2020 u l-31 ta’ Lulju 2021 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2019)2249 final

(notifikata bid-dokument C(2020) 1795)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 (2), l-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema tal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (l-iskema għall-iskejjel), iridu jippreżentaw it-talba tagħhom lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta mas-sena skolastika li jmiss, u fejn applikabbli, jaġġornaw it-talba għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta mas-sena skolastika attwali.

(2)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 137(1) tal-Ftehim dwar l-irtirar tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija, il-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni impenjati taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 jew perspettivi finanzjarji preċedenti għandhom jiġu implimentati fl-2019 u fl-2020 fir-rigward tar-Renju Unit abbażi tad-dritt tal-Unjoni applikabbli.

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-iskema għall-iskejjel, jenħtieġ li tiġi ffissata l-allokazzjoni tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel fost l-Istati Membri parteċipanti, abbażi tal-ammonti indikati fit-talba għall-għajnuna tal-Unjoni minn dawk l-Istati Membri u billi jitqiesu t-trasferimenti bejn l-allokazzjonijiet indikattivi tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 23a(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(4)

L-Istati Membri kollha nnotifikaw lill-Kummissjoni bit-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2020 sal-31 ta’ Lulju 2021, billi speċifikaw l-ammont ta’ għajnuna meħtieġ għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel jew għall-ħalib fl-iskejjel, jew għaż-żewġ partijiet tal-iskema. Fil-każ tal-Belġju, ta’ Franza, ta’ Ċipru u tal-Iżvezja, l-ammonti mitluba qiesu t-trasferimenti bejn l-allokazzjonijiet indikattivi.

(5)

Sabiex jiġi mmassimizzat il-potenzjal sħiħ tal-fondi disponibbli, jenħtieġ li l-għajnuna tal-Unjoni mhux mitluba tiġi allokata mill-ġdid lill-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel li fit-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni, jindikaw li huma jinsabu lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni indikattiva tagħhom, jekk ikunu disponibbli riżorsi addizzjonali.

(6)

Fit-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2020 u l-31 ta’ Lulju 2021, l-Iżvezja u r-Renju Unit talbu anqas mill-allokazzjoni indikattiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u/jew għall-ħalib fl-iskejjel. Fit-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Iżvezja nnotifikaw li huma jinsabu lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni indikattiva għall-frott u l-ħxejjex u/jew għall-ħalib fl-iskejjel.

(7)

Abbażi tal-informazzjoni nnotifikata mill-Istati Membri, jenħtieġ li tiġi ffissata l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2020 u l-31 ta’ Lulju 2021.

(8)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019)2249 final (4) iffissat l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħaxix fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel fost l-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2019 u l-31 ta’ Lulju 2020. Xi Stati Membri aġġornaw it-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta ma’ dik is-sena skolastika. Il-Ġermanja, Spanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands u l-Awstrija nnotifikaw it-trasferimenti bejn l-allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u l-allokazzjoni definittiva għall-ħalib fl-iskejjel. Il-Belġju, in-Netherlands u l-Portugall talbu anqas mill-allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u/jew għall-ħalib fl-iskejjel. Iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Awstrija, ir-Rumanija u s-Slovakkja fit-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni nnotifikaw li huma jinsabu lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni indikattiva għall-frott u l-ħxejjex u/jew għall-ħalib fl-iskejjel.

(9)

Abbażi tal-informazzjoni nnotifikata mill-Istati Membri, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2019)2249 final tiġi emendata.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel fost l-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2020 u l-31 ta’ Lulju 2021 hija stabbilita fl-Anness I.

Artikolu 2

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2019)2249 final huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kummissjoni

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (ĠU L 5, 10.1.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019)2249 final tas-27 ta’ Marzu 2019 li tistabbilixxi l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2019 u l-31 ta’ Lulju 2020 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2018)1762 final.


ANNESS I

IS-SENA SKOLASTIKA 2020/2021

(f’EUR)

Stat Membru

Allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel

Allokazzjoni definittiva għall-ħalib fl-iskejjel

Il-Belġju

3 405 459

1 613 200

Il-Bulgarija

2 562 226

1 145 871

Iċ-Ċekja

3 918 810

1 813 713

Id-Danimarka

2 249 220

1 578 867

Il-Ġermanja

24 582 347

10 712 157

L-Estonja

542 176

727 890

L-Irlanda

2 238 463

1 029 094

Il-Greċja

3 218 885

1 550 685

Spanja

16 237 995

6 302 784

Franza

17 990 469

17 123 194

Il-Kroazja

1 636 896

874 426

L-Italja

20 493 267

9 016 105

Ċipru

390 044

400 177

Il-Latvja

769 194

736 593

Il-Litwanja

1 089 604

1 082 982

Il-Lussemburgu

333 895

204 752

L-Ungerija

3 666 098

1 927 193

Malta

319 478

200 892

In-Netherlands

6 683 866

2 401 061

L-Awstrija

2 796 946

1 250 119

Il-Polonja

14 394 215

10 941 915

Il-Portugall

3 283 397

2 220 981

Ir-Rumanija

7 866 848

10 771 254

Is-Slovenja

701 580

359 649

Is-Slovakkja

2 098 537

1 004 766

Il-Finlandja

1 599 047

3 824 689

L-Iżvezja

0

9 217 369

Ir-Renju Unit

0

4 898 661

TOTAL

145 068 962

104 931 038


ANNESS II

“ANNESS I

IS-SENA SKOLASTIKA 2019/2020

(f’EUR)

Stat Membru

Allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel

Allokazzjoni definittiva għall-ħalib fl-iskejjel

Il-Belġju

2 506 459

855 200

Il-Bulgarija

2 592 914

1 156 473

Iċ-Ċekja

4 163 260

2 103 744

Id-Danimarka

1 807 661

1 460 645

Il-Ġermanja

26 436 867

10 437 134

L-Estonja

573 599

765 332

L-Irlanda

2 266 887

1 201 217

Il-Greċja

3 218 885

1 550 685

Spanja

17 454 573

6 136 910

Franza

17 990 469

17 123 194

Il-Kroazja

1 660 486

800 354

L-Italja

20 811 379

9 120 871

Ċipru

390 044

400 177

Il-Latvja

814 976

788 002

Il-Litwanja

1 144 738

1 150 401

Il-Lussemburgu

381 828

165 000

L-Ungerija

3 886 202

2 171 100

Malta

296 797

211 122

In-Netherlands

7 255 860

1 320 848

L-Awstrija

3 116 669

1 113 019

Il-Polonja

14 579 625

11 005 606

Il-Portugall

1 553 912

2 151 570

Ir-Rumanija

6 866 848

11 301 317

Is-Slovenja

708 635

362 276

Is-Slovakkja

2 206 132

1 140 984

Il-Finlandja

1 599 047

3 824 689

L-Iżvezja

0

8 998 717

Ir-Renju Unit

0

4 898 661

TOTAL

146 284 753

103 715 247


REGOLI TA' PROĊEDURA

31.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/38


DEĊIŻJONI TAL-BORD TAT-TMEXXIJA TAĊ-ĊENTRU EWROPEW GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-MARD

tad-9 ta’ Settembru 2019

dwar regoli interni li jikkonċernaw restrizzjonijiet ta’ ċerti drittijiet tas-suġġetti tad-data fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali fil-qafas tal-funzjonament taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard

IL-BORD TAT-TMEXXIJA TAĊ-ĊENTRU EWROPEW GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-MARD (minn hawn ’il quddiem “l-ECDC”)

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-regoli ta’ proċedura tal-Bord tat-Tmexxija tal-ECDC, u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (“l-EDPS”) tat-22 ta’ Lulju 2019 u l-Gwida tal-EDPS dwar l-Artikolu 25 tar-Regolament u r-regoli interni ġodda,

Wara li kkonsulta lill-Kumitat tal-Persunal, Billi:

(1)

L-ECDC iwettaq l-attivitajiet tiegħu skont ir-Regolament (KE) Nru 851/2004.

(2)

Skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, ir-restrizzjonijiet fuq l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 22, 35 u 36, kif ukoll tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 22, għandhom ikunu bbażati fuq regoli interni li għandhom jiġu adottati mill-ECDC fejn dawn mhumiex ibbażati fuq atti legali adottati fuq il-bażi tat-Trattati.

(3)

Dawn ir-regoli interni, inkluż id-dispożizzjonijiet tagħhom dwar il-valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità ta’ restrizzjoni, m’għandhomx japplikaw fejn att legali adottat fuq il-bażi tat-Trattati jipprevedi restrizzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-data.

(4)

Fejn l-ECDC jwettaq id-dmirijiet tiegħu fir-rigward tad-drittijiet tas-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, huwa għandu jikkunsidra jekk xi waħda mill-eżenzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament tapplikax.

(5)

Fil-qafas tal-funzjonament amministrattiv tiegħu, l-ECDC jista’ jwettaq inkjesti amministrattivi, proċedimenti dixxiplinarji, iwettaq attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrapportati lill-OLAF, jipproċessa każijiet ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta, jipproċessa proċeduri (formali u informali) ta’ fastidju, jipproċessa lmenti interni u esterni, jwettaq awditi interni, jwettaq investigazzjonijiet mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u investigazzjonijiet interni tas-sigurtà (tal-IT).

(6)

L-ECDC jipproċessa diversi kategoriji ta’ data personali, inkluż data fattwali (data “ oġġettiva” bħal data ta’ identifikazzjoni, data ta’ kuntatt, data professjonali, dettalji amministrattivi, data riċevuta minn sorsi speċifiċi, komunikazzjonijiet elettroniċi u data tat-traffiku) u/jew data suġġettiva (data “ suġġettiva” relatata mal-każ bħal raġunament, data dwar l-imġiba, evalwazzjonijiet, data dwar il-prestazzjoni u l-kondotta u data relatata ma’ jew imressqa b’konnessjoni mas-suġġett tal-proċedura jew tal-attività).

(7)

L-ECDC, irrappreżentat mid-Direttur Eżekuttiv tiegħu, jaġixxi bħala l-kontrollur tad-data irrispettivament minn delegazzjonijiet ulterjuri tar-rwol tal-kontrollur fl-ECDC biex jiġu riflessi r-responsabbiltajiet operazzjonali għal operazzjonijiet tal-ipproċessar speċifiċi tad-data personali.

(8)

Id-data personali tinħażen b’mod sigur f’ambjent elettroniku jew fuq karta b’mod li jipprevjeni l-aċċess jew it-trasferiment illegali ta’ data lil persuni li m’għandhomx il-ħtieġa li jkunu jafu. Id-data personali pproċessata tinżamm għal mhux aktar milli meħtieġ u xieraq għall-finijiet li għalihom id-data tiġi pproċessata għall-perjodu speċifikat fl-avviżi dwar il-protezzjoni tad-data, id-dikjarazzjonijiet ta’ privatezza jew ir-rekords tal-ECDC.

(9)

Ir-regoli interni għandhom japplikaw għall-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar imwettqa mill-ECDC fit-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi, proċedimenti dixxiplinarji, attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrapportati lill-OLAF, proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta, proċeduri (formali u informali) għal każijiet ta’ fastidju, l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni, awditi interni, l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà (tal-IT) ttrattati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE) u fir-rigward tal-immaniġġjar tal-fajls personali tal-membri tal-persunal.

(10)

Dawn għandhom japplikaw għal operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa qabel il-ftuħ tal-proċeduri msemmija hawn fuq, matul dawn il-proċeduri u matul il-monitoraġġ tas-segwitu għall-eżitu ta’ dawn il-proċeduri. Għandu jinkludi wkoll l-assistenza u l-kooperazzjoni pprovduti mill-ECDC lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali barra mill-investigazzjonijiet amministrattivi tiegħu.

(11)

Fil-każijiet fejn japplikaw dawn ir-regoli interni, l-ECDC irid jagħti ġustifikazzjonijiet fejn jispjega għalfejn ir-restrizzjonijiet huma strettament meħtieġa u proporzjonati f’soċjetà demokratika u jirrispettaw l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali.

(12)

F’dan il-qafas, l-ECDC huwa marbut li jirrispetta, sa fejn hu l-aktar possibbli, id-drittijiet fundamentali tas-suġġetti tad-data matul il-proċeduri ta’ hawn fuq, b’mod partikolari, dawk relatati mad-dritt għall-għoti ta’ informazzjoni, aċċess u rettifika, id-dritt għal tħassir, ir-restrizzjoni tal-ipproċessar, id-dritt għall-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data, jew għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1725.

(13)

Madankollu, l-ECDC jista’ jkun obbligat jirrestrinġi l-informazzjoni lis-suġġett tad-data u drittijiet oħra tas-suġġett tad-data, biex jipproteġi, b’mod partikolari, l-investigazzjonijiet tiegħu stess, l-investigazzjonijiet u l-proċedimenti ta’ awtoritajiet pubbliċi oħra, kif ukoll id-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni oħra relatati mal-investigazzjonijiet tiegħu jew proċeduri oħra.

(14)

L-ECDC jista’ għalhekk jirrestrinġi l-informazzjoni bil-għan li jipproteġi l-investigazzjoni u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ suġġetti oħra tad-data.

(15)

L-ECDC għandu jimmonitorja perjodikament li l-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw ir-restrizzjoni għandhom japplikaw u jneħħi r-restrizzjoni jekk ma jibqgħux japplikaw.

(16)

Il-Kontrollur għandu jinforma lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data fil-mument tad-differiment u matul ir-reviżjonijiet.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli relatati mal-kundizzjonijiet li taħthom l-ECDC, fil-qafas tal-proċeduri tiegħu stipulati fil-paragrafu 2, jista’ jirrestrinġi l-applikazzjoni tad-drittijiet minquxa fl-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36, kif ukoll fl-Artikolu 4 tagħha, wara l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

2.   Fil-qafas tal-funzjonament amministrattiv tal-ECDC, din id-Deċiżjoni tapplika għall-operazzjonijiet tal-ipproċessar dwar id-data personali mill-ECDC għall-finijiet tat-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi, proċedimenti dixxiplinarji, attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrapportati lill-OLAF, l-ipproċessar ta’ każijiet ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta, proċeduri (formali u informali) ta’ fastidju, l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni, it-twettiq ta’ awditi interni, investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà (tal-IT) ttrattati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE).

3.   Il-kategoriji ta’ data kkonċernati huma data fattwali (data “ oġġettiva” bħal data ta’ identifikazzjoni, data ta’ kuntatt, data professjonali, dettalji amministrattivi, data riċevuta minn sorsi speċifiċi, komunikazzjonijiet elettroniċi u data tat-traffiku) u/jew data suġġettiva (data “ suġġettiva” relatata mal-każ bħal raġunament, data dwar l-imġiba, evalwazzjonijiet, data dwar il-prestazzjoni u l-kondotta u data relatata ma’ jew imressqa b’konnessjoni mas-suġġett tal-proċedura jew tal-attività).

4.   Fejn l-ECDC jwettaq id-dmirijiet tiegħu fir-rigward tad-drittijiet tas-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, huwa għandu jikkunsidra jekk xi waħda mill-eżenzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament tapplikax.

5.   Suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni, ir-restrizzjonijiet jistgħu japplikaw għad-drittijiet li ġejjin: il-forniment ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data, id-dritt ta’ aċċess, rettifika, tħassir, restrizzjoni tal-ipproċessar, il-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data, jew il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni.

Artikolu 2

Speċifikazzjoni tal-kontrollur u salvagwardji

1.   Is-salvagwardji fis-seħħ biex jiġi evitat ksur, kxif jew żvelar mhux awtorizzat ta’ data huma dawn li ġejjin:

(a)

Id-dokumenti stampati għandhom jinżammu f’armarji siguri u jkunu aċċessibbli biss għall-persunal awtorizzat;

(b)

Id-data elettronika kollha għandha tkun maħżuna b’mod sigur f’applikazzjonijiet tal-IT skont l-istandards ta’ sigurtà tal-ECDC, kif ukoll f’folders elettroniċi speċifiċi u aċċessibbli għall-persunal awtorizzat biss. Livelli xierqa ta’ aċċess għandhom jingħataw individwalment;

(c)

Il-bażi ta’ data għandha tkun protetta b’password u tkun aċċessibbli biss għal utenti awtorizzati. Ir-rekords elettroniċi għandhom jinħażnu b’mod sigur biex jiġu ssalvagwardjati l-kunfidenzjalità u l-privatezza tad-data li jinkludu;

(d)

Il-persuni kollha li jkollhom aċċess għad-data huma marbuta bl-obbligu tal-kunfidenzjalità jew ftehimiet ta’ kunfidenzjalità.

2.   Il-kontrollur tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar huwa l-ECDc, irrappreżentat mid-Direttur tiegħu, li jista’ jiddelega l-funzjoni tal-kontrollur. Is-suġġetti tad-data għandhom jiġu infurmati dwar il-kontrollur iddelegat permezz ta’ avviżi dwar il-protezzjoni tad-data jew ta’ rekords ippubblikati fuq is-sit web u/jew l-intranet tal-ECDC.

3.   Il-perjodu ta’ żamma tad-data personali msemmija fl-Artikolu 1(3) m’għandux ikun itwal minn dak meħtieġ u xieraq għall-finijiet li għalihom id-data tiġi pproċessata. Fi kwalunkwe każ, m’għandux ikun itwal mill-perjodu ta’ żamma speċifikat fl-avviżi tal-protezzjoni tad-data, id-dikjarazzjonijiet tal-privatezza jew ir-rekords imsemmija fl-Artikolu 5(1).

4.   Fejn l-ECDC jikkunsidra li japplika restrizzjoni, ir-riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data għandu jintiżen, b’mod partikolari, kontra r-riskju għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti oħra tad-data u r-riskju li tiġi kkanċellata l-effettività tal-investigazzjonijiet jew il-proċeduri tal-ECDC pereżempju billi tinqered l-evidenza. Ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data jikkonċernaw primarjament, iżda mhumiex limitati għal, riskji ta’ reputazzjoni u riskji għad-dritt tad-difiża u d-dritt li jinstema’.

Artikolu 3

Restrizzjonijiet

1.   Kwalunkwe restrizzjoni għandha tiġi applikata mill-ECDC biss biex tissalvagwardja:

(a)

il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, inkluża s-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika;

(b)

is-sigurtà interna tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, inkluża dik tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika tagħhom;

(c)

il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ksur tal-etika għal professjonijiet regolati;

(d)

funzjoni ta’ monitoraġġ, ta’ spezzjoni jew regolatorja konnessa, anke b’mod okkażjonali, mal-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali fil-każijiet imsemmija fil-punt (a);

(e)

il-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn;

2.   Bħala applikazzjoni speċifika tal-finijiet deskritti fil-paragrafu 1 hawn fuq, l-ECDC jista’ japplika restrizzjonijiet fir-rigward ta’ data personali skambjata mas-servizzi tal-Kummissjoni jew istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni, awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

fejn l-eżerċitar ta’ dawk id-drittijiet u l-obbligi jkun jista’ jiġi ristrett mis-servizzi tal-Kummissjoni jew minn istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni abbażi ta’ atti oħra previsti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725 jew f’konformità mal-Kapitolu IX ta’ dak ir-Regolament jew mal-atti fundaturi ta’ istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni;

(b)

fejn l-eżerċitar ta’ dawk id-drittijiet u l-obbligi jkun jista’ jiġi ristrett mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri abbażi tal-atti msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jew taħt miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikoli 13(3), 15(3) jew 16(3) tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

(c)

fejn l-eżerċitar ta’ dawk id-drittijiet u l-obbligi jista’ jipperikola l-kooperazzjoni tal-ECDC ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fit-twettiq tal-kompiti tiegħu.

Qabel japplika restrizzjonijiet fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, l-ECDC għandu jikkonsulta s-servizzi tal-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-aġenziji, l-uffiċċji rilevanti tal-Unjoni, jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, dment li ma jkunx ċar għall-ECDC li l-applikazzjoni ta’ restrizzjoni tkun prevista minn wieħed mill-atti msemmija f’dawn il-punti.

3.   Kwalunkwe restrizzjoni għandha tkun meħtieġa u proporzjonata billi tqis ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data u tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali f’soċjetà demokratika.

4.   Jekk titqies l-applikazzjoni ta’ restrizzjoni, għandu jitwettaq test tan-neċessità u tal-proporzjonalità abbażi tar-regoli preżenti. Għandha tkun iddokumentata f’kull każ permezz ta’ nota ta’ valutazzjoni interna għal skopijiet ta’ responsabbiltà.

5.   Ir-restrizzjonijiet għandhom jitneħħew malli ma jkunux għandhom japplikaw iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawhom. B’mod partikolari, fejn ikun meqjus li l-eżerċitar tad-dritt ristrett ma jibqax iħassar l-effett tar-restrizzjoni imposta jew jaffettwa b’mod negattiv id-drittijiet jew il-libertajiet ta’ suġġetti tad-data oħra.

Artikolu 4

Rieżami mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

1.   L-ECDC għandu mingħajr dewmien mhux iġġustifikat, jinforma lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (“l-UPD”) tiegħu kull meta l-kontrollur jirrestrinġi l-applikazzjoni tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data, jew jestendi r-restrizzjoni, f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Il-kontrollur għandu jipprovdi l-aċċess lill-UPD għar-rekord li jkun fih il-valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni u jiddokumenta d-data ta’ meta informa lill-UPD fir-rekord.

2.   L-UPD jista’ jitlob bil-miktub li l-kontrollur jirrieżamina l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet. Il-kontrollur għandu jinforma lill-UPD bil-miktub dwar l-eżitu tar-rieżami mitlub.

3.   Il-kontrollur għandu jinforma lill-UPD meta tkun tneħħiet ir-restrizzjoni.

Artikolu 5

L-għoti ta’ informazzjoni lis-suġġett tad-data

1.   F’każijiet iġġustifikati kif xieraq u skont il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-deċiżjoni, id-dritt għall-informazzjoni jista’ jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar li ġejjin:

(a)

it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinarji;

(b)

attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-LAF;

(c)

proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta;

(d)

proċeduri (formali u informali) għal każijiet ta’ fastidju;

(e)

l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni;

(f)

awditi interni;

(g)

l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(h)

investigazzjonijiet ta’ sigurtà (tal-IT) mmaniġġati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE).

L-ECDC għandu jinkludi fl-avviżi tal-protezzjoni tad-data, dikjarazzjonijiet ta’ privatezza jew rekords fis-sens tal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2018/1725, ippubblikati fuq is-sit web tiegħu u/jew fuq l-intranet biex jinforma lis-suġġetti tad-data bid-drittijiet tagħhom fil-qafas ta’ proċedura partikolari, informazzjoni relatata mar-restrizzjoni potenzjali ta’ dawn id-drittijiet. L-informazzjoni għandha tkopri liema drittijiet jistgħu jiġu ristretti, ir-raġunijiet u t-tul ta’ żmien potenzjali.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3, l-ECDC, fejn proporzjonat, għandu jinforma wkoll b’mod individwali lis-suġġetti kollha tad-data, li huma kkunsidrati bħala persuni kkonċernati fl-operazzjoni speċifika tal-ipproċessar, bid-drittijiet tagħhom li jikkonċernaw restrizzjonijiet preżenti jew futuri mingħajr dewmien bla bżonn u bil-miktub.

3.   Fejn l-ECDC jirrestrinġi, kompletament jew parzjalment, l-għoti ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data msemmija fil-paragrafu 2, huwa għandu jirreġistra r-raġunijiet għar-restrizzjoni, ir-raġuni legali skont l-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni, inkluż valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni.

Ir-rekord u, fejn applikabbli, id-dokumenti li jkun fihom elementi fattwali u legali sottostanti għandhom jiġu rreġistrati. Għandhom ikunu disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq talba.

4.   Ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tkompli tapplika dment li jibqgħu applikabbli r-raġunijiet li jiġġustifikawha.

Fejn ir-raġunijiet għar-restrizzjoni ma jibqgħux japplikaw, l-ECDC għandu jipprovdi informazzjoni lis-suġġett tad-data dwar ir-raġunijiet prinċipali li fuqhom tkun ibbażata l-applikazzjoni ta’ restrizzjoni. Fl-istess ħin, l-ECDC għandu jinforma lis-suġġett tad-data bid-dritt li jressaq ilment mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fi kwalunkwe ħin jew li jfittex rimedju ġudizzjarju fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

L-ECDC għandu jirrieżamina l-applikazzjoni tar-restrizzjoni kull sitt xhur mill-adozzjoni tagħha u fl-għeluq tal-inkjesta, proċedura jew investigazzjoni rilevanti. Imbagħad, kull sitt xhur, il-kontrollur għandu jimmonitorja l-ħtieġa li tinżamm kwalunkwe restrizzjoni.

Artikolu 6

Dritt ta’ aċċess mis-suġġett tad-data

1.   F’każijiet debitament iġġustifikati u taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-deċiżjoni, id-dritt għall-aċċess jista’ jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar li ġejjin, fejn meħtieġ u proporzjonat:

(a)

it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinarji;

(b)

attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF;

(c)

proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta;

(d)

proċeduri (formali u informali) għal każijiet ta’ fastidju;

(e)

l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni;

(f)

awditi interni;

(g)

l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(h)

investigazzjonijiet ta’ sigurtà (tal-IT) mmaniġġati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE);

(i)

b’rabta mal-aċċess dirett għad-dokumenti relatati ma’ data medika ta’ natura psikoloġika jew psikjatrika inkluża fil-fajl tal-persunal tal-membri tal-persunal tal-ECDC.

Fejn is-suġġetti tad-data jitolbu aċċess għad-data personali tagħhom ipproċessata fil-kuntest ta’ każ speċifiku wieħed jew aktar jew għal operazzjoni partikolari tal-ipproċessar, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-ECDC għandu jillimita l-valutazzjoni tiegħu tat-talba għal tali data personali biss.

2.   Fejn l-ECDC jirrestrinġi, kompletament jew parzjalment, id-dritt ta’ aċċess imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725, huwa għandu jieħu l-passi li ġejjin:

(a)

għandu jinforma lis-suġġett tad-data kkonċernat, fit-tweġiba tiegħu għat-talba, bir-restrizzjoni applikata u bir-raġunijiet prinċipali għaliha, u bil-possibbiltà li jista’ jressaq ilment lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew li jfittex rimedju ġudizzjarju fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

(b)

f’nota ta’ valutazzjoni interna, huwa għandu jiddokumenta r-raġunijiet għar-restrizzjoni, inkluża valutazzjoni tan-neċessità, il-proporzjonalità tar-restrizzjoni, u d-durata tagħha.

L-għoti ta’ informazzjoni msemmija fil-punt (a) jista’ jiġi differit, imħalla barra jew miċħud jekk ikun jikkanċella l-effett tar-restrizzjoni skont l-Artikolu 25(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

L-ECDC għandu jirrieżamina l-applikazzjoni tar-restrizzjoni kull sitt xhur mill-adozzjoni tagħha u fl-għeluq tal-investigazzjoni rilevanti. Imbagħad, kull sitt xhur, il-kontrollur għandu jimmonitorja l-ħtieġa li tinżamm kwalunkwe restrizzjoni.

3.   Ir-rekord u, fejn applikabbli, id-dokumenti li jkun fihom elementi fattwali u legali sottostanti għandhom jiġu rreġistrati. Għandhom ikunu disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq talba.

Artikolu 7

Dritt ta’ rettifika, tħassir u restrizzjoni tal-ipproċessar

1.   F’każijiet iġġustifikati kif xieraq u skont il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-deċiżjoni, id-dritt ta’ rettifika, tħassir u restrizzjoni jista’ jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar li ġejjin, fejn ikun neċessarju u xieraq:

(a)

it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinarji;

(b)

attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF;

(c)

proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta;

(d)

proċeduri (formali u informali) għal każijiet ta’ fastidju;

(e)

l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni;

(f)

awditi interni;

(g)

l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(h)

investigazzjonijiet ta’ sigurtà (tal-IT) mmaniġġati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE).

2.   Fejn l-ECDC jirrestrinġi, kompletament jew parzjalment, l-applikazzjoni tad-dritt għar-rettifika, it-tħassir u r-restrizzjoni tal-ipproċessar imsemmi fl-Artikoli 18, 19(1) u 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, huwa għandu jieħu l-passi stabbiliti fl-Artikolu 6(2) ta’ din id-Deċiżjoni u jirreġistra r-rekord skont l-Artikolu 6(3) tagħha.

Artikolu 8

Il-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data u l-kunfidenzjalità ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi

1.   F’każijiet debitament iġġustifikati u skont il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-deċiżjoni, id-dritt għall-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali jista’ jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar li ġejjin, fejn meħtieġ u proporzjonat:

(a)

it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinarji;

(b)

attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF;

(c)

proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta;

(d)

proċeduri (formali u informali) għal każijiet ta’ fastidju;

(e)

l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni;

(f)

awditi interni;

(g)

l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(h)

investigazzjonijiet ta’ sigurtà (tal-IT) mmaniġġati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE).

2.   F’każijiet iġġustifikati kif xieraq u skont il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-deċiżjoni, id-dritt ta’ kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika jista’ jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar li ġejjin, fejn ikun neċessarju u xieraq:

(a)

it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinarji;

(b)

attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF;

(c)

proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta;

(d)

proċeduri formali għal każijiet ta’ fastidju;

(e)

l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni;

(f)

investigazzjonijiet ta’ sigurtà (tal-IT) mmaniġġati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE).

3.   Fejn l-ECDC jirrestrinġi l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data jew il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi msemmija fl-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725, għandu jirreġistra u jżomm rekord tar-raġunijiet għar-restrizzjoni f’konformità mal-Artikolu 5(3) ta’ din id-deċiżjoni. L-Artikolu 5(4) ta’ din id-Deċiżjoni għandu japplika.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Stokkolma, id-9 ta’ Settembru 2019.

Għaċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard

Anni VIROLAINEN-JULKUNEN

tal-Bord tat-Tmexxija


(1)   ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)   ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(4)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

31.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/45


DEĊIŻJONI NRU 1/2020 TAL-KUMITAT TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-RENJU TAL-MAROKK

tas-16 ta’ Marzu 2020

dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk bil-għan li jiġi evalwat l-impatt tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra [2020/468]

IL-KUMITAT TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-RENJU TAL-MAROKK,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju tas-26 ta’ Frar 1996 li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikolu 83 tiegħu

Wara li kkunsidra l-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk tal-25 ta’ Ottubru 2018 dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra,

Billi:

(1)

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem, il-“Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri”), daħal fis-seħħ fid-19 ta’ Lulju 2019.

(2)

Dan il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri ġie konkluż mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet rispettivi tal-Unjoni Ewropea dwar l-istatus tas-Saħara tal-Punent u r-Renju tal-Marokk fuq l-imsemmi reġjun.

(3)

Permezz ta’ dan il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, il-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent li huma soġġetti għall-kontroll tal-awtoritajiet doganali tar-Renju tal-Marokk jibbenefikaw mill-istess preferenzi kummerċjali bħal dawk mogħtija mill-Unjoni Ewropea għall-prodotti koperti mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem, il-“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”).

(4)

Fi spirtu ta’ sħubija u sabiex il-Partijiet ikunu jistgħu jevalwaw l-impatt tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, b’mod partikolari fuq l-iżvilupp sostenibbli, speċjalment fir-rigward tal-vantaġġi għall-popolazzjonijiet ikkonċernati u l-isfruttament tar-riżorsi naturali tat-territorji kkonċernati, l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk qablu li jiskambjaw informazzjoni fil-qafas tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni mill-inqas darba fis-sena.

(5)

Il-modalitajiet speċifiċi ta’ dan l-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni jridu jiġu adottati mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Fi spirtu ta’ sħubija u sabiex il-Partijiet ikunu jistgħu jevalwaw l-impatt tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri matul l-applikazzjoni tiegħu f’perspettiva ta’ żvilupp sostenibbli, l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk qablu li jiskambjaw reċiprokament informazzjoni fil-qafas tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fuq il-bażi ta’ kull sena.

2.   L-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk għandhom jiskambjaw id-data meqjusa bħala pertinenti fis-setturi ta’ attività ewlenin ikkonċernati kif ukoll informazzjoni statistika, ekonomika, soċjali u ambjentali, b’mod partikolari fir-rigward tal-vantaġġi li jġib il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri għall-popolazzjonijiet ikkonċernati u l-isfruttament tar-riżorsi naturali tat-territorji kkonċernati. Fl-anness ta’ din id-Deċiżjoni tinsab lista’ ta’ informazzjoni pertinenti.

Dan l-iskambju se jsir abbażi ta’ komunikazzjoni bil-miktub, trażmessa minn qabel, mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Marzu ta’ kull sena; din il-komunikazzjoni tista’ tiġi segwita minn talbiet għal kjarifiki u minn kwistjonijiet supplementari, fl-ambitu tat-temi stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. Ir-risposti għandhom jingħataw mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Ġunju ta’ kull sena.

3.   Barra minn hekk, il-Partijiet qablu wkoll, fi spirtu ta’ sħubija u sabiex il-Partijiet ikunu jistgħu jevalwaw l-impatt tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, li r-Renju tal-Marokk jista’ jitlob lill-Unjoni Ewropea għal informazzjoni dwar il-produzzjoni u l-kummerċ ta’ kategoriji ta’ prodotti speċifiċi ta’ interess partikolari għar-Renju tal-Marokk, abbażi tas-sistemi ta’ informazzjoni li diġà jeżistu.

Għal dan il-għan, ir-Renju tal-Marokk jittrażmetti t-talba tiegħu bil-miktub lill-Unjoni Ewropea mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Marzu ta’ kull sena; din il-komunikazzjoni tista’ tiġi segwita minn talbiet għal kjarifiki u minn kwistjonijiet supplementari. Ir-risposti għandhom jingħataw mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Ġunju ta’ kull sena.

4.   Il-Partijiet għandhom jieħdu nota ta’ dawn l-iskambji fil-qafas tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni darba kull sena.

5.   Il-Partijiet għandhom jaqblu, matul ix-xahar ta’ wara l-laqgħa, dwar il-minuti li jinkludu l-konklużjonijiet tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

Artikolu 2

L-Anness huwa parti integrali minn din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Renju tal-Marokk

R. GILI


ANNESS

INFORMAZZJONI PERTINENTI FIL-QAFAS TAL-ISKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI PREVIST FIL-FTEHIM FIL-FORMA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI

L-informazzjoni skambjata għandha tippermetti l-aġġornament tar-rapport imfassal mis-servizzi tal-Kummissjoni flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tal-11 ta’ Ġunju 2018  (1). L-iskambju ta’ informazzjoni għandu b’hekk jinkorpora l-informazzjoni dettaljata li tippermetti li ssir l-evalwazzjoni tal-impatt tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri waqt li jkun qiegħed jiġi implimentat, inkluża informazzjoni ġenerali dwar it-territorji u l-popolazzjonijiet ikkonċernati. Din l-informazzjoni hija maħsuba biss għal finijiet ta’ evalwazzjoni u għat-tfassil tal-aġġornamenti tar-rapport imsemmi mis-servizzi tal-Kummissjoni u mis-SEAE. Bħala indikazzjoni, dawn li ġejjin huma eżempji ta’ informazzjoni pertinenti:

1.

Informazzjoni pprovduta mir-Renju tal-Marokk:

(a)

Informazzjoni ġenerali:

*

statistika soċjo-ekonomika u statistika ambjentali.

(b)

Informazzjoni dwar is-setturi ekonomiċi ewlenin tal-esportazzjoni

*

il-produzzjoni skont it-tip ta’ prodott;

*

is-superfiċji sfruttata u l-volumi tal-ħsad;

*

l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea skont il-volum u skont il-valur;

*

l-attivitajiet ekonomiċi tal-operaturi lokali relatati mas-setturi koperti mill-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri u l-impjiegi ġġenerati;

*

il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi;

*

l-istabbilimenti ta’ produzzjoni.

2.

Informazzjoni pprovduta mill-UE:

Informazzjoni dwar il-kummerċ fi prodotti esportati lejn ir-Renju tal-Marokk skont il-kodiċi doganali, skont il-volum u skont il-valur, kif ukoll, sa fejn din l-istatistika tkun disponibbli, dwar il-produzzjoni ta’ prodotti speċifiċi.

3.

Informazzjoni pertinenti oħra:

Kif previst fil-korrispondenza skambjata bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Missjoni tar-Renju tal-Marokk għall-Unjoni Ewropea fis-6 ta’ Diċembru 2018, ir-Renju tal-Marokk se jistabbilixxi mekkaniżmu għall-ġbir tal-informazzjoni dwar l-esportazzjonijiet koperti mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni kif emendat permezz tal-Iskambju ta’ Ittri, li jipprovdi b’mod sistematiku u regolari, u kull xahar jagħmel disponibbli, data preċiża li tippermetti lill-Unjoni Ewropea jkollha informazzjoni trasparenti u affidabbli dwar l-oriġini ta’ dawn l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, skont ir-reġjun (2). Il-Kummissjoni Ewropea għandha jkollha aċċess dirett għal din id-data li hija għandha taqsam mal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Min-naħa tiegħu, ir-Renju tal-Marokk se jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu informazzjoni statistika trasparenti u affidabbli dwar l-esportazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Renju tal-Marokk.


(1)   “Rapport dwar il-benefiċċji għall-popolazzjoni tas-Saħara tal-Punent, u dwar il-konsultazzjoni ta’ din il-popolazzjoni, tal-estensjoni ta’ preferenzi tariffarji għall-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent” tal-11 ta’ Ġunju 2018 (SWD/2018/346 final).

(2)  NB: dan il-mekkaniżmu ilu operattiv mill-1 ta’ Ottubru 2019.