ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
6.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/370
tal-5 ta’ Marzu 2020
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-5 ta’ Marzu 2014 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 208/2014. |
(2) |
Abbażi ta’ reviżjoni mill-Kunsill, jenħtieġ li jitħassru l-entrati għal żewġ persuni u jenħtieġ li tiġi aġġornata l-informazzjoni fl-Anness I dwar id-drittijiet ta’ difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
T. ĆORIĆ
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fit-taqsima “A. Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 2”, jitħassru l-entrati għall-persuni li ġejjin:
|
(2) |
it-taqsima “B. Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva” tinbidel b’dan li ġej:
|
6.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/371
tal-5 ta’ Marzu 2020
li jimplimenta l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta’ Jannar 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44. |
(2) |
Fil-25 ta’ Frar 2020, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1970 (2011) tal-KSNU aġġorna l-informazzjoni relattiva għal ħames persuni soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/44 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
T. ĆORIĆ
ANNESS
Fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/44, l-entrati 6, 9, 23, 25, u 27 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“6. Isem: 1: ABU 2: ZAYD 3: UMAR 4: DORDA
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: a) Direttur, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. b) Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna. Data tat-Twelid:4 ta’ April 1944Post tat-Twelid: Alrhaybat Psewdonimu affidabbli: Dorda Abuzed OE Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: Numru tal-Passaport tal-Libja FK117RK0, maħruġ fil-25 ta’ Novembru 2018, maħruġ fi Tripli (Data ta’ skadenza: 24 ta’ Novembru 2026) Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Libja (Status/post preżunt: residenti fl-Eġittu) Elenkat fi:26 ta’ Frar 2011 (emendi fis-27 ta’ Ġunju 2014, 1 ta’ April 2016, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta’ Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5938451”
“9. Isem: 1: AISHA 2: MUAMMAR MUHAMMED 3: ABU MINYAR 4: QADHAFI
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid:1 ta’ Jannar 1978Post tat-Twelid: Tripli, Libja Psewdonimu affidabbli: Aisha Muhammed Abdul Salam (Numru tal-Passaport tal-Libja: 215215) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-passaport: a) Oman numru 03824970; maħruġ fl-4 ta’ Mejju 2014, maħruġ f’Muscat, Oman (Data ta’ skadenza: 3 ta’ Mejju 2024) b) Libja 428720 c) B/011641 Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 98606612 Indirizz: Is-Saltna tal-Oman (Status/post preżunt: Is-Saltna tal-Oman) Elenkat fi:26 ta’ Frar 2011 (emendi fil-11 ta’ Novembru 2016, 26 ta’ Settembru 2014, 21 ta’ Marzu 2013, 2 ta’ April 2012, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525815”
“23. Isem: 1: AHMAD 2: OUMAR 3: IMHAMAD 4: AL-FITOURI
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-milizzja Anas al-Dabbashi, Mexxej ta’ netwerk transnazzjonali tat-traffikar Data tat-Twelid:7 ta’ Mejju 1988Post tat-Twelid: (possibbilment Sabratha, il-viċinat ta’ Talil) Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Al-Dabachi b) Al Ammu c) The Uncle d) Al-Ahwal e) Al Dabbashi Ċittadinanza: Libja Nru tal-passaport: Numru tal-Passaport tal-Libja LY53FP76; maħruġ fid-29 ta’ Settembru 2015; maħruġ fi Tripoli Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 119880387067 Indirizz: a) Garabulli, Libja b) Zawiya, Libja c) Dbabsha-Sabratah Elenkat fi:7 ta’ Ġunju 2018 (emendi fis-17 ta’ Settembru 2018, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)
Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/
Informazzjoni addizzjonali
Ahmad Imhamad huwa l-kmandant tal-milizzja Anas al-Dabbashi, li qabel kienet topera fiż-żona kostali bejn Sabratha u Melita. Imhamad huwa mexxej sinifikanti f’attivitajiet illegali relatati mat-traffikar ta’ migranti. Il-klann u l-milizzja al-Dabbashi jżommu wkoll relazzjonijiet ma’ gruppi terroristiċi u gruppi estremisti vjolenti. Imhamad bħalissa huwa attiv fl-inħawi ta’ Zawiya, wara li kien hemm ġlied vjolenti ma’ milizzji u organizzazzjonijiet tat-traffikar rivali oħrajn fl-inħawi taż-żona kostali f’Ottubru 2017, li rriżultaw f’aktar minn 30 persuna mejta, inkluż persuni ċivili. Bi tweġiba għat-tkeċċija tiegħu, Ahmad Imhamad fl-4 ta’ Diċembru 2017 wiegħed pubblikament li ser jirritorna Sabratha bl-armi u bil-forza. Hemm evidenza estensiva li l-milizzja ta’ Imhamad kienet direttament involuta fit-traffikar u l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, u li l-milizzja tiegħu tikkontrolla żoni ta’ tluq għall-migranti, kampijiet, djar siguri u dgħajjes. Hemm informazzjoni li tappoġġa l-konklużjoni li Imhamad espona l-migranti (inkluż minorenni) għal kundizzjonijiet brutali u xi kultant ċirkostanzi fatali fuq l-art u fuq il-baħar. Wara ġlied vjolenti bejn il-milizzja ta’ Imhamad u milizzji oħrajn f’Sabratha, instabu eluf ta’ migranti (bosta f’kundizzjoni gravi), il-biċċa l-kbira tagħhom miżmuma f’ċentri tal-Brigata Martyrs Anas al-Dabbashi u tal-milizzja al-Ghul. Il-klann al-Dabbashi u l-milizzja konnessa Anas al-Dabbashi għandhom rabtiet li ilhom stabbiliti mal-Istat Iżlamiku ta’ Levante (ISIL) u l-affiljati tiegħu.
Diversi operaturi tal-ISIL huma skjerati magħhom, inkluż Abdallah al-Dabbashi, il-"kaliff" ta’ ISIL f’Sabratha. Imhamad kien allegatament involut fl-organizzazzjoni tal-qtil ta’ Sami Khalifa al-Gharabli, li kien maħtur mill-Kunsill muniċipali ta’ Sabratha biex jiġġieled kontra l-operazzjonijiet ta’ traffikar ta’ migranti f’Lulju 2017. L-attivitajiet ta’ Imhamad jikkontribwixxu b’mod importanti għall-vjolenza u n-nuqqas ta’ sigurtà fil-Punent tal-Libja u huma ta’ theddida għall-paċi u l-istabbiltà fil-Libja u l-pajjiżi ġirien.”
"25. Isem: 1: MOHAMMED 2: AL AMIN 3: AL-ARABI 4: KASHLAF
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-brigata Shuhada al-Nasr, Kap tal-Gwardja tar-Raffinerija tal-Petrol ta’ Zawiya Data tat-Twelid:2 ta’ Diċembru 1985Post tat-Twelid: Zawiya, Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Kashlaf b) Koshlaf c) Keslaf d) al-Qasab Ċittadinanza: Libja Nru tal-passaport: C17HLRL3, maħruġ fit-30 ta’ Diċembru 2015, maħruġ f’Zawiya Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Zawiya, Libja Elenkat fi:7 ta’ Ġunju 2018 (emendi fis-17 ta’ Settembru 2018, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)
Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).
Informazzjoni addizzjonali
Mohammed al-Hadi huwa l-kap tal-brigata Shuhada al Nasr f’Zawiya, fil-Punent tal-Libja. Il-milizzja tiegħu tikkontrolla r-raffinerija ta’ Zawiya, ċentru ta’ operazzjonijiet tal-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali. Al-Hadi jikkontrolla wkoll iċ-ċentri ta’ detenzjoni, inkluż iċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Nasr – nominalment taħt il-kontroll tad-DCIM. Kif iddokumentat f’diversi sorsi, in-netwerk ta’ al-Hadi huwa wieħed mill-aktar dominanti fil-qasam tal-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali u l-isfruttament tal-migranti fil-Libja. Al-Hadi għandu rabtiet estensivi mal-kap tal-unità lokali tal-gwardja tal-kosta ta’ Zawiya, al-Rahman al-Milad, li l-unità tiegħu tinterċetta dgħajjes bil-migranti, li ta’ spiss ikunu ta’ netwerks rivali ta’ faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali. Il-migranti mbagħad jinġiebu f’faċilitajiet ta’ detenzjoni taħt il-kontroll tal-milizzja Al Nasr, fejn allegatament jinżammu f’kundizzjonijiet kritiċi. Il-Bord ta’ Esperti għal-Libja ġabar evidenza ta’ migranti li spiss kienu msawta, filwaqt li oħrajn, speċjalment nisa minn pajjiżi tas-Sub-Saħara u l-Marokk, inbiegħu fis-suq lokali bħala "skjavi sesswali". Il-Bord sab ukoll li al-Hadi kkollabora ma’ gruppi armati oħrajn u kien involut fi ġlied ripetut u vjolenti fl-2016 u fl-2017."
‘27. Isem: 1: IBRAHIM 2: SAEED 3: SALIM 4: JADHRAN
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta’ milizzji armati Data tat-Twelid:29 ta’ Ottubru 1982Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: Ibrahim Saeed Salem Awad Aissa Hamed Dawoud Al Jadhran Psewdonimu inqas affidabbli:: mhux disponibbli Ċittadinanza: Libja Nru tal-passaport: S/263963; maħruġ fit-8 ta’ Novembru 2012Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: a) 119820043341 b) Nru ta’ identifikazzjoni personali: 137803 Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:11 ta’ Settembru 2018 (emendi fil-25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Isem tal-omm Salma Abdula Younis. Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: www.interpol.int/en/notice/search/un/xxxx.
Elenkat skont il-paragrafi 11(b), 11(c) u 11(d) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015); paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017).
Informazzjoni addizzjonali
— |
L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Libja ħareġ mandat ta’ arrest kontra l-persuna kkonċernata fejn ġie akkużat li wettaq għadd ta’ reati. |
— |
Il-persuna kkonċernata wettqet azzjonijiet u attakki bl-armi kontra installazzjonijiet taż-żejt li jinsabu fir-reġjun tan-nofs qamar taż-żejt li kkawżaw il-qerda tiegħu, bl-aħħar wieħed fl-14 ta’ Ġunju 2018. |
— |
L-attakki fuq ir-reġjun tan-nofs qamar taż-żejt waslu għal ħafna vittmi fost l-abitanti tar-reġjun u pperikolaw il-ħajja tal-persuni ċivili. |
— |
L-attakki b’mod intermittenti waqqfu l-esportazzjonijiet taż-żejt Libjan mill-2013 sal-2018, li wassal għal telf sinifikanti għall-ekonomija Libjana. |
— |
Il-persuna kkonċernata pprovat tesporta ż-żejt b’mod illegali. |
— |
Il-persuna kkonċernata tirrekluta ġellieda barranin għall-attakki ripetuti tiegħu kontra r-reġjun ‘tan-nofs qamar taż-żejt’. |
— |
Il-persuna kkonċernata, permezz tal-azzjonijiet tagħha, qed taħdem kontra l-istabbiltà tal-Libja, u tikkostitwixxi ostkolu għall-partijiet Libjani biex tissolva l-kriżi politika u jiġi implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.’ |
DEĊIŻJONIJIET
6.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/372
tas-27 ta’ Frar 2020
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali fir-rigward tal-adozzjoni ta’ emendi għall-Annessi 1, 3, 4, 6, 10, 11, 13, 14, 15, 16 u 18 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (il-“Konvenzjoni ta’ Chicago”), li tirregola t-trasport bl-ajru internazzjonali, daħlet fis-seħħ fl-4 ta’ April 1947. Hija stabbilixxiet l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO). |
(2) |
L-Istati Membri tal-Unjoni huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Chicago u membri tal-ICAO, filwaqt li l-Unjoni għandha status ta’ osservatur f’ċerti korpi tal-ICAO. |
(3) |
Taħt l-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, il-Kunsill tal-ICAO għandu l-funzjoni li jadotta standards internazzjonali u prattiki rakkomandati. |
(4) |
Il-Kunsill tal-ICAO, fil-219-il sessjoni tiegħu li tibda fit-2 ta’ Marzu 2020, mistenni jadotta għadd ta’ emendi għall-Annessi 1, 3, 4, 6, 10, 11, 13, 14, 15, 16 u 18 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago (l-“emendi”), fl-oqsma tas-sikurezza, tal-ambjent u tan-navigazzjoni tal-ajru. |
(5) |
Ladarba jiġu adottati, l-emendi se jorbtu lill-Istati Membri kollha tal-ICAO, inklużi l-Istati Membri kollha tal-Unjoni, f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Chicago u fil-limiti stabbiliti fiha, u se jkunu kapaċi jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tad-dritt tal-Unjoni. |
(6) |
Ikun għalhekk adatt li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill tal-ICAO fir-rigward tal-emendi. |
(7) |
Jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jkun limitat għall-kontenut tal-emendi, sa fejn dak il-kontenut jaqa’ f’qasam li huwa diġà, fil-parti l-kbira tiegħu, kopert minn regoli komuni tal-UE. Din id-Deċiżjoni mhijiex mistennija taffettwa d-distribuzzjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri fil-kamp tal-avjazzjoni. |
(8) |
Jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill tal-ICAO tkun li tappoġġa l-politiki espressi fl-emendi, billi dawn jikkontribwixxu għat-titjib tas-sikurezza tal-avjazzjoni u tal-istandards ambjentali. |
(9) |
Jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni tiġi espressa mill-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tal-Kunsill tal-ICAO, li jaġixxu b’mod konġunt, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) fil-219-il sessjoni tiegħu fir-rigward tal-adozzjoni ta’ emendi għall-Annessi 1, 3, 4, 6, 10, 11, 13, 14, 15, 16 u 18 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (1) għandha tiġi espressa mill-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tal-Kunsill tal-ICAO, li jaġixxu b’mod konġunt.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Frar 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
D. HORVAT
(1) Ara d-dokument ST 6180/20 fis-sit http://register.consilium.europa.eu.
6.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/373
tal-5 ta’ Marzu 2020
li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESKdwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni,entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-5 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK (1). |
(2) |
Abbażi ta’ reviżjoni tad-Deċiżjoni 2014/119/PESK, jenħtieġ li l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi tiġi estiża sas-6 ta’ Marzu 2021, jenħtieġ li jitħassru l-entrati għal żewġ persuni u fl-Anness jenħtieġ li tiġi aġġornata l-informazzjoni dwar id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/119/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/119/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 5, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej: “Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-6 ta’ Marzu 2021.”; |
(2) |
l-Anness huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
T. ĆORIĆ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 66, 6.3.2014, p. 26).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/119/PESK huwa emendat kif ġej:
(1) |
fit-taqsima “A. Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1”, jitħassru l-entrati għall-persuni li ġejjin:
|
(2) |
it-taqsima “B. Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva” tinbidel b’dan li ġej:
|
6.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/14 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/374
tal-5 ta’ Marzu 2020
li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta’ Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333. |
(2) |
Fil-25 ta’ Frar 2020, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1970 (2011) tal-KSNU aġġorna l-informazzjoni relattiva għal ħames persuni soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
T. ĆORIĆ
ANNESS
Fl-Annessi I u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-entrati 6, 9, 23, 25 u 27 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“6. Isem: 1: ABU 2: ZAYD 3: UMAR 4: DORDA
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: a) Direttur, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. b) Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna. Data tat-Twelid:4 ta’ April 1944Post tat-Twelid: Alrhaybat Psewdonimu affidabbli: Dorda Abuzed OE Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: Numru tal-Passaport tal-Libja FK117RK0, maħruġ fil-25 ta’ Novembru 2018, maħruġ fi Tripli (Data ta’ skadenza: 24 ta’ Novembru 2026) Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Libja (Status/post preżunt: residenti fl-Eġittu) Elenkat fi:26 ta’ Frar 2011 (emendi fis-27 ta’ Ġunju 2014, 1 ta’ April 2016, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta’ Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5938451”
“9. Isem: 1: AISHA 2: MUAMMAR MUHAMMED 3: ABU MINYAR 4: QADHAFI
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid:1 ta’ Jannar 1978Post tat-Twelid: Tripli, Libja Psewdonimu affidabbli: Aisha Muhammed Abdul Salam (Numru tal-Passaport tal-Libja: 215215) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-passaport: a) Oman numru 03824970; maħruġ fl-4 ta’ Mejju 2014, maħruġ f’Muscat, Oman (Data ta’ skadenza: 3 ta’ Mejju 2024) b) Libja 428720 c) B/011641 Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 98606612 Indirizz: Is-Saltna tal-Oman (Status/post preżunt: Is-Saltna tal-Oman) Elenkat fi:26 ta’ Frar 2011 (emendi fil-11 ta’ Novembru 2016, 26 ta’ Settembru 2014, 21 ta’ Marzu 2013, 2 ta’ April 2012, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525815”
“23. Isem: 1: AHMAD 2: OUMAR 3: IMHAMAD 4: AL-FITOURI
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-milizzja Anas al-Dabbashi, Mexxej ta’ netwerk transnazzjonali tat-traffikar Data tat-Twelid:7 ta’ Mejju 1988Post tat-Twelid: (possibbilment Sabratha, il-viċinat ta’ Talil) Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Al-Dabachi b) Al Ammu c) The Uncle d) Al-Ahwal e) Al Dabbashi Ċittadinanza: Libja Nru tal-passaport: Numru tal-Passaport tal-Libja LY53FP76; maħruġ fid-29 ta’ Settembru 2015; maħruġ fi Tripoli Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 119880387067 Indirizz: a) Garabulli, Libja b) Zawiya, Libja c) Dbabsha-Sabratah Elenkat fi:7 ta’ Ġunju 2018 (emendi fis-17 ta’ Settembru 2018, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)
Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/
Informazzjoni addizzjonali
Ahmad Imhamad huwa l-kmandant tal-milizzja Anas al-Dabbashi, li qabel kienet topera fiż-żona kostali bejn Sabratha u Melita. Imhamad huwa mexxej sinifikanti f’attivitajiet illegali relatati mat-traffikar ta’ migranti. Il-klann u l-milizzja al-Dabbashi jżommu wkoll relazzjonijiet ma’ gruppi terroristiċi u gruppi estremisti vjolenti. Imhamad bħalissa huwa attiv fl-inħawi ta’ Zawiya, wara li kien hemm ġlied vjolenti ma’ milizzji u organizzazzjonijiet tat-traffikar rivali oħrajn fl-inħawi taż-żona kostali f’Ottubru 2017, li rriżultaw f’aktar minn 30 persuna mejta, inkluż persuni ċivili. Bi tweġiba għat-tkeċċija tiegħu, Ahmad Imhamad fl-4 ta’ Diċembru 2017 wiegħed pubblikament li ser jirritorna Sabratha bl-armi u bil-forza. Hemm evidenza estensiva li l-milizzja ta’ Imhamad kienet direttament involuta fit-traffikar u l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, u li l-milizzja tiegħu tikkontrolla żoni ta’ tluq għall-migranti, kampijiet, djar siguri u dgħajjes. Hemm informazzjoni li tappoġġa l-konklużjoni li Imhamad espona l-migranti (inkluż minorenni) għal kundizzjonijiet brutali u xi kultant ċirkostanzi fatali fuq l-art u fuq il-baħar. Wara ġlied vjolenti bejn il-milizzja ta’ Imhamad u milizzji oħrajn f’Sabratha, instabu eluf ta’ migranti (bosta f’kundizzjoni gravi), il-biċċa l-kbira tagħhom miżmuma f’ċentri tal-Brigata Martyrs Anas al-Dabbashi u tal-milizzja al-Ghul. Il-klann al-Dabbashi u l-milizzja konnessa Anas al-Dabbashi għandhom rabtiet li ilhom stabbiliti mal-Istat Iżlamiku ta’ Levante (ISIL) u l-affiljati tiegħu.
Diversi operaturi tal-ISIL huma skjerati magħhom, inkluż Abdallah al-Dabbashi, il-"kaliff" ta’ ISIL f’Sabratha. Imhamad kien allegatament involut fl-organizzazzjoni tal-qtil ta’ Sami Khalifa al-Gharabli, li kien maħtur mill-Kunsill muniċipali ta’ Sabratha biex jiġġieled kontra l-operazzjonijiet ta’ traffikar ta’ migranti f’Lulju 2017. L-attivitajiet ta’ Imhamad jikkontribwixxu b’mod importanti għall-vjolenza u n-nuqqas ta’ sigurtà fil-Punent tal-Libja u huma ta’ theddida għall-paċi u l-istabbiltà fil-Libja u l-pajjiżi ġirien.”
“25. Isem: 1: MOHAMMED 2: AL AMIN 3: AL-ARABI 4: KASHLAF
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-brigata Shuhada al-Nasr, Kap tal-Gwardja tar-Raffinerija tal-Petrol ta’ Zawiya Data tat-Twelid:2 ta’ Diċembru 1985Post tat-Twelid: Zawiya, Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Kashlaf b) Koshlaf c) Keslaf d) al-Qasab Ċittadinanza: Libja Nru tal-passaport: C17HLRL3, maħruġ fit-30 ta’ Diċembru 2015, maħruġ f’Zawiya Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Zawiya, Libja Elenkat fi:7 ta’ Ġunju 2018 (emendi fis-17 ta’ Settembru 2018, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)
Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).
Informazzjoni addizzjonali
Mohammed al-Hadi huwa l-kap tal-brigata Shuhada al Nasr f’Zawiya, fil-Punent tal-Libja. Il-milizzja tiegħu tikkontrolla r-raffinerija ta’ Zawiya, ċentru ta’ operazzjonijiet tal-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali. Al-Hadi jikkontrolla wkoll iċ-ċentri ta’ detenzjoni, inkluż iċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Nasr – nominalment taħt il-kontroll tad-DCIM. Kif iddokumentat f’diversi sorsi, in-netwerk ta’ al-Hadi huwa wieħed mill-aktar dominanti fil-qasam tal-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali u l-isfruttament tal-migranti fil-Libja. Al-Hadi għandu rabtiet estensivi mal-kap tal-unità lokali tal-gwardja tal-kosta ta’ Zawiya, al-Rahman al-Milad, li l-unità tiegħu tinterċetta dgħajjes bil-migranti, li ta’ spiss ikunu ta’ netwerks rivali ta’ faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali. Il-migranti mbagħad jinġiebu f’faċilitajiet ta’ detenzjoni taħt il-kontroll tal-milizzja Al Nasr, fejn allegatament jinżammu f’kundizzjonijiet kritiċi. Il-Bord ta’ Esperti għal-Libja ġabar evidenza ta’ migranti li spiss kienu msawta, filwaqt li oħrajn, speċjalment nisa minn pajjiżi tas-Sub-Saħara u l-Marokk, inbiegħu fis-suq lokali bħala ‘skjavi sesswali’. Il-Bord sab ukoll li al-Hadi kkollabora ma’ gruppi armati oħrajn u kien involut fi ġlied ripetut u vjolenti fl-2016 u fl-2017.”
“27. Isem: 1: IBRAHIM 2: SAEED 3: SALIM 4: JADHRAN
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta’ milizzji armati Data tat-Twelid:29 ta’ Ottubru 1982Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: Ibrahim Saeed Salem Awad Aissa Hamed Dawoud Al Jadhran Psewdonimu inqas affidabbli:: mhux disponibbli Ċittadinanza: Libja Nru tal-passaport: S/263963; maħruġ fit-8 ta’ Novembru 2012Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: a) 119820043341 b) Nru ta’ identifikazzjoni personali: 137803 Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:11 ta’ Settembru 2018 (emendi fil-25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Isem tal-omm Salma Abdula Younis. Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: www.interpol.int/en/notice/search/un/xxxx.
Elenkat skont il-paragrafi 11 (b), 11 (c) u 11 (d) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015); paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017).
Informazzjoni addizzjonali
— |
L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Libja ħareġ mandat ta’ arrest kontra l-persuna kkonċernata fejn ġie akkużat li wettaq għadd ta’ reati. |
— |
Il-persuna kkonċernata wettqet azzjonijiet u attakki bl-armi kontra installazzjonijiet taż-żejt li jinsabu fir-reġjun tan-nofs qamar taż-żejt li kkawżaw il-qerda tiegħu, bl-aħħar wieħed fl-14 ta’ Ġunju 2018. |
— |
L-attakki fuq ir-reġjun tan-nofs qamar taż-żejt waslu għal ħafna vittmi fost l-abitanti tar-reġjun u pperikolaw il-ħajja tal-persuni ċivili. |
— |
L-attakki b’mod intermittenti waqqfu l-esportazzjonijiet taż-żejt Libjan mill-2013 sal-2018, li wassal għal telf sinifikanti għall-ekonomija Libjana. |
— |
Il-persuna kkonċernata pprovat tesporta ż-żejt b’mod illegali. |
— |
Il-persuna kkonċernata tirrekluta ġellieda barranin għall-attakki ripetuti tiegħu kontra r-reġjun ‘tan-nofs qamar taż-żejt’. |
— |
Il-persuna kkonċernata, permezz tal-azzjonijiet tagħha, qed taħdem kontra l-istabbiltà tal-Libja, u tikkostitwixxi ostkolu għall-partijiet Libjani biex tissolva l-kriżi politika u jiġi implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.” |