ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 71

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
6 ta' Marzu 2020

Werrej

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

REGOLAMENTI

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/370 tal-5 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

1

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/371 tal-5 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

5

DEĊIŻJONIJIET

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/372 tas-27 ta’ Frar 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali fir-rigward tal-adozzjoni ta’ emendi għall-Annessi 1, 3, 4, 6, 10, 11, 13, 14, 15, 16 u 18 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali

8

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/373 tal-5 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESKdwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni,entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

10

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/374 tal-5 ta’ Marzu 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

14

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

6.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/370

tal-5 ta’ Marzu 2020

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Marzu 2014 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 208/2014.

(2)

Abbażi ta’ reviżjoni mill-Kunsill, jenħtieġ li jitħassru l-entrati għal żewġ persuni u jenħtieġ li tiġi aġġornata l-informazzjoni fl-Anness I dwar id-drittijiet ta’ difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

T. ĆORIĆ

(1)  ĠU L 66, 6.3.2014, p. 1

ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-taqsima “A. Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 2”, jitħassru l-entrati għall-persuni li ġejjin:

11.

Mykola Yanovych Azarov

18.

Edward Stavytskyi

(2)

it-taqsima “B. Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva” tinbidel b’dan li ġej:

“B.

Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva

Id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva taħt il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali tal-Ukrajna

L-Artikolu 42 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali tal-Ukrajna (“Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali”) jipprevedi li kull persuna li tkun suspettata jew mixlija fi proċedimenti kriminali tgawdi d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Dawn jinkludu: id-dritt li wieħed ikun infurmat bir-reat kriminali li jkun ġie ssuspettat jew akkużat bih; id-dritt li jkun infurmat, espressament u fil-pront, bid-drittijiet tiegħu taħt il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali; id-dritt li jkollu, meta jkun talab mill-ewwel darba, aċċess għal avukat tad-difiża; id-dritt li jippreżenta petizzjonijiet għal azzjonijiet proċedurali; u d-dritt li jikkontesta d-deċiżjonijiet, l-azzjonijiet u l-omissjonijiet mill-investigatur, il-prosekutur pubbliku u l-imħallef inkwirenti. L-Artikolu 306 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jipprevedi li l-ilmenti kontra deċiżjonijiet, atti jew omissjonijiet tal-investigatur jew il-prosekutur pubbliku għandhom jiġu kkunsidrati minn imħallef inkwirenti ta’ Qorti lokali fil-preżenza tar-rikorrenti jew l-avukat tad-difiża jew ir-rappreżentant legali tiegħu. L-Artikolu 308 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jipprevedi li l-ilmenti li jirrigwardaw in-nuqqas mill-investigatur jew mill-prosekutur pubbliku li josservaw żmien raġonevoli matul l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess jistgħu jiġu ppreżentati lil prosekutur pubbliku superjuri u għandhom jiġu kkunsidrati fi żmien tlett ijiem minn meta jiġu ppreżentati. Barra minn hekk, l-Artikolu 309 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jispeċifika d-deċiżjonijiet tal-imħallfin inkwirenti li jistgħu jiġu kkontestati b’appell, u li deċiżjonijiet oħra jistgħu jkunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju fil-kuntest ta’ proċeduri preparatorji fil-Qorti. Barra minn hekk, għadd ta’ azzjonijiet investigattivi proċedurali huma possibbli biss soġġett għal deċiżjoni mill-imħallef inkwirenti jew minn Qorti (pereżempju s-sekwestru ta’ proprjetà taħt l-Artikoli 167–175, u miżuri ta’ detenzjoni taħt l-Artikoli 176–178 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali).

Applikazzjoni tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ta’ kull waħda mill-persuni elenkati

1.

Viktor Fedorovych Yanukovych

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Yanukovych ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b’mod partikolari fl-ittri tas-26 ta’ Settembru 2014 u t-8 ta’ Ottubru 2014 fir-rigward tan-notifika bil-miktub ta’ suspett li ntbagħtet, fl-informazzjoni li fis-27 ta’ Lulju 2015 ngħata permess għal investigazzjoni speċjali qabel il-proċess in absentia, f’għadd ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti dwar is-sekwestru ta’ proprjetà u mill-fatt li d-deċiżjoni tas-27 ta’ Settembru 2017 ta’ sospensjoni tal-proċedimenti kriminali kienet soġġetta għal appell. Il-Kunsill għandu wkoll evidenza fil-fajl tiegħu li fit-30 ta’ Settembru 2019 ġiet aċċettata eċċezzjoni reċenti tad-difiża.

2.

Vitalii Yuriyovych Zakharchenko

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Zakharchenko ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b’mod partikolari fid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal-21 ta’ Mejju 2018 u tat-23 ta’ Novembru 2018 li jagħtu permess sabiex is-Sur Zakharchenko jinżamm bl-għan li jitressaq quddiem il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta’ smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta’ detenzjoni taħt kustodja. Barra minn hekk, id-deċiżjoni tad-19 ta’ Frar 2019 dwar is-sospensjoni tal-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess kienet soġġetta għal appell.

3.

Viktor Pavlovych Pshonka

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Pshonka ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b’mod partikolari mill-fatt li fit-22 ta’ Diċembru 2014 intbagħtet notifika bil-miktub ta’ suspett, mill-fatt li d-deċiżjoni tas-16 ta’ Ġunju 2017 ta’ sospensjoni tal-proċedimenti kriminali kienet soġġetta għal appell u mid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tat-12 ta’ Marzu 2018, tat-13 ta’ Awwissu 2018 u tal-5 ta’ Settembru 2019 li jagħtu permess sabiex is-Sur Pshonka jinżamm bl-għan li jitressaq quddiem il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta’ smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta’ detenzjoni taħt kustodja.

6.

Viktor Ivanovych Ratushniak

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Ratushniak ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b’mod partikolari fid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal-21 ta’ Mejju 2018 u tat-23 ta’ Novembru 2018 li jagħtu permess sabiex is-Sur Ratushniak jinżamm bl-għan li jitressaq quddiem il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta’ smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta’ detenzjoni taħt kustodja. Barra minn hekk, id-deċiżjoni tad-19 ta’ Frar 2019 dwar is-sospensjoni tal-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess kienet soġġetta għal appell.

7.

Oleksandr Viktorovych Yanukovych

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Yanukovych ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b’mod partikolari f’għadd ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti relatati mas-sekwestru ta’ proprjetà u fid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tas-27 ta’ Ġunju 2018 li tħassar ir-riżoluzzjoni tal-prosekuzzjoni li tiċħad l-eċċezzjoni tad-difiża sabiex tingħalaq l-investigazzjoni.

9.

Artem Viktorovych Pshonka

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Pshonka ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b’mod partikolari mill-fatt li fid-29 ta’ Diċembru 2014 intbagħtet notifika bil-miktub ta’ suspett, mill-fatt li d-deċiżjoni tas-16 ta’ Ġunju 2017 ta’ sospensjoni tal-proċedimenti kriminali kienet soġġetta għal appell u mid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tat-12 ta’ Marzu 2018, tat-13 ta’ Awwissu 2018 u tal-5 ta’ Settembru 2019 li jagħtu permess sabiex is-Sur Pshonka jinżamm bl-għan li jitressaq quddiem il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta’ smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta’ detenzjoni taħt kustodja.

12.

Serhiy Vitalyovych Kurchenko

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Kurchenko ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b’mod partikolari fid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tas-7 ta’ Marzu 2018 li tat permess biex issir investigazzjoni speċjali in absentia. Barra minn hekk, id-difiża ġiet notifikata bit-tlestija tal-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess fit-28 ta’ Marzu 2019 u ngħatat aċċess għall-materjali għall-familjarizzazzjoni.

13.

Dmytro Volodymyrovych Tabachnyk

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Tabachnyk ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b’mod partikolari mid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tat-8 ta’ Mejju 2018 li tat permess sabiex is-Sur Tabachnyk jinżamm bl-għan li jitressaq quddiem il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta’ smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta’ detenzjoni taħt kustodja.

15.

Serhiy Hennadiyovych Arbuzov

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Arbuzov ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b’mod partikolari fl-ittra tal-24 ta’ April 2017 fir-rigward tan-notifika bil-miktub ta’ suspett li ntbagħtet, fid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tad-19 ta’ Diċembru 2018, tat-18 ta’ Marzu 2019 u tad-29 ta’ Lulju 2019 li aċċettaw l-eċċezzjoni tad-difiża kontra n-nuqqas ta’ azzjoni mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali, fid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tal-10 ta’ Awwissu 2017 li tat permess għal investigazzjoni speċjali in absentia u fid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal-4 ta’ Novembru 2019 u tal-5 ta’ Novembru 2019 li jirrifjutaw l-eċċezzjonijiet tad-difiża biex tiġi stabbilita skadenza għat-tlestija tal-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess.

17.

Oleksandr Viktorovych Klymenko

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Klymenko ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b’mod partikolari fid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal-1 ta’ Marzu 2017 u tal-5 ta’ Ottubru 2018 li jagħtu permess biex issir investigazzjoni speċjali in absentia, fid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tat-8 ta’ Frar 2017 u tad-19 ta’ Awwissu 2019 li jagħtu miżura preventiva fil-forma ta’ detenzjoni taħt kustodja u mill-proċess, li għadu għaddej, ta’ familjarizzazzjoni mal-materjali tal-proċedimenti kriminali min-naħa tad-difiża.”.

6.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/5

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/371

tal-5 ta’ Marzu 2020

li jimplimenta l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Jannar 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44.

(2)

Fil-25 ta’ Frar 2020, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1970 (2011) tal-KSNU aġġorna l-informazzjoni relattiva għal ħames persuni soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/44 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

T. ĆORIĆ

(1)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.

ANNESS

Fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/44, l-entrati 6, 9, 23, 25, u 27 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“6.   Isem: 1: ABU 2: ZAYD 3: UMAR 4: DORDA

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: a) Direttur, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. b) Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna. Data tat-Twelid:4 ta’ April 1944Post tat-Twelid: Alrhaybat Psewdonimu affidabbli: Dorda Abuzed OE Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: Numru tal-Passaport tal-Libja FK117RK0, maħruġ fil-25 ta’ Novembru 2018, maħruġ fi Tripli (Data ta’ skadenza: 24 ta’ Novembru 2026) Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Libja (Status/post preżunt: residenti fl-Eġittu) Elenkat fi:26 ta’ Frar 2011 (emendi fis-27 ta’ Ġunju 2014, 1 ta’ April 2016, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta’ Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5938451”

“9.   Isem: 1: AISHA 2: MUAMMAR MUHAMMED 3: ABU MINYAR 4: QADHAFI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid:1 ta’ Jannar 1978Post tat-Twelid: Tripli, Libja Psewdonimu affidabbli: Aisha Muhammed Abdul Salam (Numru tal-Passaport tal-Libja: 215215) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-passaport: a) Oman numru 03824970; maħruġ fl-4 ta’ Mejju 2014, maħruġ f’Muscat, Oman (Data ta’ skadenza: 3 ta’ Mejju 2024) b) Libja 428720 c) B/011641 Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 98606612 Indirizz: Is-Saltna tal-Oman (Status/post preżunt: Is-Saltna tal-Oman) Elenkat fi:26 ta’ Frar 2011 (emendi fil-11 ta’ Novembru 2016, 26 ta’ Settembru 2014, 21 ta’ Marzu 2013, 2 ta’ April 2012, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525815”

“23.   Isem: 1: AHMAD 2: OUMAR 3: IMHAMAD 4: AL-FITOURI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-milizzja Anas al-Dabbashi, Mexxej ta’ netwerk transnazzjonali tat-traffikar Data tat-Twelid:7 ta’ Mejju 1988Post tat-Twelid: (possibbilment Sabratha, il-viċinat ta’ Talil) Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Al-Dabachi b) Al Ammu c) The Uncle d) Al-Ahwal e) Al Dabbashi Ċittadinanza: Libja Nru tal-passaport: Numru tal-Passaport tal-Libja LY53FP76; maħruġ fid-29 ta’ Settembru 2015; maħruġ fi Tripoli Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 119880387067 Indirizz: a) Garabulli, Libja b) Zawiya, Libja c) Dbabsha-Sabratah Elenkat fi:7 ta’ Ġunju 2018 (emendi fis-17 ta’ Settembru 2018, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)

Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/

Informazzjoni addizzjonali

Ahmad Imhamad huwa l-kmandant tal-milizzja Anas al-Dabbashi, li qabel kienet topera fiż-żona kostali bejn Sabratha u Melita. Imhamad huwa mexxej sinifikanti f’attivitajiet illegali relatati mat-traffikar ta’ migranti. Il-klann u l-milizzja al-Dabbashi jżommu wkoll relazzjonijiet ma’ gruppi terroristiċi u gruppi estremisti vjolenti. Imhamad bħalissa huwa attiv fl-inħawi ta’ Zawiya, wara li kien hemm ġlied vjolenti ma’ milizzji u organizzazzjonijiet tat-traffikar rivali oħrajn fl-inħawi taż-żona kostali f’Ottubru 2017, li rriżultaw f’aktar minn 30 persuna mejta, inkluż persuni ċivili. Bi tweġiba għat-tkeċċija tiegħu, Ahmad Imhamad fl-4 ta’ Diċembru 2017 wiegħed pubblikament li ser jirritorna Sabratha bl-armi u bil-forza. Hemm evidenza estensiva li l-milizzja ta’ Imhamad kienet direttament involuta fit-traffikar u l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, u li l-milizzja tiegħu tikkontrolla żoni ta’ tluq għall-migranti, kampijiet, djar siguri u dgħajjes. Hemm informazzjoni li tappoġġa l-konklużjoni li Imhamad espona l-migranti (inkluż minorenni) għal kundizzjonijiet brutali u xi kultant ċirkostanzi fatali fuq l-art u fuq il-baħar. Wara ġlied vjolenti bejn il-milizzja ta’ Imhamad u milizzji oħrajn f’Sabratha, instabu eluf ta’ migranti (bosta f’kundizzjoni gravi), il-biċċa l-kbira tagħhom miżmuma f’ċentri tal-Brigata Martyrs Anas al-Dabbashi u tal-milizzja al-Ghul. Il-klann al-Dabbashi u l-milizzja konnessa Anas al-Dabbashi għandhom rabtiet li ilhom stabbiliti mal-Istat Iżlamiku ta’ Levante (ISIL) u l-affiljati tiegħu.

Diversi operaturi tal-ISIL huma skjerati magħhom, inkluż Abdallah al-Dabbashi, il-"kaliff" ta’ ISIL f’Sabratha. Imhamad kien allegatament involut fl-organizzazzjoni tal-qtil ta’ Sami Khalifa al-Gharabli, li kien maħtur mill-Kunsill muniċipali ta’ Sabratha biex jiġġieled kontra l-operazzjonijiet ta’ traffikar ta’ migranti f’Lulju 2017. L-attivitajiet ta’ Imhamad jikkontribwixxu b’mod importanti għall-vjolenza u n-nuqqas ta’ sigurtà fil-Punent tal-Libja u huma ta’ theddida għall-paċi u l-istabbiltà fil-Libja u l-pajjiżi ġirien.”

"25.   Isem: 1: MOHAMMED 2: AL AMIN 3: AL-ARABI 4: KASHLAF

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-brigata Shuhada al-Nasr, Kap tal-Gwardja tar-Raffinerija tal-Petrol ta’ Zawiya Data tat-Twelid:2 ta’ Diċembru 1985Post tat-Twelid: Zawiya, Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Kashlaf b) Koshlaf c) Keslaf d) al-Qasab Ċittadinanza: Libja Nru tal-passaport: C17HLRL3, maħruġ fit-30 ta’ Diċembru 2015, maħruġ f’Zawiya Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Zawiya, Libja Elenkat fi:7 ta’ Ġunju 2018 (emendi fis-17 ta’ Settembru 2018, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)

Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).

Informazzjoni addizzjonali

Mohammed al-Hadi huwa l-kap tal-brigata Shuhada al Nasr f’Zawiya, fil-Punent tal-Libja. Il-milizzja tiegħu tikkontrolla r-raffinerija ta’ Zawiya, ċentru ta’ operazzjonijiet tal-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali. Al-Hadi jikkontrolla wkoll iċ-ċentri ta’ detenzjoni, inkluż iċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Nasr – nominalment taħt il-kontroll tad-DCIM. Kif iddokumentat f’diversi sorsi, in-netwerk ta’ al-Hadi huwa wieħed mill-aktar dominanti fil-qasam tal-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali u l-isfruttament tal-migranti fil-Libja. Al-Hadi għandu rabtiet estensivi mal-kap tal-unità lokali tal-gwardja tal-kosta ta’ Zawiya, al-Rahman al-Milad, li l-unità tiegħu tinterċetta dgħajjes bil-migranti, li ta’ spiss ikunu ta’ netwerks rivali ta’ faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali. Il-migranti mbagħad jinġiebu f’faċilitajiet ta’ detenzjoni taħt il-kontroll tal-milizzja Al Nasr, fejn allegatament jinżammu f’kundizzjonijiet kritiċi. Il-Bord ta’ Esperti għal-Libja ġabar evidenza ta’ migranti li spiss kienu msawta, filwaqt li oħrajn, speċjalment nisa minn pajjiżi tas-Sub-Saħara u l-Marokk, inbiegħu fis-suq lokali bħala "skjavi sesswali". Il-Bord sab ukoll li al-Hadi kkollabora ma’ gruppi armati oħrajn u kien involut fi ġlied ripetut u vjolenti fl-2016 u fl-2017."

‘27.   Isem: 1: IBRAHIM 2: SAEED 3: SALIM 4: JADHRAN

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta’ milizzji armati Data tat-Twelid:29 ta’ Ottubru 1982Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: Ibrahim Saeed Salem Awad Aissa Hamed Dawoud Al Jadhran Psewdonimu inqas affidabbli:: mhux disponibbli Ċittadinanza: Libja Nru tal-passaport: S/263963; maħruġ fit-8 ta’ Novembru 2012Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: a) 119820043341 b) Nru ta’ identifikazzjoni personali: 137803 Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:11 ta’ Settembru 2018 (emendi fil-25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Isem tal-omm Salma Abdula Younis. Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: www.interpol.int/en/notice/search/un/xxxx.

Elenkat skont il-paragrafi 11(b), 11(c) u 11(d) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015); paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017).

Informazzjoni addizzjonali

L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Libja ħareġ mandat ta’ arrest kontra l-persuna kkonċernata fejn ġie akkużat li wettaq għadd ta’ reati.

Il-persuna kkonċernata wettqet azzjonijiet u attakki bl-armi kontra installazzjonijiet taż-żejt li jinsabu fir-reġjun tan-nofs qamar taż-żejt li kkawżaw il-qerda tiegħu, bl-aħħar wieħed fl-14 ta’ Ġunju 2018.

L-attakki fuq ir-reġjun tan-nofs qamar taż-żejt waslu għal ħafna vittmi fost l-abitanti tar-reġjun u pperikolaw il-ħajja tal-persuni ċivili.

L-attakki b’mod intermittenti waqqfu l-esportazzjonijiet taż-żejt Libjan mill-2013 sal-2018, li wassal għal telf sinifikanti għall-ekonomija Libjana.

Il-persuna kkonċernata pprovat tesporta ż-żejt b’mod illegali.

Il-persuna kkonċernata tirrekluta ġellieda barranin għall-attakki ripetuti tiegħu kontra r-reġjun ‘tan-nofs qamar taż-żejt’.

Il-persuna kkonċernata, permezz tal-azzjonijiet tagħha, qed taħdem kontra l-istabbiltà tal-Libja, u tikkostitwixxi ostkolu għall-partijiet Libjani biex tissolva l-kriżi politika u jiġi implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.’

DEĊIŻJONIJIET

6.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/8

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/372

tas-27 ta’ Frar 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali fir-rigward tal-adozzjoni ta’ emendi għall-Annessi 1, 3, 4, 6, 10, 11, 13, 14, 15, 16 u 18 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (il-“Konvenzjoni ta’ Chicago”), li tirregola t-trasport bl-ajru internazzjonali, daħlet fis-seħħ fl-4 ta’ April 1947. Hija stabbilixxiet l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO).

(2)

L-Istati Membri tal-Unjoni huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Chicago u membri tal-ICAO, filwaqt li l-Unjoni għandha status ta’ osservatur f’ċerti korpi tal-ICAO.

(3)

Taħt l-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, il-Kunsill tal-ICAO għandu l-funzjoni li jadotta standards internazzjonali u prattiki rakkomandati.

(4)

Il-Kunsill tal-ICAO, fil-219-il sessjoni tiegħu li tibda fit-2 ta’ Marzu 2020, mistenni jadotta għadd ta’ emendi għall-Annessi 1, 3, 4, 6, 10, 11, 13, 14, 15, 16 u 18 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago (l-“emendi”), fl-oqsma tas-sikurezza, tal-ambjent u tan-navigazzjoni tal-ajru.

(5)

Ladarba jiġu adottati, l-emendi se jorbtu lill-Istati Membri kollha tal-ICAO, inklużi l-Istati Membri kollha tal-Unjoni, f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Chicago u fil-limiti stabbiliti fiha, u se jkunu kapaċi jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tad-dritt tal-Unjoni.

(6)

Ikun għalhekk adatt li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill tal-ICAO fir-rigward tal-emendi.

(7)

Jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jkun limitat għall-kontenut tal-emendi, sa fejn dak il-kontenut jaqa’ f’qasam li huwa diġà, fil-parti l-kbira tiegħu, kopert minn regoli komuni tal-UE. Din id-Deċiżjoni mhijiex mistennija taffettwa d-distribuzzjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri fil-kamp tal-avjazzjoni.

(8)

Jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill tal-ICAO tkun li tappoġġa l-politiki espressi fl-emendi, billi dawn jikkontribwixxu għat-titjib tas-sikurezza tal-avjazzjoni u tal-istandards ambjentali.

(9)

Jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni tiġi espressa mill-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tal-Kunsill tal-ICAO, li jaġixxu b’mod konġunt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) fil-219-il sessjoni tiegħu fir-rigward tal-adozzjoni ta’ emendi għall-Annessi 1, 3, 4, 6, 10, 11, 13, 14, 15, 16 u 18 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (1) għandha tiġi espressa mill-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tal-Kunsill tal-ICAO, li jaġixxu b’mod konġunt.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Frar 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

D. HORVAT

(1)  Ara d-dokument ST 6180/20 fis-sit http://register.consilium.europa.eu.

6.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/10

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/373

tal-5 ta’ Marzu 2020

li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESKdwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni,entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK (1).

(2)

Abbażi ta’ reviżjoni tad-Deċiżjoni 2014/119/PESK, jenħtieġ li l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi tiġi estiża sas-6 ta’ Marzu 2021, jenħtieġ li jitħassru l-entrati għal żewġ persuni u fl-Anness jenħtieġ li tiġi aġġornata l-informazzjoni dwar id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/119/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/119/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 5, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-6 ta’ Marzu 2021.”;

(2)

l-Anness huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

T. ĆORIĆ

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 66, 6.3.2014, p. 26).

ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/119/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-taqsima “A. Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1”, jitħassru l-entrati għall-persuni li ġejjin:

11.

Mykola Yanovych Azarov;

18.

Edward Stavytskyi;

(2)

it-taqsima “B. Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva” tinbidel b’dan li ġej:

“B.

Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva

Id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva taħt il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali tal-Ukrajna

L-Artikolu 42 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali tal-Ukrajna (‘Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali’) jipprevedi li kull persuna li tkun suspettata jew mixlija fi proċedimenti kriminali tgawdi d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Dawn jinkludu: id-dritt li wieħed ikun infurmat bir-reat kriminali li jkun ġie ssuspettat jew akkużat bih; id-dritt li jkun infurmat, espressament u fil-pront, bid-drittijiet tiegħu taħt il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali; id-dritt li jkollu, meta jkun talab mill-ewwel darba, aċċess għal avukat tad-difiża; id-dritt li jippreżenta petizzjonijiet għal azzjonijiet proċedurali; u d-dritt li jikkontesta d-deċiżjonijiet, l-azzjonijiet u l-omissjonijiet mill-investigatur, il-prosekutur pubbliku u l-imħallef inkwirenti. L-Artikolu 306 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jipprevedi li l-ilmenti kontra deċiżjonijiet, atti jew omissjonijiet tal-investigatur jew il-prosekutur pubbliku għandhom jiġu kkunsidrati minn imħallef inkwirenti ta’ Qorti lokali fil-preżenza tar-rikorrenti jew l-avukat tad-difiża jew ir-rappreżentant legali tiegħu. L-Artikolu 308 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jipprevedi li l-ilmenti li jirrigwardaw in-nuqqas mill-investigatur jew mill-prosekutur pubbliku li josservaw żmien raġonevoli matul l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess jistgħu jiġu ppreżentati lil prosekutur pubbliku superjuri u għandhom jiġu kkunsidrati fi żmien tlett ijiem minn meta jiġu ppreżentati. Barra minn hekk, l-Artikolu 309 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jispeċifika d-deċiżjonijiet tal-imħallfin inkwirenti li jistgħu jiġu kkontestati b’appell, u li deċiżjonijiet oħra jistgħu jkunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju fil-kuntest ta’ proċeduri preparatorji fil-Qorti. Barra minn hekk, għadd ta’ azzjonijiet investigattivi proċedurali huma possibbli biss soġġett għal deċiżjoni mill-imħallef inkwirenti jew minn Qorti (pereżempju s-sekwestru ta’ proprjetà taħt l-Artikoli 167 sa 175, u miżuri ta’ detenzjoni taħt l-Artikoli 176 sa 178 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali).

Applikazzjoni tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ta’ kull waħda mill-persuni elenkati

1.

Viktor Fedorovych Yanukovych

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Yanukovych ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b’mod partikolari fl-ittri tas-26 ta’ Settembru 2014 u t-8 ta’ Ottubru 2014 fir-rigward tan-notifika bil-miktub ta’ suspett li ntbagħtet, fl-informazzjoni li fis-27 ta’ Lulju 2015 ngħata permess għal investigazzjoni speċjali qabel il-proċess in absentia, f’għadd ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti dwar is-sekwestru ta’ proprjetà u mill-fatt li d-deċiżjoni tas-27 ta’ Settembru 2017 ta’ sospensjoni tal-proċedimenti kriminali kienet soġġetta għal appell. Il-Kunsill għandu wkoll evidenza fil-fajl tiegħu li fit-30 ta’ Settembru 2019 ġiet aċċettata eċċezzjoni reċenti tad-difiża.

2.

Vitalii Yuriyovych Zakharchenko

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Zakharchenko ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b’mod partikolari fid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal-21 ta’ Mejju 2018 u tat-23 ta’ Novembru 2018 li jagħtu permess sabiex is-Sur Zakharchenko jinżamm bl-għan li jitressaq quddiem il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta’ smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta’ detenzjoni taħt kustodja. Barra minn hekk, id-deċiżjoni tad-19 ta’ Frar 2019 dwar is-sospensjoni tal-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess kienet soġġetta għal appell.

3.

Viktor Pavlovych Pshonka

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Pshonka ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b’mod partikolari mill-fatt li fit-22 ta’ Diċembru 2014 intbagħtet notifika bil-miktub ta’ suspett, mill-fatt li d-deċiżjoni tas-16 ta’ Ġunju 2017 ta’ sospensjoni tal-proċedimenti kriminali kienet soġġetta għal appell u mid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tat-12 ta’ Marzu 2018, tat-13 ta’ Awwissu 2018 u tal-5 ta’ Settembru 2019 li jagħtu permess sabiex is-Sur Pshonka jinżamm bl-għan li jitressaq quddiem il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta’ smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta’ detenzjoni taħt kustodja.

6.

Viktor Ivanovych Ratushniak

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Ratushniak ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b’mod partikolari fid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal-21 ta’ Mejju 2018 u tat-23 ta’ Novembru 2018 li jagħtu permess sabiex is-Sur Ratushniak jinżamm bl-għan li jitressaq quddiem il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta’ smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta’ detenzjoni taħt kustodja. Barra minn hekk, id-deċiżjoni tad-19 ta’ Frar 2019 dwar is-sospensjoni tal-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess kienet soġġetta għal appell.

7.

Oleksandr Viktorovych Yanukovych

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Yanukovych ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b’mod partikolari f’għadd ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti relatati mas-sekwestru ta’ proprjetà u fid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tas-27 ta’ Ġunju 2018 li tħassar ir-riżoluzzjoni tal-prosekuzzjoni li tiċħad l-eċċezzjoni tad-difiża sabiex tingħalaq l-investigazzjoni.

9.

Artem Viktorovych Pshonka

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Pshonka ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b’mod partikolari mill-fatt li fid-29 ta’ Diċembru 2014 intbagħtet notifika bil-miktub ta’ suspett, mill-fatt li d-deċiżjoni tas-16 ta’ Ġunju 2017 ta’ sospensjoni tal-proċedimenti kriminali kienet soġġetta għal appell u mid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tat-12 ta’ Marzu 2018, tat-13 ta’ Awwissu 2018 u tal-5 ta’ Settembru 2019 li jagħtu permess sabiex is-Sur Pshonka jinżamm bl-għan li jitressaq quddiem il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta’ smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta’ detenzjoni taħt kustodja.

12.

Serhiy Vitalyovych Kurchenko

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Kurchenko ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b’mod partikolari fid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tas-7 ta’ Marzu 2018 li tat permess biex issir investigazzjoni speċjali in absentia. Barra minn hekk, id-difiża ġiet notifikata bit-tlestija tal-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess fit-28 ta’ Marzu 2019 u ngħatat aċċess għall-materjali għall-familjarizzazzjoni.

13.

Dmytro Volodymyrovych Tabachnyk

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Tabachnyk ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b’mod partikolari mid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tat-8 ta’ Mejju 2018 li tat permess sabiex is-Sur Tabachnyk jinżamm bl-għan li jitressaq quddiem il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta’ smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta’ detenzjoni taħt kustodja.

15.

Serhiy Hennadiyovych Arbuzov

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Arbuzov ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b’mod partikolari fl-ittra tal-24 ta’ April 2017 fir-rigward tan-notifika bil-miktub ta’ suspett li ntbagħtet, fid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tad-19 ta’ Diċembru 2018, tat-18 ta’ Marzu 2019 u tad-29 ta’ Lulju 2019 li aċċettaw l-eċċezzjoni tad-difiża kontra n-nuqqas ta’ azzjoni mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali, fid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tal-10 ta’ Awwissu 2017 li tat permess għal investigazzjoni speċjali in absentia u fid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal-4 ta’ Novembru 2019 u tal-5 ta’ Novembru 2019 li jirrifjutaw l-eċċezzjonijiet tad-difiża biex tiġi stabbilita skadenza għat-tlestija tal-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess.

17.

Oleksandr Viktorovych Klymenko

Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.

L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Klymenko ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b’mod partikolari fid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal-1 ta’ Marzu 2017 u tal-5 ta’ Ottubru 2018 li jagħtu permess biex issir investigazzjoni speċjali in absentia, fid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tat-8 ta’ Frar 2017 u tad-19 ta’ Awwissu 2019 li jagħtu miżura preventiva fil-forma ta’ detenzjoni taħt kustodja u mill-proċess, li għadu għaddej, ta’ familjarizzazzjoni mal-materjali tal-proċedimenti kriminali min-naħa tad-difiża.”.

6.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/14

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/374

tal-5 ta’ Marzu 2020

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(2)

Fil-25 ta’ Frar 2020, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1970 (2011) tal-KSNU aġġorna l-informazzjoni relattiva għal ħames persuni soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

T. ĆORIĆ

(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

ANNESS

Fl-Annessi I u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-entrati 6, 9, 23, 25 u 27 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“6.   Isem: 1: ABU 2: ZAYD 3: UMAR 4: DORDA

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: a) Direttur, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. b) Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna. Data tat-Twelid:4 ta’ April 1944Post tat-Twelid: Alrhaybat Psewdonimu affidabbli: Dorda Abuzed OE Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: Numru tal-Passaport tal-Libja FK117RK0, maħruġ fil-25 ta’ Novembru 2018, maħruġ fi Tripli (Data ta’ skadenza: 24 ta’ Novembru 2026) Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Libja (Status/post preżunt: residenti fl-Eġittu) Elenkat fi:26 ta’ Frar 2011 (emendi fis-27 ta’ Ġunju 2014, 1 ta’ April 2016, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta’ Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5938451”

“9.   Isem: 1: AISHA 2: MUAMMAR MUHAMMED 3: ABU MINYAR 4: QADHAFI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid:1 ta’ Jannar 1978Post tat-Twelid: Tripli, Libja Psewdonimu affidabbli: Aisha Muhammed Abdul Salam (Numru tal-Passaport tal-Libja: 215215) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-passaport: a) Oman numru 03824970; maħruġ fl-4 ta’ Mejju 2014, maħruġ f’Muscat, Oman (Data ta’ skadenza: 3 ta’ Mejju 2024) b) Libja 428720 c) B/011641 Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 98606612 Indirizz: Is-Saltna tal-Oman (Status/post preżunt: Is-Saltna tal-Oman) Elenkat fi:26 ta’ Frar 2011 (emendi fil-11 ta’ Novembru 2016, 26 ta’ Settembru 2014, 21 ta’ Marzu 2013, 2 ta’ April 2012, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525815”

“23.   Isem: 1: AHMAD 2: OUMAR 3: IMHAMAD 4: AL-FITOURI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-milizzja Anas al-Dabbashi, Mexxej ta’ netwerk transnazzjonali tat-traffikar Data tat-Twelid:7 ta’ Mejju 1988Post tat-Twelid: (possibbilment Sabratha, il-viċinat ta’ Talil) Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Al-Dabachi b) Al Ammu c) The Uncle d) Al-Ahwal e) Al Dabbashi Ċittadinanza: Libja Nru tal-passaport: Numru tal-Passaport tal-Libja LY53FP76; maħruġ fid-29 ta’ Settembru 2015; maħruġ fi Tripoli Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 119880387067 Indirizz: a) Garabulli, Libja b) Zawiya, Libja c) Dbabsha-Sabratah Elenkat fi:7 ta’ Ġunju 2018 (emendi fis-17 ta’ Settembru 2018, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)

Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/

Informazzjoni addizzjonali

Ahmad Imhamad huwa l-kmandant tal-milizzja Anas al-Dabbashi, li qabel kienet topera fiż-żona kostali bejn Sabratha u Melita. Imhamad huwa mexxej sinifikanti f’attivitajiet illegali relatati mat-traffikar ta’ migranti. Il-klann u l-milizzja al-Dabbashi jżommu wkoll relazzjonijiet ma’ gruppi terroristiċi u gruppi estremisti vjolenti. Imhamad bħalissa huwa attiv fl-inħawi ta’ Zawiya, wara li kien hemm ġlied vjolenti ma’ milizzji u organizzazzjonijiet tat-traffikar rivali oħrajn fl-inħawi taż-żona kostali f’Ottubru 2017, li rriżultaw f’aktar minn 30 persuna mejta, inkluż persuni ċivili. Bi tweġiba għat-tkeċċija tiegħu, Ahmad Imhamad fl-4 ta’ Diċembru 2017 wiegħed pubblikament li ser jirritorna Sabratha bl-armi u bil-forza. Hemm evidenza estensiva li l-milizzja ta’ Imhamad kienet direttament involuta fit-traffikar u l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, u li l-milizzja tiegħu tikkontrolla żoni ta’ tluq għall-migranti, kampijiet, djar siguri u dgħajjes. Hemm informazzjoni li tappoġġa l-konklużjoni li Imhamad espona l-migranti (inkluż minorenni) għal kundizzjonijiet brutali u xi kultant ċirkostanzi fatali fuq l-art u fuq il-baħar. Wara ġlied vjolenti bejn il-milizzja ta’ Imhamad u milizzji oħrajn f’Sabratha, instabu eluf ta’ migranti (bosta f’kundizzjoni gravi), il-biċċa l-kbira tagħhom miżmuma f’ċentri tal-Brigata Martyrs Anas al-Dabbashi u tal-milizzja al-Ghul. Il-klann al-Dabbashi u l-milizzja konnessa Anas al-Dabbashi għandhom rabtiet li ilhom stabbiliti mal-Istat Iżlamiku ta’ Levante (ISIL) u l-affiljati tiegħu.

Diversi operaturi tal-ISIL huma skjerati magħhom, inkluż Abdallah al-Dabbashi, il-"kaliff" ta’ ISIL f’Sabratha. Imhamad kien allegatament involut fl-organizzazzjoni tal-qtil ta’ Sami Khalifa al-Gharabli, li kien maħtur mill-Kunsill muniċipali ta’ Sabratha biex jiġġieled kontra l-operazzjonijiet ta’ traffikar ta’ migranti f’Lulju 2017. L-attivitajiet ta’ Imhamad jikkontribwixxu b’mod importanti għall-vjolenza u n-nuqqas ta’ sigurtà fil-Punent tal-Libja u huma ta’ theddida għall-paċi u l-istabbiltà fil-Libja u l-pajjiżi ġirien.”

“25.   Isem: 1: MOHAMMED 2: AL AMIN 3: AL-ARABI 4: KASHLAF

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-brigata Shuhada al-Nasr, Kap tal-Gwardja tar-Raffinerija tal-Petrol ta’ Zawiya Data tat-Twelid:2 ta’ Diċembru 1985Post tat-Twelid: Zawiya, Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Kashlaf b) Koshlaf c) Keslaf d) al-Qasab Ċittadinanza: Libja Nru tal-passaport: C17HLRL3, maħruġ fit-30 ta’ Diċembru 2015, maħruġ f’Zawiya Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Zawiya, Libja Elenkat fi:7 ta’ Ġunju 2018 (emendi fis-17 ta’ Settembru 2018, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)

Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).

Informazzjoni addizzjonali

Mohammed al-Hadi huwa l-kap tal-brigata Shuhada al Nasr f’Zawiya, fil-Punent tal-Libja. Il-milizzja tiegħu tikkontrolla r-raffinerija ta’ Zawiya, ċentru ta’ operazzjonijiet tal-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali. Al-Hadi jikkontrolla wkoll iċ-ċentri ta’ detenzjoni, inkluż iċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Nasr – nominalment taħt il-kontroll tad-DCIM. Kif iddokumentat f’diversi sorsi, in-netwerk ta’ al-Hadi huwa wieħed mill-aktar dominanti fil-qasam tal-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali u l-isfruttament tal-migranti fil-Libja. Al-Hadi għandu rabtiet estensivi mal-kap tal-unità lokali tal-gwardja tal-kosta ta’ Zawiya, al-Rahman al-Milad, li l-unità tiegħu tinterċetta dgħajjes bil-migranti, li ta’ spiss ikunu ta’ netwerks rivali ta’ faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali. Il-migranti mbagħad jinġiebu f’faċilitajiet ta’ detenzjoni taħt il-kontroll tal-milizzja Al Nasr, fejn allegatament jinżammu f’kundizzjonijiet kritiċi. Il-Bord ta’ Esperti għal-Libja ġabar evidenza ta’ migranti li spiss kienu msawta, filwaqt li oħrajn, speċjalment nisa minn pajjiżi tas-Sub-Saħara u l-Marokk, inbiegħu fis-suq lokali bħala ‘skjavi sesswali’. Il-Bord sab ukoll li al-Hadi kkollabora ma’ gruppi armati oħrajn u kien involut fi ġlied ripetut u vjolenti fl-2016 u fl-2017.”

“27.   Isem: 1: IBRAHIM 2: SAEED 3: SALIM 4: JADHRAN

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta’ milizzji armati Data tat-Twelid:29 ta’ Ottubru 1982Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: Ibrahim Saeed Salem Awad Aissa Hamed Dawoud Al Jadhran Psewdonimu inqas affidabbli:: mhux disponibbli Ċittadinanza: Libja Nru tal-passaport: S/263963; maħruġ fit-8 ta’ Novembru 2012Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: a) 119820043341 b) Nru ta’ identifikazzjoni personali: 137803 Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:11 ta’ Settembru 2018 (emendi fil-25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Isem tal-omm Salma Abdula Younis. Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: www.interpol.int/en/notice/search/un/xxxx.

Elenkat skont il-paragrafi 11 (b), 11 (c) u 11 (d) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015); paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017).

Informazzjoni addizzjonali

L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Libja ħareġ mandat ta’ arrest kontra l-persuna kkonċernata fejn ġie akkużat li wettaq għadd ta’ reati.

Il-persuna kkonċernata wettqet azzjonijiet u attakki bl-armi kontra installazzjonijiet taż-żejt li jinsabu fir-reġjun tan-nofs qamar taż-żejt li kkawżaw il-qerda tiegħu, bl-aħħar wieħed fl-14 ta’ Ġunju 2018.

L-attakki fuq ir-reġjun tan-nofs qamar taż-żejt waslu għal ħafna vittmi fost l-abitanti tar-reġjun u pperikolaw il-ħajja tal-persuni ċivili.

L-attakki b’mod intermittenti waqqfu l-esportazzjonijiet taż-żejt Libjan mill-2013 sal-2018, li wassal għal telf sinifikanti għall-ekonomija Libjana.

Il-persuna kkonċernata pprovat tesporta ż-żejt b’mod illegali.

Il-persuna kkonċernata tirrekluta ġellieda barranin għall-attakki ripetuti tiegħu kontra r-reġjun ‘tan-nofs qamar taż-żejt’.

Il-persuna kkonċernata, permezz tal-azzjonijiet tagħha, qed taħdem kontra l-istabbiltà tal-Libja, u tikkostitwixxi ostkolu għall-partijiet Libjani biex tissolva l-kriżi politika u jiġi implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.”