ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 62

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
2 ta' Marzu 2020


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Tal-Kunsill (UE) 2020/283 tat-18 ta’ Frar 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward ta’ miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT

1

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/284 tat-18 ta’ Frar 2020 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta’ ċerti rekwiżiti għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament

7

 

*

Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/285 tat-18 ta’ Frar 2020 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar u r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta' informazzjoni għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar

13

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/286 tas-27 ta’ Frar 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-tlieta u sittin sessjoni tal-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi dwar iż-żieda ta’ sustanza mal-lista tas-sustanzi fit-Tabella I tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi

24

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/287 tas-27 ta’ Frar 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti f’dak li għandu x’jaqsam mal-proposti għal modifiki għar-Regolamenti tan-NU Nru 10, 26, 28, 46, 48, 51, 55, 58, 59, 62, 79, 90, 106, 107, 110, 117, 121, 122, 128, 144, 148, 149, 150, 151 u 152, f’dak li għandu x’jaqsam mal-mal-proposti għal modifiki għar-Regolamenti Tekniċi Globali Nru 3, 6 u 16, f’dak li għandu x’jaqsam mal-proposta għal emendi għar-Riżoluzzjoni Kkonsolidata R.E.5, u f’dak li għandu x’jaqsam mal-proposti għal awtorizzazzjonijiet biex tiġi żviluppata emenda għal-GTR Nru 6 u biex jiġi żviluppat GTR ġdid dwar id-Determinazzjoni tal-Potenza tal-Vetturi li jaħdmu bl-Elettriku

26

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/283

tat-18 ta’ Frar 2020

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward ta’ miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxi f’konformità ma’ proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 (3) jistabbilixxi regoli fost l-oħrajn dwar il-ħżin u l-iskambju permezz ta’ mezzi elettroniċi ta’ informazzjoni speċifika fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).

(2)

It-tkabbir tal-kummerċ elettroniku (“kummerċ elettroniku”) jiffaċilita l-bejgħ transfruntier ta’ merkanzija u servizzi lill-konsumaturi finali fl-Istati Membri. F’dak il-kuntest il-kummerċ elettroniku transfruntier tirreferi għal provvisti li fuqhom tkun dovuta l-VAT fi Stat Membru, iżda l-fornitur ikun stabbilit fi Stat Membru ieħor, f’territorju terz jew f’pajjiż terz. Madankollu, negozji frawdolenti, stabbiliti fi Stat Membru, f’territorju terz jew f’pajjiż terz, jisfruttaw l-opportunitajiet tal-kummerċ elettroniku sabiex jiksbu vantaġġi inġusti fis-suq billi jevadu l-obbligi tal-VAT tagħhom. Fejn japplika l-prinċipju tat-tassazzjoni fid-destinazzjoni, billi l-konsumaturi ma għandhom ebda obbligu ta’ kontabilità, l-Istati Membri tal-konsum jeħtieġu għodod adatti biex jidentifikaw u jikkontrollaw tali negozji frawdolenti. Huwa importanti li tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT transfruntiera kkawżata mill-imġiba frawdolenti ta’ xi negozji fil-qasam tal-kummerċ elettroniku transfruntier.

(3)

Sal-lum, il-kooperazzjoni t bejn l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri (“l-awtoritajiet tat-taxxa”) għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT kienet normalment ibbażata fuq rekords miżmuma min-negozji li huma direttament involuti fit-tranżazzjoni taxxabbli. Fil-provvisti transfruntieri min-negozju lill-konsumaturi, li huma tipiċi f’dan il-qasam ta’ kummerċ elettroniku, huwa possibbli li tali informazzjoni ma tkunx direttament disponibbli. B’hekk huma neċessarji għodod ġodda biex l-awtoritajiet tat-taxxa jkunu jistgħu jiġġieldu kontra l-frodi tal-VAT b’mod effettiv.

(4)

Fil-maġġoranza kbira tax-xiri online transfruntier li jsir mill-konsumaturifl-Unjoni, il-pagamenti jsiru permezz ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ pagament. Sabiex ikunu jistgħu jsiru servizzi ta’ pagament, fornitur ta’ servizzi ta’ pagament iżomm informazzjoni speċifika biex jidentifika r-riċevitur, jew il-benefiċjarju, ta’ dak il-pagament transfruntier flimkien ma’ dettalji tad-data, l-ammont u l-Istat Membru ta’ oriġini tal-pagament. Tali informazzjoni hija meħtieġa għall-awtoritajiet tat-taxxa biex iwettqu l-kompiti bażiċi tagħhom li jidentifikaw negozji frawdolenti u jiddeterminaw l-obbligazzjonijiet tal-VAT b’rabta ma’ provvisti transfruntieri min-negozju lill-konsumatur. Għalhekk huwa meħtieġ u proporzjonat li l-informazzjoni rilevanti għall-VAT, miżmuma minn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, tkun disponibbli għall-Istati Membri u li l-Istati Membri jkunu jistgħu jaħżnuha fis-sistemi elettroniċi nazzjonali tagħhom u jittrażmettuha lil sistema elettronika ċentrali sabiex tiġi identifikata u miġġielda l-frodi transfruntiera tal-VAT, partikolarment fir-rigward tal-provvisti min-negozji għall-konsumatur.

(5)

L-għoti tal-għodod lill-Istati Membri għall-ġbir, il-ħżin u t-trażmissjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-fornituri tas-servizzi ta’ pagament u l-għoti lill-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc l-aċċess għal dik l-informazzjoni meta din tkun marbuta ma’ investigazzjoni fi frodi tal-VAT suspettata jew sabiex tiġi identifikata l-frodi tal-VAT hija miżura meħtieġa u proporzjonata biex tiġi miġġielda b’mod effettiv il-frodi tal-VAT. Dawk l-għodod huma essenzjali peress li l-awtoritajiet tat-taxxa jeħtieġu dik l-informazzjoni għall-finijiet ta’ kontroll tal-VAT, biex jipproteġu d-dħul pubbliku kif ukoll wkoll lin-negozji leġittimi fl-Istati Membri li min-naħa tagħhom jipproteġu l-impjiegi u liċ-ċittadini tal-Unjoni.

(6)

Huwa importanti li l-ipproċessar mill-Istati Membri, ta’ informazzjoni relatata ma’ pagamenti, ikun proporzjonat mal-għan tal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT. Għalhekk, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar il-konsumaturi jew il-pagaturi u dwar il-pagamenti li wisq probabbli ma tkunx relatata ma’ attivitajiet ekonomiċi ma tinġabarx, ma tinħażinx jew ma tiġix trażmessa mill-Istati Membri.

(7)

Sabiex jinkiseb l-għan li tiġi miġġielda l-fordi tal-VAT b’mod aktar effettiv, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema elettronika ċentrali ta’ informazzjoni dwar pagamenti (“CESOP”), li liha l-Istati Membri jittrażmettu l-informazzjoni dwar il-pagamenti li huma jiġbru u li jistgħu jaħżnu fil-livell nazzjonali. Jenħtieġ li s-CESOP taħżen, taggrega u tanalizza, b’rabta mal-benefiċjarji individwali, l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-VAT rigward il-pagamenti trażmessi mill-Istati Membri. Jenħtieġ li s-CESOP tippermetti ħarsa ġenerali sħiħa tal-pagamenti riċevuti mill-benefiċjarji mingħand il-pagaturi li jinsabu fl-Istati Membri u li r-riżultat ta’ analiżi ta’ informazzjoni speċifika tkun disponibbli għall-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc. Jenħtieġ li s-CESOP tkun tista’ tirrikonoxxi rekords multipli tal-istess pagamenti, per eżempju l-istess pagament jista’ jiġi rrappurtat kemm mill-bank kif ukoll mill-emittent tal-kard ta’ pagatur partikolari, tnaddaf l-informazzjoni riċevuta mill-Istati Membri, per eżempju billi tneħħi d-duplikati u tikkoreġi l-iżbalji fid-data, eċċ u jenħtieġ li tippermetti lill-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc jagħmlu kontroverifika tal-informazzjoni dwar il-pagamenti mal-informazzjoni dwar il-VAT li jkollhom f’idejhom, jagħmlu talbiet għal informazzjoni għall-fini ta’ investigazzjoni ta’ suspett ta’ frodi tal-VAT jew sabiex jidentifikaw il-frodi tal-VAT u jżidu informazzjoni supplimentari.

(8)

It-tassazzjoni hija għan importanti ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni u tal-Istati Membri u dan ġie rikonoxxut b’rabta mar-restrizzjonijiet li jistgħu jkunu imposti fuq l-obbligi u d-drittijiet previsti fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u fir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Il-limitazzjonijiet b’rabta mad-drittijiet tal-protezzjoni tad-data huma meħtieġa minħabba n-natura u l-volum ta’ dik l-informazzjoni li toriġina mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u jridu jkunu bbażati fuq il-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/284 (6). Peress li l-informazzjoni dwar il-pagamenti hija partikolarment sensittiva, tinħtieġ iċ-ċarezza fl-istadji kollha tat-trattament tad-data dwar min huwa l-kontrollur jew il-proċessur f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725.

(9)

Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġu applikati restrizzjonijiet għad-drittijiet tas-suġġett tad-data f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 904/2010. Fil-fatt, l-applikazzjoni sħiħa tad-drittijiet u l-obbligi tas-suġġetti tad-data ddgħajjef serjament l-għan li tiġi miġġielda b’mod effettiv il-frodi tal-VAT u tista’ tippermetti lis-suġġetti tad-data jostakolaw l-analiżi u l-investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin minħabba l-volum enormi ta’ informazzjoni mibgħut mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-possibbiltà ta’ proliferazzjoni ta’ talbiet mis-suġġetti tad-data lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni jew lit-tnejn li huma. Dan inaqqas il-kapaċità tal-awtoritajiet tat-taxxa li jsegwu l-għan ta’ dan ir-Regolament billi jipperikola l-inkjesti, l-analiżijiet, l-investigazzjonijiet u l-proċeduri mwettqa f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li japplikaw restrizzjonijiet għad-drittijiet tas-suġġett tad-data fl-ipproċessar ta’ informazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament. L-għan tal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT ma jistax jinkiseb b’mezzi oħra inqas restrittivi u effettivi daqs dawn.

(10)

L-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc biss jenħtieġ li jkollhom aċċess għall-informazzjoni dwar il-pagamenti maħżuna fis-CESOP u biss bl-għan tal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT. Dik l-informazzjoni tista’ tintuża, flimkien mal-valutazzjoni tal-VAT, ukoll għall-valutazzjoni ta’ imposti, dazji u taxxi oħra kif stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 904/2010. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni ma tintużax għal finijiet oħra, bħal finijiet kummerċjali.

(11)

Meta jipproċessa l-informazzjoni dwar il-pagamenti f’konformità ma’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li kull Stat Membru jirrispetta l-limiti ta’ dak li huwa proporzjonat u meħtieġ għall-fini ta’ investigazzjonijiet f’suspett ta’ frodi tal-VAT jew sabiex issir identifikazzjoni ta’ frodi tal-VAT.

(12)

Huwa importanti, sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet u l-obbligi skont ir-Regolament (UE) 2016/679, li l-informazzjoni b’rabta mal-pagamenti ma tintużax għat-teħid ta’ deċiżjonijiet individwali awtomatizzat u għalhekk jenħtieġ li dejjem tiġi verifikata b’referenza għal informazzjoni oħra dwar it-taxxa disponibbli għall-awtoritajiet tat-taxxa.

(13)

Sabiex jassistu lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-identifikazzjoni ta’ frodaturi, huwa meħtieġ u proporzjonat li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament iżommu rekords tal-informazzjoni relatatama’ benefiċjarji u ma’ pagamenti b’rabta mas-servizzi ta’ pagament li jipprovdu għal tliet snin kalendarji. Dak il-perijodu jagħti biżżejjed żmien biex l-Istati Membri jwettqu l-kontrolli b’mod effettiv u jinvestigaw suspetti ta’ frodi tal-VAT jew jidentifikaw frodi tal-VAT, u huwa wkoll proporzjonat meta jitqies il-volum enormi tal-informazzjoni dwar il-pagamenti u s-sensittività tagħha f’termini ta’ protezzjoni tad-data personali.

(14)

Billi l-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc jenħtieġ li jkunu jistgħu jkollhom aċċess għall-informazzjoni dwar il-pagamenti maħżuna fis-CESOP bl-għan tal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, persuni debitament akkreditati tal-Kummissjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jkollhom aċċess għal dik l-informazzjoni għall-fini biss tal-iżvilupp u ż-żamma tas-CESOP. Il-persuni kollha li jaċċessaw dik l-informazzjoni huma marbuta bir-regoli ta’ kunfidenzjalità stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 904/2010.

(15)

Peress li l-implimentazzjoni tas-CESOP ser tirrikjedi żviluppi teknoloġiċi ġodda, huwa meħtieġ li tiġi differita l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament biex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jiżviluppaw dawk it-teknoloġiji.

(16)

Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-miżuri tekniċi għall-istabbiliment u ż-żamma tas-CESOP, il-kompiti tal-Kummissjoni għall-amministrazzjoni teknika tas-CESOP, id-dettalji tekniċi li jiggarantixxu l-konnessjoni u l-operabbiltà ġenerali bejn is-sistemi elettroniċi nazzjonali u s-CESOP, il-formoli standard elettroniċi għall-ġbir ta’ informazzjoni mill-fornituri tas-servizzi ta’ pagament, id-dettalji tekniċi u oħrajn li jikkonċernaw l-aċċess għall-informazzjoni mill-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc, l-arranġamenti prattiċi għall-identifikazzjoni tal-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc li jkollhom aċċess għas-CESOP, il-proċeduri li jippermettu l-adozzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà tekniċi u organizzattivi xierqa għall-iżvilupp u t-tħaddim tas-CESOP, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni meta jaġixxu bħala kontrollur u proċessur skont ir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 u fir-rigward tal-arranġamenti proċedurali b’rabta mal-Eurofisc. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7)

(17)

Il-frodi tal-VAT hija problema komuni għall-Istati Membri kollha. L-Istati Membri waħedhom ma għandhomx l-informazzjoni meħtieġa biex jiżguraw li r-regoli tal-VAT rigward il-kummerċ elettroniku transfruntier jiġu applikati b’mod korrett jew biex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku transfruntier. minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri fil-każ tal-kummerċ elettroniku transfruntier iżda jista’, minħabba fl-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(18)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt tal-protezzjoni tad-data personali. F’dak ir-rigward, dan ir-Regolament jillimita b’mod strett l-ammont ta’ data personali li ssir disponibbli għall-Istati Membri. L-ipproċessar tal-informazzjoni dwar il-pagamenti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jseħħ biss għall-fini tal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT.

(19)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal- Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fl-14 ta’ Marzu 2019 (8).

(20)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(s)

‘fornitur ta’ servizzi ta’ pagament’ tfisser kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ pagament elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) jew persuna fiżika jew ġuridika li tibbenefika minn eżenzjoni f’konformità mal-Artikolu 32 ta’ dik id-Direttiva;

(t)

‘pagament’ tfisser, soġġett għall-esklużjonijiet previsti fl-Artikolu 3 tad- Direttiva (UE) 2015/2366, ‘tranżazzjoni ta’ pagament’, kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva jew ‘rimessa ta’ flus’ kif definit fil punt (22) tal-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva;

(u)

‘pagatur’ tfisser ‘pagatur’ kif definit fil-punt 8 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(v)

‘benefiċjarju’ tfisser ‘benefiċjarju’ kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

(*1)  Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).”;"

(2)

il-Kapitolu V huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu tal-Kapitolu V huwa sostitwit b’dan li ġej:

ĠBIR, ĦAŻNA U SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI SPEĊIFIKA”;

(b)

l-intestatura li ġejja tiddaħħal qabel l-Artikolu 17:

“TAQSIMA 1

Aċċess awtomatizzat għal informazzjoni speċifika maħżuna f’sistemi elettroniċi nazzjonali” ;

(c)

it-Taqsima li ġejja tiddaħħal wara l-Artikolu 24:

“TAQSIMA 2

Is-sistema elettronika ċentrali tal-informazzjoni dwar il-pagamenti”;

“Artikolu 24a

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, iżżomm, tospita u tmexxi teknikament sistema elettronika ċentrali ta’ informazzjoni dwar il-pagamenti (‘CESOP’) għall-fini ta’ investigazzjonijiet ta’ suspetti ta’ frodi tal-VAT jew sabiex issir identifikazzjoni ta’ frodi tal-VAT.

Artikolu 24b

1.   Kull Stat Membru għandu jiġbor l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji u l-pagamenti msemmija fl-Artikolu 243b tad-Direttiva 2006/112/KE.

Kull Stat Membru għandu jiġbor l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament:

(a)

mhux aktar tard minn tmiem ix-xahar wara t-tliet xhur kalendarji li magħhom hija marbuta l-informazzjoni;

(b)

permezz ta’ formola standard elettronika.

2.   Kull Stat Membru jista’ jaħżen l-informazzjoni miġbura f’konformità mal-paragrafu 1 f’sistema elettronika nazzjonali.

3.   L-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament, jew id-dipartimenti ta’ kollegament jew l-uffiċjali kompetenti maħtura mill-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru, għandhom jittrażmettu lis-CESOP l-informazzjoni miġbura f’konformità mal-paragrafu 1 mhux aktar tard mill-għaxar jum tat-tieni xahar wara t-tliet xhur kalendarji li magħhom hija marbuta l-informazzjoni.

Artikolu 24c

1.   Is-CESOP għandu jkollha l-kapaċitajiet li ġejjin fir-rigward tal-informazzjoni trażmessa f’konformità mal-Artikolu 24b(3):

(a)

li taħżen l-informazzjoni;

(b)

li taggrega l-informazzjoni fir-rigward ta’ kull benefiċjarju individwali;

(c)

li tanalizza l-informazzjoni maħżuna flimkien mal-informazzjoni mmirata rilevanti kkomunikata jew miġbura skont dan ir-Regolament;

(d)

li tagħmel l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu aċċessibbli għall-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc, kif imsemmi fl-Artikolu 36(1).

2.   Is-CESOP għandha żżomm l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għal perijodu massimu ta’ ħames snin mit-tmiem is-sena li fiha l-informazzjoni tkun ġiet trasmessa lilha.

Artikolu 24d

L-aċċess għas-CESOP għandu jingħata biss lill-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc, kif imsemmija fl-Artikolu 36(1), li jkollhom identifikazzjoni tal-utent personali għas-CESOP u fejn dak l-aċċess ikun b’rabta ma’ investigazzjoni f’suspett ta’ frodi tal-VAT jew biex jidentifika l-frodi tal-VAT.

Artikolu 24e

Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni dan li ġej:

(a)

il-miżuri tekniċi għall-istabbiliment u ż-żamma tas-CESOP;

(b)

il-kompiti tal-Kummissjoni għat-tmexxija teknika tas-CESOP;

(c)

id-dettalji tekniċi tal-infrastruttura u l-għodod meħtieġa biex tiġi garantita l-konnessjoni u l-operabbiltà ġenerali bejn is-sistemi elettroniċi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 24b u s-CESOP;

(d)

il-formoli standard elettroniċi msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24b(1);

(e)

id-dettalji tekniċi u oħrajn li jikkonċernaw l-aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 24c(1);

(f)

l-arranġamenti prattiċi biex jiġi identifikat l-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc, kif imsemmi fl-Artikolu 36(1), li ser ikollu aċċess għas-CESOP f’konformità mal-Artikolu 24d;

(g)

il-proċeduri li l-Kummissjoni jrid juża f’kull ħin li jiżguraw li l-miżuri ta’ sigurtà tekniċi u organizzattivi adatti għall-iżvilupp u l-operazzjoni tas-CESOP jiġu applikati;

(h)

ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-funzjonijiet ta’ kontrollur u ta’ proċessur skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) u r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(2).

Artikolu 24f

1.   L-ispejjeż tal-istabbiliment, l-operat u l-manutenzjoni tas-CESOP għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Dawn l-ispejjeż għandhom jinkludu dawk tal-konnessjoni sigura bejn is-CESOP u s-sistemi elettroniċi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 24b(2), u dawk tas-servizzi meħtieġa biex jitwettqu l-kapaċitajiet li huma elenkati fl-Artikolu 24c(1).

2.   KullStat Membru għandu jġarrab l-ispejjeż tal-iżviluppi kollha meħtieġa għas-sistema elettronika nazzjonali tagħhom, imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 24b(2), u għandhom ikunu responsabbli għalihom.”;

(*2)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment ħieles ta’ tali dejta, u li tħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1)."

(*3)  Regulation (EU) 2018/1725 of the European Parliament and of the Council of 23 October 2018 on the protection of natural persons with regard to the processing of personal data by the Union institutions, bodies, offices and agencies and on the free movement of such data, and repealing Regulation (EC) No 45/2001 and Decision No 1247/2002/EC (OJ L 295, 21.11.2018, p. 39)."

(3)

l-Artikolu 37 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 37

1.   Il-president tal-Eurofisc għandu jippreżenta rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-oqsma kollha ta’ ħidma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 58(1). Ir-rapport annwali għandu mill-inqas jinkludi:

(a)

l-għadd totali ta’ aċċessi għas-CESOP;

(b)

ir-riżultati operattivi bbażati fuq l-informazzjoni aċċessata u pproċessata skont l-Artikolu 24d, kif identifikati mill-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc;

(c)

valutazzjoni tal-kwalità tad-data pproċessata fis-CESOP.

2.   Il-Kmmissjoni għandha tadotta permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni l-arranġamenti proċedurali fir-rigward tal-Eurofisc. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(2).”;

(4)

fl-Artikolu 55, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   L-informazzjoni msemmija fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu V għandha tintuża biss għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u fejn din tkun ġiet ivverifikata b’referenza għal informazzjoni oħra dwar it-taxxa disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

Z. MARIĆ


(1)  Opinjoni tas-17 ta’ Diċembru 2019 (Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 240, 16.7.2019, p. 29.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il- moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il- Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/284 tat-18 ta’ Frar 2020 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta’ ċerti rekwiżiti għall-fornituri tas-servizzi ta’ pagament (Ara paġna 7 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(8)  ĠU C 140, 16.4.2019, p. 4.


DIRETTIVI

2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/7


DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2020/284

tat-18 ta’ Frar 2020

li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta’ ċerti rekwiżiti għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxi f’konformità ma’ proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (3) tistabbilixxi l-obbligi ta’ kontabilità ġenerali tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għall-persuni taxxabbli.

(2)

It-tkabbir tal-kummerċ elettroniku (“kummerċ elettroniku”) jiffaċilita l-bejgħ transfruntier ta’ merkanzija u servizzi lill-konsumaturi finali fl-Istati Membri. F’dak il-kuntest, kummerċ elettroniku transfruntier jirreferi għal provvisti li fuqhom tkun dovuta l-VAT fi Stat Membru, iżda l-fornitur ikun stabbilit fi Stat Membru ieħor, f’territorju terz jew f’pajjiż terz. Madankollu, negozji frawdolenti jisfruttaw l-opportunitajiet tal-kummerċ elettroniku sabiex jiksbu vantaġġi inġusti fis-suq billi jevadu l-obbligi tal-VAT tagħhom. Fejn japplika l-prinċipju ta’ tassazzjoni fid-destinazzjoni, billi l-konsumaturi ma għandhom ebda obbligu ta’ kontabilità, l-Istati Membri tal-konsum jeħtieġu għodod adatti biex jidentifikaw u jikkontrollaw tali negozji frawdolenti. Huwa importanti li tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT transfruntiera kkawżata mill-imġiba frawdolenti ta’ xi negozji fil-qasam tal-kummerċ elettroniku transfruntier.

(3)

Fil-maġġoranza kbira tax-xiri online li jsir mill-konsumaturi fl-Unjoni, il-pagamenti jiġu eżegwiti permezz ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ pagament. Sabiex jipprovdi servizzi ta’ pagament, fornitur ta’ servizzi ta’ pagament iżomm informazzjoni speċifika li tidentifika r-riċevitur, jew il-benefiċjarju, tal-pagament flimkien ma’ dettalji tad-data, l-ammont u l-Istat Membru ta’ oriġini tal-pagament kif ukoll ta’ jekk il-pagament sarx fil-bini fiżiku tan-negozjant. Dik l-informazzjoni speċifika hija partikularment importanti fil-kuntest ta’ pagament transfruntier fejn il-pagatur jinsab fi Stat Membru wieħed u l-benefiċjarju jinsab fi Stat Membru ieħor, f’territorju terz jew f’pajjiż terz. Tali informazzjoni hija meħtieġa għall-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri (“l-awtoritajiet tat-taxxa”) biex iwettqu l-kompiti bażiċi tagħhom li jidentifikaw negozji frawdolenti u jikkontrollaw l-obbligazzjonijiet tal-VAT. Huwa għalhekk meħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet tat-taxxa biex jgħinuhom jidentifikaw u jiġġieldu kontra l-frodi tal-VAT.

(4)

Biex jiġġieldu kontra l-frodi tal-VAT, huwa importanti li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jkunu meħtieġa jżommu rekords dettaljati biżżejjed u jirrapportaw ċerti pagamenti transfruntieri determinati bħala tali minħabba fil-pożizzjoni tal-pagatur u l-pożizzjoni tal-benefiċjarju. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu definiti l-kunċetti tal-pożizzjoni tal-pagatur u tal-pożizzjoni tal-benefiċjarju kif ukoll il-mezzi għall-identifikazzjoni ta’ dawk il-pożizzjonijiet. Jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-pagatur u tal-benefiċjarju tiskatta biss l-obbligi taż-żamma ta’ rekords u tar-rappurtar għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li huma stabbilit fl-Unjoni u jenħtieġ li dawk l-obbligi jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2006/112/KE u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 (4) fir-rigward tal-post ta’ tranżazzjoni taxxabbli.

(5)

Abbażi tal-informazzjoni li diġà għandhom, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jidentifikaw il-pożizzjoni tal-benefiċjarju u tal-pagatur b’rabta mas-servizzi ta’ pagament li jipprovdu, bl-użu ta’ identifikatur tal-kont ta’ pagament tal-pagatur jew tal-benefiċjarju jew kwalunkwe identifikatur ieħor li jidentifika b’mod mhux ambigwu, u jagħti l-pożizzjoni ta’, il-pagatur jew tal-benefiċjarju. Meta tali identifikaturi ma jkunux disponibbli, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-pagatur jew tal-benefiċjarju tiġi determinata permezz ta’ kodiċi ta’ identifikazzjoni tan-negozju tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jaġixxi f’isem il-pagatur jew il-benefiċjarju, f’każijiet fejn il-fondi jiġu trasferiti lil benefiċjarju mingħajr ma jinħoloq ebda kont ta’ pagament f’isem pagatur, fejn il-fondi ma jkunux ikkreditati lil ebda kont ta’ pagament tal-benefiċjarju jew fejn ma jkun hemm ebda identifikatur ieħor tal-pagatur jew tal-benefiċjarju.

(6)

F’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), huwa importanti li l-obbligu ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jżomm u jipprovdi informazzjoni b’rabta ma’ pagament transfruntier ikun proporzjonat u limitat għal dak li huwa meħtieġ għall-Istati Membri biex jiġġieldu kontra l-frodi tal-VAT. Barra minn hekk, l-unika informazzjoni relatata mal-pagatur li jenħtieġ li tinżamm hija l-pożizzjoni tal-pagatur. Fir-rigward tal-informazzjoni relatata mal-benefiċjarju u l-istess pagament, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jintalbu biss li jżommu u jirrapportaw lill-awtoritajiet tat-taxxa l-informazzjoni li hija meħtieġa biex dawk l-awtoritajiet tat-taxxa jidentifikaw frodaturi possibbli u jwettqu kontrolli tat-taxxa. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jintalbu jżommu biss rekords ta’ dawk il-pagamenti transfruntieri li wisq probabbli jindikaw attivitajiet ekonomiċi. L-introduzzjoni ta’ limitu massimu bbażat fuq l-għadd ta’ pagamenti riċevuti mingħand benefiċjarju matul perijodu ta’ tliet xhur kalendarji tagħti indikazzjoni dwar jekk dawk il-pagamenti ġew riċevuti bħala parti minn attività ekonomika, u b’hekk jiġu esklużi pagamenti għal raġunijiet mhux kummerċjali. Fejn jintlaħaq tali limitu massimu, jiskatta l-obbligu taż-żamma ta’ rekords u tar-rappurtar għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament.

(7)

Huwa possibbli li diversi fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ikunu involuti f’pagament uniku minn pagatur lil benefiċjarju. Dak il-pagament uniku jista’ jirriżulta f’diversi trasferimenti ta’ fondi bejn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament differenti. Huwa meħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kollha involuti f’pagament partikolari, sakemm ma tkunx applikabbli esklużjoni speċifika, ikollhom obbligi ta’ żamma ta’ rekords u ta’ rappurtar. Dawk ir-rekords u rapporti jenħtieġ li jkun fihom informazzjoni dwar il-pagament mill-pagatur inizjali sal-benefiċjarju finali u mhux dwar it-trasferimenti intermedji ta’ fondi bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament.

(8)

L-obbligi taż-żamma ta’ rekords u tar-rappurtar jenħtieġ li japplikaw mhux biss meta fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jittrasferixxi fondi jew joħroġ strumenti ta’ pagament għall-pagatur, iżda wkoll f’każijiet fejn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jirċievi fondi jew jikseb tranżazzjonijiet ta’ pagament f’isem il-benefiċjarju.

(9)

L-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva jenħtieġ li ma japplikawx għal fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Għalhekk, meta l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju ma jkunux jinsabu fi Stat Membru, jenħtieġ li jkunu l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur li jkun soġġett għall-obbligi ta’ żamma ta’ rekords u ta’ rappurtar tal-pagament transfruntier. Min-naħa l-oħra, sabiex l-obbligi ta’ żamma ta’ rekords u ta’ rappurtar ikun proporzjonat, meta l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kemm tal-pagatur kif ukoll tal-benefiċjarju jkunu jinsabu fi Stat Membru, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju biss jenħtieġ li jżommu rekords. Għall-finijiet tal-obbligu ta’ żamma ta’ rekords u ta’ rappurtar, jenħtieġ li fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jitqies li jkun jinsab fi Stat Membru meta l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tan-negozju (BIC) tiegħu jew l-identifikatur tan-negozju uniku tiegħu jirreferi għal dak l-Istat Membru.

(10)

Minħabba l-volum sinifikanti ta’ informazzjoni u s-sensittività tagħha f’termini ta’ protezzjoni tad-data personali, huwa meħtieġ u proporzjonat li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament iżommu rekords b’rabta mal-pagamenti transfruntieri għal perijodu ta’ tliet snin kalendarji sabiex jassistu lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT u fl-identifikazzjoni ta’ frodaturi. Dak il-perijodu jipprovdi żmien biżżejjed għall-Istati Membri biex iwettqu l-kontrolli b’mod effettiv u biex jinvestigaw suspetti ta’ frodi tal-VAT jew jidentifikaw frodi tal-VAT.

(11)

L-informazzjoni li għandha tinżamm mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament trid tinġabar mill-Istati Membri, u tiġi skambjata bejniethom f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 (7) li jistabbilixxi r-regoli għall-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta’ informazzjoni sabiex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT.

(12)

Il-frodi tal-VAT hija problema komuni għall-Istati Membri kollha, iżda l-Istati Membri individwali ma jkollhomx l-informazzjoni neċessarja biex jiżguraw li r-regoli tal-VAT rigward il-kummerċ elettroniku transfruntier jiġu applikati b’mod korrett jew biex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku transfruntier. Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri individwalment jekk ikun hemm element transfruntier, u minħabba l-ħtieġa li tinkiseb l-informazzjoni minn Stati Membri oħra, iżda tista’,minħabba fl-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, tinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(13)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt tal-protezzjoni tad-data personali. L-informazzjoni dwar il-pagamenti miżmuma u pprovduta f’konformità ma’ din id-Direttiva tiġi proċessata biss mill-esperti kontra l-frodi tal-awtoritajiet tat-taxxa fil-limiti ta’ dak li huwa proporzjonat u meħtieġ biex jinkiseb l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT. Din id-Direttiva tirrispetta wkoll ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 u fir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(14)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fl-14 ta’ Marzu 2019 (9).

(15)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Direttiva 2006/112/KE tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fil-Kapitolu 4 tat-Titolu XI tad-Direttiva 2006/112/KE, tiddaħħal it-Taqsima li ġejja:

Taqsima 2°

obbligi ġenerali tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament

Artikolu 243a

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘fornitur ta’ servizzi ta’ pagament’ tfisser kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ pagament elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), jew persuna fiżika jew ġuridika li tibbenefika minn eżenzjoni f’konformità mal-Artikolu 32 ta’ dik id-Direttiva;

(2)

‘servizz ta’ pagament’ tfisser kwalunkwe waħda mill-attivitajiet ta’ negozju stabbiliti fil-punti (3) sa (6) tal-Anness 1 għad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(3)

‘pagament’ tfisser, soġġett għall-esklużjonijiet previsti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/2366, ‘tranżazzjoni ta’ pagament’, kif definit fil-punt 5 tal-Artikolu 4 ta’ dik d-Direttiva jew ‘rimessa ta’ flus’ kif definit fil punt (22) tal-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva;

(4)

‘pagatur’ tfisser ‘pagatur’ kif definit fil-punt 8 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(5)

‘benefiċjarju’ tfisser ‘benefiċjarju’ kif definit fil-punt 9 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(6)

‘Stat Membru ta’ domiċilju’ tfisser ‘Stat Membru ta’ domiċilju’ kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(7)

‘Stat Membru ospitanti’ tfisser ‘Stat Membru ospitanti’ kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(8)

‘kont ta’ pagament’ tfisser ‘kont ta’ pagament’ kif definit fil-punt (12) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(9)

‘IBAN’ tfisser ‘IBAN’ kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (*2);

(10)

‘BIC’ tfisser ‘BIC’ kif definit fil-punt (16) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012.

Artikolu 243b

1.   L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament iżommu rekords dettaljati biżżejjed tal-benefiċjarji u tal-pagamenti b’rabta mas-servizzi ta’ pagament li jipprovdu għal kull tliet xhur kalendarji biex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu jistgħu jwettqu kontrolli tal-provvisti ta’ merkanzija u servizzi li, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Titolu V, jitqiesu li jsiru fi Stat Membru, sabiex jinkiseb l-għan tal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT.

Ir-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għal servizzi ta’ pagament ipprovduti fir-rigward ta’ pagamenti transfruntieri. Pagament għandu jitqies pagament transfruntier meta l-pagatur ikun jinsab fi Stat Membru u l-benefiċjarju jkun jinsab fi Stat Membru ieħor, f’territorju terz jew f’ pajjiż terz.

2.   Ir-rekwiżit li għalih huma soġġetti l-fornituri ta’ servizzi skont il-paragrafu 1 għandu japplika fejn, matul tliet xhur kalendarji, fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jipprovdi servizzi ta’ pagament li jikkorrispondu għal aktar minn 25 pagament transfruntier lill-istess benefiċjarju.

L-għadd ta’ pagamenti transfruntieri msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu kkalkulati b’referenza għas-servizzi ta’ pagament ipprovduti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għal kull Stat Membru u għal kull identifikatur kif imsemmi fl-Artikolu 243c(2). Fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikollu informazzjoni li l-benefiċjarju jkollu diversi identifikaturi, il-kalkolu għandu jsir għal kull benefiċjarju.

3.   Ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għas-servizzi ta’ pagament ipprovduti mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur fir-rigward ta’ kwalunkwe pagament fejn mill-inqas wieħed mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jkun jinsab fi Stat Membru, kif juri l-BIC ta’ dak il-fornitur tas-servizz ta’ pagament jew kwalunkwe kodiċi għall-identifikazzjoni tan-negozju ieħor li mingħajr ambigwità jidentifika l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u l-pożizzjoni tiegħu. Il-Fornituri ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandhom madankollu jinkludu dawk is-servizzi ta’ pagament fil-kalkolu msemmi fil-paragrafu 2.

4.   Fejn ikun japplika r-rekwiżit għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament stabbilit fil-paragrafu 1, ir-rekords għandhom:

(a)

jinżammu mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament f’format elettroniku għal perijodu ta’ tliet snin kalendarji minn tmiem is-sena kalendarja tad-data tal-pagament;

(b)

ikunu disponibbli f’konformità mal-Artikolu 24b tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 lill-Istat Membru ta’ domiċilju tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, jew lill-Istati Membri ospitanti meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jipprovdi servizzi ta’ pagament fi Stati Membri għajr l-Istat Membru ta’ domiċilju.

Artikolu 243c

1.   Għall-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 243b(1) u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Titolu V, il-pożizzjoni tal-pagatur għandha titqies li tkun fi Stat Membru li jikkorrispondi għal:

(a)

l-IBAN tal-kont ta’ pagament tal-pagatur jew kwalunkwe identifikatur ieħor li jidentifika mingħajr ambigwità, u jagħti l-pożizzjoni ta’, il-pagatur, jew fl-assenza ta’ tali identifikaturi,

(b)

il-BIC jew kwalunkwe kodiċi għall-identifikazzjoni tan-negozju ieħor li jidentifika, u jagħti l-pożizzjoni ta’, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jaġixxi f’isem il-pagatur.

2.   Għall-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 243b(1), il-pożizzjoni tal-benefiċjarju għandha titqies li tkun fl-Istat Membru, it-territorju terz jew il-pajjiż terz li jikkorrispondi ma’:

(a)

l-IBAN tal-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju jew kwalunkwe identifikatur ieħor li jidentifika mingħajr ambigwità, u jagħti l-pożizzjoni ta’, il-benefiċjarju, jew fin-nuqqas ta’ tali identifikaturi,

(b)

il-BIC jew kwalunkwe kodiċi għall-identifikazzjoni tan-negozju ieħor li jidentifika mingħajr ambigwità, u jagħti l-pożizzjoni ta’, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jaġixxi f’isem il-benefiċjarju.

Artikolu 243d

1.   Ir-rekords miżmuma mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, skont l-Artikolu 243b, għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-BIC jew kwalunkwe kodiċi għall-identifikazzjoni tan-negozju ieħor li jidentifika mingħajr ambigwità l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament;

(b)

l-isem jew l-isem tan-negozju tal-benefiċjarju, kif jidher fir-rekords tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament;

(c)

jekk ikun disponibbli, kwalunkwe numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew numru tat-taxxa nazzjonali ieħor tal-benefiċjarju;

(d)

l-IBAN jew, jekk ma jkunx disponibbli l-IBAN, kwalunkwe identifikatur ieħor li jidentifika mingħajr ambigwità u jagħti l-pożizzjoni tal-benefiċjarju;

(e)

il-BIC jew kwalunkwe kodiċi għall-identifikazzjoni tan-negozju ieħor li jidentifika mingħajr ambigwità, u jagħti l-pożizzjoni ta’, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jaġixxi f’isem il-benefiċjarju fejn il-benefiċjarju jirċievi fondi mingħajr ma jkollu ebda kont ta’ pagament;

(f)

jekk ikun disponibbli, l-indirizz tal-benefiċjarju kif jidher fir-rekords tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament;

(g)

id-dettalji ta’ kwalunkwe pagament transfruntier kif imsemmi fl-Artikolu 243b(1);

(h)

id-dettalji ta’ kwalunkwe rifużjoni ta’ pagament identifikata bħala relatata ma’ pagamenti transfruntieri msemmija fil-punt (g).

2.   L-informazzjoni msemmija fil-punti (g) u (h) tal-paragrafu 1 għandha tinkludi d-dettalji li ġejjin:

(a)

id-data u l-ħin tal-pagament jew tar-rifużjoni ta’ pagament;

(b)

l-ammont u l-munita tal-pagament jew tar-rifużjoni ta’ pagament;

(c)

l-Istat Membru ta’ oriġini tal-pagament riċevut mill-benefiċjarju jew f’ismu, l-Istat Membru ta’ destinazzjoni tar-rifużjoni, kif adatt, u l-informazzjoni użata biex tiddetermina l-oriġini jew id-destinazzjoni tal-pagament jew tar-rifużjoni ta’ pagament f’konformità mal-Artikolu 243c;

(d)

kwalunkwe referenza li mingħajr ambigwità tidentifika l-pagament;

(e)

fejn applikabbli, l-informazzjoni li l-bidu tal-pagament sarx fil-bini fiżiku tan-negozjant.”.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2023, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu f’konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2024.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

Z. MARIĆ


(1)  Opinjoni tas-17 ta’ Diċembru 2019 (Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 240, 16.7.2019, p. 33.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 77, 23.3.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il- moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(6)  Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(9)  ĠU C 140, 16.4.2019, p. 4.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/13


DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2020/285

tat-18 ta’ Frar 2020

li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar u r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta' informazzjoni għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Waqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (3) tippermetti lill-Istati Membri jkomplu japplikaw l-iskemi speċjali tagħhom għall-impriżi ż-żgħar skont id-dispożizzjonijiet komuni u bil-għan li jkun hemm armonizzazzjoni aktar mill-qrib. Madankollu, dawk id-dispożizzjonijiet mhumiex aġġornati u ma jnaqqsux il-piż ta' konformità tal-impriżi ż-żgħar, peress li kienu mfassla għal sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ibbażata fuq l-Istat Membru tal-oriġini.

(2)

Fil-pjan ta' azzjoni tagħha dwar il-VAT, il-Kummissjoni ħabbret pakkett komprensiv ta' simplifikazzjoni għall-impriżi ż-żgħar li għandu l-għan li jnaqqas il-piż amministrattiv tagħhom u jgħin biex jinħoloq ambjent tat-taxxa li jiffaċilita t-tkabbir tagħhom u l-iżvilupp tal-kummerċ transfruntier. Il-pakkett ta' simplifikazzjoni jinkludi rieżami tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar kif deskritt fil-Komunikazzjoni dwar is-segwitu għall-pjan ta' azzjoni dwar il-VAT. Ir-rieżami tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar għalhekk jikkostitwixxi element importanti tal-pakkett ta' riforma stabbilit fil-pjan ta' azzjoni dwar il-VAT.

(3)

Sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-piż ta' konformità sproporzjonat li jiffaċċjaw impriżi żgħar eżentati, ċerti miżuri ta' simplifikazzjoni jenħtieġ li jkunu disponibbli għalihom ukoll.

(4)

L-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar bħalissa tippermetti biss li tingħata eżenzjoni għall-impriżi stabbiliti fl-Istat Membru li fih hi dovuta l-VAT. Dan għandu impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern għall-impriżi mhux stabbiliti f'dak l-Istat Membru. Biex dan ikun indirizzat u biex jiġu evitati aktar distorsjonijiet, jenħtieġ li l-impriżi ż-żgħar stabbiliti fi Stati Membri oħra minbarra dak fejn tkun dovuta l-VAT, jitħallew ukoll jibbenefikaw mill-eżenzjoni.

(5)

Fejn persuna taxxabbli tkun soġġetta għar-reġim regolari tal-VAT fl-Istat Membru ta' stabbiliment tagħha, iżda tagħmel użu mill-eżenzjoni mill-VAT għall-impriżi ż-żgħar fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ li t-tnaqqis tat-taxxa fuq ix-xiri jirrifletti konnessjoni mal-provvisti intaxxati tal-persuna taxxabbli. Għaldaqstant, fejn tali persuni taxxabbli jakkwistaw inputs fl-Istat Membru ta' stabbiliment tagħhom li jkunu konnessi ma' provvisti eżentati fi Stati Membri oħra, jenħtieġ li l-ebda tnaqqis tal-VAT fuq ix-xiri ma jkun possibbli.

(6)

L-impriżi ż-żgħar jistgħu jibbenefikaw biss mill-eżenzjoni jekk il-fatturat annwali tagħhom ikun inqas mil-limitu applikat mill-Istat Membru li fih tkun dovuta l-VAT. Fl-istabbiliment tal-limitu tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ir-regoli dwar il-limiti stabbiliti fid-Direttiva 2006/112/KE. Dawk ir-regoli, li l-biċċa l-kbira tagħhom iddaħħlu fis-seħħ fl-1977, ma għadhomx adattati.

(7)

Għall-finijiet ta' simplifikazzjoni, għadd ta' Stati Membri ġew awtorizzati, fuq bażi temporanja, japplikaw limitu ogħla minn dak awtorizzat skont id-Direttiva 2006/112/KE. Peress li mhuwiex xieraq li r-regoli ġenerali jibqgħu jiġu modifikati b'miżuri mogħtija permezz ta' deroga, jenħtieġ li r-regoli dwar il-limiti jiġu aġġornati.

(8)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu l-limitu nazzjonali tagħhom għall-eżenzjoni fil-livell l-aktar adattat għall-kundizzjonijiet politiċi u ekonomiċi tagħhom, soġġett għal-limitu massimu previst skont din id-Direttiva. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġi ċċarat li meta l-Istati Membri japplikaw limiti li jvarjaw għal setturi kummerċjali differenti, dan jeħtieġ li jiġi bbażat fuq kriterji oġġettivi. Meta persuna taxxabbli tkun eliġibbli biex tibbenefika minn aktar minn limitu settorjali wieħed, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-persuna taxxabbli tkun tista' tuża biss wieħed minn dawk il-limiti. Għandhom jiżguraw ukoll li l-limiti tagħhom ma jagħmlux distinzjoni bejn persuni taxxabbli stabbiliti u dawk mhux stabbiliti.

(9)

Il-limitu tal-fatturat annwali, li huwa l-bażi għall-eżenzjoni stabbilita permezz tal-iskema speċjali stabbilita f'din id-Direttiva, jikkonsisti biss fil-valur ikkombinat tal-provvisti ta' merkanzija u servizzi li jsiru minn impriża żgħira fl-Istat Membru fejn tkun ingħatat l-eżenzjoni. Jistgħu jinħolqu distorsjonijiet tal-kompetizzjoni meta impriża, li ma tkunx stabbilita f'dak l-Istat Membru, tkun tista' tibbenefika minn tali eżenzjoni irrispettivament mill-fatturat li tiġġenera fi Stati Membri oħra. Sabiex jitnaqqsu dawn id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u bħala salvagwardja tad-dħul mit-taxxa, jenħtieġ li dawk l-impriżi li l-fatturat annwali tagħhom fl-Unjoni jkun inqas minn ċertu limitu biss ikunu eliġibbli għal eżenzjoni fi Stat Membru fejn mhumiex stabbiliti. Jenħtieġ li l-impriżi, li l-fatturat tagħhom fl-Istat Membru li jkunu stabbiliti fih ikun inqas mil-limitu nazzjonali, ikunu jistgħu jkomplu jeżentaw il-provvisti f'dak l-Istat Membru irrispettivament mill-fatturat li jiġġeneraw fi Stati Membri oħra, anki jekk il-fatturat globali tagħhom jaqbeż il-limitu tal-Unjoni.

(10)

Sabiex ikun hemm kontroll effettiv tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni u biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom aċċess għall-informazzjoni meħtieġa, persuni taxxabbli li jkunu jridu jagħmlu użu mill-eżenzjoni fi Stat Membru li ma jkunux stabbiliti fih jenħtieġ li jintalbu jagħtu notifika minn qabel lill-Istat Membru li fih huma stabbiliti. Għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni u tnaqqis tal-ispejjeż ta' konformità, jenħtieġ li tali persuni taxxabbli jiġu identifikati permezz ta' numru individwali fl-Istat Membru ta' stabbiliment biss. Huwa possibbli, iżda mhux bilfors, li dak in-numru jkun in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT individwali.

(11)

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament u l-monitoraġġ xieraq tal-eżenzjoni kif ukoll it-trażmissjoni f'waqtha tal-informazzjoni, jenħtieġ li l-obbligi ta' rappurtar ta' persuni taxxabbli li jagħmlu użu mill-eżenzjoni fi Stat Membru fejn mhumiex stabbiliti jiġu stipulati b'mod ċar. Dan għandu jippermetti li persuni taxxabbli konformi jinħelsu minn tali obbligi u mill-obbligu ta' reġistrazzjoni fi Stati Membri minbarra l-Istat Membru ta' stabbiliment. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrikjedu li, fejn tali persuni taxxabbli mhux stabbiliti ma jikkonformawx mal-obbligi ta' rappurtar stipulati speċifikament għalihom, dawn iridu jissodisfaw l-obbligi ġenerali ta' reġistrazzjoni u rappurtar tal-VAT kif stipulat fil-liġijiet nazzjonali tal-VAT.

(12)

Sabiex jiġu evitati inkonsistenzi fil-kalkolu tal-fatturat annwali tal-Istat Membru li jservi bħala referenza għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni, u tal-fatturat annwali tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu speċifikati l-elementi tal-fatturat li għandhom jitqiesu.

(13)

Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tar-regoli dwar l-eżenzjoni għall-impriżi ż-żgħar u biex jitħares l-iskop ta' dik l-eżenzjoni, jenħtieġ li persuna taxxabbli, kemm jekk stabbilita fl-Istat Membru li jagħti l-eżenzjoni kif ukoll jekk le, ma tkunx tista' tibbenefika mill-eżenzjoni fejn il-limitu nazzjonali stabbilit fiha jkun inqabeż fis-sena kalendarja preċedenti. Għall-istess raġunijiet, persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru li jagħti l-eżenzjoni jenħtieġ li ma tkunx tista' tibbenefika mill-eżenzjoni meta l-limitu tal-fatturat annwali tal-Unjoni jkun inqabeż fis-sena kalendarja preċedenti.

(14)

Sabiex tiġi żgurata transizzjoni gradwali ta' impriżi żgħar mill-eżenzjoni mit-tassazzjoni, jenħtieġ li persuni taxxabbli jitħallew ikomplu jibbenefikaw mill-eżenzjoni għall-impriżi ż-żgħar għal perijodu limitat ta' żmien fejn il-fatturat tagħhom ma jaqbiżx il-limitu ta' eżenzjoni nazzjonali b'aktar minn perċentwal stabbilit ta' dak il-limitu. Peress li l-livell tal-limiti applikat jista' jvarja minn Stat Membru għal ieħor, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu li japplikaw wieħed miż-żewġ perċentwali proposti sakemm l-applikazzjoni tal-perċentwal ma tirriżultax f'fatturat ta' persuna taxxabbli eżentata li jaqbeż ċertu ammont fiss. Fejn, matul sena kalendarja, il-limitu tal-fatturat annwali tal-Unjoni jinqabeż, huwa neċessarju, fid-dawl tal-funzjoni tal-limitu bħala salvagwardja tad-dħul, li l-eżenzjoni tieqaf tapplika minn dak il-mument.

(15)

Fejn tapplika eżenzjoni, jenħtieġ li, bħala minimu, l-impriżi ż-żgħar li jużaw l-eżenzjoni fl-Istat Membru ta' stabbiliment ikollhom aċċess għal proċedura ta' reġistrazzjoni tal-VAT f'perijodu stabbilit ta' żmien. Għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jestendu dak il-perijodu ta' żmien f'każijiet speċifiċi fejn ikunu meħtieġa verifiki fil-fond biex jiġu evitati l-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa.

(16)

Jenħtieġ li, bħala minimu, l-impriżi ż-żgħar li jagħmlu użu mill-eżenzjoni fl-Istat Membru ta' stabbiliment, ikollhom aċċess għal obbligi simplifikati ta' rappurtar.

(17)

Barra mill-għoti ta' eżenzjoni mill-VAT, l-iskemi speċjali jippermettu wkoll ħelsien mit-taxxa gradwat. Il-ħelsien mit-taxxa gradwat huwa sors ta' kumplessità u ftit jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-piż ta' konformità tal-impriżi ż-żgħar. Għalhekk jenħtieġ li din il-miżura titneħħa.

(18)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħtu d-dritt lil persuni taxxabbli li jagħżlu bejn is-sistema ġenerali tal-VAT u l-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar. Jekk il-persuna taxxabbli teżerċita dak id-dritt, huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu huma r-regoli u l-kondizzjonijiet dettaljati għall-eżerċizzju ta' dik l-għażla.

(19)

Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tinvolvix obbligi ġodda ta' reġistrazzjoni jew ta' rappurtar għall-impriżi ż-żgħar li jagħmlu użu mill-eżenzjoni biss fl-Istat Membru ta' stabbiliment.

(20)

Peress li l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jitnaqqas il-piż ta' konformità tal-impriżi ż-żgħar, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista' pjuttost jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu , din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(21)

F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (4), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jżidu man-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom, f'każijiet ġustifikati, dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta' traspożizzjoni. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trasmissjoni ta' tali dokumenti hija ġustifikata.

(22)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri ta' simplifikazzjon stipulati fid-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar tkun tista' tiġi mmonitorjata tajjeb, huwa meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 (5) sabiex l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istati Membri jkollhom aċċess awtomatizzat għad-data miġbura minn persuni taxxabbli li jibbenefikaw mill-eżenzjoni mill-VAT għal impriżi żgħar.

(23)

Sabiex impriżi żgħar jingħataw aċċess faċli għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar f'kull Stat Membru, jenħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

(24)

Il-Kumitat tar-Reġjuni ta opinjoni fl-10 ta' Ottubru 2018 (6).

(25)

Għaldaqstant, id-Direttiva 2006/112/KE u r-Regolament (UE) Nru 904/2010 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2006/112/KE

Id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1), il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(i)

persuna taxxabbli li tkun qed taġixxi bħala tali, jew persuna ġuridika mhux taxxabbli, fejn il-bejjiegħ huwa persuna taxxabbli li qed jaġixxi bħala tali li mhux eliġibbli għall-eżenzjoni għall-impriżi ż-żgħar prevista fl-Artikolu 284 u li mhix koperta mill-Artikolu 33 jew 36;";

(2)

L-Artikolu 139 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 138(1) m'għandhiex tapplika għall-provvista ta' merkanzija mwettqa minn persuni taxxabli li, fl-Istat Membru li fih issir il-provvista, huma koperti mill-eżenzjoni għall-impriżi ż-żgħar prevista fl-Artikolu 284.";

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.   L-eżenzjoni prevista fil-punt (b) tal-Artikolu 138(2) m'għandhiex tapplika għall-provvista ta' prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa minn persuni taxxabbli li, fl-Istat Membru li fih issir il-provvista, huma koperti mill-eżenzjoni għall-impriżi ż-żgħar prevista fl-Artikolu 284.";

(3)

L-Artikolu 167a huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-Istati Membri li japplikaw l-iskema fakultattiva msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jistabbilixxu limitu għall-persuni taxxabbli li jużaw dik l-iskema fit-territorju tagħhom, abbażi tal-fatturat annwali tal-persuna taxxabbli kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 288. Dak il-limitu ma jistax ikun ogħla minn EUR 2 000 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali.";

(b)

it-tielet paragrafu jitħassar;

(4)

fl-Artikolu 169, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a)

tranżazzjonijiet għajr dawk eżentati skont l-Artikolu 284 b'rabta mal-attivitajiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1), imwettqa barra l-Istat Membru li fih dik it-taxxa hija dovuta jew imħallsa, li fir-rigward tagħhom il-VAT tkun tista' titnaqqas li kieku huma kienu twettqu f'dak l-Istat Membru;";

(5)

fl-Artikolu 220a(1), jiżdied il-punt li ġej:

"(c)

meta l-persuna taxxabbli tkun qed tgawdi mill-eżenzjoni għall-impriżi ż-żgħar prevista fl-Artikolu 284.";

(6)

fl-Artikolu 270, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a)

il-valur totali annwali, mingħajr il-VAT, tal-provvisti tagħhom ta' merkanzija u servizzi ma jaqbiżx b'aktar minn EUR 35 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, l-ammont tal-fatturat annwali li jintuża bħala referenza għall-persuni taxxabbli koperti mill-eżenzjoni għall-impriżi ż-żgħar prevista fl-Artikolu 284;";

(7)

fl-Artikolu 272(1), jitħassar il-punt (d);

(8)

fit-Titolu XII, Kapitolu 1, tiddaħħal it-Taqsima li ġejja:

"Taqsima -1

Definizzjonijiet

Artikolu 280a

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

"fatturat annwali fi Stat Membru" tfisser il-valur annwali totali tal-provvisti ta' merkanzija u servizzi, mingħajr il-VAT, magħmul minn persuna taxxabbli f'dak l-Istat Membru tul sena kalendarja;

(2)

"fatturat annwali fl-Unjoni" tfisser il-valur annwali totali tal-provvisti ta' merkanzija u servizzi, mingħajr il-VAT, magħmul minn persuna taxxabbli fit-territorju tal-Komunità tul sena kalendarja.";

(9)

fit-Titolu XII, Kapitolu 1, l-intestatura tat-Taqsima 2 hija sostitwita b'dan li ġej:

"Eżenzjonijiet";

(10)

L-Artikolu 282 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 282

L-eżenzjonijiet previsti f'din it-Taqsima għandhom japplikaw għall-provvista ta' merkanzija u servizzi minn impriżi żgħar.";

(11)

fl-Artikolu 283(1), jitħassar il-punt (c);

(12)

L-Artikolu 284 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 284

1.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw il-provvista ta' merkanzija u servizzi magħmula fit-territorju tagħhom minn persuni taxxabbli li jkunu stabbiliti f'dak it-territorju u li l-fatturat annwali tagħhom fl-Istat Membru, attribwibbli għal tali provvisti, ma jaqbiżx il-limitu stabbilit minn dawk l-Istati Membri għall-applikazzjoni ta' din l-eżenzjoni. Dak il-limitu ma għandux ikun ogħla minn EUR 85 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali.

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw limiti li jvarjaw għal setturi kummerċjali differenti bbażati fuq kriterji oġġettivi. Madankollu, l-ebda wieħed minn dawk il-limiti ma għandu jaqbeż EUR 85 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna taxxabbli eliġibbli biex tibbenefika minn aktar minn limitu settorjali wieħed, tkun tista' tuża biss wieħed minn dawk il-limiti.

Il-limiti stabbiliti minn Stat Membru ma għandhomx jagħmlu distinzjoni bejn persuni taxxabbli li huma stabbiliti u dawk li mhumiex stabbiliti f'dak l-Istat Membru.

2.   L-Istati Membri li jkunu daħħlu fis-seħħ l-eżenzjoni skont il-paragrafu 1 għandhom jagħtu wkoll dik l-eżenzjoni għall-provvisti ta' merkanzija u servizzi fit-territorju tagħhom stess magħmula minn persuni taxxabbli stabbiliti fi Stat Membru ieħor, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fatturat annwali fl-Unjoni ta' dik il-persuna taxxabbli ma jaqbiżx EUR 100 000;

(b)

il-valur tal-provvisti fl-Istat Membru li fih il-persuna taxxabbli ma tkunx stabbilita ma jaqbiżx il-limitu applikabbli f'dak l-Istat Membru biex tingħata l-eżenzjoni lil persuni taxxabbli stabbiliti f'dak l-Istat Membru.

3.   Minkejja l-Artikolu 2924b, sabiex persuna taxxabbli tagħmel użu mill-eżenzjoni fi Stat Membru li dik il-persuna taxxabbli ma tkunx stabbilita fih, il-persuna taxxabbli għandha:

(a)

tagħti notifika minn qabel lill-Istat Membru ta' stabbiliment; u

(b)

tiġi identifikata għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni permezz ta' numru individwali fl-Istat Membru ta' stabbiliment biss.

L-Istati Membri jistgħu jużaw in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT individwali diġà allokat lill-persuna taxxabbli fir-rigward tal-obbligi ta' dik il-persuna taħt is-sistema interna jew japplikaw l-istruttura ta' numru tal-VAT jew ta' kwalunkwe numru ieħor għall-fini tal-identifikazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu.

In-numru ta' identifikazzjoni individwali msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jkollu s-suffiss "EX", jew is-suffiss "EX" għandu jiżdied ma' dak in-numru.

4.   Il-persuna taxxabbli għandha tinforma bil-quddiem lill-Istat Membru ta' stabbiliment, permezz ta' aġġornament ta' notifika preċedenti, b'kull bidla fl-informazzjoni li tkun ingħatat qabel f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, inkluż l-intenzjoni li tagħmel użu mill-eżenzjoni fi Stat Membru jew fi Stati Membri għajr dawk indikati fin-notifika preċedenti u d-deċiżjoni li titwaqqaf l-applikazzjoni tal-iskema ta' eżenzjoni fi Stat Membru jew fi Stati Membri li fih jew fihom dik il-persuna taxxabbli ma tkunx stabbilita.

Il-waqfien għandu jkun effettiv mill-ewwel jum tat-trimestru kalendarju li jkun imiss wara li tkun waslet l-informazzjoni mingħand il-persuna taxxabbli jew, fejn tali informazzjoni tkun waslet matul l-aħħar xahar ta' trimestru kalendarju, mill-ewwel jum tat-tieni xahar tat-trimestru kalendarju li jkun imiss.

5.   L-eżenzjoni għandha tapplika fir-rigward tal-Istat Membru li fih il-persuna taxxabbli ma tkunx stabbilita u fejn dik il-persuna taxxabbli jkollha l-intenzjoni li tagħmel użu mill-eżenzjoni skont:

(a)

notifika preċedenti, mid-data li fiha l-persuna taxxabbli tiġi infurmata bin-numru ta' identifikazzjoni individwali mill-Istat Membru fejn tkun stabbilita; jew

(b)

aġġornament għal notifika preċedenti, mid-data tal-konferma tan-numru lill-persuna taxxabbli b'konsegwenza tal-aġġornament tagħha mill-Istat Membru ta' stabbiliment.

Id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ma' għandhiex tkun aktar tard minn 35 jum ta' xogħol wara li tkun waslet in-notifika preċedenti jew l-aġġornament għan-notifika preċedenti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, ħlief f'każijiet speċifiċi fejn sabiex jiġu evitati l-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrikjedu żmien addizzjonali biex iwettqu l-verifiki meħtieġa.

6.   Il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali tal-ammont imsemmi f'dan l-Artikolu għandu jiġi kkalkulat billi tiġi applikata r-rata tal-kambju ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fit-18 ta' Jannar 2018. "

(13)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 284a

1.   In-notifika preċedenti imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 284(3) għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem, l-attività, il-forma legali u l-indirizz tal-persuna taxxabbli;

(b)

l-Istat Membru jew l-Istati Membri li fihom il-persuna taxxabbli jkollha l-intenzjoni li tagħmel użu mill-eżenzjoni;

(c)

il-valur totali tal-provvisti ta' merkanzija u/jew servizzi mwettqa fl-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-persuna taxxabbli u f'kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra matul is-sena kalendarja preċedenti;

(d)

il-valur totali tal-provvisti ta' merkanzija u/jew servizzi mwettqa fl-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-persuna taxxabbli u f'kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra matul is-sena kalendarja kurrenti qabel in-notifika.

L-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tingħata għal kull sena kalendarja preċedenti li tappartjeni għall-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 288a(1) fir-rigward ta' kwalunkwe Stat Membru li japplika l-għażla stipulata fih.

2.   Meta l-persuna taxxabbli tinforma lill-Istat Membru ta' stabbiliment f'konformità mal-Artikolu 284(4) li hija jkollha l-intenzjoni li tagħmel użu mill-eżenzjoni fi Stat Membru jew Stati Membri għajr dawk indikati fin-notifika preċedenti, dik il-persuna ma tkunx obbligata li tagħti l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu sakemm dik l-informazzjoni tkun diġà ġiet inkluża fir-rapporti ppreżentati minn qabel skont l-Artikolu 284b.

L-aġġornament ta' notifika preċedenti msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jinkludi n-numru ta' identifikazzjoni individwali msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 284(3).

Artikolu 284b

1.   Persuna taxxabbli li tagħmel użu mill-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 284(1) fi Stat Membru li fih dik il-persuna ma tkunx stabbilita f'konformità mal-proċedura skont -l-Artikolu 284 (3) u (4) għandha tirrapporta għal kull trimestru kalendarju lill-Istat Membru ta' stabbiliment l-informazzjoni li ġejja, inkluż in-numru ta' identifikazzjoni individwali msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 284(3):

(a)

il-valur totali tal-provvisti mwettqa matul it-trimestru kalendarju fl-Istat Membru ta' stabbiliment jew ''0'' jekk ma tkun saret l-ebda provvista;

(b)

il-valur totali tal-provvisti mwettqa matul it-trimestru kalendarju f'kull wieħed mill-Istati Membri għajr l-Istat Membru ta' stabbiliment jew "0" jekk ma tkun saret l-ebda provvista.

2.   Il-persuna taxxabbli għandha tikkomunika l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 fi żmien xahar minn tmiem it-trimestru kalendarju.

3.   Meta jinqabeż il-limitu tal-fatturat annwali fl-Unjoni msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 284(2), il-persuna taxxabbli għandha tinforma lill-Istat Membru ta' stabbiliment fi żmien 15-il jum ta' xogħol. Fl-istess ħin, il-persuna taxxabbli għandha tkun meħtieġa tirrapporta l-valur tal-provvisti msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu saru mill-bidu tat-trimestru kalendarju kurrenti sad-data li fiha jkun inqabeż il-limitu tal-fatturat annwali fl-Unjoni.

Artikolu 284c

1.   Għall-finijiet tal-punti (c) u (d) tal-Artikolu 284a(1) u l-Artikolu 284b(1), għandu japplika dan li ġej:

(a)

il-valuri għandhom jikkonsistu fl-ammonti elenkati fl-Artikolu 288;

(b)

il-valuri għandhom jiġu denominati f'euro;

(c)

fejn l-Istat Membru li jagħti l-eżenzjoni japplika limiti li jvarjaw kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 284(1), il-persuna taxxabbli għandha tkun obbligata, fir-rigward ta' dak l-Istat Membru, li tirrapporta separatament il-valur totali tal-provvisti tal-merkanzija u/jew tas-servizzi fir-rigward ta' kull limitu li jista' jkun applikabbli.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri li ma adottawx l-euro jistgħu jitolbu li l-valuri jiġu espressi fil-munita nazzjonali tagħhom. Jekk il-provvisti jkunu saru f'muniti oħra, il-persuna taxxabbli għandha tuża r-rata tal-kambju li tkun tapplika fl-ewwel jum tas-sena kalendarja. Il-konverżjoni għandha ssir bl-applikazzjoni tar-rata tal-kambju ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għal dak il-jum, jew, jekk ma jkun hemm l-ebda pubblikazzjoni f'dak il-jum, fil-jum ta' pubblikazzjoni li jkun imiss.

2.   L-Istat Membru ta' stabbiliment jista' jeħtieġ li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 284(3) u (4) u fl-Artikolu 284b(1) u (3) tiġi ppreżentata permezz ta' mezzi elettroniċi, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 284d

1.   Persuna taxxabbli li tagħmel użu mill-eżenzjoni fi Stat Membru li fih dik il-persuna taxxabbli ma tkunx stabbilita, fir-rigward tal-provvisti koperti mill-eżenzjoni f'dak l-Istat Membru, ma għandhiex tkun meħtieġa:

(a)

tkun reġistrata għal skopijiet ta' VAT skont l-Artikoli 213 u 214;

(b)

tippreżenta dikjarazzjoni tal-VAT skont l-Artikolu 250.

2.   Persuna taxxabbli li tagħmel użu mill-eżenzjoni fl-Istat Membru ta' stabbiliment u fi kwalunkwe Stat Membru li fih dik il-persuna taxxabbli ma tkunx stabbilita, fir-rigward tal-provvisti koperti mill-eżenzjoni fl-Istat Membru fejn ta' stabbiliment ma għandhiex tkun meħtieġa tippreżenta dikjarazzjoni tal-VAT skont l-Artikolu 250.

3.   B'deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, fejn persuna taxxabbli tonqos milli tikkonforma mar-regoli previsti fl-Artikolu 284b, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li tali persuna taxxabbli tissodisfa obbligi tal-VAT bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 284e

L-Istat Membru ta' stabbiliment għandu, mingħajr dewmien, jew jiddiżattiva in-numru ta' identifikazzjoni msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 284(3) jew, jekk il-persuna taxxabbli tkompli tagħmel użu mill-eżenzjoni fi Stat Membru ieħor jew fi Stati Membri oħra, jadatta l-informazzjoni rċevuta skont l-Artikolu 284(3) u (4) fir-rigward tal-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati, fil-każijiet li ġejjin:

(a)

il-valur totali tal-provvisti rrappurtat mill-persuna taxxabbli jaqbeż l-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 284(2);

(b)

l-Istat Membru li jagħti l-eżenzjoni nnotifika li l-persuna taxxabbli mhijiex eliġibbli għall-eżenzjoni jew li l-eżenzjoni ma baqgħetx tapplika f'dak l-Istat Membru;

(c)

il-persuna taxxabbli tkun infurmat bid-deċiżjoni tagħha li ma tibqax tapplika l-eżenzjoni; jew

(d)

il-persuna taxxabbli tkun infurmat, jew inkella jista' jiġi preżunt, li l-attivitajiet tagħha jkunu waqfu.

(14)

L-Artikoli 285, 286 u 287 jitħassru;

(15)

L-Artikolu 288 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 288

1.   Il-fatturat annwali li jservi bħala referenza għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 284 għandu jikkonsisti mill-ammonti li ġejjin, mingħajr VAT:

(a)

il-valur tal-provvisti ta' merkanzija u servizzi, sakemm dawn ikunu ntaxxati li kieku kienu pprovduti minn persuna taxxabbli mhux eżentata;

(b)

il-valur tat-tranżazzjonijiet li huma eżentati, bil-possibbiltà ta' tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti, skont l-Artikolu 110, jew 111 jew l-Artikolu 125(1);

(c)

il-valur tat-tranżazzjonijiet li huma eżenti skont l-Artikoli 146 sa 149 u l-Artikoli 151, 152 u 153;

(d)

il-valur tat-tranżazzjonijiet li huma eżentati skont l-Artikoli 138 fejn tapplika l-eżenzjoni prevista f'dak l-Artikolu;

(e)

il-valur tat-tranżazzjonijiet ta' proprjetà immobbli, tat-tranżazzjonijiet finanzjarji kif imsemmija fil-punti (b) sa (g) tal-Artikolu 135(1), u s-servizzi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, dment li dawk it-tranżazzjonijiet ma jkunux tranżazzjonijiet anċillari.

2.   Id-disponiment tal-assi kapitali tanġibbli jew intanġibbli ta' persuna taxxabbli ma għandux jitqies għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-fatturat imsemmi fil-paragrafu 1.

(16)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 288a

1.   Persuna taxxabbli, kemm jekk stabbilita kif ukoll jekk mhux stabbilita fl-Istat Membru li jagħti l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 284(1), ma għandhiex tkun tista' tibbenefika minn dik l-eżenzjoni matul perijodu ta' sena kalendarja waħda fejn il-limitu stabbilit f'konformità ma' dak il-paragrafu ikun inqabeż fis-sena kalendarja preċedenti. L-Istat Membru li jagħti l-eżenzjoni jista' jestendi dan il-perijodu għal sentejn kalendarji.

Meta, matul sena kalendarja, il-limitu msemmi fl-Artikolu 284(1) jinqabeż:

(a)

b'mhux aktar minn 10 %, persuna taxxabbli għandha tkun tista' tkompli tibbenefika mill-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 284(1) matul dik is-sena kalendarja;

(b)

b'aktar minn 10 %, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 284(1) għandha tieqaf tapplika minn dak il-ħin.

Minkejja l-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu massimu ta' 25 % jew jippermettu lill-persuna taxxabbli tkompli tibbenefika mill-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 284(1) mingħajr l-ebda limitu massimu matul is-sena kalendarja meta jinqabeż il-limitu. Madankollu, l-applikazzjoni ta' dan il-limitu massimu jew ta' din l-għażla ma tistax tirriżulta fl-eżenzjoni ta' persuna taxxabbli li l-fatturat tagħha fl-Istat Membru li jagħti l-eżenzjoni jaqbeż il-EUR 100 000.

B'deroga mit-tieni u t-tielet subparagrafi, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 284(1) għandha tieqaf tapplika minn meta jinqabeż il-limitu stabbilit f'konformità ma' dak il-paragrafu.

2.   Persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru li jagħti l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 284(1) ma għandhiex tkun tista' tibbenefika minn dik l-eżenzjoni, fejn il-limitu tal-fatturat annwali fl-Unjoni msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 284(2) ikun inqabeż fis-sena kalendarja preċedenti.

Meta, matul sena kalendarja, il-limitu tal-fatturat annwali fl-Unjoni msemmi fil-punt a tal-Artikolu 284(2) jinqabeż, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 284(1) mogħtija lil persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru li jagħti dik l-eżenzjoni għandha tieqaf tapplika minn dak il-ħin.

3.   Il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat billi tiġi applikata r-rata tal-kambju ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fit-18 ta' Jannar 2018.”

(17)

fl-Artikolu 290, it-tieni sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

"L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu r-regoli u l-kondizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni ta' dik l-għażla.";

(18)

L-Artikoli 291 u 2924 jitħassru;

(19)

fit-Titolu XII, Kapitolu 1, tiddaħħal it-Taqsima li ġejja:

"Taqsima 2a

Simplifikazzjoni tal-obbligi għal impriżi żgħar eżentati

Artikolu 292a

Għall-finijiet ta' din it-Taqsima "impriżi żgħar eżentati" tfisser kwalunkwe persuna taxxabbli li tibbenefika mill-eżenzjoni fl-Istat Membru li fih hija dovuta l-VAT kif previst fl-Artikolu 284(1) u (2).

Artikolu 292b

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 284(3), l-Istati Membri jistgħu jeħilsu lill-impriżi ż-żgħar eżentati stabbiliti fit-territorju tagħhom, li jagħmlu użu mill-eżenzjoni f'dak it-territorju biss, mill-obbligu li jiddikjaraw il-bidu tal-attività tagħhom skont l-Artikolu 213 u li jiġu identifikati permezz ta' numru individwali skont l-Artikolu 214, għajr meta dawk l-impriżi jwettqu tranżazzjonijiet koperti mill-punt (b), (d) jew (e) tal-Artikolu 214.

Fejn ma tiġix eżerċitata l-għażla msemmija fl-ewwel paragrafu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ proċedura għall-identifikazzjoni ta' tali impriżi żgħar eżentati permezz ta' numru individwali. Il-proċedura ta' identifikazzjoni ma għandhiex tieħu aktar minn 15-il jum ta' xogħol ħlief f'każijiet speċifiċi fejn sabiex tiġi evitata l-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa, l-Istati Membri jkunu jistgħu jeħtieġu żmien addizzjonali biex iwettqu l-verifiki meħtieġa.

Artikolu 292c

L-Istati Membri jistgħu jeħilsu lill-impriżi ż-żgħar eżentati stabbiliti fit-territorju tagħhom li jagħmlu użu mill-eżenzjoni f'dak it-territorju biss mill-obbligu li jippreżentaw dikjarazzjoni tal-VAT stabbilita fl-Artikolu 250.

Jekk l-għażla msemmija fl-ewwel paragrafu ma tiġix eżerċitata, l-Istati Membri għandhom jippermettu li tali impriżi żgħar eżentati jippreżentaw dikjarazzjoni simplifikata tal-VAT biex jiġi kopert il-perijodu ta' sena kalendarja. Madankollu, l-impriżi ż-żgħar eżentati jistgħu jagħżlu li jiġi applikat il-perijodu tat-taxxa stabbilit f'konformità mal-Artikolu 252.

Artikolu 292d

L-Istati Membri jistgħu jeħilsu lil impriżi żgħar eżentati minn ċerti obbligi jew mill-obbligi kollha msemmija fl-Artikoli 217 sa 271."

(20)

fit-Titolu XII Kapitolu 1, titħassar it-Taqsima 3;

(21)

fl-Artikolu 314, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(c)

persuna taxxabbli oħra, sakemm il-provvista ta' merkanzija minn dik il-persuna taxxabbli l-oħra tkun koperta mill-eżenzjoni għal impriżi żgħar prevista fl-Artikolu 284 u tkun tinvolvi merkanzija kapitali;"

(22)

fl-Artikolu 334, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(c)

persuna taxxabbli oħra, sakemm il-provvista ta' merkanzija, imwettqa minn dik il-persuna taxxabbli f'konformità ma' kuntratt li taħtu titħallas kummissjoni fuq bejgħ, tkun koperta mill-eżenzjoni għal impriżi żgħar prevista fl-Artikolu 284 u tkun tinvolvi merkanzija kapitali;".

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 904/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:

"(g)

l-informazzjoni li jiġbor skont l-Artikolu 284(3) u (4) u l-Artikolu 284b tad-Direttiva 2006/112/KE";

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, id-dettalji tekniċi li jikkonċernaw it-tiftix awtomatizzat tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 58(2)."

(2)

fl-Artikolu 21 għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"2b.   Fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 17(1), minn tal-anqas id-dettalji li ġejjin għandhom ikunu aċċessibbli:

(a)

in-numri ta' identifikazzjoni individwali ta' persuni taxxabbli eżentati maħruġa mill-Istat Membru li qed jipprovdi l-informazzjoni;

(b)

l-isem, l-attività, il-forma legali u l-indirizz tal-persuni taxxabbli eżentati identifikati bin-numru ta' identifikazzjoni individwali msemmi fil-punt (a);

(c)

l-Istat Membru jew l-Istati Membri li fihom il-persuna taxxabbli tagħmel użu mill-eżenzjoni;

(d)

id-data tal-bidu tal-eżenzjoni fir-rigward tal-persuna taxxabbli fi Stat Membru jew Stati Membri;

(e)

l-informazzjoni msemmija fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 284a(1) tad-Direttiva 2006/112/KE;

(f)

il-valur totali tal-provvisti ta' merkanzija u/jew servizzi, għal kull trimestru kalendarju, mwettqa minn kull persuna taxxabbli li għandha numru ta' identifikazzjoni individwali msemmi fil-punt (a) fl-Istat Membru li fih il-persuna taxxabbli hija stabbilita;

(g)

il-valur totali tal-provvisti ta' merkanzija u/jew servizzi, għal kull trimestru kalendarju, imwettqa minn kull persuna taxxabbli li għandha numru ta' identifikazzjoni individwali msemmi fil-punt (a) f'kull Stat Membru għajr dak li fih il-persuna taxxabbli hija stabbilita;

(h)

id-data li fiha l-fatturat annwali fl-Unjoni tal-persuna taxxabbli jkun qabeż l-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 284(2) tad-Direttiva 2006/112/KE;

(i)

id-data li fiha ssir effettiva d-deċiżjoni tal-persuna taxxabbli li volontarjament tieqaf tapplika l-eżenzjoni u l-Istat Membru jew l-Istati Membri fejn il-waqfien għandu jsir effettiv;

(j)

id-data li fiha l-attivitajiet tal-persuna taxxabbli jkunu waqfu u l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati.

Il-valuri msemmija fil-punti (e) sa (g) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu speċifikati b'mod separat għal kull limitu li jista' jkun applikabbli skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 284(1) tad-Direttiva 2006/112/KE."

(3)

fl-Artikolu 31, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"2a.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi konferma permezz ta' mezzi elettroniċi li l-persuna taxxabbli li lilha jkun inħareġ in-numru ta' identifikazzjoni individwali msemmi fl-Artikolu 284(3) tad-Direttiva 2006/112/KE hija impriża żgħira eżenti. Il-konferma għandha tispeċifika l-Istat Membru jew l-Istati Membri li fihom il-persuna taxxabbli tagħmel użu mill-eżenzjoni."

(4)

fl-Artikolu 32, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, tippubblika fis-sit web tagħha d-dettalji dwar id-dispożizzjonijiet approvati minn kull Stat Membru li jittrasponu l-Artikolu 167a, il-Kapitolu 3 tat-Titolu XI u l-Kapitolu 1 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE."

(5)

jiddaħħal il-Kapitolu li ġej:

"KAPITOLU Xa

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISKEMA SPEĊJALI FIL-KAPITOLU 1 TAT-TITOLU XII TAD-DIRETTIVA 2006/112/KE

Artikolu 37a

1.   L-Istat Membru ta' stabbiliment għandu jibgħat l-informazzjoni li ġejja permezz ta' mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jagħtu l-eżenzjoni fi żmien 15-il jum ta' xogħol mid-data li fiha l-informazzjoni ssir disponibbli:

(a)

fir-rigward ta' persuni taxxabbli li jkunu taw notifika minn qabel jew aġġornament ta' notifika msemmija fl-Artikolu 284(3) jew (4) tad-Direttiva 2006/112/KE, l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (d) tal-Artikolu 21(2b) ta' dan ir-Regolament;

(b)

fir-rigward ta' persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom fl-Unjoni jkun qabeż l-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 284(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (h) tal-Artikolu 21(2b) ta' dan ir-Regolament;

(c)

fir-rigward ta' persuni taxxabbli li jkunu naqsu milli jikkonformaw mar-regoli previsti fl-Artikolu 284b tad-Direttiva 2006/112/KE, il-fatt ta' dak in-nuqqas u l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 21(2b) ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, id-dettalji tekniċi, inkluż messaġġ elettroniku komuni, li bih għandha tiġi ppreżentata l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 58(2)."

Artikolu 37b

1.   L-Istat Membru li lilu persuna taxxabbli tkun tat notifika minn qabel jew aġġornament sussegwenti f'konformità mal-Artikolu 284(3) jew (4) tad-Direttiva 2006/112/KE għandu, qabel ma jidentifika l-persuna taxxabbli jew jikkonferma n-numru ta' identifikazzjoni individwali lill-persuna taxxabbli, jikkalkula fuq il-bażi tal-valuri totali ta' provvisti rrappurtati mill-persuna taxxabbli, li l-limitu tal-fatturat annwali fl-Unjoni msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 284(2) ta' dik id-Direttiva ma jkunx inqabeż matul is-sena kalendarja kurrenti jew dik ta' qabel.

2.   L-Istat Membru li jagħti l-eżenzjoni għandu, fi żmien 15-il jum ta' xogħol wara li jirċievi l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 37a(1) ta' dan ir-Regolament, jikkonferma permezz ta' mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' stabbiliment, abbażi tal-valuri totali ta' provvisti rrappurtati mill-persuna taxxabbli, li l-limitu tal-fatturat annwali msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 284(2) tad-Direttiva 2006/112/KE ma nqabiżx matul is-sena kalendarja kurrenti u li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 288a(1) ta' dik id-Direttiva huma ssodisfati.

3.   L-Istat Membru li jagħti l-eżenzjoni għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika permezz ta' mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' stabbiliment bid-data li fiha l-persuna taxxabbli tkun waqfet milli tkun eliġibbli għall-eżenzjoni skont l-Artikolu 288a(1) tad-Direttiva 2006/112/KE.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, id-dettalji tekniċi, inkluż messaġġ elettroniku komuni, tan-notifiki msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 58(2).

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa l-31 ta' Diċembru 2024, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2025.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert mill-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2025.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

Z. MARIĆ


(1)  Opinjoni tal-11 ta' Settembru 2018 u opinjoni tal-15 ta' Jannar 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 283, 10.8.2018, p. 35.

(3)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(4)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).

(6)  ĠU C 461, 21.12.2018, p. 43.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/286

tas-27 ta’ Frar 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-tlieta u sittin sessjoni tal-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi dwar iż-żieda ta’ sustanza mal-lista tas-sustanzi fit-Tabella I tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1988 kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi (“il-Konvenzjoni”) daħlet fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 1990 u ġiet konkluża mill-Unjonibid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/611/KEE (1).

(2)

Skont l-Artikolu 12(2) sa (7) tal-Konvenzjoni, jistgħu jiżdiedu sustanzi fit-Tabelli tal-Konvenzjoni li jelenkaw il-prekursuri tad-droga.

(3)

Waqt it-tlieta u sittin sessjoni tagħha mit-2 sas-6 ta’ Marzu 2020 fi Vjenna, il-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi ser tieħu deċiżjoni dwar iż-żieda ta’ sustanza waħda fit-Tabella I tal-Konvenzjoni.

(4)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi, peress li d-deċiżjoni ser ikollha effett legali fl-Unjoni u ser tkun tista’ tinfluwenza b’mod deċiżiv il-kontenut tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 (2) u r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(5)

Skont il-valutazzjoni tal-Bord Internazzjonali għall-Kontroll tan-Narkotiċi (INCB), is-sustanza metil alfa-fenilaċetoaċetat (MAPA) tintuża ħafna drabi fil-manifattura illeċita tal-amfetamina u tal-metamfetamina. Hemm evidenza li l-volum u l-firxa tal-manifattura illeċita ta’ dawn id-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi joħolqu problemi serji tas-saħħa pubblika u soċjali, u din tiġġustifika t-tqegħid tal-metil alfa-fenilaċetoaċetat (MAPA) taħt kontroll internazzjonali. Il-manifattura illegali tal-amfetamina u tal-metamfetamina tikkawża problemi sinifikanti tas-saħħa pubblika u soċjali fl-Unjoni. Inċidenti relatati mat-traffikar tal-metil alfa-fenilaċetoaċetat (MAPA) qed jiżdiedu kemm fl-ammont kif ukoll fil-frekwenza u l-gruppi tal-kriminalità organizzata fl-Unjoni qed jesportaw ukoll illegalment l-amfetamina u l-metamfetamina lejn pajjiżi terzi.

(6)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li tiġi espressa mill-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tal-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-tlieta u sittin sessjoni tal-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi għandha tkun li tiżdied is-sustanza metil alfa-fenilaċetoaċetat (MAPA) mat-Tabella I tal-Konvenzjoni.

Artikolu 2

Il-pożizzjoni stabbilita fl-Artikolu 1 għandha tiġi espressa mill-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tal-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi, filwaqt li jaġixxu b’mod konġunt.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Frar 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

D. HORVAT


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/611/KEE, tat-22 ta’ Ottubru 1990, fir-rigward tal-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffiku Illeċitu ta’ Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi (ĠU L 326, 24.11.1990 p. 56).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi (ĠU L 22, 26.1.2005, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga (ĠU L 47, 18.2.2004, p. 1).


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/26


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/287

tas-27 ta’ Frar 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti f’dak li għandu x’jaqsam mal-proposti għal modifiki għar-Regolamenti tan-NU Nru 10, 26, 28, 46, 48, 51, 55, 58, 59, 62, 79, 90, 106, 107, 110, 117, 121, 122, 128, 144, 148, 149, 150, 151 u 152, f’dak li għandu x’jaqsam mal-mal-proposti għal modifiki għar-Regolamenti Tekniċi Globali Nru 3, 6 u 16, f’dak li għandu x’jaqsam mal-proposta għal emendi għar-Riżoluzzjoni Kkonsolidata R.E.5, u f’dak li għandu x’jaqsam mal-proposti għal awtorizzazzjonijiet biex tiġi żviluppata emenda għal-GTR Nru 6 u biex jiġi żviluppat GTR ġdid dwar id-Determinazzjoni tal-Potenza tal-Vetturi li jaħdmu bl-Elettriku

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni aderixxiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (NU/KEE) li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawk il-preskrizzjonijiet (il-“Ftehim Rivedut tal-1958”). Il-Ftehim Rivedut tal-1958 daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 1998.

(2)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni aderixxiet mal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta’ regolamenti tekniċi globali għal vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (il-“Ftehim Parallel”). Il-Ftehim Parallel daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2000.

(3)

Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim Parallel, il-Forum Dinji tan-NU/KEE għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi (WP.29) jista’ jadotta, kif applikabbli, il-proposti għal modifiki għar-Regolamenti adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (Regolamenti tan-NU) Nru 10, 26, 28, 46, 48, 51, 55, 58, 59, 62, 79, 90, 106, 107, 110, 117, 121, 122, 128, 144, 148, 149, 150, 151 u 152, il-proposti għal modifiki għar-Regolamenti Tekniċi Globali (GTR) Nru 3, 6 u 16, il-proposta għal emendi għar-Riżoluzzjoni Kkonsolidata R.E.5 u l-proposti għal awtorizzazzjonijiet biex tiġi żviluppata emenda għal-GTR Nru 6 u biex jiġi żviluppat GTR ġdid dwar id-Determinazzjoni tal-Potenza tal-Vetturi li jaħdmu bl-Elettriku (DEVP).

(4)

Waqt il-180 sessjoni tal-Forum Dinji li ser issir bejn l-10 u t-12 ta’ Marzu 2020, id-WP.29 għandu jadotta l-atti msemmijin hawn fuq b’rabta mad-dispożizzjonijiet amministrattivi u mal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-approvazzjoni ta’ Regolamenti tekniċi armonizzati tan-NU u GTR għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti.

(5)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fid-WP.29 f’dak li għandu x’jaqsam mal-adozzjoni tal-proposti għal Regolamenti tan-NU, minħabba li r-Regolamenti tan-NU ser ikunu vinkolanti fuq l-Unjoni u jkollhom il-kapaċità li jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi.

(6)

Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) issostitwiet is-sistemi tal-approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura tal-approvazzjoni tal-Unjoni u stabbiliet qafas armonizzat li fih dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati l-ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat ir-Regolamenti tan-NU fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, jew bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġislazzjoni tal-Unjoni. Mill-adozzjoni tad-Direttiva 2007/46/KE ’l hawn, ir-Regolamenti tan-NU ġew inkorporati dejjem aktar fil-leġislazzjoni tal-Unjoni.

(7)

Fid-dawl tal-esperjenza u tal-iżviluppi tekniċi, jeħtieġ li jiġu emendati jew issupplimentati r-rekwiżiti marbutin ma’ ċerti elementi jew karatteristiċi koperti mir-Regolamenti tan-NU Nru 10, 26, 28, 46, 48, 51, 55, 58, 59, 62, 79, 90, 106, 107, 110, 117, 121, 122, 128, 144, 148, 149, 150, 151 u 152. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet fital-GTR Nru 3, 6 u 16. Fl-aħħar nett, jeħtieġli jiġu adottati l-emendi għar-Riżoluzzjoni Kkonsolidata R.E.5 u l-awtorizzazzjonijiet biex tiġi żviluppata emenda għall-GTR Nru 6 u biex jiġi żviluppat GTR ġdid dwar id- DEVP.

(8)

Id-dokument ta’ ħidma tad-WP.29 bin-numru ta’ referenza ECE/TRANS/WP.29/2020/25 għandu x’jaqsam ma’ proposta għas-Suppliment 2 għar-Regolament tan-NU Nru 144 (Sistemi tas-Sejħiet ta’ Emerġenza f’każ ta’ Inċidenti), li għadha mhix lesta biex jittieħed vot dwarha fid-WP.29.

(9)

Id-dokument ta’ ħidma tad-WP.29 bin-numru ta’ referenza ECE/TRANS/WP.29/2020/2 għandu x’jaqsam ma’ proposta għas-Suppliment 1 għas-serje 08 ta’ emendi għar-Regolamenttan-NU Nu 9(L-Istorbju mill-Vetturi bi Tliet Roti). Minħabba li l-Unjoni mhix qed tapplika d-dispożizzjonijiet uniformi tar-Regolament tan-NU Nru 9, m’hemmx bżonn tiġi stabbilita pożizzjoni tal-Unjoni dwar il-proposta ECE/TRANS/WP.29/2020/2,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fid-WP.29 waqt il-180 sessjoni tiegħu li ser issir bejn l-10 u t-12 ta’ Marzu 2020 għandha tkun li tivvota favur il-proposti elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fid-WP.29 waqt il-180 sessjoni tiegħu li ser issir bejn l-10 u t-12 ta’ Marzu 2020 għandha tkun li tivvota kontra l-proposta għas-Suppliment 2 għar-Regolament Nru 144 tan-NU (Sistemi tas-Sejħiet ta’ Emerġenza f’każ ta’ Inċidenti, dokument ta’ ħidma ECE/TRANS/WP.29/2020/25).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Frar 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

D. HORVAT


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti, tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).

(3)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).


ANNESS

Numru tar-Regolament

Titlu tal-punt fl-aġenda

Referenza tad-dokument  (1)

10

Proposta għas-Suppliment 1 għas-serje 06 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 10 (Il-kompatibbiltà elettromanjetika)

ECE/TRANS/WP.29/2020/30

26

Proposta għas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 26 (Il-projezzjonijiet esterni tal-karozzi tal-passiġġieri)

ECE/TRANS/WP.29/2020/26

26

Proposta għas-Suppliment 4 għas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 26 (Il-projezzjonijiet esterni tal-karozzi tal-passiġġieri)

ECE/TRANS/WP.29/2020/15

28

Proposta għas-Suppliment 6 għas-serje oriġinali ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 28 (L-apparat ta’ twissija li jinstema’)

ECE/TRANS/WP.29/2020/3

46

Proposta għas-Suppliment 7 għas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 46(L-apparat għall-viżjoni indiretta)

ECE/TRANS/WP.29/2020/16

46

Proposta għas-Suppliment 8 għas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 46 (L-apparat għall-viżjoni indiretta)

ECE/TRANS/WP.29/2020/17

48

Proposta għal serje 07 ġdida ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 48 (L-installazzjoni tad-dwal u tal-apparat għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/2020/36, WP.29-180-07

51

Proposta għas-Suppliment 6 għas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 51 (L-istorbju mill-vetturi tal-kategoriji M u N)

ECE/TRANS/WP.29/2020/4

55

Proposta għas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 55 (L-akkoppjamenti mekkaniċi)

ECE/TRANS/WP.29/2020/27

58

Proposta għas-Suppliment 1 għas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 58 (L-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun)

ECE/TRANS/WP.29/2020/19

59

Proposta għal serje 03 ġdida ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 59 (Is-sistemi ta’ sostituzzjoni tas-sajlenser)

ECE/TRANS/WP.29/2020/7

62

Proposta għas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 62 (Is-sistemi kontra s-serq (għall-mopeds u għall-muturi))

ECE/TRANS/WP.29/2020/28

79

Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 79 (It-tagħmir tal-istering)

ECE/TRANS/WP.29/2020/11

90

Proposta għas-Suppliment 5 għas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 90 (Il-partijiet ta’ sostituzzjoni tal-ibbrejkjar)

ECE/TRANS/WP.29/2020/8

106

Proposta għas-Suppliment 18 għas-serje oriġinali ta’ emendi għar-Regolament Nru 106 tan-NU (It-tajers għall-vetturi agrikoli)

ECE/TRANS/WP.29/2020/5

107

Proposta għas-Suppliment 9 għas-serje 06 ta’ emendi għar-Regolament tan- NU Nru 107 (Il-vetturi tat-tip M2 u M3)

ECE/TRANS/WP.29/2020/12

107

Proposta għas-Suppliment 4 għas-serje 07 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 107 (Il-vetturi tat-tip M2 u M3)

ECE/TRANS/WP.29/2020/13

107

Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje 08 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 107 (Il-vetturi tat-tip M2 u M3)

ECE/TRANS/WP.29/2020/14

110

Proposta għas-Suppliment 1 għas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament tan- NU Nru 110 (Il-vetturi tas-CNG u tal-LNG)

ECE/TRANS/WP.29/2020/20

110

Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 110 (Il-vetturi tas-CNG u tal-LNG)

ECE/TRANS/WP.29/2020/21

117

Proposta għas-Suppliment 11 għas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 117 (Ir-reżistenza tat-tajers għad-dawrien, l-istorbju tad-dawrien tagħhom u l-qabda tagħhom fuq l-imxarrab)

ECE/TRANS/WP.29/2020/6

121

Proposta għas-Suppliment 4 għas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 121 (L-identifikazzjoni tal-kontrolli, tal-indikaturi operatorji u tal-indikaturi)

ECE/TRANS/WP.29/2020/22

122

Proposta għas-Suppliment 6 għar-Regolament tan-NU Nru 122 (Is-sistemi tat-tisħin)

ECE/TRANS/WP.29/2020/23

128

Proposta għas-Suppliment 10 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 128

ECE/TRANS/WP.29/2020/31

144

Proposta għas-Suppliment 1 għar-Regolament tan-NU Nru 144 (Is-Sistemi tas-Sejħiet ta’ Emerġenza f’każ ta’ Inċidenti)

ECE/TRANS/WP.29/2020/24

144

Proposta għas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 144 (Is-Sistemi tas-Sejħiet ta’ Emerġenza f’każ ta’ Inċidenti)

ECE/TRANS/WP.29/2020/29

148

Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 148 dwar l-apparat għas-sinjalar bid-dawl (LSD)

ECE/TRANS/WP.29/2020/32

149

Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 149 dwar l-apparat għat-tidwil tat-toroq (RID)

ECE/TRANS/WP.29/2020/33

150

Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 150 dwar l-apparat retroriflettiv (RRD)

ECE/TRANS/WP.29/2020/34

151

Proposta għas-Suppliment 1 għar-Regolament tan-NU Nru 151 (Is-sistemi ta’ informazzjoni dwar il-punti moħbija (BSIS))

ECE/TRANS/WP.29/2020/18, WP.29-180-05

152

Proposta għas-Suppliment 1 għar-Regolament tan-NU Nru 152 (Is-sistema avvanzata għall-ibbrejkjar f’emerġenza (l-AEBS) għall-vetturi tat-tip M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/2020/9

152

Proposta għas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 152 (Is-sistema avvanzata għall-ibbrejkjar f’emerġenza (l-AEBS) għall-vetturi tat-tip M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/2020/10


Numru tal-GTR

Titlu tal-punt fl-aġenda

Referenza tad-dokument

3

Proposta għall-Emenda Nru 4 għall-GTR Nru 3 (Is-sistemi tal-ibbrejkjar tal-muturi)

Proposta għar-rapport tekniku għall-Emenda nru 4 għall-GTR Nru 3 (Is-sistemi tal-ibbrejkjar tal-muturi)

L-awtorizzazzjoni biex jiġu żviluppati emendi għall-GTR Nru 3

ECE/TRANS/WP.29/2020/47

ECE/TRANS/WP.29/2020/48

ECE/TRANS/WP.29/AC.3/47

6

Proposta għall-Emenda Nru 2 għall-GTR Nru 6 (Il-ħġieġ tas-sikurezza)

Proposta għar-rapport tekniku għall-Emenda Nru 2 għall-GTR Nru 6 (Il-ħġieġ tas-sikurezza)

L-awtorizzazzjoni biex jiġu żviluppati emendi għall-GTR Nru 6

ECE/TRANS/WP.29/2020/43

ECE/TRANS/WP.29/2020/44

ECE/TRANS/WP.29/AC.3/52

6

Proposta għall-Emenda Nru 3 għall-GTR Nru 6 (Il-ħġieġ tas-sikurezza)

Proposta għar-rapport tekniku għall-Emenda Nru 3 għall-GTR Nru 6 (Il-ħġieġ tas-sikurezza)

L-awtorizzazzjoni biex tiġi żviluppata emenda għall-GTR Nru 6

ECE/TRANS/WP.29/2020/45

ECE/TRANS/WP.29/2020/46

ECE/TRANS/WP.29/AC.3/52

16

Proposta għall-emenda nru 2 tal-GTR Nru 16 (It-tajers)

Proposta għar-rapport tekniku għall-Emenda Nru 2 għall-GTR Nru 16 (It-tajers)

L-awtorizzazzjoni biex jiġu żviluppati emendi għall-GTR Nru 16

ECE/TRANS/WP.29/2020/41

ECE/TRANS/WP.29/2020/42

ECE/TRANS/WP.29/AC.3/48/Rev.1


Numru tar-Riżoluzzjoni

Titlu tal-punt fl-aġenda

Referenza tad-dokument

R.E.5

Proposta għall-emenda nru 5 għar-Riżoluzzjoni Kkonsolidata dwar l-ispeċifikazzjoni komuni tal-kategoriji tas-sorsi tad-dawl (R.E.5)

ECE/TRANS/WP.29/2020/37


Affarijiet oħrajn

Titlu tal-punt fl-aġenda

Referenza tad-dokument

 

L-awtorizzazzjoni biex tiġi żviluppata emenda għall-GTR Nru 6 (Il-ħġieġ tas-sikurezza)

ECE/TRANS/WP.29/AC.3/55

 

L-awtorizzazzjoni riveduta biex jiġi żviluppat GTR ġdid dwar id-DEVP

ECE/TRANS/WP.29/AC.3/53/Rev.1


(1)  Id-dokumenti kollha msemmijin fit-tabella jinsabu fis-sit li ġej: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/gen2020.html.