|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 37 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
10.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 37/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/178
tal-31 ta’ Jannar 2020
dwar il-preżentazzjoni ta’ informazzjoni lill-passiġġieri li jaslu minn pajjiżi terzi u lil klijenti tas-servizzi postali u ta’ ċerti operaturi professjonisti dwar il-projbizzjonijiet fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 45(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/2031 jirrikjedi li l-Istati Membri, il-portijiet marittimi, l-ajruporti u l-operaturi tat-trasport internazzjonali jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-passiġġieri l-informazzjoni dwar il-projbizzjonijiet u r-rekwiżiti fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni. |
|
(2) |
L-operaturi tas-servizzi postali u l-operaturi professjonisti involuti fil-bejgħ permezz ta’ kuntratti mill-bogħod iridu wkoll iqiegħdu dik l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-klijenti tagħhom. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-informazzjoni tiġi ppreżentata b’mod ċar u li tinftiehem mill-ewwel. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tirrappreżenta b’mod viżwali dawn l-oġġetti pprojbiti li jġorru l-passiġġieri: il-pjanti għat-tħawwil, il-fjuri maqtugħa, il-frott u l-ħxejjex. |
|
(4) |
Għall-fini ta’ ċarezza, jenħtieġ li din l-informazzjoni tinkludi wkoll messaġġ dwar l-aktar regoli u rekwiżiti importanti fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni. Jenħtieġ li dak il-messaġġ ikun fih informazzjoni dwar il-frott li huwa eżentat mir-rekwiżit għal ċertifikat fitosanitarju, skont l-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2016/2031, il-pajjiżi terzi li minnhom mhux meħtieġ ċertifikat fitosanitarju u t-territorji tal-Unjoni li minnhom huwa meħtieġ dak iċ-ċertifikat. |
|
(5) |
Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tkun disponibbli fil-punti kollha tad-dħul fl-Unjoni jew fuq il-mezzi tat-trasport li jkunu deħlin fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu liberi wkoll li jagħżlu punti addizzjonali, bħall-punti tat-tluq mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi, sabiex din l-informazzjoni tkun aċċessibbli fi żmien xieraq għall-passiġġieri li aktar tard ikunu se jirritornaw minn dawk il-pajjiżi lejn l-Unjoni. |
|
(6) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu, sabiex ikun żgurat li l-passiġġieri, kif ukoll il-klijenti tas-servizzi postali u l-operaturi professjonisti involuti fil-bejgħ permezz ta’ kuntatti mill-bogħod, ikunu infurmati kemm jista’ jkun malajr dwar l-applikazzjoni tar-regoli l-ġodda. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preżentazzjoni ta’ informazzjoni lill-passiġġieri li jaslu minn pajjiżi terzi u lil klijenti tas-servizzi postali u ta’ ċerti operaturi professjonisti
1. L-Istati Membri, il-portijiet marittimi, l-ajruporti u l-operaturi tat-trasport internazzjonali għandhom juru posters, bl-informazzjoni stabbilita fl-Anness, fil-punti kollha tad-dħul fl-Unjoni, jew fuq il-mezzi tat-trasport kollha li jidħlu fl-Unjoni, għall-benefiċċju tal-passiġġieri li jaslu minn pajjiżi terzi.
L-Istati Membri, il-portijiet marittimi, l-ajruporti u l-operaturi tat-trasport internazzjonali jistgħu juru wkoll posters kif previst fl-ewwel subparagrafu fil-punti tat-tluq barra mill-Unjoni.
2. L-operaturi tas-servizzi postali u l-operaturi professjonisti involuti fil-bejgħ permezz ta’ kuntratti mill-bogħod għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-klijenti tagħhom, tal-anqas permezz tal-Internet, l-informazzjoni stabbilita fl-Anness.
3. L-informazzjoni stabbilita fl-Anness għandha titqiegħed f’punti li jidhru faċilment, kemm f’postijiet fiżiċi kif ukoll fuq l-internet.
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
Il-poster imsemmi fl-Artikolu 1
|
10.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 37/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/179
tat-3 ta’ Frar 2020
li japprova emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika ta’ xarba spirituża rreġistrata (Berliner Kümmel)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 21 u l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Ġermanja tat-28 ta’ Settembru 2017 biex tapprova emenda fl-iskeda teknika marbuta mal-indikazzjoni ġeografika “Berliner Kümmel”, mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) 2019/787 li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 110/2008 daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Mejju 2019. F’konformità mal-Artikolu 49(1) tal-imsemmi Regolament, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi huwa mħassar b’effett mit-8 ta’ Ġunju 2019. Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) 2019/787, l-iskedi tekniċi sottomessi fil-kuntest ta’ kwalunkwe applikazzjoni qabel it-8 ta’ Ġunju 2019 skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandhom jitqiesu bħala speċifikazzjonijiet ta’ prodotti. |
|
(3) |
Wara li ddeterminat li t-talba hija f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni ppubblikat applikazzjoni għal emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament imsemmi, u f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 50(4) tar-Regolament (UE) 2019/787. |
|
(4) |
Billi ma ġiet innotifikata l-ebda notifika ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2019/787, l-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott trid tiġi approvata skont l-Artikolu 30(2) ta’ dak ir-Regolament, applikabbli mutatis mutandis fir-rigward tal-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott rigward id-denominazzjoni “Berliner Kümmel”, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2020.
Għall-Kummissjoni
f’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 130 du 17.5.2019, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).
|
10.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 37/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/180
tas-7 ta’ Frar 2020
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus subtilis KCCM 10673P u Aspergillus oryzae KCTC 10258BP bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha ta’ annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus subtilis KCCM 10673P u Aspergillus oryzae KCTC 10258BP bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha ta’ annimali. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus subtilis KCCM 10673P u Aspergillus oryzae KCTC 10258BP biex jintuża fil-fażola tas-sojja, li għandu jiġi kklassifikat fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi”. |
|
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tat-8 ta’ Settembru 2015 (2) u tat-18 ta’ Settembru 2018 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparat ta’ Bacillus subtilis KCCM 10673P u Aspergillus oryzae KCTC 10258BP ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali jew fuq l-ambjent. Madankollu, ikkonkludiet ukoll li l-addittiv huwa kkunsidrat bħala irritant tal-ġilda u tal-għajnejn u bħala sensitizzatur tal-ġilda u respiratorju. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv għandu l-potenzjal li jkun effikaċi fit-tnaqqis tal-konċentrazzjoni tal-oligosakkaridi tas-serje tar-raffinożji u tal-inibitur tat-tripsina fil-fażola tas-sojja. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparat ta’ Bacillus subtilis KCCM 10673P u Aspergillus oryzae KCTC 10258BP turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. F’konformità ma’ dan, jenħtieġ li l-użu ta’ dan il-preparat jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u għall-grupp funzjonali “addittivi teknoloġiċi oħrajn”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali kif stipulat fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2015;13(9):4230.
(3) EFSA Journal 2018;16(5):5275.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
|
CFU tal-addittiv/kg ta’ fażola tas-sojja |
||||||||||||||
|
Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi teknoloġiċi oħrajn (tnaqqis tal-fatturi antinutrizzjonali tal-fażola tas-sojja) |
||||||||||||||
|
1o01 |
Bacillus subtilis KCCM 10673P Aspergillus oryzae KCTC 10258BP |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’Bacillus subtilis KCCM 10673P u Aspergillus oryzae KCTC 10258BP li fihom rispettivament minimu ta’ 1,2 × 108 CFU/g addittiv u 2,0 × 108 CFU/g addittiv. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali |
— |
Bacillus subtilis 1,2 × 106 Aspergillus oryzae 2,0 × 106 |
— |
|
l-1 ta’ Marzu 2030 |
||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Bacillus subtilis KCCM 10673P u Aspergillus oryzae KCTC 10258BP. |
||||||||||||||
|
Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni ta’ Bacillus subtilis KCCM 10673P fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-oġġetti tal-għalf: Metodu tat-tifrix fuq it-tryptone soya agar (EN 15784). Identifikazzjoni ta’ Bacillus subtilis KCCM 10673P fl-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi b’gel f’kamp pulsat (PFGE). Identifikazzjoni ta’ Aspergillus oryzae KCTC 10258BP fl-addittiv tal-għalf: Tipizzazzjoni bbażata fuq reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) |
||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.
DEĊIŻJONIJIET
|
10.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 37/8 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/181
tas-7 ta’ Frar 2020
li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi interim marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Greċja
(notifikata bid-dokument C(2020) 799)
(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u selvaġġi u jista’ jkollha impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-ħnieżer u tisfratta l-kummerċ fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. |
|
(2) |
F’każ ta’ tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinxtered lejn azjendi oħrajn tal-ħnieżer u fil-ħnieżer selvaġġi. B’hekk, jista’ jinxtered minn Stat Membru għall-ieħor u għall-pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew tal-prodotti tagħhom. |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) tistabbilixxi l-miżuri minimi li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jipprevedi l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-każ ta’ tifqigħat ta’ dik il-marda, fejn iridu japplikaw il-miżuri stipulati fl-Artikoli 10 u 11 ta’ dik id-Direttiva. |
|
(4) |
Il-Greċja infurmat lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni preżenti fit-territorju tagħha fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u, f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE, stabbiliet żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fejn japplikaw il-miżuri msemmija fl-Artikoli 10 u 11 ta’ dik id-Direttiva. |
|
(5) |
Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, hemm bżonn li jiġu deskritti fil-livell tal-Unjoni ż-żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Greċja, b’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru. |
|
(6) |
Għaldaqstant, sakemm issir il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, iż-żoni identifikati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-Greċja jenħtieġ li jiġu stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u jenħtieġ li jiġi stabbilit it-tul ta’ dik ir-reġjonalizzazzjoni. |
|
(7) |
Din id-Deċiżjoni se tiġi rieżaminata fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Greċja għandha tiżgura li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jkunu jinkludu tal-inqas iż-żoni mniżżlin bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-6 ta’ April 2020.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2020.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).
ANNESS
|
Il-Greċja |
Żoni msemmijin fl-Artikolu 1 |
Data sa meta huma applikabbli |
||||||||||||||
|
Iż-żona ta’ protezzjoni |
Il-muniċipalità ta’ Visaltias (l-Unità Reġjonali ta’ Serres) |
Is-6 ta’ April 2020 |
||||||||||||||
|
Iż-żona ta’ sorveljanza |
Fl-Unità Reġjonali ta’ Tessaloniki:
Fl-Unità Reġjonali ta’ Serres:
|
is-6 ta’ April 2020 |
REGOLI TA' PROĊEDURA
|
10.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 37/11 |
DEĊIŻJONI TAL-BORD TA’ ĠESTJONI TAL-AĠENZIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦAĊ-ĊIBERSIGURTÀ
tal-21 ta’ Novembru 2019
dwar ir-regoli interni fir-rigward tar-restrizzjonijiet ta’ ċerti drittijiet tas-suġġetti tad-data marbutin mal-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-funzjonament tal-ENISA
IL-BORD TA’ ĠESTJONI TAL-ENISA
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-EDPS tas-17 ta’ Ottubru 2019 u l-Gwida tal-EDPS dwar l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u r-regoli interni.
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 ir-restrizzjonijiet fuq l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 22, 35 u 36, kif ukoll l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 22 għandhom ikunu bbażati fuq regoli interni li għandhom jiġu adottati mill-ENISA, fejn dawn mhumiex ibbażati fuq atti legali adottati fuq il-bażi tat-Trattati. |
|
(2) |
Dawn ir-regoli interni, inklużi d-dispożizzjonijiet tagħhom dwar il-valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità ta’ restrizzjoni, m’għandhomx japplikaw fejn att legali adottat fuq il-bażi tat-Trattati jipprevedi restrizzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-data. |
|
(3) |
Fejn l-ENISA twettaq id-dmirijiet tagħha fir-rigward tad-drittijiet tas-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, hija għandha tqis kwalunkwe waħda mill-eżenzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament tapplikax. |
|
(4) |
Fi ħdan il-qafas tal-funzjonament amministrattiv tagħha, l-ENISA tista’ twettaq inkjesti amministrattivi, proċedimenti dixxiplinari, twettaq attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF, tipproċessa każijiet ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta, tipproċessa proċeduri (formali u informali) ta’ fastidju, tipproċessa lmenti interni u esterni, twettaq awditi interni, twettaq valutazzjonijiet ta’ inċidenti ta’ ċibersigurtà skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2019/881, twettaq investigazzjonijiet mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data skont l-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u investigazzjonijiet ta’ sigurtà interni (tal-IT). L-ENISA tipproċessa diversi kategoriji ta’ data personali, inkluża data fattwali (data “oġġettiva” bħal data ta’ identifikazzjoni, data ta’ kuntatt, data professjonali, dettalji amministrattivi, data riċevuta minn sorsi speċifiċi, komunikazzjonijiet elettroniċi u data tat-traffiku) u/jew data suġġettiva (data “suġġettiva” relatata mal-każ bħal raġunament, data dwar l-imġiba, evalwazzjonijiet, data dwar il-prestazzjoni u l-kondotta u data relatata mas-suġġett tal-proċedura jew tal-attività jew imressqa b’konnessjoni miegħu). |
|
(5) |
L-ENISA, irrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, taġixxi bħala l-kontrollur tad-data irrispettivament minn delegazzjonijiet ulterjuri tar-rwol tal-kontrollur fl-ENISA biex jiġu riflessi r-responsabbiltajiet operazzjonali għal operazzjonijiet tal-ipproċessar speċifiċi tad-data personali. |
|
(6) |
Id-data personali tinħażen b’mod sigur f’ambjent elettroniku jew fuq karta stampata b’mod li jipprevjeni l-aċċess jew it-trasferiment illegali ta’ data lil persuni li m’għandhomx il-ħtieġa li jkunu jafu. Id-data personali pproċessata ma tinżammx għal aktar żmien milli jkun neċessarju u xieraq għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-data għall-perjodu speċifikat fl-avviżi dwar il-protezzjoni tad-data, l-istqarrijiet ta’ privatezza jew ir-rekords tal-ENISA. |
|
(7) |
Ir-regoli interni għandhom japplikaw għall-operazzjonijiet tal-ipproċessar kollha mwettqa mill-ENISA fit-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi, proċedimenti dixxiplinari, attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF, proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta, proċeduri (formali u informali) għal każijiet ta’ fastidju, l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni, awditi interni, il-valutazzjonijiet ta’ inċidenti ta’ ċibersigurtà skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2019/881, l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-investigazzjonijiet ta’ sigurtà (tal-IT) immaniġġati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE). |
|
(8) |
Dawn għandhom japplikaw għal operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa qabel il-ftuħ tal-proċeduri msemmija hawn fuq, matul dawn il-proċeduri u matul il-monitoraġġ tas-segwitu għall-eżitu ta’ dawn il-proċeduri. Għandhom ikunu inklużi wkoll l-assistenza u l-kooperazzjoni pprovduti mill-ENISA lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali barra mill-investigazzjonijiet amministrattivi tagħha. |
|
(9) |
Fil-każijiet fejn japplikaw dawn ir-regoli interni, l-ENISA trid tipprovdi ġustifikazzjonijiet fejn tispjega għalfejn ir-restrizzjonijiet huma strettament neċessarji u proporzjonati f’soċjetà demokratika u jirrispettaw l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. |
|
(10) |
F’dan il-qafas, l-ENISA hija marbuta li tirrispetta, sa fejn hu l-aktar possibbli, id-drittijiet fundamentali tas-suġġetti tad-data matul il-proċeduri ta’ hawn fuq, b’mod partikolari, dawk relatati mad-dritt għall-għoti ta’ informazzjoni, aċċess u rettifika, id-dritt għal tħassir, ir-restrizzjoni tal-ipproċessar, id-dritt għall-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data jew għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1725. |
|
(11) |
Madankollu, l-ENISA tista’ tkun obbligata tirrestrinġi l-informazzjoni lis-suġġett tad-data u drittijiet oħra tas-suġġett tad-data biex tipproteġi, b’mod partikolari, l-investigazzjonijiet tagħha stess, l-investigazzjonijiet u l-proċedimenti ta’ awtoritajiet pubbliċi oħra, kif ukoll id-drittijiet ta’ persuni oħra relatati mal-investigazzjonijiet tagħha jew proċeduri oħra. |
|
(12) |
Għalhekk, l-ENISA tista’ tirrestrinġi l-informazzjoni għall-finijiet ta’ protezzjoni tal-investigazzjoni u tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ suġġetti tad-data oħra. |
|
(13) |
Perjodikament, l-ENISA għandha timmonitorja li japplikaw il-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw ir-restrizzjoni u għandha tneħħi r-restrizzjoni sa fejn dawn ma jkunux għandhom japplikaw. |
|
(14) |
Il-Kontrollur għandu jinforma lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data fil-mument tad-differiment u matul ir-reviżjonijiet. |
|
(15) |
Minħabba l-importanza tar-regoli interni għall-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-data, id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli relatati mal-kundizzjonijiet li taħthom l-ENISA fil-qafas tal-proċeduri tagħha stabbiliti fil-paragrafu 2 tista’ tirrestrinġi l-applikazzjoni tad-drittijiet minquxa fl-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36, kif ukoll l-Artikolu 4 tagħha, b’segwitu tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725.
2. Fil-qafas tal-funzjonament amministrattiv tal-ENISA, din id-Deċiżjoni tapplika għall-operazzjonijiet tal-ipproċessar ta’ data personali mill-ENISA għall-finijiet ta’: twettiq ta’ inkjesti amministrattivi, proċedimenti dixxiplinari, attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF, ipproċessar ta’ każijiet ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta, proċeduri (formali u informali) ta’ fastidju, ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni, twettiq ta’ awditi interni, twettiq ta’ valutazzjonijiet ta’ inċidenti ta’ ċibersigurtà skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2019/881, investigazzjonijiet imwettqa mill-Kontrollur tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u investigazzjonijiet ta’ sigurtà (tal-IT) immaniġġati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE).
3. Il-kategoriji ta’ data kkonċernati huma data fattwali (data“oġġettiva” bħal data ta’ identifikazzjoni, data ta’ kuntatt, data professjonali, dettalji amministrattivi, data riċevuta minn sorsi speċifiċi, komunikazzjonijiet elettroniċi u data tat-traffiku) u/jew data suġġettiva (data“suġġettiva” relatata mal-każ bħal raġunament, data dwar l-imġiba, evalwazzjonijiet, data dwar il-prestazzjoni u l-kondotta u data relatata ma’ jew imressqa b’konnessjoni mas-suġġett tal-proċedura jew tal-attività).
4. Fejn l-ENISA twettaq id-dmirijiet tagħha fir-rigward tad-drittijiet tas-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, hija għandha tqis jekk tapplikax xi waħda mill-eżenzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament.
5. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, ir-restrizzjonijiet jistgħu japplikaw għad-drittijiet li ġejjin: l-għoti ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data, id-dritt ta’ aċċess, rettifika, tħassir, restrizzjoni tal-ipproċessar, komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data jew il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni.
Artikolu 2
Speċifikazzjoni tal-kontrollur u tas-salvagwardji
1. Is-salvagwardji fis-seħħ biex jiġi evitat ksur, kxif jew żvelar mhux awtorizzat ta’ data huma dawn li ġejjin:
|
(a) |
Id-dokumenti tal-karti għandhom jinżammu f’armarji siguri u għandhom ikunu aċċessibbli għall-persunal awtorizzat biss; |
|
(b) |
Id-data elettronika kollha għandha tinħażen f’applikazzjoni tal-IT sigura skont l-istandards ta’ sigurtà tal-ENISA, kif ukoll f’folders elettroniċi speċifiċi li jkunu aċċessibbli għall-persunal awtorizzat biss. Livelli ta’ aċċess xierqa għandhom jingħataw b’mod individwali; |
|
(c) |
Il-bażi ta’ data għandha tkun protetta b’password f’sistema ta’ reġistrazzjoni unika u għandha tkun konnessa awtomatikament mal-ID u l-password tal-utent. Is-sostituzzjoni ta’ utenti hija pprojbita strettament. Ir-rekords elettroniċi għandhom jinżammu b’mod sigur biex tiġi salvagwardjata l-kunfidenzjalità u l-privatezza tad-data fihom; |
|
(d) |
Il-persuni kollha li jkollhom aċċess għad-data huma marbuta bl-obbligu tal-kunfidenzjalità. |
2. Il-kontrollur tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar huwa l-ENISA, irrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li jista’ jiddelega l-funzjoni tal-kontrollur. Is-suġġetti tad-data għandhom jiġu infurmati dwar il-kontrollur iddelegat permezz ta’ avviżi dwar il-protezzjoni tad-data jew ta’ rekords ippubblikati fuq is-sit web u/jew l-intranet tal-ENISA.
3. Il-perjodu ta’ żamma tad-data personali msemmi fl-Artikolu 1(3) m’għandux ikun itwal minn dak neċessarju u xieraq għall-finijiet li għalihom id-data tiġi pproċessata. Fi kwalunkwe każ m’għandux ikun itwal mill-perjodu ta’ żamma speċifikat fl-avviżi tal-protezzjoni tad-data, l-istqarrijiet ta’ privatezza jew ir-rekords imsemmija fl-Artikolu 5(1).
4. Fejn l-ENISA tikkunsidra li tapplika restrizzjoni, ir-riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data għandu jintiżen, b’mod partikolari, kontra r-riskju għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti oħra tad-data u r-riskju ta’ kanċellazzjoni tal-effett tal-investigazzjonijiet jew il-proċeduri tal-ENISA pereżempju billi tinqered l-evidenza. Ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data jikkonċernaw primarjament, iżda mhumiex limitati għal, riskji ta’ reputazzjoni u riskji għad-dritt tad-difiża u d-dritt li jinstema’.
Artikolu 3
Restrizzjonijiet
1. Kwalunkwe restrizzjoni għandha tiġi applikata mill-ENISA biss biex tissalvagwardja:
|
(a) |
il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluża s-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika; |
|
(b) |
objettivi importanti oħra ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari l-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni, jew xi interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, inklużi kwistjonijiet monetarji, baġitarji u dawk relatati mat-tassazzjoni, is-saħħa pubblika u s-sigurtà soċjali; |
|
(c) |
is-sigurtà interna tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, inkluża dik tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika tagħhom; |
|
(d) |
il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ksur tal-etika għal professjonijiet regolati; |
|
(e) |
funzjoni ta’ monitoraġġ, ta’ spezzjoni jew regolatorja konnessa, anke b’mod okkażjonali, mal-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (b); |
|
(f) |
il-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn. |
2. Il-valutazzjoni ta’ inċidenti ta’ ċibersigurtà mwettqa mill-ENISA skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2019/881 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) taqa’ taħt il-paragrafu 1 punt (b) ta’ dan l-Artikolu.
3. Bħala applikazzjoni speċifika tal-finijiet deskritti fil-paragrafu 1 hawn fuq, l-ENISA tista’ tapplika restrizzjonijiet relatati mad-data personali skambjata mas-servizzi tal-Kummissjoni jew ma’ istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni, ma’ awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew ma’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, rispettivament fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(a) |
fejn l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet u l-obbligi jkun jista’ jiġi ristrett mis-servizzi tal-Kummissjoni jew minn istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni fuq il-bażi ta’ atti oħra previsti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725 jew f’konformità mal-Kapitolu IX ta’ dan ir-Regolament jew skont l-atti fundaturi ta’ istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni; |
|
(b) |
fejn l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet u l-obbligi jista’ jkun ristrett mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fuq il-bażi tal-atti msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jew skont miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikoli 13(3), 15(3) jew 16(3) tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); |
|
(c) |
fejn l-eżerċitar ta’ dawn id-drittijiet u l-obbligi jista’ jipperikola l-kooperazzjoni tal-ENISA ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fit-twettiq tal-kompiti tagħha. |
Qabel tapplika restrizzjonijiet fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, l-ENISA għandha tikkonsulta s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-aġenziji, l-uffiċċji rilevanti tal-Unjoni, jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, sakemm ma jkunx ċar għall-ENISA li l-applikazzjoni ta’ restrizzjoni tkun prevista minn wieħed mill-atti msemmija f’dawn il-punti.
4. Kwalunkwe restrizzjoni għandha tkun neċessarja u proporzjonata billi tqis ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data u tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali f’soċjetà demokratika.
5. Jekk titqies l-applikazzjoni ta’ restrizzjoni, għandu jitwettaq test tan-neċessità u tal-proporzjonalità fuq il-bażi tar-regoli preżenti. Dan għandu jiġi ddokumentat fuq bażi ta’ każ b’każ permezz ta’ nota ta’ valutazzjoni interna għall-finijiet ta’ responsabbiltà.
6. Ir-restrizzjonijiet għandhom jitneħħew hekk kif iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawhom ma jkunux għadhom japplikaw. B’mod partikolari, fejn ikun meqjus li l-eżerċitar tad-dritt ristrett ma jibqax jikkanċella l-effett tar-restrizzjoni imposta jew jaffettwa b’mod negattiv id-drittijiet jew il-libertajiet ta’ suġġetti tad-data oħra.
Artikolu 4
Rieżami mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
1. L-ENISA għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinforma lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Aġenzija (“l-UPD”) kull meta l-kontrollur jirrestrinġi l-applikazzjoni tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data, jew jestendi r-restrizzjoni, f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Il-kontrollur għandu jipprovdi lill-UPD bl-aċċess għar-rekord li jinkludi l-valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni, u jiddokumenta fir-rekord id-data li fiha jinforma lill-UPD. L-ENISA għandha tinvolvi lill-UPD matul il-proċeduri rilevanti kollha u l-involviment tal-UPD għandu jiġi dokumentat.
2. L-UPD jista’ jitlob bil-miktub li l-kontrollur jirrieżamina l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet. Il-kontrollur għandu jinforma lill-UPD bil-miktub dwar l-eżitu tar-rieżami mitlub.
3. Il-kontrollur għandu jinforma lill-UPD meta tkun tneħħiet ir-restrizzjoni.
Artikolu 5
Forniment ta’ informazzjoni lis-suġġett tad-data
1. F’każijiet iġġustifikati kif xieraq u skont il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni, id-dritt għall-informazzjoni jista’ jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar li ġejjin:
|
(a) |
it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinari; |
|
(b) |
attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF; |
|
(c) |
proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta; |
|
(d) |
proċeduri (formali u informali) għal każijiet ta’ fastidju; |
|
(e) |
l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni; |
|
(f) |
awditi interni; |
|
(g) |
l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725; |
|
(h) |
l-investigazzjonijiet ta’ sigurtà (tal-IT) immaniġġati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE); |
|
(i) |
il-valutazzjonijiet ta’ inċidenti ta’ ċibersigurtà mwettqa mill-ENISA skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2019/881, f’konformità mal-Artikolu 3 paragrafu 2 ta’ din id-Deċiżjoni. |
Fl-avviżi dwar il-protezzjoni tad-data, l-ENISA għandha tinkludi stqarrijiet ta’ privatezza jew rekords skont it-tifsira tal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2018/1725, ippubblikati fuq is-sit web u/jew fuq l-intranet tagħha, fejn tinforma lis-suġġetti tad-data dwar id-drittijiet tagħhom fil-qafas ta’ proċedura partikolari, kif ukoll informazzjoni relatata mar-restrizzjoni potenzjali ta’ dawn id-drittijiet. L-informazzjoni għandha tkopri liema drittijiet jistgħu jiġu ristretti, ir-raġunijiet u d-durata potenzjali.
2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-ENISA, fejn proporzjonat, għandha tinforma wkoll individwalment lis-suġġetti kollha tad-data, li huma kkunsidrati bħala persuni kkonċernati fl-operazzjoni speċifika tal-ipproċessar, bid-drittijiet tagħhom li jikkonċernaw restrizzjonijiet preżenti jew futuri mingħajr dewmien żejjed u bil-miktub.
3. Fejn l-ENISA tirrestrinġi, kompletament jew parzjalment, il-forniment ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tirreġistra r-raġunijiet għar-restrizzjoni, il-bażi ġuridika f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni, inkluża valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni.
Ir-rekord, u fejn applikabbli, id-dokumenti li jinkludu l-elementi fattwali u legali sottostanti, għandhom jiġu rreġistrati. Dawn għandhom isiru disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data meta jintalbu.
4. Ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandha tkompli tapplika sakemm jibqgħu applikabbli r-raġunijiet li jiġġustifikawha.
Fejn ir-raġunijiet għar-restrizzjoni ma jibqgħux japplikaw, l-ENISA għandha tipprovdi informazzjoni lis-suġġett tad-data dwar ir-raġunijiet prinċipali li fuqhom tkun ibbażata l-applikazzjoni ta’ restrizzjoni. Fl-istess ħin, l-ENISA għandha tinforma lis-suġġett tad-data bid-dritt li jressaq ilment mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fi kwalunkwe ħin jew li jfittex rimedju ġudizzjarju fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
L-ENISA għandha tirrieżamina l-applikazzjoni tar-restrizzjoni kull sitt xhur wara l-adozzjoni tagħha u mal-għeluq tal-inkjesta, il-proċedura jew l-investigazzjoni rilevanti. Wara dan, kull sitt xhur, il-kontrollur għandu jimmonitorja l-ħtieġa li tinżamm kwalunkwe restrizzjoni.
Artikolu 6
Dritt ta’ aċċess mis-suġġett tad-data
1. F’każijiet debitament iġġustifikati u skont il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni, id-dritt għall-aċċess jista’ jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar li ġejjin, fejn ikun neċessarju u proporzjonat:
|
(a) |
it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinari; |
|
(b) |
attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF; |
|
(c) |
proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta; |
|
(d) |
proċeduri (formali u informali) għal każijiet ta’ fastidju; |
|
(e) |
l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni; |
|
(f) |
awditi interni; |
|
(g) |
l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725; |
|
(h) |
l-investigazzjonijiet ta’ sigurtà (tal-IT) immaniġġati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE); |
|
(i) |
il-valutazzjonijiet ta’ inċidenti ta’ ċibersigurtà mwettqa mill-ENISA skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2019/881, f’konformità mal-Artikolu 3 paragrafu 2 ta’ din id-Deċiżjoni. |
Meta s-suġġetti tad-data jitolbu aċċess għad-data personali tagħhom ipproċessata fil-kuntest ta’ każ speċifiku wieħed jew aktar jew ta’ operazzjoni ta’ pproċessar partikolari, f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-Aġenzija għandha tillimita l-valutazzjoni tagħha tat-talba għal tali data personali biss.
2. Fejn l-ENISA tirrestrinġi, kompletament jew parzjalment, id-dritt ta’ aċċess, imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725, hija għandha tieħu l-passi li ġejjin:
|
(a) |
għandha tinforma lis-suġġett tad-data kkonċernat, fit-tweġiba tagħha għat-talba, bir-restrizzjoni applikata u bir-raġunijiet prinċipali għaliha, u bil-possibbiltà li jista’ jressaq ilment lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew li jfittex rimedju ġudizzjarju fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; |
|
(b) |
għandha tiddokumenta f’nota ta’ valutazzjoni interna r-raġunijiet għar-restrizzjoni, inkluż l-valutazzjoni tan-neċessità, il-proporzjonalità tar-restrizzjoni u d-durata tagħha. |
Il-forniment ta’ informazzjoni msemmi fil-punt (a) jista’ jiġi differit, jitħalla barra jew jiġi miċħud, jekk dan jikkanċella l-effett tar-restrizzjoni f’konformità mal-Artikolu 25(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
L-ENISA għandha tirrieżamina l-applikazzjoni tar-restrizzjoni kull sitt xhur wara l-adozzjoni tagħha u mal-għeluq tal-investigazzjoni rilevanti. Wara dan, kull sitt xhur, il-kontrollur għandu jimmonitorja l-ħtieġa li tinżamm kwalunkwe restrizzjoni.
3. Ir-rekord, u fejn applikabbli, id-dokumenti li jinkludu l-elementi fattwali u legali sottostanti, għandhom jiġu rreġistrati. Dawn għandhom isiru disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data meta jintalbu.
Artikolu 7
Dritt ta’ rettifika, tħassir u restrizzjoni ta’ pproċessar
1. F’każijiet debitament iġġustifikati u skont il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni, id-dritt għal rettifika, tħassir u restrizzjoni jista’ jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar li ġejjin, fejn ikun neċessarju u xieraq:
|
(a) |
it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinari; |
|
(b) |
attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF; |
|
(c) |
proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta; |
|
(d) |
proċeduri (formali u informali) għal każijiet ta’ fastidju; |
|
(e) |
l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni; |
|
(f) |
awditi interni; |
|
(g) |
l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725; |
|
(h) |
l-investigazzjonijiet ta’ sigurtà (tal-IT) immaniġġati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE); |
|
(i) |
il-valutazzjonijiet ta’ inċidenti ta’ ċibersigurtà mwettqa mill-ENISA skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2019/881, f’konformità mal-Artikolu 3 paragrafu 2 ta’ din id-Deċiżjoni. |
2. Fejn l-ENISA tirrestrinġi, kompletament jew parzjalment, l-applikazzjoni tad-dritt ta’ rettifika, tħassir u restrizzjoni tal-ipproċessar imsemmi fl-Artikoli 18, 19(1) u 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, hija għandha tieħu l-passi stabbiliti fl-Artikolu 6(2) ta’ din id-Deċiżjoni u f’konformità mal-Artikolu 6(3) tagħha.
Artikolu 8
Il-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettronika
1. F’każijiet debitament iġġustifikati u skont il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni, id-dritt għall-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali jista’ jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar li ġejjin, fejn ikun neċessarju u xieraq:
|
(a) |
it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinari; |
|
(b) |
attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF; |
|
(c) |
proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta; |
|
(d) |
l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni; |
|
(e) |
awditi interni; |
|
(f) |
l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725; |
|
(g) |
l-investigazzjonijiet ta’ sigurtà (tal-IT) immaniġġati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE). |
|
(h) |
il-valutazzjonijiet ta’ inċidenti ta’ ċibersigurtà mwettqa mill-ENISA skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2019/881, f’konformità mal-Artikolu 3 paragrafu 2 ta’ din id-Deċiżjoni. |
2. F’każijiet debitament iġġustifikati u skont il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni, id-dritt għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jista’ jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar li ġejjin, fejn ikun neċessarju u xieraq:
|
(a) |
it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinari; |
|
(b) |
attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF; |
|
(c) |
proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta; |
|
(d) |
proċeduri formali għal każijiet ta’ fastidju; |
|
(e) |
l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni; |
|
(f) |
l-investigazzjonijiet ta’ sigurtà (tal-IT) immaniġġati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE). |
|
(g) |
il-valutazzjonijiet ta’ inċidenti ta’ ċibersigurtà mwettqa mill-ENISA skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2019/881, f’konformità mal-Artikolu 3 paragrafu 2. |
3. Fejn l-ENISA tirrestrinġi l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data jew il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi msemmija fl-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725, għandha tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(3) ta’ din id-Deċiżjoni. L-Artikolu 5(4) ta’ din id-Deċiżjoni għandu japplika.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak li fih tiġi ppubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul f’Ateni, il-21 ta’ Novembru 2019.
Għal ENISA
Jean Baptiste DEMAISON
President tal-Bord ta’ Ġestjoni
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39
(2) ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15.
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(4) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
|
10.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 37/18 |
DEĊIŻJONI TAL-BORD TA’ TMEXXIJA TAL-FUŻJONI GĦALL-ENERĠIJA
tad-9 ta’ Diċembru 2019
dwar regoli interni li jikkonċernaw restrizzjonijiet ta’ ċerti drittijiet tas-suġġetti tad-data b’relazzjoni mal-ipproċessar ta’ data personali fil-qafas tal-funzjonament tal-Fużjoni għall-Enerġija
IL-BORD TA’ TMEXXIJA
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxilha vantaġġi (2) (minn hawn ’il quddiem il-“Fużjoni għall-Enerġija”) b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Wara li kkunsidra l-Istatuti annessi mad-Deċiżjoni msemmija hawn fuq, b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħhom,
Wara li kkunsdra r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ir-“Regolamenti tal-Persunal”), b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 30 tal-Anness IX tagħhom,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom ) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (3).
Wara li kkunsidra l-Gwida tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) tat-18 ta’ Diċembru 2018 u l-Opinjoni tiegħu tas-26 ta’ Lulju 2019 wara n-notifika għall-finijiet tal-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725,
Wara li kkonsulta lill-Kumitat tal-Persunal,
Billi:
|
(1) |
Il-Fużjoni għall-Enerġija twettaq l-attivitajiet tagħha f’konformità mal-Istatuti annessi mad-Deċiżjoni 2007/198/Euratom. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, restrizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 22, 35 u 36, kif ukoll tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u l-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 22, għandhom ikunu bbażati fuq regoli interni li għandhom jiġu adottati mill-Fużjoni għall-Enerġija fejn dawn ma jkunux ibbażati fuq atti legali adottati abbażi tat-Trattati. |
|
(3) |
Dawn ir-regoli interni, inklużi d-dispożizzjonijiet tagħha dwar il-valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità ta’ restrizzjoni, ma għandhomx japplikaw fejn att legali adottat abbażi tat-Trattati jipprevedi restrizzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-data. |
|
(4) |
Fejn il-Fużjoni għall-Enerġija twettaq id-dmirijiet tagħha fir-rigward tad-drittijiet tas-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, hija għandha tqis jekk japplikawx kwalunkwe waħda mill-eżenzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Fil-qafas tal-funzjonament amministrattiv tagħha, il-Fużjoni għall-Enerġija tista’ twettaq inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinarji f’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal. Il-Fużjoni għall-Enerġija tista’ twettaq ukoll, b’mod partikolari, attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF, tipproċessa każijiet ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta, tipproċessa proċeduri (formali u informali) ta’ fastidju, tipproċessa lmenti interni u esterni, tipproċessa data medika, twettaq awditi interni, twettaq investigazzjonijiet mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u investigazzjonijiet ta’ sigurtà tal-(IT) trattati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE). |
|
(6) |
Il-Fużjoni għall-Enerġija tipproċessa diversi kategoriji ta’ data personali, inkluża hard data (data“oġġettiva” bħal data ta’ identifikazzjoni, data ta’ kuntatt, data professjonali, dettalji amministrattivi, data riċevuta minn sorsi speċifiċi, komunikazzjoni elettronika u data dwar it-traffiku) u/jew soft data (data“suġġettiva” relatata mal-każ bħal data dwar ir-raġunament, data komportamentali, evalwazzjonijiet, data dwar il-prestazzjoni u l-imġiba, u data relatata ma’ jew ippreżentata b’konnessjoni mas-suġġett tal-proċedura jew attività). |
|
(7) |
Il-Fużjoni għall-Enerġija, irrappreżentata mid-Direttur tagħha, taġixxi bħala l-kontrollur tad-data irrispettivament minn delegazzjonijiet ulterjuri tar-rwol tal-kontrollur fi ħdan il-Fużjoni għall-Enerġija biex jiġu riflessi r-responsabbiltajiet operazzjonali għal operazzjonijiet speċifiċi ta’ pproċessar ta’ data personali. |
|
(8) |
Id-data personali tinħażen b’mod sigur f’ambjent elettroniku jew fuq il-karti, li jipprevjeni aċċess jew trasferiment ta’ data illegali lil persuni li ma jkollhomx ħtieġa ta’ tagħrif. Id-data personali pproċessata ma tinżammx għal aktar żmien milli jkun meħtieġ u xieraq għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-data għall-perjodu speċifikat fl-avviżi dwar il-protezzjoni tad-data, fl-istqarrijiet ta’ privatezza jew fir-reġistri tal-Fużjoni għall-Enerġija. |
|
(9) |
Ir-regoli interni għandhom japplikaw ukoll għal operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa qabel il-ftuħ tal-proċeduri msemmija fil-premessa 5, matul dawn il-proċeduri u matul il-monitoraġġ tas-segwitu għall-eżitu ta’ dawn proċeduri. Għandhom jiġu inklużi wkoll l-assistenza u l-kooperazzjoni pprovduti mill-Fużjoni għall-Enerġija lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali barra mill-investigazzjonijiet amministrattivi tagħha. Dawn ir-regoli interni għandhom japplikaw ukoll għal attivitajiet relatati mal-kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet u korpi tal-UE, kif ukoll mat-trażmissjoni ta’ informazzjoni lilhom dwar inkjesta amministrattiva jew proċedimenti dixxiplinarji. Għal dan il-għan, il-Fużjoni għall-Enerġija għandha tikkonsulta lil dawk l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji, aġenziji, awtoritajiet jew organizzazzjonijiet dwar ir-raġunijiet rilevanti għall-impożizzjoni tar-restrizzjonijiet u dwar in-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjonijiet. |
|
(10) |
Fil-każijiet fejn ikunu japplikaw dawn ir-regoli interni, il-Fużjoni għall-Enerġija trid tippreżenta ġustifikazzjonijiet li jispjegaw għalfejn ir-restrizzjonijiet ikunu strettament meħtieġa u proporzjonali f’soċjetà demokratika, u kif jirrispettaw l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. |
|
(11) |
F’dan il-qafas Fużjoni għall-Enerġija trid tirrispetta, kemm jista’ jkun, id-drittijiet fundamentali tas-suġġetti tad-data matul il-proċeduri ta’ hawn fuq, b’mod partikolari dawk relatati mad-dritt ta’ forniment ta’ informazzjoni, ta’ aċċess u ta’ rettifika, id-dritt ta’ tħassir, ta’ restrizzjoni tal-ipproċessar, id-dritt ta’ komunikazzjoni ta’ ksur tad-data personali lis-suġġett tad-data, jew il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni, kif minquxa fir-Regolament (UE) 2018/1725. |
|
(12) |
Madankollu, il-Fużjoni għall-Enerġija tista’ tkun obbligata tirrestrinġi l-informazzjoni għas-suġġett tad-data jew drittijiet oħra tas-suġġett tad-data biex, b’mod partikolari, tipproteġi l-investigazzjonijiet u l-proċeduri proprji tagħha, l-investigazzjonijiet u l-proċedimenti ta’ awtoritajiet pubbliċi oħra, kif ukoll id-drittijiet ta’ persuni oħra relatati mal-investigazzjonijiet jew il-proċeduri l-oħra tagħha. |
|
(13) |
Għalhekk, il-Fużjoni għall-Enerġija tista’ tirrestrinġi l-informazzjoni għall-finijiet tal-protezzjoni tal-investigazzjoni u tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ suġġetti tad-data oħra. B’mod partikolari, il-Fużjoni għall-Enerġija tista’ tiddifferixxi l-informazzjoni biex tipproteġi l-inkjesti amministrattivi u l-proċedimenti dixxiplinarji tagħha, l-investigazzjonijiet u l-proċedimenti ta’ awtoritajiet pubbliċi oħra, kif ukoll biex tipproteġi l-identità ta’ kollaboraturi u persuni oħra involuti fil-proċeduri, inklużi informaturi u xhieda li ma għandhomx ibatu konsegwenzi negattivi b’rabta mal-kooperazzjoni tagħhom. Skont l-Artikolu 25(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-kontrollur jista’ jiddifferixxi, iħalli barra jew jiċħad il-forniment ta’ informazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-applikazzjoni ta’ restrizzjoni lis-suġġett tad-data, jekk l-informazzjoni tkun tħassar l-effett tar-restrizzjoni imposta. |
|
(14) |
Il-Fużjoni għall-Enerġija għandha timmonitorja perjodikament li l-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw ir-restrizzjoni jkunu għadhom jeżistu, u tneħħi r-restrizzjoni meta dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux għadhom japplikaw. |
|
(15) |
Il-Kontrollur għandu jinforma lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (“UPD”) fil-mument tad-differiment tal-informazzjoni jew meta jiġu applikati restrizzjonijiet oħra tad-drittijiet tas-suġġett tad-data, kif ukoll matul ir-reviżjonijiet. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli relatati mal-kundizzjonijiet li taħthom il-Fużjoni għall-Enerġija, fil-qafas tal-proċeduri tagħha stipulati fil-paragrafu 2, tista’ tirrestrinġi l-applikazzjoni tad-drittijiet minquxa fl-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36, kif ukoll l-Artikolu 4 tagħha, skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725.
2. Fil-qafas tal-funzjonament amministrattiv tal-Fużjoni għall-Enerġija, din id-Deċiżjoni tapplika għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar ta’ data personali mwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija għall-finijiet ta’: twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinarji, kif ukoll it-twettiq ta’ attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF, l-ipproċessar ta’ każijiet ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta, l-ipproċessar (formali u informali) ta’ proċeduri ta’ fastidju, l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni, l-ipproċessar ta’ data medika, it-twettiq ta’ awditi interni, it-twettiq ta’ investigazzjonijiet mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u investigazzjonijiet ta’ sigurtà tal-(IT) trattati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE).
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika wkoll għall-attivitajiet ta’ assistenza u kooperazzjoni ta’ Fużjoni għall-Ewropa pprovduti mill-Fużjoni għall-Enerġija lil awtoritajiet nazzjonali u organizzazzjonijiet internazzjonali barra mill-investigazzjonijiet amministrattivi tagħha.
Barra minn hekk, din id-Deċiżjoni tapplika għal attivitajiet relatati mal-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, kif ukoll mat-trażmissjoni ta’ informazzjoni rigward inkjesta amministrattiva jew proċedimenti dixxiplinarji lilhom, meta din l-informazzjoni tkun meħtieġa biex ir-riċevitur jevalwa r-raġunijiet għall-ftuħ ta’ investigazzjoni jew proċedimenti formali.
3. Il-kategoriji ta’ data kkonċernati huma hard data (data“oġġettiva” bħal data ta’ identifikazzjoni, data ta’ kuntatt, data professjonali, dettalji amministrattivi, data riċevuta minn sorsi speċifiċi, komunikazzjoni elettronika u data dwar it-traffiku) u/jew soft data (data“suġġettiva” relatata mal-każ bħal data dwar ir-raġunament, data komportamentali, evalwazzjonijiet, data dwar il-prestazzjoni u l-imġiba, u data relatata jew ippreżentata b’konnessjoni mas-suġġett tal-proċedura jew l-attività).
4. Fejn il-Fużjoni għall-Enerġija twettaq id-dmirijiet tagħha fir-rigward tad-dmirijiet tas-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, hija għandha tqis jekk japplikawx kwalunkwe waħda mill-eżenzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament.
5. Suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni, ir-restrizzjonijiet jistgħu japplikaw għad-drittijiet li ġejjin: forniment ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data, dritt ta’ aċċess, rettifika, tħassir, restrizzjoni tal-ipproċessar, komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data jew kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni.
Artikolu 2
Speċifikazzjoni tal-kontrollur u tas-salvagwardji
1. Is-salvagwardji stabbiliti biex jiġi evitat ksur tad-data, kxif jew divulgazzjoni mhux awtorizzata huma dawn li ġejjin:
|
(a) |
Dokumenti tal-karta għandhom jinżammu f’armarji siguri u jkunu aċċessibbli għall-persunal awtorizzat biss; |
|
(b) |
Id-data elettronika kollha għandha tinħażen f’applikazzjoni tal-IT sigura skont l-istandards ta’ sigurtà tal-Fużjoni għall-Enerġija, kif ukoll f’folders elettroniċi speċifiċi li jkunu aċċessibbli għall-persunal awtorizzat biss. Livelli xierqa ta’ aċċess għandhom jingħataw individwalment; |
|
(c) |
Il-bażi ta’ data għandha tkun protetta b’password fi ħdan sistema ta’ sign-on uniku u għandha tkun konnessa awtomatikament mal-ID u l-password tal-utent. Is-sostituzzjoni tal-utenti hija strettament ipprojbita. Ir-reġistri elettroniċi għandhom jinħażnu b’mod sigur biex jiġu salvagwardjati l-kunfidenzjalità u l-privatezza tad-data li jinkludu fihom; |
|
(d) |
Il-persuni kollha li jkollhom aċċess għad-data huma marbuta bl-obbligu tal-kunfidenzjalità. |
2. 2. Il-kontrollur tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar huwa l-Fużjoni għall-Enerġija, irrappreżentata mid-Direttur tagħha, li jista’ jiddelega l-funzjoni tal-kontrollur. Is-suġġetti tad-data għandhom jiġu infurmati dwar il-kontrollur iddelegat permezz ta’ avviżi dwar il-protezzjoni tad-data jew reġistri ppubblikati fuq is-sit web u/jew l-intranet tal-Fużjoni għall-Enerġija.
3. Il-perjodu ta’ żamma tad-data personali msemmija fl-Artikolu 1(3) ma għandux ikun itwal milli jkun meħtieġ u xieraq għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-data. Fi kwalunkwe każ, ma għandux ikun itwal mill-perjodu ta’ żamma speċifikat fl-avviżi dwar il-protezzjoni tad-data, fl-istqarrijiet ta’ privatezza jew fir-reġistri msemmija fl-Artikolu 5(1).
4. Fejn il-Fużjoni għall-Enerġija tqis li tapplika restrizzjoni, ir-riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data għandu jitqabbel, b’mod partikolari, mar-riskju għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-data oħra u r-riskju ta’ tħassir tal-effett tal-investigazzjonijiet jew tal-proċeduri tal-Fużjoni għall-Enerġija, pereżempju billi tinqered l-evidenza. Ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-data oħra jikkonċernaw primarjament, iżda mhumiex limitati għal, riskji għar-reputazzjoni u riskji għad-dritt tad-difiża u d-dritt ta’ smigħ.
Artikolu 3
Restrizzjonijiet
1. Kwalunkwe restrizzjoni għandha tiġi applikata biss mill-Fużjoni għall-Enerġija biex jiġu salvagwardjati:
|
(a) |
il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluża s-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika; |
|
(b) |
objettivi importanti oħra ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari l-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni jew xi interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, inklużi kwistjonijiet monetarji, baġitarji u dawk relatati mat-tassazzjoni, mas-saħħa pubblika u mas-sigurtà soċjali; |
|
(c) |
is-sigurtà interna tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, inkluża dik tan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi tagħhom; |
|
(d) |
il-protezzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja u tal-proċeduri ġudizzjarji; |
|
(e) |
il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ ksur tal-etika għal professjonijiet regolati; |
|
(f) |
funzjoni ta’ monitoraġġ, ta’ spezzjoni jew regolatorja konnessa, anke b’mod okkażjonali, mal-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c); |
|
(g) |
il-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew tad-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn; |
|
(h) |
l-infurzar ta’ dikjarazzjonijiet tad-dritt ċivili. |
2. Bħala applikazzjoni speċifika tal-finijiet deskritti fil-paragrafu 1 hawn fuq, il-Fużjoni għall-Enerġija tista’ tapplika restrizzjonijiet relatati mad-data personali skambjata mas-servizzi tal-Kummissjoni jew ma’ istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni, ma’ awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew ma’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(a) |
fejn l-eżerċitar ta’ dawk id-drittijiet u l-obbligi jkun jista’ jiġi ristrett mis-servizzi tal-Kummissjoni jew minn istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni abbażi ta’ atti oħra previsti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725 jew f’konformità mal-Kapitolu IX ta’ dak ir-Regolament jew mal-atti fundaturi ta’ istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni; |
|
(b) |
fejn l-eżerċitar ta’ dawk id-drittijiet u l-obbligi jkun jista’ jiġi ristrett mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri abbażi tal-atti msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), jew taħt miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikoli 13(3), 15(3) jew 16(3) tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); |
|
(c) |
fejn l-eżerċitar ta’ dawk id-drittijiet u l-obbligi jkun jista’ jipperikola l-kooperazzjoni tal-Fużjoni għall-Enerġija ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fit-twettiq tal-kompiti tagħha. |
Qabel tapplika restrizzjonijiet fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, il-Fużjoni għall-Enerġija għandha tikkonsulta lis-servizzi tal-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-aġenziji, l-uffiċċji rilevanti tal-Unjoni, jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, dment li ma jkunx ċar għall-Fużjoni għall-Enerġija li l-applikazzjoni ta’ restrizzjoni tkun prevista minn wieħed mill-atti msemmija f’dawk il-punti.
3. Kwalunkwe restrizzjoni għandha tkun meħtieġa u proporzjonali, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni r-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data u tiġi rispettata l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali f’soċjetà demokratika.
4. Jekk titqies l-applikazzjoni ta’ restrizzjoni, għandu jitwettaq test tan-neċessità u tal-proporzjonalità abbażi tar-regoli attwali. Dan għandu jiġi dokumentat każ b’każ permezz ta’ nota ta’ valutazzjoni interna għall-finijiet ta’ responsabbiltà.
5. Ir-restrizzjonijiet għandhom jitneħħew malli ma jkunux għadhom japplikaw iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawhom. B’mod partikolari, fejn jitqies li l-eżerċitar tad-dritt ristrett ma jibqax iħassar l-effett tar-restrizzjoni imposta jew jaffettwa b’mod avvers id-drittijiet jew il-libertajiet ta’ suġġetti tad-data oħra.
Artikolu 4
Rieżami mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
1. Mingħajr dewmien mhux iġġustifikat, il-Fużjoni għall-Enerġija (il-kontrollur) għandha tinforma lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (“l-UPD”) kull meta l-kontrollur jirrestrinġi l-applikazzjoni tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data, jew inkella jestendi r-restrizzjoni, f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Il-kontrollur għandu jipprovdi aċċess lill-UPD għar-rekord li jinkludi l-valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni, u jiddokumenta fir-rekord id-data li fiha jinforma lill-UPD.
2. 2. L-UPD jista’ jitlob bil-miktub li l-kontrollur jirrieżamina l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet. Il-kontrollur għandu jinforma lill-UPD bil-miktub dwar l-eżitu tar-rieżami mitlub.
3. Il-kontrollur għandu jinforma lill-UPD meta tkun tneħħiet ir-restrizzjoni.
Artikolu 5
Forniment ta’ informazzjoni lis-suġġett tad-data
1. F’każijiet iġġustifikati kif xieraq u taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni, id-dritt għall-informazzjoni jista’ jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar li ġejjin:
|
(a) |
it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinarji; |
|
(b) |
attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF; |
|
(c) |
proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta; |
|
(d) |
proċeduri (formali u informali) għal każijiet ta’ fastidju; |
|
(e) |
ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni; |
|
(f) |
awditi interni; |
|
(g) |
l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725; |
|
(h) |
investigazzjonijiet ta’ sigurtà tal-(IT) trattati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE). |
Fl-avviżi dwar il-protezzjoni tad-data, l-istqarrijiet ta’ privatezza jew ir-reġistri skont it-tifsira tal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2018/1725 ppubblikati fuq is-sit web jew fuq l-intranet tagħha li jinfurmaw lis-suġġetti tad-data dwar id-drittijiet tagħhom fil-qafas ta’ proċedura partikolari, il-Fużjoni għall-Enerġija għandha tinkludi informazzjoni relatata mar-restrizzjoni potenzjali ta’ dawn id-drittijiet. L-informazzjoni għandha tkopri liema drittijiet jistgħu jiġu ristretti.
2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3, fejn ikun proporzjonali, il-Fużjoni għall-Enerġija għandha tinforma wkoll individwalment lis-suġġetti tad-data kollha, li jitqiesu bħala persuni kkonċernati fl-operazzjoni ta’ pproċessar speċifika, dwar id-drittijiet tagħhom rigward restrizzjonijiet attwali jew fil-futur, u dan mingħajr dewmien mhux dovut u bil-miktub.
3. Fejn il-Fużjoni għall-Enerġija tirrestrinġi, kompletament jew parzjalment, il-forniment ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data msemmija fil-paragrafu 2, din għandha tirreġistra r-raġunijiet għar-restrizzjoni u l-bażi legali f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni, inkluża valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni.
Għandhom jiġu rreġistrati r-rekord u, fejn applikabbli, id-dokumenti li jinkludu elementi fattwali u legali sottostanti. Dawn għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq talba tiegħu.
4. Ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tkompli tapplika dment li jibqgħu applikabbli r-raġunijiet li jiġġustifikawha.
Il-Fużjoni għall-Enerġija għandha tipprovdi informazzjoni lis-suġġett tad-data dwar ir-raġunijiet prinċipali li fuqhom tkun ibbażata l-applikazzjoni ta’ restrizzjoni. Fl-istess ħin, il-Fużjoni għall-Enerġija għandha tinforma lis-suġġett tad-data dwar id-dritt li jressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’kull ħin, jew li jfittex rimedju ġudizzjarju fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Il-Fużjoni għall-Enerġija għandha tirrieżamina l-applikazzjoni tar-restrizzjoni kull sitt xhur wara l-adozzjoni tagħha u mal-għeluq tal-inkjesta, proċedura jew investigazzjoni rilevanti. Minn hawn ’il quddiem, il-kontrollur għandu jimmonitorja l-ħtieġa li tinżamm xi restrizzjoni kull sitt xhur.
Artikolu 6
Dritt ta’ aċċess mis-suġġett tad-data
1. F’każijiet iġġustifikati kif xieraq u taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni, id-dritt għall-aċċess jista’ jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar li ġejjin, fejn ikun meħtieġ u proporzjonali:
|
(a) |
it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinarji; |
|
(b) |
attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF; |
|
(c) |
proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta; |
|
(d) |
proċeduri (formali u informali) għal każijiet ta’ fastidju; |
|
(e) |
ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni; |
|
(f) |
ipproċessar ta’ data medika, f’każijiet iġġustifikati speċifiċi biss (6); |
|
(g) |
awditi interni; |
|
(h) |
l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725; |
|
(i) |
investigazzjonijiet ta’ sigurtà tal-(IT) trattati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE). |
Fejn is-suġġetti tad-data jitolbu aċċess għad-data personali tagħhom ipproċessata fil-kuntest ta’ każ speċifiku wieħed jew aktar, jew għal operazzjoni ta’ pproċessar partikolari, f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-Fużjoni għall-Enerġija għandha tillimita l-valutazzjoni tagħha tat-talba għal din id-data personali biss.
2. Fejn il-Fużjoni għall-Enerġija tirrestrinġi, kompletament jew parzjalment, id-dritt ta’ aċċess imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725, din għandha tieħu l-passi li ġejjin:
|
(a) |
fit-tweġiba tagħha għat-talba, din għandha tinforma lis-suġġett tad-data kkonċernat dwar ir-restrizzjoni applikata u dwar ir-raġunijiet prinċipali għaliha, kif ukoll dwar il-possibbiltà li jressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew li jfittex rimedju ġudizzjarju fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; |
|
(b) |
għandha tiddokumenta, f’nota ta’ valutazzjoni interna, ir-raġunijiet għar-restrizzjoni, inkluża valutazzjoni tan-neċessità, il-proporzjonalità tar-restrizzjoni, u d-durata tagħha. |
Il-forniment ta’ informazzjoni msemmi fil-punt (a) jista’ jiġi differit, jitħalla barra jew jiċċaħħad, jekk dan iħassar l-effett tar-restrizzjoni f’konformità mal-Artikolu 25(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Il-Fużjoni għall-Enerġija għandha tirrieżamina l-applikazzjoni tar-restrizzjoni kull sitt xhur wara l-adozzjoni tagħha u mal-għeluq tal-inkjesta, proċedura jew investigazzjoni rilevanti. Minn hawn ’il quddiem, il-kontrollur għandu jimmonitorja l-ħtieġa li tinżamm xi restrizzjoni kull sitt xhur.
3. 3. Għandhom jiġu rreġistrati r-rekord u, fejn applikabbli, id-dokumenti li jinkludu elementi fattwali u legali sottostanti. Dawn għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq talba tiegħu.
Artikolu 7
Dritt ta’ rettifika, tħassir u restrizzjoni tal-ipproċessar
1. 1. F’każijiet iġġustifikati kif xieraq u taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni, id-dritt għar-rettifika, it-tħassir u r-restrizzjoni jista’ jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar li ġejjin, fejn ikun meħtieġ u xieraq:
|
(a) |
it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinarji; |
|
(b) |
attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF; |
|
(c) |
proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta; |
|
(d) |
proċeduri (formali u informali) għal każijiet ta’ fastidju; |
|
(e) |
ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni; |
|
(f) |
ipproċessar ta’ data medika, f’każijiet iġġustifikati speċifiċi biss (7); |
|
(g) |
awditi interni; |
|
(h) |
l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725; |
|
(i) |
investigazzjonijiet ta’ sigurtà tal-(IT) trattati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE). |
2. Fejn il-Fużjoni għall-Enerġija tirrestrinġi, kompletament jew parzjalment, l-applikazzjoni tad-dritt għar-rettifika, it-tħassir jew ir-restrizzjoni tal-ipproċessar imsemmija fl-Artikoli 18, 19(1) u 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, għandu japplika l-Artikolu 6(2) u (3) ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
Komunikazzjoni dwar ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data u kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika
1. F’każijiet iġġustifikati kif xieraq u taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni, id-dritt għall-komunikazzjoni ta’ ksur tad-data personali jista’ jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar li ġejjin, fejn ikun meħtieġ u xieraq:
|
(a) |
it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinarji; |
|
(b) |
attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF; |
|
(c) |
proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta; |
|
(d) |
proċeduri (formali u informali) għal każijiet ta’ fastidju; |
|
(e) |
ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni; |
|
(f) |
awditi interni; |
|
(g) |
l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725; |
|
(h) |
investigazzjonijiet ta’ sigurtà tal-(IT) trattati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE). |
2. F’każijiet iġġustifikati kif xieraq u taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni, id-dritt għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika jista’ jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar li ġejjin, fejn ikun meħtieġ u xieraq:
|
(a) |
it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinarji; |
|
(b) |
attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF; |
|
(c) |
proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta; |
|
(d) |
proċeduri formali għal każijiet ta’ fastidju; |
|
(e) |
ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni; |
|
(f) |
investigazzjonijiet ta’ sigurtà tal-(IT) trattati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE). |
3. Fejn il-Fużjoni għall-Enerġija tirrestrinġi l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data jew il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika msemmija fl-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725, għandu japplika l-Artikolu 5(3) u (4) ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak li fih tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul f’Barċellona, id-9 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Fużjoni għall-Enerġija
Joaquín SÁNCHEZ
President tal-Bord ta’ Tmexxija
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(3) ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(5) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(6) Dawk is-sitwazzjonijiet jiġu spjegati fl-Istqarrija ta’ Privatezza rispettiva (eż. aċċess għall-fajl mediku fil-preżenza tat-tabib mediku tal-F4E), restrizzjoni ġenerali fuq l-aċċess għal noti personali ta’ tobba fil-qafas tal-proċedura tal-invalidità f’konformità mar-restrizzjoni prevista fl-Artikolu 25(1)(h) tar-Regolament il-ġdid (jiġifieri l-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew tad-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn).
(7) Dawk is-sitwazzjonijiet huma spjegati fl-Istqarrija ta’ Privatezza rispettiva (eż. ir-rettifika hija limitata għad-data amministrattiva).