ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 32

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
4 ta' Frar 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/142 tal-21 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera fir-rigward ta’ aċċess għall-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

1

 

*

Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera fir-rigward ta’ aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/143 tat-28 ta' Jannar 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Amministrattiv għall-Konvenzjoni Doganali dwar it-trasport internazzjonali ta' oġġetti li jaqgħu taħt il-carnets TIR fir-rigward tal-emendar tal-Konvenzjoni

8

 

*

Deċiżjoni Tal-Kunsill (UE) 2020/144 tat-3 ta’ Frar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjunigħall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025

16

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tal-Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ( ĠU L 029, 31.1.2019 )

20

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

4.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/142

tal-21 ta’ Jannar 2020

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera fir-rigward ta’ aċċess għall-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 87(2) u l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) flimkien mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/393 (2), il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera fir-rigward ta’ aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (il-“Protokoll”) ġie ffirmat fis-27 ta’ Ġunju 2019, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(2)

Sabiex tiġi appoġġata u msaħħa l-kooperazzjoni tal-pulizija bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u dawk tal-Iżvizzera u l-Liechtenstein għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-iskoperta u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra, l-involviment tal-Unjoni huwa meħtieġ sabiex l-Iżvizzera u l-Liechtenstein ikunu jistgħu jipparteċipaw fl-aspetti tal-Eurodac relatati mal-infurzar tal-liġi.

(3)

Il-Protokoll jenħtieġ li jiġi approvat.

(4)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta mir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u għalhekk qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(5)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera fir-rigward ta’ aċċess għall-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (4).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 4(1) tal-Protokoll.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

Z. MARIĆ


(1)  Approvazzjoni tas-17 ta’ Diċembru 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/393 tas-7 ta’ Marzu 2019 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera fir-rigward ta’ aċċess għall-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (ĠU L 71, 13.3.2019, p. 5).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).

(4)  Ara l-paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


4.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/3


PROTOKOLL

bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera fir-rigward ta’ aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

L-UNJONI EWROPEA

u

IL-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA

u

IL-PRINĊIPAT TAL-LIECHTENSTEIN

minn hawn ’il quddiem konġuntement imsejħin “il-Partijiet”,

FILWAQT LI JQISU li fis-26 ta’ Ottubru 2004 ġie ffirmat il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera (1) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim tas-26 ta’ Ottubru 2004”);

FILWAQT LI JQISU li fit-28 ta’ Frar 2008 ġie ffirmat il-Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta' Liechtenstein mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Isvizzera (2) (minn hawn ’il quddiem “il-Protokoll tat-28 ta’ Frar 2008”);

FILWAQT LI JFAKKRU li fis-26 ta’ Ġunju 2013 l-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “l-Unjoni”) adottat ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

FILWAQT LI JFAKKRU li l-proċeduri għat-tqabbil u għat-trażmissjoni tad-data għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 603/2013 ma jikkostitwixxux xi żvilupp li jemenda jew jibni fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis tal-Eurodac fis-sens tal-Ftehim tas-26 ta’ Ottubru 2004 u tal-Protokoll tat-28 ta’ Frar 2008.

FILWAQT LI JQISU li jenħtieġ li jiġi konkluż Protokoll bejn l-Unjoni u l-Konfederazzjoni Żvizzera (minn hawn ’il quddiem “l-Iżvizzera”) u l-Prinċipat tal-Liechtenstein (minn hawn ’il quddiem “il-Liechtenstein”) sabiex l-Iżvizzera u l-Liechtenstein ikunu jistgħu jipparteċipaw fl-aspetti tal-Eurodac li huma relatati mal-infurzar tal-liġi u għalhekk jippermetti li l-awtoritajiet maħtura tal-infurzar tal-liġi fl-Iżvizzera u fil-Liechtenstein jitolbu t-tqabbil ta' data tal-marki tas-swaba’ trażmessa lis-Sistema Ċentrali tal-Eurodac mill-Istati parteċipanti l-oħrajn;

FILWAQT LI JQISU li jenħtieġ li l-applikazzjoni għall-Iżvizzera u għal-Liechtenstein tar-Regolament (UE) Nru 603/2013, għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, tippermetti wkoll li l-awtoritajiet maħtura tal-infurzar tal-liġi tal-Istati parteċipanti l-oħrajn u l-Europol jitolbu t-tqabbil ta' data tal-marki tas-swaba’ trażmessa lis-Sistema Ċentrali tal-Eurodac mill-Iżvizzera u mil-Liechtenstein;

FILWAQT LI JQISU li l-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet maħtura tal-infurzar tal-liġi tal-Istati parteċipanti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, skoperta jew investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra skont dan il-Protokoll jenħtieġ li jkun suġġett għal standard ta’ protezzjoni ta’ data personali taħt il-liġi nazzjonali tagħhom konformi mad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

FILWAQT LI JQISU li jenħtieġ li l-kondizzjonijiet l-oħra stipulati fir-Regolament (UE) Nru 603/2013 fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet maħtura tal-Istati parteċipanti, kif ukoll mill-Europol, għall-finijiet ta’ prevenzjoni, skoperta jew investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra, japplikaw ukoll;

FILWAQT LI JQISU li jenħtieġ li l-aċċess għall-awtoritajiet maħtura tal-Iżvizzera u l-Liechtenstein jkun permess biss bil-kondizzjoni li t-tqabbil mal-bażijiet tad-data nazzjonali tal-marki tas-swaba tal-Istat rikjedenti u mas-sistemi awtomatizzati ta’ identifikazzjoni tal-marki tas-swaba’ tal-Istati parteċipanti l-oħrajn kollha taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI (5) ma jkunx wassal għad-determinazzjoni tal-identità tas-suġġett tad-data. Dik il-kondizzjoni tobbliga lill-Istat rikjedenti jagħmel tqabbil mas-sistemi awtomatizzati ta' identifikazzjoni tal-marki tas-swaba’ tal-Istati parteċipanti l-oħrajn kollha taħt dik id-Deċiżjoni li jkunu teknikament disponibbli, sakemm dak l-Istat rikjedenti ma jkunx jista’ juri li jeżistu raġunijiet validi li juru li dan ma jwassalx għad-determinazzjoni tal-identità tas-suġġett tad-data. Tali raġunijiet validi jkunu jeżistu b’mod partikolari fejn il-każ speċifiku ma jippreżenta l-ebda rabta operattiva jew investigattiva ma’ xi Stat parteċipanti speċifiku. Dik il-kondizzjoni tenħtieġ l-implimentazzjoni legali u teknika minn qabel ta' dik id-Deċiżjoni mill-Istat rikjedenti fir-rigward ta' data dattiloskopika, billi ma dan għandux ikun permess li jagħmel verifika fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi fejn ma jkunux ittieħdu minn qabel dawk il-passi msemmija hawn fuq;

FILWAQT LI JQISU li qabel ma jfittxu fil-Eurodac, jenħtieġ ukoll li l-awtoritajiet maħtura tal-Iżvizzera u l-Liechtenstein, dment li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet għal tqabbil, jikkonsultaw is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI (6);

FILWAQT LI JQISU li l-mekkaniżmi fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni ġdida u atti jew miżuri ġodda kif previsti fil-Ftehim tas-26 ta’ Ottubru 2004 u fil-Protokoll tat-28 ta’ Frar 2008, inkluż ir-rwol tal-Kumitat Imħallat stabbilit taħt il-Ftehim tas-26 ta’ Ottubru 2004, jenħtieġ li japplikaw għal kull leġislazzjoni ġdida u atti jew miżuri ġodda fir-rigward tal-aċċess fil-Eurodac għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 għandu jiġi implimentat mill-Iżvizzera fir-rigward tat-tqabbil ta’ data tal-marki tas-swaba’ ma’ dawk maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, u għandu japplika fir-relazzjonijiet tal-Iżvizzera mal-Liechtenstein u mal-Istati parteċipanti l-oħrajn.

2.   Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 għandu jiġi implimentat mil-Liechtenstein fir-rigward tat-tqabbil ta’ data tal-marki tas-swaba’ ma’ dawk maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, u għandu japplika fir-relazzjonijiet tal-Liechtenstein mal-Iżvizzera u mal-Istati parteċipanti l-oħrajn.

3.   L-Istati Membri tal-Unjoni ħlief għad-Danimarka għandhom ikunu kkunsidrati bħala Stati parteċipanti fis-sens tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Huma għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 li jirrigwardaw l-aċċess għall-infurzar tal-liġi għall-Iżvizzera u l-Liechtenstein.

4.   Id-Danimarka, l-Iżlanda u n-Norveġja għandhom ikunu kkunsidrati bħala Stati parteċipanti fis-sens tal-paragrafi 1 u 2 sa fejn ftehimiet simili għal dan il-Protokoll jiġu applikati bejniethom u l-Unjoni li jirrikonoxxu l-Iżvizzera u l-Liechtenstein bħala Stati parteċipanti.

Artikolu 2

1.   Dan il-Protokoll ma għandux jidħol fis-seħħ fir-rigward tal-Iżvizzera qabel ma d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2016/680 fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, kif ukoll il-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 603/2013 fir-rigward ta' tali pproċessar, jiġu implimentati u applikati mill-Iżvizzera relattivament għall-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet maħtura tagħha għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2) ta' dak ir-Regolament.

2.   Dan il-Protokoll ma għandux jidħol fis-seħħ fir-rigward tal-Liechtenstein qabel ma d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2016/680 fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, kif ukoll il-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 603/2013 fir-rigward ta' tali pproċessar, jiġu implimentati u applikati mill-Liechtenstein relattivament għall-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet maħtura tiegħu għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 3

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim tas-26 ta’ Ottubru 2004 u l-Protokoll tat-28 ta’ Frar 2008 fir-rigward ta' leġiżlazzjoni ġdida u atti jew miżuri ġodda, fosthom dawk li jikkonċernaw il-Kumitat Imħallat, għandhom japplikaw għal kull leġislazzjoni ġdida u għal atti jew miżuri ġodda relatati mal-aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi.

Artikolu 4

1.   Dan il-Protokoll għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet. Ir-ratifika jew l-approvazzjoni għandha tiġi notifikata lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li għandu jkun id-depożitarju ta’ dan il-Protokoll.

2.   Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara r-riċezzjoni, mid-depożitarju, tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1 mill-Unjoni u tal-anqas minn waħda mill-Partijiet l-oħrajn.

3.   Dan il-Protokoll ma għandux japplika fir-rigward tal-Iżvizzera qabel ma jiġi implimentat il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI mill-Iżvizzera u qabel ma jkunu tlestew il-proċeduri ta’ evalwazzjoni fir-rigward ta' data dattiloskopika taħt il-Kapitolu 4 tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI (7) fir-rigward tal-Iżvizzera.

4.   Dan il-Protokoll ma għandux japplika fir-rigward tal-Liechtenstein qabel ma jiġi implimentat il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI mil-Liechtenstein u qabel ma jkunu tlestew il-proċeduri ta’ evalwazzjoni fir-rigward ta' data dattiloskopika taħt il-Kapitolu 4 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI fir-rigward tal-Liechtenstein.

Artikolu 5

1.   Kull Parti tista’ tirtira minn dan il-Protokoll billi tibgħat dikjarazzjoni bil-miktub lid-depożitarju. Dik id-dikjarazzjoni għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara li tiġi depożitata.

2.   Dan il-Protokoll ma għandux jibqa’ effettiv jekk l-Unjoni jew kemm l-Iżvizzera kif ukoll il-Liechtenstein ikunu rtiraw minnu.

3.   Dan il-Protokoll ma għandux jibqa’ effettiv fir-rigward tal-Iżvizzera jekk il-Ftehim tas-26 ta’ Ottubru 2004 ma jibqax effettiv fir-rigward tal-Iżvizzera.

4.   Dan il-Protokoll ma għandux jibqa’ effettiv fir-rigward tal-Liechtenstein jekk il-Protokoll tat-28 ta’ Frar 2008 ma jibqax effettiv fir-rigward tal-Liechtenstein.

5.   L-irtirar ta’ Parti waħda minn dan il-Protokoll jew is-sospensjoni jew terminazzjoni tiegħu fir-rigward ta' Parti waħda ma għandhomx jaffettwaw la l-Ftehim tas-26 ta’ Ottubru 2004 u lanqas il-Protokoll tat-28 ta’ Frar 2008.

Artikolu 6

Dan il-Protokoll huwa mfassal f’test oriġinali uniku bil-lingwa Bulgara, Kroata, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Żvediża, u kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

L-oriġinal għandu jiġi ddepożitat mad-depożitarju, li għandu jistabbilixxi kopja awtentika ċċertifikata għal kull waħda mill-Partijiet.

Съставено в Брюксел на двадесет и седми юни две хиляди и деветнадесета година.

Hecho en Bruselas, el veintisiete de junio de dos mil diecinueve.

V Bruselu dne dvacátého sedmého června dva tisíce devatenáct.

Udfærdiget i Bruxelles den syvogtyvende juni to tusind og nitten.

Geschehen zu Brüssel am siebenundzwanzigsten Juni zweitausendneunzehn.

Kahe tuhande üheksateistkümnenda aasta juunikuu kahekümne seitsmendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι εφτά Ιουνίου δύο χιλιάδες δεκαεννέα.

Done at Brussels on the twenty seventh day of June in the year two thousand and nineteen.

Fait à Bruxelles, le vingt sept juin deux mille dix-neuf.

Sastavljeno u Bruxellesu dvadeset sedmog lipnja godine dvije tisuće devetnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì ventisette giugno duemiladiciannove.

Briselē, divi tūkstoši deviņpadsmitā gada divdesmit septītajā jūnijā.

Priimta du tūkstančiai devynioliktų metų birželio dvidešimt septintą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenkilencedik év június havának huszonhetedik napján.

Magħmul fi Brussell, fis-sebgħa u għoxrin jum ta’ Ġunju fis-sena elfejn u dsatax.

Gedaan te Brussel, zevenentwintig juni tweeduizend negentien.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego siódmego czerwca roku dwa tysiące dziewiętnastego.

Feito em Bruxelas, em vinte e sete de junho de dois mil e dezanove.

Întocmit la Bruxelles la douăzeci și șapte iunie două mii nouăsprezece.

V Bruseli dvadsiateho siedmeho júna dvetisícdevätnásť.

V Bruslju, dne sedemindvajsetega junija leta dva tisoč devetnajst.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäseitsemäntenä päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattayhdeksäntoista.

Som skedde i Bryssel den tjugosjunde juni år tjugohundranitton.

Image 1


(1)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 5.

(2)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 39.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-"Eurodac" għat-tqabbil ta' marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat- tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).

(4)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u ta' l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).


DEĊIŻJONIJIET

4.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/143

tat-28 ta' Jannar 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Amministrattiv għall-Konvenzjoni Doganali dwar it-trasport internazzjonali ta' oġġetti li jaqgħu taħt il-carnets TIR fir-rigward tal-emendar tal-Konvenzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni Doganali dwar it-trasport internazzjonali ta' oġġetti li jaqgħu taħt il-carnets TIR tal-14 ta' Novembru 1975 ("il-Konvenzjoni TIR") ġiet konkluża mill-Unjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2112/78 (1) u daħlet fis-seħħ fl-Unjoni fl-20 ta' Ġunju 1983 (2).

(2)

Skont l-Artikolu 59 tal-Konvenzjoni TIR, il-Kumitat Amministrattiv jista' jadotta emendi għal dik il-konvenzjoni b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Partijiet Kontraenti preżenti u li jivvutaw.

(3)

Waqt sessjoni fi Frar 2020, il-Kumitat Amministrattiv , , għandu jadotta Anness 11 ġdid u emendi relatati mal-Konvenzjoni TIR.

(4)

Ikun xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv, peress li l-emendi għall-Konvenzjoni TIR ser ikollhom effett legali fl-Unjoni.

(5)

L-Unjoni tappoġġa l-Anness 11 il-ġdid tal-Konvenzjoni TIR u l-emendi meħtieġa għall-korp tal-Konvenzjoni TIR għaliex dawn isegwu l-politika stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) skont liema, fil-prinċipju, il-komunikazzjonijiet kollha mal-awtoritajiet doganali għandhom ikunu elettroniċi.

(6)

Paragrafu (s) ġdid tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni TIR għandu jiddefinixxi l-"proċedura eTIR" applikabbli għall-iskambju elettroniku tad-data bejn awtoritajiet doganali.

(7)

Kwart ġdid tal-Artikolu 58 tal-Konvenzjoni TIR għandu jistabbilixxi korp tekniku ta' implimentazzjoni li għandu jadotta l-ispeċifikazzjoni teknika tas-sistema internazzjonali eTIR, mingħajr preġudizzju għall-qafas sostantiv u istituzzjonali tal-Konvenzjoni TIR.

(8)

Artikolu 60 bis ġdid għandu jistabbilixxi l-proċedura speċjali għad-dħul fis-seħħ tal-Anness 11 il-ġdid tal-Konvenzjoni TIR u ta' kwalunkwe emenda futura għal dak l-Anness.

(9)

L-emendi għall-Artikoli 43, 59 u 61 tal-Konvenzjoni TIR għandhom jagħmlu l-adattamenti meħtieġa għall-introduzzjoni tal-Anness 11 il-ġdid.

(10)

L-Anness 11 il-ġdid tal-Konvenzjoni TIR għandu jippermetti lill-Partijiet Kontraenti marbuta minn dak l-Anness jużaw l-operazzjonijiet eTIR. Għandu jippermetti lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha jagħżlu f'liema ħin jistgħu jgħaqqdu s-sistemi tagħhom mas-sistema internazzjonali eTIR.

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Amministrattiv tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' emendi mehmuż ma' din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Amministrattiv waqt it-tnejn u sebgħin sessjoni jew f'sessjoni sussegwenti għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' emendi mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi espressa mill-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tal-Kumitat Amministrattiv, li jaġixxu b'mod konġunt.

Artikolu 3

Bidliet tekniċi żgħar fl-abbozz ta' emendi msemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu miftiehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2112/78 tal-25 ta' Lulju 1978 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Doganali fuq it-trasport internazzjonali ta' oġġetti li jaqgħu taħt il-carnets TIR (Konvenzjoni TIR) tal-14 ta' Novembru 1975 f'Ġinevra (ĠU L 252, 14.9.1978, p. 1).

(2)  ĠU L 31, 2.2.1983, p. 13.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


Abbozz ta' emendi għall-Konvenzjoni Doganali dwar it-trasport internazzjonali ta' oġġetti li jaqgħu taħt il-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR tal-1975)

A.   Emendi għall-Konvenzjoni TIR

1.   Paragrafu (s) ġdid f'Artikolu 1

(s)

It-terminu "proċedura eTIR" għandu jfisser il-proċedura TIR, implimentata permezz ta' skambju elettroniku ta' data, li tipprovdi l-ekwivalenti funzjonali għall-Carnet TIR. Billi japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni TIR, l-ispeċifiċitajiet tal-proċedura eTIR huma definiti fl-Anness 11.

1bis.   Artikolu 3(b)

(b)

l-operazzjonijiet tat-trasport għandhom ikunu garantiti mill-assoċjazzjonijiet awtorizzati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6. Dawn iridu jitwettqu taħt kopertura ta' Carnet TIR, li għandu jkun konformi mal-mudell riprodott fl-Anness 1 ta' din il-Konvenzjoni jew jitwettqu permezz tal-proċedura eTIR.

2.   Artikolu 43

In-Noti ta' Spjegazzjoni stabbiliti fl-Anness 6, fil-Parti III tal-Anness 7, u fil-Parti II tal-Anness 11 jinterpretaw ċerti dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni u tal-Annessi tagħha. Huma jiddeskrivu wkoll ċerti prattiki rakkomandati.

3.   Kwart ġdid tal-Artikolu 58

Għandu jiġi stabbilit Korp Tekniku ta' Implimentazzjoni. Il-kompożizzjoni, il-funzjonijiet u r-regoli ta' proċedura tiegħu huma stabbiliti fl-Anness 11.

4.   Artikolu 59

1.

Din il-Konvenzjoni, inkluż l-Annessi tagħha, tista' tiġi emendata fuq proposta ta' Parti Kontraenti permezz tal-proċedura speċifikata f'dan l-Artikolu.

2.

Ħlief kif hemm previst fl-Artikolu 60 bis, kwalunkwe emenda proposta għal din il-Konvenzjoni għandha titqies mill-Kumitat Amministrattiv magħmul mill-Partijiet Kontraenti kollha skont ir-regoli ta' proċedura stabbiliti fl-Anness 8. Kwalunkwe emenda bħal din meqjusa jew ippreparata waqt il-laqgħa tal-Kumitat Amministrattiv u adottata minnu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri preżenti u li jivvotaw għandha tkun ikkomunikata mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-aċċettazzjoni tagħhom.

3.

Ħlief kif inhu previst fl-Artikoli 60 u 60 bis, kwalunkwe emenda proposta li tkun ġiet ikkomunikata skont il-paragrafu preċedenti għandha tidħol fis-seħħ fir-rigward tal-Partijiet Kontraenti kollha tliet xhur wara l-iskadenza ta' perijodu ta' tnax-il xahar wara d-data tal-komunikazzjoni tal-emenda proposta, u meta matul dan il-perijodu ma tkun ġiet ikkomunikata l-ebda oġġezzjoni għall-emenda proposta lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti minn Stat li huwa Parti Kontraenti.

4.

Jekk tkun ġiet ikkomunikata oġġezzjoni għall-emenda proposta skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu,, għandu jitqies li l-emenda ma ġietx aċċettata u m'għandu jkollha l-ebda effett.

5.   Artikolu 60 bis ġdid

Proċedura speċjali għad-dħul fis-seħħ tal-Anness 11 u l-emendi tiegħu

1.

L-Anness 11, ikkunsidrat skont il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 59 għandu jidħol fis-seħħ fir-rigward tal-Partijiet Kontraenti kollha tliet xhur wara l-iskadenza ta' perijodu ta' tnax-il xahar wara d-data ta' komunikazzjoni mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti, ħlief għal dawk il-Partijiet Kontraenti li jkunu nnotifikaw lis-Segretarju Ġenerali bil-miktub, matul il-perijodu msemmi qabel ta' tliet xhur, dwar in-nonaċċettazzjoni tagħhom tal-Anness 11. L-Anness 11 għandu jidħol fis-seħħ għall-Partijiet Kontraenti li jirtiraw in-notifika tagħhom ta' nonaċċettazzjoni sitt xhur wara d-data li fiha d-depożitarju jkun irċieva l-irtirar ta' din in-notifika.

2.

Kull emenda proposta għall-Anness 11 għandha tiġi kkunsidrata mill-Kumitat Amministrattiv. Dawn l-emendi għandhom jiġu adottati mill-maġġoranza tal-Partijiet Kontraenti marbuta bl-Anness 11 preżenti u li jivvutaw.

3.

L-emendi għall-Anness 11 li jkunu kkunsidrati u adottati skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti kollha għall-informazzjoni jew, għal dawk il-Partijiet Kontraenti li huma marbuta bl-Anness 11, għall-aċċettazzjoni.

4.

Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dawn l-emendi għandha tiġi determinata fiż-żmien tal-adozzjoni tagħhom, b'maġġoranza tal-Partijiet Kontraenti marbuta bl-Anness 11 preżenti u li jivvutaw.

5.

L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu sakemm f'xi data qabel, determinata fiż-żmien tal-adozzjoni, ma jkunx hemm kwint inkella ħamsa mill-Istati li huma Partijiet Kontraenti marbutin bl-Anness 11, skont liema numru jkun inqas, li jinnotifikaw lis-Segretarju Ġenerali dwar l-oġġezzjoni tagħhom għall-emendi.

6.

Mad-dħul fis-seħħ, kwalunkwe emenda adottata skont il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu għandha għall-Partijiet Kontraenti kollha marbuta bl-Anness 11 tissostitwixxi u tieħu post kwalunkwe dispożizzjoni preċedenti li għaliha tirreferi l-emenda.

6.   Artikolu 61

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jinforma lill-Partijiet Kontraenti kollha u lill-Istati kollha msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 52 ta' din il-Konvenzjoni dwar kwalunkwe talba, komunikazzjoni jew oġġezzjoni skont l-Artikoli 59, 60 u 60 bis hawn fuq u dwar id-data li fiha kwalunkwe emenda tidħol fis-seħħ.

7.   Subparagrafu ġdid (xi) fil-paragrafu 3 tal-Parti I tal-Anness 9

(xi)

jikkonferma, fil-każ ta' proċedura alternattiva deskritta fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 10 tal-Anness 11, għall-Partijiet Kontraenti marbutin bl-Anness 11, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti, li l-garanzija hija valida, li trasport TIR jitwettaq skont il-proċedura eTIR u jipprovdi informazzjoni oħra rilevanti għat-trasport TIR.

B.   Anness 11 - Il-proċedura eTIR

1.   Parti I

Artikolu 1

Ambitu tal-applikazzjoni

1.   Id-dispożizzjonijiet f'dan l-Anness jirregolaw l-implimentazzjoni tal-proċedura eTIR kif definita fil-paragrafu (s) tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni u għandhom japplikaw fir-relazzjonijiet bejn il-Partijiet Kontraenti marbuta b'dan l-Anness, kif previst fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 60 bis.

2.   Il-proċedura eTIR ma tistax tintuża għal trasporti li jseħħu parzjalment fit-territorju ta' Parti Kontraenti, li mhijiex marbuta bl-Anness 11 u li hija Stat Membru ta' unjoni doganali jew ekonomika b'territorju doganali wieħed.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness:

(a)

It-terminu "sistema internazzjonali eTIR" għandu jfisser is-sistema tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) ippjanata biex tippermetti l-iskambju ta' informazzjoni elettronika bejn l-atturi involuti fil-proċedura eTIR.

(b)

It-terminu "speċifikazzjonijiet eTIR" għandu jfisser l-ispeċifikazzjonijiet konċettwali, funzjonali u tekniċi tal-proċedura eTIR adottata u emendata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 ta' dan l-Anness.

(c)

It-terminu "data TIR bil-quddiem" għandu jfisser id-data ppreżentata lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tat-tluq, skont l-ispeċifikazzjonijiet eTIR, dwar l-intenzjoni tad-detentur li jqiegħed oġġetti taħt il-proċedura eTIR.

(d)

It-terminu "data dwar emendi bil-quddiem" għandu jfisser id-data ppreżentata lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li fih tintalab emenda għad-data tad-dikjarazzjoni, skont l-ispeċifikazzjonijiet eTIR, dwar l-intenzjoni tad-detentur li jemenda d-data tad-dikjarazzjoni.

(e)

It-terminu "data tad-dikjarazzjoni" għandu jfisser id-data TIR bil-quddiem u d-data dwar emendi bil-quddiem li ġew aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti.

(f)

It-terminu "dikjarazzjoni" għandu jfisser l-att li bih id-detentur, jew ir-rappreżentant tiegħu jew tagħha, jindika, skont l-ispeċifikazzjonijiet eTIR, l-intenzjoni li l-merkanzija titqiegħed taħt il-proċedura eTIR. Mill-mument ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, abbażi tad-data TIR bil-quddiem jew tad-data dwar emendi bil-quddiem, u t-trasferiment tad-data tad-dikjarazzjoni fis-sistema internazzjonali eTIR, dan għandu jikkostitwixxi l-ekwivalenti legali ta' Carnet TIR aċċettat.

(g)

It-terminu "dokument ta' akkumpanjament" għandu jfisser id-dokument stampat, iġġenerat b'mod elettroniku mis-sistema doganali, wara l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni, f'konformità mal-linji gwida li jinsabu fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi eTIR. Id-dokument ta' akkumpanjament jista' jintuża biex jiġu rreġistrati inċidenti waqt ir-rotta u jieħu post ir-rapport iċċertifikat skont l-Artikolu 25 ta' din il-Konvenzjoni u għall-proċedura alternattiva.

(h)

It-terminu "awtentikazzjoni" għandu jfisser proċess elettroniku li jippermetti li l-identifikazzjoni elettronika ta' persuna fiżika jew ġuridika, jew l-oriġini u l-integrità ta' data f'forma elettronika, tiġi kkonfermata.

Noti ta' Spjegazzjoni għall-Artikolu 2 (h)

11.2 (h)-1

Sakemm ikun ġie stabbilit u deskritt approċċ armonizzat fl-ispeċifikazzjonijiet eTIR, il-Partijiet Kontraenti marbuta bl-Anness 11 jistgħu jawtentikaw lid-detentur bi kwalunkwe proċess previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, inkluż l-isem/il-password tal-utent jew firem elettroniċi, iżda mhux limitati għalihom.

11.2. (h)-2

L-integrità tad-data skambjata bejn is-sistema internazzjonali eTIR u l-awtoritajiet kompetenti kif ukoll l-awtentikazzjoni tas-sistemi tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) ser jiġu żgurati permezz ta' konnessjonijiet siguri, kif definit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi eTIR.

Artikolu 3

Implimentazzjoni tal-proċedura eTIR

1.   Il-Partijiet Kontraenti marbuta bl-Anness 11 għandhom jgħaqqdu s-sistemi doganali tagħhom mas-sistema internazzjonali eTIR skont l-ispeċifikazzjonijiet eTIR.

2.   Kull Parti Kontraenti hija libera li tistabbilixxi sa liema data hija tgħaqqad is-sistemi doganali tagħha mas-sistema internazzjonali eTIR. Id-data tal-konnessjoni għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet Kontraenti l-oħra kollha marbuta bl-Anness 11 mill-inqas sitt xhur qabel id-data effettiva tal-konnessjoni.

Nota ta' Spjegazzjoni għall-paragrafu 2 tal-Artikolu 3

11.3.2

Il-Partijiet Kontraenti marbuta bl-Anness 11 huma rrakkomandati li jkollhom is-sistema doganali nazzjonali tagħhom aġġornata u li l-konnessjoni tagħha mas-sistema internazzjonali eTIR tiġi żgurata malli l-Anness 11 jidħol fis-seħħ għalihom. L-unjonijiet doganali jew ekonomiċi jistgħu jiddeċiedu f'data aktar tard, u b'hekk ikollhom żmien biex jgħaqqdu s-sistemi doganali nazzjonali tal-Istati Membri kollha tagħhom mas-sistema internazzjonali TIR.

Artikolu 4

Kompożizzjoni, funzjonijiet u regoli ta' proċedura tal-Korp Tekniku ta' Implimentazzjoni

1.   Il-Partijiet Kontraenti marbuta bl-Anness 11 għandhom ikunu membri tal-Korp Tekniku ta' Implimentazzjoni. Is-sessjonijiet tiegħu għandhom jitlaqqgħu f'intervalli regolari jew fuq talba tal-Kumitat Amministrattiv, kif meħtieġ għaż-żamma tal-ispeċifikazzjonijiet eTIR. Il-Kumitat Amministrattiv għandu jiġi infurmat regolarment dwar l-attivitajiet u l-kunsiderazzjonijiet tal-Korp Tekniku ta' Implimentazzjoni.

2.   Il-Partijiet Kontraenti li m'aċċettawx l-Anness 11 kif previst f'paragrafu 1 tal-Artikolu 60 bis u r-rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jattendu sessjonijiet tal-Korp Tekniku ta' Implimentazzjoni bħala osservaturi.

3.   Il-Korp Tekniku ta' Implimentazzjoni għandu jimmonitorja l-aspetti tekniċi u funzjonali tal-implimentazzjoni tal-proċedura eTIR, kif ukoll jikkoordina u jrawwem l-iskambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tiegħu.

4.   Il-Korp Tekniku ta' Implimentazzjoni għandu, fl-ewwel sessjoni tiegħu, jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu u jissottomettihom lill-Kumitat Amministrattiv għall-approvazzjoni mill-Partijiet Kontraenti marbuta bl-Anness 11.

Artikolu 5

Proċeduri ta' adozzjoni u ta' emenda għall-ispeċifikazzjonijiet eTIR

Il-Korp Tekniku ta' Implimentazzjoni għandu:

(a)

jadotta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-proċedura eTIR, u l-emendi għalihom, biex jiġi żgurat l-allinjament tagħhom mal-ispeċifikazzjonijiet funzjonali tal-proċedura eTIR. Fiż-żmien tal-adozzjoni, huwa għandu jiddeċiedi dwar il-perijodu tranżitorju xieraq għall-implimentazzjoni tagħhom.

(b)

iħejji l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali tal-proċedura eTIR, u l-emendi għaliha, biex jiġi żgurat l-allinjament tagħhom mal-ispeċifikazzjonijiet konċettwali tal-proċedura eTIR. Huma għandhom jiġu trażmessi lill-Kumitat Amministrattiv għall-adozzjoni mill-maġġoranza tal-Partijiet Kontraenti marbuta bl-Anness 11 preżenti u li jivvutaw, kif ukoll jiġu implimentati u, meta meħtieġ, jiġu żviluppati fi speċifikazzjonijiet tekniċi f'data li trid tiġi determinata fiż-żmien tal-adozzjoni.

(c)

jikkunsidra emendi għall-ispeċifikazzjonijiet konċettwali tal-proċedura eTIR jekk ikun mitlub mill-Kumitat Amministrattiv. L-ispeċifikazzjonijiet konċettwali tal-proċedura eTIR, u l-emendi għaliha, għandhom jiġu adottati minn maġġoranza tal-Partijiet Kontraenti marbuta bl-Anness 11 preżenti u li jivvutaw, kif ukoll jiġu implimentati u, meta meħtieġ, jiġu żviluppati fi speċifikazzjoni funzjonali f'data li għandha tiġi determinata fi żmien l-adozzjoni.

Artikolu 6

Sottomissjoni ta' data TIR bil-quddiem u ta' data dwar emendi bil-quddiem

1.   Id-data TIR bil-quddiem u d-data dwar emendi bil-quddiem għandhom jiġu ppreżentati mid-detentur, jew mir-rappreżentant tiegħu jew tagħha, lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tat-tluq u tal-pajjiż li fih tintalab emenda għad-data tad-dikjarazzjoni. Ladarba d-dikjarazzjoni, jew l-emenda, tkun ġiet aċċettata f'konformità mal-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħaddu d-data tad-dikjarazzjoni, jew l-emenda tagħha, lis-sistema internazzjonali eTIR.

2.   Id-data TIR bil-quddiem u d-data dwar emendi bil-quddiem imsemmija f'paragrafu 1 jistgħu jiġu ppreżentati jew direttament lill-awtoritajiet kompetenti jew permezz tas-sistema internazzjonali eTIR.

3.   Il-Partijiet Kontraenti marbuta bl-Anness 11 għandhom jaċċettaw is-sottomissjoni tad-data TIR bil-quddiem u tad-data dwar emendi bil-quddiem permezz tas-sistema internazzjonali eTIR.

Nota ta' Spjegazzjoni għall-paragrafu 3 tal-Artikolu 6

11.6.3

Il-Partijiet Kontraenti marbuta bl-Anness 11 huma rrakkomandati li jirrikonoxxu, kemm jista' jkun, is-sottomissjoni tad-data TIR bil-quddiem u tad-data dwar emendi bil-quddiem permezz tal-metodi indikati fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-lista tal-mezzi elettroniċi kollha li bihom tista' tiġi ppreżentata d-data TIR bil-quddiem u d-data dwar emendi bil-quddiem.

Artikolu 7

Awtentikazzjoni tad-detentur

1.   Waqt li jaċċettaw id-dikjarazzjoni fil-pajjiż tat-tluq jew emenda tad-data tad-dikjarazzjoni fi kwalunkwe pajjiż tul l-itinerarju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jawtentikaw id-data TIR bil-quddiem, jew id-data dwar emendi bil-quddiem, u d-detentur, f'konformità mal-liġi nazzjonali.

2.   Il-Partijiet Kontraenti marbuta bl-Anness 11 għandhom jaċċettaw l-awtentikazzjoni tad-detentur imwettqa mis-sistema internazzjonali eTIR.

Nota ta' Spjegazzjoni għall-paragrafu 2 tal-Artikolu 7

11.7.2

Is-sistema internazzjonali eTIR tiżgura, permezz ta' mezzi deskritti fl-ispeċifikazzjonijiet eTIR, l-integrità tad-data TIR bil-quddiem, jew tad-data dwar emendi bil-quddiem, u li d-data ntbagħtet mid-detentur.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw lista ta' mekkaniżmi ta' awtentikazzjoni minbarra dak speċifikat fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li jistgħu jintużaw għall-awtentikazzjoni.

4.   Il-Partijiet Kontraenti marbutin bl-Anness 11 għandhom jaċċettaw id-data tad-dikjarazzjoni li jirċievu mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tat-tluq u tal-pajjiż li fih tintalab emenda għad-data tad-dikjarazzjoni permezz tas-sistema internazzjonali eTIR bħala l-ekwivalenti legali għal Carnet TIR aċċettat.

Nota ta' Spjegazzjoni għall-paragrafu 4 tal-Artikolu 7

11.7.4

Is-sistema internazzjonali eTIR tiżgura, permezz ta' mezzi deskritti fl-ispeċifikazzjonijiet eTIR, l-integrità tad-data tad-dikjarazzjoni u li d-data ntbagħtet mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi involuti fit-trasport.

Artikolu 8

Rikonoxximent reċiproku tal-awtentikazzjoni tad-detentur

L-awtentikazzjoni tad-detentur imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti marbutin bl-Anness 11 li jaċċettaw id-dikjarazzjoni, jew it-tibdil fid-data tad-dikjarazzjoni, għandha tiġi rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti sussegwenti kollha marbutin bl-Anness 11 matul it-trasport TIR.

Nota ta' spjegazzjoni għall-Artikolu 8

11.8

Is-sistema internazzjonali eTIR tiżgura, permezz ta' mezzi deskritti fl-ispeċifikazzjonijiet eTIR, l-integrità tad-data tad-dikjarazzjoni, inkluż ir-referenza għad-detentur, awtentikata mill-awtoritajiet kompetenti li jaċċettaw id-dikjarazzjoni, irċevuta mill-awtoritajiet kompetenti u trażmessa lilhom.

Artikolu 9

Rekwiżiti addizzjonali tad-data

1.   Minbarra d-data speċifikata fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu data addizzjonali stipulata mil-leġislazzjoni nazzjonali.

2.   Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jillimitaw kemm jista' jkun ir-rekwiżiti tad-data għal dawk li jinsabu fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi u jagħmlu ħilithom biex jiffaċilitaw is-sottomissjoni ta' data addizzjonali sabiex ma jfixklux it-trasporti TIR imwettqa skont dan l-Anness.

Artikolu 10

Proċedura alternattiva

1.   Fejn il-proċedura eTIR ma tistax tinbeda għal raġunijiet tekniċi fl-uffiċċju doganali tat-tluq, id-detentur tal-Carnet TIR jista' jerġa' lura għall-proċedura TIR.

2.   Fejn proċedura eTIR tkun bdiet iżda l-kontinwazzjoni tagħha tiġi mfixkla għal raġunijiet tekniċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaċċettaw id-dokument ta' akkumpanjament u jipproċessawh f'konformità mal-proċedura deskritta fl-ispeċifikazzjonijiet eTIR, soġġett għad-disponibbiltà ta' informazzjoni addizzjonali minn sistemi elettroniċi alternattivi kif deskritt fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti huma intitolati wkoll li jitolbu lill-assoċjazzjonijiet garanti nazzjonali jikkonfermaw li l-garanzija hija valida, li trasport TIR jitwettaq skont il-proċedura eTIR, u jipprovdu informazzjoni oħra rilevanti għat-trasport TIR.

4.   Il-proċedura deskritta fil-paragrafu 3 għandha tiġi stabbilita fil-ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-assoċjazzjoni garanti nazzjonali, kif stipulat fil-paragrafu 1 (d) tal-Parti I tal-Anness 9.

Artikolu 11

Ospitar tas-sistema internazzjonali eTIR

1.   Is-sistema internazzjonali eTIR għandha tkun ospitata u amministrata taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa (KEE) tan-Nazzjonijiet Uniti.

2.   Il-KEE għandha tassisti lill-pajjiżi biex jgħaqqdu s-sistemi doganali tagħhom mas-sistema internazzjonali eTIR, inkluż permezz ta' testijiet ta' konformità biex ikun żgurat it-tħaddim kif suppost tagħhom qabel il-konnessjoni operazzjonali.

3.   Ir-riżorsi meħtieġa għandhom ikunu disponibbli għall-KEE sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi stabbiliti f'paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Sakemm is-sistema internazzjonali eTIR ma tkunx iffinanzjata minn riżorsi mill-baġit regolari tan-Nazzjonijiet Uniti, ir-riżorsi meħtieġa għandhom ikunu soġġetti għar-regoli u r-regolamenti finanzjarji għall-fondi extrabaġitarji u għall-proġetti tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-mekkaniżmu ta' finanzjament għat-tħaddim tas-sistema internazzjonali eTIR fil-KEE għandu jiġi deċiż u approvat mill-Kumitat Amministrattiv.

Nota ta' Spjegazzjoni għall-paragrafu 3 tal-Artikolu 11

11.11.3

Jekk ikun meħtieġ, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jiddeċiedu li jiffinanzjaw l-ispejjeż operazzjonali tas-sistema internazzjonali eTIR permezz ta' ammont għal kull trasport TIR. F'każijiet bħal dawn, il-Partijiet Kontraenti għandhom jiddeċiedu dwar iż-żmien xieraq biex jiġu introdotti mekkaniżmi alternattivi ta' finanzjament u dwar il-modalitajiet tagħhom. Il-baġit meħtieġ għandu jitħejja mill-KEE, jiġi rieżaminat mill-Korp Tekniku ta' Implimentazzjoni u approvat mill-Kumitat Amministrattiv.

Artiklu 12

Amministrazzjoni tas-sistema internazzjonali eTIR

1.   Il-KEE għandha tagħmel l-arranġamenti xierqa għall-ħżin u l-arkivjar tad-data fis-sistema internazzjonali eTIR għal perijodu minimu ta' 10 snin.

2.   Id-data kollha maħżuna fis-sistema internazzjonali eTIR tista' tintuża mill-KEE f'isem il-korpi kompetenti ta' din il-Konvenzjoni għall-iskop ta' estrazzjoni ta' statistika aggregata.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti li fit-territorju tagħhom jitwettaq trasport TIR skont il-proċedura eTIR, li jsir is-suġġett ta' proċeduri amministrattivi jew legali rigward l-obbligu ta' ħlas tal-persuna jew persuni direttament responsabbli jew tal-assoċjazzjoni garanti nazzjonali, jistgħu jitolbu lill-KEE u jiksbu informazzjoni maħżuna fis-sistema internazzjonali eTIR li tappartjeni għat-talba fit-tilwima għal finijiet ta' verifika. Din l-informazzjoni tista' tingħata bħala evidenza fi proċeduri nazzjonali amministrattivi jew legali.

4.   F'każijiet oħra minbarra dawk speċifikati f'dan l-Artikolu, it-tixrid jew id-divulgazzjoni ta' informazzjoni maħżuna fis-sistema internazzjonali eTIR lil persuni jew entitajiet mhux awtorizzati għandhom ikunu pprojbiti.

Artikolu 13

Pubblikazzjoni tal-uffiċċji doganali li jistgħu jimmaniġġaw eTIR

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-lista ta' uffiċċji doganali tat-tluq, ta' uffiċċji doganali tul ir-rotta u ta' uffiċċji doganali tad-destinazzjoni approvati għat-twettiq ta' operazzjonijiet TIR skont il-proċedura eTIR, tkun f'kull ħin preċiża u aġġornata fil-bażi tad-data elettronika għall-uffiċċji doganali approvati, żviluppata u miżmuma mill-Bord Eżekuttiv TIR.

Artikolu 14

Rekwiżiti legali għas-sottomissjoni ta' data skont l-Anness 10 tal-Konvenzjoni TIR

Ir-rekwiżiti legali għas-sottomissjoni ta' data, kif stipulati fil-paragrafi 1, 3 u 4 tal-Anness 10 ta' din il-Konvenzjoni, jitqiesu li ġew issodisfati bl-implimentazzjoni tal-proċedura eTIR.


4.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/144

tat-3 ta’ Frar 2020

li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjunigħall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 300(3) u l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposti magħmula mill-Gvern Spanjol u l-Gvern Finlandiż,

Billi:

(1)

L-Artikolu 300(3) tat-Trattat jipprevedi li l-Kumitat tar-Reġjuni jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

L-Artikolu 305 tat-Trattat jipprevedi li l-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni u numru ugwali ta’ membri supplenti jinħatru mill-Kunsill għal mandat ta’ ħames snin skont il-proposti magħmula minn kull Stat Membru.

(3)

Ladarba l-mandat tal-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni skada fil-25 ta’ Jannar 2020, jenħtieġ li jinħatru membri u membri supplenti ġodda.

(4)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2). Dik id- Deċiżjoni ħatret, għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025, il-membri u l-membri supplenti proposti mill-Gvern Ċek, Daniż, Estonjan, Ċiprijott, Latvjan, Lussemburgiż, Netherlandiż, Awstrijak, Rumen, Sloven, Slovakk u dak Żvediż. Id-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 ħatret ukoll għall-istess perijodu tliet 3 membri proposti mill-Gvern Belġjan, 21 membru u 20 membru supplenti proposti mill-Gvern Ġermaniż, tmien membri u tmien membri supplenti proposti mill-Gvern Irlandiż, 16-il membru u 16-il membru supplenti proposti mill-Gvern Spanjol,, 10 membri u 14-il membru supplenti proposti mill-Gvern Taljan, 4 membri u 4 membri supplenti proposti mill-Gvern Malti u 8 membri u 8 membri supplenti proposti mill-Gvern Finlandiż. Il-membri u l-membri supplenti li għalihom ma waslux proposti lill-Kunsill mill-Istati Membri rispettivi qabel il-15 ta’ Novembru 2019 ma setgħux jiġu inklużi fid-Deċiżjoni (UE) 2019/2157.

(5)

Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/102 (3). Dik id-Deċiżjoni ħatret, għall-perijodu, mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025, lill-membri u l-membri supplenti proposti mill-Gvern Grieg, Franċiż, Kroat, Litwan, Ungeriż u dak Portugiż, kif ukoll erba’ 4 membri u erba’ 4 membri supplenti proposti mill-Gvern Belġjan, membru wieħed propost mill-Gvern Bulgaru, membru wieħed u membru supplenti wieħed proposti mill-Gvern Irlandiż, membru wieħed u membru supplenti wieħed proposti mill-Gvern Spanjol, 14-il membru u 10 membri supplenti proposti mill-Gvern Taljan u 21 membru u 20 membru supplenti proposti mill-Gvern Pollakk. Il-membri u l-membri supplenti li għalihom ma waslux proposti lill-Kunsill mill-Istati Membri rispettivi qabel l-20 ta’ Diċembru 2019 ma setgħux jiġu inklużi fid-Deċiżjoni (UE) 2020/102.

(6)

Spanja u l-Finlandja pproponew il-kandidati tagħhom għas-siġġijiet tal-membri u l-membri supplenti tagħhom li fadal. Dawk il-membri u l-membri supplenti jenħtieġ li jinħatru għall-perijodu ta’ mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Għaldaqstant, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika b’mod retroattiv mis-26 ta’ Jannar 2020.

(7)

Il-ħatra tal-membri u l-membri supplenti l-oħrajn li għalihom għad ma ġewx ikkomunikati proposti lill-Kunsill ser issir fi stadju aktar tard,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025:

bħala membri, il-persuni elenkati għal kull Stat Membru fl-Anness I;

bħala membri supplenti, il-persuni elenkati għal kull Stat Membru fl-Anness II.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mis-26 ta’ Jannar 2020.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2).


ANNESS I

ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ Ι - ANNEX I - ANNEXE I - PRILOG I - ALLEGATO I - I PIELIKUMS - I PRIEDAS - I. MELLÉKLET - ANNESS I - BIJLAGE I - ZAŁĄCZNIK I - ANEXO I - ANEXA I - PRÍLOHA I - PRILOGA I - LIITE I - BILAGA I ПРИЛОЖЕНИЕ I - ANEXO I - PŘÍLOHA I - BILAG I - ANHANG I - I LISA -

Членове/Miembros/Členové/Medlemmer/Mitglieder/Liikmed/Μέλη/Members/Membres/Članovi/Membri/Locekļi/Nariai/Tagok/Membri/Leden/Członkowie/Membros/Membri/Členovia/Člani/Jäsenet/Ledamöter

ESPAÑA

Mr Jorge Antonio AZCÓN NAVARRO

Member of a Local Executive: Ayuntamiento de Zaragoza

Mr Abel Ramón CABALLERO ÁLVAREZ

Member of a Local Executive: Ayuntamiento de Vigo (Pontevedra)

Mr Juan ESPADAS CEJAS

Member of a Local Executive: Ayuntamiento de Sevilla

Mr José María GARCÍA URBANO

Member of a Local Executive: Ayuntamiento de Estepona (Málaga)

SUOMI

Mr Bert HÄGGBLOM

Member of a Regional Assembly: the Parliament of Åland


ANNESS II

ПРИЛОЖЕНИЕ II - ANEXO II - PŘÍLOHA II - BILAG II - ANHANG II - II LISA - ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ ΙΙ - ANNEX II - ANNEXE II - PRILOG II - ALLEGATO II - II PIELIKUMS - II PRIEDAS - II. MELLÉKLET - ANNESS II - BIJLAGE II - ZAŁĄCZNIK II - ANEXO II - ANEXA II - PRÍLOHA II - PRILOGA II - LIITE II - BILAGA II

Suplentes/Supleanți/Náhradníci/Nadomestni člani/Varajäsenet/Suppleanter Заместник-членове/Suplentes/Náhradníci/Suppleanter/Stellvertreter/Asendusliikmed/Αναπληρωτές/Alternate members/Suppléants/Zamjenici članova/Supplenti/Aizstājēji/Pakaitiniai nariai/Póttagok/Membri Supplenti/Plaatsvervangers/Zastępcy członków/

ESPAÑA

Mr José Francisco BALLESTA GERMÁN

Member of a Local Executive: Ayuntamiento de Murcia

Mr Manuel GARCÍA FÉLIX

Member of a Local Executive: Ayuntamiento de La Palma del Condado (Huelva)

Mr Carlos MARTÍNEZ MÍNGUEZ

Member of a Local Executive: Ayuntamiento de Soria

Ms Lidia MUÑOZ CÁCERES

Member of a Local Executive: Ayuntamiento de Sant Feliu de Llobregat (Barcelona)

SUOMI

Ms Annette BERGBO

Member of a Regional Assembly: the Parliament of Åland


Rettifika

4.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/20


Rettifika tal-Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaL 29 tal-31 ta’ Jannar 2019 )

F’paġna 189,

minflok:

“(1)

Ara paġna 189 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.”,

aqra:

“(1)

Ara paġna 7 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.”.