ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 330

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
20 ta' Diċembru 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2178 tal-14 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jinkludi l-Unjoni ta’ Comoros fl-Anness I

2

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2179 tat-13 ta’ Diċembru 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 fir-rigward tal-allokazzjoni tal-pajjiż tal-kwota tariffarja għal ċanga ta’ kwalità għolja u li tidderoga minn dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni għas-sena ta’ kwota 2019/2020

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2180 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li jispeċifika l-arranġamenti u l-kontenut dettaljati għar-rapporti tal-kwalità skont ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

8

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2181 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li jispeċifika karatteristiċi tekniċi fir-rigward ta’ punti komuni għal diversi settijiet tad-data skont ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

16

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2182 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti Pan Galego/Pan Gallego (IĠP)

42

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2183 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti Cordero Manchego (IĠP)

43

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2184 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti Riso del Delta del Po (IĠP)

44

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2185 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti Bleu du Vercors-Sassenage (DOP)

45

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2186 tat-18 ta’ Diċembru 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd

46

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2187 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li jistabilixxi l-ammont massimu ta’ għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa fi ħdan il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1882

48

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2019/2188 tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (EUAM Iraq/3/2019)

50

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2019/2189 tas-17 ta’ Diċembru 2019 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni għall-Missjoni ta’ Konsulenza tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (EUAM RCA/1/2019)

51

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/2190 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li taħtar żewġ membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

52

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill(PESK)2019/2191 tad-19 ta’ Diċembru 2019 b’appoġġ għal mekkaniżmu ta’ rappurtar globali dwar armi konvenzjonali illeċiti u l-munizzjon tagħhom biex jitnaqqas ir-riskju ta’ devjazzjoni u trasferiment illeċitu tagħhom (iTrace IV)

53

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2192 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

71

 

*

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2193 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi r-regoli għall-kalkolu, il-verifika u r-rappurtar tad-data u l-istabbiliment tal-formati tad-data għall-finijiet tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (notifikata bid-dokument C(2019) 8995)  ( 1 )

72

 

*

Deċiżjoni (UE) 2019/2194tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2019 dwar l-għoti ta’ setgħat ta’ ffirmar (BĊE/2019/33)

86

 

*

Deċiżjoni (UE) 2019/2195 Tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/14 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2019/39)

91

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2117 tad-29 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom ( ĠU L 320, 11.12.2019 )

104

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni (UE) 2019/2158 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2019 dwar il-metodoloġija u l-proċeduri għad-determinazzjoni u l-ġbir ta’ data dwar il-fatturi tariffarji użati għall-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali (BĊE/2019/38) ( ĠU L 327, 17.12.2019 )

105

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/2155 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2019/37) ( ĠU L 327, 17.12.2019 )

106

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/1


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (1) tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020, ladarba l-proċedura prevista fl-Artikolu 21(4) tal-Ftehim tintemm fis-6 ta’ Diċembru 2019.


(1)  ĠU L 322, 7.12.2017, p. 3


REGOLAMENTI

20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/2


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2178

tal-14 ta’ Ottubru 2019

li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jinkludi l-Unjoni ta’ Comoros fl-Anness I

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 li japplika l-arranġamenti għal prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1076 jelenka l-pajjiżi li għalihom japplikaw l-arranġamenti għall-aċċess għas-suq previsti minn dak ir-Regolament.

(2)

Il-Ftehim Interim li jistabbilixxi l-qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, min-naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (“il-FSE interim”) (2) ġie applikat b’mod proviżorju mill-14 ta’ Mejju 2012 f’erbgħa (Madagascar, Mauritius, is-Seychelles u ż-Żimbabwe) mis-sitt Stati tar-reġjun tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar li ffirmaw u rratifikaw il-ftehim.

(3)

Fis-7 ta’ Frar 2019, l-Unjoni ta’ Comoros iddepożitat l-istrument ta’ ratifika tal-FSE interim. Għalhekk, il-FSE interim japplika b’mod proviżorju bejn l-Unjoni u l-Unjoni ta’ Comoros minn dik id-data.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Unjoni ta’ Comoros tiġi inkluża fl-Anness I,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1076 jiddaħħal dan li ġej wara l-kliem “IR-REPUBBLIKA TAL-BOTSWANA”:

“L-UNJONI TA’ COMOROS”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 185, 8.7.2016, p. 1.

(2)  ĠU L 111, 24.4.2012, p. 2.


20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2179

tat-13 ta’ Diċembru 2019

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 fir-rigward tal-allokazzjoni tal-pajjiż tal-kwota tariffarja għal ċanga ta’ kwalità għolja u li tidderoga minn dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni għas-sena ta’ kwota 2019/2020

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2012 (2) jistabbilixxi r-regoli għall-ġestjoni ta’ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjoni ta’ ċanga ta’ kwalità għolja li nfetħet mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 (3).

(2)

L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka kkonkludew Ftehim dwar l-allokazzjoni tal-pajjiż tal-kwota tariffarja għal ċanga ta’ kwalità għolja prevista mir-Regolament (KE) Nru 617/2009 (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) fil-5 ta’ Diċembru 2019 (4). Il-fornituri sostanzjali kollha fil-kwota tar-rata tariffarja qablu mal-allokazzjoni tal-pajjiż prevista mill-Ftehim.

(3)

L-Artikolu 2(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 jistabbilixxi r-regoli għaż-żieda ta’ bilanċi li ma jintużawx fuq il-kwoti subtariffarji għal kwoti subtariffarji sussegwenti trimestrali. Il-Ftehim jistipula li kwalunkwe kwantità mhux użata mis-subperjodi ta’ qabel, f’dik is-sena ta’ kwota, fl-ewwel jum tal-ewwel sena tal-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-Ftehim, għandha tiżdied, b’mod proporzjonali mal-ishma fil-volum globali tal-kwota tariffarja, mal-kwantitajiet disponibbli fl-ewwel subperjodu tal-ewwel sena tal-perjodu ta’ implimentazzjoni. Konsegwentement, jenħtieġ li tiġi pprovduta deroga mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 għad-distribuzzjoni tal-kwantitajiet mhux użati mis-subperjodi qabel l-ewwel jum tal-ewwel sena tal-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-Ftehim.

(4)

Għalhekk huwa meħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 jiġi emendat skont il-Ftehim.

(5)

L-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 jistipula li l-kwota tariffarja trid tiġi ġestita skont l-Artikoli 308a u 308b u l-Artikolu 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (5). Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 tħassar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/481 (6) b’effett mill-1 ta’ Mejju 2016. Għall-finijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li r-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jiġu sostitwiti b’referenzi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (7).

(6)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 jiġi emendat skont dan.

(7)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jibda japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Dan ir-Regolament jistipula regoli għall-ġestjoni ta’ kwota tariffarja annwali tal-Unjoni għall-importazzjoni taċ-ċanga ta’ kwalità għolja, ipprovduta fir-Regolament (KE) Nru 617/2009, minn hawn ’il quddiem “il-kwota tariffarja”. Il-perjodu tal-kwota tariffarja, il-pajjiż ta’ oriġini, il-volum u d-dazju huma stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.”;

(2)

fl-Artikolu 2, il-paragrafi 1 u 2 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Il-kwota tariffarja għandha tkun ġestita fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel skont l-Artikoli 49 sa 52 u l-Artikolu 53(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (*1). Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda liċenzja tal-importazzjoni.

2.   Il-kwota tariffarja għandha tiġi ġestita bħala kwota tariffarja prinċipali b’volum ta’ 45 000 tunnellata metrika taħt in-numru tal-ordni 09.2201, b’dawn li ġejjin:

(a)

erba’ kwoti subtariffarji trimestrali taħt in-numru tal-ordni 09.2202;

(b)

żewġ kwoti subtariffarji trimestrali taħt in-numru tal-ordni 09.2203 mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-30 ta’ Ġunju 2020;

(c)

erba’ kwoti subtariffarji trimestrali taħt in-numru tal-ordni 09.2203 mill-1 ta’ Lulju 2020.

Il-benefiċċju mill-kwota tariffarja jista’ jingħata biss billi wieħed japplika għan-numri tal-ordni 09.2202 u 09.2203 li jirreferu għall-kwoti subtariffarji.

(*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).”;"

(3)

L-Anness I jiġi sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Derogi mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 għas-sena ta’ kwota 2019/2020

B’deroga mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012, il-bilanċi mhux użati fil-31 ta’ Diċembru 2019 għandhom jiżdiedu fil-proporzjon stabbilit kif ġej għall-kwantitajiet għall-kwoti subtariffarji trimestrali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2020:

(a)

għall-kwota 09.2202: 58,89 %;

(b)

għall-kwota 09.2203: 41,11 %.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2012 tas-7 ta’ Ġunju 2012 li jistipula regoli għall-ġestjoni ta’ kwota tariffarja għal ċanga ta’ kwalità għolja (ĠU L 148, 8.6.2012, p. 9).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jiftaħ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja (ĠU L 182, 15.7.2009, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2073 tal-5 ta’ Diċembru 2019 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar l-Allokazzjoni lill-Istati Uniti ta’ Sehem fil-Kwota Tariffarja għal Ċanga ta’ Kwalità Għolja msemmija fil-Memorandum ta’ Qbil Rivedut rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni Tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea (2014) (ĠU L 316, 6.12.2019, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/481 tal-1 ta’ April 2016 li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 87, 2.4.2016, p. 24).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


ANNESS

‘ANNESS I

Kwota tariffarja għal ċanga friska, imkessħa jew iffriżata, ta’ kwalità għolja

Kodiċijiet NM

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Perjodi u subperjodi tal-kwota tariffarja

Pajjiż

Dazju fuq il-kwota tariffarja

Il-pajjiżi kollha

L-Istati Uniti

Pajjiżi oħra

Numru tas-serje/tal-ordni

09.2202

09.2203

09.2202

Volum tal-kwota tariffarja

(f’tunnellati ta’ piż nett)

ex 0201

ex 0202

ex 0206 10 95

ex 0206 29 91

Laħam tal-annimali bovini, frisk, imkessaħ jew iffriżat, li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness II

Mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020

Xejn’

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

11 250

-

-

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

11 250

-

-

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

-

4 625

6 625

Mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

-

4 625

6 625

Mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

-

4 625

6 625

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

-

4 625

6 625

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

-

5 750

5 500

Mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

-

5 750

5 500

Mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

-

5 750

5 500

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

-

5 750

5 500

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

-

6 350

4 900

Mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

-

6 350

4 900

Mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

-

6 350

4 900

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

-

6 350

4 900

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

-

6 950

4 300

Mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

-

6 950

4 300

Mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

-

6 950

4 300

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

-

6 950

4 300

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

-

7 550

3 700

Mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

-

7 550

3 700

Mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

-

7 550

3 700

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

-

7 550

3 700

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

-

8 150

3 100

Mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

-

8 150

3 100

Mill-1 ta’ Lulju 2025 sat-30 ta’ Ġunju 2026

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

-

8 150

3 100

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

-

8 150

3 100

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

-

8 750

2 500

Mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

-

8 750

2 500

Mill-1 ta’ Lulju 2026

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

-

8 750 Fax

2 500

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

-

8 750

2 500

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

-

8 750

2 500

Mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

-

8 750

2 500


20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2180

tas-16 ta’ Diċembru 2019

li jispeċifika l-arranġamenti u l-kontenut dettaljati għar-rapporti tal-kwalità skont ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tispeċifika l-arranġamenti dettaljati u l-kontenut tar-rapporti tal-kwalità, fosthom indikazzjonijiet tal-metodu għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tal-preċiżjoni, b’rabta mad-data li trid tiġi trażmessa mill-Istati Membri lill-Eurostat.

(2)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema tal-Istatistika Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati tar-rapporti tal-kwalità u l-kontenut meħtieġ tagħhom, fosthom deskrizzjoni tal-metodi għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tal-preċiżjoni, fuq id-data li l-Istati Membri jeħtieġ jittrażmettu lill-Kummissjoni (il-Eurostat) skont ir-Regolament (UE) 2019/1700.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“intervista bi prokura” tfisser intervista ma’ persuna li mhix l-istess persuna li mingħandha qed tintalab l-informazzjoni skont regoli speċifiċi stabbiliti minn kull stħarriġ li jispeċifika f’liema każijiet jistgħu jiġu aċċettati intervisti bi prokura;

(2)

“nonrispons” tfisser li stħarriġ ma rnexxilux jiġbor data għall-punti kollha tad-data fil-kwestjonarju tal-istħarriġ jew mill-unitajiet kollha tal-popolazzjoni deżinjata għall-ġbir tad-data, jew it-tnejn li huma, speċifikament:

(a)

“nonrispons ta’ unità” hu tip ta’ nuqqas ta’ rispons meta ma tinġabar l-ebda data dwar unità tal-popolazzjoni deżinjata għall-ġbir tad-data;

(b)

“nonrispons ta’ punt” hu tip ta’ nuqqas ta’ rispons meta ma tinġabar l-ebda data dwar varjabbli tal-istħarriġ b’rabta ma’ unità tal-popolazzjoni deżinjata;

(3)

“errur tal-kampjunar” tfisser parti mid-differenza bejn valur tal-popolazzjoni u stima ta’ dak il-valur derivat minn kampjun aleatorju, li tirriżulta mill-fatt li subsett biss tal-popolazzjoni hu enumerat;

(4)

“errur mhux tal-kampjunar” tfisser errur fl-istimi tal-istħarriġ li mhux attribwibbli għal flutwazzjonijiet tal-kampjunar;

(5)

“sostituzzjoni” fir-rigward tar-rispondenti tfisser is-sostituzzjoni ta’ unità li oriġinarjament ġiet ikkampjunata minn unità oħra, inkluż sostituzzjoni bejn jew fost unitajiet domestiċi;

(6)

“unitajiet eliġibbli” tfisser is-sett ta’ unitajiet tal-popolazzjoni magħżula mill-qafas tal-kampjunar li huma parti mill-popolazzjoni fil-mira;

(7)

“unitajiet ineliġibbli” tfisser unitajiet fil-kampjun li mhumiex parti mill-popolazzjoni fil-mira;

(8)

“kampjun nett”, imsejħa wkoll “kampjun miksub”, tfisser is-sett ta’ unitajiet tal-popolazzjoni (inkluż l-unitajiet tas-sostituzzjoni) magħżula mill-qafas tal-kampjunar, li minnhom inkisbet informazzjoni biżżejjed biex tinkludi l-unità fl-istimi tal-istħarriġ;

(9)

“kampjun gross”, imsejħa wkoll “kampjun inizjali”, tfisser is-sett ta’ unitajiet tal-popolazzjoni li ntgħażlu inizjalment mill-qafas tal-kampjunar. Il-kampjun gross jinkludi l-unitajiet eliġibbli (il-kampjun nett u l-unitajiet tan-nuqqas ta’ rispons) kif ukoll l-unitajiet ineliġibbli;

(10)

“imputazzjoni” tfisser proċedura għad-dħul ta’ valur għal punt speċifiku tad-data, fejn l-ebda rispons ma jkun disponibbli.

Artikolu 3

Rapporti tal-kwalità

Ir-rapporti tal-kwalità għandu jkun fihom data u metadata relatati mal-kwalità f’konformità mal-kriterji tal-kwalità u l-kunċetti statistiċi stabbiliti fl-Anness. Dawn ir-rapporti għandhom jirreferu wkoll għall-każijiet meta ma nkisbitx konformità mal-kriterji xierqa tal-kwalità jew meta ma ġewx applikati sew il-kunċetti statistiċi, jew it-tnejn li huma.

Artikolu 4

Deskrizzjoni tal-metodi għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tal-preċiżjoni

Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tivvaluta sa fejn id-data trażmessa mill-Istati Membri skont l-Anness II għar-Regolament (UE) 2019/1700 tissodisfa r-rekwiżiti tal-preċiżjoni. Meta l-Kummissjoni (il-Eurostat) tidentifika nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-preċiżjoni, din għandha tiġi vvalutata skont:

l-importanza u l-frekwenza tiegħu u l-impatt li dan iħalli fuq il-kwalità tal-indikaturi ewlenin, speċjalment il-komparabbiltà tagħhom;

jekk dan jistax jiġi rettifikat minnufih u jekk l-Istati Membri jagħmlux il-korrezzjonijiet meħtieġa b’mod effettiv;

jekk in-nuqqas ta’ konformità jistax jittaffa indirettament, b’mod partikolari b’tekniki ta’ stima, u jekk l-Istati Membri humiex qed jieħdu miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni;

sa fejn l-Istati Membri jeżerċitaw kontroll fuq in-nuqqas ta’ konformità, li jista’ jirriżulta għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tagħhom;

l-estent sa fejn in-nuqqas ta’ konformità jippersisti tul is-sessjonijiet suċċessivi tal-ġbir tad-data;

jekk hemmx pjan ta’ azzjoni korrettiva approvat mill-Kummissjoni (il-Eurostat) u jekk hux implimentat b’mod effettiv; il-valutazzjoni ta’ pjan bħal dan se tqis it-tul taż-żmien meħtieġ biex jiġu rettifikati l-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, b’mod partikolari fil-każ tal-ġbir tad-data lonġitudinali.

Artikolu 5

Standards tekniċi għat-trażmissjoni tar-rapporti tal-kwalità

1.   B’appoġġ għall-ġestjoni tal-kwalità u d-dokumentazzjoni tal-proċess, ir-rapporti tal-kwalità għandhom jiġu trażmessi skont l-istandards tekniċi stabbiliti mill-Kummissjoni (il-Eurostat).

2.   Biex id-data tkun tista’ tiġi rkuprata b’mod elettroniku, ir-rapporti tal-kwalità għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni (il-Eurostat) permezz tal-punt uniku ta’ dħul.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 261I, 14.10.2019, p. 1.


ANNESS

Kriterji tal-kwalità u kunċetti statistiċi

Ir-rapport tal-kwalità għandu jkun fih data u metadata relatati mal-kwalità f’konformità mal-kriterji tal-kwalità u l-kunċetti statistiċi li ġejjin.

Jekk kunċett statistiku partikolari ma jkunx rilevanti għal operazzjoni statistika, dak il-kunċett jenħtieġ jibqa’ fir-rapport tal-kwalità, akkumpanjat mill-kliem “Mhux applikabbli”.

1.   KUNTATTI

Punti tal-kuntatt individwali jew organizzazzjonali għal data jew metadata, inkluż dettalji tal-kuntatt.

2.   PREŻENTAZZJONI STATISTIKA

Deskrizzjoni tad-data disseminata, li tista’ tintwera lill-utenti bħala tabelli, graffs jew mapep.

2.1.   Deskrizzjoni tad-data

Deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tas-sett tad-data.

2.2.   Sistemi tal-klassifikazzjoni

Meta applikabbli, il-lista tal-klassifikazzjonijiet u tat-tqassimiet użati għad-data, u kull devjazzjoni mill-istandards Ewropej tal-istatistika jew l-istandards internazzjonali.

2.3.   Kopertura tas-settur

Deskrizzjoni tat-temi ewlenin koperti mis-sett tad-data.

2.4.   Kunċetti statistiċi u definizzjonijiet, inkluż il-perjodu ta’ referenza

Il-lista tal-varjabbli kollha li jiddevjaw mid-definizzjoni standard, li ssemmi l-kunċetti nazzjonali użati u kull differenza bejn il-kunċetti nazzjonali u l-ġabriet tad-data rispettivi.

2.5.   Unitajiet statistiċi

Deskrizzjoni tal-unitajiet tal-osservazzjoni.

2.6.   Popolazzjoni statistika

Deskrizzjoni tal-popolazzjoni jew tal-popolazzjonijiet statistiċi fil-mira li għalihom jirreferi s-sett tad-data, jiġifieri l-popolazzjoni li dwarha trid tinġabar l-informazzjoni.

2.6.1.   Popolazzjoni(jiet) mhux koperta

Informazzjoni dwar kull sottopopolazzjoni mhux koperta mill-ġbir tad-data (eż. il-persuni mingħajr saqaf fuq rashom jew il-persuni li jgħixu fl-istituzzjonijiet), inkluż deskrizzjoni ta’ kull waħda minn dawn il-popolazzjonijiet u l-aħjar stima kwantitattiva tagħha.

2.7.   Żona ta’ referenza

Deskrizzjoni taż-żona ġeografika li magħha jkun relatat il-fenomenu statistiku mkejjel: iż-żona ġeografika koperta u lista tar-reġjuni esklużi.

2.8.   Kopertura taż-żmien

Il-perjodi jew il-punti fiż-żmien li tirreferi għalihom l-osservazzjoni.

3.   IPPROĊESSAR TAL-ISTATISTIKA

L-operazzjonijiet imwettqa fuq id-data biex tinkiseb informazzjoni ġdida dwar sett partikolari ta’ regoli.

3.1.    Data tas-sors

Deskrizzjoni tas-sors tad-data statistika mhux ipproċessata (eż. intervisti, data amministrattiva, kwalunkwe sors ieħor). Jekk jintużaw reġistri amministrattivi, dawn jenħtieġ jiġu deskritti b’mod ċar (is-sors, l-iskop primarju, nuqqasijiet possibbli, eċċ.)

3.1.1.   Qafas tal-kampjunar

Deskrizzjoni tal-metodi użati għall-kisba jew il-ħolqien tal-qafas tal-kampjunar.

3.1.2.   Disinn tal-kampjun

Deskrizzjoni tal-aspetti li ġejjin:

Tip ta’ disinn tal-kampjun (stratifikat, b’multistadji, raggruppat, bi stadju wieħed, b’żewġ stadji)

Kriterji tal-istratifikazzjoni u tas-substratifikazzjoni

Daqs tal-kampjun

3.2.   Frekwenza tal-ġbir tad-data

Informazzjoni dwar il-frekwenza tal-ġbir tad-data.

3.3.   Ġbir tad-data

Deskrizzjoni tal-metodi użati għall-ġbir tad-data (CAPI, CAWI, CATI, eċċ.). Jenħtieġ jinhemeż il-kwestjonarju nazzjonali użat għall-ġbir tad-data, flimkien ma’ traduzzjoni tiegħu bl-Ingliż.

3.4.   Validazzjoni tad-data

Deskrizzjoni tal-proċeduri użati għall-kontroll u l-validazzjoni tad-data tas-sors u tal-output, inkluż l-ispjegazzjoni ta’ kif ir-riżultati ta’ dawn il-validazzjonijiet huma monitorjati u użati.

3.5.   Kompilazzjoni tad-data

Deskrizzjoni tal-proċess tal-kompilazzjoni tad-data (eż. l-editjar tad-data, l-imputazzjoni, il-ponderazzjoni, l-aġġustament għan-nuqqas ta’ rispons, il-kalibrazzjoni, il-mudell użat, eċċ). Jenħtieġ li kull pass tal-ponderazzjoni jiġi deskritt separatament: il-kalkolu tal-ponderazzjonijiet tad-disinn; l-aġġustament tan-nuqqas ta’ rispons (kif tiġi kkoreġuta l-ponderazzjoni tad-disinn, filwaqt li jitqiesu d-differenzi fir-rati tar-rispons); il-kalibrazzjoni (il-livell u l-varjabbli użati fl-aġġustament, il-metodu applikat); il-kalkolu tal-ponderazzjonijiet tad-disinn.

4.   ĠESTJONI TAL-KWALITÀ

Is-sistemi u l-oqfsa fis-seħħ fi ħdan organizzazzjoni biex tkun ġestita l-kwalità tal-prodotti u l-proċessi statistiċi.

4.1.   Aċċertament tal-kwalità

Deskrizzjoni tal-qafas tal-aċċertament tal-kwalità u/jew tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità (eż. EFQM, ISO 9000) użati fl-organizzazzjoni.

4.2.   Valutazzjoni tal-kwalità

Deskrizzjoni tal-kwalità ġenerali tal-outputs statistiċi, li jiġbru fil-qosor il-punti b’saħħithom ewlenin u kull nuqqas ta’ kwalità fil-kriterji standard tal-kwalità: ir-rilevanza, l-akkuratezza, l-affidabbiltà, it-tempestività, il-puntwalità, il-komparabbiltà u l-koerenza. Kwalunkwe kompromess bejn l-aspetti tal-kwalità u kwalunkwe titjib fil-kwalità previst jista’ jissemma.

5.   RILEVANZA

5.1.   Ħtiġijiet tal-utenti

Informazzjoni (jekk disponibbli) fuq (kwalunkwe) ħtiġijiet tal-utenti fir-rigward tad-data miġbura.

5.2.   Sodisfazzjon tal-utenti

Informazzjoni (jekk disponibbli) fuq il-livell ta’ sodisfazzjon tal-utenti tad-data fir-rigward tad-data miġbura u disponibbli.

5.3.   Kompletezza

Deskrizzjoni ta’ kull nuqqas ta’ konformità f’termini ta’ varjabbli li ma jiġux trażmessi.

6.   AKKURATEZZA U AFFIDABBILTÀ

6.1.   Akkuratezza ġenerali

Sommarju tad-diversi komponenti ta’ valutazzjoni tal-akkuratezza, marbuta ma’ sett tad-data jew dominju partikolari:

Deskrizzjoni tas-sorsi ewlenin ta’ erruri aleatorji u sistematiċi fl-outputs statistiċi, b’valutazzjoni fil-qosor tal-erruri kollha u b’enfasi partikolari fuq l-impatt fuq stimi ewlenin.

Jekk rilevanti, aspetti ta’ reviżjoni tad-data.

6.2.   Errur tal-kampjunar

Deskrizzjoni tal-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-istimi tal-preċiżjoni.

Il-miżuri tal-preċiżjoni tal-istimi skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-settijiet tad-data individwali.

L-erruri standard fil-livell nazzjonali u, meta meħtieġ, fil-livell reġjonali (NUTS 2) għall-indikaturi ewlenin kif imsemmi fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1700.

6.3.   Errur mhux tal-kampjunar

6.3.1.   Errur tal-kopertura

Deskrizzjoni tad-diverġenza bejn il-popolazzjoni tal-qafas u l-popolazzjoni fil-mira.

Il-frekwenza u ż-żmien tal-aġġornamenti tal-qafas.

Erruri minħabba diskrepanzi bejn il-qafas tal-kampjunar u l-popolazzjoni u s-subpopolazzjonijiet fil-mira (kopertura żejda, kopertura nieqsa, klassifikazzjonijiet ħżiena).

6.3.2.   Errur fil-kejl

Deskrizzjoni tal-erruri li jseħħu waqt il-ġbir tad-data, u li jwasslu biex il-valuri rreġistrati tal-varjabbli jvarjaw mill-valuri reali.

Deskrizzjoni tal-isforzi magħmula fid-disinn u fl-ittestjar tal-kwestjonarju (inkluż l-indirizzar tal-erruri li jirriżultaw minn ġbir tad-data b’diversi modi u/jew b’diversi sorsi).

Deskrizzjoni tat-taħriġ tal-intervistatur.

Rati tal-intervisti bi prokura.

6.3.3.   Erruri minħabba nuqqas ta’ rispons

Deskrizzjoni ta’:

Il-karatteristiċi disponibbli tan-nonrispondenti

Ir-rati tan-nonrispons għall-unitajiet u għall-punti.

Ir-rati tas-sostituzzjoni.

Id-daqs gross tal-kampjun (id-daqs inizjali tal-kampjun), l-għadd ta’ unitajiet eliġibbli u d-daqs tal-kampjun nett, inkluż l-unitajiet tas-sostituzzjoni (id-daqs tal-kampjun miksub)

6.3.4.   Erruri tal-ipproċessar

Deskrizzjoni ta’ kull errur fl-ipproċessar u l-impatt tiegħu fuq ir-riżultati tal-ġbir tad-data finali, li jirriżultaw minn implimentazzjoni żbaljata ta’ metodi tal-implimentazzjoni li jkunu ppjanati b’mod korrett.

Deskrizzjoni tal-verifiki tal-kwalità u tal-proċess tal-editjar tad-data.

Deskrizzjoni tal-proċeduri tal-imputazzjoni.

Rati tal-imputazzjoni.

6.3.5.   Errur fil-preżunzjoni tal-mudell

Meta applikabbli: deskrizzjoni tal-errur li jirriżulta minn mudelli speċifiċi għad-dominju li huma meħtieġa biex tiġi definita l-mira tal-istima.

6.4.   Aġġustament staġunali (fejn applikabbli)

Deskrizzjoni tat-tekniki statistiċi użati biex jitneħħew l-effetti staġunali li jinfluwenzaw serje tad-data.

6.5.   Reviżjoni tad-data — politika

Deskrizzjoni tal-politika mmirata biex tiżgura t-trasparenza tad-data disseminata, bid-data preliminari tiġi riveduta wara l-kompilazzjoni.

6.6.   Reviżjoni tad-data — prattiki

Informazzjoni dwar il-prattiki tar-reviżjoni tad-data.

7.   TEMPESTIVITÀ U PUNTWALITÀ

Informazzjoni dwar:

Id-data tad-disseminazzjoni tar-riżultati nazzjonali.

L-għadd ta’ ġranet bejn tmiem il-ħidma fuq il-post u l-ewwel trażmissjoni validata għalkollox tad-data lill-Kummissjoni (il-Eurostat).

Id-data tal-ewwel trażmissjoni sħiħa tad-data lill-Kummissjoni (il-Eurostat). Jekk it-trażmissjoni tad-data ma tissodisfax l-iskadenza stabbilita fir-Regolament (UE) 2019/1700, jenħtieġ tingħata raġuni għad-dewmien.

8.   KOERENZA U KOMPARABBILTÀ

Deskrizzjoni ta’ kif ġew issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fid-dominju speċifiku, inkluż, meta rilevanti, l-impatt ta’ kwalunkwe devjazzjoni mill-kwestjonarju u d-definizzjonijiet.

8.1.   Komparabbiltà — ġeografika

Deskrizzjoni ta’ kull problema ta’ komparabilità bejn ir-reġjuni differenti tal-pajjiż.

8.2.   Komparabilità — tul iż-żmien

Informazzjoni dwar it-tul tas-serje taż-żmien komparabbli, inkluż is-snin meta kien hemm xi intervalli fis-serje, u r-raġunijiet għalihom.

8.3.   Koerenza — trażversali bejn id-dominji

Tqabbil ma’ sorsi esterni għall-varjabbli rilevanti kollha, meta l-Istati Membri kkonċernati jidhrilhom li din id-data esterna tkun affidabbli biżżejjed.

8.4.   Koerenza — statistika subannwali u annwali

Jekk applikabbli.

8.5.   Koerenza — Kontijiet nazzjonali

Jekk applikabbli.

8.6.   Koerenza — interna

Informazzjoni dwar kwalunkwe nuqqas ta’ koerenza fl-output tal-proċess statistiku.

9.   AĊĊESSIBBILTÀ U ĊAREZZA:

Informazzjoni dwar:

Il-formati tad-disseminazzjoni.

Id-dokumentazzjoni dwar il-metodoloġija u l-kwalità.

10.   KOST U PIŻ

Il-piż fuq ir-rispondenti u, jekk disponibbli, il-kost assoċjat mal-ġbir u l-produzzjoni tal-prodott statistiku. Jenħtieġ jiġi ddikjarat it-tul taż-żmien medju tal-intervisti tal-unitajiet domestiċi. Jekk possibbli u rilevanti, it-tul taż-żmien ta’ intervista tal-unità domestika jenħtieġ jiġi rrappurtat skont il-metodu tal-ġbir tad-data.

11.   KUNFIDENZJALITÀ

Informazzjoni dwar is-sjieda tad-data li tindika sa fejn l-iżvelar mhux awtorizzat tagħha jista’ jkun preġudizzjali jew dannuż għall-interess tas-sors jew ta’ xi parti rilevanti oħra.

Politika ta’ kunfidenzjalità — deskrizzjoni ta’ xi dispożizzjoni flimkien mal-leġiżlazzjoni Ewropea li huma rilevanti għall-kunfidenzjalità statistika applikata għad-data.

Kunfidenzjalità — trattament tad-data: deskrizzjoni ġenerali tar-regoli applikati għat-trattament tal-mikrodata u tal-makrodata (inkluż id-data tabulari) fir-rigward tal-kunfidenzjalità statistika.

12.   KUMMENT

Test deskrittiv supplimentari li jista’ jiġi inkluż fir-rapport tal-kwalità.


20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2181

tas-16 ta’ Diċembru 2019

li jispeċifika karatteristiċi tekniċi fir-rigward ta’ punti komuni għal diversi settijiet tad-data skont ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fil-livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008, u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ċerti punti statistiċi huma komuni għal diversi settijiet tad-data fost is-seba’ dominji kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2019/1700. Fl-interess tal-komparabbiltà u biex ikunu żgurati l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tagħhom madwar l-Unjoni, jenħtieġ jiġu speċifikati l-karatteristiċi tekniċi elenkati fl-Artikolu 7(2) ta’ dak ir-Regolament u dawn jenħtieġ japplikaw għad-dominji kollha.

(2)

L-istatistika hi meħtieġa kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell reġjonali. L-Istati Membri jenħtieġ jittrażmettu statistika lill-Kummissjoni mqassma skont l-unitajiet territorjali. Biex tiġi stabbilita statistika reġjonali komparabbli, id-data dwar l-unitajiet territorjali jenħtieġ għalhekk tingħata skont il-klassifikazzjoni NUTS.

(3)

L-istatistika dwar l-edukazzjoni, l-okkupazzjoni u s-setturi ekonomiċi jenħtieġ tkun komparabbli internazzjonalment, u għalhekk l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jenħtieġ jużaw klassifikazzjonijiet statistiċi li huma kompatibbli mal-klassifikazzjonijiet ISCED (2), ISCO (3) u NACE (4).

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-karatteristiċi tekniċi tal-popolazzjonijiet statistiċi u l-unitajiet tal-osservazzjoni, kif ukoll deskrizzjonijiet tal-varjabbli u tal-klassifikazzjonijiet statistiċi, għall-punti komuni għal diversi settijiet tad-data koperti mir-Regolament (UE) 2019/1700.

Artikolu 2

Definizzjonijiet użati biex jiġu speċifikati l-karatteristiċi tekniċi tas-settijiet tad-data

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“abitazzjoni” jew “unità residenzjali” tfisser binja, parti minnha, stabbiliment ieħor jew post tal-abitazzjoni użat għall-abitazzjoni tal-bnedmin, u tinkludi “abitazzjonijiet konvenzjonali” u “unitajiet oħra tal-akkomodazzjoni” kif definiti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1201/2009 (5);

(2)

“unità domestika ta’ persuna waħda” tfisser unità domestika privata li fiha tgħix waħedha f’unità residenzjali separata, jew li tokkupa, bħala kerrej, xi kamra (jew kmamar) separata/i iżda li ma tikkondividix ma’ xi wieħed mill-okkupanti l-oħra tal-unità residenzjali biex tifforma parti minn unità domestika ta’ diversi persuni;

(3)

“unità domestika privata ta’ diversi persuni” tfisser unità domestika privata li fiha normalment jgħix grupp ta’ żewġ persuni jew aktar ġo unità residenzjali jew ġo parti minn unità residenzjali u li jikkondividi l-introjtu jew l-ispejjeż tal-unità domestika mal-membri l-oħra tal-unità domestika;

(4)

“membru tal-unità domestika” tfisser ir-residenza abitwali ta’ unità domestika privata;

(5)

“dar tal-familja” tfisser unità residenzjali okkupata mill-membri ta’ unità domestika ta’ diversi persuni, u minn persuna li tqatta’ xi ħin band’oħra iżda li żżomm rabtiet mill-qrib mal-membri tal-unità domestika privata ta’ diversi persuni, speċjalment permezz ta’ relazzjonijiet familjari jew soġġorni regolari;

(6)

“kondiviżjoni tal-introjtu tal-unità domestika” tfisser li persuna tikkontribwixxi għall-introjtu ta’ unità domestika privata jew li tibbenefika minn introjtu ta’ unità domestika privata, jew it-tnejn li huma;

(7)

“spejjeż tal-unità domestika” tfisser l-ispejjeż imġarrba minn membri ta’ unità domestika privata biex ikollhom l-essenzjali għall-għajxien. Dawn jinkludu l-ispejjeż relatati mad-dar (jiġifieri l-kera, l-imposti tad-dar jew tal-appartament, u l-assigurazzjoni residenzjali) kif ukoll spejjeż oħra relatati mal-ħajja ta’ kuljum, fosthom ħtiġijiet bħall-ikel, il-ħwejjeġ, il-prodotti sanitarji, l-għamara, it-tagħmir u l-utensili, l-ivvjaġġar minn post għall-ieħor u trasport ieħor, il-kura medika u l-assigurazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-attivitajiet sportivi u divertenti u l-vaganzi;

(8)

“istituzzjoni” tfisser korp jew stabbiliment ġuridiku li jipprovdu akkomodazzjoni fit-tul lil grupp ta’ persuni u l-faċilitajiet u s-servizzi meħtieġa għall-ħajja ta’ kuljum. Il-maġġoranza tal-istituzzjonijiet jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin:

sptarijiet, djar għall-konvalexxenza, stabbilimenti għall-persuni b’diżabbiltà, istituzzjonijiet psikjatriċi, djar tal-anzjani u djar tal-kura;

faċilitajiet tal-għajxien assistit u istituzzjonijiet tal-assistenza soċjali, inkluż dawk għall-persuni mingħajr saqaf, dawk li jitolbu l-ażil jew ir-refuġjati;

kampijiet militari u każermi;

istituzzjonijiet korrettivi u penali, ċentri taż-żamma u ta’ kustodja, ħabsijiet;

istituzzjonijiet reliġjużi;

dormitorji tal-istudenti terzjarji (skont arranġamenti speċifiċi).

Artikolu 3

Karatteristiċi tekniċi tal-popolazzjonijiet statistiċi u tal-unitajiet tal-osservazzjoni

1.   L-unitajiet tal-osservazzjoni għandhom ikunu unitajiet domestiċi privati jew membri ta’ unitajiet domestiċi privati.

2.   Meta persuna tkun tgħix regolarment f’iżjed minn abitazzjoni waħda, l-abitazzjoni li fiha din il-persuna tqattal-iżjed ħin tul is-sena għandha titqies bħala r-residenza abitwali tagħha, irrispettivament minn jekk din tkunx qiegħda band’oħra fil-pajjiż jew barra mill-pajjiż.

3.   Waqt l-applikazzjoni tal-kunċett statistiku ta’ residenza abitwali, il-każijiet partikolari għandhom jiġu trattati kif previst fl-Artikolu 4.

4.   Il-persuni li jgħixu bħala residenti abitwali fil-lukandi għandhom, fil-prinċipju, jiġu esklużi mill-popolazzjoni tal-unitajiet domestiċi privati. Iżda jistgħu jitqiesu li jappartjenu għal dik il-popolazzjoni jekk is-sitwazzjoni tagħhom tkun definita hekk fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom, u f’dan il-każ dan għandu jiġi deskritt b’mod ċar fir-rapport tal-kwalità msemmi fir-Regolament (UE) 2019/1700.

5.   L-unitajiet domestiċi privati jistgħu jeskludu lill-persuni li jkollhom bżonn kenn u sussistenza minn istituzzjoni u li, fid-data ta’ referenza (kif definita għal ġbir speċifiku tad-data), qattgħu, jew aktarx iqattgħu, 12-il xahar jew aktar jgħixu hemm.

6.   Il-persuni li jwettqu servizz militari obbligatorju (koskritti) huma inklużi fil-popolazzjoni tal-unitajiet domestiċi privati jekk is-servizz tagħhom idum inqas minn 12-il xahar jew jekk iqattgħu ħin sinifikanti fid-dar tal-familja u jiddependu fuq il-ġenituri tagħhom, il-kustodji legali tagħhom, jew membri oħra tal-familja waqt li jkunu qed iwettqu s-servizz militari obbligatorju. B’deroga, għall-finijiet tal-ġbir tad-data għad-dominju tal-forza tax-xogħol, il-koskritti kollha għandhom jiġu esklużi mill-popolazzjoni tal-unitajiet domestiċi privati.

7.   Il-persuni kollha li normalment huma residenti, irrispettivament minn jekk humiex relatati ma’ xi membri oħra tal-unità domestika privata, għandhom jitqiesu li huma membri ta’ unità domestika privata ta’ diversi persuni jekk dawn ikunu jikkondividu l-introjtu jew l-ispejjeż tal-unità domestika ma’ membri oħra tal-unità domestika. Il-koinkwilini jew il-kookkupanti ta’ unità residenzjali li huma bbażati fuq kondiviżjoni ta’ unità domestika u li jikkondividu biss l-ispejjeż relatati mal-unità domestika, iżda li ma jikkondividux l-introjtu tal-unità domestika, ma għandhomx jitqiesu bħala parti minn unità domestika privata ta’ diversi persuni li tokkupa din l-unità residenzjali, anki jekk dawn ikunu jikkondividu xi spejjeż sussidjarji oħra tal-unità domestika.

8.   Jekk ma jkunx fattibbli li jiġi stabbilit jekk humiex issodisfati l-kriterji għal unitajiet domestiċi privati ta’ persuna waħda jew ta’ diversi persuni, għandhom jitqiesu l-fehmiet tal-persuna intervistata dwar is-sitwazzjoni tagħha fil-konfront tal-persuni l-oħra residenti fl-abitazzjoni.

9.   Meta f’abitazzjoni waħda jkunu jeżistu diversi unitajiet domestiċi privati, l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jirreġistraw id-data għall-unitajiet domestiċi kollha f’din l-abitazzjoni.

10.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jevitaw li jirreġistraw l-istess persuni darbtejn.

Artikolu 4

Każijiet partikolari waqt l-applikazzjoni tal-kunċett ta’ residenza abitwali

1.   Persuna li tul il-ġimgħa taħdem ’il bogħod mid-dar tal-familja u li normalment fi tmiem il-ġimgħa terġa’ lura fid-dar tal-familja għandha tqis id-dar tal-familja bħala r-residenza abitwali tagħha, irrispettivament minn jekk il-post tax-xogħol tagħha jkunx band’oħra fil-pajjiż jew barra mill-pajjiż.

2.   L-istudenti tal-iskola primarja u sekondarja li jkunu ’l bogħod mid-dar tal-familja waqt il-perjodu tal-iskola għandhom iqisu d-dar tal-familja tagħhom bħala l-post tar-residenza abitwali tagħhom irrispettivament minn jekk ikunux qed isegwu l-edukazzjoni tagħhom band’oħra fil-pajjiż jew barra mill-pajjiż.

3.   F’każ ta’ minuri dipendenti li jalterna bejn żewġ postijiet ta’ residenza, il-post fejn dan iqatta’ ħafna mill-ħin tiegħu għandu jitqies bħala r-residenza abitwali tiegħu.

Jekk il-minuri jqattal-istess ammont ta’ ħin maż-żewġ gwardjani legali jew mal-ġenituri, il-post tar-residenza abitwali ta’ dak il-minuri għandha tkun il-post ta’ residenza tal-gwardjan legali jew tal-ġenitur li jirċievi l-benefiċċji tat-tfal jew, il-post ta’ residenza tal-gwardjan legali jew tal-ġenitur li jikkontribwixxi l-aktar għall-ispejjeż relatati mal-minuri.

Jekk ma tkun tapplika l-ebda waħda minn dawn ta’ hawn fuq, il-post fejn ikun jinsab il-minuri fid-data ta’ referenza (kif definit għal ġbir speċifiku tad-data) għandu jitqies bħala r-residenza abitwali tiegħu.

Fil-każ ta’ ġbir tad-data lonġitudinali, it-tfal li jalternaw bejn żewġ postijiet ta’ residenza għandhom jitqiesu fl-istess post ta’ residenza waqt mewġiet differenti tal-ġbir tad-data, sakemm ma nbidlitx is-sitwazzjoni tal-ħajja.

4.   Għall-ġbir tad-data organizzat għad-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien u d-dominju tal-konsum, għandhom japplikaw dawn ir-regoli speċifiċi addizzjonali li ġejjin:

(a)

il-persuni li jgħixu barra mid-dar tal-familja tagħhom għal perjodu ta’ żmien estiż minħabba xogħol, irrispettivament minn jekk ikunux fil-pajjiż jew barra mill-pajjiż, għandhom iqisu d-dar tal-familja tagħhom bħala l-post ta’ residenza abitwali tagħhom jekk dawn ikunu qed jikkontribwixxu ġmielu għall-introjtu tal-unità domestika u ma jkunux residenti abitwali ta’ xi unità domestika privata oħra;

(b)

l-istudenti terzjarji li jkunu ’l bogħod mid-dar tal-familja tagħhom waqt li jkunu qed isegwu l-edukazzjoni tagħhom f’kulleġġ jew l-università, irrispettivament minn jekk ikunux band’oħra fil-pajjiż jew barra mill-pajjiż, għandhom iqisu d-dar tal-familja tagħhom bħala l-post ta’ residenza abitwali tagħhom jekk dawn ikunu qed jibbenefikaw mill-introjtu tal-unità domestika u ma jkunux residenzi abitwali ta’ xi unità domestika privata oħra.

F’każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx ir-regoli stabbiliti f’dan il-paragrafu. F’dawk il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fir-rapporti tal-kwalità tagħhom il-kriterji applikati u għandhom jiżguraw ir-rappurtar xieraq tad-data dwar it-trasferimenti bejn l-unitajiet domestiċi, inkluż il-pagamenti f’isem l-istudent.

Ir-regoli stabbiliti f’dan il-paragrafu jistgħu japplikaw ukoll għad-dominji l-oħra, u f’dan il-każ l-applikazzjoni tagħhom għandha tkun deskritta fir-rapporti tal-kwalità.

Artikolu 5

Deskrizzjoni tal-varjabbli u l-klassifikazzjonijiet statistiċi

L-Anness ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi deskrizzjonijiet u klassifikazzjonijiet għall-varjabbli komuni għal diversi settijiet tad-data.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 261I, 14.10.2019, p. 1.

(2)  Il-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni, il-verżjoni tal-2011,http://uis.unesco.org/sites/default/files/documents/international-standard-classification-of-education-isced-2011-en.pdf (disponibbli wkoll bl-Ingliż u bil-Franċiż).

(3)  Il-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi, il-verżjoni tal-2008,http://ec.europa.eu/eurostat/documents/1978984/6037342/ISCO-08.pdf (din il-verżjoni hi bl-Ingliż, iżda tista’ tinstab ukoll bil-Franċiż u bil-Ġermaniż).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1201/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-suġġetti u tal-kategorizzazzjonijiet tagħhom (ĠU L 329, 15.12.2009, p. 29).


ANNESS

Id-deskrizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet għall-varjabbli komuni għal diversi settijiet tad-data skont ir-Regolament (UE) 2019/1700

Isem il-varjabbli

Deskrizzjoni tal-varjabbli

Kategoriji (klassifikazzjonijiet) tal-varjabbli għat-trażmissjoni tad-data lill-Kummissjoni (il-Eurostat)

Ġeneru

Il-ġeneru hu l-kombinazzjoni ta’ karatteristiċi bijoloġiċi u fiżjoloġiċi li jiddefinixxu persuna bħala maskili jew femminili. Meta l-ġeneru bijoloġiku ta’ persuna ma jkunx magħruf, l-informazzjoni tista’ tinbidel b’informazzjoni mid-data amministrattiva jew il-ġeneru awtodikjarat (data tal-istħarriġ).

Raġel

Mara

Età fi snin magħluqa

L-età fi snin magħluqa hi l-età tal-persuna fl-aħħar għeluq sninha qabel id-data ta’ referenza tal-ġbir tad-data jew tal-intervista, jiġifieri l-intervall taż-żmien bejn id-data tat-twelid u d-data ta’ referenza, espress fi snin magħluqa.

L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata għal dan il-varjabbli:

Sena tat-twelid

Jekk id-data ta’ għeluq is-snin tkunx għaddiet fid-data ta’ referenza jew le

Data ta’ referenza

Id-data ta’ referenza hi speċifika għal kull ġbir tad-data (dominju) kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni korrispondenti ta’ implimentazzjoni. Iżda fil-każ ta’ pajjiżi li jużaw sistema integrata ta’ stħarriġijiet tal-unitajiet domestiċi b’ġimgħa ta’ referenza fissa, id-data ta’ referenza tkun l-aħħar jum tal-ġimgħa ta’ referenza.

Sena tat-twelid (4 ċifri)

Id-data ta’ għeluq is-snin tkunx għaddiet fid-data ta’ referenza jew le

Data ta’ referenza (JJ/XX/SSSS)

Sħab li jgħixu fl-istess unità domestika

Sħab li jgħixu fl-istess unità domestika privata huma persuni li jgħixu ma’ persuna oħra meqjusa bħala sieħeb/sieħba abbażi tal-arranġamenti tal-għajxien attwali tagħhom fl-unità domestika privata, irrispettivament minn jekk ir-relazzjoni mas-sieħeb/sieħba tkunx irreġistrata legalment (eż. żwieġ jew unjoni ċivili) jew relazzjoni de facto.

“Sieħeb/sieħba” jista’ jiġi definit skont l-istatus tar-relazzjoni legali (ir-raġel jew il-mara jew is-sieħeb/sieħba ċivili) jew de facto (is-sieħeb/sieħba jew il-konkubin(a)) tar-relazzjoni.

Persuna li tgħix ma’ sieħeb/sieħba legali jew de facto

Persuna li ma tgħixx ma’ sieħeb/sieħba legali jew de facto

Ebda risposta  (1)

Mhux applikabbli  (2)

Tip ta’ unità domestika

It-tip ta’ unità domestika hu definit minn kompożizzjoni ta’ unità domestika privata, fejn:

“Ġenitur waħdu” hu ġenitur li ma jgħixx ma’ sieħeb/sieħba (legali jew de facto) fl-istess unità domestika privata li jkollu ħafna mir-responsabilitajiet ta’ kuljum fit-trobbija tal-ulied.

It-termini “wild” jew “ulied/tfal” jirreferu għall-preżenza ta’ iben tifel jew subien jew ta’ bint tifla jew bniet fl-unità domestika, ta’ iben jew bint naturali jew adottati, jew ta’ iben jew bint il-mara jew ir-raġel. “Iben jew bint naturali jew adottati jew iben jew bint il-mara jew ir-raġel” tirreferi għal membru (bijoloġiku) naturali, adottat jew miż-żwieġ preċedenti tal-familja, irrispettivament mill-età jew mill-istatus tas-sħubija jew tar-relazzjoni, li jkollu r-residenza abitwali tiegħu fl-unità domestika privata ta’ mill-anqas wieħed mill-ġenituri. “Adozzjoni” tfisser it-teħid u t-trattament ta’ wild bijoloġiku ta’ ġenituri oħra daqslikieku kienu tal-persuna stess kif previst mil-liġijiet tal-pajjiż fejn permezz ta’ proċess ġudizzjarju l-wild adottat — kemm jekk relatat jew le ma’ min jadottah — jikseb id-drittijiet u l-istatus ta’ wild bijoloġiku mwieled mill-ġenituri li jadottawh. “Iben jew bint il-mara jew ir-raġel” tirreferi għal sitwazzjoni meta ġenitur bi żwieġ ieħor jittratta wild is-sieħeb/sieħba tiegħu daqslikieku tiegħu sa fejn previst mil-liġijiet tal-pajjiż, mingħajr ma jadottah; it-tfal fosterjati u t-tfal tar-rispett mhumiex koperti minn din il-kategorija.

“Koppja” hi definita bħala par individwi meqjusa bħala sħab f’termini tal-arranġamenti tal-għajxien attwali tagħhom fl-unità domestika, irrispettivament minn jekk ir-relazzjoni mas-sieħeb/sieħba tkunx relazzjoni rreġistrata legalment (eż. żwieġ jew unjoni ċivili) jew de facto (konkubini).

Tipi oħra ta’ unitajiet domestiċi huma dawk li ma jaqgħux f’xi waħda mill-kategoriji ta’ hawn fuq

Unità domestika b’persuna waħda

Ġenitur waħdu b’mill-inqas wild wieħed li għandu inqas minn 25 sena

Ġenitur waħdu bit-tfal li lkoll għandhom 25 sena jew aktar

Koppja mingħajr tfal

Koppja b’mill-inqas wild wieħed li għandu inqas minn 25 sena

Koppja bit-tfal li lkoll għandhom 25 sena jew aktar

Tip ieħor ta’ unità domestika

Ebda risposta (1)

Status tal-attività ewlenija (awtodefinit)

L-istatus awtodefinit tal-attività ewlenija hu l-perċezzjoni proprja tal-persuna tal-aktar attività attwali importanti li tiddeskrivi kif il-persuna tipperċepixxi primarjament lilha nnifisha. Filwaqt li għal persuna partikolari jaf ikun japplika aktar minn status ta’ attività wieħed, l-aktar wieħed importanti hu dak meqjus mill-perċezzjoni tal-persuna stess u li jirreferi għas-sitwazzjoni attwali.

Il-kategorija “servizz militari jew ċivili obbligatorju” jaf ma tkunx tapplika f’xi pajjiżi, u f’dan il-każ għandha titneħħa.

Impjegata

Qiegħda

Irtirata

Inkapaċi taħdem minħabba problemi ta’ saħħa dejjiema

Studenta

Twettaq kompiti domestiċi

Servizz militari jew ċivili obbligatorju (jekk applikabbli)

Oħrajn

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Impjieg ewlieni full-time jew part-time (awtodefinit)

Il-varjabbli jiddeskrivi l-involviment tas-soltu tal-ħin fl-impjieg ewlieni ta’ persuna b’impjieg, abbażi tal-perċezzjoni tal-persuna stess (jiġifieri, awtodefinit) tas-sigħat tas-soltu maħduma fl-impjieg ewlieni.

Il-varjabbli jiddistingwi bejn impjiegi full-time jew part-time. It-terminu “impjieg” jintuża b’referenza għall-impjieg. Persuna li taħdem f’impjieg part-time normalment taħdem anqas sigħat minn ħaddiem full-time paragunabbli. Id-distinzjoni tirreferi għas-sigħat li persuna taħdem normalment fl-impjieg ewlieni tul perjodu ta’ referenza itwal u dan jiġi awtodefinit, jiġifieri l-persuna trid tiddeċiedi jekk l-impjieg ewlieni tagħha fil-kuntest tal-professjoni jew tal-intrapriża tagħha hux part-time jew full-time.

Impjieg full-time

Impjieg part-time

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Status tal-impjieg fl-impjieg ewlieni

Il-varjabbli hu bbażat fuq il-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Istatus fl-Impjieg (l-ICSE) u jirreferi għall-impjieg ewlieni ta’ persuna fl-impjieg, kif ġej:

Persuni li jaħdmu għal rashom bl-impjegati — persuni li jaħdmu fin-negozju, fil-prattika professjonali jew fl-azjenda agrikola tagħhom stess għall-fini li jagħmlu qligħ permezz tal-oġġetti jew tas-servizzi prodotti, u li jimpjegaw tal-anqas persuna waħda oħra.

Persuni li jaħdmu għal rashom mingħajr impjegati — persuni li jaħdmu fin-negozju, fil-prattika professjonali jew fl-azjenda agrikola tagħhom stess għall-fini li jagħmlu qligħ permezz tal-oġġetti jew tas-servizzi prodotti, u li ma jimpjegawx persuni oħra.

Impjegati — persuni li jaħdmu għal impjegatur pubbliku jew privat abbażi ta’ kuntratt bil-miktub jew verbali u li jirċievu pagament ta’ flus kontanti jew in natura.

Ħaddiema tal-familja (bla ħlas) — persuni li jgħinu lil membru ieħor tal-familja fit-tmexxija ta’ azjenda agrikola jew negozju ieħor tal-familja, diment li dawn ma jkunux jitqiesu bħala impjegati fis-sens li ma jistgħux jirċievu ħlas għal xogħolhom.

Persuna li taħdem għal rasha bl-impjegati

Persuna li taħdem għal rasha mingħajr impjegati

Impjegata

Ħaddiema tal-familja (bla ħlas)

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Attività ekonomika tal-unità lokali għall-impjieg ewlieni

Il-varjabbli jiddetermina s-settur jew l-attività ekonomiċi tal-unità lokali (l-intrapriża) li fiha jinsab l-impjieg ewlieni — ta’ persuna fl-impjieg — skont il-kategoriji stabbiliti mill-Klassifikazzjoni Statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi (NACE  (3) Rev. 2).

Il-livell ta’ dettall meħtieġ (livell ta’ 1, 2 jew 3 ċifri) hu speċifiku għall-kuntest għal kull ġbir tal-mikrodata:

NACE Rev. 2

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Okkupazzjoni fl-impjieg ewlieni

Il-varjabbli jiddetermina l-okkupazzjoni fl-impjieg ewlieni ta’ persuna fl-impjieg, klassifikata skont il-kategoriji stabbiliti mill-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi, il-verżjoni tal-2008 (ISCO-08)  (4).

Il-livell ta’ dettall meħtieġ (livell ta’ 2 jew 4 ċifri) hu speċifiku għall-kuntest għal kull ġbir tal-mikrodata:

ISCO-08

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Livell edukattiv milħuq

Il-livell edukattiv milħuq ta’ individwu hu l-ogħla livell ISCED (Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni 2011  (5)) li ntemm b’suċċess. It-tlestija b’suċċess ta’ programm edukattiv hi vvalidata bi kwalifika rikonoxxuta uffiċjalment mill-awtoritajiet edukattivi nazzjonali rilevanti jew rikonoxxuta bħala ekwivalenti għal kwalifika oħra tal-edukazzjoni formali. Għall-pajjiżi li l-programmi edukattivi tagħhom, b’mod partikolari dawk li jappartjenu għal-livelli 1 u 2 tal-ISCED, ma jwasslux għal kwalifika, jista’ jintuża l-kriterju ta’ attendenza sħiħa tal-programm u ta’ kisba normali tal-aċċess għal livell edukattiv ogħla. Meta jiġi ddeterminat l-ogħla livell, jenħtieġ jitqiesu kemm l-edukazzjoni ġenerali kif ukoll dik vokazzjonali.

Il-kunċett ta’ “tlestija b’suċċess ta’ programm tal-edukazzjoni” tipikament jikkorrispondi għas-sitwazzjoni meta student jattendi korsijiet jew klassijiet u jikseb il-kwalifika finali relatata ma’ programm tal-edukazzjoni formali. F’dan ir-rigward, il-livell edukattiv milħuq jikkorrispondi għall-ogħla livell li ntemm b’suċċess fil-ġerarkija tal-ISCED.

Il-livell edukattiv milħuq hu ddefinit skont l-ISCED.

Il-kategorija “Mhux applikabbli” trid tintuża biex jingħaddu l-unitajiet statistiċi li huma parti mill-popolazzjoni tas-sors tad-data iżda li għalihom b’mod sistematiku ma tirrapporta l-ebda informazzjoni dwar il-varjabbli (eż. persuni taħt ċerta età).

Il-livell ta’ dettall tal-informazzjoni hu speċifiku għall-kuntest għal kull ġbir tad-data (id-dominju). Għal kull kategorija hemm indikati kodiċijiet ISCED-A fejn ikun hemm relazzjoni ta’ wieħed ma’ wieħed bejn kategorija u l-kodiċi Kategoriji addizzjonali huma speċifikati għal sitwazzjonijiet ta’ informazzjoni mhux kompluta dwar l-aċċess għall-edukazzjoni terzjarja jew l-orjentazzjoni kkunsidrati:

L-ebda edukazzjoni formali jew anqas mill-ISCED 1

0

ISCED 1 — Edukazzjoni primarja

1

ISCED 2 — Edukazzjoni sekondarja bażika

2

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja

3

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja — ġenerali

34

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja (ġenerali) — tlestija parzjali tal-livell, mingħajr aċċess dirett għall-edukazzjoni terzjarja

342

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja (ġenerali) — tlestija tal-livell, mingħajr aċċess dirett għall-edukazzjoni terzjarja

343

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja ġenerali (ġenerali) — tlestija tal-livell, b’aċċess dirett għall-edukazzjoni terzjarja

344

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja (ġenerali) — mingħajr distinzjoni possibbli tal-aċċess għall-edukazzjoni terzjarja

-

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja — vokazzjonali

35

ISCED 3dukazzjoni sekondarja għolja (vokazzjonali) — tlestija parzjali tal-livell, mingħajr aċċess dirett għall-edukazzjoni terzjarja

352

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għaolja (vokazzjonali) — tlestija tal-livell, mingħajr aċċess dirett għall-edukazzjoni terzjarja

353

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja (vokazzjonali) — tlestija tal-livell, b’aċċess dirett għall-edukazzjoni terzjarja

354

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja (vokazzjonali) — mingħajr distinzjoni possibbli tal-aċċess għall-edukazzjoni terzjarja

-

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja — orjentazzjoni mhux magħrufa

-

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja (orjentazzjoni mhux magħrufa) — tlestija parzjali tal-livell, mingħajr aċċess dirett għall-edukazzjoni terzjarja

-

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja (orjentazzjoni mhux magħrufa) — tlestija tal-livell, mingħajr aċċess dirett għall-edukazzjoni terzjarja

-

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja (orjentazzjoni mhux magħrufa) — tlestija tal-livell, b’aċċess dirett għall-edukazzjoni terzjarja

-

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja (orjentazzjoni mhux magħrufa) — mingħajr distinzjoni possibbli tal-aċċess għall-edukazzjoni terzjarja

-

ISCED 4 — Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja

4

ISCED 4 — Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja — ġenerali

44

ISCED 4 — Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja — vokazzjonali

45

ISCED 4 — Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja — orjentazzjoni mhux magħrufa

-

ISCED 5 — Edukazzjoni terzjarja f’ċikli qosra

5

ISCED 5 — Edukazzjoni terzjarja f’ċikli qosra — ġenerali

54

ISCED 5 — Edukazzjoni terzjarja f’ċikli qosra — vokazzjonali

55

ISCED 5 — Edukazzjoni terzjarja f’ċikli qosra — orjentazzjoni mhux magħrufa

-

ISCED 6 — Baċellerat jew livell ekwivalenti

6

ISCED 7 — Masters jew livell ekwivalenti

7

ISCED 8 — Dottorat jew livell ekwivalenti

8

Ebda risposta

 

Mhux applikabbli

 

Pajjiż tat-twelid

Il-pajjiż tat-twelid ta’ individwu hu ddefinit bħala l-pajjiż tar-residenza abitwali ta’ omm l-individwu fil-ħin tal-ħlas, skont il-fruntieri nazzjonali attwali (u mhux skont il-fruntieri fis-seħħ fil-ħin tat-twelid).

Jekk l-informazzjoni dwar il-post tar-residenza abitwali tal-omm fil-ħin tal-ħlas ma tkunx disponibbli, għandu jiġi rrappurtat il-post fejn ikun seħħ it-twelid.

Il-lista tal-pajjiżi u l-kodiċijiet korrispondenti hi ddefinita skont il-lista tal-Kodiċi Standard tal-Eurostat (SCL) GEO  (6)

Pajjiż tat-twelid (Kodiċi tal-SCL GEO)

Twelid barra mill-pajjiż iżda l-pajjiż tat-twelid mhux magħruf

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Pajjiż taċ-ċittadinanza ewlenija

Il-varjabbli jirrapporta dwar il-pajjiż taċ-ċittadinanza ewlenija tal-persuna, definita bħala r-rabta legali partikolari bejn individwu u l-Istat tiegħu, miksuba bit-twelid jew b’naturalizzazzjoni, kemm jekk permezz ta’ dikjarazzjoni, għażla, żwieġ jew mezzi oħra skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Persuna li jkollha żewġ ċittadinanzi jew aktar għandha tiġi allokata lil pajjiż wieħed biss taċ-ċittadinanza, li jrid jiġi determinat skont din l-ordni ta’ prijorità:

il-pajjiż rapportatur,

jekk il-persuna ma jkollhiex iċ-ċittadinanza tal-pajjiż rapportatur: Stat Membru ieħor,

jekk il-persuna ma jkollhiex iċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru: pajjiż ieħor barra l-Unjoni.

F’każijiet oħra (eż. ċittadinanza doppja fejn iż-żewġ pajjiżi jkunu fl-Unjoni iżda l-ebda wieħed minnhom ma jkun il-pajjiż rapportatur), il-persuna tista’ tagħżel liema pajjiż taċ-ċittadinanza għandu jiġi rreġistrat jew, jekk din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, il-pajjiż rapportatur jista’ jiddetermina liema pajjiż taċ-ċittadinanza għandu jiġi allokat.

Il-lista tal-pajjiżi u l-kodiċijiet korrispondenti hi ddefinita skont il-lista tal-Kodiċi Standard tal-Eurostat (SCL) GEO (6).

Il-kategorija “Apolidi” tikkorrispondi għal persuna mingħajr ċittadinanza rikonoxxuta ta’ stat.

Pajjiż taċ-ċittadinanza ewlenija (il-kodiċi tal-SCL GEO)

Apolidi

Ċittadinanza barranija iżda l-pajjiż mhux magħruf

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Pajjiż tat-twelid tal-missier

Il-varjabbli jirrapporta dwar il-pajjiż tat-twelid ta’ missier il-persuna, jiġifieri l-pajjiż tar-residenza abitwali (bil-fruntieri attwali tiegħu, jekk l-informazzjoni tkun disponibbli) ta’ omm il-missier il-persuna fil-ħin tal-ħlas tiegħu, jew, fin-nuqqas ta’ dan, il-pajjiż (bil-fruntieri attwali tiegħu, jekk l-informazzjoni tkun disponibbli) li fih seħħ it-twelid ta’ missier il-persuna.

L-informazzjoni dwar il-pajjiż tat-twelid tal-missier trid tinkiseb skont l-istess regoli kif previsti għall-varjabbli “Pajjiż tat-twelid”.

Il-“missier” hu ġenitur maskili ta’ “iben jew bint”, li jkun (bijoloġiku) naturali, adottiv jew ir-raġel tal-omm/tal-missier bi żwieġ ieħor.

Jekk il-persuna jkollha mhux biss missier (bijoloġiku) naturali iżda anki eż. missier adottiv jew ir-raġel tal-omm/tal-missier bi żwieġ ieħor, il-pajjiż tat-twelid jenħtieġ jirreferi għal min tabilħaqq rabba lill-persuna u aġixxa bħala l-missier f’sens affettiv jew legali, eż. il-gwardjan raġel.

Jekk il-persuna jkollha ġenituri tal-istess ġeneru, li t-tnejn ikunu nisa, dan il-varjabbli jista’ jintuża biex jiġi rrappurtat il-pajjiż tat-twelid ta’ waħda mill-ommijiet.

Il-lista tal-pajjiżi u l-kodiċijiet korrispondenti hi ddefinita skont il-lista tal-Kodiċi Standard tal-Eurostat (SCL) GEO (6).

Pajjiż tat-twelid tal-missier (il-kodiċi tal-SCL GEO)

Missier twieled barra mill-pajjiż iżda l-pajjiż tat-twelid tal-missier mhux magħruf

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Pajjiż tat-twelid tal-omm

Il-varjabbli jirrapporta dwar il-pajjiż tat-twelid ta’ omm il-persuna, jiġifieri l-pajjiż tar-residenza abitwali (bil-fruntieri attwali tiegħu, jekk l-informazzjoni tkun disponibbli) ta’ omm l-omm il-persuna fil-ħin tal-ħlas tagħha jew, fin-nuqqas ta’ dan, il-pajjiż (bil-fruntieri attwali tiegħu, jekk l-informazzjoni tkun disponibbli) li fih seħħ it-twelid ta’ omm il-persuna.

L-informazzjoni dwar il-pajjiż tat-twelid tal-omm trid tinkiseb skont l-istess regoli kif previsti għall-varjabbli “Pajjiż tat-twelid”.

L-“omm” hi ġenitur mara ta’ “iben jew bint”, jew (bijoloġika) naturali, adottiva jew il-mara tal-missier/tal-omm bi żwieġ ieħor.

Jekk il-persuna jkollha mhux biss omm (bijoloġika) naturali iżda anki eż. missier adottiv jew il-mara tal-missier/tal-omm, il-pajjiż tat-twelid għandu jirreferi għal min tabilħaqq rabba lill-persuna u aġixxa bħala omm f’sens affettiv jew legali, eż. il-gwardjana mara.

Jekk il-persuna jkollha ġenituri tal-istess ġeneru, li t-tnejn ikunu rġiel, dan il-varjabbli jista’ jintuża biex jiġi rrappurtat il-pajjiż tat-twelid ta’ wieħed mill-missirijiet.

Il-lista tal-pajjiżi u l-kodiċijiet korrispondenti hi ddefinita skont il-lista tal-Kodiċi Standard tal-Eurostat (SCL) GEO (6).

Pajjiż tat-twelid tal-omm (Kodiċi tal-SCL GEO)

Omm twieldet barra mill-pajjiż iżda l-pajjiż tat-twelid tal-omm mhux magħruf

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Pajjiż ta’ residenza

Il-pajjiż ta’ residenza hu l-pajjiż li fih il-persuna jew l-unità domestika għandha r-residenza abitwali tagħha, skont il-fruntieri nazzjonali kurrenti.

Il-lista tal-pajjiżi u l-kodiċijiet korrispondenti hi ddefinita skont il-lista tal-Kodiċi Standard tal-Eurostat (SCL) GEO (6).

Pajjiż ta’ residenza (il-kodiċi tal-SCL GEO)

Reġjun ta’ residenza

Ir-reġjun ta’ residenza hu r-reġjun, fil-pajjiż ta’ residenza li fih il-persuna jew l-unità domestika għandha r-residenza abitwali tagħha, definit għall-Istati Membri abbażi tan-Nomenklatura tal-Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (NUTS) imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 u fl-Anness I tiegħu.

Il-livell ta’ dettall (NUTS 1, 2 jew 3) hu speċifiku għall-kuntest għal kull ġbir tal-mikrodata:

Reġjun ta’ residenza (il-kodiċi NUTS)

Grad ta’ urbanizzazzjoni

Il-varjabbli jirrapporta dwar il-grad ta’ urbanizzazzjoni taż-żona li fiha l-persuna jew l-unità domestika għandha r-residenza abitwali tagħha, permezz tal-klassifikazzjoni tal-Unitajiet Amministrattivi Lokali (LAU) f’wieħed mit-tliet tipi ta’ żona:

1.

“Bliet”— żoni b’densità għolja ta’ popolazzjoni fejn tal-anqas 50 % tal-popolazzjoni tgħix f’ċentru urban.

2.

“Bliet żgħar u subborgi”— żoni b’densità intermedja fejn tal-anqas 50 % tal-popolazzjoni tgħix f’raggruppamenti urbani, iżda li mhumiex “bliet”.

3.

“Żoni rurali”— żoni b’popolazzjoni sparsa fejn aktar minn 50 % tal-popolazzjoni tgħix f’ċelloli tal-grilja rurali.

Bliet

Bliet żgħar u subborgi

Żoni rurali

Grilja tal-unitajiet domestiċi

Il-grilja tal-unitajiet domestiċi tirrapporta dwar il-kompożizzjoni tal-unitajiet domestiċi privati u r-relazzjonijiet intra-familjari bejn il-membri tal-unitajiet domestiċi. Il-grilja tal-unitajiet domestiċi għandha tkun fil-forma ta’ matriċi li jkun fiha r-relazzjonijiet bejn kull wieħed mill-membri kollha tal-unità domestika, fejn kull ringiela u kolonna tkun tikkorrispondi għal membru wieħed tal-unità domestika, u fejn ir-relazzjoni bejn il-membri tkun indikata mill-kategoriji standard fiċ-ċelloli fejn jiltaqgħu r-ringiela u l-kolonna tal-membri rispettivi, kif ġej:

“Sieħeb/sieħba” għandu jiġi definit skont l-istatus tas-sħubija jew tar-relazzjoni legali jew de facto.

Ir-“raġel” jew il-“mara” jew is-“sieħeb/sieħba ċivili” għandhom jiġu identifikati skont l-istat ċivili legali, jiġifieri l-istatus konjugali (legali) ta’ kull individwu fir-rigward tal-liġijiet taż-żwieġ (jew l-użanzi) tal-pajjiż (jiġifieri l-istatus de jure), inkluż is-sħab ċivili. Il-membri ta’ koppji tal-istess ġeneru jistgħu jkunu r-“raġel” jew il-“mara” jew is-“sieħeb/sieħba ċivili” jekk dan jiġi konkluż skont il-liġijiet taż-żwieġ (jew l-użanzi) tal-pajjiż.

“Sieħeb/sieħba” jew “konkubin” hu identifikat skont ir-relazzjoni de facto, jiġifieri l-istatus tas-sħubija jew tar-relazzjoni ta’ kull individwu f’termini tal-arranġamenti tal-għajxien attwali tiegħu fl-unità domestika.

“Iben” jew “bint”, kemm jekk naturali jew adottati jew iben jew bint miż-żwieġ ta’ qabel.

“Iben jew bint naturali naturali jew adottati” jew “iben jew bint il-mara jew ir-raġel” tirreferi għal membru (bijoloġiku) naturali, adottat jew miż-żwieġ ta’ qabel tal-familja (irrispettivament mill-età jew mill-istatus tas-sħubija jew tar-relazzjoni) li jkollu r-residenza abitwali fl-unità domestika ta’ mill-anqas wieħed mill-ġenituri. “Adozzjoni” tfisser it-teħid u t-trattament ta’ wild bijoloġiku ta’ ġenituri oħra daqslikieku tal-persuna adottiva stess sa fejn dan ikun previst mil-liġijiet tal-pajjiż. Permezz ta’ proċess ġudizzjarju, sew jekk relatat mal-adottatur u sew jekk le, il-wild adottat jikseb id-drittijiet u l-istatus ta’ wild bijoloġiku mwieled għall-ġenituri adottivi.

“Iben jew bint miż-żwieġ ta’ qabel” tirreferi għal sitwazzjoni meta ġenitur bi żwieġ ieħor jittratta lil wild is-sieħeb/sieħba tiegħu daqslikieku tiegħu sa fejn dan ikun previst mil-liġijiet tal-pajjiż, mingħajr ma jadottah.

“Iben jew bint tar-rispett” hi persuna li tkun is-sieħeb/sieħba legali jew de facto ta’ wild persuna.

“Neputi(ja)” tfisser il-wild ta’ wild ta’ persuna, inkluż it-tfal naturali, adottati u tar-rispett.

“Ġenitur” hu l-kontroparti tal-“iben jew bint naturali jew adottati” (ġenitur naturali jew adottiv) jew “iben jew bint miż-żwieġ ta’ qabel” (ġenitur bi żwieġ ieħor).

“Ġenitur tar-rispett” hi persuna li tkun ġenitur tas-sieħeb/sieħba legali jew de facto ta’ persuna.

“Nannu/a” tfisser ġenitur ta’ ġenitur ta’ persuna, inkluż il-ġenitur naturali, adottiv u bi żwieġ ieħor.

“Aħwa” tirreferi għal aħwa rġiel u nisa bijoloġiċi, adottivi jew bi żwieġ ieħor.

“Qarib ieħor” tirreferi għal qraba oħra mhux inklużi fil-lista msemmija fuq, bħall-kuġini, iz-zijiet jew in-neputijiet eċċ. u tkopri wkoll lin-neputijiet tar-rispett, in-nanniet tar-rispett u l-aħwa tar-rispett.

“Persuna oħra mhux qariba” tirreferi għal persuni mhux qraba, bħall-aupairs, il-ħbieb jew l-istudenti konkubini, eċċ. Anki t-tfal iffosterjati għandhom jiġu inklużi f’din il-kategorija.

Il-livell ta’ dettall tal-informazzjoni hu speċifiku għall-kuntest għal kull ġbir tal-mikrodata.

Sieħeb/sieħba

Ir-raġel jew il-mara jew is-sieħeb/sieħba ċivili

Sieħeb/sieħba jew konkubin(a)

Iben jew bint

Iben jew bint naturali jew adottati

Iben jew bint il-mara jew ir-raġel

Tifel jew tifla tar-rispett

Neputi(ja)

Ġenitur

Ġenitur naturali jew adottiv

Ġenitur bi żwieġ ieħor

Ġenitur tar-rispett

Nannu/a

Aħwa

Aħwa naturali

Aħwa tar-rispett

Qarib ieħor

Persuna oħra mhux qariba

Ebda risposta (1)

Daqs tal-unità domestika

Id-daqs tad-dar domestika hu definit bħala n-numru totali ta’ membri ta’ unità domestika privata.

Il-varjabbli jipprovdi informazzjoni dwar in-numru eżatt tal-membri tal-unità domestika.

Numru totali tal-membri tal-unità domestika

Ebda risposta

Stat tal-pussess tal-unità domestika

Il-varjabbli jirreferi għall-arranġamenti li skont dawn unità domestika privata tokkupa unità tal-abitazzjoni kollha jew parti minnha, fejn:

Il-kategoriji “Sid b’ipoteka pendenti” u “Sid mingħajr ipoteka pendenti” iridu jintużaw għall-unitajiet domestiċi privati fejn tal-anqas membru wieħed ta’ dik l-unità domestika jkun is-sid tal-unità tal-abitazzjoni fejn tgħix l-unità domestika, irrispettivament minn jekk xi membru ieħor tal-unità domestika hux inkwilin tal-unità tal-abitazzjoni kollha jew ta’ parti minnha. Persuna hi sid jekk ikollha titolu, indipendentement minn jekk id-dar tkunx tħallset kollha jew le. Sid tar-riverżjoni għandu jitqies bħala s-sid.

Il-kategorija “Sid b’ipoteka pendenti” tapplika għas-sitwazzjonijiet meta s-sid ikollu jħallas tal-anqas ipoteka pendenti waħda jew l-imgħax pendenti fuq l-ipoteka, jew it-tnejn, meħuda biex jixtri din l-unità tal-abitazzjoni.

Il-kategorija “Sid mingħajr ipoteka pendenti” tapplika għas-sitwazzjonijiet meta la hemm ipoteka pendenti u lanqas imgħax li għandu jitħallas lura fuq l-ipoteka. Il-ħlas ta’ ipoteki jew ta’ self fuq id-djar, jew it-tnejn, għal xi unità tal-abitazzjoni oħra (eż. għal abitazzjoni oħra) jew għal tiswijiet, għal rinnovazzjoni, għal manutenzjoni, jew għal xi skop mhux tal-abitazzjoni ma jikkwalifikax.

Il-kategoriji “inkwilin, kera bil-prezz tas-suq” jew “inkwilin, kera bi prezz imnaqqas” iridu jintużaw għall-unitajiet domestiċi li tagħhom tal-anqas membru wieħed ikun il-kerrej (unità tal-abitazzjoni mikrija mingħand is-sid) jew is-subinkwilin (unità tal-abitazzjoni sottomikrija mingħand xi ħadd li hu stess ikun inkwilin) tal-unità tal-abitazzjoni fejn ikun joqgħod, u fejn l-ebda membru ma jkun is-sid ta’ dik l-unità tal-abitazzjoni.

Il-kategorija “inkwilin, kera bil-prezz tas-suq” tapplika għall-unitajiet domestiċi li minnhom tal-anqas membru wieħed hu l-inkwilin jew is-subinkwilin li jħallas il-kera bi prezzijiet prevalenti jew tas-suq. Il-kategorija tapplika wkoll meta titħallas kera bil-prezz tas-suq iżda din tiġi rkuprata parzjalment jew kollha minn benefiċċji tal-akkomodazzjoni jew minn sorsi oħra, inkluż sorsi pubbliċi, tal-karità jew privati.

Il-kategorija “inkwilin, kera bi prezz imnaqqas” tkopri l-unitajiet domestiċi li jgħixu f’unitajiet tal-abitazzjoni bi prezz imnaqqas, jiġifieri bi prezz li jkun anqas mill-prezz tas-suq (iżda mhux mingħajr kera), u tinkludi l-każijiet meta t-tnaqqis fil-prezz jingħata:

(a)

bil-liġi

(b)

minħabba skema ta’ abitazzjoni soċjali

(c)

għal raġunijiet privati

(d)

minn impjegatur

Il-kategorija “inkwilin, mingħajr kera” tkopri l-unitajiet domestiċi li jgħixu f’unitajiet tal-abitazzjoni mingħajr kera, jiġifieri meta ma titħallas l-ebda kera, u tinkludi l-każijiet meta l-kera mingħajr ħlas tingħata

(a)

bil-liġi

(b)

minħabba skema ta’ abitazzjoni soċjali

(c)

għal raġunijiet privati

(d)

minn impjegatur

Il-kategorija “Mhux applikabbli” tkopri l-unitajiet domestiċi privati kollha li ma jgħixux f’abitazzjonijiet konvenzjonali kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1201/2009.

Sid mingħajr ipoteka pendenti

Sid b’ipoteka pendenti

Inkwilin, kera bil-prezz tas-suq

Inkwilin, kera bi prezz imnaqqas

Inkwilin, mingħajr kera

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli

Introjtu kurrenti nett fix-xahar tal-unità domestika

Il-varjabbli jirrapporta dwar l-introjtu kurrenti nett fix-xahar ta’ unità domestika privata, jiġifieri t-total tal-introjtu tal-membri kollha tal-unità domestika riċevut individwalment jew kollha f’daqqa — inkluż l-introjtu minn impjieg, minn benefiċċji soċjali, u introjtu ieħor fi flus, u wara t-tnaqqis ta’ trasferimenti ta’ flus imħallsa lil unitajiet domestiċi oħra — wara t-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni soċjali.

Il-varjabbli għandu l-għan li jipprovdi informazzjoni dwar l-introjtu tal-unità domestika li jibqa’ disponibbli biex jintefaq jew jiġġemma’ kull xahar bħala medja. Jekk l-introjtu tal-unità domestika jvarja sostanzjalment minn xahar għal xahar, trid tingħata stima tal-introjtu nett tipiku jew tas-soltu fix-xahar li tkun tirrifletti s-sitwazzjoni tal-introjtu kurrenti tal-unità domestika. Jekk l-introjtu tal-unità domestika fix-xahar ivarja sostanzjalment tul is-sena bħal fil-każ ta’ attività staġunali, trid tingħata l-medja fix-xahar tal-introjtu annwali.

L-introjtu kurrenti nett fix-xahar irid jingħata bħala introjtu kurrenti nett totali tal-unità domestika jew bħala wieħed mill-ħames gruppi ta’ introjtu ekwivalizzat.

Il-limiti bejn il-ħames gruppi ta’ introjtu ekwivalizzat huma determinati mill-kwintili tad-distribuzzjoni tal-varjabbli u huma definiti kif ġej:

“Grupp ta’ introjtu kurrenti nett ekwivalizzat fix-xahar aktar baxx” jikkorrispondi għall-unitajiet domestiċi b’livell ta’ introjtu ekwivalizzat anqas mill-ewwel kwintil.

“Grupp ta’ introjtu kurrenti nett ekwivalizzat fix-xahar baxx sa medju” jikkorrispondi għall-unitajiet domestiċi b’livell ta’ introjtu ekwivalizzat daqs jew akbar mill-ewwel kwintil u inqas mit-tieni kwintil.

“Grupp ta’ introjtu kurrenti nett ekwivalizzat fix-xahar medju” jikkorrispondi għall-unitajiet domestiċi b’livell ta’ introjtu ekwivalizzat daqs jew akbar mit-tieni kwintil u anqas mit-tielet kwintil.

“Grupp ta’ introjtu kurrenti nett ekwivalizzat fix-xahar medju sa għoli” jikkorrispondi għall-unitajiet domestiċi b’livell ta’ introjtu ekwivalizzat daqs jew akbar mit-tielet kwintil u anqas mir-raba’ kwintil.

“Grupp ta’ introjtu kurrenti nett ekwivalizzat fix-xahar għoli” jikkorrispondi għall-unitajiet domestiċi b’livell ta’ introjtu ekwivalizzat daqs jew akbar mir-raba’ kwintil.

L-ekwivalizzazzjoni tikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ ponderazzjonijiet għall-membri tal-unitajiet domestiċi li jirriflettu d-differenzi fid-daqs u fil-kompożizzjoni tal-unità domestika, kif ġej: ponderazzjoni ta’ 1,0 tiġi applikata għall-ewwel membru tal-unità domestika li għandu 14-il sena jew aktar; 0,5 għat-tieni u għal kull membru sussegwenti li għandu 14-il sena jew aktar, u 0,3 għal kull wild li għandu anqas minn 14-il sena.

Grupp ta’ introjtu kurrenti nett ekwivalizzat fix-xahar aktar baxx

Grupp ta’ introjtu kurrenti nett ekwivalizzat fix-xahar baxx sa medju

Grupp ta’ introjtu kurrenti nett ekwivalizzat fix-xahar medju

Grupp ta’ introjtu kurrenti nett ekwivalizzat fix-xahar medju sa għoli

Grupp ta’ introjtu kurrenti nett ekwivalizzat fix-xahar ogħla

Introjtu kurrenti nett totali fix-xahar tal-unità domestika (numru espress bil-munita nazzjonali)

Ebda risposta (1)

Permanenza tal-impjieg ewlieni

Il-varjabbli jiddistingwi jekk l-impjieg ewlieni għandux durata limitata (jiġifieri l-impjieg jew il-kuntratt jintemmx wara perjodu predefinit), jew hux ibbażat fuq kuntratt permanenti mingħajr tmiem fiss. Il-varjabbli jirreferi għall-impjieg ewlieni ta’ persuna fl-impjieg li tkun qed taħdem bħala impjegata.

It-terminu “impjieg” jintuża b’referenza għall-impjieg. Il-kriterju li jiddetermina jekk persuna tkunx fl-impjieg hu speċifiku għall-kuntest għal kull ġbir tal-mikrodata.

Impjieg wieħed hu sett ta’ kompiti u dmirijiet imwettqa għal unità ekonomika waħda. Il-persuni jista’ jkollhom impjieg wieħed jew aktar. Għall-impjegati, kull kuntratt jista’ jitqies bħala sett separat ta’ kompiti u dmirijiet, u għaldaqstant bħala impjieg separat. F’każijiet ta’ involviment f’diversi impjiegi, l-impjieg ewlieni jkun dak bl-itwal sigħat normalment maħduma, kif definit fl-istandards statistiċi internazzjonali fuq il-ħin tax-xogħol.

Impjieg b’kuntratt għal terminu fiss jintemm wara perjodu ta’ żmien predeterminat (b’data magħrufa), jew wara perjodu mhux prestabbilit, iżda xorta definit bi kriterji oġġettivi, bħat-tlestija ta’ kompitu jew il-perjodu ta’ assenza ta’ impjegat sostitwit temporanjament.

Impjieg b’kuntratt li ma għandux tmiem predefinit bħal dan, jitqies permanenti.

Dak li jgħodd bħala impjieg hu l-ftehim kuntrattwali jew dak informali jew verbali tar-relazzjoni tal-impjieg, u mhux l-istennija li r-rispondent jaf jitlef l-impjieg tiegħu, il-pjan tiegħu li jitlaq mill-impjieg, ix-xewqa tiegħu li jibqa’ fl-impjieg jew il-probabbiltà li jibqa’ fl-impjieg b’mod permanenti.

Il-livell ta’ dettall tal-informazzjoni hu speċifiku għall-kuntest għal kull ġbir tal-mikrodata.

Kuntratt għal terminu fiss

kuntratt bil-miktub għal terminu fiss

ftehim verbali għal terminu fiss

Impjieg permanenti

kuntratt bil-miktub permanenti

ftehim verbali permanenti

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Responsabbiltajiet superviżorji

Il-varjabbli jirreferi għall-impjieg ewlieni attwali ta’ persuna fl-impjieg li tkun impjegata u jiddistingwi bejn impjegati b’kompiti superviżorji u dawk mingħajrhom. Persuna titqies li għandha responsabbiltajiet superviżorji jekk formalment tkun twettaq superviżjoni tax-xogħol ta’ mill-anqas persuna oħra. Ir-responsabbiltajiet lejn l-apprendisti u t-trainees ma jgħoddux bħala superviżjoni u lanqas il-kontrolli tal-kwalità (verifika tal-output tas-servizzi iżda mhux il-ħidma li jagħmlu persuni oħrajn) jew il-konsulenzi.

Iva

Le

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Sena meta l-persuna bdiet taħdem għall-impjegatur tagħha jew għal rasha

Il-varjabbli jirreferi għall-impjieg ewlieni attwali ta’ persuna fl-impjieg u jirrapporta dwar is-sena meta l-persuna bdiet taħdem għall-impjegatur attwali tagħha jew għal rasha fin-negozju attwali.

Sena meta l-persuna bdiet taħdem għall-impjegatur attwali jew għal rasha fl-impjieg ewlieni (espressa f’erba’ ċifri)

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Daqs tal-unità lokali għall-impjieg ewlieni

Il-varjabbli jirreferi għall-impjieg ewlieni ta’ persuna fl-impjieg u jirrapporta dwar in-numru ta’ persuni li jaħdmu għall-unità lokali inkluż dawk li jaħdmu fil-post tal-unità, u dawk li jaħdmu barra u li organizzazzjonalment jappartjenu għaliha u li jitħallsu minnha. Tinkludi wkoll lis-sidien tax-xogħol u lis-sħab li jaħdmu regolarment fl-unità u lill-ħaddiema bla ħlas tal-familja, kif ukoll lill-ħaddiema part-time li jitħallsu. Anki l-ħaddiema staġunali, l-apprendisti, it-trainees u l-ħaddiema mid-dar li jitħallsu huma inklużi.

L-unità lokali hi intrapriża jew parti minnha li tkun tinsab f’post identifikat ġeografikament.

Numru eżatt ta’ persuni, jekk bejn 1 u 9

Minn 10 sa 19-il persuna

Minn 20 sa 49 persuna

Minn 50 sa 249 persuna

250 persuna jew aktar

Mhux magħruf iżda anqas minn 10 persuni

Mhux magħruf iżda 10 persuni jew aktar

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Eżistenza ta’ esperjenza preċedenti tal-impjieg

Il-varjabbli jipprovdi informazzjoni dwar jekk persuna — li mhix fl-impjieg — kinitx fl-impjieg qabel (skont id-definizzjoni ta’ impjieg  (7) tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol), u dwar jekk l-esperjenza preċedenti tal-impjieg kinitx limitata jew le għal xogħol purament okkażjonali.

Il-kategorija “Il-persuna qatt ma kienet fl-impjieg” tkopri lill-persuni li qatt ma kellhom esperjenza tal-impjieg.

Il-kategorija “Il-persuna għandha esperjenza tal-impjieg limitata għal xogħol purament okkażjonali” tkopri lill-persuni li għandhom esperjenza tal-impjieg, u din l-esperjenza hi limitata għal xogħol purament okkażjonali. Għall-finijiet ta’ dan il-varjabbli, jenħtieġ li x-xogħol ta’ koskritt ma jitqiesx bħala esperjenza tal-impjieg.

Il-kategorija “Il-persuna għandha esperjenza tal-impjieg li mhux xogħol purament okkażjonali” tkopri lill-persuni li għandhom esperjenza tal-impjieg, għajr il-każijiet meta din l-esperjenza hi limitata għal xogħol purament okkażjonali.

Il-persuna qatt ma kienet fl-impjieg

Il-persuna għandha esperjenza tal-impjieg limitata għal xogħol purament okkażjonali

Il-persuna għandha esperjenza tal-impjieg li mhux xogħol purament okkażjonali

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ formali (student jew apprendist) fil-perjodu ta’ referenza

Il-varjabbli jkejjel il-parteċipazzjoni ta’ persuna fl-edukazzjoni u t-taħriġ formali billi jistabbilixxi jekk il-persuna hix reġistrata bħala student jew apprendist fi programm tal-edukazzjoni formali tul il-perjodu ta’ referenza (li jrid jiġi definit għal kull ġbir tal-mikrodata).

Iva

Le

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Livell tal-attività attwali jew l-aktar edukazzjoni jew taħriġ formali riċenti

Il-varjabbli jkejjel il-livell tal-aktar attività riċenti tal-edukazzjoni jew t-taħriġ formali — li persuna pparteċipat fiha tul perjodu ta’ referenza partikolari (li jrid jiġi definit għal kull ġbir tal-mikrodata) — skont il-kategoriji tal-Istandard Internazzjonali tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni għall-Programmi tal-Edukazzjoni 2011 (5) (ISCED-P 2011).

Il-livell ta’ dettall tal-informazzjoni hu speċifiku għall-kuntest għal kull ġbir tad-data (id-dominju). Għal kull kategorija hemm indikati kodiċijiet ISCED-P fejn ikun hemm relazzjoni ta’ wieħed ma’ wieħed bejn kategorija u l-kodiċi

ISCED 0 — Edukazzjoni bikrija

0

ISCED 1 — Edukazzjoni primarja

1

ISCED 2 — Edukazzjoni sekondarja bażika

2

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja

3

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja — ġenerali

34

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja — vokazzjonali

35

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja — orjentazzjoni mhux magħrufa (8)

-

ISCED 4 — Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja

4

ISCED 4 — Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja — ġenerali

44

ISCED 4 — Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja — vokazzjonali

45

ISCED 4 — Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja — orjentazzjoni mhux magħrufa (8)

-

ISCED 5 — Edukazzjoni terzjarja f’ċikli qosra

5

ISCED 5 — Edukazzjoni terzjarja f’ċikli qosra — ġenerali

54

ISCED 5 — Edukazzjoni terzjarja f’ċikli qosra — vokazzjonali

55

ISCED 5 — Edukazzjoni terzjarja f’ċikli qosra — orjentazzjoni mhux magħrufa (8)

-

ISCED 6 — Baċellerat jew livell ekwivalenti

6

ISCED 7 — Masters jew livell ekwivalenti

7

ISCED 8 — Dottorat jew livell ekwivalenti

8

Ebda risposta (1)

 

Mhux applikabbli (2)

 

Sena meta ntlaħaq b’suċċess l-ogħla livell edukattiv

Is-sena meta ntlaħaq b’suċċess l-ogħla livell edukattiv (espressa b’erba’ ċifri)

Il-varjabbli jirreferi għas-sena meta ntlaħaq b’suċċess l-ogħla livell edukattiv u jikkonċerna lil persuni li ħalqu livell edukattiv tal-edukazzjoni primarja (ISCED 1) jew ogħla.

Il-kategorija “Mhux applikabbli” tkopri individwi mingħajr edukazzjoni formali jew li laħqu livell edukattiv anqas mill-edukazzjoni primarja (ISCED 1). Il-kategorija “Mhux applikabbli” trid tintuża wkoll biex jingħaddu l-unitajiet statistiċi li huma parti mill-popolazzjoni tas-sors tad-data iżda li għalihom b’mod sistematiku ma tirrapporta l-ebda informazzjoni dwar il-varjabbli (eż. persuni taħt ċerta età).

Sena meta ntemm b’suċċess l-ogħla livell edukattiv (4 ċifri)

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Qasam tal-ogħla livell edukattiv milħuq b’suċċess

Il-qasam tal-ogħla livell edukattiv milħuq b’suċċess minn persuni li laħqu livell edukattiv tal-ISCED 3 jew ogħla.

Il-qasam tal-ogħla livell edukattiv milħuq b’suċċess hu bbażat fuq “Oqsma tal-Edukazzjoni u tat-Taħriġ ISCED” (ISCED-F 2013)  (8) Il-qasam hu d-dominju wiesa’, il-fergħa jew is-suġġett tal-kontenut kopert minn programm edukattiv jew kwalifika.

Il-kategorija “Mhux applikabbli” tkopri lil individwi mingħajr edukazzjoni formali jew li laħqu livell edukattiv anqas mill-ISCED 3.

Il-livell ta’ dettall tal-informazzjoni hu speċifiku għall-kuntest għal kull ġbir tad-data (id-dominju). Għal kull kategorija hemm indikati kodiċijiet ISCED-F fejn ikun hemm relazzjoni ta’ wieħed ma’ wieħed bejn kategorija u l-kodiċi  (9):

Programmi u kwalifiki ġeneriċi

00

Programmi u kwalifiki bażiċi

001

Litteriżmu u numeriżmu

002

Ħiliet u żvilupp personali

003

Programmi u kwalifiki ġeneriċi mhux definiti aktar

(009)

Edukazzjoni

01

Edukazzjoni

011

Programmi u kwalifiki interdixxiplinari li jinvolvu l-edukazzjoni

018

Arti u studji umanistiċi

02

Arti

021

Studji umanistiċi (għajr il-lingwi)

022

Lingwi

023

Programmi u kwalifiki interdixxiplinari li jinvolvu l-arti u l-istudji umanistiċi

028

Arti u studji umanistiċi mhux definiti aktar

(029)

Xjenzi soċjali, ġurnaliżmu u informazzjoni

03

Xjenzi soċjali u komportamentali

031

Ġurnaliżmu u informazzjoni

032

Programmi u kwalifiki interdixxiplinari li jinvolvu xjenzi soċjali, ġurnaliżmu u informazzjoni

038

Xjenzi soċjali, ġurnaliżmu u informazzjoni mhux definiti aktar

(039)

Negozju, amministrazzjoni u liġi

04

Negozju u amministrazzjoni

041

Liġi

042

Programmi u kwalifiki interdixxiplinari li jinvolvu negozju, amministrazzjoni u liġi

048

Negozju, amministrazzjoni u liġi mhux definiti aktar

(049)

Xjenzi naturali, matematika, statistiki

05

Xjenzi bijoloġiċi u relatati

051

Ambjent

052

Xjenzi fiżiċi

053

Matematika u statistika

054

Programmi u kwalifiki interdixxiplinari li jinvolvu xjenzi naturali, matematika u statistiki

058

Xjenzi naturali, matematika u statistiki mhux definiti aktar

(059)

Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICTs)

06

Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni

061

Programmi u kwalifiki interdixxiplinari li jinvolvu t-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICTs)

068

Inġinerija, manifattura u kostruzzjoni

07

Inġinerija u snajja’ tal-inġinerija

071

Manifattura u pproċessar

072

Arkitettura u kostruzzjoni

073

Programmi u kwalifiki interdixxiplinari li jinvolvu inġinerija, manifattura u kostruzzjoni

078

Inġinerija, manifattura u kostruzzjoni mhux definiti aktar

(079)

Agrikoltura, forestrija, sajd u studji veterinarji

08

Agrikoltura

081

Forestrija

082

Sajd

083

Studji veterinarji

084

Programmi u kwalifiki interdixxiplinari li jinvolvu agrikoltura, forestrija, sajd u studji veterinarji

088

Agrikoltura, forestrija, sajd u studji veterinarji mhux definiti aktar

(089)

Saħħa u benesseri

09

Saħħa

091

Benesseri

092

Programmi u kwalifiki interdixxiplinari li jinvolvu s-saħħa u l-benesseri

098

Saħħa u benesseri mhux definiti aktar

(099)

Servizzi

10

Servizzi personali

101

Servizzi tal-iġjene u tas-saħħa okkupazzjonali

102

Servizzi tas-sigurtà

103

Servizzi tat-trasport

104

Programmi u kwalifiki interdixxiplinari li jinvolvu servizzi

108

Servizzi mhux definiti aktar

(109)

Ebda risposta

 

Mhux applikabbli

 

Durata tas-soġġorn fil-pajjiż ta’ residenza fi snin sħaħ

Id-durata tas-soġġorn fil-pajjiż ta’ residenza fi snin sħaħ tiddeskrivi l-intervall taż-żmien minn meta persuna tkun stabbiliet l-aktar residenza abitwali riċenti tagħha fil-pajjiż rapportatur, espress fi snin sħaħ, bħala waħda minn dawn li ġejjin:

Imwielda f’dan il-pajjiż u qatt ma għexet barra mill-pajjiż għal perjodu minimu ta’ sena, u tkopri lil dawk il-persuni li twieldu fil-pajjiż rapportatur u li qatt ma kellhom ir-residenza abitwali tagħhom f’pajjiż ieħor għajr il-pajjiż rapportatur għal tal-anqas sena.

Numru ta’ snin fil-pajjiż minn meta ġiet stabbilita l-aħħar ir-residenza abitwali f’dan il-pajjiż — numru sħiħ li jiddeskrivi l-perjodu taż-żmien minn meta persuna tkun stabbiliet l-aktar residenza abitwali riċenti tagħha sad-data ta’ referenza (speċifika għal kull ġabra ta’ mikrodata soċjali) fi snin sħaħ.

Imwielda f’dan il-pajjiż u qatt ma għexet barra mill-pajjiż għal perjodu minimu ta’ sena

Numru ta’ snin f’dan il-pajjiż (mill-aħħar stabbiliment tal-post ta’ residenza abitwali f’dan il-pajjiż) (2 ċifri)

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Saħħa ġenerali awtoperċepita

Is-saħħa ġenerali awtoperċepita hi valutazzjoni soġġettiva mill-individwu dwar is-saħħa tal-persuna b’mod ġenerali (aktar milli l-istat attwali tas-saħħa jew xi problemi temporanji possibbli tas-saħħa), inkluż dimensjonijiet differenti tas-saħħa, jiġifieri l-funzjonament fiżiku u emozzjonali, is-saħħa mentali (li tkopri l-benesseri psikoloġiku u d-disturbi mentali), u sinjali u sintomi bijomediċi.

Tajba ħafna

Tajba

Passabbli (la tajba u lanqas ħażina)

Ħażina

Ħażina ħafna

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Problema ta’ saħħa dejjema

Il-varjabbli “problemi ta’ saħħa dejjiema” hu valutazzjoni soġġettiva mill-individwu rigward il-problemi tas-saħħa kroniċi ta’ persuna li tkopri dimensjonijiet fiżiċi, emozzjonali, komportamentali u mentali differenti tas-saħħa, tal-mard u tad-disturbi, kif ukoll uġigħ, nuqqas ta’ saħħa minħabba aċċidenti u korrimenti jew kundizzjonijiet konġenitali. Il-karatteristiċi ta’ kundizzjoni li ilha teżisti jew kronika huma li din tkun permanenti u tista’ tkun mistennija li teżiġi perjodu twil ta’ superviżjoni, ta’ osservazzjoni jew ta’ kura. Jenħtieġ li l-mard jew l-problemi ta’ saħħa dejjiema jkunu ilhom (jew kienu rikorrenti) jew ikunu mistennija jdumu (jirrikorru) għal 6 xhur jew aktar.

Il-kategorija “Iva” tirreferi għall-okkorrenza ta’ problema ta’ saħħa dejjiema jew kronika waħda jew aktar, u “Le” tirreferi għan-nuqqas ta’ xi problema ta’ saħħa dejjiema jew kronika kif perċepita mir-rispondent.

Iva

Le

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Limitazzjoni fl-attivitajiet minħabba problemi tas-saħħa

Il-varjabbli jkejjel il-livell awtovalutat individwali ta’ limitazzjoni jew limitazzjonijiet kontinwi dejjiema (ta’ mill-anqas 6 xhur) minħabba problema jew problemi ta’ saħħa (kemm jekk fiżiċi, mentali jew emozzjonali, inkluż indeboliment jew limitazzjonijiet minħabba xjuħija) fil-parteċipazzjoni fl-attivitajiet li l-persuna normalment kienet twettaq.

Attività hi definita bħala t-twettiq ta’ kompitu jew ta’ azzjoni minn individwu. Il-limitazzjonijiet ta’ attività huma definiti bħala diffikultajiet minn individwu fit-twettiq ta’ attività, ivvalutati skont standard tal-popolazzjoni ġeneralment aċċettat, fir-rigward tal-aspettattivi kulturali u soċjali b’rabta mal-attivitajiet li normalment jagħmlu n-nies, li jkopru l-firxa kollha tax-xogħol jew tal-attivitajiet fl-iskola, fid-dar u fil-ħin liberu.

Jenħtieġ li l-persuni b’kundizzjonijiet tas-saħħa rikorrenti jew li jvarjaw ikunu jirreferu għall-aktar sitwazzjoni frekwenti li taffettwa l-attivitajiet tas-soltu tagħhom:

“Limitazzjoni serja” tfisser li t-twettiq jew l-eżekuzzjoni ta’ attività ma jistgħux isiru jew isiru biss b’diffikultà estrema u normalment bl-għajnuna ta’ persuni oħra.

“Limitazzjoni iżda mhux serja” tfisser li t-twettiq jew l-eżekuzzjoni ta’ attività tas-soltu tista’ ssir b’xi diffikultajiet, iżda normalment mingħajr il-ħtieġa ta’ għajnuna ta’ persuni oħra (jew normalment l-għajnuna ma tkunx ta’ kuljum).

“Ebda limitazzjoni affattu” tfisser li t-twettiq jew l-eżekuzzjoni ta’ attivitajiet tas-soltu jistgħu jsiru mingħajr diffikultà, jew li kull limitazzjoni possibbli tal-attività ma tkunx damet aktar mill-aħħar 6 xhur.

Limitatazzjoni serja

Limitatazzjoni iżda mhux serja

Ebda limitazzjoni affattu

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Modi tal-intervista użata

Il-varjabbli jirrapporta dwar il-metodu użat biex tinġabar l-informazzjoni mingħand ir-rispondent. Jekk id-data mingħand rispondent tinġabar b’diversi modi, il-varjabbli jirrapporta dwar l-aktar mod użat b’mod predominanti.

Fil-PAPI, il-CAPI u l-CATI, ikun hemm preżenti intervistatur. Il-CAWI hu awtoamministrat u r-rispondent isegwi skritt mogħti fuq is-sit web.

Il-kategorija “Oħrajn” tapplika meta l-mod użat tal-intervista ma jkunx kopert mill-kategoriji l-oħra, eż. intervista awtoamministrata assistita bil-karti (PASI) jew intervista awtoamministrata assistita b’kompjuter mhux ibbażat fuq il-web (CASI).

Il-kategorija “Mhux applikabbli” trid tintuża biex jingħaddu l-unitajiet statistiċi — li huma parti mill-popolazzjoni tas-sors tad-data— li għalihom ma tiġi rrappurtata l-ebda informazzjoni dwar dan il-varjabbli, eż. fil-każ ta’ persuni taħt ċerta età, kif ukoll fil-każ li l-informazzjoni kollha tkun inkisbet minn reġistri (jiġifieri data amministrattiva) jew imputata, jew it-tnejn, u ma tkun saret l-ebda intervista.

Intervista personali assistita bil-karti (PAPI)

Intervista personali assistita b’kompjuter (CAPI)

Intervista tat-telefown assistita b’kompjuter (CATI)

Intervista fuq il-web assistita b’kompjuter (CAWI)

Oħrajn

Mhux applikabbli

Tip ta’ parteċipazzjoni fl-istħarriġ

Il-varjabbli jirrapporta dwar jekk l-informazzjoni mitluba ġietx mogħtija mir-rispondent magħżul, jew permezz ta’ persuna oħra (rispondent bi prokura).

Ir-rispondent magħżul hu l-persuna indikata fid-dispożizzjonijiet għal kull ġbir tal-mikrodata, li tintalab tagħti l-informazzjoni.

“Parteċipazzjoni diretta” tirreferi għal sitwazzjoni meta r-rispondent magħżul jagħti l-informazzjoni mitluba waħdu hu stess. Il-parteċipazzjoni diretta tinkludi wkoll każijiet meta r-rispondent magħżul ikun ta l-informazzjoni mitluba bl-għajnuna ta’ persuna oħra (eż. traduzzjoni, assistenza fiżika) u jkun ivvalida t-tweġibiet mogħtija.

“Parteċipazzjoni indiretta” tirreferi għal sitwazzjoni meta l-informazzjoni mitluba lir-rispondent magħżul tkun tatha persuna terza (jiġifieri rispondent bi prokura) mingħajr ma tkun ġiet validata mir-rispondent magħżul.

Il-kategorija “Mhux applikabbli” trid tintuża biex jingħaddu l-unitajiet statistiċi — li huma parti mill-popolazzjoni tas-sors tad-data— li għalihom ma tiġi rrappurtata l-ebda informazzjoni dwar dan il-varjabbli kif ukoll fil-każ li l-informazzjoni kollha tkun inkisbet minn reġistri (jiġifieri data amministrattiva) jew imputata, jew it-tnejn, u ma tkun saret l-ebda intervista.

Parteċipazzjoni diretta

Parteċipazzjoni indiretta

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli

Strat

L-istrat primarju li jikkorrispondi għal kull unità tal-osservazzjoni (persuna individwali jew unità domestika) jekk il-popolazzjoni fil-mira (jew parti minnha) tkun stratifikata fl-ewwel stadju tad-disinn tal-kampjun, filwaqt li jipprovdi kodiċijiet tal-identifikazzjoni għall-istrati differenti (identifikatur tal-istrat). Stratifikazzjoni ta’ popolazzjoni tfisser li din tinqasam f’subpopolazzjonijiet li ma jirkbux fuq xulxin, imsejħa strati. Imbagħad jintgħażlu kampjuni indipendenti f’kull strat.

L-informazzjoni rreġistrata tirreferi dejjem għas-sitwazzjoni fil-mument tal-għażla tal-unità statistika kkonċernata (persuna individwali jew unità domestika).

Il-kategorija “Identifikatur tal-istrat” tipprovdi l-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-istrat li tappartjeni għalih kull unità tal-osservazzjoni (individwu jew unità domestika). Il-kodiċijiet tal-identifikazzjoni tal-istrat iridu jintużaw jekk il-popolazzjoni fil-mira tkun ġiet stratifikata, jew jekk ikunu tqiesu l-unitajiet primarji tal-kampjunar awtorappreżentattivi (il-PSUs).

Il-kategorija “Mhux applikabbli” trid tintuża jekk il-popolazzjoni fil-mira ma tkunx ġiet stratifikata fl-ewwel stadju tal-proċess tal-kampjunar (eż. meta l-kampjun ikun ittieħed b’kampjunar aleatorju sempliċi jew b’kampjunar aleatorju minn raggruppamenti), u ma jkunux tqiesu l-PSUs awtorappreżentattivi.

Identifikatur tal-istrat

Mhux applikabbli

Unità Primarja tal-Kampjunar (PSU)

Il-varjabbli jirrapporta dwar l-unità primarja tal-kampjunar (il-PSU) li tikkorrispondi għal kull unità tal-osservazzjoni (persuna individwali jew unità domestika) jekk il-popolazzjoni fil-mira tinqasam f’raggruppamenti, filwaqt li jipprovdi l-kodiċijiet tal-identifikazzjoni għar-raggruppamenti jew il-PSUs.

Popolazzjoni tinqasam f’raggruppamenti (jiġifieri f’subpopolazzjonijiet mhux konġunti) jekk il-kampjunar ta’ elementi diretti jkun impossibbli (minħabba nuqqas ta’ qafas tal-kampjunar) jew inkella l-implimentazzjoni tiegħu tkun għalja wisq (il-popolazzjoni jkollha distribuzzjoni ġeografika wiesgħa). Imbagħad jintgħażel kampjun tar-raggruppamenti (PSUs) fl-ewwel stadju tal-proċess tal-kampjunar.

L-informazzjoni rreġistrata dejjem tirreferi għas-sitwazzjoni fil-mument tal-għażla tal-unità kkonċernata (individwu jew unità domestika).

Il-kategorija “Identifikatur primarju tal-unità tal-kampjunar” tipprovdi l-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-PSU (fost il-PSUs magħżula) li tappartjeni għalih kull unità tal-osservazzjoni (individwu jew domestika), jekk il-popolazzjoni fil-mira tkun inqasmet f’raggruppamenti fl-ewwel stadju tal-kampjunar.

Il-kategorija “Mhux applikabbli” trid tintuża meta l-popolazzjoni fil-mira ma tkunx ġiet raggruppata fl-ewwel stadju tal-proċess tal-kampjunar, eż. meta l-kampjun ikun ittieħed b’kampjunar aleatorju sempliċi jew b’kampjunar aleatorju stratifikat.

Identifikatur primarju tal-unità tal-kampjunar

Mhux applikabbli


(1)  Il-kategorija “Ebda risposta” trid tintuża għall-każijiet ta’ nonrisponsività, eż. ir-rispondent ma jafx it-tweġiba jew jirrifjuta li jwieġeb.

(2)  Il-kategorija “Mhux applikabbli” trid tintuża għall-każijiet barra mill-ambitu ta’ varjabbli speċifiku, jiġifieri bħala riżultat tal-applikazzjoni ta’ filtru għal dak il-varjabbli, u trid tintuża wkoll biex jingħaddu l-unitajiet statistiċi – li huma parti mill-popolazzjoni tas-sors tad-data – li għalihom ma tiġi rrapportata b’mod sistematiku l-ebda informazzjoni dwar dan il-varjabbli, eż. fil-każ ta’ persuni taħt ċerta età.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90, kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(4)  http://ec.europa.eu/eurostat/documents/1978984/6037342/ISCO-08.pdf (il-verżjoni bl-Ingliż, disponibbli wkoll bil-Franċiż u bil-Ġermaniż).

(5)  http://uis.unesco.org/sites/default/files/documents/international-standard-classification-of-education-isced-2011-en.pdf (disponibbli bl-Ingliż u bil-Franċiż).

(6)  http://uis.unesco.org/sites/default/files/documents/international-standard-classification-of-education-isced-2011-en.pdf (disponibbli bl-Ingliż u bil-Franċiż).

(7)  Dawk li qatt ma kellhom esperjenza tal-impjieg f’impjieg bi ħlas jew qligħ, b’mill-anqas siegħa xogħol fil-ġimgħa.

(8)  http://uis.unesco.org/sites/default/files/documents/isced-fields-of-education-and-training-2013-en.pdf (disponibbli bl-Ingliż u bil-Franċiż).

(9)  Il-kodiċijiet (009), (029), (039), (049), (059), (079), (089), (099), (109) huma kodiċijiet mhux tal-ISCED.


20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/42


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2182

tas-16 ta’ Diċembru 2019

li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Pan Galego”/“Pan Gallego” (IĠP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ta’ Spanja għar-reġistrazzjoni tal-isem “Pan Galego”/“Pan Gallego”, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-isem “Pan Galego”/“Pan Gallego” jiġi rreġistrat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Pan Galego”/“Pan Gallego” (IĠP) huwa rreġistrat.

L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-klassi 2.3. Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kummissjoni

f’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 243, 19.7.2019, p. 3.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/43


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2183

tas-16 ta’ Diċembru 2019

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Cordero Manchego” (IĠP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni mressqa minn Spanja għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cordero Manchego”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/1999 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda, kif meħtieġ skont l-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna l-isem “Cordero Manchego” (IĠP), hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kummissjoni

f’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/1999 tat-19 ta’ Frar 1999 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-Reġistru tad-Denominazzjonijiet Protetti ta’ Oriġini u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti pprovvdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi u d-Denominazzjonijiet tal-Oriġini għall-prodotti u l-oġġetti tal-ikel agrikoli (ĠU L 46, 20.2.1999, p. 13).

(3)  ĠU C 242, 18.7.2019, p. 5.


20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/44


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2184

tas-16 ta’ Diċembru 2019

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Riso del Delta del Po” (IĠP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Riso del Delta del Po”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1078/2009 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda, kif meħtieġ skont l-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna l-isem “Riso del Delta del Po” (IĠP), hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kummissjoni

f’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1078/2009 tal-10 ta’ Novembru 2009 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet Protetti tal-Oriġini u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti [Riso del Delta del Po (IĠP)] (ĠU L 294, 11.11.2009, p. 4).

(3)  ĠU L 271, 13.8.2019, p. 75.


20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/45


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2185

tas-16 ta’ Diċembru 2019

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Bleu du Vercors-Sassenage” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta’ Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Bleu du Vercors-Sassenage”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 509/2001 (2) hekk kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 387/2009 (3).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda, kif meħtieġ skont l-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-isem “Bleu du Vercors-Sassenage” (DOP) hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kummissjoni

f’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 509/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti pprovvdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi u d-Denominazzjonijiet tal-Oriġini għall-prodotti u l-oġġetti tal-ikel agrikoli (ĠU L 76, 16.3.2001, p. 7).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 387/2009 tat-12 ta’ Mejju 2009 li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Bleu du Vercors-Sassenage (DOP)] (ĠU L 118, 13.5.2009, p. 67).

(4)  ĠU L 279, 19.8.2019, p. 24.


20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/46


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2186

tat-18 ta’ Diċembru 2019

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 183(b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stabbilixxa r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ dazji addizzjonali tal-importazzjoni u ffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontroll regolari tad-data, li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li jenħtieġ li jiġu emendati l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1484/95 jiġi emendat skont dan.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista’ jkun malajr wara li d-data aġġornata ssir disponibbli, jenħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kummissjoni

f’isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' dazji addizzjonali tal-importazzjoni u l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u biex iħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).


ANNESS

«ANNESS I

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Prezz rappreżentattiv

(f’EUR għal kull 100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3

(f’EUR għal kull 100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 90

Karkassi ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, ippreżentati bħala “65 % tiġieġ”, iffriżati

147,8

0

AR

0207 14 10

Qatgħat bla għadam ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, iffriżati

231,2

204,0

324,0

206,5

21

29

0

28

AR

BR

CL

TH

1602 32 11

Preparazzjonijiet ta' tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, nejjin

283,0

1

BR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta’ Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7).»


20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/48


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2187

tad-19 ta’ Diċembru 2019

li jistabilixxi l-ammont massimu ta’ għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa fi ħdan il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1882

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1882 (3) fetaħ proċedura ta’ sejħa għall-offerti għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa.

(2)

Abbażi tal-offerti li waslu matul il-perjodu ta’ sottomissjoni għas-subperjodu li jintemm fis-17 ta’ Diċembru 2019, il-kwantità kumplessiva massima li trid tiġi maħżuna, il-kostijiet stmati tal-ħżin u informazzjoni oħra rilevanti dwar is-suq, huwa xieraq li jiġi ffissat l-ammont massimu ta’ għajnuna għall-ħżin ta’ 17 629,18 tunnellata ta’ żejt taż-żebbuġa għal perjodu ta’ 180 jum sabiex tittaffa s-sitwazzjoni diffiċli tas-suq.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-ġestjoni effikaċi tal-miżura, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-offerti sottomessi fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1882 matul is-subperjodu li jintemm fis-17 ta’ Diċembru 2019, l-ammont massimu ta’ għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa għandu jkun:

(a)

EUR 0,00 għal kull tunnellata kull jum ta’ żejt taż-żebbuġ extra verġni;

(b)

EUR 1,10 għal kull tunnellata kull jum ta’ żejt taż-żebbuġ verġni;

(c)

EUR 1,10 għal kull tunnellata kull jum ta’ żejt taż-żebbuġ lampante.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1882 tat-8 ta’ Novembru 2019 li jiftaħ proċeduri tal-offerti għall-ammont ta’ għajnuna għall-ħażna privata taż-żejt taż-żebbuġa (ĠU L 290, 11.11.2019, p.12).


DEĊIŻJONIJIET

20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2019/2188

tal-11 ta’ Diċembru 2019

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (EUAM Iraq/3/2019)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1869 tas-16 ta’ Ottubru 2017 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq), inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869, is-Sur Markus RITTER kien inħatar Kap tal-Missjoni tal-EUAM Iraq.

(3)

Fil-15 ta’ Ottubru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1545 (2) li estendiet il-mandat tal-EUAM Iraq sas-17 ta’ April 2020.

(4)

Fil-11 ta’ Novembru 2019, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà pproponiet il-ħatra tas-Sur Christoph BUIK bħala Kap tal-Missjoni tal-EUAM Iraq mill-1 ta’ Jannar 2020 sas-17 ta’ April 2020,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Christoph BUIK huwa b’dan maħtur bħala Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) mill-1 ta’ Jannar 2020 sas-17 ta’ April 2020.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2020.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

S. FROM-EMMESBERGER


(1)  ĠU L 266, 17.10.2017, p. 12.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1545 tal-15 ta’ Ottubru 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (ĠU L 259, 16.10.2018, p. 31).


20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/51


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2019/2189

tas-17 ta’ Diċembru 2019

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni għall-Missjoni ta’ Konsulenza tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (EUAM RCA/1/2019)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2110 tad-9 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA), inkluż id-deċiżjoni tal-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni.

(2)

Fit-12 ta’ Diċembru 2019, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sur Paulo SOARES bħala Kap tal-Missjoni għall-Missjoni EUAM RCA mid-9 ta’ Diċembru 2019 sat-8 ta’ Diċembru 2020,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Paulo SOARES huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni għall-Missjoni ta’ Konsulenza tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) mid-9 ta’ Diċembru 2019 sat-8 ta’ Diċembru 2020.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mid-9 ta’ Diċembru 2019.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

S. FROM-EMMESBERGER


(1)  ĠU L 318, 10.12.2019, p. 141.


20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/52


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW (UE) 2019/2190

tad-19 ta’ Diċembru 2019

li taħtar żewġ membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

IL-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 283(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (3),

Billi:

(1)

Is-Sur Benoît COEURÉ inħatar membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta' tmien snin mill-1 ta' Jannar 2012. Il-mandat tiegħu jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2019.

(2)

Is-Sinjura Sabine LAUTENSCHLÄGER inħatret membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta' tmien snin mis-27 ta' Jannar 2014. Permezz ta' ittra datata s-26 ta' Settembru 2019, il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew informa lill-President tal-Kunsill Ewropew bid-deċiżjoni tas-Sinjura Sabine LAUTENSCHLÄGER li tirriżenja mill-pożizzjoni tagħha fil-Bord Eżekuttiv b'effett mill-31 ta' Ottubru 2019, qabel it-tmiem tal-mandat tagħha.

(3)

Għaldaqstant huwa neċessarju li jinħatru żewġ membri ġodda tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew.

(4)

Il-Kunsill Ewropew jixtieq jaħtar lis-Sur Fabio PANETTA u s-Sinjura Isabel SCHNABEL li, fil-fehma tiegħu, jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta' tmien snin mill-1 ta' Jannar 2020:

Is-Sur Fabio PANETTA,

Is-Sa Isabel SCHNABEL.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kunsill Ewropew

Il-President

C. MICHEL


(1)  ĠU C 351, 17.10.2019, p. 1; ĠU C 385, 13.11.2019, p. 1.

(2)  Opinjonijiet mogħtija fis-17 ta' Diċembru 2019 (għadhom mhux ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Opinjoni mogħtija fit-23 ta' Ottubru 2019 (ĠU C 373, 5.11.2019, p. 2); opinjoni mogħtija fil-11 ta' Diċembru 2019 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/53


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/2191

tad-19 ta’ Diċembru 2019

b’appoġġ għal mekkaniżmu ta’ rappurtar globali dwar armi konvenzjonali illeċiti u l-munizzjon tagħhom biex jitnaqqas ir-riskju ta’ devjazzjoni u trasferiment illeċitu tagħhom (“iTrace IV”)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

L-Istrateġija Globali tal-UE għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà tal-UE tal-2016 (l-“Strateġija Globali tal-UE”) tenfasizza li l-Unjoni ser tippromwovi l-paċi u tiggarantixxi s-sigurtà taċ-ċittadini u t-territorju tagħha u żżid il-kontributi tagħha għas-sigurtà kollettiva. Hija tappoġġa bis-sħiħ ukoll l-implimentazzjoni sħiħa u l-infurzar ta’ trattati u reġimi multilaterali ta’ diżarm, nonproliferazzjoni u kontroll tal-armi u tappella għat-“traċċar transfruntier ta’ armi” filwaqt li tirrikonoxxi li s-sigurtà Ewropea tiddependi fuq valutazzjonijiet aħjar u kondiviżi ta’ theddid u sfidi interni u esterni.

(2)

L-Istrateġija tal-UE tad-19 ta’ Novembru 2018“Aktar sigurtà fuq l-armi biex nipproteġu liċ-ċittadini - Strateġija tal-UE kontra l-armi tan-nar, armi ħfief u ta’ kalibru żgħir illeċiti u l-munizzjon tagħhom” (l-“Istrateġija tal-UE dwar is-SALW”) tenfasizza li l-armi tan-nar, l-armi ħfief u ta’ kalibru żgħir illeċiti (“SALW”) ikomplu jikkontribwixxu għall-instabbiltà u l-vjolenza fl-Unjoni, fil-viċinat immedjat tagħha, u fil-bqija tad-dinja. L-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW tistabbilixxi l-qafas għal azzjoni għall-Unjoni sabiex jiġu indirizzati dawk l-isfidi u tintrabat li tappoġġa sforzi ta’ riċerka mmirati lejn l-oriġini tas-SALW illeċiti f’żoni ta’ kunflitt, bħall-proġett iTrace imniedi mill-organizzazzjoni Conflict Armament Research .

(3)

Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1560 (2), tirrifletti d-determinazzjoni tal-Istati Membri li jindirizzaw, inter alia, ir-riskju li teknoloġija jew tagħmir militari jiġu esportati mill-ġdid lejn destinazzjonijiet mhux mixtieqa jew jiġu ddevjati lejn organizzazzjonijiet terroristiċi jew lil terroristi individwali.

(4)

L-Istrateġija tal-UE Kontra t-Terroriżmu tal-2005 tenfasizza t-theddida tal-akkwist ta’ armi minn gruppi terroristiċi, inkluż ta’SALW, u tappella lill-Istati Membri biex “jagħmlu l-aħjar użu” mill-attività ta’ riċerka fil-livell tal-Unjoni.

(5)

Il-manifattura, it-trasferiment u ċ-ċirkolazzjoni illeċiti ta’ armi u munizzjon konvenzjonali, u l-akkumulazzjoni eċċessiva u t-tixrid mhux ikkontrollat tagħhom iżidu n-nuqqas ta’ sigurtà fl-Ewropa u fil-viċinat tagħha kif ukoll f’bosta reġjuni oħra tad-dinja, biex b’hekk jiggravaw il-kunflitt u jdgħajfu t-tiswir tal-paċi wara l-kunflitt u joħolqu theddida serja għall-paċi u s-sigurtà Ewropea.

(6)

L-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW tiddikjara li l-Unjoni ser tappoġġa l-ħidma tal-bordijiet tan-NU li jimmonitorjaw l-embargi tal-armi, u li ser tikkunsidra modi kif ittejjeb l-aċċess għas-sejbiet tagħhom dwar id-devjazzjoni u dwar l-armi tan-nar u s-SALW illeċiti għal finijiet ta’ kontroll tal-esportazzjoni tal-armi.

(7)

Permezz tal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda Kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu tal-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu (il-“Programm ta’ Azzjoni tan-NU”), adottat fl-20 ta’ Lulju 2001, l-Istati Membri kollha tan-NU intrabtu li jipprevjenu t-traffikar illeċitu fis-SALW, jew id-devjazzjoni tagħhom lejn destinatarji mhux awtorizzati u, b’mod partikolari, biex jittieħed kont tar-riskju tad-devjazzjoni tas-SALW fil-kummerċ illegali waqt il-valutazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet ta’ esportazzjoni.

(8)

Fit-8 ta’ Diċembru 2005, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat Strument Internazzjonali li Jippermetti lill-Istati Jidentifikaw u Jittraċċaw, b’Mod f’Waqtu u Affidabbli s-SALW Illeċiti.

(9)

Fit-Tielet Konferenza ta’ Rieżami tal-2018 dwar il-Programm ta’ Azzjoni tan-NU, l-Istati Membri kollha tan-NU affermaw l-impenn tagħhom li jinkoraġġixxu lill-Istati biex meta jkunu qed jittraċċaw SALW illeċiti, inkluż dawk li jinstabu f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt u ta’ wara kunflitt, jikkonsultaw rekords fi ħdan l-Istat fejn l-arma żgħira jew l-arma ħafifa tkun instabet u/jew jikkonsultaw mal-Istat ta’ manifattura ta’ dik l-arma.

(10)

Fl-24 ta’ Diċembru 2014, daħal fis-seħħ it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (“TKA”). L-għan tat-Trattat huwa li jistabbilixxi l-ogħla standards internazzjonali komuni possibbli għar-regolazzjoni jew it-titjib tar-regolamentazzjoni tal-kummerċ internazzjonali fl-armi konvenzjonali, għall-prevenzjoni u l-qerda tal-kummerċ illeċitu tal-armi konvenzjonali u l-prevenzjoni tad-devjazzjoni tagħhom. L-Unjoni għandha tappoġġa lill-Istati Membri kollha tan-NU fl-implimentazzjoni tal-kontrolli effettivi fuq it-trasferiment tal-armi sabiex jiġi żgurat li t-TKA jkun effettiv kemm jista’ jkun, b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 11 tiegħu.

(11)

L-Unjoni kienet preċedentement appoġġat lil iTrace bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/698/PESK (3), (PESK) 2015/1908 (4), u (PESK) 2017/2283 (5) (iTrace I, II, u III) u tixtieq tappoġġa l-iTrace IV, ir-raba’ fażi ta’ dan il-mekkaniżmu globali, ta’ rappurtar dwar armi konvenzjonali illeċiti u l-munizzjon tagħhom sabiex tikkontribwixxi għas-sigurtà kollettiva tal-Ewropa, kif mitlub mill-Istrateġija Globali tal-UE.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Bil-ħsieb tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali tal-UE, il-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK u l-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW u l-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà, l-attivitajiet tal-proġett li għandhom jiġu appoġġati mill-Unjoni għandu jkollhom dawn l-objettivi speċifiċi:

il-manutenzjoni kontinwa ta’ sistema globali ta’ ġestjoni tal-informazzjoni faċli għall-utent dwar armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom iddevjati jew traffikati (“iTrace”) dokumentati f’żoni milquta mill-kunflitt sabiex dawk li jfasslu l-politika, l-esperti dwar il-kontroll tal-armi konvenzjonali, u l-uffiċjali tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi konvenzjonali, ikollhom informazzjoni rilevanti biex jiżviluppaw strateġiji u proġetti effettivi u bbażati fuq evidenza kontra t-tixrid illeċitu ta’ armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom;

it-taħriġ u l-mentoraġġ tal-awtoritajiet nazzjonali fi stati affettwati minn kunflitti għall-iżvilupp ta’ kapaċità nazzjonali sostenibbli ta’ identifikazzjoni u traċċar ta’ armi konvenzjonali illeċiti, għall-inkoraġġiment ta’ kooperazzjoni kontinwa mal-proġett iTrace, għall-identifikazzjoni aħjar tal-prijoritajiet tas-sigurtà fiżika u ġestjoni tal-ħażniet (PSSM), għall-artikolazzjoni b’mod aktar effettiv tal-ħtiġijiet nazzjonali fir-rigward tal-kontroll tal-armi u tal-assistenza fl-infurzar tal-liġi, b’mod partikolari l-inizjattivi ffinanzjati mill-Unjoni, bħas-Sistema ta’ Ġestjoni tar-Reġistrar u t-Traċċar ta’ Armi Illeċiti tal-Interpol (iARMS), u l-attivitajiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), u t-tisħiħ tad-djalogu mal-missjonijiet u l-inizjattivi tal-UE;

it-titjib tal-frekwenza u tat-tul tar-riċerka fuq il-post dwar l-armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom, li jiċċirkolaw illegalment fiż-żoni milquta minn kunflitt biex tiġi ġġenerata data għall-iTrace, bi tweġiba għat-talbiet ċari li saru mill-Istati Membri u d-Delegazzjonijiet tal-Unjoni;

l-appoġġ imfassal apposta lill-awtoritajiet tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi u lill-persuni li jfasslu l-politika dwar il-kontroll tal-armi tal-Istati Membri , inkluż żjarat konsultattivi ripetuti mill-persunal tal-proġett iTrace fl-ibliet kapitali tal-Istati Membri , help desk bil-lejl u bi nhar biex jagħti pariri instantanji dwar l-evalwazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji kontra d-diverżjoni, il-manutenzjoni ta’ desktop sigur u ta’ applikazzjonijiet ta’ dashboard mobbli biex jipprovdu notifika instantanja dwar diverżjoni wara l-esportazzjoni, u l-forniment lill-Istati Membri , fuq talba, ta’ verifika wara l-kunsinna mill-persunal tal-proġett iTrace;

iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni permezz ta’ informazzjoni dwar is-sejbiet tal-proġett, il-promozzjoni tal-iskop u tal-funzjonijiet disponibbli ta’ iTrace lil dawk li jfasslu l-politika internazzjonali u nazzjonali, l-esperti tal-kontroll tal-armi konvenzjonali u l-awtoritajiet tal-liċenzji tal-esportazzjoni tal-armi, u t-tisħiħ tal-kapaċità internazzjonali ta’ monitoraġġ tat-tixrid illeċitu ta’ armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom u ta’ materjal relatat kif ukoll l-assistenza lil dawk li jfasslu l-politika fl-identifikazzjoni ta’ oqsma ta’ prijorità għall-assistenza u l-kooperazzjoni internazzjonali u biex jitnaqqas ir-riskju tad-devjazzjoni ta’ armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom;

il-forniment ta’ rapporti dwar kwistjonijiet ta’ politika ewlenin, meħuda mid-data ġġenerata minn investigazzjonijiet fuq il-post u ppreżentati fuq is-sistema iTrace, dwar oqsma speċifiċi li jistħoqqilhom attenzjoni internazzjonali, inklużi tendenzi maġġuri fit-traffikar tal-armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom, u d-distribuzzjoni reġjonali ta’ armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom traffikati, u materjal relatat; u

it-traċċar kontinwu ta’ armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom, bil-kooperazzjoni tal-Istati Membri u ta’ Stati mhux tal-UE, bħala l-aktar mezz effettiv biex jiġu stabbiliti u vverifikati, kemm jista’ jkun possibbli, il-mekkaniżmi wara d-devjazzjoni ta’ armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom lejn utenti mhux awtorizzati; it-traċċar ser jiġi ssupplimentat minn investigazzjonijiet ta’ segwitu ffukati fuq l-identifikazzjoni tan-netwerks umani, finanzjarji u loġistiċi moħbija wara t-trasferimenti illeċiti ta’ armi konvenzjonali.

2.   Deskrizzjoni dettaljata tal-proġett tinsab fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“RGħ”) għandu jkun responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1 għandha titwettaq minn Conflict Armament Research Ltd. (“CAR”).

3.   Il-CAR għandha twettaq il-kompiti tagħha taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dak l-għan, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-CAR.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun ta’ EUR 5 490 981,87. Il-baġit stmat totali tal-proġett globali għandu jkun ta’ EUR 6 311 473,41, li għandu jiġi pprovdut permezz ta’ kofinanzjament mill-CAR u mill-Uffiċċju Federali Ġermaniż tal-Affarijiet Barranin.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni tajba tal-ammont ta’ referenza finanzjarja msemmi fil-paragrafu 1. Għal dak il-għan, hija għandha tikkonkludi l-ftehim meħtieġ mal-CAR. Dak il-ftehim għandu jistipula li l-CAR għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, adatta għad-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u dwar id-data tal-konklużjoni ta’ dak il-ftehim.

Artikolu 4

1.   Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fuq il-bażi ta’ rapporti narrattivi regolari ta’ kull tliet xhur imħejjija mill-CAR. Dawk ir-rapporti għandhom jifformaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill. Entità esterna għandha twettaq evalwazzjoni tal-impatt tal-proġett biex tassisti lill-Kunsill fl-evalwazzjoni tiegħu tar-riżultati ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-aspetti finanzjarji tal-proġett imsemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 36 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3). Madankollu, hija għandha tiskadi sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha jekk ma jiġi konkluż l-ebda ftehim f’dak il-perijodu.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1560 tas-16 ta’ Settembru 2019 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 239, 17.9.2019, p. 16).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/698/PESK tal-25 ta’ Novembru 2013 b’appoġġ għal mekkaniżmu globali ta’ rappurtar dwar armi ħfief u ta’ kalibru żgħir illeċiti u armi konvenzjonali oħrajn u munizzjoni illeċiti biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu tagħhom (ĠU L 320, 30.11.2013, p. 34).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1908 tat-22 ta’ Ottubru 2015 b’appoġġ għal mekkaniżmu globali ta’ rappurtar dwar armi ħfief u ta’ kalibru żgħir illeċiti u armi konvenzjonali oħrajn u munizzjon illeċiti biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu tagħhom (“iTrace II”) (ĠU L 278, 23.10.2015, p. 15).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2283 tal-11 ta’ Ottubru 2017 b’appoġġ għal mekkaniżmu globali ta’ rappurtar dwar armi ħfief u ta’ kalibru żgħir illeċiti u armi konvenzjonali oħrajn u munizzjon illeċiti biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu tagħhom (“iTrace III”) (ĠU L 328, 12.12.2017, p. 20).


ANNESS

PROĠETT B’APPOĠĠ GĦAL MEKKANIŻMU TA’ RAPPURTAR GLOBALI DWAR ARMI KONVENZJONALI U L-MUNIZZJON ILLEĊITI TAGĦHOM BIEX JITNAQQAS IR-RISKJU TAD-DEVJAZZJONI U T-TRASFERIMENT ILLEĊITU TAGĦHOM

(“iTrace IV”)

1.   Informazzjoni ġenerali u raġunijiet li jiġġustifikaw l-appoġġ tal-PESK

1.1.

Din id-Deċiżjoni tibni fuq Deċiżjonijiet suċċessivi tal-Kunsill fil-ġlieda kontra l-impatt destabbilizzanti tad-devjazzjoni u t-traffikar ta’ armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom f’żoni milquta mill-kunflitt, b’mod partikolari d-Deċiżjonijiet 2013/698/PESK, (PESK) 2015/1908, u (PESK) 2017/2283, li stabbilixxew u tejbu l-mekkaniżmu ta’ rappurtar globali iTrace dwar armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom.

Il-proliferazzjoni illeċita ta’ armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom hija fattur maġġuri li jdgħajjef l-istabbiltà tal-Istat u li jaggrava l-kunflitti, li joħloq theddida serja għall-paċi u s-sigurtà. Kif iddikjarat fl-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW, l-armi tan-nar illeċiti u s-SALW qed ikomplu jikkontribwixxu għall-instabbiltà u l-vjolenza fl-Unjoni, fil‐viċinat immedjat tagħha, u fil-bqija tad-dinja. Armi ta’ kalibru żgħir illeċiti qed jistimulaw it‐terroriżmu u l-kunflitti madwar id-dinja, ifixklu l-iżvilupp u l-ġestjoni tal-kriżijiet tal-Unjoni, kif ukoll sforzi umanitarji u ta’ stabilizzazzjoni f’partijiet fil-viċinat tal-Unjoni u fl-Afrika. Fi ħdan l-Unjoni, l-armi tan‐nar illeċiti għandhom impatt ċar fuq is-sigurtà interna, billi jistimulaw il-kriminalità organizzata u jipprovdu lit-terroristi bil-mezzi biex iwettqu attakki fit-territorju Ewropew. Sejbiet reċenti mill-proġett iTrace fl-Afganistan, l-Iraq, il-Jemen, il-Libja, is-Sirja u l-Ukrajna, u kunflitti oħra qrib il-fruntieri esterni tal-Unjoni, jikkonfermaw id-dikjarazzjonijiet tal-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW.

L-attivitajiet imwettqa skont id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1908 ikkonfermaw lil iTrace bħala inizjattiva ta’ monitoraġġ tal-armi fil-kunflitti globali. Il-Proġett iTrace opera f’aktar minn 40 stat affettwati mill-kunflitt, inkluż fl-Afrika, il-Lvant Nofsani, l-Asja Ċentrali, u n-Nofsinhar u l‐Lvant tal-Asja, u ħoloq l-akbar repożitorju pubbliku fid-dinja ta’ armi konvenzjonali ddevjati u l‐munizzjon tagħhom biex jappoġġa lill-Istati fl-isforzi tagħhom biex jidentifikaw u jindirizzaw id‐devjazzjoni skont l-impenji għall-Kriterju 7 tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK u l-Artikolu 11 tat-TKA . Huwa jipprevedi rappurtar preċiż dwar id-devjazzjoni ta’ armi u l-munizzjon tagħhom li tirriżulta minn ribelli armati u forzi terroristiċi li huma ta’ theddida għas-sigurtà tal-Unjoni, inkluż Al Qaeda fil-Magreb Iżlamiku u d-Daesh/Stat Iżlamiku, u jwissi b’mod kunfidenzjali u rapidu, lill‐awtoritajiet tal-kontroll tal-esportazzjonijiet tal-Istati Membri rigward ir-riskji tad‐devjazzjoni wara l-esportazzjoni, jipprovdi informazzjoni kritika u f’ħin reali dwar id-dinamika tat-traffikar tal-armi u tal-kunflitt lid-Delegazzjonijiet tal-UE u lill-missjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri fir-reġjuni milquta mill-kunflitt. Huwa jintegra s-sensibilizzazzjoni tal-kontroll tal-armi u tal‐miżuri kontra d-devjazzjoni permezz ta’ impenn bilanċjat u responsabbli tal-media globali.

1.2

Il-proġett iTrace, madankollu, qed jaffaċċa talbiet sostnuti mill-Istati Membri biex jagħti informazzjoni diretta, wiċċ imb wiċċ lill-awtoritajiet nazzjonali tal-liċenzjar tal-esportazzjoni tal‐armi (inkluż żjarat frekwenti fl-ibliet kapitali) u biex jagħti b’mod bilaterali firxa akbar ta’ riżorsi lil dawk li jfasslu l-politika dwar il-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi tal-Istati Membri.

Din id-Deċiżjoni għandha għalhekk l-għan li tkompli u ttejjeb il-ħidma tal-proġett fil-qafas tad‐Deċiżjoni (PESK) 2017/2283 billi tkompli tipprovdi lill-persuni li jfasslu l-politika tal-Unjoni, l-esperti tal-kontroll tal-armi u l-uffiċjali tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi informazzjoni sistematikament miġbura u rilevanti, li tappoġġahom fl-iżvilupp ta’ strateġiji effikaċi u bbażati fuq l-evidenza kontra d-devjazzjoni u t-tixrid illeċitu ta’ armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom sabiex titjieb is-sigurtà internazzjonali u reġjonali. B’hekk, hija ser tkompli tappoġġahom biex jikkombinaw strateġija reattiva ta’ suċċess ma’ azzjoni preventiva adegwata biex jiġu indirizzati l-forniment u d-domanda illegali, u biex jiġi żgurat il-kontroll effettiv ta’ armi konvenzjonali f’pajjiżi terzi.

1.3.

Din id-Deċiżjoni tipprevedi l-manutenzjoni kontinwa u aktar titjib tas-Sistema ta’ Rappurtar Globali iTrace dwar Armi aċċessibbli pubblikament. Il-proġetti elenkati fid-Deċiżjoni (PESK) 2017/2283 ser jissaħħu permezz ta’: 1) il-frekwenza u t-tul ta’ żmien miżjuda tal-missjonijiet biex tinġabar data dwar provvisti illeċiti ta’ armi konvenzjonali f’reġjuni milquta mill-kunflitt; 2) pakketti ta’ appoġġ imfassla apposta pprovduti lill-Istati Membri li jinkludu konsultazzjoni diretta, data u rapporti personalizzati, help desk ta’ 24 siegħa, u l-għoti tal-kompitu tal-verifika ta’ wara t‐trasportazzjoni; u 3) it-taħriġ u l-mentoraġġ tal-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati milquta mill-kunflitt biex jintraċċaw armi konvenzjonali illeċiti li nstabu jew li nqabdu fil-ġurisdizzjoni territorjali tagħhom, biex jibnu kapaċità kontra d-devjazzjoni, inkluż kapaċitajiet ta’ traċċar fil-qafas tal-Istrument Internazzjonali tat-Traċċar (ITI), biex itejbu l-ġestjoni tal-armi, inkluż iż-żamma ta’ rekords, u biex jagħtu spinta lill-ġbir tad-data tal-iTrace.

2.   Objettivi ġenerali

L-Azzjoni deskritta fit-Taqsima 4 ser tappoġġa ulterjorment lill-komunità internazzjonali fil-ġlieda kontra l-impatt destabbilizzanti tad-devjazzjoni u t-traffikar ta’ armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom. Hija ser tkompli tipprovdi lil dawk li jfasslu l-politika, l-esperti ta’ kontroll tal-armi u l‐uffiċjali ta’ kontroll tal-esportazzjoni tal-armi informazzjoni rilevanti, li tappoġġahom fl-iżvilupp ta’ strateġiji effikaċi u bbażati fuq l-evidenza kontra d-devjazzjoni u t-tixrid illeċitu ta’ armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom sabiex titjieb is-sigurtà internazzjonali u reġjonali. B’mod speċifiku, l-Azzjoni ser:

(a)

tipprovdi informazzjoni konkreta dwar id-devjazzjoni u t-traffikar ta’ armi konvenzjonali u l‐munizzjon tagħhom, biex tappoġġa l-implimentazzjoni effettiva tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK, it-TKA, il-Programm ta’ Azzjoni tan-NU u l-ITI;

(b)

tagħti appoġġ imfassal lill-Istati Membri biex tgħinhom fil-valutazzjoni u fil‐mitigazzjoni tar-riskju ta’ devjazzjoni;

(c)

tikxef rotot u entitajiet involuti fid-devjazzjoni ta’ armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom lejn ir-reġjuni milquta mill-kunflitt jew lill-organizzazzjonijiet terroristiċi internazzjonali u biex tipprovdi evidenza ta’ gruppi u individwi attivi fil-kummerċ illeċitu, b’appoġġ tal-proċedimenti legali nazzjonali;

(d)

ittejjeb il-kooperazzjoni bejn organi, missjonijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti tan-NU, fil-qasam tat-traċċar ta’ armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom, u tal‐forniment ta’ informazzjoni direttament b’appoġġ għall-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ eżistenti, inkluż l-iARMS tal-INTERPOL, u l-EUROPOL, fejn din tal-aħħar ikkonkludiet memorandum ta’ skambju ta’ informazzjoni mal-CAR fl-2019;

(e)

tipprovdi informazzjoni rilevanti biex jiġu identifikati oqsma ta’ prijorità għall-kooperazzjoni u l-assistenza internazzjonali fil-ġlieda effettiva kontra d-devjazzjoni u t-traffikar ta’ armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom, bħall-finanzjament għal proġetti fir-rigward tas-sigurtà ta’ ħażniet u/jew il-ġestjoni tal-fruntieri; u

(f)

toffri mekkaniżmu għall-assistenza fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tat-TKA, speċifikament għall-identifikazzjoni tad-devjazzjoni ta’ armi konvenzjonali trasferiti kif ukoll għall-assistenza lill-gvernijiet fil-valutazzjoni tar-riskju ta’ devjazzjoni qabel l-esportazzjoni ta’ armi konvenzjonali, speċifikament ir-riskju ta’ devjazzjoni fil-pajjiż li jirċievi jew ta’ esportazzjoni mill-ġdid taħt kondizzjonijiet mhux mixtieqa.

3.   Sostenibbiltà u eżiti tal-proġett fit-tul

L-Azzjoni ser tipprovdi qafas sostenibbli għall-monitoraġġ sostnut tat-tixrid illeċitu ta’ armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom. Mistennija li ssaħħaħ b’mod sostanzjali l-informazzjoni eżistenti relatata mal-armi u li tappoġġa b’mod sinifikanti l-iżvilupp immirat tal-kontroll effettiv tal‐armi konvenzjonali u l-linji ta’ politika ta’ kontroll tal-esportazzjoni tal-armi. B’mod speċifiku, il‐proġett ser:

(a)

idaħħal aktar informazzjoni fis-sistema ta’ ġestjoni ta’ informazzjoni li ser tiżgura l-ġbir u l‐analiżi fit-tul tad-data dwar armi konvenzjonali illeċiti;

(b)

jipprovdi lil dawk li jfasslu l-politika u lill-esperti għodda biex jiġu definiti strateġiji aktar effettivi u oqsma ta’ prijorità ta’ assistenza u kooperazzjoni, pereżempju, billi jiġu identifikati l‐kooperazzjoni subreġjonali jew reġjonali, il-koordinazzjoni u l-mekkaniżmi ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni li jeħtieġ li jiġu stabbiliti jew imsaħħa, billi jiġu identifikati ħażniet nazzjonali li mhumiex siguri, ġestjoni mhux adegwata ta’ inventarji, rotot ta’ trasferiment illegali, kontrolli dgħajfa tal-fruntieri, u kapaċitajiet insuffiċjenti tal-infurzar tal-liġi;

(c)

ikun fih il-flessibbiltà integrali biex jiġġenera l-informazzjoni rilevanti ta’ politika, irrispettivament mir-rekwiżiti ta’ politika li jinbidlu rapidament;

(d)

iżid sostanzjalment l-effikaċja ta’ organizzazzjonijiet u individwi internazzjonali li jimmonitorjaw l-armi billi jipprovdi mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni ta’ ambitu dejjem jespandi; u

(e)

isawwar kapaċità nazzjonali sostenibbli fl-Istati milquta mill-kunflitt fl-identifikazzjoni u t‐traċċar ta’ armi konvenzjonali illeċiti u jinvolvi ruħu b’mod aktar effikaċi fil-kontroll internazzjonali tal-armi u fil-proċessi tal-infurzar tal-liġi.

4.   Deskrizzjoni tal-Azzjoni

4.1.   Proġett 1: Taħriġ u mentoraġġ tal-awtoritajiet nazzjonali fl-istati milquta mill-kunflitt fl‐identifikazzjoni tal-armi u fit-traċċar internazzjonali.

4.1.1.   Objettiv tal-proġett

Il-programmi iTrace ta’ taħriġ u ta’ mentoraġġ jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali fl-istati milquta minn kunflitt il-metodi u l-ħiliet biex jagħmlu awtodijanjosi u jindirizzaw id-devjazzjoni ta’ armi konvenzjonali. It-taħriġ għandu l-għan li jtejjeb il-kapaċità li spiss tkun ineżistenti li jidentifikaw u jittraċċaw armi konvenzjonali illeċiti, filwaqt li l-mentoraġġ jippermetti lill-persunal tal-proġett iTrace jidentifika lakuni ta’ kapaċità kritiċi f’ħin reali u immedjatament ifassal soluzzjonijiet biex jindirizzawhom. Barra minn hekk, il-programmi iTrace ta’ taħriġ u ta’ konsulenza, jissudaw ir‐relazzjonijiet bejn il-proġett iTrace u l-awtoritajiet nazzjonali, li jippermetti li t-timijiet investigattivi tiegħu fuq il-post ikollhom aċċess akbar għal armi konvenzjonali maqbuda u rkuprati — biex b’hekk tissaħħaħ il-firxa sħiħa ta’ ġbir, analiżi u rappurtar tad-data tal-iTrace.

4.1.2.   Benefiċċju għal inizjattivi tal-UE dwar il-kontroll tal-armi

Il-programmi iTrace ta’ taħriġ u ta’ mentoraġġ iwieġbu għal azzjonijiet indirizzati fl-Istrateġija tal‐UE dwar is-SALW - biex jappoġġaw il-kapaċitajiet nazzjonali għat-“traċċar u r‐rintraċċar tal-oriġini ta’ SALW illeċiti u munizzjon f’żoni ta’ kunflitt” - u direttament u indirettament isaħħu firxa wiesgħa ta’ inizjattivi ta’ kontroll tal-armi appoġġati mill-Istat Membru. L-impatti diretti jinkludu l-appoġġ għall-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi biex jiġu traċċati s-SALW skont l-Istrument Internazzjonali tat-Traċċar, it-titjib tal‐kapaċità nazzjonali biex tinġabar data dwar armi traċċati fil-qafas tal-indikatur 16.4.2 tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG), u l-appoġġ għal programmi ta’ ġestjoni ta’ armi u munizzjon fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri. L-impatti indiretti jinkludu l-“”ġbir lura“” tal-informazzjoni miġbura fuq il-post, bħat-twissija lill-Istati Membri dwar ir-riskji ta’ devjazzjoni li jiltaqgħu magħhom f’pajjiżi sħab u l-identifikazzjoni ta’ devjazzjoni minn ħażniet nazzjonali u l-għoti ta’ din l-informazzjoni lill-programmi ta’ PSSM) appoġġati mill-Unjoni.

4.1.3.   Attivitajiet tal-proġett

Fl-2018, il-CAR stabbiliet l-Unità ta’ Appoġġ Tekniku (TSU), unità ffurmata biex twassal attivitajiet ta’ taħriġ u ta’ mentoraġġ lill-awtoritajiet nazzjonali fl-istati milquta minn kunflitt li fihom jopera l-proġett iTrace. Dawk l-attivitajiet ta’ taħriġ u ta’ mentoraġġ huma mfassla biex jagħtu spinta lil inizjattivi nazzjonali kontra d-devjazzjoni fl-oqsma kollha billi jipprovdu żvilupp ta’ struzzjonijiet u kapaċitajiet dwar it-traċċar ta’ armi konvenzjonali, l-immarkar u ż-żamma ta’ rekords, li jsegwu l-proċeduri stabbiliti tal-ITI, ta’ armi konvenzjonali illeċiti maqbuda, u valutazzjonijiet tal‐PSSM li huma mfassla biex jidentifikaw u jindirizzaw ir-riskji ta’ devjazzjoni fis-sors. Il-CAR ser tipprovdi taħriġ speċjalizzat u bbażat fuq il-ħtiġijiet dwar l-ispettru sħiħ ta’ attivitajiet elenkati hawn fuq lis-sħab lokali u, fejn meħtieġ, lill-persunal ta’ appoġġ għall-paċi, inkluż il-Missjonijiet tan-NU u tal-UE u l-gruppi/panels ta’ monitoraġġ tas-sanzjonijiet tan-NU. F’dan ir-rigward, il‐Proġett iTrace ser ikompli jwieġeb direttament għall-azzjoni elenkata fl-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW, li tappella għall-appoġġ tal-UE biex “bordijiet tan-NU li jimmonitorjaw l‐embargi tal-armi” u tikkunsidra ta’ “modi kif ittejjeb l-aċċess għas-sejbiet tagħhom dwar id‐devjazzjoni u l-armi tan-nar u s-SALW illeċiti għal finijiet ta’ kontroll tal-esportazzjoni tal-armi”. It-taħriġ taħt il-Proġett iTrace ser jibni fuq firxa ta’ servizzi offruti mill-CAR mill-2014, li wera li kien kritiku fl-appoġġ tas-sħab lokali fi stati affettwati minn kunflitt, ta l-għajnuna lil bordijiet tan‐NU, kif ukoll żgura aċċess akbar għal timijiet investigattivi tal-iTrace fuq il-post. Il-proġett ser jibgħat persunal mit-timijiet investigattivi tiegħu fuq il-post u t-TSU biex jagħtu struzzjonijiet, f’livelli progressivament aktar tekniċi, fir-rigward ta’:

(a)

introduzzjoni għall-ġbir tad-data dwar l-armi konvenzjonali, b’referenza għal każijiet speċifiċi;

(b)

identifikazzjoni bażika ta’ armi konvenzjonali u tekniki ta’ dokumentazzjoni effettivi;

(c)

proċeduri operattivi standard għall-ġbir tad-data u l-katina evidenzjarja tal-kustodja;

(d)

ir-rekwiżiti tal-investigazzjonijiet fuq distanza twila, reġjonali u internazzjonali;

(e)

l-implimentazzjoni tal-Istrument Internazzjonali tat-Traċċar; fejn xieraq, l-awtoritajiet f’pajjiżi sħab ser jitħarrġu u jiġu mħeġġa jibdew talbiet ta’ traċċar;

(f)

it-traċċar internazzjonali tal-armi u s-sistemi tat-traċċar tal-armi (b’mod partikolari Interpol u Europol);

(g)

l-użu ta’ “big data” u tal-analiżi tax-xejriet; u

(h)

modi għall-assistenza teknika (internazzjonali) u l-intervent tal-infurzar tal-liġi.

Dawk l-attivitajiet ser isiru flimkien mal-investigazzjonijiet fuq il-post ta’ iTrace — inkluż (il‐mentoraġġ) tal-investigazzjonijiet konġunti li jsiru mill-awtoritajiet tal-gvern nazzjonali.

4.1.4.   Riżultati tal-proġett

Il-proġett ser:

(a)

jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet nazzjonali biex jagħtu aċċess akbar lit-timijiet investigattivi tal‐iTrace fuq il-post, billi jirrispondu għal sejħiet ripetuti biex tiġi pprovduta kapaċità ta’ assistenza teknika u investigazzjoni konġunta u li jkun ekwivalenti għal żieda fil-kapaċità ta’ ġbir tad-data tal-iTrace;

(b)

jipprovdi assistenza konkreta għall-kapaċità lill-gvernijiet nazzjonali li, filwaqt li jsofru l‐impatti tad-devjazzjoni tal-armi konvenzjonali, huma nieqsa mill-għodod biex jidentifikaw u jirrappurtaw dwar armi konvenzjonali iddevjati; dan spiss ikun prekursur għal ġestjoni aktar effettiva tal-armi konvenzjonali domestiċi u, bħala tali, jappoġġa l-implimentazzjoni tat-TKA, tal-ITI, tal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU, u tal-SDG 16.4.2 u tal-programmar u l-kollegament tal-PSSM mal-korpi internazzjonali tal-infurzar tal-liġi, inkluż l-Interpol (iARMS) u l-Europol.

(c)

jappoġġa djalogu msaħħaħ, b’mod partikolari billi jidentifika partijiet ikkonċernati ewlenin għal inizjattivi oħra appoġġati mill-Unjoni, pereżempju r-relazzjonijiet tal-Missjonijiet tal-UE mal‐gvernijiet ospitanti, u jagħti bidu lil inizjattivi, bħall-ipprogrammar tal-PSSM, pereżempju proġetti appoġġati mill-Unjoni għall-ġestjoni tal-ħażniet.

4.1.5.   Indikaturi tal-implimentazzjoni tal-proġett

Sa 40 żjara fuq il-post ta’ taħriġ u ta’ mentoraġġ, b’enfasi fuq żjarat ripetuti biex l-awtoritajiet nazzjonali jiġu appoġġati fil-bini ta’ kapaċità ta’ traċċar.

Il-proġett ser jiġi implimentat matul il-perijodu sħiħ ta’ tliet snin tal-proġett iTrace.

4.1.6.   Benefiċjarji tal-proġett

L-attivitajiet ta’ taħriġ u ta’ mentoraġġ iTrace ser ikollhom benefiċċji diretti għall-partijiet nazzjonali kkonċernati fi stati milquta mill-kunflitt, inkluż korpi ta’ infurzar tal-liġi u prosekuturi. Il-programm ser joffri appoġġ indirett għad-djalogi nazzjonali ma’ inizjattivi ffinanzjati mill-Unjoni u dawk oħrajn ta’ kontroll tal-armi, li jinkoraġġixxu l-użu ta’ mekkaniżmi internazzjonali ta’ traċċar, inkluż is‐sistema iARMS tal-Interpol u l-Europol, u li jiffaċilitaw l-involviment ma’ proġetti appoġġati mill-Unjoni dwar il-ġestjoni ta’ ħażniet u proġetti oħra ta’ kontroll tas-SALW.

4.2.   Proġett 2: Investigazzjonijiet imsaħħa fuq il-post meħtieġa biex ifornu aktar lis-sistema iTrace b’evidenza dokumentarja dak il-ħin dwar id-devjazzjoni u t-traffikar ta’ armi konvenzjonali oħrajn u munizzjon, u informazzjoni rilevanti oħra.

4.2.1.   Objettiv tal-proġett

Il-proġett ser isaħħaħ il-frekwenza u d-durata tar-riċerka fuq il-post ta’ armi konvenzjonali oħra u munizzjon li jiċċirkolaw fiż-żoni milquta minn kunflitt. Il-proġett ser jagħti prijorità lill-pajjiżi ta’ tħassib partikolari għall-Istati Membri, inkluż, fost l-oħrajn, l-Afganistan, l-Iraq, il-Jemen, il-Libja, il‐Mali, is-Sirja, is-Somalja, is-Sudan t’Isfel u l-Ukrajna. Dawn l-investigazzjonijiet fuq il‐post ser jipprovdu evidenza konkreta ta’ armi konvenzjonali ddevjati f’idejn forzi ribelli u terroristiċi, li inkella jkunu inviżibbli għall-osservaturi esterni (inkluż l-Istati Membri li jesportaw l-armi). Il-CAR ser titlob l-approvazzjoni minn qabel tal‐Grupp ta’ Ħidma tal-UE dwar l-Esportazzjoni ta’ Armi Konvenzjonali (COARM) qabel ma jsir involviment sostantiv fil-pajjiżi kollha li preċedentement ma kinux soġġetti għal investigazzjonijiet iTrace fuq il-post jew programmi iTrace ta’ taħriġ u ta’ mentoraġġ.

Bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda u tekniki forensiċi avvanzati, il-CAR ser timplimenta firxa ta’ attivitajiet fuq il-post, inkluż dokumentazzjoni fotografika msaħħa, sfruttament forensiku, u rkupru ta’ marki mħassra. Il-CAR uriet li dawn il-metodi jiżvelaw informazzjoni traċċabbli dwar armi, munizzjon u materjal relatat li qabel ma kinux traċċabbli, li jippermettu investigazzjonijiet f’firxa dejjem akbar ta’ materjal illeċitu, li l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni tiegħu tneħħiet biex tinħeba l-provenjenza.

Id-data li tirriżulta ser ittejjeb il-fehim kollettiv tal-Istati Membri dwar id-devjazzjoni u t‐trasferimenti illeċiti, il-metodi użati mit-traffikanti biex jaħbuhom, u ttejjeb b’mod sostanzjali l‐kapaċitajiet tagħhom li jfixklu l-kummerċ illeċitu.

4.2.2.   Benefiċċju għal inizjattivi tal-UE dwar il-kontroll tal-armi

L-investigazzjonijiet iTrace fuq il-post jipprovdu linja bażi dinamika ta’ armi konvenzjonali ddevjati fi stati milquta mill-kunflitt. Din il-linja bażi tipprovdi kejl kontinwu tal-effikaċja tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK u tal-ftehimiet dwar il-kontroll tal-armi li l-Istati Membri impenjaw ruħhom għalihom, fost l-oħrajn, it-TKA, il‐Programm ta’ Azzjoni tan-NU u l‐Istrateġija tal-UE dwar is-SALW . Id-dokumentazzjoni dettaljata ta’ armi ta’ kunflitt isservi wkoll bħala pjattaforma ta’ tnedija għal traċċi formali ta’ armi konvenzjonali u għal investigazzjonijiet komprensivi fil-finanzjament ta’ kunflitti u n-netwerks tal-provvista tal-armi.

4.2.3.   Attivitajiet tal-proġett

L-attivitajiet li ġejjin ser jitwettqu fil-qafas ta’ dan il-proġett:

(a)

l-istazzjonament ta’ esperti kwalifikati tal-armi biex iwettqu analiżi fuq il-post ta’ armi konvenzjonali illeċiti u l-munizzjon tagħhom, irkuprati minn stati milquta mill-kunflitt;

(b)

l-analiżi, ir-rieżami u l-verifika ta’ evidenza dokumentata dwar l-armi konvenzjonali, il‐munizzjon tagħhom u l-utenti tagħhom, inkluż, fost l-oħrajn, id-dokumentazzjoni fotografika, l‐isfruttar forensiku, u l-irkupru ta’ marki mħassra ta’ armi, il-partijiet komponenti u l-immarkar intern u estern tagħhom, l-ippakkjar u d-dokumentazzjoni tat-trasport marittimu assoċjata, flimkien mar-riżultati ta’ investigazzjonijiet fuq il-post (l-utenti, il-fornituri u r-rotot ta’ trasferiment);

(c)

l-introduzzjoni tal-evidenza kollha miġbura u riveduta fis-sistema ta’ ġestjoni ta’ informazzjoni iTrace u, ladarba tiġi verifikata, fil-portal tal-immappjar online tal-iTrace;

(d)

l-identifikazzjoni u l-appoġġ tas-sħab lokali biex tiġi żgurata l-ġabra sostnuta ta’ data b’appoġġ għall-iTrace matul u lil hinn mid-durata tal-Azzjoni proposta;

(e)

il-kuntatt li jitkompla mal-Gvernijiet tal-Istati Membri biex jintgħażlu punti ta’ kuntatt nazzjonali minn qabel, u mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni, sabiex jiġi ċċarat l-ambitu tal-investigazzjonijiet tal‐CAR, u jittaffew kunflitti possibbli ta’ interess, qabel l-investigazzjonijiet tagħha.

Il-proġett ser jiġi implimentat b’mod inkrementali matul il-perijodu sħiħ ta’ tliet snin tal-proġett iTrace.

4.2.4.   Riżultati tal-proġett

Il-proġett ser:

(a)

jiddokumenta, in situ, l-evidenza fiżika ta’ armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom iddevjati jew traffikati fir-reġjuni milquta minn kunflitt;

(b)

jivverifika u jiżviluppa każijiet ta’ traffikar illeċitu minn evidenza miġbura mill-CAR, minn organizzazzjonijiet li għandhom ftehimiet permanenti għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni mal‐CAR u, kif xieraq, minn organizzazzjonijiet oħrajn, dwar l-armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom iddevjati jew traffikati fir-reġjuni kollha;

(c)

jipprovdi evidenza viżwali u fiżika konkreti ta’ armi konvenzjonali u l-munizzjoni tagħhom iddevjati jew traffikati, inkluż ritratti ta’ oġġetti, numri ta’ serje, marki tal-fabbrika, kaxxi, listi tal-ippakkjar, dokumenti tat-trasport, u dokumentazzjoni u informazzjoni tal-utent finali u miksuba permezz ta’ sfruttament forensiku u rkupru ta’ marki mħassra;

(d)

jiġġenera rapporti testwali ta’ attività illeċita, inkluż ir-rotot ta’ traffikar, l-atturi u n-netwerks finanzjarji u ta’ appoġġ involuti fid-devjazzjoni jew it-trasferiment illeċitu u l-valutazzjonijiet ta’ fatturi kontribwenti (inkluż il-ġestjoni u s-sigurtà ineffettivi ta’ ħażniet u n-netwerks ta’ forniment illeċitu u deliberatament orkestrati mill-istat);

(e)

itella’ l-evidenza msemmija qabel fis-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni tal-iTrace u, ladarba tiġi verifikata, fil-portal tal-immappjar online għad-disseminazzjoni sħiħa lill-pubbliku u lill‐Istati Membri permezz ta’ pjattaformi siguri għad-desktops u s-sistemi operatorji mobbli.

4.2.5.   Indikaturi tal-implimentazzjoni tal-proġett

Sa 75 stazzjonament fuq il-post (inkluż stazzjonament estiż fejn meħtieġ) matul il-perijodu ta’ tliet snin biex tiġi ġġenerata evidenza li tittella’ fis-sistema ta’ ġestjoni ta’ informazzjoni u l-portal tal‐immappjar online tal-iTrace.

Il-proġett ser jiġi implimentat matul il-perijodu sħiħ ta’ tliet snin tal-proġett iTrace.

4.2.6.   Benefiċjarji tal-proġett

L-iTrace ser ikompli jipprovdi informazzjoni dejjem aktar komprensiva mmirata espliċitament l‐ewwel u qabel kollox lejn dawk li jfasslu l-politika ta’ kontroll tal-armi nazzjonali tal-UE, u l‐awtoritajiet ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni ta’ armi kif ukoll l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u missjonijiet tal-Unjoni. Dawn il-benefiċċjarji tal-Unjoni ser ikollhom ukoll aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali permezz ta’ pjattaformi siguri għad-desktops u s-sistemi operatorji mobbli pprovduti minn iTrace.

L-informazzjoni pubblika ser tkompli tkun aċċessibbli wkoll għall-benefiċjarji kollha tal-Unjoni, kif ukoll għall-benefiċjarji li mhumiex mill-Unjoni, bħal dawk li jfasslu l-politika dwar il-kontroll tal‐armi u l-awtoritajiet tal-liċenzjar tal-esportazzjoni tal-armi f’pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet ta’ riċerka mhux governattivi, organizzazzjonijiet ta’ promozzjoni u l-mezzi tax-xandir tal-aħbarijiet internazzjonali.

4.3.   Proġett 3: Appoġġ imfassal apposta lill-awtoritajiet għall-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi u dawk li jfasslu l-politika ta’ kontroll tal-armi tal-Istati Membri.

4.3.1.   Objettiv tal-proġett

Il-proġett ser jipprovdi lill-Istati Membri appoġġ bilaterali konsistenti, inkluż żjarat wiċċ imb’ wiċċ regolari u rapportar personalizzat, li jitfassal skont l-oqsma ta’ interess speċifiċi għall‐kontroll tal-armi u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni ta’ kull Stat Membru. L-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni tal-armi tal-Istati Membri ser tiġi ttrattata bir-rispett u l-kunfidenzjalità dovuti. Il-CAR ser tkompli wkoll tkun f’kuntatt ma’ firxa ta’ awtoritajiet ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni tal-armi nazzjonali ta’ pajjiżi terzi. Dawn ir-relazzjonijiet ser jappoġġaw diversi aspetti kritiċi tal-isforzi internazzjonali biex jiġu indirizzati d-devjazzjoni u t‐traffikar ta’ armi konvenzjonali u ser isaħħu l-miżuri kontra d-devjazzjoni internazzjonali, inkluż:

(a)

l-għoti ta’ informazzjoni u evidenza dettaljata dwar devjazzjoni dokumentata lill-awtoritajiet ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni tal-armi; u

(b)

l-appoġġ jew l-għoti, fuq talba uffiċjali minn awtoritajiet ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni tal-armi nazzjonali tal-UE, il-kapaċità ta’ verifika wara t-trasportazzjoni/wara l-kunsinna lejn Stati Membri.

4.3.2   Benefiċċju għal inizjattivi tal-UE dwar il-kontroll tal-armi

Iż-żjarat regolari tat-Timijiet tal-Proġett iTrace fl-ibliet kapitali tal-Istati Membri jippermettu diskussjonijiet bilaterali dwar suġġetti sensittivi (jiġifieri d-devjazzjoni ta’ wara l-esportazzjoni), jippermettu lill-Istati Membri jagħtu kontribut dirett fit-tfassil tal-iTrace u r-riżultati tiegħu (id‐direzzjoni u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjonijiet u t-tipi ta’ rappurtar), u jgħinu fl‐iżvilupp ta’ miżuri tal-bini ta’ fiduċja (jiġifieri n-“notifika minn qabel” u d-“dritt ta’ tweġiba” tal‐iTrace). B’mod kritiku, il-ħidma ta’ sensibilizzazzjoni tal-iTrace favur l-Istati Membri tipprovdi forum għal diskussjoni spiss sfumata dwar sfidi u opportunitajiet nazzjonali relatati mal-impenji taħt il-Kriterju 7 tal‐Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK u mal-impenji taħt l-Artikolu 11 tat-TKA. Skont il-Proġetti iTrace tal-passat (I, II u III), iż-żjarat ta’ ħidma ta’ sensibilizzazzjoni kienu kritiċi għal fehim tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni tal-Istati Membri, kemm ta’ natura ġenerali (jiġifieri ’x’inhi l-valutazzjoni ta’ theddida tiegħek rigward l-armi li jidħlu f’teatru partikolari ta kunflitt armat’”) kif ukoll dawk li huma speċifiċi għall-Proġett iTrace (jiġifieri ’neħtieġu tabella operattiva li twissina immedjatament dwar kull arma prodotta domestikament li jiddokumentaw it-timijiet tal‐iTrace fuq il-post”).

4.3.3.   Attivitajiet tal-proġett

L-attivitajiet li ġejjin ser jitwettqu fil-qafas ta’ dan il-proġett:

(a)

it-timijiet tal-iTrace jintbagħtu fuq żjarat ripetuti għand l-awtoritajiet rilevanti fil-bliet kapitali tal-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni dwar il-kwistjonijiet kontra d‐devjazzjoni, u jirrappurtaw dwar l-investigazzjonijiet tagħhom;

(b)

it-tkomplija ta’ help desk ta’ 24 siegħa biex jagħti pariri immedjati dwar allegazzjonijiet fl‐istampa kontra d-devjazzjoni jew potenzjalment negattivi li jirriżultaw minn rappurtar mhux verifikat ta’ partijiet terzi;

(c)

iż-żamma għall-awtoritajiet ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni ta’ dashboards online, li jagħmlu streaming ta’ data kriptata mis-sistema ta’ ġestjoni tad-data iTrace, billi jimmarkaw bi ’twissija ħamra’ l-partijiet bi storja ta’ devjazzjoni tal-armi konvenzjonali, ifasslu profili ta’ destinazzjonijiet ta’ riskju kbir, u jirrappurtaw, dak il-ħin, id-devjazzjoni ta’ armi mmanifatturati domestikament; u

(d)

l-appoġġ jew il-forniment, fuq talba uffiċjali mill-awtoritajiet ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni tal‐armi tal-Istati Membri, tal-kontrolli tal-użu aħħari (verifika) wara l-kunsinna lill-Istati Membri minn timijiet investigattivi tal-iTrace fuq il-post.

Il-proġett ser jiġi implimentat matul il-perijodu sħiħ ta’ tliet snin tal-proġett iTrace.

4.3.4.   Riżultati tal-proġett

Il-proġett ser:

(a)

jassisti lill-awtoritajiet ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni tal-armi tal-Istat Membru, fuq talba tagħhom fl‐identifikazzjoni ta’ devjazzjoni ta’ wara l-esportazzjoni;

(b)

jipprovdi informazzjoni b’appoġġ għall-analiżi tar-riskju tad-devjazzjoni mill-awtoritajiet ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni tal-armi tal-Istat Membru, f’konformità mal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK u t-TKA, qabel ma jingħataw il-liċenzji ta’ esportazzjoni;

(c)

jipprovdi lill-awtoritajiet ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni tal-armi tal-Istat Membru b’kapaċità ta’ verifika ta’ wara l-kunsinna fuq talba tagħhom;

(d)

jappoġġa lil dawk li jfasslu l-politika ta’ kontroll tal-armi tal-Istat Membru b’informazzjoni dak il-ħin dwar id-devjazzjoni u x-xejriet tat-traffikar b’appoġġ għall-impenn nazzjonali fil-proċessi ta’ politika internazzjonali; u

(e)

jassisti lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fl-appoġġ ta’ investigazzjonijiet kriminali, fejn applikabbli u fuq talba tagħhom.

4.3.5.   Indikaturi tal-implimentazzjoni tal-proġett

Iż-żamma ta’ dashboards apposta għad-desktops u s-sistemi operatorji mobbli, li ser jagħmlu streaming live tal-informazzjoni minn kompartimenti siguri fis-sistema iTrace lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri. Help desk, li ser ikun immexxi minn persunal tal-proġett iTrace, li jipprovdi appoġġ sħiħ lill-awtoritajiet tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi u lill-persuni li jfasslu l-politika dwar il-kontroll tal-armi tal-Istati Membri. Sa 45 żjara fil-bliet kapitali tal‐Istati Membri fuq talba.

Il-proġett ser jiġi implimentat matul il-perijodu sħiħ ta’ tliet snin tal-proġett iTrace.

4.3.6.   Benefiċjarji tal-proġett

L-Istati Membri interessati kollha , bi żjarat fil-bliet kapitali u missjonijiet ta’ verifika ta’ wara l-kunsinna mwettqa fuq talba.

4.4.   Proġett 4: Sensibilizzazzjoni tal-partijiet interessati u koordinazzjoni internazzjonali

4.4.1.   Objettiv tal-proġett

Il-proġett ser juri l-benefiċċji ta’ iTrace lil dawk li jfasslu l-politika internazzjonali u nazzjonali, l‐esperti ta’ kontroll ta’ armi konvenzjonali, u l-awtoritajiet tal-liċenzji tal-esportazzjoni ta’ armi. Ser jitfasslu wkoll inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni għal aktar koordinazzjoni tal-qsim ta’ informazzjoni u l-bini ta’ sħubiji sostenibbli ma’ individwi u organizzazzjonijiet li jistgħu jiġġeneraw informazzjoni li tista’ tittella’ fis-sistema iTrace.

4.4.2.   Benefiċċju għal inizjattivi tal-Unjoni dwar il-kontroll tal-armi

Il-proġett ser juri, f’diversi konferenzi, avvenimenti u proċessi, appoġġ mill-Unjoni għall-Proġett iTrace u juri r-rwol tal-proġett fl-għoti ta’ informazzjoni konkreta b’appoġġ għal inizjattivi internazzjonali ta’ kontroll tal-armi. Proġetti suċċessivi tal-iTrace (I, II u III) urew li s-sensibilizzazzjoni internazzjonali taqdi rwol kritiku fi: 1) it-tiswir tal-aġenda internazzjonali rigward il-proċessi internazzjonali ta’ kontroll tal-armi; u 2) il-ħolqien ta’ opportunitajiet għal kooperazzjoni mill-Istat mhux tal-UE mal‐proġett iTrace u b’mod aktar ġenerali tal-inizjattivi tal-Unjoni dwar il-kontroll tal-armi.

4.4.3.   Attivitajiet tal-proġett

L-attivitajiet li ġejjin, b’attenzjoni dovuta mogħtija biex tiġi evitata sovrapożizzjoni ma’ impriżi oħra pereżempju fuq il-komunikazzjoni tat-TKA, ser jitwettqu fil-qafas ta’ dan il-proġett:

(a)

preżentazzjonijiet mill-persunal tal-proġett iTRACE lil konferenzi internazzjonali rilevanti dwar il-kummerċ illeċitu f’armi konvenzjonali fl-aspetti kollha tiegħu. Il-preżentazzjonijiet tal‐persunal ser jitfasslu biex juru l-iTrace, b’enfasi fuq: 1) il-benefiċċji konkreti tagħha għall‐assistenza fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tat-TKA, il-Programm ta’ Azzjoni tan-NU , u strumenti internazzjonali rilevanti oħra; 2) l-utilità tagħha fl-identifikazzjoni ta’ oqsma ta’ prijorità għall‐assistenza u l-kooperazzjoni internazzjonali; u 3) l-utilità tagħha bħala mekkaniżmu ta’ tfassil ta’ profil ta’ valutazzjoni tar-riskju għall-awtoritajiet tal-liċenzji tal-esportazzjoni ta’ armi;

(b)

preżentazzjonijiet tal-persunal tal-proġett iTrace lil gvernijiet nazzjonali u operazzjonijiet ta’ żamma tal-paċi. Il-preżentazzjonijiet tal-persunal ser jitfasslu biex juru l-iTrace lil dipartimenti ta’ missjonijiet rilevanti, jinkoraġġixxu u jiżviluppaw ftehimiet formali għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni li jistgħu jiġġeneraw informazzjoni li tista’ tiġi introdotta fis-sistema iTrace, kif ukoll biex jgħinu lil dawk li jfasslu l-politika fl-identifikazzjoni ta’ oqsma ta’ prijorità għall‐assistenza u l-kooperazzjoni internazzjonali.

Il-proġett ser jiġi implimentat matul il-perijodu sħiħ ta’ tliet snin tal-proġett iTrace.

4.4.4.   Riżultati tal-proġett

Il-proġett ser:

(a)

juri l-utilità tal-iTrace u l-kunċett tad-dokumentazzjoni, il-ġbir u l-kondiviżjoni tad-data dwar id-devjazzjoni lil dawk li jfasslu l-politika nazzjonali u internazzjonali li jaħdmu fl‐implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar il-kontroll ta’ armi konvenzjonali u l-kontroll tal‐esportazzjoni ta’ armi (it-TKA, il-Programm ta’ Azzjoni tan-NU, u strumenti internazzjonali oħra rilevanti) u jappoġġaw l‐implimentazzjoni tagħhom;

(b)

jipprovdi informazzjoni rilevanti biex jassisti lil dawk li jfasslu l-politika u l-esperti ta’ kontroll ta’ armi fl-identifikazzjoni ta’ oqsma ta’ prijorità għall-assistenza u l-kooperazzjoni internazzjonali u fit-tfassil ta’ strateġiji effettivi kontra d-devjazzjoni;

(c)

jipprovdi lill-awtoritajiet tal-liċenzji tal-esportazzjoni ta’ armi b’informazzjoni dettaljata dwar iTrace u l-utilità tagħha għall-valutazzjoni tar-riskju, minbarra li jipprovdi mezz għal aktar feedback u tisħiħ tas-sistema;

(d)

jiffaċilita l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni bejn gvernijiet nazzjonali u operazzjonijiet għaż‐żamma tal-paċi u għall-monitoraġġ tas-sanzjonijiet tan-NU, inkluż l-ipproċessar tad-data u analiżi bl-użu tas-sistema tal-iTrace;

(e)

jiffaċilita n-networking fost grupp dejjem jikber ta’ esperti ta’ kontroll ta’ armi konvenzjonali involuti fit-twettiq ta’ investigazzjonijiet in situ dwar id-devjazzjoni u t-traffikar ta’ armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom;

(f)

itejjeb il-profil pubbliku tat-traċċar ta’ armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom bħala mezz ta’ assistenza fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tat-TKA, il-Programm ta’ Azzjoni tan-NU, l-ITI u strumenti internazzjonali u reġjonali oħra tal-kontroll ta’ armi u l-kontroll ta’ esportazzjoni ta’ armi.

4.4.5.   Indikaturi tal-implimentazzjoni tal-proġett

Sa 30 konferenza ta’ sensibilizzazzjoni li attendew il-persunal tal-iTrace. Il-konferenzi kollha ser jinkludu preżentazzjonijiet tal-iTrace. L-aġendi u sommarji fil-qosor tal-konferenzi ser jiġu inklużi fir-rapport tan-narrattiva trimestrali.

Il-proġett ser jiġi implimentat matul il-perijodu sħiħ ta’ tliet snin tal-proġett iTrace.

4.4.6.   Benefiċjarji tal-proġett

Jekk jogħġbok ara t-Taqsima 4.2.6 hawn fuq għal lista sħiħa ta’ benefiċjarji, li hija identika għall‐benefiċjarji ta’ dan il-proġett.

4.5.   Proġett 5: rapporti ta’ politika tal-iTrace

4.5.1.   Objettiv tal-proġett

Il-proġett ser jipprovdi rapporti ta’ kwistjonijiet ta’ politika ewlenin, meħuda mid-data ġġenerata mill-investigazzjonijiet fuq il-post u ppreżentata fuq is-sistema iTrace. Ir-rapporti ser ikunu maħsuba biex jenfasizzaw oqsma speċifiċi ta’ interess internazzjonali, inklużi tendenzi maġġuri fit‐traffikar ta’ armi u munizzjon konvenzjonali, id-distribuzzjoni reġjonali ta’ armi konvenzjonali traffikati u l-munizzjon tagħhom, u oqsma ta’ prijorità għall-attenzjoni internazzjonali.

4.5.2   Benefiċċju għal inizjattivi tal-Unjoni dwar il-kontroll tal-armi

Ir-rapporti ta’ politika tal-iTrace jiffokaw l-attenzjoni internazzjonali fuq il-komprensività tal‐inizjattivi tal-Unjoni dwar il-kontroll tal-armi u l-impenji meħuda mill-Istati Membri biex jindirizzaw id-devjazzjoni ta’ armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom. Mill-2013 sa issa, dawn ir-rapporti kisbu kopertura importanti f’ħafna mill-kanali tal-aħbarijiet ewlenin fid-dinja, u wasslu għal azzjoni nazzjonali mill-gvernijiet, il-membri parlamentari u s-soċjetà ċivili. Minħabba li r‐rapporti tal-iTrace ma joqogħdux lura milli jidentifikaw armi konvenzjonali illeċiti li joriġinaw fl‐Unjoni, huma juru l-attitudni progressiva tal-Istati Membri lejn il-kontroll tal-armi. Dan, possibbilment, jinkoraġġixxi t-trasparenza u l-espansjoni tas-sħubija u l-universalizzazzjoni ta’ trattati u reġimi multilaterali ta’ diżarm, nonproliferazzjoni, u kontroll tal-armi mitluba fl-Istrateġija Globali tal-UE, jiġifieri l-prinċipju “immexxu bl-eżempju”.

4.5.3.   Attivitajiet tal-proġett

Analiżi fil-fond li twassal għall-ġbir, ir-rieżami, l-editjar u l-pubblikazzjoni, inkluż stampar u distribuzzjoni ta’ massimu ta’ 20 rapport ta’ politika tal-iTrace.

4.5.4.   Riżultati tal-proġett

Il-proġett ser:

(a)

jipproduċi massimu ta’ 20 rapport, kull wieħed bi profil ta’ kwistjoni separata ta’ interess internazzjonali;

(b)

jiżgura d-distribuzzjoni ta’ rapporti ta’ politika tal-iTrace lill-Istati Membri kollha;

(c)

ifassal strateġija ta’ sensibilizzazzjoni mmirata biex tiżgura kopertura globali massima;

(d)

isostni l-viżibbiltà tal-Azzjoni fl-arena politika u l-mezzi tax-xandir tal-aħbarijiet internazzjonali billi, fost affarijiet oħra, jippreżenta informazzjoni dwar armi konvenzjonali illeċiti ta’ interess topiku, jipprovdi analiżi rilevanti ta’ politika b’appoġġ għal proċessi li għaddejjin ta’ kontroll tal-armi, u jfassal rapporti li jipprovdu l-akbar interess għall-aħbarijiet tal-media internazzjonali.

4.5.5.   Indikaturi tal-implimentazzjoni tal-proġett

Massimu ta’ 20 rapport online disponibbli għall-pubbliku dwar il-politika tal-iTrace, prodotti matul iż-żmien tal-Azzjoni proposta.

Il-proġett ser jiġi implimentat matul il-perijodu sħiħ ta’ tliet snin tal-proġett iTrace.

4.5.6.   Benefiċjarji tal-proġett

Jekk jogħġbok ara t-Taqsima 4.2.6 hawn fuq għal lista sħiħa ta’ benefiċjarji, li hija identika għall‐benefiċjarji ta’ dan il-proġett.

4.6.   Proġett 6: Traċċar u investigazzjoni msaħħa ta’ armi konvenzjonali illeċiti u l-munizzjon tagħhom

4.6.1.   Objettiv tal-proġett

Il-proġett ser ikompli jibgħat talbiet formali għat-traċċar lill-gvernijiet nazzjonali, għal armi konvenzjonali illeċiti u l-munizzjon tagħhom, li r-reazzjonijiet għalihom jipprovdu informazzjoni komprensiva dwar il-ktajjen ta’ provvista tagħhom u jidentifikaw il-post u ċ-ċirkostanzi li fihom ġew iddevjati lejn utenti mhux awtorizzati. Dawn l-attivitajiet għandhom l-għan li jistabbilixxu l‐mekkaniżmi tad-devjazzjoni ta’ armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom, fuq bażi ta’ każ b’każ u bl-appoġġ tal-Istati esportaturi, b’mod partikolari l-awtoritajiet ta’ kontroll tal-esportazzjoni tal‐armi tal-Istati Membri. It-traċċi jagħtu informazzjoni dettaljata dwar netwerks ta’ provvista ta’ armi konvenzjonali illeċiti, jidentifikaw każijiet ta’ trasferiment mill-ġdid mhux awtorizzat bi ksur ta’ ftehim tal-utenti aħħarin, jissenjalaw ksur ta’ embargos fuq l-armi tan-NU u tal-Unjoni, u jiġbdu l-attenzjoni tal-Istati għad-devjazzjoni wara l-esportazzjoni. Fuq kollox, minħabba li l-gvernijiet nazzjonali nfushom jipprovdu informazzjoni dwar it-traċċar, il-proċess tat-traċċar jipprovdi bażi għat-tfassil tal-politika dwar il-kontroll tal-armi.

4.6.2   Benefiċċju għal inizjattivi tal-Unjoni dwar il-kontroll tal-armi

It-talbiet għat-traċċar ippermettew li l-proġett iTrace jipprovdi kontribut b’appoġġ għal diversi interventi ta’ infurzar tal-liġi ta’ Stati Membri (u Stati mhux membri), li jinkludu l‐prosekuzzjoni u l-kundanna ta’ individwi involuti fit-traffikar ta’ armi konvenzjonali u l‐munizzjon tagħhom, u materjal relatat.

It-talbiet għat-traċċar jiġbdu l-attenzjoni wkoll tal-Istati Membri għal każijiet ta’ devjazzjoni wara l-esportazzjoni, u jipprovdu informazzjoni essenzjali għal valutazzjonijiet effettivi tar-riskju fl-għoti ta’ liċenzji għall-esportazzjoni tal-armi. Bħala tali, l-iTrace jikkontribwixxi direttament informazzjoni li tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Kriterju 7 tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK u l-Artikolu 11 tat-TKA. L-informazzjoni miksuba permezz tal-proċess tat-traċċar tidentifika wkoll utenti aħħarin mhux awtorizzati, devjaturi ta’ armi konvenzjonali, partijiet illegali fil-katina ta’ provvista, u sorsi finanzjarji illeċiti. Dan jipprovdi lill‐Istati Membri data kritika b’rabta mal-profili tar-riskju tal-esportazzjoni.

4.6.3.   Attivitajiet tal-proġett

Sensiela kostanti ta’ talbiet ta’ traċċar, u komunikazzjonijiet assoċjati u investigazzjonijiet ta’ segwitu, tul iż-żmien kollu tal-proġett.

4.6.4.   Riżultati tal-proġett

Il-proġett ser:

(a)

jittraċċa armi konvenzjonali illeċiti u l-munizzjon tagħhom misjuba f’żoni milquta minn kunflitti b’rata mingħajr paragun. L-irfinar fil-proċeduri operattivi standard tal-CAR matul l-iTrace III, wara konsultazzjoni estensiva mal-Istati Membri, ser jiżgura li l‐informazzjoni miġbura mill-Unità tat-Traċċar tal-CAR ser tiġi eżaminata mill-gvernijiet nazzjonali qabel ma tiġi rilaxxata u tikkontribwixxi għall-ikbar ħażna fid-dinja ta’ armi ta’ kunflitt traċċati;

(b)

l-Unità tal-Investigazzjoni Msaħħa (EIU) li għadha kemm twaqqfet ser tieħu informazzjoni miġbura minn traċċi ta’ armi konvenzjonali illeċiti u l-munizzjon tagħhom biex tistabbilixxi b’mod aktar ċar il-“min, kif, xiex, meta u kif” tad-devjazzjoni u toħloq mappa tal-ktajjen ta’ provvista, iffukata fuq tliet pilastri ta’ investigazzjoni: netwerks umani, finanzjament ta’ armi illeċiti, u loġistika tal-provvista. L-EIU ser tkun tista’ titħaddem madwar id-dinja u taħdem biex tikseb testimonjanzi mhux pubbliċi, informazzjoni finanzjarja, u dokumenti ġewwa u barra ż‐żoni ta’ kunflitt; u

(c)

fl-aħħar mill-aħħar, l-EIU ser tipprovdi lil dawk li jfasslu l-politiki firxa ġdida ta’ għażliet biex jindirizzaw trasferimenti illeċiti ta’ armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom u n-netwerks finanzjarji u loġistiċi warajhom, li jissupplimentaw miżuri bħal embargos fuq l-armi u kontrolli diretti fuq l-esportazzjoni, b’għażliet ta’ “tħarbit tan-netwerk” li jvarjaw minn diliġenza dovuta bankarja sa spezzjonijiet immirati ta’ kontejners, u twissijiet ħomor dwar intermedjarji kummerċjali.

4.6.5.   Indikaturi tal-implimentazzjoni tal-proġett

Il-volum u s-suċċess tat-talbiet ta’ traċċar ser jiġu rreġistrati u vvalutati kontinwament matul iż‐żmien kollu tal-Azzjoni.

Il-proġett ser jiġi implimentat matul il-perijodu sħiħ ta’ tliet snin tal-proġett iTrace.

4.6.6.   Benefiċjarji tal-proġett

Jekk jogħġbok ara t-Taqsima 4.2.6 hawn fuq għal lista sħiħa ta’ benefiċjarji, li hija identika għall-benefiċjarji ta’ dan il-proġett.

5.   Postijiet

Il-proġetti 1, 2 u 6 ser jeħtieġu stazzjonament estensiv fuq il-post ta’ esperti ta’ armi konvenzjonali fir-reġjuni milquta minn kunflitt. Dawn l-istazzjonamenti ser jiġu vvalutati skont il-każ, b’referenza għas-sigurtà, l-aċċess u d-disponibbiltà ta’ informazzjoni. Il-CAR diġà għandha kuntatti stabbiliti jew proġetti għaddejjin f’bosta mill-pajjiżi kkonċernati. Il-proġett 3 ser jitmexxa fil-bliet kapitali ta’ Stati Membri (bi vjaġġi oħrajn ġewwa l-pajjiżi soġġett għall-ħtiġijiet tal-Istati Membri). Il‐proġett 4 ser jitwettaq f’konferenzi internazzjonali, u f’koordinament ma’ gvernijiet nazzjonali u organizzazzjonijiet rilevanti, fid-dinja kollha biex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-proġett. Il-proġett 5 ser jiġi kkompilat fil-Belġju, l-Italja, Franza u r-Renju Unit.

6.   Tul ta’ żmien

Iż-żmien totali għall-proġetti kollha f’daqqa huwa stmata li jkun ta’ 36 xahar.

7.   Entità ta’ implimentazzjoni u viżibbiltà tal-Unjoni

Il-CAR tqiegħed fil-post timijiet ta’ investigazzjoni żgħar mal-forzi lokali ta’ difiża u ta’ sigurtà, il-persunal taż-żamma tal-paċi/tal-appoġġ għall-paċi, u atturi oħra b’mandati ta’ sigurtà. Kull meta dawn il-forzi jew missjonijiet jassiguraw armi illeċiti jew siti ta’ ġbir tal-evidenza, it-timijiet tal‐CAR jirkupraw kull evidenza disponibbli dwarhom u dwar il-gruppi li jużawhom. Il-CAR imbagħad tipproċedi biex jittraċċa l-oġġetti kollha identifikabbli b’mod uniku u jwettaq investigazzjonijiet dwar it-trasferimenti illeċiti tagħhom, il-ktajjen ta’ provvista, u l-appoġġ lill‐partijiet li jheddu l-paċi u l-istabbiltà.

Filwaqt li taħdem mal-awtoritajiet ta’ liċenzjar nazzjonali tal-esportazzjoni, il-CAR issib il-ktajjen ta’ provvista li huma responsabbli għall-forniment tal-armi fil-kunflitti armati, billi tidentifika l‐attività illeċita u d-devjazzjoni tal-armi mis-swieq legali għal dawk illeċiti. Il-CAR tirreġistra l‐informazzjoni miġbura fuq is-sistema iTrace tagħha ta’ monitoraġġ globali tal-armi, li b’aktar minn 500,000 arma ta’ kunflitt, munizzjon, u materjal relatat, hija l-akbar ħażna ta’ data ta’ armi ta’ kunflitt madwar id-dinja.

Il-CAR tuża din l-informazzjoni biex: a) twissi lill-Istati Membri dwar id-devjazzjoni ta’ armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom; u b) tagħti lok għal inizjattivi mmirati kontra d-devjazzjoni, inkluż miżuri ta’ kontroll tal-esportazzjoni riveduti u azzjoni diplomatika internazzjonali.

Din il-metodoloġija wriet bil-provi li tidentifika d-devjazzjonijiet kważi immedjatament, wara li t‐timijiet fuq il-post tal-CAR ikunu infurmaw lill-Istati Membri b’armi ddevjati waqt li jkunu għadhom stazzjonati f’żoni milquta minn konflitti, pereżempju filwaqt li jkunu fuq il-post f’Mosul, l-Iraq. F’xi każijiet, it-timijiet tal-CAR skoprew trasferimenti mill-ġdid mhux awtorizzati fi żmien xahrejn minn meta l-armi jkunu ħallew il-bieb tal-fabbrika.

Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2283 tappoġġa lill-CAR biex tkompli u tkabbar il-proġett iTrace stabbilit bid-Deċiżjoni 2013/698/PESK u mġedda bid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1908 5. Il-proġetti, imsejħa iTrace I, II u III, rispettivament, stabbilixxew sew lil iTrace bħala inizjattiva sinifikattiva ta’ monitoraġġ tal-armi ta’ konflitt madwar id-dinja u pprovdew appoġġ dirett lill‐awtoritajiet ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni u dawk li jfasslu l-politika ta’ kontroll tal-armi tal-UE.

Barra minn hekk, fit-2 ta’ Diċembru 2015, pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra t-traffikar u l-użu illeċitu tal-armi tan-nar u l-isplussivi talab għal “estensjoni tal-użu tal-iTrace” u rrakkomanda li kwalunkwe awtorità nazzjonali tal-infurzar tal-liġi li tindividwa d-devjazzjoni ta’ armi u munizzjon tal-kontroll tivverifika dawn is-sejbiet mar-rekords fl-iTrace. Fl-2019, il-CAR ikkonkludiet memorandum ta’ qbil mal-Europol biex tassisti f’dawn l-attivitajiet. Barra minn hekk, il-CAR ipprovdiet data tal‐iTrace lis-sistema iARMS tal-Interpol u għenet lill-Interpol fl-identifikazzjoni ta’ armi mtella’ fl-iARMS mill-Istati Membri.

Il-CAR ser tieħu l-miżuri kollha adatti biex tippubbliċizza l-fatt li l-Azzjoni ġiet iffinanzjata mill-Unjoni. Tali miżuri ser jitwettqu skont il-Manwal dwar il-Komunikazzjoni u l‐Viżibbiltà għall-Azzjonijiet Esterni tal-Unjoni Ewropea stipulat u ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea.

B’dan il-mod, il-CAR ser tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribut tal-Unjoni b’kummerċjalizzazzjoni u pubbliċità adatti, li jenfasizzaw ir-rwol tal-Unjoni, jiżguraw it-trasparenza tal-azzjonijiet tagħha, u s-sensibilizzazzjoni dwar ir-raġunijiet għal din id-Deċiżjoni, kif ukoll l-appoġġ tal-Unjoni għal din id-Deċiżjoni u r-riżultati ta’ dan l-appoġġ. Il-materjal prodott mill-proġett ser juri b’mod prominenti l-bandiera tal-Unjoni f’konformità mal-linji gwida tal-Unjoni għall-użu u r-riproduzzjoni preċiżi tal-bandiera.

8.   Metodoloġija u salvagwardji għas-sħab nazzjonali tal-gvern

L-Azzjoni iTrace ser iżżomm rappurtar politikament ibbilanċjat. F’konformità mal-prinċipji ċentrali tal-CAR, l-Azzjoni ser tirrapporta dwar armi konvenzjonali illeċiti u l-munizzjon tagħhom, li timijiet ta’ investigazzjoni fil-post tal-CAR jiddokumentaw fi Stati milquta minn kunflitt, mingħajr preġudizzju għat-tip jew il-provenjenza tagħhom u irrispettivament mill-parti li jkollha dawk l-armi. Il-CAR tirrikonoxxi li l-Istati Membri li jiżvelaw informazzjoni fl-interess tat-trasparenza jistgħu jesponu l-esportazzjonijiet tagħhom tal-armi għal skrutinju pubbliku akbar. Għalhekk, sa fejn ikun fattibbli, il-CAR ser:

(a)

tirrikonoxxi, fir-rappurtar pubbliku tagħha, l-Istati Membri li pprovdew informazzjoni lill-Azzjoni iTrace fl-interess tat-trasparenza pubblika; u

(b)

tiżgura li r-rappurtar pubbliku tal-iTrace jiddifferenzja sew lill-Istati Membri msemmija fil-punt (a) minn stati li konsistentement ma jiżvelawx informazzjoni b’appoġġ għall-investigazzjonijiet tal-iTrace.

8.1   Ċarezza operazzjonali

Il-CAR ser titlob l-approvazzjoni minn qabel tal-COARM qabel ma jsir involviment sostantiv fil-pajjiżi kollha li preċedentement ma kinux soġġetti għal investigazzjonijiet iTrace fuq il-post jew programmi iTrace ta’ taħriġ u mentoraġġ. Kwalunkwe talba bħal din ser tippreżenta l-enfasi ġenerali tal‐investigazzjonijiet u l-metodoloġija prevista mill-CAR għall-pajjiż prospettiv. Fil-mument tal‐adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, programmi tal-iTrace kienu operaw preċedentement fil-pajjiżi li ġejjin: l-Afganistan; l-Arabja Sawdija; il-Bahrain; il-Benin; il-Burkina Faso; ir-Repubblika Ċentru‐Afrikana; iċ-Chad; l-Eġittu; l-Emirati Għarab Magħquda; l-Etjopja; il-Filippini; il-Ġordan; il-Gambja; il-Ghana; l-Indja; l-Iraq; Iżrael; il-Jemen; il-Kenja; ir-Repubblika tal-Kongo; il-Kosta tal-Avorju; il-Libanu; il-Libja; il-Mali; il-Marokk; il‐Mauritania; il-Myanmar; in-Nepal; in-Niġer; in-Niġerja; is-Senegal; is-Sirja; is-Somalja; is-Sudan; is-Sudan t’Isfel; it-Tuneżija; it‐Turkija; l-Uganda; u l-Ukrajna.

8.2.   Mitigazzjoni tal-preġudizzju

Il-CAR tirrikonoxxi li l-livell ta’ dettall ipprovdut mill-gvernijiet nazzjonali bi tweġiba għat-talbiet ta’ traċċar, li jvarja minn ebda rispons għall-iżvelar sħiħ u l-forniment ta’ dokumenti ta’ trasferiment, jista’ jirriżulta fi Stati Membri jġarrbu livelli differenti ta’ esponiment pubbliku. Il-CAR tintrabat li ttaffi kwalunkwe preġudizzju impliċitu li disparità bħal din fit‐tweġibiet dwar it-traċċar tista’ tintroduċi fir-rappurtar tal-iTrace, billi:

(a)

iżżid introduzzjoni espliċita testwali quddiem il-każijiet kollha rrappurtati mill-Azzjoni tal‐iTrace fejn l-Istati Membri jkunu wieġbu b’mod trasparenti għal talbiet ta’ traċċar b’mod li, fejn ikun applikabbli, tafferma mingħajr ambigwità l-legalità tat-trasferimenti soġġetti għal dawk it-talbiet tat-traċċar;

(b)

iżidu introduzzjoni espliċita testwali quddiem il-każijiet kollha rrappurtati mill-Azzjoni tal‐iTrace fejn l-Istati ma jkunux wieġbu għal talbiet ta’ traċċar, li tiddikjara li “minħabba n‐nuqqas ta’ tweġiba dwar it-traċċar, il-CAR ma tistax tippronunzja ruħha dwar il-legalità tat‐trasferiment inkwistjoni” (dan mhux ser japplika għal każijiet fejn l-Istati Membri jkunu pprovdew, bi tweġiba għal talbiet speċifiċi ta’ traċċar, raġunijiet li ma jħalluhomx iwieġbu minnufih jew b’mod sħiħ); u

(c)

l-għoti ta’ rapport skedat lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar il-każijiet kollha fejn il-CAR ma tkunx irċeviet mingħand l-Istati rikonoxximent tal-fatt li jkunu rċevew talba għat-traċċar fi żmien 28 jum minn meta jirċevuha. Il-CAR ser tirreġistra r-rikonoxximenti kollha li tirċievi fil-forma ta’ ittri, faksimili, posta elettronika, jew telefonati.

8.3.   Il-proċess tat-traċċar

L-Istati Membri jwieġbu għal talbiet ta’ traċċar maħruġa mill-CAR fil-qafas tal-Proġett iTrace kompletament għad-diskrezzjoni tagħhom, skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom dwar il‐kontrolli fuq l-esportazzjoni u l-kunfidenzjalità tad-data.

Għall-bidu l-CAR tibgħat talbiet għat-traċċar elettronikament lil Missjoni Permanenti tal-gvern għan-Nazzjonijiet Uniti fi New York, għalkemm tħeġġeġ lill-gvernijiet nazzjonali, għal raġunijiet amministrattivi, biex jassenjaw punt ta’ kuntatt fil-belt kapitali għal komunikazzjonijiet futuri mal‐Azzjoni tal-iTrace.

Il-proċess ta’ traċċar isegwi l-proċedura operattiva standard interna tal-CAR 02.02 u jinkludi l-passi li ġejjin:

(a)

fil-mument tal-ġbir tad-data, timijiet ta’ investigazzjoni fuq il-post li jeħtieġ li jittraċċaw armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom, jimmarkawhom għat-traċċar fis-Sistema Globali ta’ Rappurtar dwar l-Armi, iTrace;

(b)

l-Unità tat-Traċċar tal-CAR teżamina d-data l-oħra kollha miġbura fuq il-post u, flimkien mal‐Unità tal-Analitika tal-CAR, toħroġ kwalunkwe talba oħra li tista’ tqis rilevanti;

(c)

għal elementi magħżula għat-traċċar, is-sistema awtomatikament: i) tassenja numru tat-talba għat-traċċar għal kull element; ii) tħejji lista tat-talbiet għat-traċċar għal element wieħed jew aktar, li joriġinaw minn pajjiż wieħed, f’komunikazzjoni ta’ traċċar waħda; u iii) tassenja numru ta’ korrispondenza lil kull komunikazzjoni ta’ traċċar;

(d)

meta tintbagħat talba għat-traċċar jibda perijodu ta’ stennija ta’ 28 jum, li jqis il-proċeduri nazzjonali, pereżempju fl-Istati Membri. Matul il-perijodu ta’ stennija, l-element ma jista’ jiġi ppubblikat jew ikun hemm referenza għalih f’ebda produzzjoni mill-CAR;

(e)

jekk, fi tmiem il-perijodu ta’ 28 jum, l-Unità tat-Traċċar ma tkunx irċeviet tweġiba għat-traċċar, hija tista’ toħroġ tfakkira (permezz ta’ email jew telefonata, filwaqt li żżomm noti tal-komunikazzjonijiet kollha). It-tfakkira ma tagħtix bidu għal perijodu ieħor ta’ 28 jum;

(f)

meta l-Unità tat-Traċċar tirċievi tweġiba għal xi talba ta’ traċċar, hija tinnotifika lill-persunal kollu rilevanti. Il-persunal rilevanti jiddiskuti t-tweġiba mal-Unità tat-Traċċar u jiddeċiedi x’azzjoni tittieħed (jiġifieri: il-parti rispondenti wieġbet il-mistoqsijiet tal-CAR? Jenħtieġ segwitu jew li tintalab kjarifika mill-CAR? Il-CAR tista’ toħroġ dritt ta’ tweġiba?);

(g)

ladarba jkunu waslu l-kjarifiki kollha, l-Unità tat-Traċċar tikkompila notifika ta’ dritt ta’ tweġiba. Dan huwa sommarju konċiż tal-informazzjoni pprovduta bħala tweġiba għat-talba tal‐CAR u jinkludi twissijiet li jirrispondu għal informazzjoni nieqsa jew inkonklużiva. It-test huwa mfassal biex jiġi replikat verbatim fl-iTrace u fi produzzjonijiet oħra tal-CAR u jrid jagħti l-informazzjoni kollha pprovduta mir-rispondent għat-talba ta’ traċċar. L-unità tat-Traċċar tibgħat l-abbozz tat-test lit-tim responsabbli biex jitlob it-traċċar biex jeżaminah. Mal‐aċċettazzjoni tat-test, it-tim jinnotifika lill-Unità tat-Traċċar bil-miktub u lill-Unità tat-Traċċar tibgħat id-dritt ta’ tweġiba;

(h)

meta jintbagħat dritt ta’ tweġiba jibda perijodu ta’ stennija ieħor ta’ 28 jum, li matulu l-CAR tistieden lill-parti rispondenti biex tissuġġerixxi żidiet jew emendi għat-test tad-dritt ta’ tweġiba;

(i)

jekk il-parti rispondenti tissuġġerixxi emendi għat-test tad-dritt ta’ tweġiba, il-CAR temenda t‐test u terġa’ toħroġ id-dritt ta’ tweġiba. Kull darba li l-Unità tat-Traċċar toħroġ mill-ġdid dritt ta’ tweġiba, jerġa’ jibda perijodu ieħor ta’ stennija ta’ 28 jum. Dan il-proċess jista’ jiġi ripetut sakemm il-CAR tqis li jkun ġie konkluż skambju kostruttiv. Il-CAR mhix marbuta li taċċetta emendi għad-dritt ta’ tweġiba ad infinitum;

(j)

il-proċess tad-dritt ta’ tweġiba jikkonkludi jew meta l-gvern ikkonċernat jinnotifika lill-CAR li t-test huwa aċċettabbli, jew inkella meta l-CAR tqis li modifiki ulterjuri ssuġġeriti mill-gvern ikkonċernat ikunu invalidi jew superfluwi. Jekk il-gvern jikkomunika n-nuqqas ta’ qbil tiegħu mal-CAR, u l-CAR tqis li l-punti mqajma jkunu invalidi jew superfluwi, il-CAR għandha tirreferi l-oġġezzjonijiet fit-test tad-dritt ta’ tweġiba;

(k)

f’każijiet fejn il-proċess tad-dritt ta’ tweġiba jkun għaddej u l-pubblikazzjoni tkun imminenti, ġimagħtejn qabel l-“imblukkar tat-test”, il-CAR tikkomunika lill-parti rispondenti li bidliet ulterjuri mhux ser jiddaħħlu fil-pubblikazzjoni rilevanti wara d-data tal-imblukkar tat-test;

(l)

meta l-Unità tat-Traċċar tkun inkorporat l-emendi u ż-żidiet kollha fit-test tad-dritt ta’ tweġiba, hija tibgħat l-abbozz tat-test lit-tim li kien responsabbli biex jitlob it-traċċa biex jeżaminaha. Mal-aċċettazzjoni tat-test, it-tim tal-CAR jinnotifika lill-Unità tat-Traċċar bil-miktub. Wara l‐approvazzjoni, it-test tad-dritt ta’ tweġiba jkun “imblukkat” u ma jkunx jista’ jsir aktar tibdil fit-test tad-dritt ta’ tweġiba. Minn hemm ’il quddiem, dan it-test irid jiġi replikat verbatim f’kull produzzjoni pubblika jew mhux pubblika li tirreferi għall-każ. Għalhekk, huwa imperattiv li l‐Unità tat-Traċċar u t-timijiet rilevanti jaqblu fuq test verbatim kollu kemm hu qabel ma joħorġu drittijiet ta’ tweġiba; u

(m)

jekk gvern, fit-tweġiba tiegħu għal talbiet ta’ traċċar tal-CAR, jidentifika l-punt li jmiss fil‐katina ta’ provvista, il-CAR toħroġ talba ġdida għal traċċar lil dik il-parti, u l-proċess tat‐traċċar jerġa’ jibda mill-punt (a).

8.4.   Notifika bil-quddiem

Il-CAR tibgħat notifika bil-quddiem lill-partijiet kollha li jkun hemm referenza sostantiva dwarhom f’pubblikazzjonijiet tal-iTrace. Din tieħu l-forma ta’ komunikazzjoni formali, li titħejja mill-awtur tal-pubblikazzjoni li jkun imiss u tintbagħat mill-Unità tat-Traċċar. In-notifika bil-quddiem tiddeskrivi kif ir-rapport ser jirreferi għar-relazzjoni bejn il-gvern jew entità oħra msemmija u l-każ ikkonċernat u tkun imfassla biex tiżgura li:

(a)

il-CAR wettqet id-diliġenza dovuta fuq kwalunkwe allegazzjoni jew referenza magħmula għal entitajiet fil-produzzjonijiet tagħha; u

(b)

l-informazzjoni ppreżentata fir-rapporti tal-CAR tkun preċiża u ġusta.

Ladarba tintbagħat, notifika minn qabel tagħti bidu għal perijodu ta’ stennija ta’ 28 jum, li matulu l‐CAR tistieden lil min jirċeviha biex jivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni pprovduta u jippreżenta kwalunkwe oġġezzjoni. L-element ma jista’ jiġi ppubblikat jew ikun hemm referenza għalih f’ebda produzzjoni mill-CAR matul dan il-perijodu ta’ 28 jum.

9.   Rappurtar

Il-CAR ser tħejji rapporti narrattivi kull tliet xhur. Dawn ser jinkludu, fost affarijiet oħra, informazzjoni dettaljata dwar l-attivitajiet imwettqa matul il-perijodu ta’ rappurtar, proġett bi proġett, inkluż id-dati u l-istituzzjonijiet nazzjonali. Ir-rappurtar ser ikopri wkoll l-għadd ta’ konsultazzjonijiet minn iTRACE mal-Istati Membri.

L-ambitu ġeografiku tal-attivitajiet ta’ riċerka, l-ammont u l-kategorija tas-sejbiet, kif ukoll l-oriġini tagħhom ser ikunu disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-iTRACE fil-ħin reali.


20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/71


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/2192

tad-19 ta’ Diċembru 2019

li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2014 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1).

(2)

Fid-19 ta’ Marzu 2015 il-Kunsill Ewropew qabel li kellhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikun hemm rabta ċara bejn id-durata tal-miżuri restrittivi u l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta’ Minsk, meta wieħed iqis li l-implimentazzjoni sħiħa kienet prevista għall-31 ta’ Diċembru 2015.

(3)

Fis-27 ta’ Ġunju 2019 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1108 (2), li testendi d-Deċiżjoni 2014/512/PESK sal-31 ta’ Jannar 2020 sabiex ikun jista’ jivvaluta aktar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ Minsk.

(4)

Wara li saret valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ Minsk, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġi mġedda għal sitt xhur oħra sabiex il-Kunsill ikun jista’ jivvaluta aktar l-implimentazzjoni tagħhom.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Lulju 2020.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

K. MIKKONEN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1108 tas-27 ta’ Ġunju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 175, 28.6.2019, p. 38).


20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/72


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2193

tas-17 ta’ Diċembru 2019

li tistabbilixxi r-regoli għall-kalkolu, il-verifika u r-rappurtar tad-data u l-istabbiliment tal-formati tad-data għall-finijiet tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)

(notifikata bid-dokument C(2019) 8995)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 16(9) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2012/19/UE jistabbilixxi l-metodu għall-kalkolu tal-kisba tal-miri minimi tal-irkupru tal-WEEE stabbiliti fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Biex ikun żgurat li jsiru kalkolu, verifika u rappurtar armonizzati, jeħtieġ jiġu stabbiliti regoli addizzjonali fir-rigward ta’ għadd ta’ parametri relatati mal-kalkolu. Dawk il-parametri jirrigwardaw, b’mod partikolari, il-kalkolu tal-piż tal-WEEE li jitħejja għall-użu mill-ġdid, li jidħol f’faċilità tar-riċiklaġġ, li jiġi rkuprat u li jiġi trattat fl-Istat Membru fejn ikun inġabar il-WEEE, fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz.

(3)

B’mod partikolari, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid jenħtieġ tingħadd, flimkien mar-riċiklaġġ, għall-kisba ta’ mira minima kkombinata tal-irkupru.

(4)

Biex ikun żgurat li l-Istati Membri kollha japplikaw ir-regoli dwar il-metodi tal-kalkolu b’mod uniformi, jeħtieġ ukoll jiġu stabbiliti, għall-aktar materjali komuni tal-komponenti tal-WEEE u għal ċerti operazzjonijiet tar-riċiklaġġ, liema materjali tal-iskart jenħtieġ jiġu inklużi fil-kalkolu u l-punt meta dawn il-materjali jitqiesu li jidħlu f’operazzjoni tar-riċiklaġġ.

(5)

Biex ikun żgurat li d-data li trid tiġi rrapportata dwar ir-riċiklaġġ tal-WEEE hi komparabbli, jenħtieġ li l-punt meta l-materjali jitqiesu li jidħlu f’operazzjoni tar-riċiklaġġ ikun japplika wkoll għall-iskart ta’ materjali li ma baqax skart minħabba xi trattament preliminari.

(6)

Hu meħtieġ ukoll li jiġi ċċarat il-metodu tal-kalkolu għall-kwantità tal-WEEE rrappurtat bħala riċiklat jew irkuprat fir-rigward tal-materjali mneħħija waqt it-trattament preliminari.

(7)

It-trattament tal-WEEE jista’ jinvolvi stadji differenti li għalihom il-WEEE jista’ jintbagħat fi Stat Membru ieħor jew jiġi esportat barra mill-Unjoni għat-trattament, bħala tagħmir sħiħ jew bħala partijiet, għaldaqstant jeħtieġ jiġi ċċarat x’jista’ jiġi inkluż fil-piż tal-WEEE trattat fl-Istati Membri involuti f’din l-operazzjoni.

(8)

F’konformità mal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2012/19/UE, it-trattament tal-WEEE jista’, f’ċerti kundizzjonijiet, isir barra mill-Istat Membru li jkun ġabru, jew barra mill-Unjoni. F’dawn il-każijiet, l-Istat Membru biss li jkun ġabar dak il-WEEE jenħtieġ ikun jista’ jgħoddu għall-kisba tal-mira/i minima/i tal-irkupru rispettivi.

(9)

L-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2012/19/UE jeżiġi li l-Istati Membri jiġbru ċerti tipi ta’ informazzjoni dwar it-tagħmir elettriku u elettroniku (l-EEE) u l-WEEE.

(10)

L-Artikolu 16 tad-Direttiva 2012/19/UE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jeżiġi li l-Istati Membri jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena kalendarja, id-data miġbura fl-implimentazzjoni tal-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu, skont format li trid tistabbilixxi l-Kummissjoni. Jenħtieġ li dak il-format ikun tali li jiżgura li d-data rrappurtata tipprovdi bażi soda għall-verifika u l-monitoraġġ tal-kisba tal-miri minimi għall-ġbir u l-irkupru tal-WEEE stabbiliti fid-Direttiva 2012/19/UE.

(11)

L-Artikolu 16(7) tad-Direttiva jeżiġi li l-Istati Membri jippreżentaw rapport ta’ verifika tal-kwalità lill-Kummissjoni biex jakkumpanja d-data rrappurtata skont l-Artikolu 16(6). Hu importanti li dawk ir-rapporti ta’ verifika tal-kwalità jkunu komparabbli biex fost l-oħrajn, il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel rieżami tad-data rrappurtata, inkluż l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-data, is-sorsi tad-data, il-metodoloġija użata għall-kalkolu tar-rata tal-ġbir tal-WEEE, id-deskrizzjoni ta’ kull stima sostanzjata, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, it-tempestività u l-konsistenza. Għal dan il-għan, jeħtieġ jiġi stabbilit format għar-rapport ta’ verifika tal-kwalità.

(12)

F’konformità mal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2012/19/UE, mill-2019 ’il quddiem, ir-rata minima tal-ġbir li trid tinkiseb kull sena minn kull Stat Membru hi stabbilita għal 65 % tal-piż medju tal-EEE imqiegħed fis-suq fit-tliet snin preċedenti fl-Istat Membru kkonċernat, jew inkella 85 % tal-WEEE iġġenerat fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/699 (3) jistabbilixxi metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż tal-EEE imqiegħed fis-suq ta’ kull Stat Membru u metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-kwantità ta’ skart tat-tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) iġġenerat skont il-piż f’kull Stat Membru. L-Istati Membri jenħtieġ jindikaw il-metodoloġija li jagħżlu biex japplikaw għall-kalkolu tar-rata tal-ġbir tal-WEEE fil-format għar-rappurtar u fir-rapport ta’ verifika tal-kwalità.

(13)

F’konformità mal-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2012/19/UE, b’effett mill-15 ta’ Awwissu 2018, kull EEE għandu jiġi kklassifikat fis-sitt kategoriji stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva, għall-kuntrarju tal-għaxar kategoriji li kienu applikabbli tul perjodu tranżitorju qabel dik id-data. Jenħtieġ li l-format għar-rappurtar ikun jirrifletti din it-tranżizzjoni u b’hekk ikun żgurat li l-informazzjoni rrappurtata tippermetti l-verifika u l-monitoraġġ tal-kisba tal-miri relatati mal-irkupru tal-WEEE għal kull kategorija stabbilita fl-Artikolu 11(1) u l-Anness V (il-Parti 3) tad-Direttiva 2012/19/UE.

(14)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Regoli għall-kalkolu tal-miri minimi tal-irkupru msemmija fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2012/19/UE

1.   Il-piż tal-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku (il-WEEE) irrappurtat bħala mħejji għall-użu mill-ġdid għandu jkun il-piż tat-tagħmir sħiħ, li sar skart, u tal-komponenti tal-WEEE li, wara operazzjonijiet ta’ verifika, tindif jew tiswija, jistgħu jintużaw mill-ġdid mingħajr aktar separazzjoni jew ipproċessar preliminari.

Meta l-komponenti jitħejjew għall-użu mill-ġdid, il-piż tal-komponent innifsu biss għandu jiġi rrappurtat bħala mħejji għall-użu mill-ġdid.

Meta t-tagħmir sħiħ ikun imħejji għall-użu mill-ġdid, u l-komponenti kollha biss li b’kollox jirrappreżentaw inqas minn 15 % tal-piż kollu tat-tagħmir jiġu sostitwiti b’komponenti ġodda waqt il-proċess ta’ preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, il-piż kollu tat-tagħmir għandu jiġi rrappurtat meta jitħejja għall-użu mill-ġdid.

It-tagħmir u l-komponenti li huma separati fil-faċilitajiet tat-trattament tal-WEEE u li jridu jerġgħu jintużaw mingħajr aktar separazzjoni jew ipproċessar preliminari għandhom jiġu rrappurtati bħala mħejjija għall-użu mill-ġdid.

2.   Il-piż tal-WEEE li jidħol f’faċilità tar-riċiklaġġ għandu jkun il-piż tal-materjali li joriġinaw minn WEEE li, wara trattament xieraq skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2012/19/UE, jidħlu fl-operazzjoni ta’ riċiklaġġ fejn il-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi li mhumiex skart.

L-attivitajiet preliminari inkluż is-separazzjoni, iż-żarmar, it-tqattigħ jew trattament preliminari ieħor biex jitneħħew il-materjali ta’ skart li ma jkunux maħsuba għall-ipproċessar mill-ġdid sussegwenti m’għandhomx jitqiesu bħala riċiklaġġ.

Il-punti meta ċerti materjali ta’ skart li joriġinaw minn WEEE huma kkunsidrati li jidħlu fl-operazzjoni tar-riċiklaġġ huma speċifikati fl-Anness I. Meta l-materjali ta’ skart ma jibqgħux skart minħabba trattament preliminari fil-punti speċifikati fl-Anness I, l-ammont ta’ dawk il-materjali għandu jiġi inkluż fl-ammont tal-WEEE irrappurtat bħala riċiklat.

Meta faċilità tar-riċiklaġġ twettaq trattament preliminari, il-piż tal-materjali mneħħija waqt it-trattament preliminari li mhumiex riċiklati ma għandux jiġi inkluż fil-kwantità tal-WEEE irrappurtat bħala riċiklat jew irkuprat minn dik il-faċilità u m’għandux jgħodd għall-kisba tal-miri tar-riċiklaġġ u tal-irkupru.

3.   Il-piż tal-WEEE irrappurtat bħala rkuprat għandu jinkludi t-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u rkupru ieħor, inkluż l-irkupru tal-enerġija.

4.   Il-piż tal-WEEE irrappurtat li hu trattat fi Stat Membru partikolari m’għandux jinkludi l-piż tal-WEEE isseparat u maħżun f’dak l-Istat Membru qabel ma jiġi esportat lejn Stat Membru ieħor jew barra mill-Unjoni għat-trattament.

5.   Il-piż tal-WEEE irrappurtat minn Stat Membru kif trattat fi Stat Membru ieħor jew kif trattat barra mill-Unjoni għandu jinkludi rispettivament il-kwantitajiet tal-WEEE li huma tagħmir sħiħ, li saru skart, u li jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor jew barra mill-Unjoni biex jiġu dekontaminati, żarmati, imqattgħa, riċiklati jew irkuprati. Dan il-piż ma għandux jinkludi l-kwantitajiet ta’ esportazzjonijiet ta’ materjali derivati mit-trattament tal-WEEE li jseħħ fl-Istat Membru relatur.

6.   Meta l-WEEE jintbagħat għat-trattament fi Stat Membru ieħor jew jiġi esportat għat-trattament f’pajjiż terz skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2012/19/UE, l-Istat Membru biss li ġabar u bagħat jew esporta dak il-WEEE għat-trattament jista’ jgħodd għall-miri minimi tal-irkupru msemmija fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2012/19/UE.

7.   L-Istati Membri jistgħu jużaw stimi sostanzjati kif imsemmi fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2012/19/UE biex jikkalkulaw il-persentaġġi medja tal-materjali riċiklati u rkuprati li joriġinaw mill-WEEE u ta’ komponenti tal-WEEE.

Artikolu 2

Format għar-rappurtar tad-data msemmija fl-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2012/19/UE u dwar ir-rapport ta’ verifika tal-kwalità

1.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw il-kwantitajiet tat-tagħmir elettriku u elettroniku (l-EEE) imqiegħed fis-swieq tagħhom, tal-WEEE miġbur bil-mezzi kollha, ir-rata tal-ġbir miksuba u, meta applikabbli, il-kwantità ta’ WEEE iġġenerat, permezz tal-format stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness II.

Dik id-data għandha tiġi rrappurtata għal kull kategorija tal-EEE stabbilita fl-Anness III tad-Direttiva 2012/19/UE. Għall-kategorija 4 “tagħmir kbir”, id-data għandha tiġi rrappurtata f’żewġ sottokategoriji, jiġifieri “4a: Tagħmir kbir għajr il-pannelli fotovoltajċi” u “4b: Pannelli fotovoltajċi”.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw il-kwantitajiet tal-WEEE imħejjija għall-użu mill-ġdid, riċiklati u rkuprati, ir-rata kkombinata miksuba għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, ir-rata tal-irkupru miksuba u l-kwantitajiet tal-WEEE ittrattat fl-Istat Membru u, meta rilevanti, ittrattat fi Stat Membru ieħor jew barra mill-Unjoni permezz tal-format stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness II.

Dik id-data għandha tiġi rrappurtata għal kull kategorija tal-EEE stabbilita fl-Anness III tad-Direttiva 2012/19/UE. Għall-kategorija 4 “tagħmir kbir”, id-data għandha tiġi rrappurtata f’żewġ sottokategoriji, jiġifieri “4a: Tagħmir kbir għajr il-pannelli fotovoltajċi” u “4b: Pannelli fotovoltajċi”.

3.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data msemmija fil-paragrafi 1 u 2 b’format elettroniku, permezz ta’ standard tal-iskambjar stabbilit mill-Kummissjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data dwar il-piż tal-EEE imqiegħed fis-suq kif ikkalkulat skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/699.

5.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data dwar il-piż tal-WEEE iġġenerat kif ikkalkulat skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/699.

6.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ir-rata tal-ġbir miksuba f’sena tar-rappurtar ikkalkulata abbażi tal-piż medju tal-EEE imqiegħed fis-swieq tagħhom fit-tliet snin preċedenti.

Meta Stat Membru jikkalkula r-rata tal-ġbir abbażi tal-kwantità tal-WEEE iġġenerat fit-territorju tiegħu, dan għandu jirrapporta data dwar il-piż tal-WEEE iġġenerat u data dwar ir-rata tal-ġbir tal-WEEE ibbażata fuq il-WEEE iġġenerat.

Meta Stat Membru jikkalkula r-rata tal-ġbir abbażi tal-piż medju tal-EEE imqiegħed fis-suq fit-tliet snin preċedenti, dan jista’ jirrapporta, b’mod volontarju, dwar il-piż tal-WEEE iġġenerat u data dwar ir-rata tal-ġbir tal-WEEE ibbażata fuq il-WEEE iġġenerat.

7.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport ta’ verifika tal-kwalità permezz tal-format stabbilit fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

Meta l-Istati Membri jużaw stimi sostanzjati biex jirrappurtaw data dwar il-kwantitajiet u l-kategoriji tal-WEEE miġbura bil-mezzi kollha, dwar il-WEEE ittrattat fl-Istat Membru, jew dwar il-persentaġġi medja ta’ materjali riċiklati u rkuprati li joriġinaw mill-WEEE u ta’ komponenti tal-WEEE, il-metodoloġija użata għal dawk l-estimi għandha tiġi deskritta fir-rapport ta’ verifika tal-kwalità.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2018/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 93).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/699 tat-18 ta’ April 2017 li jistabbilixxi metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż tat-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) introdott fis-suq ta’ kull Stat Membru u metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-kwantità ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) ġenerat skont il-piż f’kull Stat Membru (ĠU L 103, 19.4.2017, p. 17).

(4)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).


ANNESS I

IL-PUNTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(2) META L-MATERJALI TA’ SKART LI JORIĠINAW MILL-WEEE JIDĦLU FL-OPERAZZJONI TAR-RIĊIKLAĠĠ

Materjal

Dħul fl-operazzjoni tar-riċiklaġġ

Ħġieġ

Il-ħġieġ isseparat li ma jgħaddix minn ipproċessar ulterjuri qabel ma jidħol ġo forn tal-ħġieġ jew qabel il-produzzjoni ta’ mezzi tal-filtrazzjoni, materjali li joborxu, iżolazzjoni bbażata fuq il-ħġieġ u materjali tal-kostruzzjoni.

Metalli

Il-metall isseparat li ma jgħaddix minn ipproċessar ulterjuri qabel ma jidħol ġo fonderija jew forn tal-metall.

Plastik

Il-plastik isseparat skont il-polimeri li ma jgħaddix minn ipproċessar ulterjuri qabel ma jidħol f’operazzjonijiet ta’ pelitizzazzjoni, estrużjoni jew iffurmar.

Il-fjokki tal-plastik li ma jgħaddux minn ipproċessar ulterjuri qabel l-użu tagħhom fi prodott finali.

Injam

L-injam isseparat li ma jgħaddix minn trattament ulterjuri qabel l-użu fil-manifattura ta’ bordijiet tal-partikoli.

L-injam isseparat li jidħol f’operazzjoni ta’ kompostjar.

Tessuti

It-tessuti sseparati li ma jgħaddux minn ipproċessar ulterjuri qabel l-użu tagħhom għall-produzzjoni ta’ fibri tessili, ċraret jew granulati.

Komponenti tal-WEEE magħmula minn materjali multipli

Metalli, plastik, ħġieġ, injam, tessuti u materjali oħra li jirriżultaw mit-trattament ta’ komponenti tal-WEEE (eż. materjali mit-trattament ta’ bordijiet ta’ ċirkwiti stampati) li huma soġġetti għar-riċiklaġġ.


ANNESS II

FORMAT GĦAR-RAPPURTAR TA’ DATA GĦALL-FINIJIET TAD-DIRETTIVA 2012/19/UE DWAR IL-WEEE

Tabella 1

Tagħmir elettriku u elettroniku (eee) imqiegħed fis-suq, skart tat-tagħmir elettriku u elettroniku (weee) iġġenerat u miġbur, u rata tal-ġbir tal-weee

 

1

2

3

4

5

6

Kategorija tal-prodott

EEE imqiegħed fis-suq (POM)

WEEE iġġenerat

WEEE miġbur minn abitazzjonijiet privati

WEEE miġbur minn utenti għajr abitazzjonijiet privati

Total WEEE miġbur

rata tal-ġbir tal-WEEE (%)

Metodoloġija

Piż totali (tunnellati)

Piż totali (tunnellati)

Piż totali (tunnellati)

Piż totali (tunnellati)

Piż totali (tunnellati)

A. abbażi ta’ POM (%)

B. abbażi tal-WEEE iġġenerat (%)

1.

Tagħmir li jibdel it-temperatura

 

 

 

 

 

 

 

2.

Skrins, monitors, u tagħmir li fih skrins b’wiċċ akbar minn 100cm2

 

 

 

 

 

 

 

3.

Bozoz

 

 

 

 

 

 

 

4.

Tagħmir kbir (1)

(kull dimensjoni esterna akbar minn 50 cm)

 

 

 

 

 

 

 

4a.

Tagħmir kbir għajr il-pannelli fotovoltajċi (1)

 

 

 

 

 

 

 

4b.

Pannelli fotovoltajċi (1)

 

 

 

 

 

 

 

5.

Tagħmir żgħir

(l-ebda dimensjoni esterna akbar minn 50 cm)

 

 

 

 

 

 

 

6.

Tagħmir żgħir tal-IT u tat-telekomunikazzjoni

(l-ebda dimensjoni esterna akbar minn 50 cm)

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

Noti:

Il-kaxxi griżi ċari jfissru li r-rappurtar tad-data relatata hu volontarju.

Il-kaxxi griżi skuri jfissru li r-rappurtar tad-data relatata jista’ jkun obbligatorju jew volontarju, skont l-Artikolu 2(6) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) (UE) 2019/XXX tas-17 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi regoli għall-kalkolu, il-verifika u r-rappurtar tad-data u l-istabbiliment ta’ formati tad-data għall-finijiet tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 330, 20.12.2019, p. XXX).

L-Istati Membri għandhom jiddistingwu bejn żero veri (0 tunnellata) u ċifri neqsin/ammonti nieqsa. Dawn għandhom idaħħlu “0” biex jirrapportaw żero tunnellati u “M” meta d-data ma tkunx magħrufa


Tabella 2

Tħejjija għal użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru tal-WEEE, trattament tal-WEEE f’kull Stat Membru u l-WEEE esportat u r-rati ta’ tħejjija għal użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru

 

1

2

3

4

5

6

7

8

9

Kategorija tal-prodott

Tħejjija għal użu mill-ġdid

Riċiklaġġ

Tħejjija għal użu mill-ġdid u riċiklaġġ

Rata ta’ tħejjija għal użu mill-ġdid u riċiklaġġ

Irkupru

Rata tal-irkupru

WEEE ittrattat fl-Istat Membru

WEEE ittrattat fi Stat Membru ieħor

WEEE ittrattat barra mill-Unjoni

Piż totali (tunnellati)

Piż totali (tunnellati)

Piż totali (tunnellati)

%

Piż totali (tunnellati)

%

Piż totali (tunnellati)

Piż totali (tunnellati)

Piż totali (tunnellati)

1.

Tagħmir li jibdel it-temperatura

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.

Skrins, monitors, u tagħmir li fih skrins b’wiċċ akbar minn 100 cm2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.

Bozoz

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.

Tagħmir kbir (2)

(kull dimensjoni esterna akbar minn 50 cm)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4a.

Tagħmir kbir għajr il-pannelli fotovoltajċi (2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4b.

Pannelli fotovoltajċi  (2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5.

Tagħmir żgħir

(l-ebda dimensjoni esterna akbar minn 50 cm)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.

Tagħmir żgħir tal-IT u tat-telekomunikazzjoni

(l-ebda dimensjoni esterna akbar minn 50 cm)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

-

 

-

 

 

 

 

Noti:

L-Istati Membri għandhom jiddistingwu bejn żero veri (0 tunnellata) u ċifri neqsin/ammonti nieqsa. Dawn għandhom idaħħlu “0” biex jirrapportaw żero tunnellati u “M” meta d-data ma tkunx magħrufa.


(1)  (1) Għall-finijiet tar-rappurtar, il-kategorija 4 tat-tagħmir kbir għandha tinqasam fis-subkategorija “4a: Tagħmir kbir għajr il-pannelli fotovoltajċi” u subkategorija “4b: Pannelli fotovoltajċi”. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data fis-subkategoriji 4a u 4b u jżommu l-linja aggregata vojta għall-kategorija 4. Jekk Stat Membru ma jkunx jista’ jiddistingwi d-data skont is-subkategoriji 4a u 4b, dan għandu jimla ċ-ċelloli fil-kolonni differenti f’linja aggregata għall-kategorija 4 biss.

(2)  Għall-finijiet tar-rappurtar, il-kategorija 4 tat-tagħmir kbir għandha tinqasam fis-subkategorija “4a: Tagħmir kbir għajr il-pannelli fotovoltajċi” u subkategorija “4b: Pannelli fotovoltajċi”. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data fis-subkategoriji 4a u 4b u jżommu l-linja aggregata vojta għall-kategorija 4. Jekk Stat Membru ma jkunx jista’ jiddistingwi d-data skont is-subkategoriji 4a u 4b, dan għandu jimla ċ-ċelloli fil-kolonni differenti f’linja aggregata għall-kategorija 4 biss.


ANNESS III

FORMAT GĦAR-RAPPORT TA’ VERIFIKA TAL-KWALITÀ MEHMUŻ MAD-DATA MSEMMIJA FL-ANNESS II

PARTI 1

INFORMAZZJONI ĠENERALI

Stat Membru

...

Titolu

Rapport ta’ verifika tal-kwalità għad-data ppreżentata għall-finijiet tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38)

Organizzazzjoni li tippreżenta d-data u r-rapport ta’ verifika tal-kwalità

...

Persuna ta’ kuntatt/dettalji ta’ kuntatt

...

Sena ta’ referenza

...

Data tas-sottomissjoni/verżjoni tar-rapport ta’ verifika tal-kwalità

...

Talba għall-kunfidenzjalità

Dan ir-rapport ta’ verifika tal-kwalità għandu jkun disponibbli

għall-pubbliku (fuq il-paġna web tal-Kummissjoni):

☐ Iva/☐ Iva, għajr is-sezzjoni(jiet): ...

☐ Le

Jekk le, ipprovdi informazzjoni espliċita dwar liema sezzjonijiet għandhom ikunu kunfidenzjali u r-raġunijiet għall-kunfidenzjalità: ...

lill-membri tal-Kumitat għall-Adattament Tekniku (TAC) u lill-Grupp ta’ Esperti dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (il-WEEE):

☐ Iva/☐ Iva, għajr is-sezzjoni(jiet):...

☐ Le,

Jekk le, ipprovdi informazzjoni espliċita dwar liema sezzjonijiet għandhom ikunu kunfidenzjali u r-raġunijiet għall-kunfidenzjalità: ...

PARTI 2

SORS TAD-DATA, PROĊESS TA’ VALIDAZZJONI TAD-DATA U KOPERTURA

A.   Metodoloġiji applikati u sorsi tad-data

A.1:   Metodoloġija għall-kalkolu tal-kwantità tal-EEE imqiegħed fis-suq

Indika l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-kwantità tal-EEE imqiegħed fis-suq skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/699 tat-18 ta’ April 2017 li jistabbilixxi metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż tat-tagħmir elettriku u elettroniku (l-EEE) imqiegħed fis-suq ta’ kull Stat Membru, u metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-kwantità tal-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku (il-WEEE) iġġenerat skont il-piż f’kull Stat Membru (ĠU L 103, 19.4.2017 , p. 17).

...

A.2:   Metodoloġija għall-kalkolu tar-rata tal-ġbir tal-WEEE

Indika l-metodoloġija applikata għall-kalkolu tar-rata tal-ġbir tal-WEEE.

Jekk il-metodoloġija applikata hija bbażata fuq il-piż medju tal-EEE imqiegħed fis-suq fit-tliet snin preċedenti, ipprovdi data dwar il-kwantità tal-EEE imqiegħed fis-suq fit-tliet snin ta’ qabel is-sena ta’ referenza:

 

Piż totali (tunnellati) tal-EEE imqiegħed fis-suq (POM) ta’ Stat Membru

Sena (sena qabel is-sena ta’ referenza)

 

Sena (sentejn qabel is-sena ta’ referenza)

 

Sena (tliet snin qabel is-sena ta’ referenza)

 

Piż medju tat-tliet snin =

(total tal-linji 1 + 2+3, diviżi bi 3)

 

A.3:   Sors tad-data

Iddeskrivi s-sors tad-data għall-entrati differenti mniżżla hawn taħt (eż. ċensiment/obbligi nazzjonali tal-istatistika/rappurtar għal unitajiet tan-negozju jew unitajiet/aġenziji/assoċjazzjonijiet tan-negozju ċertifikati/stħarriġiet dwar il-kompożizzjoni tal-iskart/valutazzjonijiet tal-impatt speċifiċi li jista’ jkollha l-liġi nazzjonali, u r-regolamenti rilevanti).

(a)   L-EEE imqiegħed fis-suq (it-Tabella 1: il-kolonna 1)

Speċifika s-sorsi użati għall-ġbir tad-data dwar l-EEE imqiegħed fis-suq.

...

(b)   Il-WEEE iġġenerat (it-Tabella 1: il-kolonna 2)

Irrapporta d-data dwar il-piż tal-WEEE iġġenerat kif ikkalkulat bl-għodda tal-kalkolu tal-WEEE u speċifika l-aġġornamenti tad-data tal-għodda tal-kalkolu tal-WEEE, jekk ikun hemm.

Għall-Istati Membri li jirrappurtaw ir-rata tal-ġbir tal-WEEE ikkalkulata abbażi tal-WEEE iġġenerat, din id-data hija obbligatorja. L-Istati Membri li jirrappurtaw ir-rata tal-ġbir tal-WEEE ikkalkulata abbażi tal-piż medju tal-EEE imqiegħed fis-suq fit-tliet snin preċedenti jistgħu jipprovdu din id-data b’mod volontarju.

...

(c)   Il-WEEE miġbur (it-Tabella 1: il-kolonni 3, 4, 5 u 6)

Speċifika s-sorsi użati għall-ġbir tad-data dwar l-EEE miġbur bil-mezzi kollha. Ikkunsidra li, skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2012/19/UE, il-kwantità tal-WEEE miġbur għandha tkun l-ammont ta’ WEEE li:

(a) wasal fil-faċilitajiet tal-ġbir u t-trattament;

(b) wasal għand id-distributuri;

(c) ġabru separatament il-produtturi jew il-partijiet terzi li jaġixxu f’isimhom.

Speċifika jekk is-sistemi ġewx stabbiliti biex id-detenturi u d-distributuri jkunu jistgħu jirritornaw il-WEEE tal-inqas mingħajr ħlas skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/19/UE u jipprovdu informazzjoni dwar id-data li tista’ tasal mingħand dawn is-sistemi.

...

(d)   It-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru tal-WEEE (it-Tabella 2: il-kolonni 1, 2 u 5)

Ikkunsidra li, skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2012/19/UE, inti għandek tuża data dwar il-piż tal-WEEE, il-komponenti u l-materjali jew is-sustanzi li jidħlu (l-input) f’faċilità tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid jew tar-riċiklaġġ jew tal-irkupru, wara trattament xieraq f’konformità mal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2012/19/UE.

Speċifika s-sorsi użati għad-data dwar it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru tal-WEEE skont l-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2012/19/UE.

Indika d-distinzjoni bejn l-input f’faċilità tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, f’faċilità tar-riċiklaġġ jew f’faċilità tal-inċinerazzjoni (jew proċess tat-tidwib) jew għall-irkupru (tal-enerġija).

...

(e)   Il-WEEE ittrattat (it-Tabella 2: il-kolonni 7, 8 u 9)

Speċifika s-sorsi użati għall-ġbir tad-data dwar il-WEEE ittrattat fl-Istat Membru u dwar il-WEEE ittrattat fi Stat Membru ieħor jew barra mill-Unjoni.

Agħti wkoll deskrizzjoni ġenerali tas-sistemi tat-trattament disponibbli fl-Istat Membru u speċifika jekk ir-rekwiżiti tat-trattament jew l-istandards minimi tal-kwalità għat-trattament tal-WEEE miġbur fl-Istat Membru humiex differenti jew imorrux lil hinn mill-Anness VII tad-Direttiva 2012/19/UE. F’dan il-każ, iddeskrivi dawn ir-rekwiżiti jew l-istandards.

...

B.   Il-kwalità tas-sorsi tad-data/Il-proċess għall-validazzjoni tad-data

B.1:   Il-kwalità tas-sorsi tad-data

Iddeskrivi l-kwalità tas-sorsi differenti użati (inkluż l-isfidi fir-rigward tal-kwalità tad-data u kif fil-ġejjieni beħsiebek ittejjeb il-kwalità).

...

B.2:   Il-kwalità tal-istimi fuq l-EEE imqiegħed fis-suq f’kategoriji differenti

F’każ li, qabel tinġabar mill-Istati Membri, id-data tinġabar minn operaturi f’kategoriji ta’ EEE għajr dawk speċifikati fid-Direttiva 2012/19/UE, jew f’subkategoriji, jekk jogħġbok spjega liema kategoriji jew subkategoriji ta’ EEE huma applikati u kif id-data f’dawn il-kategoriji tiġi mibdula f’data fil-kategoriji ta’ EEE tad-Direttiva 2012/19/UE

B.3:   Il-monitoraġġ tal-kisba tal-miri

Iddeskrivi l-miżuri nazzjonali mmirati lejn il-promozzjoni tal-kisba tal-miri relatati mal-ġbir, mat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, u mal-irkupru.

Agħti wkoll informazzjoni fuq il-miżuri meħuda li jinfurmaw lill-utenti tal-EEE u jħeġġu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ġestjoni tal-WEEE skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2012/19/UE.

Jekk jiġu rrappurtati l-kwantitajiet tal-WEEE “Ittrattat fi Stati Membri oħra” jew “Ittrattat barra mill-Unjon i”, speċifika:

jekk dawn l-esportazzjonijiet jitqiesu għall-kalkolu tar-rati tal-irkupru u tar-rati tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ;

kif ġew derivati r-rati tal-irkupru u r-rati tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ ta’ dawn l-ammonti esportati.

Jekk ikun hemm rekwiżit għal evidenza dokumentata addizzjonali għall-prova meħtieġa skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2012/19/UE li trid tiġi ppreżentata għall-approvazzjoni tal-esportazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, iddeskrivi l-evidenza dokumentarja meħtieġa.

...

B.4:   L-allinjament u l-konsistenza tad-data

Iddeskrivi l-azzjonijiet meħuda biex ikun evitat l-għadd doppju tal-WEEE importat, li ma għandux jgħodd għall-kisba tal-miri u ma għandux jiġi rrappurtat taħt it-trattament, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru fl-Istat Membru importatur.

Iddeskrivi kull korrezzjoni li trid titqies għall-importazzjonijiet u għall-esportazzjonijiet, pereżempju biex jitqiesu l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet privati jew id-dikjarazzjonijiet qarrieqa (meta jintuża l-EEE flok il-WEEE) jew oħrajn.

...

B.5:   Il-proċess tal-validazzjoni tad-data

Iddeskrivi l-proċess użat biex tiġi stabbilita l-validità tad-data.

Agħti dettalji dwar is-sistemi tal-ispezzjoni u tal-monitoraġġ li jiġu applikati fl-Istat Membru biex issir verifika tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2012/19/UE.

...

C.   Il-kompletezza/il-kopertura

C.1: Is-sorsi tad-data indirizzati qabel kien kopert is-settur kollu?

☐ Iva/☐ Le


C.2: Jintużaw stimi sostanzjati dwar l-EEE imqiegħed fis-suq skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2017/699?

☐ Iva/☐ Le


C.3: Hemm stimi sostanzjati li jintużaw b’rabta mal-WEEE miġbur u ttrattat u li jitqiesu għar-rappurtar relatat mal-kisba tal-miri rilevanti?

☐ Iva/☐ Le

Jekk iva, iddeskrivi l-metodoloġija użata biex jinkisbu dawn l-istimi u agħti dokumenti ġustifikattivi rilevanti għal dawn l-istimi.

...


C.4: Hemm xi stimi sostanzjati li jintużaw b’rabta mal-persentaġġ medju tal-materjali riċiklati u rkuprati li joriġinaw mill-WEEE u ta’ komponenti tal-WEEE li jitqiesu għar-rappurtar relatat mal-kisba tal-miri rilevanti?

☐ Iva/☐ Le

Jekk iva, iddeskrivi l-metodoloġija użata biex jinkisbu dawn l-istimi u agħti dokumenti ġustifikattivi rilevanti għal dawn l-istimi.

...


C.5: Liema porzjon (%) tal-WEEE miġbur u ttrattat hu kopert, jew stmat li hu kopert, mill-iskema tar-rappurtar?

...

D.   Oħrajn

D.1:    Data nieqsa

Jekk hemm xi data obbligatorja nieqsa, iddeskrivi r-raġunijiet għal dawn il-lakuni u agħti informazzjoni dwar il-miżuri meħuda biex tissewwa din is-sitwazzjoni.

...

D.2:   Verifika tal-plawżibbiltà

Indika jekk ġratx xi waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet:

1.

Il-kwantità tal-EEE imqiegħed fis-suq hi inqas minn 10 kg għal kull abitant kull sena.

☐ Iva/☐ Le

2.

Il-kwantità tal-WEEE miġbur hi iżjed mill-kwantità tal-EEE imqiegħed fis-suq.

☐ Iva/☐ Le

3.

Ir-rata tal-ġbir tal-WEEE hi iżjed minn 75 % tal-EEE imqiegħed fis-suq jew iżjed minn 100 % tal-WEEE iġġenerat?

☐ Iva/☐ Le

4.

Il-kwantità tal-WEEE ittrattat hi iżjed mill-kwantità tal-EEE miġbur.

☐ Iva/☐ Le

5.

Il-kwantità tal-WEEE riċiklat (inkluż it-tħejjija għall-użu mill-ġdid) hi iżjed mill-kwantità tal-WEEE irkuprat (inkluż it-tħejjija għall-użu mill-ġdid).

☐ Iva/☐ Le

6.

Ir-rata tar-riċiklaġġ (inkluż it-tħejjija għall-użu mill-ġdid) hi iżjed minn 95 %.

☐ Iva/☐ Le

7.

Ir-rata tal-irkupru (inkluż it-tħejjija għall-użu mill-ġdid) hi iżjed minn 99 %.

☐ Iva/☐ Le

8.

Waqfa fis-serje taż-żmien (bidliet sinifikanti fl-ammonti rrappurtati tul iż-żmien)

☐ Iva/☐ Le

Jekk it-tweġiba għal xi waħda jew aktar mill-mistoqsijiet hi iva, agħti aktar informazzjoni fuq l-okkorrenza u raġunijiet relatati.

...

E.   Differenzi mid-data rrappurtata fis-snin preċedenti

Iddeskrivi u spjega kull tibdil metodoloġiku sinifikanti fl-approċċ tal-ġbir tad-data jew tal-validazzjoni tad-data jew fil-metodoloġiji applikati għall-kalkolu tar-rati tal-ġbir u tal-irkupru tal-WEEE għas-sena ta’ referenza attwali b’rabta mal-approċċi u l-metodoloġiji applikati fis-snin ta’ referenza preċedenti.

...

F.   Is-siti web, id-dokumenti ta’ referenza u l-pubblikazzjonijiet nazzjonali ewlenin

Ipprovdi kull sors rilevanti ieħor tal-informazzjoni, inkluż ir-rapporti li jindirizzaw aspetti dwar il-kwalità tad-data, il-kopertura jew aspetti oħra ta’ infurzar bħal rapporti ta’ organizzazzjonijiet ta’ responsabbiltà tal-produtturi dwar il-kisbiet b’rabta mal-ġbir, it-trattament u r-riċiklaġġ tal-WEEE, rapporti dwar l-aqwa prattika għall-ġbir u t-trattament tal-WEEE, rapporti dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-WEEE, u kull sors ieħor tad-data u tal-informazzjoni relatati mal-WEEE.

...


20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/86


DEĊIŻJONI (UE) 2019/2194TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta’ Novembru 2019

dwar l-għoti ta’ setgħat ta’ ffirmar (BĊE/2019/33)

IL-PRESIDENT TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 38 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn’ il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) jipprovdi li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jintrabat legalment fil-konfront ta’ terzi mill-President jew minn żewġ membri tal-Bord Eżekuttiv jew bil-firem ta’ żewġ membri tal-persunal tal-BĊE li jkunu ġew debitament awtorizzati mill-President biex jiffirmaw f’isem il-BĊE. Sabiex jiġu ffaċilitati proċessi ta’ ħidma effiċjenti fi ħdan il-BĊE, membri tal-persunal għandhom ikunu awtorizzati biex jorbtu legalment lill-BĊE fil-konfront ta’ terzi bis-saħħa tal-funzjoni tagħhom fi ħdan il-BĊE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tagħti lill-Uffiċjal Kap tas-Servizzi, li jaġixxi f’isem il-President, is-setgħa li jawtorizza, f’każijiet eċċezzjonali u fejn ġustifikat, lil membri tal-persunal biex jorbtu legalment lill-BĊE fil-konfront ta’ terzi.

(3)

Xi kultant ikun meħtieġ li persuna li ma tkunx membru tal-persunal tal-BĊE taġixxi bħala aġent tal-BĊE u teżerċita drittijiet f’isem il-BĊE, jew li torbot legalment lill-BĊE fil-konfront ta’ terzi, eż. billi taċċetta xogħol minn fornitur ta’ servizz tal-BĊE jew fil-kuntest ta’ akkwisti konġunti ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni. Għalhekk, l-Uffiċjal Kap tas-Servizzi, li jaġixxi f’isem il-President, għandu jkun jista’ jawtorizza b’mod eċċezzjonali lil tali persuna biex torbot lill-BĊE legalment skont l-istruzzjonijiet ipprovduti mill-BĊE.

(4)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe awtorizzazzjoni attwali jew futura mill-President biex jorbot legalment lill-BĊE skont l-Artikolu 38 tal-Istatut tas-SEBĊ,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Setgħat ta’ ffirmar funzjonali

1.   Bis-saħħa tal-funzjoni tagħhom, il-persuni għandhom ikunu awtorizzati fl-oqsma ta’ responsabbiltà rispettivi tagħhom biex jorbtu legalment lill-BĊE fil-konfront ta’ terzi kif speċifikat aktar fl-Annessi I u II.

2.   Għall-fini li tiġi ddeterminata kategorija taħt il-paragrafu 1 f’każijiet fejn ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat b’mod ċar il-valur nett tal-impenn li jkun ingħata, għandha ssir stima raġonevoli u kawta. Din l-istima għandha tqis ir-riskji potenzjali involuti għall-BĊE, b’mod partikolari r-riskji finanzjarji u ta’ reputazzjoni.

Artikolu 2

Setgħat ta’ ffirmar permezz ta’ awtorizzazzjoni speċjali

1.   Għal każijiet mhux koperti mill-Artikolu 1 u fejn iġġustifikat, l-Uffiċjal Kap tas-Servizzi, li jaġixxi f’isem il-President, jingħata b’mod eċċezzjonali s-setgħa li jawtorizza lil membri oħrajn tal-persunal tal-BĊE, (membri tal-persunal jew impjegati b’kuntratt għal żmien qasir) biex jorbtu legalment lill-BĊE fil-konfront ta’ terzi.

2.   L-Uffiċjal Kap tas-Servizzi għandu jippreżenta rapport annwali lill-President dwar id-deċiżjonijiet meħuda abbażi tas-setgħat mogħtija skont il-paragrafu 1.

Artikolu 3

Awtorizzazzjoni ta’ setgħat ta’ ffirmar għal partijiet terzi

1.   L-Uffiċjal Kap tas-Servizzi, li jaġixxi f’isem il-President, jingħata s-setgħa fi kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-oqsma ta’ responsabbiltà tal-Uffiċjal Kap tas-Servizzi biex jawtorizza b’mod eċċezzjonali lil persuna li ma tkunx membru tal-persunal tal-BĊE biex torbot legalment lill-BĊE fil-konfront ta’ terzi skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-BĊE sabiex jiġu implimentati l-ftehimiet kuntrattwali li l-BĊE jkun daħal għalihom ma’ dik il-persuna jew ma’ entità li magħha hija affiljata dik il-persuna.

2.   Dan m’għandux jinkludi d-dritt ta’ subawtorizzazzjoni ulterjuri.

Artikolu 4

Ktieb tal-Firmatarji Awtorizzati tal-BĊE

Il-membri tal-persunal tal-BĊE awtorizzati li jorbtu legalment lill-BĊE fil-konfront ta’ terzi għandhom jiġu elenkati fil- Ktieb tal-Firmatarji Awtorizzati tal-BĊE kif imsemmi fl-Artikolu 14.2 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/2 (1).

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 29 ta’ Novembru 2019.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Id-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta’ Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33).


ANNESS I

Kategorija

Setgħa tal-iffirmar funzjonali

Valur nett

B

Membri tal-Bord Eżekuttiv minbarra l-President; is-Sedja tal-Bord Eżekuttiv; l-Uffiċjal Kap tas-Servizzi

L-ebda limitu, jekk iffirmat b’mod konġunt minn firmatarju fil-kategorija C jew ogħla

C

Il-membri kollha tal-persunal li għandhom pożizzjoni allokata għall-faxex tas-salarju K jew L

‘Il fuq minn EUR 2 000 000 jekk iffirmat b’mod konġunt minn firmatarju fil-kategorija B

Sa EUR 2 000 000 jekk iffirmat b’mod konġunt minn firmatarju fil-kategorija D jew ogħla

D

Il-membri kollha tal-persunal li għandhom pożizzjoni allokata għall-faxex tas-salarju I jew J,

Il-Kelliem tal-Kumitat tal-Persunal

Sa EUR 2 000 000 jekk iffirmat b’mod konġunt minn firmatarju fil-kategorija C jew ogħla

Sa EUR 20 000 jekk iffirmat b’mod konġunt minn firmatarju fil-kategorija E jew ogħla

E

Maniġers tal-Proġetti maħtura mill-presidenza tal-PSG

Sa EUR 20 000 jekk iffirmat b’mod konġunt minn firmatarju fil-kategorija D jew ogħla

Sa EUR 1 000 jekk iffirmat b’mod konġunt minn firmatarju fil-kategorija E jew ogħla


ANNESS II

Għal ċerti kategoriji ta’ impenn, japplikaw id-derogi li ġejjin għall-Anness I.

Kategoriji ta’ impenn

Setgħa tal-iffirmar

Impjiegi

Il-firmatarji awtorizzati fid-DĠ/HR

Ittra ta’ ħatra li tibda r-relazzjoni ta’ impjieg jew li twassal għal promozzjoni

 

Membri tal-Bord Eżekuttiv u pożizzjonijiet fil-faxex tas-salarju K u L

Firmatarju wieħed fil-kategorija B u firmatarju wieħed fil-kategorija C

Pożizzjonijiet fil-faxex tas-salarju I u J

Firmatarju wieħed fil-kategorija C u firmatarju wieħed fil-kategorija D

Kwalunkwe membru ieħor tal-persunal, persuna ssekondata jew apprendist

Firmatarju wieħed fil-kategorija D u firmatarju wieħed fil-kategorija E

Bidliet sussegwenti fl-ittra tal-ħatra u dokumenti oħrajn li jbiddlu l-istatus tal-impjieg (eż. estensjonijiet ta’ kuntratti, trasferimenti u mobbiltà oħra)

 

Membri tal-Bord Eżekuttiv u pożizzjonijiet fil-faxex tas-salarju K u L

Kwalunkwe membru ieħor tal-persunal, persuna ssekondata jew apprendist

Firmatarju wieħed fil-kategorija C u firmatarju wieħed fil-kategorija D

Firmatarju wieħed fil-kategorija D u firmatarju wieħed fil-kategorija E

Akkwisti

Setgħa tal-iffirmar

Dokumentazzjoni li taffettwa l-istatus legali tal-fornituri fil-proċeduri ta’ akkwist, b’mod partikolari l-ittri ta’ għoti u ta’ rifjut (eskluż l-iffirmar tal-kuntratt)

Għal proċeduri ta’ akkwist li għalihom ma ġie stabbilit l-ebda Kumitat tal-Akkwisti (“PRC”):

Firmatarju wieħed fil-kategorija D u firmatarju wieħed fil-kategorija E mill-unità b’responsabbiltà tal-baġit għall-akkwist.

Għal proċeduri ta’ akkwist li għalihom huwa stabbilit il-PRC:

Il-President tal-PRC jew, fl-assenza tiegħu/tagħha, firmatarju ieħor fil-kategorija D mill-unità b’responsabbiltà baġitarja għall-akkwist u firmatarju awtorizzat wieħed mid-Diviżjoni tal-Akkwisti Ċentrali.

Ġestjoni tal-kuntratt

Setgħa tal-iffirmar fl-unità li għandha responsabbiltà baġitarja

Emendi tal-kuntratt

Bħala regola, il-firmatarji skont il-valur tal-emenda tal-kuntratt skont l-Anness I.

Eċċezzjonijiet:

Għal emendi sostanzjali, firem tal-firmatarji fl-istess kategorija bħall-firma tal-kuntratt inizjali.

Għal emendi żgħar, firem ta’ mill-anqas firmatarju wieħed fil-kategorija D u firmatarju wieħed fil-kategorija E.

Terminazzjoni ta’ kuntratt

Firem tal-firmatarji fl-istess kategorija bħall-firma tal-kuntratt inizjali.

Miżuri oħra ta’ ġestjoni ta’ kuntratti, eż. ċertifikat ta’ aċċettazzjoni, tpaċija, estensjonijiet ta’ kuntratti li huma previsti fil-kuntratt.

Huma meħtieġa firem ta’ mill-inqas firmatarju wieħed fil-kategorija D u firmatarju wieħed fil-kategorija E, sakemm il-valur jew is-sinifikat tal-kuntratt ma jimplikax kategorija ogħla.


20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/91


DEĊIŻJONI (UE) 2019/2195 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-5 ta’ Diċembru 2019

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/14 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2019/39)

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv li jawtorizza l-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Unjoni. Dan id-dritt jinkludi l-kompetenza li jieħu miżuri biex tiġi protetta l-integrità tal-karti tal-flus tal-euro bħala mezz ta’ ħlas. Id-Deċiżjoni BĊE/2010/14 (1) tistabbilixxi regoli u proċeduri komuni dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14, huma meħtieġa numru ta’ emendi tekniċi u xi kjarifiki ulterjuri u titjib ta’ ċerti regoli, proċeduri u definizzjonijiet. B’mod partikolari, huma meħtieġa struzzjonijiet u definizzjonijiet aktar ċari fir-rigward tad-data li għandha tiġi rrapportata dwar in-numru ta’ karti ta’ flus tal-euro pproċessati, issortjati bħala mhux f’kundizzjoni tajba u rriċirkulati.

(2)

Attwalment il-karti tal-flus tal-kategorija 3 iridu jingħataw lill-banek ċentrali nazzjonali minnufih, jew mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara li jkunu ġew iddepożitati f’magna li timmaniġġja l-karti tal-flus. Peress li xi drabi l-karti tal-flus tal-kategorija 3 jitħalltu mal-karti tal-flus tal-kategorija 4a u 4b, dan iwassal għal numru akbar ta’ karti tal-flus awtentiċi li jintbagħtu bla bżonn għal analiżi ulterjuri. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi pprovdut għall-ipproċessar mill-ġdid tal-karti tal-flus tal-kategorija 3 biex ikunu jistgħu jiġu sseparati mill-karti tal-flus tal-kategorija 4a u 4b.

(3)

L-Anness IV għad-Deċiżjoni BĊE/2010/14 jistabbilixxi d-dettalji tad-data li għandha tinġabar mingħand il-cash handlers. Fl-interessi taċ-ċarezza, id-dettalji tad-data li għandha tiġi rrapportata għandhom ikunu speċifikati iktar biex ikun żgurat li tinftiehem u tkun eżatta kemm jista’ jkun.

(4)

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/10 (2) introduċiet regoli ġodda biex tipprovdi għal serjejiet futuri ta’ karti tal-flus tal-euro u biex tiċċara u ttejjeb ċerti proċeduri rigward ir-riproduzzjoni, l-iskambju u l-irtirar ta’ karti tal-flus tal-euro. Minħabba dan, huma meħtieġa wkoll ċerti emendi għad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni BĊE/2010/14 għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/14 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 2(13) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(13)   “karti tal-flus tal-euro” tfisser dawk il-karti tal-flus li jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Deċiżjoni BĊE/2013/10 (*1) jew kwalunkwe att legali ieħor li jissostitwixxi jew jikkumplimenta din id-Deċiżjoni u mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti mill-Kunsill Governattiv.

(*1)  Id-Deċiżjoni BĊE/2013/10 tad-19 ta’ April 2013 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 16)."

2.

L-Anness I huwa ssostitwit bl-Anness I għal din id-Deċiżjoni;

3.

L-Anness IIa huwa ssostitwit bl-Anness II għal din id-Deċiżjoni;

4.

L-Anness IV huwa ssostitwit bl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet finali

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Il-cash handlers fi Stati Membru li jadotta l-euro wara d-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw din id-Deċiżjoni mid-data li fiha l-Istat Membru li jinsabu fih jadotta l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-5 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Id-Deċiżjoni BĊE/2010/14 tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 267, 9.10.2010, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni BĊE/2013/10 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2013 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 37).


ANNESS I

“ANNESS I

MAGNI LI JIMMANIĠĠJAW IL-KARTI TAL-FLUS

1.   Rekwiżiti tekniċi ġenerali

1.1.

Biex tikkwalifika bħala magna li timmaniġġja l-karti tal-flus, magna trid tkun kapaċi tipproċessa karti tal-flus tal-euro, billi tikklassifika l-karti tal-flus tal-euro individwali u tissepara l-karti tal-flus tal-euro skont il-klassifikazzjoni tagħhom mingħajr l-intervent ta’ min iħaddem il-magna, bla ħsara għall-Anness IIa u IIb. Bl-eċċezzjoni tal-magni li jqassmu l-muniti (CDMs), il-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus għandu jkollhom in-numru meħtieġ ta’ output stackers iddedikati u/jew mezzi oħra biex tiġi żgurata s-separazzjoni affidabbli tal-karti tal-flus tal-euro pproċessati.

1.2.

Magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus għandhom ikunu adattabbli biex jiġi żgurat li huma kapaċi jidentifikaw karti tal-flus foloz ġodda b’mod affidabbli. Barra minn dan, għandhom ikunu adattabbli biex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti standards anqas restrittivi għall-issortjar skont il-kundizzjoni, jekk dan ikun il-każ.

2.   Kategoriji ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus

Il-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus huma jew magni mħaddmin mill-klijent jew magni mħaddmin mill-persunal:

Tabella 1

Magni mħaddmin mill-klijent

A.

Magni mħaddmin mill-klijent fejn il-flus kontanti jkunu ddepożitati bir-rintraċċar tal-klijent

1.

Magni cash-in (CIMs)

Il-CIMs jippermettu lill-klijenti, bl-użu ta’ kard tal-bank jew mezzi oħrajn, li jiddepożitaw karti tal-flus tal-euro fil-kontijiet bankarji tagħhom, imma ma jkollhomx funzjoni li jqassmu l-flus kontanti. Il-CIMs jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u jippermettu li d-detentur tal-kont jiġi rintraċċat; il-verifiki tal-kundizzjoni huma fakultattivi.

2.

Magni li jirriċiklaw il-flus (CRMs)

Il-CRMs jippermettu lill-klijenti biex, permezz ta’ kard bankarja jew mezzi oħrajn, jiddepożitaw karti tal-flus tal-euro fil-kontijiet bankarji tagħhom, u jiġbdu karti tal-flus tal-euro mill-kontijiet bankarji tagħhom. Is-CRMs jivverifikaw karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni u jippermettu li d-detentur tal-kont jiġi rintraċċat. Għall-iżbank, il-CRMs jistgħu jużaw karti tal-flus tal-euro ġenwini f’kundizzjoni tajba li ġew iddepożitati minn klijenti oħrajn fi transazzjonijiet preċedenti.

3.

Magni cash-in ikkombinati (CCMs)

Is-CCMs jippermettu lil klijenti, bl-użu ta’ kard tal-bank jew mezzi oħrajn, biex jiddepożitaw karti tal-flus tal-euro fil-kontijiet bankarji tagħhom u biex jiżbankaw karti tal-flus tal-euro mill-kontijiet bankarji tagħhom. Is-CCMs jivverifikaw karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni u jippermettu li d-detentur tal-kont jiġi rintraċċat; il-verifiki għall-kundizzjoni huma fakultattivi. Għall-iżbank, is-CCMs ma jużawx karti tal-flus tal-euro li ġew iddepożitati minn klijenti oħrajn fi tranżazzjonijiet preċedenti imma karti tal-flus tal-euro li jitpoġġew fihom separatament biss.

B.

Magni cash-out (COMs)

4.

Magni cash-out (COMs)

Is-COMs huma magni li jqassmu l-flus kontanti li jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni qabel ma jqassmuhom lill-klijenti. Is-COMs jużaw karti tal-flus tal-euro mpoġġija fihom mill-cash handlers jew minn sistemi awtomatizzati oħrajn (eż. magni tal-bejgħ).

C.

Magni li Jqassmu l-Muniti

5.

Magni li Jqassmu l-Muniti (CDMs)

Is-CDMs jippermettu lill-klijenti jiksbu muniti billi jdaħħlu karti tal-flus tal-euro. Qabel ma jqassmu l-muniti, il-karti tal-flus tal-euro jiġu awtentikati mis-CDMs. Dawn il-karti tal-flus tal-euro ma jiġux riċirkulati.

CRM tista’ tintuża bħala CIM jew CCM jekk is-sistemi ta’ detezzjoni, is-softwer u komponenti oħrajn għat-twettiq tal-funzjonalitajiet ewlenin tagħha jkunu l-istess bħat-tip ta’ CRM elenkat fis-sit web tal-BĊE (*1).

CCM tista’ tintuża bħala CIM jekk is-sistemi ta’ detezzjoni, is-softwer u komponenti oħrajn għat-twettiq tal-funzjonalitajiet ewlenin tagħha jkunu l-istess bħat-tip ta’ CCM elenkat fis-sit elettroniku tal-BĊE.

Tabella 2

Magni mħaddmin mill-persunal

1.

Magni li jipproċessaw il-karti tal-flus (BPMs)

Il-BPMs jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni.

2.

Magni li jawtentikaw il-karti tal-flus (BAMs)

Il-BAMs jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità.

3.

Magni għar-riċiklaġġ li jassistu lill-kaxxier (TARMs)

It-TARMs huma magni li jirriċiklaw il-karti tal-flus imħaddmin mill-cash handlers li jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni. Għall-iżbank, it-TARMs jistgħu jużaw karti tal-flus tal-euro ġenwini u f’kundizzjoni tajba li jkunu ġew iddepożitati minn klijenti oħrajn fi tranżazzjonijiet preċedenti. Barra minn dan, iżommu l-karti tal-flus tal-euro f’post sigur u jippermettu lill-cash handlers jikkreditaw jew jiddebitaw il-kontijiet bankarji tal-klijenti.

4.

Magni li jassistu lill-kaxxier (TAMs)

It-TAMs huma magni mħaddmin mill-cash handlers li jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità. Barra minn dan, iżommu l-karti tal-flus tal-euro f’post sigur u jippermettu lill-cash handlers jikkreditaw jew jiddebitaw il-kontijiet bankarji tal-klijenti.

Il-magni mħaddmin mill-persunal għandhom jipproċessaw il-karti tal-flus tal-euro f’pakketti.

Magna li tkun ġiet ittestjata u hija elenkata fis-sit web tal-BĊE bħala CRM jew CIM/CCM tista’ tintuża bħala TARM jew TAM, rispettivament. F’dan il-każ, il-magna għandha titħaddem biss minn persunal tal-cash handlers.

3.   Tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus

L-Eurosistema tittestja tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus. It-tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus jistgħu jintgħarfu minn xulxin mis-sistemi speċifiċi ta’ detezzjoni tagħhom, is-softwer u komponenti oħrajn għat-twettiq tal-funzjonalitajiet ewlenin tagħhom. Dawn huma: (a) l-awtentikazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro ġenwini; (b) l-identifikazzjoni u s-separazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro ssuspettati li huma foloz; (c) l-identifikazzjoni u s-separazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba minn karti tal-flus tal-euro li huma f’kundizzjoni tajba, jekk dan ikun applikabbli; u (d) ir-rintraċċar ta’ oġġetti identifikati bħala karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz u ta’ karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar, jekk dan ikun applikabbli.


(*1)  www.ecb.europa.eu.”


ANNESS II

‘ANNESS IIa

KLASSIFIKAZZJONI U TRATTAMENT TA’ KARTI TAL-FLUS TAL-EURO MINN MAGNI MĦADDMIN MILL-KLIJENT

Il-karti tal-flus tal-euro huma kklassifikati f’waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin u huma sseparati skont il-kategorija. Magni li ma jivverifikawx il-karti tal-flus tal-euro għall-kundizzjoni m’għandhomx għalfejn jiddistingwu bejn il-karti tal-flus tal-euro tal-kategoriji 4a u 4b.

Tabella 1

Klassifikazzjoni u trattament ta’ karti tal-flus tal-euro minn magni mħaddmin mill-klijent li fihom jiġu ddepożitati l-flus kontanti bir-rintraċċar tal-klijent

Kategorija

Karatteristiċi

Trattament

1.

Oġġetti li mhumiex rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro

Mhux rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro minħabba xi waħda minn dawn:

karti tal-flus tal-euro li mhumiex aċċettati mill-magna

karti tal-flus li mhumiex euro

oġġetti bħall-karti tal-flus tal-euro

xbieha jew format ħżiena

kantuniera/i kbira/kbar mitwija/in jew parti(jiet) nieqsa

żball fil-mili jew fit-trasport tal-magna

Għoti lura mill-magna lill-klijent

2.

Karti tal-flus tal-euro ssuspettati li huma foloz

Xbieha u format rikonoxxuti, imma karatteristika waħda jew iżjed ta’ awtentiċità vverifikati mill-magna ma jiġux identifikati jew huma b’mod ċar barra t-tolleranza

Irtira miċ-ċirkulazzjoni

Għandhom jingħataw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-awtentikazzjoni, flimkien ma’ informazzjoni dwar id-detentur tal-kont, minnufih, sa mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-depożitu fil-magna. Tikkreditax il-kont tad-detentur.

3.

Karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar

Xbieha u format rikonoxxuti, imma mhux il-karatteristiċi kollha ta’ awtentiċità vverifikati mill-magna huma rikonoxxuti minħabba devjazzjonijiet fil-kwalità u/jew tolleranza Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba

Irtira miċ-ċirkulazzjoni

Il-karti tal-flus tal-euro jingħataw lill-BĊN għall-awtentikazzjoni minnufih, sa mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-depożitu fil-magna.

Informazzjoni fuq id-detentur tal-kont tinħażen għal tmien ġimgħat wara li l-karti tal-flus tal-euro jkunu ġew identifikati mill-magna. Din l-informazzjoni tingħata fuq talba lill-BĊN. Alternattivament, bi ftehim mal-BĊN, informazzjoni li tippermetti r-rintraċċar tad-detentur tal-kont tista’ tingħata lil dak il-BĊN flimkien mal-karti tal-flus tal-euro.

Jistgħu jiġu kkreditati lid-detentur tal-kont

4a.

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità u l-kundizzjoni magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi

Jistgħu jintużaw għar-riċirkulazzjoni

Ikkreditati lid-detentur tal-kont

4b.

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u li mhumiex f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi. Tal-inqas kriterju wieħed ta’ kundizzjoni vverifikat jagħti riżultat negattiv

Ma jistgħux jintużaw għar-riċirkulazzjoni u jingħataw lura lill-BĊN

Ikkreditati lid-detentur tal-kont

Regoli speċifiċi fir-rigward tat-Tabella 1:

1.

Il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 2 u 3 ma jingħatawx lura lill-klijent minn magna li timmaniġġja l-flus jekk dik il-magna tippermetti l-kanċellazzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ depożitu. Biex wieħed iżomm dawn il-karti tal-flus tal-euro meta tiġi mħassra tranżazzjoni dawn jistgħu jinħażnu f’żona ta’ ħażna temporanja fil-magna.

2.

Il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 3 m’għandhomx għalfejn jiġu sseparati mill-karti tal-flus tal-euro tal-kategorija 4a jew 4b. Jekk ma ssir l-ebda separazzjoni fiżika, il-limitu ta’ żmien għall-għoti tal-karti tal-flus tal-euro tal-kategoriji mħallta 3, 4a u 4b lill-BĊN u r-rekwiżiti rigward ir-rintraċċar tal-klijenti tal-karti tal-flus tal-euro tal-kategorija 3 japplikaw xorta waħda.

3.

Il-karti tal-flus tal-euro tal-kategorija 3, anki meta jkunu mħallta mal-karti tal-flus tal-euro tal-kategorija 4a jew 4b, jistgħu jiġu pproċessati mill-ġdid fuq kwalunkwe tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus ittestjata b’suċċess. Dawn il-karti tal-flus imbagħad jiġu ttrattati bħala li ġew ikklassifikati mit-tieni magna li timmaniġġja l-karti tal-flus, u għalhekk jenħtieġ li tinżamm it-traċċabilità tal-karti tal-flus oriġinali tal-kategorija 3 għad-detentur oriġinali tal-kont f’każ li dawn il-karti tal-flus jiġu rrifjutati mit-tieni magna bħala karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar.

Tabella 2

Klassifikazzjoni u trattament tal-karti tal-flus tal-euro minn magni cash-out (COMs)

Kategorija

Karatteristiċi

Trattament

1.

Oġġetti li mhumiex rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro

Mhux rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro minħabba xi waħda minn dawn:

karti tal-flus tal-euro li mhumiex aċċettati mill-magna

karti tal-flus li mhumiex tal-euro

oġġetti bħall-karti tal-flus tal-euro

xbieha jew format ħżiena

kantuniera/i kbira/kbar mitwija/in jew parti(jiet) nieqsa

żball fil-mili jew fit-trasport tal-magna

Ma jistgħux jitqassmu lill-klijenti

2.

Karti tal-flus tal-euro ssuspettati li huma foloz

Xbieha u format rikonoxxuti, imma karatteristika waħda jew iżjed ta’ awtentiċità vverifikata mill-magna ma jiġux identifikati jew huma b’mod ċar barra t-tolleranza

Ma jistgħux jitqassmu lill-klijenti

Għandhom jingħataw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-awtentikazzjoni minnufih, sa mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara l-identifikazzjoni mill-magna flimkien ma’ informazzjoni li tirrigwarda d-detentur tal-kont jekk disponibbli

3.

Karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar

Xbieha u format rikonoxxuti, imma mhux il-karatteristiċi kollha ta’ awtentikazzjoni vverifikati mill-magna huma rikonoxxuti minħabba devjazzjonijiet fil-kwalità u/jew tolleranza. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba

Ma jistgħux jitqassmu lill-klijenti

Il-karti tal-flus tal-euro jingħataw lill-BĊN għall-awtentikazzjoni minnufih, sa mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-depożitu fil-magna.

4a.

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità u l-kundizzjoni magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi

Jistgħu jitqassmu lill-klijenti

4b.

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u li mhumiex f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi.

Tal-inqas kriterju wieħed ta’ kundizzjoni vverifikat jagħti riżultat negattiv

Ma jistgħux jitqassmu lill-klijenti u jingħataw lura lill-BĊN.

Regoli speċifiċi rigward it-Tabella 2:

1.

Il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 1, 2 u 3 ma għandhomx għalfejn jiġu sseparati fiżikament. Meta jiġu mħallta flimkien, it-tliet kategoriji kollha għandhom jiġu ttrattati bħala karti tal-flus tal-euro tal-kategorija 2. Jekk il-karti tal-flus tal-euro tal-kategoriji 1, 2 u 3 jistgħu jiġu sseparati permezz ta’ magna oħra li timmaniġġja l-karti tal-flus jew, jekk bi qbil mal-BĊN, minn membri tal-persunal imħarrġin, huma għandhom jiġu ttrattati skont it-Tabella 2.

2.

Il-karti tal-flus tal-euro tal-kategorija 3 m’għandhomx għalfejn jiġu sseparati mill-karti tal-flus tal-euro tal-kategorija 4a u 4b. Jekk ma ssir l-ebda separazzjoni fiżika, l-iskadenza għall-għoti tal-karti tal-flus tal-euro tal-kategoriji mħallta 3, 4a u 4b lill-BĊN kif speċifikat għall-kategorija 3 japplika xorta waħda.

3.

Il-karti tal-flus tal-euro tal-kategorija 3, anki meta jkunu mħallta mal-karti tal-flus tal-euro tal-kategorija 4a jew 4b, jistgħu jiġu pproċessati mill-ġdid fuq kwalunkwe tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus ittestjata b’suċċess. Dawn il-karti tal-flus imbagħad jiġu ttrattati bħala li ġew ikklassifikati mit-tieni magna li timmaniġġja l-karti tal-flus.

Tabella 3

Klassifikazzjoni u trattament tal-karti tal-flus tal-euro minn magni li jqassmu l-muniti (CDMs)

Is-CDMs għandhom jivverifikaw l-awtentiċità tal-karti tal-flus li jirċievu u jżommu dawk issuspettati li huma foloz, iżda m’għandhomx għalfejn jisseparawhom fiżikament skont il-kategorija.

Il-karti tal-flus issuspettati li huma foloz għandhom jingħataw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-awtentikazzjoni minnufih, sa mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara l-identifikazzjoni mill-magna flimkien ma’ informazzjoni li tirrigwarda d-detentur tal-kont, jekk disponibbli.

Inkella, il-karti tal-flus riċevuti minn CDM jistgħu jiġu pproċessati mill-ġdid fuq kwalunkwe magna li timmaniġġja l-karti tal-flus ittestjata b’suċċess u mbagħad ittrattati bħala klassifikati minn din il-magna. L-informazzjoni li tirrigwarda d-detentur tal-kont ta’ dawk il-biċċiet li ġew ikklassifikati bħala Kategorija 2 or Kategorija 3 waqt l-ipproċessar mill-ġdid għandha tinżamm, jekk disponibbli..


ANNESS III

“ANNESS IV

ĠBIR TA’ DATA MILL-CASH HANDLERS

1.   Għanijiet

L-għanijiet tal-ġbir tad-data huma li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ikunu jistgħu jimmonitorjaw l-attivitajiet rilevanti tal-cash handlers u biex jissorveljaw l-iżviluppi fiċ-ċiklu tal-flus kontanti.

2.   Prinċipji ġenerali

2.1.

Id-data dwar il-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus għandha tiġi rrapportata meta l-magni jintużaw skont din id-Deċiżjoni. Il-magni li jqassmu l-muniti (CDMs) huma eżentati mill-obbligi ta’ rapportar.

2.2.

Il-cash handlers għandhom jipprovdu regolarment lill-BĊN tal-Istat Membru tagħhom b’dan li ġej:

informazzjoni fuq stabbilimenti fejn il-flus kontanti jiġu mmaniġġjati, bħal uffiċċji tal-friegħi; u

informazzjoni fuq il-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u l-magni li jqassmu l-flus kontanti.

2.3.

Barra minn dan, il-cash handlers li jirriċirkulaw karti tal-flus tal-euro permezz ta’ magni li jimmanniġjaw il-karti tal-flus u magni li jqassmu l-flus kontanti għandhom jipprovdu regolarment lill-BĊN tal-Istat Membru tagħhom b’dawn it-tnejn li ġejjin:

informazzjoni fuq il-volum ta’ operazzjonijiet ta’ flus kontanti (numru ta’ karti tal-flus tal-euro pproċessati) li jinvolvi magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u magni li jqassmu l-flus kontanti;

informazzjoni dwar friegħi mbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’livell baxx ta’ operazzjonijiet ta’ flus kontanti fejn il-verifiki tal-kundizzjoni jsiru manwalment.

3.   Tip ta’ data u rekwiżiti ta’ rapportar

3.1.

Skont in-natura tagħha, id-data miġbura għandha tinqasam f’data ewlenija u data operattiva.

Data ewlenija

3.2.

Id-data ewlenija tkopri informazzjoni dwar: (a) il-cash handlers individwali u l-magni tagħhom li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u l-magni li jqassmu l-flus kontanti operattivi; u (b) il-friegħi mbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.

3.3.

Id-data ewlenija għandha tiġi pprovduta lill-BĊN fid-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u kull sitt xhur wara dan. Id-data speċifikata fil-mudell stabbilit fl-Appendiċi I għandha tiġi pprovduta, għalkemm il-BĊN jista’ jeħtieġ li din tiġi pprovduta f’format differenti.

3.4.

BĊN jista’ jiddeċiedi, għal raġunijiet ta’ monitoraġġ, li jiġbor id-data fil-livell lokali, bħal pereżempju fl-uffiċċji tal-friegħi.

3.5.

BĊN jista’ jeżiġi li l-cash handlers jindikaw il-magni li jirriċiklaw il-flus kontanti (CRMs) li jintużaw bħala magni cash-in ikkombinati (CCMs) jew magni cash-in (CIMs) rispettivament, u s-CCMs li jintużaw bħala CIMs.

3.6.

Id-data dwar il-friegħi mbiegħda speċifikata fil-mudell stabbilit fl-Appendiċi 3 għandha tiġi pprovduta, għalkemm il-BĊN jista’ jeħtieġ li din tiġi pprovduta f’format differenti.

Data operattiva

3.7.

Id-data li toriġina mill-ipproċessar u r-riċirkulazzjoni ta‘ karti tal-flus tal-euro mill-cash handlers għandha tiġi kklassifikata bħala data operattiva.

3.8.

BĊN jista’ jiddeċiedi li jeskludi aġenti ekonomiċi oħrajn, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 (1), mill-obbligu li jirrapportaw data operattiva jekk in-numru ta’ karti tal-flus tal-euro li jirriċirkulaw permezz ta’ magni li jqassmu l-flus kontanti huwa inqas minn limitu ddeterminat mill-BĊN.

3.9.

Id-data għandha tiġi pprovduta kull sitt xhur. Id-data għandha tiġi rrapportata lill-BĊN mhux iktar tard minn xahrejn wara l-perjodu ta’ rapportar rilevanti, jiġifieri fl-aħħar ta’ Frar u fl-aħħar ta’ Awwissu. Id-data tista’ tiġi pprovduta permezz tal-mudell stabbilit fl-Appendiċi 2. Il-BĊNi jistgħu jitolbu għal rapportar kull xahar jew għal rapportar kull erba’ xhur għal perjodu tranżitorju, jekk din kienet il-prattika tagħhom qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

3.10.

Id-data għandha tiġi pprovduta mill-cash handlers li fiżikament jimmaniġġjaw il-karti tal-flus tal-euro. Jekk cash handler ikun esternalizza l-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni lil cash handler ieħor, id-data għandha tiġi pprovduta mill-cash handler indikat skont l-Artikolu 3(2).

3.11.

Id-data għandha tiġi rrapportata mill-cash handlers f’termini ta’ biċċiet (volum), aggregati fil-livell nazzjonali u maqsuma skont id-denominazzjoni tal-karta tal-flus tal-euro. Tqassim skont is-serje tal-karti tal-flus mhuwiex meħtieġ. Għal friegħi mbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-data operattiva għandha tiġi rrapportata separatament.

3.12.

BĊN jista’ jiddeċiedi, għal raġunijiet ta’ monitoraġġ, li jiġbor d-data fil-livell lokali, bħal pereżempju fl-uffiċċji tal-friegħi.

3.13.

Cash handlers li jkunu esternalizzaw il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni lil cash handlers oħrajn jistgħu jintalbu jipprovdu informazzjoni dettaljata lill-BĊN fuq dawn tal-aħħar, inklużi l-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni.

3.14.

Għandha tiġi pprovduta d-data dwar il-friegħi mbiegħda speċifikati fil-mudell stabbilit fl-Appendiċi 3, għalkemm il-BĊN jista’ jeħtieġ li din tiġi pprovduta f’format differenti u jista’ jaqbel mal-cash handlers biex jiġbru data iktar estensiva.

4.   Kunfidenzjalità u pubblikazzjoni tad-data

4.1.

Kemm id-data ewlenija kif ukoll id-data operattiva għandhom jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali.

4.2.

Il-BĊNi u l-BĊE jistgħu jiddeċiedu li jippubblikaw rapporti jew statistika bl-użu ta’ data miksuba taħt dan l-Anness. Kull pubblikazzjoni bħal din għandha tiġi aggregata b’tali mod li l-ebda data ma tkun tista’ tiġi attribwita lil entitajiet ta’ rapportar individwali.

Appendiċi 1

MUDELL TAR-RAPPORTAR

Data ewlenija

Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta lil:

[Isem tal-BĊN; dettalji ta’ kuntatt għal mistoqsijiet; indirizz]

1.   Informazzjoni dwar il-cash handler

Isem il-cash handler:

Indirizz tal-uffiċċju prinċipali:

Kodiċi zip/postali:

Belt:

Triq:

Tip ta’ kumpanija:

Istituzzjoni ta’ kreditu

Bureau de change

Kumpanija responsabbli għat-transitu ta’ flus kontanti li mhijiex istituzzjoni ta’ ħlas

Kummerċjant (bejjiegħ bl-imnut)

Każinò

Oħrajn, inklużi istituzzjonijiet ta’ ħlas fejn ma ġewx ikkategorizzati bħala waħda minn dawn ta’ hawn fuq (speċifika)

Il-persuni ta’ kuntatt:

Ismijiet:

Nri tat-telefon:

Numri tal-faks:

Indirizzi elettroniċi:

Sieħeb fl-esternalizzazzjoni (jekk rilevanti)

Isem:

Indirizz:

Kodiċi zip/postali:

Belt:

2.   Magni mħaddmin mill-klijent

Kategorija tal-magna

Numru ta’ identifikazzjoni (2)

Manifattur (2)

Isem tal-magna (2)

Identifikazzjoni (2)

(sistema ta’ detezzjoni/verżjonijiet tas-softwer)

Numru totali ta’ dawk operattivi

CIMs

 

 

 

 

 

CRMs

 

 

 

 

 

CCMs

 

 

 

 

 

COMs

 

 

 

 

 

3.   Magni mħaddmin mill-persunal

Kategorija tal-magna

Numru ta’ identifikazzjoni (3)

Manifattur (3)

Isem tal-magna (3)

Identifikazzjoni (3)

(sistema ta’ detezzjoni/verżjonijiet tas-softwer)

Numru totali ta’ dawk operattivi

BPMs

 

 

 

 

 

BAMs

 

 

 

 

 

TARMs

 

 

 

 

 

TAMs

 

 

 

 

 

4.   Magni li jqassmu l-flus kontanti mhux inklużi fit-tabella ta’ hawn fuq dwar il-magni mħaddma mill-klijenti

 

Numru totali ta’ dawk operattivi

ATMs

 

SCoTs

 

Oħrajn

 

Appendiċi 2

MUDELL TAR-RAPPORTAR

Data operattiva

1.   Informazzjoni dwar il-cash handler

Isem il-cash handler

 

Perjodu ta’ rapportar

 

2.   Data

L-entrati tad-data li ġejjin iridu jiġu aggregati fil-livell nazzjonali jew reġjonali, kif deċiż mill-BĊN, bl-esklużjoni tal-friegħi mbiegħda.

 

Numru totali ta’ karti tal-flus tal-euro pproċessati

Karti tal-flus tal-euro ssortjati bħala mhux f’kundizzjoni tajba

Karti tal-flus tal-euro rriċirkulati

EUR 5

 

 

 

EUR 10

 

 

 

EUR 20

 

 

 

EUR 50

 

 

 

EUR 100

 

 

 

EUR 200

 

 

 

EUR 500

 

 

 

Fit-tabella ta’ hawn fuq, il-kolonna bl-intestatura “Numru totali ta’ karti tal-flus tal-euro pproċessati” trid tinkludi n-numru totali ta’ karti tal-flus tal-euro li l-awtentiċità u l-kundizzjoni tagħhom ġew ivverifikati minn magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus, jiġifieri magni li jirriċiklaw il-flus (CRMs), magni cash-out (COMs), magni għar-riċiklaġġ li jassistu lill-kaxxier (TARMs) u magni li jipproċessaw il-karti tal-flus (BPMs), u magni cash-in u cash-out ikkombinati (CCMs) bil-verifika fakultattiva tal-kundizzjoni. Dawn il-karti tal-flus li ġejjin m’għandhomx ikunu inklużi f’din id-data: (a) karti tal-flus li l-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni tagħhom issir manwalment, pereżempju, operazzjonijiet barra l-Borża jew operazzjonijiet tal-back office; (b) karti tal-flus li ġew ivverifikati għall-awtentiċità iżda mhux għall-kundizzjoni fuq magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus, pereżempju, karti tal-flus awtentikati fuq magni cash-in (CIMs), CCMs (mingħajr verifika fakultattiva tal-kundizzjoni), magni li jassistu lill-kaxxier (TAMs) u magni li jawtentikaw il-karti tal-flus (BAMs).

Il-kolonna bl-intestatura “Karti tal-flus tal-euro ssortjati bħala mhux f’kundizzjoni tajba” hija subsett tan-numru totali ta’ karti tal-flus tal-euro pproċessati u trid tinkludi n-numru ta’ karti tal-flus li ġew ikklassifikati mill-magni bħala ġenwini u mhux f’kundizzjoni tajba (jiġifieri kategorija 4b). Din l-entrata tad-data hija relatata mal-CRMs, is-COMs, it-TARMs u l-BPMs, u mas-CCMs bil-verifika fakultattiva tal-kundizzjoni.

Il-kolonna bl-intestatura “Karti tal-flus tal-euro riċirkulati” hija subsett tan-numru totali ta’ karti tal-flus tal-euro pproċessati u:

(a)

għas-CRMs, is-COMs u t-TARMs, għandha tinkludi n-numru ta’ karti tal-flus li ġew ikklassifikati mill-magni bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba (jiġifieri, kategorija 4a) u mqassma lill-klijenti kif ipprovdut mill-istatistika tal-magni;

(b)

għall-BPMs u s-CCMs bil-verifika fakultattiva tal-kundizzjoni, trid tinkludi n-numru tal-karti tal-flus li ġew ikklassifikati mill-magni bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba (jiġifieri, kategorija 4a) u li ma ġewx irritornati lill-BĊN, iżda nżammu bl-intenzjoni li l-karti tal-flus jiġu rriċirkulati lura fiċ-ċiklu tal-flus kontanti.

Numru ta’ karti tal-flus tal-euro mqassmin permezz ta’ magni mħaddmin mill-klijenti u magni li jqassmu l-flus kontanti

 

Jekk BĊN japplika l-eċċezzjoni għall-friegħi mbiegħda stabbilita fl-Artikolu 7, din id-data hija obbligatorja għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ dak l-Istat Membru. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkonsultaw lill-BĊNi tagħhom sabiex jaċċertaw ruħhom dwar jekk din id-data għandhiex tiġi rrapportata.

Appendiċi 3

FRIEGĦI MBIEGĦDA TA’ ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU

Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta biss minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom friegħi mbiegħda kif imsemmi fl-Artikolu 7(1).

1.

Informazzjoni dwar l-istituzzjoni ta’ kreditu

Isem l-istituzzjoni ta’ kreditu

 

Perjodu ta’ rapportar

 


2.

Data

Isem il-fergħa mbiegħda

Indirizz

Numru ta’ karti tal-flus tal-euro mqassmin permezz ta’ magni mħaddmin mill-klijenti u magni li jqassmu l-flus kontanti

 

 

 


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro ( ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6).

(2)  Dawn id-dettalji għandhom jimtlew skont id-dettalji korrispondenti fis-sit web tal-BĊE.

(3)  Dawn id-dettalji għandhom jimtlew skont id-dettalji korrispondenti fis-sit web tal-BĊE.


Rettifika

20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/104


Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2117 tad-29 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom

(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 320 tal-11 ta’ Diċembru 2019)

Fil-paġna 103, in-nota ta’ qiegħ il-paġna (1) tinbidel b’dan li ġej:

“(1)

Sabiex jiġi permess il-kummerċ internazzjonali fil-fibra li ġejja mill-vikunji (Vicugna vicugna) u fil-prodotti dderivati minnha biss, u biss jekk il-fibra tkun ġejja mit-tqaxxir tal-vikunji ħajjin. Il-kummerċ fil-prodotti dderivati mill-fibra jista’ jsir biss skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Kull persuna jew entità li tipproċessa l-fibra tal-vikunja biex timmanifattura d-drapp u l-ħwejjeġ trid titlob lill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż tal-oriġini għal awtorizzazzjoni biex tuża l-kliem, il-marka jew il-logo tal-“VIKUNJA [PAJJIŻ TAL-ORIĠINI]” li adottaw l-Istati fejn timraħ dik l-ispeċi li huma firmatarji tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni u għall-Ġestjoni tal-Vikunja [il-pajjiżi tal-oriġini huma l-pajjiżi fejn tinsab dik l-ispeċi, jiġifieri l-Arġentina, il-Bolivja, iċ-Ċilì, l-Ekwador u l-Perù].

(b)

Id-drapp jew il-ħwejjeġ ikkummerċjalizzati jridu jkunu mmarkati jew identifikati skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(i)

Għall-kummerċ internazzjonali fid-drapp magħmul mill-fibra tal-vikunja li tkun tqaxxret ħajja, kemm jekk id-drapp ikun ġie prodott fl-Istati fejn timraħ dik l-ispeċi u kemm jekk dan ikun ġie prodott ’il barra minnhom, iridu jintużaw il-kliem, il-marka jew il-logo sabiex il-pajjiż tal-oriġini jkun jista’ jiġi identifikat. Il-kliem, il-marka jew il-logo tal-“VIKUNJA [PAJJIŻ TAL-ORIĠINI]” għandu l-format li ġej:

Image 1

Dan il-kliem, din il-marka jew dan il-logo jridu jingħataw fuq in-naħa ta’ wara tad-drapp. Barra minn hekk, fuq iċ-ċmus tad-drapp irid jingħata l-kliem “VIKUNJA [PAJJIŻ TAL-ORIĠINI]”.

(ii)

Għall-kummerċ internazzjonali fil-ħwejjeġ magħmulin mill-fibra tal-vikunja li tkun tqaxxret ħajja, kemm jekk il-ħwejjeġ ikunu ġew prodotti fl-Istati fejn timraħ dik l-ispeċi u kemm jekk dawn ikunu ġew prodotti ’l barra minnhom, iridu jintużaw il-kliem, il-marka jew il-logo indikati fil-paragrafu (b)(i). Dan il-kliem, din il-marka jew dan il-logo jridu jingħataw fuq tikketta fuq il-ħwejjeġ infushom. Jekk il-ħwejjeġ ikunu ġew prodotti ’l barra mill-pajjiż tal-oriġini, flimkien mal-kliem, mal-marka jew mal-logo msemmijin fil-paragrafu (b)(i) għandu jingħata wkoll isem il-pajjiż fejn dawn ikunu ġew prodotti.

(c)

Għall-kummerċ internazzjonali fi prodotti magħmulin bl-idejn mill-fibra tal-vikunja li tkun tqaxxret ħajja li jkunu ġew prodotti fl-Istati fejn timraħ dik l-ispeċi, iridu jintużaw il-kliem, il-marka jew il-logo tal-“VIKUNJA [PAJJIŻ TAL-ORIĠINI] — PRODOTT ARTIĠJANALI” kif muri hawn taħt:

Image 2

(d)

Jekk id-drapp u l-ħwejjeġ jiġu prodotti bl-użu ta’ fibra tal-vikunja li tkun tqaxxret ħajja li tkun ġejja minn diversi pajjiżi tal-oriġini, iridu jingħataw il-kliem, il-marka jew il-logo ta’ kull pajjiż tal-oriġini tal-fibra, kif spjegat fil-paragrafi (b)(i) u (ii).

(e)

L-eżemplari l-oħra kollha għandhom jitqiesu li huma eżemplari tal-ispeċijiet imniżżlin fl-Appendiċi I u l-kummerċ fihom għandu jiġi rregolat skont dan.”


20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/105


Rettifika tad-Deċiżjoni (UE) 2019/2158 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2019 dwar il-metodoloġija u l-proċeduri għad-determinazzjoni u l-ġbir ta’ data dwar il-fatturi tariffarji użati għall-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali (BĊE/2019/38)

(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 tas-17 ta’ Diċembru 2019)

Fil-paġna 104, l-Artikolu 11,

minflok:

“Din id-Deċiżjoni għanda tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”,

aqra:

“Din id-Deċiżjoni għanda tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020.”.


20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/106


Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/2155 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2019/37)

(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 tas-17 ta’ Diċembru 2019)

Fil-paġna 74, l-Artikolu 2,

minflok:

“Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”,

aqra:

“Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020.”