ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 314

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
5 ta' Diċembru 2019


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 ( 1 )

1

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE 2014/59/UE u 2014/65/UE ( 1 )

64

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis ( 2 )

115

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2036 tal-25 ta’ Novembru 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, fir-rigward tal-Emenda 17 għall-Anness 17 (Sigurtà) għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali

170

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1982 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jsiru ċerti importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli u ħadid bil-grafit sferojdali, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, soġġetti għar-reġistrazzjoni wara l-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni sabiex tiġi implimentata s-sentenza tal-20 ta’ Settembru 2019, fil-każ T-650/17, fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1146 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli u ħadid fondut bil-grafit sferojdali, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, immanifatturati minn Jinan Meide Castings Co., Ltd ( ĠU L 308, 29.11.2019 )

173

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

 

(2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

5.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/1


REGOLAMENT (UE) 2019/2033 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Novembru 2019

dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Rekwiżiti prudenzjali robusti huma parti integrali mill-kundizzjonijiet regolatorji li fihom l-istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jipprovdu servizzi fl-Unjoni. Flimkien mal-istituzzjonijiet ta' kreditu, id-ditti tal-investiment huma soġġetti għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u għad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) fir-rigward tat-trattament u tas-superviżjoni prudenzjali tagħhom, filwaqt li l-awtorizzazzjoni tagħhom u rekwiżiti organizzazzjonali u tal-imġiba oħra huma stabbiliti fid-Direttiva 2004/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(2)

Ir-reġimi prudenzjali eżistenti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE huma fil-parti l-kbira bbażati fuq iterazzjonijiet suċċessivi tal-istandards regolatorji internazzjonali stabbiliti għal gruppi bankarji kbar mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja u jindirizzaw b'mod parzjali biss ir-riskji speċifiċi inerenti għall-attivitajiet diversi għal għadd kbir ta' ditti tal-investiment. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-vulnerabbiltajiet u r-riskji speċifiċi inerenti għal dawn id-ditti tal-investiment jiġu indirizzati b'mod speċifiku permezz ta' arranġamenti prudenzjali xierqa u proporzjonati fil-livell tal-Unjoni.

(3)

Ir-riskji li d-ditti tal-investiment infushom iġarrbu u joħolqu għall-klijenti tagħhom u għas-swieq usa' li joperaw fihom jiddependu fuq in-natura u l-volum tal-attivitajiet tagħhom, inkluż jekk id-ditti tal-investiment jaġixxux bħala aġenti għall-klijenti tagħhom u ma jkunux parti għat-transazzjonijiet li jirriżultaw infushom, jew jekk jaġixxux bħala prinċipali għan-negozji.

(4)

Jenħtieġ li rekwiżiti prudenzjali solidi jiżguraw li d-ditti tal-investiment jiġu ġestiti b'mod ordnat u fl-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom. Jenħtieġ li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-potenzjal li d-ditti tal-investiment u l-klijenti tagħhom jidħlu għal teħid ta' riskju eċċessiv u l-gradi differenti ta' riskju mġarrab u maħluq mid-ditti tal-investiment. Bl-istess mod, jenħtieġ li r-rekwiżiti prudenzjali jimmiraw li jevitaw li jimponu piż amministrattiv żejjed fuq id-ditti tal-investiment.

(5)

Ħafna mir-rekwiżiti prudenzjali li jirriżultaw mill-qafas tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE huma mfassla biex jindirizzaw ir-riskji komuni affaċċjati mill-istituzzjonijiet ta' kreditu. Għalhekk, ir-rekwiżiti eżistenti huma fil-parti l-kbira kkalibrati biex jippreservaw il-kapaċità ta' self tal-istituzzjonijiet ta' kreditu tul iċ-ċikli ekonomiċi u biex jiġu protetti d-depożitanti u l-kontribwenti minn falliment possibbli, u mhumiex imfassla biex jindirizzaw il-profili tar-riskju differenti kollha tad-ditti tal-investiment. Id-ditti tal-investiment m'għandhomx portafolli kbar ta' self fil-livell tal-konsumatur u korporattiv u ma jiħdux depożiti. Il-probabbiltà li l-falliment tagħhom jista' jkollu impatt detrimentali fuq l-istabbiltà finanzjarja ġenerali hija inqas milli fil-każ tal-istituzzjonijiet ta' kreditu. B'hekk, ir-riskji affaċċjati u maħluqa mill-parti l-kbira tad-ditti tal-investiment huma sostanzjalment differenti mir-riskji affaċċjati u maħluqa mill-istituzzjonijiet ta' kreditu u jenħtieġ li differenza bħal din tkun riflessa b'mod ċar fil-qafas prudenzjali tal-Unjoni.

(6)

Ir-rekwiżiti prudenzjali li għalihom huma suġġetti d-ditti tal-investiment skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE huma bbażati fuq dawk tal-istituzzjonijiet ta' kreditu. Id-ditti tal-investiment li l-ambitu tal-awtorizzazzjoni tagħhom hu limitat għal servizzi ta' investiment speċifiċi li mhumiex fil-mira tal-qafas prudenzjali attwali huma soġġetti għal ħafna eżenzjonijiet minn dawk ir-rekwiżiti. Dawk l-eżenzjonijiet jirrikonoxxu li dawk id-ditti tal-investiment ma jġarrbux riskji tal-istess natura bħall-istituzzjonijiet ta' kreditu. Id-ditti tal-investiment li jwettqu attivitajiet li huma fil-mira tal-qafas prudenzjali attwali u li jinvolvu negozjar fi strumenti finanzjarji fuq bażi limitata huma soġġetti għal rekwiżiti korrispondenti tal-qafas f'termini ta' kapital iżda huma eliġibbli għal eżenzjonijiet f'oqsma oħra, bħal-likwidità, l-iskoperturi kbar u l-ingranaġġ. Id-ditti tal-investiment li l-ambitu tal-awtorizzazzjoni tagħhom mhuwiex soġġett għal dawk il-limitazzjonijiet huma soġġetti għall-istess rekwiżiti prudenzjali bħall-istituzzjonijiet ta' kreditu.

(7)

In-negozjar ta' strumenti finanzjarji, kemm għall-finijiet ta' ġestjoni tar-riskju, ta' ħħeġġjar jew ta' ġestjoni tal-likwidità jew għat-teħid ta' pożizzjonijiet direzzjonali dwar il-valur tal-istrumenti maż-żmien, hu attività li fiha kemm l-istituzzjonijiet ta' kreditu kif ukoll id-ditti tal-investiment huma awtorizzati għal negozjar akkont tagħhom infushom u li diġà hu indirizzat mill-qafas prudenzjali tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għalhekk, sabiex jiġu evitati kundizzjonijiet mhux ekwivalenti ta' kompetizzjoni li jistgħu jwasslu għal arbitraġġ regolatorju bejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment f'dan il-qasam, jenħtieġ li r-rekwiżiti tal-fondi proprji li jirriżultaw minn dawk ir-regoli li jindirizzaw ir-riskju jkomplu japplikaw ukoll għal dawk id-ditti tal-investiment. L-iskoperturi ta' dawk id-ditti tal-investiment għall-kontropartijiet tan-negozjar tagħhom fi transazzjonijiet speċifiċi u r-rekwiżiti tal-fondi proprji korrispondenti huma koperti wkoll mir-regoli u, għalhekk, jenħtieġ li jibqgħu japplikaw għad-ditti tal-investiment b'mod issimplifikat. Finalment, ir-regoli dwar l-iskoperturi kbar tal-qafas prudenzjali kurrenti huma rilevanti wkoll meta l-iskoperturi li jiġu nnegozjati ta' dawn id-ditti tal-investiment għal kontropartijiet speċifiċi jkunu partikolarment kbar u b'hekk jiġġeneraw sors ikkonċentrat b'mod eċċessiv ta' riskju għal ditta tal-investiment mill-inadempjenza tal-kontroparti. Għalhekk, jenħtieġ li dawk ir-regoli jkomplu japplikaw għad-ditti tal-investiment b'mod issimplifikat.

(8)

Differenzi fl-applikazzjoni tal-qafas prudenzjali eżistenti fi Stati Membri differenti jheddu l-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għad-ditti tal-investiment fl-Unjoni. Dawk id-differenzi jirriżultaw mill-kumplessità ġenerali tal-applikazzjoni tal-qafas għal ditti tal-investiment differenti fuq il-bażi tas-servizzi li jipprovdu, fejn xi awtoritajiet nazzjonali jaġġustaw jew jissimplifikaw it-tali applikazzjoni fil-liġi jew fil-prattika nazzjonali. Billi l-qafas prudenzjali eżistenti ma jindirizzax ir-riskji kollha affaċċjati u maħluqa minn ċerti tipi ta' ditti tal-investiment, ġew applikati supplimentazzjonijiet kapitali kbar għal ċerti ditti tal-investiment f'ċerti Stati Membri. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet uniformi li jindirizzaw dawk ir-riskji biex tiġi żgurata superviżjoni prudenzjali armonizzata tad-ditti tal-investiment madwar l-Unjoni.

(9)

Għaldaqstant hemm bżonn ta' reġim prudenzjali speċifiku għal ditti tal-investiment li mhumiex sistemiċi fid-dawl tad-daqs u tal-interkonnessjoni tagħhom ma' atturi finanzjarji u ekonomiċi oħra. Jenħtieġ li, madankollu, id-ditti sistemiċi tal-investiment jibqgħu soġġetti għall-qafas prudenzjali eżistenti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE. Dawk id-ditti tal-investiment huma subsett ta' ditti tal-investiment li għalihom bħalissa japplika l-qafas stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE u li ma jibbenefikawx minn eżenzjonijiet iddedikati minn kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti prinċipali tagħhom. L-akbar u l-aktar ditti tal-investiment interkonnessi għandhom mudelli kummerċjali u profili tar-riskju li huma simili għal dawk ta' istituzzjonijiet ta' kreditu sinifikanti. Dawn jipprovdu servizzi "qishom bankarji" u jissottoskrivu riskji fuq skala sinifikanti. Barra minn hekk, ditti sistemiċi tal-investiment huma kbar biżżejjed, u għandhom mudelli kummerċjali u profili tar-riskju li jirrappreżentaw theddida għall-funzjonament stabbli u ordnat tas-swieq finanzjarji bl-istess mod bħal istituzzjonijiet ta' kreditu kbar. Għalhekk huwa adatt li dawk id-ditti tal-investiment jibqgħu soġġetti għar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE.

(10)

Ir-reġim prudenzjali speċifiku għad-ditti tal-investiment li, minħabba d-daqs u l-interkonnessjoni tagħhom ma' atturi finanzjarji u ekonomiċi oħra, mhumiex meqjusa sistemiċi jenħtieġ li jindirizza l-prattiki kummerċjali speċifiċi ta' tipi differenti ta' ditti tal-investiment. Jenħtieġ li d-ditti tal-investiment bl-akbar possibbiltà li jiġġeneraw riskji għall-klijenti, għas-swieq jew għall-funzjonament ordnat tad-ditti tal-investiment infushom ikunu soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali ċari u effettivi mfassla għal dawk ir-riskji speċifiċi. Dawk ir-rekwiżiti prudenzjali jenħtieġ li jiġu kkalibrati b'mod proporzjonat għat-tip ta' ditta tal-investiment, għall-aħjar interessi tal-klijenti ta' dak it-tip ta' ditta tal-investiment u għall-promozzjoni tal-funzjonament mexxej u ordnat tas-swieq li fihom jopera dak it-tip ta' ditta tal-investiment. Jenħtieġ li dawn jimmitigaw l-oqsma identifikati ta' riskju u jgħinu fl-iżgurar li, jekk ditta tal-investiment tfalli, din tkun tista' tiġi stralċata b'mod ordnat bi tfixkil minimu għall-istabbiltà tas-swieq finanzjarji.

(11)

Ir-reġim previst f'dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax l-obbligi ta' produtturi maħtura fis-suq f'ċentri tan-negozjar skont id-Direttiva 2014/65/UE biex jipprovdu kwotazzjonijiet u jkunu preżenti fis-suq fuq bażi kontinwa.

(12)

Ir-reġim prudenzjali għad-ditti tal-investiment li, minħabba d-daqs u l-interkonnessjoni tagħhom ma' atturi finanzjarji u ekonomiċi oħra, mhumiex meqjusa sistemiċi, jenħtieġ li japplika għal kull ditta tal-investiment fuq bażi individwali. Madankollu, sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali għad-ditti tal-investiment fl-Unjoni li huma parti minn gruppi bankarji, biex jiġi evitat it-tfixkil ta' ċerti mudelli tan-negozju li r-riskji tagħhom huma diġà koperti mill-applikazzjoni tar-regoli prudenzjali, jenħtieġ li d-ditti tal-investiment jkunu jistgħu japplikaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE fejn adegwat, soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, dment li d-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu dan ma tkunx ġejja minn minn skopijiet ta' arbitraġġ regolatorju. Barra minn hekk, billi r-riskji mġarrba minn ditti żgħar u mhux interkonnessi tal-investiment huma limitati fil-parti l-kbira tagħhom, jenħtieġ li dawn jitħallew iħaddmu eżenzjoni mir-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għad-ditti tal-investiment fejn ikunu parti minn grupp bankarju jew grupp ta' ditti tal-investiment bi kwartieri ġenerali u soġġetti għas-superviżjoni konsolidata skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE jew skont dan ir-Regolament u d-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), kif applikabbli, fl-istess Stat Membru, bħal dawk l-oqsfa prudenzjali jenħtieġ li jkopru dawk ir-riskji f'każijiet bħal dawn.Sabiex jiġi rifless it-trattament eżistenti ta' gruppi tad-ditti tal-investiment skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE, għad-ditti tal-investiment li jikkonsistu biss minn ditti tal-investiment, jew fejn il-konsolidazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma tapplikax, jenħtieġ li l-impriża prinċipali fi gruppi bħal dawn tintalab tkun konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-grupp. Alternattivament, minflok konsolidazzjoni prudenzjali, fejn gruppi ta' ditti tal-investiment bħal dawn jirriflettu strutturi u profili tar-riskju aktar sempliċi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-impriżi prinċipali fil-grupp biex ikollhom kapital suffiċjenti biex jappoġġaw il-valur kontabilistiku tal-parteċipazzjonijiet tiegħu fis-sussidjarji. Meta jagħmlu parti minn grupp ta' assigurazzjoni, id-ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi jenħtieġ li jitħallew ukoll jagħmlu użu minn eżenzjoni minn rekwiżiti ta' divulgazzjoni.

(13)

Sabiex id-ditti tal-investiment ikunu jistgħu jkomplu jibbażaw fuq il-fondi proprji eżistenti tagħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom skont il-qafas prudenzjali speċifiku għad-ditti tal-investiment, jenħtieġ li d-definizzjoni u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji jiġu allinjati mar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Dan jinkludi tnaqqis sħiħ tal-entrati tal-karta bilanċ u mill-fondi proprji f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bħal assi ta' taxxa differita u parteċipazzjonijiet ta' strumenti kapitali ta' entitajiet oħra tas-settur finanzjarju. Madankollu, jenħtieġ li d-ditti tal-investiment jkunu jistgħu jeżentaw parteċipazzjonijiet mhux sinifikanti ta' strumenti kapitali f'entitajiet tas-settur finanzjarju mit-tnaqqis jekk jinżammu għal skopijiet ta' negozjar biex jappoġġaw il-ġenerazzjoni tas-suq f'dawn l-istrumenti. Sabiex il-kompożizzjoni tal-fondi proprji tiġi allinjata mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-proporzjonijiet korrispondenti tat-tipi tal-fondi proprji ġew riflessi fil-kuntest ta' dan ir-Regolament. Sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti jkunu proporzjonati man-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditti tal-investiment u li huma faċilment aċċessibbli għad-ditti tal-investiment f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina l-adegwatezza li jitkompla l-allinjament tad-definizzjoni u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji ma' dak tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(14)

Sabiex jiġi żgurat li d-ditti tal-investiment dejjem ikunu jistgħu joperaw fuq il-bażi tal-livell tal-fondi proprji meħtieġ għall-awtorizzazzjoni tagħhom, jenħtieġ li, f'kull waqt, id-ditti tal-investiment jissodisfaw rekwiżit kapitali minimu permanenti daqs il-kapital inizjali meħtieġ għall-awtorizzazzjoni biex iwettqu s-servizzi ta' investiment rilevanti stabbiliti f'konformità mad-Direttiva (UE) 2019/2034.

(15)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni sempliċi tar-rekwiżit tal-fondi proprji minimu għal ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi, jenħtieġ li dawn ikollhom fondi proprji li jlaħħaq mal-ogħla bejn ir-rekwiżit kapitali minimu permanenti tagħhom jew kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi tagħhom imkejla fuq il-bażi tal-attività tagħhom tas-sena preċedenti. Id-ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi li jippreferu jeżerċitaw aktar kawtela u jevitaw effetti ta' preċipizju fil-każ ta' riklassifikazzjoni jenħtieġ li ma jiġux imwaqqfa milli jżommu fondi proprji f'eċċess ta', jew japplikaw miżuri li jkunu aktar stretti minn dawk meħtieġa minn dan ir-Regolament.

(16)

Biex jingħata kont lir-riskji akbar ta' ditti tal-investiment li mhumiex żgħar u mhux interkonnessi, jenħtieġ li r-rekwiżit tal-fondi proprji minimu għal tali ditti jkun is-somma tal-ogħla tar-rekwiżit tal-fondi proprji minimu tagħhom, kwart mill-ispejjeż ġenerali fissi tagħhom għas-sena preċedenti, jew inkella s-somma tar-rekwiżit tagħhom skont is-sett ta' fatturi tar-riskju mfassla għad-ditti tal-investiment ("fatturi-K") li jistabbilixxi l-kapital b'rabta mar-riskji fil-linji ta' azzjoni speċifiċi tad-ditti tal-investiment.

(17)

Jenħtieġ li d-ditti tal-investiment jitqiesu li huma żgħar u mhux interkonnessi għal-finijiet tar-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għad-ditti tal-investiment meta ma jwettqux servizzi ta' investiment li jġorru riskju għoli għall-klijenti, għas-swieq jew għalihom stess u li d-daqs tagħhom ifisser li għandhom anqas probabbiltà li jikkawżaw impatti negattivi mifruxa għall-klijenti u għas-swieq jekk jimmaterjalizzaw riskji inerenti fin-negozju tagħhom jew jekk ifallu. Għalhekk, jenħtieġ li ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi jiġu ddefiniti bħala dawk li ma jinnegozjawx f'isimhom jew li jġarrbu riskju min-negozjar ta' strumenti finanzjarji, m'għandhomx assi jew flus ta' klijenti, għandhom assi kemm taħt immaniġġar ta' portafolli diskrezzjonali u arranġamenti mhux diskrezzjonali (ta' konsulenza) ta' anqas minn EUR 1,2 biljun, jimmaniġġaw anqas minn EUR 100 miljun kull jum f'ordnijiet tal-klijenti f'negozji fi flus jew anqas minn EUR 1 biljun kull jum ta' ordnijiet tal-klijenti f'derivati, u għandhom karta tal-bilanċ iżgħar minn EUR 100 miljun inkluż elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ u dħul annwali gross totali mit-twettiq tas-servizzi ta' investiment tagħhom ta' anqas minn EUR 30 miljun.

(18)

Sabiex jiġi evitat arbitraġġ regolatorju u biex jitnaqqsu l-inċentivi għad-ditti tal-investiment biex jirristrutturaw l-operazzjonijiet tagħhom biex jevitaw milli jaqbżu l-livelli limitu li jekk jaqbżuhom ma jikkwalifikawx bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi, il-livelli limitu għall-assi mmaniġġati, għall-ordnijiet tal-klijenti mmaniġġati, għad-daqs tal-karta tal-bilanċ u għad-dħul annwali gross totali jenħtieġ li jiġu applikati fuq bażi kkombinata għad-ditti tal-investiment kollha li huma parti mill-istess grupp. Il-kondizzjonijiet l-oħrajn, jiġifieri jekk ditta tal-investiment iżżommx flus tal-klijenti, tamministrax jew tissalvagwardjax assi tal-klijenti, jew tinnegozjax strumenti finanzjarji u ġġarrabx riskju tas-suq jew tal-kontroparti, huma binarji u ma jħallu ebda lok għat-tali ristrutturar, u għalhekk, jenħtieġ li jiġu vvalutati fuq bażi individwali. Sabiex jiġu koperti l-mudelli kummerċjali li qed jevolvu u r-riskji li jirrappreżentaw fuq bażi kontinwa, dawk il-kondizzjonijiet u l-livelli limitu jenħtieġ li jiġu vvalutati fuq bażi ta' tmiem il-jum bl-eċċezzjoni taż-żamma ta' flus tal-klijenti, li jenħtieġ li tiġi vvalutata fuq bażi ta' dakinhar u d-daqs tal-karta tal-bilanċ u d-dħul annwali gross totali, li jenħtieġ li jiġu vvalutati fuq il-bażi tas-sitwazzjoni tad-ditta tal-investiment fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti.

(19)

Ditta tal-investiment li taqbeż il-livelli limitu regolatorji jew tonqos milli tissodisfa l-kondizzjonijiet l-oħra jenħtieġ li ma tkunx meqjusa bħala waħda żgħira u mhux interkonnessa u jenħtieġ li tiġi soġġetta għar-rekwiżiti għad-ditti tal-investiment l-oħra, soġġetti għad-dispożizzjonijiet transizzjonali speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan jinkuraġġixxi lid-ditti tal-investiment biex jippjanaw l-attivitajiet kummerċjali tagħhom biex jikkwalifikaw biċ-ċar bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi. Għal ditta tal-investiment li ma tissodisfax ir-rekwiżiti biex titqies bħala żgħira u mhux interkonnessa bl-għan li tikkwalifika għat-tali trattament, jenħtieġ li tiġi pprovduta fażi ta' monitoraġġ fejn dik id-ditta tal-investiment tissodisfa l-kondizzjonijiet u tibqa' f'livelli anqas mil-livelli limitu rilevanti għal mill-inqas sitt xhur konsekuttivi.

(20)

Jenħtieġ li d-ditti tal-investiment kollha jikkalkolaw ir-rekwiżit tal-fondi proprji tagħhom b'referenza għal sett ta' fatturi-K li jkopru r-Riskju Għall-Klijent ("RtC"), ir-Riskju għas-Suq ("RtM") u r-Riskju għad-Ditta ("RtF"). Il-fatturi-K taħt l-RtC ikopru assi mmaniġġati tal-klijenti u pariri kontinwi (K-AUM), flus tal-klijenti miżmuma (K-CMH), assi ssalvagwardjati u amministrati (K-ASA) u ordnijiet tal-klijenti mmaniġġati (K-COH).

(21)

Il-fattur-K taħt l-RtM ikopri r-riskju ta' pożizzjoni netta (K-NPR) f'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar ir-riskju tas-suq tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew, meta permess mill-awtorità kompetenti għal tipi speċifiċi ta' ditti tal-investiment li jinnegozjaw f'isimhom permezz ta' membri tal-ikklerjar, fuq il-bażi ta' marġini totali rikjesti minn membru tal-ikklerjar ta' ditta tal-investiment (K-CMG). Jenħtieġ li ditti tal-investiment ikollhom l-għażla li japplikaw simultanjament K-NPR u K-CMG abbażi tal-portafoll.

(22)

Il-fatturi-K taħt l-RtF ikopru l-iskopertura ta' ditta tal-investiment għall-inadempjenza tal-kontropartijiet tan-negozjar tagħhom (K-TCD) f'konformità mad-dispożizzjonijiet issimplifikati għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti fuq il-bażi tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-riskju tal-konċentrazzjoni fi skoperturi kbar ta' ditta tal-investiment għal kontropartijiet speċifiċi fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament li japplikaw għal skoperturi kbar fil-portafoll tan-negozjar (K-CON), u riskji operazzjonali mill-fluss ta' negozjar ta' kuljum ta' ditta tal-investiment (K-DTF).

(23)

Ir-rekwiżit tal-fondi proprji kumplessiv taħt il-fatturi-K hu s-somma tar-rekwiżiti tal-fatturi-K skont l-RtC, l-RtM u l-RtF. K-AUM, K-ASA, K-CMH, K-COH u K-DTF huma relatati mal-volum ta' attività li jsir riferiment għalih minn kull fattur-K. Il-volumi għal K-CMH, K-ASA, u K-DTF huma kkalkolati fuq il-bażi ta' medja riportata mid-disa' xhur preċedenti. Il-volum għal K-COH huwa kkalkolat fuq il-bażi ta' medja riportata mis-sitt xhur preċedenti, filwaqt li għall-K-AUM il-kalkolu hu bbażat fuq il-15-il xahar preċedenti. Il-volumi huma mmultiplikati bil-koeffiċjenti korrispondenti stabbiliti f'dan ir-Regolament biex jiġi ddeterminat ir-rekwiżit tal-fondi proprji. Ir-rekwiżiti tal-fondi proprji għal K-NPR huma dderivati mir-Regolament (UE) Nru 575/2013, filwaqt li r-rekwiżiti tal-fondi proprji għal K-CON u għal K-TCD jużaw applikazzjoni ssimplifikata tar-rekwiżiti korrispondenti skont dak ir-Regolament għat-trattament ta' skoperturi kbar fil-portafoll tan-negozjar u tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti, rispettivament. L-ammont ta' fattur-K hu żero jekk ditta tal-investiment ma twettaqx l-attività rilevanti.

(24)

Il-fatturi-K taħt l-RtC huma indikaturi li jkopru l-linji ta' azzjoni tad-ditti tal-investiment li minnhom jista' jiġi supponut li jiġi ġġenerat dannu għall-klijenti jekk jinqalgħu problemi. K-AUM ikopri r-riskju ta' dannu għall-klijenti minn immaniġġar diskrezzjonali żbaljat tal-portafolli tal-klijenti jew eżekuzzjoni dgħajfa u jipprovdi serħan il-moħħ u l-klijent jibbenefika f'termini tal-kontinwità tas-servizz tal-immaniġġar ta' portafolli fis-seħħ u tal-pariri dwar l-investimenti. K-ASA jkopri r-riskju ta' salvagwardja u ta' amministrazzjoni tal-assi tal-konsumaturi, u jiżgura li d-ditti tal-investiment iżommu kapital proporzjonat għat-tali bilanċi, indipendentement minn jekk dawn ikunux fuq il-karta tal-bilanċ tagħha stess jew segregati f'kontijiet ta' partijiet terzi. K-CMH ikopri r-riskju ta' potenzjal ta' dannu meta ditta tal-investiment iżżomm il-flus tal-klijenti tagħha, b'kont meħud ta' jekk humiex fuq il-karta tal-bilanċ tagħha stess jew segregati f'kontijiet ta' partijiet terzi u arranġamenti oħra skont il-liġi nazzjonali applikabbli, dment li l-flus tal-klijenti jkunu salvagwardjati fil-każ ta' falliment, insolvenza, jew dħul f'riżoluzzjoni jew amministrazzjoni tad-ditta tal-investiment. K-CMH jeskludi flus tal-klijenti li huma depożitati fuq kont tal-bank (tal-kustodju) f'isem il-klijent innifsu, meta d-ditta tal-investiment ikollha aċċess għall-flus tal-klijenti permezz ta' mandat ta' parti terza. K-COH ikopri r-riskju potenzjali għall-klijenti ta' ditta tal-investiment li teżegwixxi l-ordnijiet (f'isem il-klijent, u mhux f'isem id-ditta tal-investiment infisha), pereżempju bħala parti mis-servizzi ta' eżekuzzjoni biss għall-klijenti jew meta ditta tal-investiment tkun parti minn katina għall-ordnijiet tal-klijenti.

(25)

Il-fattur-K għall-RtM għad-ditti tal-investiment li jinnegozjaw f'isimhom hu bbażat fuq ir-regoli għar-riskju tas-suq għal pożizzjonijiet fi strumenti finanzjarji, f'munita barranija, u f'komoditajiet f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Dan jippermetti lid-ditti tal-investiment biex jagħżlu li japplikaw l-approċċ standardizzat, l-approċċ standardizzat alternattiv skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew l-għażla li jużaw mudelli interni, ladarba dawk iż-żewġ approċċi tal-aħħar isiru applikabbli għal istituzzjonijiet tal-kreditu mhux biss għal skopijiet ta' rappurtar iżda wkoll għal skopijiet ta' rekwiżiti tal-fondi proprji. Sadanittant, u għall-inqas matul il-ħames snin ta' wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li d-ditti tal-investiment japplikaw il-qafas tar-riskju tas-suq (approċċ standardizzat jew, jekk applikabbli, mudelli interni) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-iskop tal-kalkolu tal-K-NPR tagħhom. Jekk id-dispożizzjonijiet stipulati fil-Kapitoli 1a u 1b tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) ma jsirux applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu għal skopijiet ta' rekwiżiti tal-fondi proprji, jenħtieġ li d-ditti tal-investiment ikomplu japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-iskop tal-kalkolu tal-K-NPR tagħhom. Alternattivament, ir-rekwiżit tal-fondi proprji tad-ditti tal-investiment li jinnegozjaw fi strumenti finanzjari b'pożizzjonijiet li huma soġġetti għall-ikklerjar jista', soġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti u għal ċerti kondizzjonijiet, ikun daqs l-ammont ta' marġini totali rikjesti mill-membru tal-ikklerjar tagħhom, immultiplikat b'multiplikatur fiss. Jenħtieġ li l-użu tal-K-CMG ikun predikat primarjament fuq attività ta' negozjar tad-ditta tal-investiment li taqa' b'mod sħiħ jew sostanzjalment taħt dan l-approċċ. Madankollu, l-awtorità kompetenti tad-ditta tal-investiment tista' wkoll tippermetti lid-ditta tal-investiment biex tagħmel użu parzjali tal-approċċ K-CMG, dment li dan l-approċċ jintuża għall-pożizzjonijiet kollha li huma soġġetti għall-ikklerjar jew il-proviżjonament ta' marġni u li jiġi applikat wieħed mill-metodi alternattivi għall-K-NPR għal portafolli li mhumiex soġġetti għall-ikklerjar. Sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti jkunu proporzjonati għan-natura, l-iskop u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditti tal-investiment u li huma faċilment aċċessibbli għad-ditti tal-investiment f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li kwalunkwe rieżami li jsir sussegwentement dwar l-applikazzjoni tal-metodi għall-kalkolu tal-fatturi-K jinkludi l-adegwatezza li l-kalkolu tal-KNPR ikompli jiġi allinjat mar-regoli għar-riskju tas-suq għal pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar fi strumenti finanzjarji, f'munita barranija, u f'komoditajiet f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(26)

Għad-ditti tal-investiment li jinnegozjaw f'isimhom stess, il-fatturi-K għal K-TCD u għal K-CON skont l-RtF jikkostitwixxu applikazzjoni ssimplifikata tar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u r-riskju ta' skopertura kbira, rispettivament. K-TCD ikopri r-riskju għal ditta tal-investiment minn kontropartijiet għal derivati barra l-Borża (OTC), fi transazzjonijiet ta' riakkwist, fi transazzjonijiet ta' għoti jew ta' teħid b'self ta' titoli u ta' komoditajiet, fi transazzjonijiet b'saldu fit-tul, fi transazzjonijiet ta' self b'marġini, kull transazzjoni ta' finanzjament tat-titoli oħra, kif ukoll mir-riċevituri ta' self mogħti mid-ditta tal-investiment fuq bażi anċillari bħala parti minn servizz ta' investiment li jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom, billi jimmultiplika l-valur tal-iskoperturi, fuq il-bażi tal-kost ta' sostituzzjoni u supplimentazzjoni għal skopertura futura potenzjali, bil-fatturi ta' riskju bbażati fuq ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, b'kunsiderazzjoni tal-effetti ta' mitigazzjoni tan-netting effettiv u tal-iskambju ta' kollateral. Sabiex jiġi allinjat aktar it-trattament tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li jiżdiedu wkoll multiplikatur fiss ta' 1,2 u multiplikatur għall-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu (CVA) biex il-valur attwali tas-suq tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti jiġi rifless fid-ditta tal-investiment fi transazzjonijiet speċifiċi. K-CON ikopri r-riskju tal-konċentrazzjoni b'rabta ma' kontropartijiet individwali jew ferm konnessi mis-settur privat li magħhom id-ditti jkollhom skoperturi akbar minn 25 % tal-fondi proprji tagħhom, jew livelli limitu alternattivi speċifiċi b'rabta mal-istituzzjonijiet ta' kreditu jew ma' ditti tal-investiment oħra, billi jimponi supplimentazzjoni kapitali f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal skoperturi eċċessivi ogħla minn dawk il-limiti. Finalment, K-DTF ikopri r-riskji operazzjonali għal ditta tal-investiment f'volumi kbar ta' negozji konklużi f'isimha stess jew għal klijenti għan-nom tagħha stess f'jum wieħed li jistgħu jirriżultaw minn proċessi, nies u sistemi interni inadegwati jew li fallew jew minn avvenimenti esterni, fuq il-bażi tal-valur nozzjonali tan-negozji ta' kuljum, aġġustati għaż-żmien sal-maturità tad-derivati tar-rati tal-interess sabiex jiġu limitati ż-żidiet fir-rekwiżiti tal-fondi proprji, b'mod partikolari għal kuntratti ta' terminu qasir fejn ir-riskji operazzjonali perċepiti huma aktar baxxi.

(27)

Jenħtieġ li d-ditti tal-investiment kollha jimmonitorjaw u jikkontrollaw ir-riskju tal-konċentrazzjoni tagħhom, inkluż fir-rigward tal-klijenti tagħhom. Madankollu, ditti tal-investiment li huma soġġetti għal rekwiżit tal-fondi proprji minimu biss skont il-fatturi-K jenħtieġ li jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar ir-riskji tal-konċentrazzjoni tagħhom. Għal ditti tal-investiment speċjalizzati f'derivati ta' komoditajiet bi skoperturi kkonċentrati kbar għal kontropartijiet mhux finanzjarji, il-limiti għar-riskju tal-konċentrazzjoni jistgħu jinqabżu mingħajr kapital addizzjonali taħt K-CON dment li huma jaqdu skopijiet kummerċjali, ta' teżor jew ta' ġestjoni tar-riskju.

(28)

Jenħtieġ li d-ditti tal-investiment kollha jkollhom proċeduri interni biex jissorveljaw u jimmaniġġaw ir-rekwiżiti ta' likwidità tagħhom. Dawk il-proċeduri huma maħsuba biex jgħinu fl-iżgurar li d-ditti tal-investiment ikunu jistgħu jiffunzjonaw b'mod ordnat maż-żmien, mingħajr il-ħtieġa li titwarrab il-likwidità b'mod speċifiku għal żminijiet ta' stress. Għal dak l-għan, jenħtieġ li d-ditti tal-investiment kollha jżommu minimu ta' terz mir-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi tagħhom f'assi likwidi f'kull waqt. Madankollu, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jeżentaw ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi minn dak ir-rekwiżit. Jenħtieġ li dawk l-assi likwidi jkunu ta' kwalità għolja u allinjati ma' dawk elenkati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 (9), flimkien mat-telf impost li japplika għal dawn l-assi skont dak ir-Regolament Delegat. Biex jingħata kont tad-differenza fil-profili tal-likwidità tad-ditti tal-investiment meta mqabbla mal-istituzzjonijiet ta' kreditu, il-lista ta' assi likwidi adegwati jenħtieġ li tiġi ssupplimentata mill-flus proprji mhux mirhuna u depożiti għal terminu qasir tad-ditta tal-investiment (li jenħtieġ li ma tinkludi ebda flus tal-klijenti jew strumenti finanzjarji li jappartjenu għall-klijenti), u ċerti strumenti finanzjarji li għalihom hemm suq likwidu. Jekk mhux eżenti minn rekwiżiti tal-likwidità, ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi, kif ukoll ditti tal-investiment li mhumiex liċenzjati biex iwettqu attivitajiet ta' negozjar jew sottoskrizzjoni, jistgħu jinkludu wkoll entrati relatati mad-debituri tan-negozju u tariffi jew kummissjonijiet riċevibbli fi żmien 30 jum bħala assi likwidi, dment li dawn l-entrati ma jaqbżux it-terz tar-rekwiżit minimu tal-likwidità, li ma jgħoddux għal kwalunkwe rekwiżit addizzjonali tal-likwidità impost mill-awtorità kompetenti, u li dawn ikunu soġġetti għal telf impost ta' 50 %. F'ċirkustanzi eċċezzjonali, id-ditti tal-investiment jenħtieġ li jitħallew jaqgħu f'livell anqas mil-livell limitu meħtieġ billi jimmonetizzaw l-assi likwidi tagħhom biex ikopru r-rekwiżiti ta' likwidità, dment li jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom minnufih. Il-garanziji finanzjarji kollha pprovduti lill-klijenti li jistgħu jwasslu għal ħtiġijiet ta' likwidità akbar jekk skattati jenħtieġ li jnaqqsu l-ammont ta' assi likwidi disponibbli b'mill-inqas 1.6 % tal-valur totali tat-tali garanziji. Sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti jkunu proporzjonati għan-natura, l-iskop u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditti tal-investiment u li huma faċilment aċċessibbli għad-ditti tal-investiment fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jsir sussegwentement rieżami dwar l-adegwatezza tal-assi likwidi li huma eliġibbli li jilħqu r-rekwiżit tal-likwidità minimu, inkluż l-allinjament kontinwu ma' dawk elenkati fir-Regolament Delegat (UE) 2015/61, flimkien mat-telf impost li japplika għal dawk l-assi skont ir-Regolament Delegat.

(29)

Jenħtieġ li jiġi żviluppat qafas ta' rapportar regolatorju korrispondenti proporzjonat flimkien mar-reġim prudenzjali l-ġdid u jenħtieġ li dan jitfassal bir-reqqa għan-negozju tad-ditti tal-investiment u għar-rekwiżiti tal-qafas prudenzjali. Jenħtieġ li l-obbligi ta' rapportar għad-ditti tal-investiment jikkonċernaw il-livell u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji tagħhom, ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom stess, il-bażi għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali tagħhom, il-profil tal-attività u d-daqs tagħhom b'rabta mal-parametri għall-kunsiderazzjoni tad-ditti tal-investiment bħala żgħar u mhux interkonnessi, ir-rekwiżiti ta' likwidità tagħhom u l-aderenza tagħhom għad-dispożizzjonijiet dwar ir-riskju tal-konċentrazzjoni. Jenħtieġ li ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi jiġu eżentati mir-rapportar dwar ir-riskju ta' konċentrazzjoni u jenħtieġ li jkunu mitluba jirrapportaw dwar ir-rekwiżiti tal-likwidità biss fejn tali rekwiżiti japplikaw għalihom. Jenħtieġ li l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) (ABE) tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika ulterjorment il-mudelli u l-arranġamenti dettaljati għal dak ir-rapportar regolatorju u biex tispeċifika il-mudelli għall-iżvelar tal-fondi proprji. Jenħtieġ li dawk l-istandards ikunu proporzjonati għall-iskala u għall-kumplessità ta' ditti tal-investiment differenti u jenħtieġ li, b'mod partikolari, jqisu jekk id-ditti tal-investiment għandhomx jitqiesu bħala żgħar u mhux interkonnessi.

(30)

Sabiex jipprovdu trasparenza lill-investituri tagħhom u lis-swieq usa', id-ditti tal-investiment li mhumiex meqjusa bħala żgħar u mhux interkonnessi jenħtieġ li jiddivulgaw pubblikament il-livelli ta' fondi proprji, ir-rekwiżiti tal-fondi proprji, l-arranġamenti ta' governanza, u l-politiki u l-prattiki ta' remunerazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi ma jkunux soġġetti għal rekwiżiti ta' divulgazzjoni pubblika, ħlief meta dawn joħorġu strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali biex jipprovdu trasparenza lill-investituri f'dawn l-istrumenti.

(31)

Jenħtieġ li d-ditti tal-investiment japplikaw politiki ta' remunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi f'konformità mal-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Jenħtieġ li jsiru xi kjarifiki dwar id-divulgazzjonijiet tar-remunerazzjoni. Ir-rekwiżiti tad-divulgazzjoni li jirrigwardaw ir-remunerazzjoni stabbilita f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu kompatibbli mal-għanijiet tar-regoli tar-remunerazzjoni, prinċipalment sabiex jiġu stabbiliti u jinżammu, għal kategoriji tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tad-ditti tal-investiment, politiki u prattiki ta' remunerazzjoni li jkunu konsistenti mal-ġestjoni effikaċi tar-riskji. Barra minn hekk, id-ditti tal-investiment li jibbenefikaw minn deroga minn ċerti regoli dwar ir-remunerazzjoni jenħtieġ li jintalbu jiddivulgaw informazzjoni li tikkonċerna din id-deroga.

(32)

Sabiex tiġi ffaċilitata transizzjoni mingħajr problemi għal ditti tal-investiment, mir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE għar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament u d-Direttiva (UE) 2019/2034, huwa xieraq li jiġu previsti miżuri transizzjonali xierqa. B'mod partikolari, għal perijodu ta' ħames snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ditti tal-investiment li għalihom ir-rekwiżiti tal-fondi proprji skont dan ir-Regolament ikunu aktar mid-doppju meta mqabbel mar-rekwiżit tal-fondi proprji tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE jenħtieġ li jkunu jistgħu jimmitigaw l-effetti ta' żidiet potenzjali billi jillimitaw ir-rekwiżit tal-fondi proprji għad-doppju tar-rekwiżit tal-fondi proprji rilevanti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE.

(33)

Sabiex ma jkunx hemm żvantaġġ ġdid għad-ditti tal-investiment ġodda bi profili simili għad-ditti tal-investiment eżistenti, id-ditti tal-investiment li qatt ma kienu soġġetti għar-rekwiżiti kapitali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE jenħtieġ li jkunu jistgħu jillimitaw ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom skont dan ir-Regolament għad-doppju tal-ispejjeż ġenerali fissi tagħhom għal perijodu ta' ħames snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(34)

Bl-istess mod, id-ditti tal-investiment li kienu soġġetti biss għal rekwiżit kapitali inizjali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE u li għalihom ir-rekwiżiti tal-fondi proprji skont dan ir-Regolament ser jiżdiedu b'aktar mid-doppju meta mqabbla mas-sitwazzjoni tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE, jenħtieġ li jkunu jistgħu jillimitaw ir-rekwiżit kapitali tagħhom skont dan ir-Regolament għad-doppju tar-rekwiżit kapitali inizjali tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE għal perijodu ta' ħames snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tad-ditti lokali msemmija fil-punt (2)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolamnet (UE) Nru 575/2013, kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/876, li jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rekwiżit tal-fondi proprji transizzjonali speċifiku li jirrifletti l-livell akbar ta' riskju tagħhom. Għall-finijiet tal-proporzjonalità, jenħtieġ ukoll li jiġu pprovduti rekwiżiti tal-fondi proprji transizzjonali speċifiċi għal ditti tal-investiment iżgħar u dawk li jipprovdu firxa limitata ta' servizzi ta' investiment fil-każ li ma jibbenefikawx minn limitazzjoni tar-rekwiżiti tal-fondi proprji skont dan ir-Regolament għad-doppju tar-rekwiżiti tal-kapital inizjali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/630 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), u d-Direttiva 2013/36/UE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) iżda li r-rekwiżit tal-fondi proprji kapitali vinkolanti tagħhom skont dan ir-Regolament jiżdied meta mqabbel mas-sitwazzjoni tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/630.

(35)

Dawk il-miżuri tranżizzjonali jenħtieġ, meta applikabbli, li jkunu disponibbli wkoll għad-ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 498 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jeżenta lil dawk id-ditti tal-investiment mir-rekwiżiti ta' fondi proprji skont dak ir-Regolament, għax ir-rekwiżiti għall-kapital inizjali fir-rigward ta' dawn id-ditti tal-investiment jiddependi fuq is-servizzi jew l-attivitajiet ta' investiment li jipprovdu. Għal perijodu ta' ħames snin mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom skont id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu kkalkulati fuq dawk il-livelli applikabbli.

(36)

Għal perijodu ta' ħames snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jew sad-data tal-applikazzjoni tal-bidliet adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE dwar ir-rekwiżiti tal-fondi proprji għar-riskju tas-suq skont il-Kapitoli 1a u 1b tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/876, skont liema jiġi l-aħħar, ditti tal-investiment soġġetti għad-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jibqgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit tal-fondi proprji tagħhom fil-portafoll tan-negozjar skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/630.

(37)

L-akbar ditti tal-investiment li jipprovdu servizzi importanti tas-suq tal-operaturi u servizzi bankarji importanti ta' investiment (in-negozjar akkont tagħhom infushom fi strumenti finanzjarji jew is-sottoskrizzjoni għal strumenti finanzjarji jew it-tqegħid ta' strumenti finanzjarji fuq bażi ta' impenn sod) għandhom mudelli kummerċjali u profili tar-riskju li huma simili għal dawk ta' istituzzjonijiet ta' kreditu sinifikanti. L-attivitajiet tagħhom jiskopruhom għar-riskju ta' kreditu, primarjament fil-forma ta' riskju ta' kreditu tal-kontroparti kif ukoll ta' riskju tas-suq għal pożizzjonijiet li jieħdu għalihom stess, b'rabta mal-klijenti u anki jekk le. B'hekk, dawn jippreżentaw riskju għall-istabbiltà finanzjarja, minħabba d-daqs u l-importanza sistemika tagħhom.

(38)

Dawk id-ditti tal-investiment il-kbar jippreżentaw sfida addizzjonali fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali effettiva tagħhom mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Għad li l-akbar ditti tal-investiment jipprovdu servizzi bankarji ta' investiment b'mod transfruntier fuq skala sinifikanti, bħala ditti tal-investiment dawn huma soġġetti għal superviżjoni prudenzjali mill-awtoritajiet maħtura skont id-Direttiva 2014/65/UE, li mhux bilfors ikunu l-istess awtoritajiet kompetenti bħal dawk maħtura taħt id-Direttiva 2013/36/UE. Dan jista' jirriżulta f'kundizzjonijiet mhux ekwivalenti ta' kompetizzjoni fl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tad-Direttiva 2013/36/UE fl-Unjoni u jipprevjeni lis-superviżuri milli jiksbu perspettiva prudenzjali ġenerali li hi essenzjali għall-indirizzar effettiv tar-riskji assoċjati ma' ditti ta-investiment transfruntiera kbar. Konsegwentement, is-superviżjoni prudenzjali tista' ssir anqas effettiva u tista' anke tfixkel il-kompetizzjoni fl-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-akbar ditti tal-investiment jingħataw l-istatus ta' istituzzjonijiet ta' kreditu biex joħolqu sinerġiji fir-rigward tas-superviżjoni tal-attivitajiet transfruntiera tas-suq tal-operaturi fi grupp ta' pari, biex jiġu promossi kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, u tkun tista' ssir superviżjoni konsistenti bejn il-gruppi.

(39)

Dawk id-ditti tal-investiment, bis-saħħa li ser isiru istituzzjonijiet ta' kreditu, jenħtieġ għalhekk li jibqgħu jkunu suġġetti għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE u jkunu soġġetti għas-superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti, inkluż mill-Bank Ċentrali Ewropew fil-qafas tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, inkarigat mill-istituzzjonijiet ta' kreditu. Dan jiżgura li s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu tiġi implimentata b'mod koerenti u effikaċi, u li l-ġabra unika ta' regoli għas-servizzi finanzjarji tiġi applikata bl-istess mod għall-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha fid-dawl tal-importanza sistemika tagħhom. Sabiex jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju u jitnaqqsu r-riskji ta' ċirkomvenzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu ħilithom biex jevitaw sitwazzjonijiet fejn gruppi potenzjalment sistemiċi jistrutturaw l-operazzjonijiet tagħhom b'tali mod li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u jevitaw l-obbligu li jiksbu awtorizzazzjoni bħala istituzzjonijiet ta' kreditu skont l-Artikolu 8a tad-Direttiva 2013/36/UE.

(40)

Jenħtieġ li d-ditti tal-investiment il-kbar konvertiti f'istituzzjonijiet ta' kreditu jitħallew jieħdu depożiti jew fondi ripagabbli oħra mingħand il-pubbliku u jagħtu krediti għall-kont tagħhom biss ladarba jkunu kisbu l-awtorizzazzjoni għal dawk l-attivitajiet f'konformità mad-Direttiva 2013/36/UE. It-twettiq ta' dawn l-attivitajiet kollha, inkluż li jittieħdu depożiti jew fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku u l-għoti ta' krediti għall-kont tagħhom stess, jenħtieġ li ma jkunx rekwiżit meħtieġ sabiex l-impriżi jitqiesu bħala istituzzjonijiet ta' kreditu. Għalhekk, jenħtieġ li l-bidla fid-definizzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu introdotta b'dan ir-Regolament tkun mingħajr preġudizzju għar-reġimi nazzjonali ta' awtorizzazzjoni implimentati mill-Istati Membri f'konformità mad-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/2034, inkluż kwalunkwe dispożizzjoni li l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw adatta għall-fini li jiġu ċċarati l-attivitajiet li ditti tal-investiment kbar li jaqgħu taħt id-definizzjoni emendata ta' istituzzjonijiet ta' kreditu huma permessi li jibdew.

(41)

Barra minn hekk, is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu fuq bażi kkonsolidata timmira li tiżgura, fost l-oħrajn, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u, sabiex tkun effettiva, jenħtieġ li tiġi applikata għall-gruppi kollha, inkluż dawk li l-impriża prinċipali tagħhom ma tkunx istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment. Għalhekk, l-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha, inkluż dawk li qabel kellhom l-istatus ta' ditti tal-investiment, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-regoli dwar is-superviżjoni individwali u konsolidata tal-impriża prinċipali mill-awtoritajiet kompetenti skont it-Taqsima I tal-Kapitolu 3 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE.

(42)

Barra minn hekk, huwa possibbli li ditti tal-investiment kbar li mhumiex ta' importanza sistemika iżda li jinnegozjaw akkont tagħhom infushom, li jissottoskrivu strumenti finanzjarji jew li jqiegħdu strumenti finanzjarji fuq bażi ta' impenn sod ikollhom mudelli kummerċjali u profili tar-riskju li huma simili għal dawk ta' istituzzjonijiet sistemiċi oħra. Minħabba d-daqs u l-attivitajiet tagħhom, huwa possibbli li tali ditti tal-investiment jippreżentaw xi riskji għall-istabbiltà finanzjarja u, minkejja li l-konverżjoni tagħhom f'istituzzjonijiet ta' kreditu mhijiex meqjusa adegwata fid-dawl tan-natura u l-kumplessità tagħhom, jenħtieġ li huma jibqgħu soġġetti għall-istess trattament prudenzjali bħall-istituzzjonijiet ta' kreditu. Sabiex jiġi evitat arbitraġġ regolatorju u jitnaqqsu r-riskji ta' ċirkomvenzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jfittxu wkoll li jevitaw sitwazzjonijiet fejn id-ditti tal-investiment jistrutturaw l-operazzjonijiet tagħhom b'tali mod li ma jaqbżux il-limitu massimu ta' EUR 15-il biljun relatat mal-valur totali tal-assi fil-livelli individwali jew ta' grupp, jew li jillimitaw bla bżonn id-diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti biex jissoġġettaw id-ditti tal-investiment għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għall-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fid-Direttiva 2013/36/UE, f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

(43)

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) introduċa reġim armonizzat tal-Unjoni għall-għoti ta' aċċess għal ditti tal-pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi ta' investiment u attivitajiet lil kontropartijiet eliġibbli u lil klijenti professjonali li huma stabbiliti fl-Unjoni. L-aċċess għas-suq intern huwa kondizzjonali fuq li l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni ta' ekwivalenza u li l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) STABBILITA Bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) (ESMA) tirreġistra lid-ditta mill-pajjiż terz. Huwa importanti li l-valutazzjoni tal-ekwivalenza ssir fuq il-bażi tal-liġi applikabbli rilevanti tal-Unjoni u li jkun hemm l-għodda effettivi biex jimmonitorjaw li l-kondizzjonijiet li fihom tkun ingħatat l-ekwivalenza. Għal dawn ir-raġunijiet, ditti reġistrati minn pajjiżi terzi jenħtieġ li jkunu meħtieġa jirrapportaw kull sena lill-ESMA informazzjoni dwar l-iskala u l-ambitu tas-servizzi pprovduti u l-attivitajiet imwettqa fl-Unjoni. Kooperazzjoni superviżorja fir-rigward tal-monitoraġġ, l-infurzar u t-twettiq tal-kundizzjonijiet ta' ekwivalenza jenħtieġ li titjieb ukoll.

(44)

Bil-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni u tiġi promossa t-trasparenza tas-suq tal-Unjoni, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 jenħtieġ li jiġi emendat sabiex jissoġġetta l-kwotazzjonijiet tal-internalizzaturi sistemiċi, it-titjib fil-prezzijiet u l-prezzijiet ta' eżekuzzjoni għar-reġim tad-daqs tal-fluttwazzjonijiet meta jinnegozjaw bid-daqsijiet kollha. Konsegwentement, jenħtieġ li l-istandards tekniċi regolatorji applikabbli attwalment relatati mar-reġim ta' daqs tal-fluttwazzjonijiet japplikaw ukoll għall-kamp ta' applikazzjoni estiż tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

(45)

Biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-investitur u l-integrità u l-istabilità tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni, il-Kummissjoni, meta tadotta deċiżjoni ta' ekwivalenza, jenħtieġ li tqis ir-riskji potenzjali li joħolqu s-servizzi u l-attivitajiet li d-ditti minn pajjiż terz jistgħu jwettqu fl-Unjoni wara dik id-deċiżjoni. L-importanza sistemika tagħhom jenħtieġ titqies abbażi ta' kriterji bħalma huma l-iskala u l-ambitu probabbli tal-forniment ta' servizz u ta' twettiq ta' attivitajiet mid-ditti mill-pajjiż terz ikkonċernat. Għall-istess għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tqis jekk pajjiż terz huwiex identifikat bħala ġurisdizzjoni li ma tikkooperax għal skopijiet ta' taxxa skont il-politika rilevanti tal-Unjoni jew bħala pajjiż terz b'riskju għoli skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15). Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra rekwiżiti speċifiċi prudenzjali, organizzazzjonali jew tal-kondotta tan-negozju bħala ekwivalenti biss meta jinkiseb l-istess effett. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista', fejn adegwat, tadotta deċiżjonijiet ekwivalenti limitati għal servizzi u attivitajiet speċifiċi jew kategoriji ta' servizzi u attivitajiet kif elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE.

(46)

L-ABE, bil-parteċipazzjoni tal-ESMA, ħarġet rapport ibbażat fuq analiżi ta' sfond, ġbir ta' data u konsultazzjoni dettaljati għal reġim prudenzjali ppersonalizzat għad-ditti mhux sistemiċi kollha tal-investiment li jservi bħala l-bażi għall-qafas prudenzjali rivedut għad-ditti tal-investiment.

(47)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni armonizzata ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-ABE tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-ambitu u l-metodi għall-konsolidazzjoni prudenzjali tal-gruppi ta' ditti tal-invetiment, il-kalkolu tal-ispejjeż ġenerali fissi, il-kejl tal-fatturi-K, l-ispeċifikar tal-kunċett tal-kontijiet segregati fir-rigward tal-flus tal-klijenti, l-aġġustament tal-koeffiċjenti għal K-DTF f'każijiet ta’ kundizzjonijiet ta' stress tas-suq, il-kalkolu għall-istabbiliment ta' rekwiżiti ta' fondi proprji daqs il-marġni totali rikjest mill-membri tal-ikklerjar, il-mudelli għad-divulgazzjonijiet pubbliċi inkluż fir-rigward tal-politika tal-investiment tad-ditti tal-investiment u għar-rapportar regolatorju meħtieġa skont dan ir-Regolament u l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti relatata mal-limiti massimi biex tkun rikjesta awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ABE permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Il-Kummissjoni u l-ABE jenħtieġ li jiżguraw li dawk l-istandards tekniċi regolatorji jistgħu jiġu applikati mid-ditti tal-investiment kollha kkonċernati b'mod li jkun proporzjonat man-natura, l-iskala u l-kumplessità ta' dawk id-ditti tal-investiment u l-attivitajiet tagħhom.

(48)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha wkoll is-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni żviluppati mill-ABE u mill-ESMA permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(49)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament u biex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiċċara d-definizzjonijiet f'dan ir-Regolament. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (16). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(50)

Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali u jiġu evitati duplikazzjonijiet bejn il-qafas prudenzjali attwali applikabbli kemm għall-istituzzjonijiet ta' kreditu kif ukoll għad-ditti tal-investiment u dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE jenħtieġ li jiġu emendati biex id-ditti tal-investiment jitneħħew mill-kamp ta' applikazzjoni tagħhom. Madankollu, ditti tal-investiment li huma parti minn grupp bankarju jenħtieġ li jibqgħu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tad-Direttiva 2013/36/UE li huma rilevanti għall-grupp bankarju, bħad-dispożizzjonijiet dwar impriża prinċipali intermedja tal-UE msemmija fl-Artikolu 21b tad-Direttiva 2013/36/UE u r-regoli dwar il-konsolidament prudenzjali stipulati fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(51)

Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jwaqqaf qafas prudenzjali effettiv u proporzjonat biex jiġi żgurat li d-ditti tal-investiment li huma awtorizzati joperaw fl-Unjoni joperaw fuq bażi finanzjarjament solida u huma ġestiti b'mod ordnat inkluż, fejn rilevanti, fl-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

L-EWWEL PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti prudenzjali uniformi li japplikaw għal ditti tal-investiment li huma awtorizzati u taħt superviżjoni skont id-Direttiva 2014/65/UE u taħt superviżjoni għall-konformità ma' rekwiżiti prudenzjali skont id-Direttiva (UE) 2019/2034 fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

(a)

rekwiżiti tal-fondi proprji relatati ma' elementi kwantifikabbli, uniformi u standardizzati tar-riskju għad-ditta, tar-riskju għall-klijenti u tar-riskju għas-suq;

(b)

rekwiżiti li jillimitaw ir-riskju tal-konċentrazzjoni;

(c)

rekwiżiti tal-likwidità relatati ma' elementi kwantifikabbli, uniformi u standardizzati tar-riskju tal-likwidità;

(d)

rekwiżiti ta' rapportar relatati mal-punti (a), (b) u (c);

(e)

rekwiżiti ta' divulgazzjoni pubblika.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, ditta tal-investiment awtorizzata u ssorveljata skont id-Direttiva 2014/65/UE, li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, għandha tapplika r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fejn l-impriża ma tkunx negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet, impriża tal-investiment kollettiv jew impriża tal-assigurazzjoni, u japplikaw kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejiin:

(a)

il-valur totali tal-assi konsolidati tad-ditta tal-investiment ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 15-il biljun, ikkalkolat bħala medja tat-12-il xahar preċedenti jeskludi l-valur tal-assi individwali ta' kwalunkwe sussidjarja stabbilita barra mill-Unjoni li twettaq xi waħda mill-attivitajiet imsemmija f'dan is-subparagrafu;

(b)

il-valur totali tal-assi konsolidati tad-ditta tal-investiment ikun anqas minn EUR 15-il biljun, u d-ditta tal-investiment tkun parti minn grupp li fih il-valur totali tal-assikonsolidati tal-impriżi kollha fil-grupp li jkollhom individwalment assi totali ta' anqas minn EUR 15-il biljun u li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 15-il biljun, kollha kemm huma ikkalkolati bħala medja tat-12-il xahar preċedenti, eskluż il-valur tal-assi individwali ta' kwalunkwe sussidjarja stabbilita barra mill-Unjoni li twettaq waħda mill-attivitajiet imsemmija f'dan is-subparagrafu; jew

(c)

id-ditta tal-investiment hija soġġetta għal deċiżjoni mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

Id-ditti tal-investiment imsemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu ssorveljati għall-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali skont it-Titoli VII u VIII tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż għall-finijiet tal-istabbiliment tas-superviżur ta' konsolidazzjoni meta tali ditti tal-investiment ikunu jappartjenu lil grupp ta' ditti tal-investiment kif definit fil-punt (25) tal-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament.

3.   Id-deroga prevista fil-paragrafu 2 ma japplikax meta ditta tal-investiment ma tissodisfax aktar xi limitu massimu stabbilit f'dak il-paragrafu, ikkalkolat fuq perijodu ta' 12-il xahar konsekuttivi jew meta awtorità kompetenti tiddeċiedi dan f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2019/2034. Id-ditta tal-investiment għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn bi kwalunkwe ksur ta' livell limitu matul dak il-perijodu.

4.   Id-ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 għandha tibqa' soġġetta għar-rekwiżiti tal-Artikoli 55 u 59.

5.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu ditta tal-investiment awtorizzata u ssorveljata skont id-Direttiva 2014/65/UE li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE tapplika r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

id-ditta tal-investiment hija sussidjarja u hija inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata ta' istituzzjoni ta' kreditu, kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II, l-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

id-ditta tal-investiment tinnotifika lill-awtorità kompetenti skont dan ir-Regolament u lis-superviżur konsolidanti, jekk applikabbli;

(c)

l-awtorità' kompetenti hija sodisfatta li l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-fondi proprji tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi individwali għad-ditta tal-investiment u fuq bażi konsolidata għall-grupp, kif applikabbli, hija prudenzjalment soda, ma tirriżultax fi tnaqqis tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tad-ditta tal-investiment skont dan ir-Regolament, u mhijiex imwettqa għall-iskop ta' arbitraġġ regolatorju.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lid-ditta tal-investiment dwar deċiżjoni biex tippermetti l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE skont l-ewwel subparagrafu fi żmien xahrejn minn meta jirċievu notifika msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u għandhom jinfurmaw lill-ABE dwar dan. Meta awtorità kompetenti tirrifjuta li tippermetti l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE, hija għandha tipprovdi raġunijiet kompluti.

Id-ditti tal-investiment imsemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu ssorveljati għall-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali skont it-Titoli VII u VIII tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż għall-finijiet tal-istabbiliment tas-superviżur ta' konsolidazzjoni meta tali ditti tal-investiment ikunu jappartjenu lil grupp ta' ditti tal-investiment kif definit fil-punt (25) tal-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 2

Setgħat superviżorji

Għall-finijiet tal-iżgurar tal-konformità ma' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom is-setgħat u għandhom isegwu l-proċeduri stipulati fid-Direttiva (UE) 2019/2034.

Artikolu 3

Applikazzjoni ta' rekwiżiti aktar stretti mid-ditti tal-investiment

Dan ir-Regolament ma għandux iwaqqaf lid-ditti tal-investiment milli jżommu fondi proprji u l-komponenti u l-assi likwidi tagħhom f'eċċess ta', jew japplikaw miżuri li jkunu aktar stretti minn, dawk meħtieġa minn dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

"impriża ta' servizzi anċillari" tfisser impriża li l-attività ewlenija tagħha tikkonsisti f'li jkollha jew f'li tamministra proprjetà, tamministra servizzi ta' proċessar ta' data, jew attività simili li hija anċillari għall-attività ewlenija ta' ditta tal-investiment waħda jew aktar;

(2)

"kumpannija tal-ġestjoni tal-assi" tfisser kumpannija tal-ġestjoni tal-assi kif definit fil-punt (19) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(3)

"membru tal-ikklerjar" tfisser impriża stabbilita fi Stat Membru li tissodisfa d-definizzjoni fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17);

(4)

"klijent" tfisser klijent kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE ħlief li, għall-fini tal-Parti Erbgħa ta’ dan ir-Regolament, "klijent" tfisser kwalunkwe kontroparti tad-ditta tal-investiment;

(5)

"negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet" tfisser negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet kif definiti fil-punt (150) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(6)

"derivati ta' komoditajiet" tfisser derivati ta' komoditajiet kif definiti fil-punt (30) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(7)

"awtorità kompetenti" tfisser awtorità kompetenti kif definita fil-punt (5) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034.;

(8)

"istituzzjoni ta' kreditu" tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(9)

"negozjar akkont tagħhom infushom" tfisser negozjar fl-istess isem kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(10)

"derivati" tfisser derivati kif definiti fil-punt (29) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(11)

"sitwazzjoni konsolidata " tfisser is-sitwazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 7 għal ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni, kumpannija holding ta' investiment prinċipali jew kumpannija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni daqs li kieku dik l-impriża, flimkien mad-ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-impriżi anċillari tas-servizzi u l-aġenti marbuta kollha fil-grupp tad-ditta tal-investiment kienu jiffurmaw ditta tal-investiment unika; għall-fini ta' din id-definizzjoni, it-termini "ditta tal-investiment", "istituzzjoni finanzjarja", "impriża anċillari tas-servizzi" u "aġent marbut" għandhom japplikaw ukoll għal impriżi stabbiliti f'pajjiżi terzi li, kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, jissodisfaw id-definizzjonijiet ta' dawk it-termini;

(12)

"bażi konsolidata" tfisser fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata;

(13)

"eżekuzzjoni tal-ordnijiet f'isem il-klijenti" tfisser l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet f'isem il-klijenti kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(14)

"istituzzjoni finanzjarja" tfisser impriża oħra għajr istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment, u għajr kumpannija holding industrijali pura, li l-attività prinċipali tagħha hija l-akkwiżizzjoni ta' parteċipazzjonijiet jew li twettaq waħda, jew aktar, mill-attivitajiet elenkati fil-punti (2) sa (12) u fil-punt (15) tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż kumpannija holding finanzjarja, kumpannija holding finanzjarja mħallta, kumpannija holding ta' investiment, istituzzjoni ta' pagament fis-sens tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), u kumpannija tal-ġestjoni tal-assi, iżda esklużi kumpaniji holding tal-assigurazzjoni u kumpaniji holding tal-assigurazzjoni b'attività mħallta kif definiti fil-punt (g) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19);

(15)

"strument finanzjarju" tfisser strument finanzjarju kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(16)

"kumpannija holding finanzjarja" tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(17)

"entità tas-settur finanzjarju" tfisser entità tas-settur finanzjarju kif definita fil-punt (27) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(18)

"kapital inizjali" tfisser kapital inizjali kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034;

(19)

"grupp ta' klijenti konnessi" tfisser grupp ta' klijenti konnessi kif definit fil-punt (39) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(20)

"parir dwar l-investiment" tfisser parir dwar investiment kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(21)

"parir dwar l-investiment ta' natura kontinwa" tfisser il-forniment rikorrenti ta' parir dwar l-investiment kif ukoll il-valutazzjoni u l-monitoraġġ jew l-eżami mill-ġdid kontinwi jew perjodiċi ta' portafoll ta' klijent ta' strumenti finanzjarji, inkluż ta' investimenti mwettqa mill-klijent abbażi ta' arranġament kuntrattwali;

(22)

"ditta tal-investiment" tfisser ditta tal-investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(23)

"kumpannija holding ta' investiment" tfisser istituzzjoni finanzjarja, li s-sussidjarji tagħha huma esklużivament jew prinċipalment ditti tal-investiment jew istituzzjonijiet finanzjarji, fejn mill-inqas waħda mit-tali sussidjarji hija ditta tal-investiment, u li mhix kumpannija azzjonarja finanzjarja kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(24)

"servizzi u attivitajiet ta' investiment" tfisser servizzi u attivitajiet ta' investiment kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(25)

"grupp ta' ditti tal-investiment" tfisser grupp ta' impriżi li jikkonsisti f'impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha jew f'impriżi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), li mill-inqas waħda minnhom hija ditta tal-investiment u li ma jinkludix istituzzjoni ta' kreditu;

(26)

"Fatturi-K" tfisser rekwiżiti tal-fondi proprji stabbiliti fit-Titolu II tal-Parti Tlieta għal riskji li ditta tal-investiment toħloq għall-klijenti, għas-swieq jew għaliha nnifisha;

(27)

" assi mmaniġġjati" jew " AUM" " tfisser il-valur tal-assi li ditta tal-investiment timmaniġġja għall-klijenti tagħha kemm taħt arranġamenti ta' ġestjoni tal-portafoll diskrezzjonali kif ukoll nondiskrezzjonali li jikkostitwixxu parir ta' investiment ta' natura kontinwa;

(28)

'flus tal-klijenti miżmuma' jew " CMH" tfisser l-ammont ta' flus tal-klijenti li ditta tal-investiment iżżomm, b'kont meħud tal-arranġamenti legali fir-rigward tas-segregazzjoni tal-assi u irrispettivament mir-reġim kontabilistiku nazzjonali applikabbli għall-flus tal-klijenti miżmuma mid-ditta tal-investiment;

(29)

" assi salvagwardjati u amministrati " jew" ASA" tfisser il-valur tal-assi li ditta tal-investiment tissalvagwardja u tamministra għall-klijenti, irrispettivament minn jekk l-assi jidhrux fil-karta tal-bilanċ tad-ditta tal-investiment jew humiex segregati f'kontijiet oħra;

(30)

ordnijiet tal-klijenti mmaniġġati " jew " COH" tfisser il-valur tal-ordnijiet li ditta tal-investiment timmaniġġa għall-klijenti, permezz tar-riċevuta u t-trażmissjoni ta' ordnijiet tal-klijenti u permezz tal-eżekuzzjoni tal-ordnijiet f'isem il-klijenti;

(31)

"riskju tal-konċentrazzjoni" jew " CON" tfisser l-iskoperturi fil-portafoll tan-negozjar ta' ditta tal-investiment lil klijent jew grupp ta' klijenti konnessi li l-valur tagħhom jaqbeż il-limiti fl-Artikolu 37(1);

(32)

marġni tal-ikklerjar mogħti" jew " CMG" tfisser l-ammont tal-marġni totali rikjest minn membru tal-ikklerjar jew minn kontroparti ċentrali li tikkwalifika, fejn l-eżekuzzjoni u s-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ditta tal-investiment li tinnegozja akkont tagħha nfisha jseħħu taħt ir-responsabbiltà ta' membru tal-ikklerjar jew ta' kontroparti ċentrali li tikkwalifika;

(33)

" fluss tan-negozjar ta' kuljum " jew " DTF" tfisser il-valur ta' kuljum tat-tranżazzjonijiet li ditta tal-investiment iddaħħal permezz tan-negozjar akkont tagħha nfisha jew bl-eżekuzzjoni tal-ordnijiet f'isem il-klijenti f'isimha stess, eskluż il-valur tal-ordnijiet li ditta tal-investiment timmaniġġa għall-klijenti billi tirċievi u tittrasmetti ordnijiet tal-klijenti u permezz tal-eżekuzzjoni tal-ordnijiet f'isem il-klijenti li diġà huma meqjusa fl-ambitu tal-ordinijiet tal-klijenti mmaniġġati;

(34)

riskju ta' pożizzjoni netta " jew " NPR" tfisser il-valur tat-tranżazzjonijiet irreġistrati fil-portafoll tan-negozjar ta' ditta tal-investiment;

(35)

inadempjenza tal-kontroparti tan-negozjar "jew " TCD" tfisser l-iskoperturi fil-portafoll tan-negozjar ta' ditta tal-investiment fi strumenti u tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25 li jwasslu għar-riskju ta' inadempjenza tal-kontroparti tan-negozjar;

(36)

"valur tas-suq attwali" jew "CMV" tfisser il-valur tas-suq nett tal-portafoll ta' tranżazzjonijiet jew komponenti tat-titoli soġġetti għal netting f'konformità mal-Artikolu 31, fejn kemm valuri tas-suq pożittivi kif ukoll negattivi jintużaw fil-kalkolu tas-CMV;

(37)

"tranżazzjonijiet b'saldu fit-tul" tfisser tranżazzjonijiet b'saldu twil kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 272 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(38)

"tranżazzjoni ta' self b'marġini" tfisser tranżazzjonijiet ta' self b'marġini kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21);

(39)

"korp maniġerjali" tfisser korp maniġerjali kif definit fil-punt (36) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(40)

"kumpannija holding finanzjarja mħallta" tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22);

(41)

"entrata ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ" tfisser kwalunkwe wieħed mill-elementi msemmijin fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(42)

"impriża prinċipali" tfisser impriża prinċipali skont it-tifsira fil-punt (9) tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE;

(43)

"parteċipazzjoni" tfisser holding kif definit fil-punt (35) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(44)

"profitt" tfisser profitt kif definit fil-punt (121) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(45)

"kontroparti ċentrali li tikkwalifika" jew "QCCP" tfisser kontroparti ċentrali li tikkwalifika kif definita fil-punt (88) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(46)

"ġestjoni tal-portafoll" tfisser ġestjoni tal-portafolli kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(47)

"holding kwalifikattiva" tfisser holding kwalifikattiva kif definita fil-punt (36) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(48)

"transazzjoni ta' finanzjament tat-titoli" jew "SFT" tfisser SFT kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/;

(49)

"kontijiet segregati", għall-finijiet tat-Tabella 1 fl-Artikolu 15(2), tfisser kontijiet ma' entitajiet fejn il-flus tal-klijenti miżmuma minn ditta tal-investiment ikunu depożitati skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/593 (23) u, fejn applikabbli, fejn il-liġi nazzjonali tipprovdi li, fil-każ ta' insolvenza jew dħul f'riżoluzzjoni jew amministrazzjoni tad-ditta tal-investiment, il-flus tal-klijenti ma jistgħux jintużaw biex jiġu ssodisfati pretensjonijiet fir-rigward tad-ditta tal-investiment minbarra pretensjonijiet mill-klijent;

(50)

"tranżazzjoni ta' riakkwist" tfisser tranżazzjoni ta' riakkwist kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/2365;

(51)

"sussidjarja" tfisser impriża sussidjarja skont it-tifsira tal-punt (10) tal-Artikolu 2 u fit-tifsira tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE, inkluża kwalunkwe sussidjarja ta' impriża sussidjarja ta' impriża prinċipali aħħarija;

(52)

"aġent marbut" tfisser aġent marbut kif definit fil-punt (29) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(53)

"dħul gross totali" tfisser l-introjtu operatorju annwali ta' ditta tal-investiment, b'rabta mas-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment tad-ditta tal-investiment li hi awtorizzata twettaq, inkluż introjtu li jirriżulta minn imgħax riċevibbli, minn ishma u minn titoli oħra kemm jekk b'rendita fissa jew varjabbli, minn kummissjoni u tariffi, kwalunkwe gwadann u telf li d-ditti tal-investiment iġarrbu fl-assi ta' negozjar tagħhom, fl-assi miżmuma b'valur ġust, jew minn attivitajiet ta' ħħeġġjar, iżda eskluż kwalunkwe introjtu li mhuwiex marbut mas-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment imwettqa;

(54)

"portafoll tan-negozjar" tfisser il-pożizzjonijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji u l-komoditajiet f'idejn ditta tal-investiment, jew bil-ħsieb ta' negozju jew sabiex ikunu ħħeġġjati l-pożizzjonijiet miżmuma bil-ħsieb ta' negozjar;

(55)

"pożizzjonijiet miżmuma bil-ħsieb ta' negozjar" tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

pożizzjonijiet proprjetarji u pożizzjonijiet li jirriżultaw minn servizzi għall-klijenti u ġenerazzjoni tas-suq;

(b)

pożizzjonijiet maħsuba li jiġu mibjugħa mill-ġdid fit-terminu qasir;

(c)

pożizzjonijiet maħsuba għal benefiċċju minn differenzi fil-prezz reali jew mistennija f'terminu qasir bejn il-prezzijiet tax-xiri u l-prezzijiet tal-bejgħ jew minn varjazzjonijiet oħra fil-prezz jew fir-rata tal-imgħax;

(56)

"ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni" tfisser ditta tal-investiment fi Stat Membru li tkun parti minn grupp ta' ditta tal-investiment u li jkollha ditta tal-investiment jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja jew li jkollha parteċipazzjoni f'tali ditta tal-investiment jew istituzzjoni finanzjarja, u li fiha nnifisha ma tkunx sussidjarja ta' ditta tal-investiment oħra awtorizzata f'xi Stat Membru, jew ta' kumpannija azzjonarja ta' investiment jew kumpannija holding finanzjarja mħallta stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru;

(57)

"kumpannija azzjonarja ta' investiment prinċipali tal-Unjoni" tfisser kumpannija azzjonarja ta' investiment fi Stat Membru li tkun parti minn grupp ta' ditta tal-investiment u li hi stess ma tkunx sussidjarja ta' ditta tal-investiment awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru jew ta' kumpannija azzjonarja ta' investiment oħra fi kwalunkwe Stat Membru;

(58)

"kumpannija holding finanzjarja mħallta" tfisser impriża prinċipali ta' grupp ta' ditti tal-investiment li hi kumpannija holding finanzjarja mħallta kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 56 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiċċara d-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 biex:

(a)

tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament;

(b)

fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, tingħata kunsiderazzjoni għall-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.

TITOLU II

LIVELL TAL-APPLIKAZZJONI TAR-REKWIŻITI

KAPITOLU 1

Applikazzjoni tar-rekwiżiti fuq bażi individwali

Artikolu 5

Prinċipju ġenerali

Id-ditti tal-investiment għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti Tnejn sa Parti Sebgħa fuq bażi individwali.

Artikolu 6

Eżenzjonijiet

1.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw lil ditta tal-investiment mill-applikazzjoni tal-Artikolu 5 fir-rigward tal-Parti Tnejn, Tlieta, Erbgħa, Sitta u Sebgħa, fejn japplikaw dawn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

id-ditta tal-investiment tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa stabbilit fl-Artikolu 12(1);

(b)

tiġi ssodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

id-ditta tal-investiment hija sussidjarja u hija inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata ta' istituzzjoni ta' kreditu, kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

id-ditta tal-investiment hija sussidjarja u hija inkluża fi grupp ta' ditti tal-investiment b'superviżjoni fuq bażi konsolidata f'konformità mal-Artikolu 7;

(c)

kemm id-ditta tal-investiment kif ukoll l-impriża prinċipali tagħha huma soġġetti għal awtorizzazzjoni u għal superviżjoni mill-istess Stat Membru;

(d)

l-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew f'konformità mal-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament jaqblu ma' eżenzjoni tali;

(e)

il-fondi proprji huma mqassma b’mod adegwat bejn l-impriża prinċipali u d-ditta tal-investiment u jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

ma hemm l-ebda impediment prattiku jew ġuridiku materjali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront ta’ kapital jew ħlas lura ta’ obbligazzjonijiet mill-impriża prinċipali;

(ii)

mal-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti, l-impriża prinċipali tiddikjara li tiggarantixxi l-impenji li daħlet għalihom id-ditta tal-investiment jew li r-riskji fid-ditta tal-investiment huma ta’ interess negliġibbli;

(iii)

il-proċeduri ta’ evalwazzjoni, ta’ kejl u ta’ kontroll tar-riskji tal-impriża prinċipali jinkludu lid-ditta tal-investiment; u

(iv)

l-impriża prinċipali għandha aktar minn 50 % tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma fil-kapital tad-ditta tal-investiment jew għandha d-dritt li taħtar jew tneħħi maġġoranza tal-membri tal-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw lid-ditti tal-investiment mill-applikazzjoni tal-Artikolu 5 fir-rigward tal-Parti Sitta, meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

id-ditta tal-investiment tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa stabbilit fl-Artikolu 12(1);

(b)

id-ditta tal-investiment hija sussidjarja u hija inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni f'konformità mal-Artikolu 228 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(c)

kemm id-ditta tal-investiment kif ukoll l-impriża prinċipali tagħha huma soġġetti għal awtorizzazzjoni u għal superviżjoni mill-istess Stat Membru;

(d)

l-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata f'konformità mad-Direttiva 2009/138/KE jaqblu dwar eżenzjoni bħal din;

(e)

il-fondi proprji huma mqassma b’mod adegwat bejn l-impriża prinċipali u d-ditta tal-investiment, u jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

ma hemm l-ebda impediment prattiku jew ġuridiku materjali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront ta’ kapital jew ħlas lura ta’ obbligazzjonijiet mill-impriża prinċipali;

(ii)

mal-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti, l-impriża prinċipali tiddikjara li tiggarantixxi l-impenji li daħlet għalihom id-ditta tal-investiment jew li r-riskji fid-ditta tal-investiment huma ta’ interess negliġibbli;

(iii)

il-proċeduri ta’ evalwazzjoni, ta’ kejl u ta’ kontroll tar-riskji tal-impriża prinċipali jinkludu lid-ditta tal-investiment; u

(iv)

l-impriża prinċipali għandha aktar minn 50 % tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma fil-kapital tad-ditta tal-investiment jew għandha d-dritt li taħtar jew tneħħi maġġoranza tal-membri tal-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment.

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw lid-ditti tal-investiment mill-applikazzjoni tal-Artikolu 5 fir-rigward tal-Parti Ħamsa meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

id-ditta tal-investiment tkun inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew tkun inkluża fi grupp ta’ ditti tal-investiment li għalih japplika l-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament u l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 7(4) ma tapplikax;

(b)

l-impriża prinċipali fuq bażi konsolidata timmonitorja u tissorvelja fi kwalunkwe ħin il-pożizzjonijiet ta’ likwidità tal-istituzzjonijiet u d-ditti tal-investiment kollha fi ħdan il-grupp jew sottogrupp, li jkunu soġġetti għar-rinunzja u tiżgura livell suffiċjenti ta' likwidità għal dawk l-istituzzjonijiet u d-ditti tal-investiment kollha;

(c)

l-impriża prinċipali u d-ditta tal-investiment daħlu f’kuntratti li, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, jipprevedu l-moviment liberu tal-fondi bejn l-impriża prinċipali u d-ditta tal-investiment sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi individwali u konġunti tagħhom meta jsiru dovuti;

(d)

ma hemm l-ebda impediment prattiku jew legali materjali attwali jew previst għas-sodisfazzjon tal-kuntratti msemmija fil-punt (c);

(e)

l-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew f'konformità mal-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament jaqblu ma' eżenzjoni tali.

KAPITOLU 2

Konsolidazzjoni prudenzjali u eżenzjonijiet għal grupp ta’ ditti tal-investiment

Artikolu 7

Konsolidazzjoni prudenzjali

1.   Ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni, kumpannija azzjonarja ta' investiment prinċipali tal-Unjoni u kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Parti Tnejn, Tlieta, Erbgħa, Sitta u Sebgħa fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom. L-impriża prinċipali u dawk tas-sussidjarji tagħha li huma soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom jistabbilixxu struttura organizzattiva xierqa u mekkaniżmi ta' kontroll intern adatti sabiex ikun żgurat li d-data meħtieġa għall-konsolidazzjoni tiġi debitament proċessata u mibgħuta. B’mod partikolari, l-impriża prinċipali għandha tiżgura li s-sussidjarji li ma humiex soġġetti għal dan ir-Regolament jimplimentaw l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi biex tkun żgurata konsolidazzjoni korretta.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fl-applikazzjoni tal-Parti Tnejn fuq bażi konsolidata, ir-regoli stabbiliti fit-Titolu II tal-Parti Tnejn tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom japplikaw ukoll għal ditti tal-investiment.

Għal dak il-għan, fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 84(1), l-Artikolu 85(1), u l-Artikolu 87(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ir-referenzi għall-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 biss għandhom japplikaw u għandhom bħala riżultat jinftehmu bħala li jirreferu għar-rekwiżiti tal-fondi proprji stabbiliti taħt id-dispożizzjonijiet korrispondenti f'dan ir-Regolament.

3.   Ditti ta' investiment prinċipali tal-Unjoni, kumpanniji azzjonarji ta' investiment prinċipali tal-Unjoni u kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-Unjoni għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Parti Ħamsa abbażi tas-sitwazzjonijiet konsolidata tagħhom.

4.   B'deroga mill-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw lill-impriża prinċipali mill-konformità ma' dak il-paragrafu, b'kont meħud tan-natura, il-kamp ta' applikazzjoni u l-kumplessità tal-grupp ta' ditti tal-investiment.

5.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika d-dettalji tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-metodi għall-konsolidazzjoni prudenzjali ta' grupp ta' ditti tal-investiment, b'mod partikolari bil-għan li jiġi kkalkolat ir-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi, ir-rekwiżit ta' kapital minimu permanenti, ir-rekwiżit tal-fattur-K abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-grupp ta’ ditti tal-investiment, u l-metodu u d-dettalji neċessarji biex ikun implimentat kif xieraq il-paragrafu 2.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Diċembru 2020.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 8

It-test tal-kapital tal-grupp

1.   B'deroga mill-Artikolu 7, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu fil-każ ta' strutturi ta' gruppi li jitqiesu bħala sempliċi biżżejjed, dment li ma jkun hemm l-ebda riskju sinifikanti għall-klijenti jew għas-suq li jirriżulta mill-grupp ta' ditti tal-investiment inġenerali li nkella jkun jeħtieġ superviżjoni fuq bażi konsolidata. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE meta jippermettu l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

2.   Għall-fini ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

"strumenti ta’ fondi proprji” tfisser "fondi proprji" kif definit fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, mingħajr ma jiġi applikat it-tnaqqis imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 36(1), il-punt (d) tal-Artikolu 56, u l-punt (d) tal-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

it-termini “ditta tal-investiment”, “istituzzjoni finanzjarja”, “impriża ta' servizzi anċillari” u “aġent marbut” għandhom japplikaw ukoll għal impriżi stabbiliti f’pajjiżi terzi li, kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, jissodisfaw id-definizzjonijiet ta’ dawk it-termini fl-Artikolu 4.

3.   Ditti ta' investiment prinċipali tal-Unjoni, kumpanniji azzjonarji ta' investiment prinċipali tal-Unjoni, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-Unjoni u kwalunkwe impriża prinċipali oħra li hija ditta tal-investiment, istituzzjonijiet finanzjarji, impriżi ta' servizzi anċillari jew aġenti marbuta fil-grupp ta' ditti tal-investiment għandu jkollhom minn tal-inqas strumenti ta' fondi proprji biżżejjed biex ikopru s-somma ta' dan li ġej:

(a)

is-somma tal-valur kontabilistiku sħiħ tal-impriżi, il-pretensjonijiet subordinati u l-istrumenti tagħhom kollha msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 36(1), il-punt (d) tal-Artikolu 56, u l-punt (d) tal-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f’ditti tal-investiment, istituzzjonijiet finanzjarji, impriżi ta’ servizzi anċillari u aġenti marbuta fil-grupp ta’ ditti tal-investiment; u

(b)

l-ammont totali tal-obbligazzjonijiet kontinġenti tagħhom kollha favur ditti tal-investiment, istituzzjonijiet finanzjarji, impriżi ta’ servizzi anċillari u aġenti marbuta fil-grupp ta’ ditti tal-investiment.

4.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lil kumpanija azzjonarja ta’ investiment prinċipali tal-Unjoni jew lil kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni u lil kwalunkwe impriża prinċipali oħra li hija ditta tal-investiment, istituzzjoni finanzjarja, impriża ta’ servizzi anċillari jew aġent marbut fil-grupp ta’ ditti tal-investiment, biex ikollhom ammont inferjuri ta’ fondi proprji mill-ammont ikkalkolat skont il-paragrafu 1, dment li dan l-ammont ma jkunx inqas mis-somma tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji imposti fuq bażi individwali fuq id-ditti tal-investiment sussidjarji tagħha, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-impriżi ta’ servizzi anċillari u fuq l-aġenti marbuta, u l-ammont totali ta’ kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti favur dawk l-entitajiet.

Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal impriżi sussidjarji kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu u li jkunu jinsabu f’pajjiżi terzi għandhom ikunu rekwiżiti ta’ fondi proprji nozzjonali li jiżguraw livell sodisfaċenti ta’ prudenza biex ikunu koperti r-riskji li jirriżultaw minn dawk l-impriżi sussidjarji, kif approvati mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

5.   Ditti ta' investiment prinċipali tal-Unjoni, kumpaniji azzjonarji ta’ investiment prinċipali tal-Unjoni, u kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-Unjoni għandu jkollhom sistemi fis-seħħ biex jimmonitorjaw u jikkontrollaw is-sorsi ta’ kapital u ta’ finanzjament tad-ditti tal-investiment, tal-kumpaniji azzjonarji ta’ investiment, tal-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, tal-istituzzjonijiet finanzjarji, tal-impriżi ta’ servizzi anċillari u tal-aġenti marbuta kollha fi ħdan il-grupp ta’ ditti tal-investiment.

IT-TIENI PARTI

FONDI PROPRJI

Artikolu 9

Kompożizzjoni tal-fondi proprji

1.   Ditti tal-investiment għandu jkollhom fondi proprji li jikkonsistu mis-somma tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, il-kapital tal-Grad 1 u l-kapital tal-Grad 2 Addizzjonali tagħhom, u għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin f’kull ħin:

(a)

Image 1

,

(b)

Image 2

,

(c)

Image 3

,

fejn:

(i)

il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni 1 huwa definit skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu I tat-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-kapital tal-Grad 1 Addizzjonali huwa definit skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu I tat-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u l-kapital tal-Grad 2 huwa definit skont il-Kapitolu 4 tat-Titolu I tat-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(ii)

D huwa definit fl-Artikolu 11.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1:

(a)

it-tnaqqis imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu japplika b' mod sħiħ, mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikoli 39 u 48 ta’ dak ir-Regolament;

(b)

it-tnaqqis imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu japplika b'mod sħiħ, mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 41 ta’ dak ir-Regolament;

(c)

it-tnaqqis imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 36(1), il-punt (c) tal-Artikolu 56, u l-punt (c) tal-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sa fejn għandu x’jaqsam ma’ parteċipazzjonijiet ta’ strumenti kapitali li mhumiex miżmuma fil-portafoll tan-negozjar, għandu japplika b'mod sħiħ, mingħajr l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi previsti fl-Artikoli 46, 60 u 70 ta’ dak ir-Regolament;

(d)

it-tnaqqis imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu japplika b'mod sħiħ, mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 48 ta’ dak ir-Regolament;

(e)

id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma għandhomx japplikaw għad-determinazzjoni tal-fondi proprji ta’ ditti tal-investiment:

(i)

l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

it-tnaqqis imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 36(1), il-punt (c) tal-Artikolu 56, il-punt (c) tal-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-dispożizzjonijiet relatati fl-Artikoli 46, 60 u 70 ta’ dak ir-Regolament, sa fejn dak it-tnaqqis għandu x’jaqsam ma’ parteċipazzjonijiet ta’ strumenti kapitali miżmuma fil-portafoll tan-negozjar;

(iii)

l-avveniment skattatur imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; l-avveniment skattatur għandu minflok ikun speċifikat mid-ditta tal-investiment fit-termini tal-istrument tal-Grad 1 Addizzjonali msemmi fil-paragrafu 1;

(iv)

l-ammont aggregat imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; l-ammont li għandu jitniżżel fil-valur jew jiġi kkonvertit għandu jkun l-ammont prinċipal sħiħ tal-istrument tal-Grad 1 Addizzjonali msemmi fil-paragrafu 1.

3.   Ditti tal-investiment għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fil-Kapitolu 6 tat-Titolu I tat-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta jkunu qed jiddeterminaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont dan ir-Regolament. Fl-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, il-permess superviżorju f'konformità mal-Artikoli 77 u 78 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu jitqies li ngħata jekk waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 78(1) ta’ dak ir-Regolament jew fl-Artikolu 78(4) tkun issodisfata.

4.   Għall-fini tal-applikazzjoni tal-punt (a) tal-paragrafu 1, għad-ditti tal-investiment li mhumiex persuni ġuridiċi jew kumpaniji b’ishma konġunti jew li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar jew mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, wara li jikkonsultaw l-ABE, jippermettu li strumenti jew fondi oħra jikkwalifikaw bħala fondi proprji għal dawn id-ditti tal-investiment, dment li dawk l-istrumenti jew fondi jikkwalifikaw ukoll għal trattament skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE (24). Abbażi ta' informazzjoni riċevuta minn kull awtorità kompetenti, flimkien mal-ESMA, l-ABE għandha tistabbilixxi, iżżomm u tippubblika lista tal-forom kollha ta’ strumenti jew fondi f'kull Stat Membru li jikkwalifikaw bħala fondi proprji ta’ dan it-tip. Il-lista għandha tiġi ppubblikata għall-ewwel darba sas-26 ta’ Diċembru 2020.

5.   Parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ fondi proprji ta’ entità tas-settur finanzjarju fi ħdan grupp ta’ ditti tal-investiment ma għandhomx jitnaqqsu għall-fini tal-kalkolu tal-fondi proprji ta’ kwalunkwe ditta tal-investiment fil-grupp fuq bażi individwali, dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

ma hemm l-ebda impediment prattiku jew ġuridiku materjali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront ta’ kapital jew ħlas lura ta’ obbligazzjonijiet mill-impriża prinċipali;

(b)

il-proċeduri ta’ evalwazzjoni, ta’ kejl u ta’ kontroll tar-riskju tal-impriża prinċipali jinkludu lill-entità tas-settur finanzjarju;

(c)

id-deroga prevista fl-Artikolu 8 ma tintużax mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 10

Holdings kwalifikattivi barra s-settur finanzjarju

1.   Għall-finijiet ta’ din il-Parti, ditti tal-investiment għandhom inaqqsu l-ammonti li jaqbżu l-limiti speċifikati fil-punti (a) u (b) mid-determinazzjoni tal-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni msemmija fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:

(a)

holding kwalifikattiva, li l-ammont tagħha jaqbeż il-15 % tal-fondi proprji tad-ditta tal-investiment ikkalkolat skont l-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament iżda mingħajr ma jiġi applikat it-tnaqqis imsemmi fil-punt (k)(i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, f’impriża li mhix entità tas-settur finanzjarju;

(b)

l-ammont totali tal-holdings kwalifikattivi ta’ ditta tal-investiment f’impriżi minbarra entitajiet tas-settur finanzjarju li jaqbeż is-60 % tal-fondi proprji tagħha kkalkolat skont l-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament iżda mingħajr l-applikazzjoni tat-tnaqqis imsemmi fil-punt (k)(i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprojbixxu lil ditta tal-investiment milli jkollha l-holdings kwalifikattivi kif imsemmi fil-paragrafu 1 meta dawk il-kumpanniji jaqbżu l-perċentwali tal-fondi proprji stabbiliti f'dak il-paragrafu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu pubblika d-deċiżjoni tagħhom li jeżerċitaw din is-setgħa mingħajr dewmien.

3.   L-ishma f’impriżi li mhumiex entitajiet tas-settur finanzjarju m’għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu speċifikat fil-paragrafu 1 meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawk l-ishma jinżammu b’mod temporanju matul operazzjoni ta’ assistenza finanzjarja kif imsemmi fl-Artikolu 79 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

iż-żamma ta’ dawk l-azzjonijiet hija pożizzjoni ta’ sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew anqas;

(c)

dawk l-azzjonijiet ikunu miżmuma f’isem id-ditta tal-investiment stess u għan-nom ta’ oħrajn.

4.   L-azzjonijiet li ma jkunux assi fissi finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 35(2) tad-Direttiva 86/635/KEE ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu speċifikat fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

IT-TIELET PARTI

REKWIŻITI KAPITALI

TITOLU I

REKWIŻITI ĠENERALI

Artikolu 11

Rekwiżiti tal-fondi proprji

1.   Ditti tal-investiment għandu jkollha f'kull mument fondi proprji skont l-Artikolu 9 li jammonta minn tal-inqas għal D, fejn D huwa definit bħala l-ogħla minn dawn li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi tagħhom ikkalkolat f'konformità mal-Artikolu 13;

(b)

ir-rekwiżit tal-kapital minimu permanenti tagħhom f'konformità mal-Artikolu 14; jew

(c)

ir-rekwiżit tal-fattur-K tagħhom ikkalkolat f'konformità mal-Artikolu 15.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, fejn ditta tal-investiment tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa stabbiliti fl-Artikolu 12(1), D għandu jiġi definit bħala l-ogħla minn fost l-ammonti speċifikati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1.

3.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti jqisu li jkun seħħ tibdil materjali fl-attivitajiet kummerċjali ta’ ditta tal-investiment, dawn jistgħu jesiġu li d-ditta tal-investiment tiġi soġġetta għal rekwiżit tal-fondi proprji differenti msemmi f’dan l-Artikolu, f’konformità mat-Titolu IV, Kapitolu 2, Taqsima 4 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

4.   Ditti tal-investiment għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti hekk kif jindunaw li ma għadhomx jissodisfaw jew li mhux ser ikomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 12

Ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi

1.   Ditti tal-investiment għandhom jitqiesu bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament meta jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

AUM imkejjel f'konformità mal-Artikolu 17 ikun anqas minn EUR 1,2 biljuni;

(b)

COH imkejjel f'konformità mal-Artikolu 20 ikun anqas minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

EUR 100 miljun/jum għal negozji fi flus; jew

(ii)

EUR 1 biljun/jum għal derivati;

(c)

ASA mkejla f'konformità mal-Artikolu 19 ikun żero;

(d)

CMH imkejla f'konformità mal-Artikolu 18 ikun żero;

(e)

DTF imkejjel f'konformità mal-Artikolu 33 ikun żero;

(f)

NPR jew CMG imkejjel f'konformità mal-Artikoli 22 u 23 ikun żero;

(g)

TCD imkejjel f'konformità mal-Artikolu 26 ikun żero;

(h)

it-total ta’ dak fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tad-ditta tal-investiment ikun anqas minn EUR 100 miljun;

(i)

id-dħul gross annwali totali mis-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment tad-ditta tal-investiment ikun inqas minn EUR 30 miljun ikkalkolat bħala medja fuq il-bażi tal-figuri annwali mill-perijodu ta’ sentejn eżatt qabel is-sena finanzjarja partikolari.

B’deroga mid-dispożizzjonijiet tat-Titolu II, għall-finijiet tal-punti (a), (b), (c), (e), (f), sa fejn dan il-punt ikun marbut mal-NPR u (g) tal-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw il-valuri ta’ tmiem il-jum.

Għall-finijiet tal-punt (f) tal-ewwel subparagrafu, sa fejn dak il-punt ikollu x’jaqsam mas-CMG, għandhom japplikaw il-valuri ta’ matul l-istess jum.

Għall-finijiet tal-punt (d), tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16(9) tad-Direttiva 2014/65/UE u l-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva Delegata (UE) 2017/593, għandhom japplikaw il-valuri ta’ matul l-istess jum, ħlief fejn kien hemm żball fiż-żamma tar-rekords jew fir-rikonċiljazzjoni tal-kontijiet li b'mod żbaljat indika li ditta tal-investiment kisret il-livell limitu żero msemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, u li jiġi solvut qabel ma jintemm il-jum ta' negozju. Id-ditta tal-investiment għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien dwar l-iżball, ir-raġunijiet għalfejn seħħ u l-korrezzjoni tiegħu.

Għall-finijiet tal-punti (h) u (i) tal-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw il-livelli fi tmiem l-aħħar sena finanzjarja li fir-rigward tagħha l-kontijiet ġew iffinalizzati u approvati mill-bord maniġerjali. Fejn il-kontijiet ikunu għadhom ma ġewx iffinalizzati u approvati wara sitt xhur mit-tmiem tal-aħħar sena finanzjarja, ditta tal-investiment għandha tuża kontijiet proviżorji.

Ditti tal-investiment jistgħu jkejlu l-valuri taħt il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu billi tuża l-metodi speċifikati taħt it-Titolu II, bl-eċċezzjoni li l-kejl għandu jsir fuq medda ta’ 12-il xahar, mingħajr l-esklużjoni tal-valuri mensili tal-aktar tliet xhur reċenti. Ditti tal-investiment li jagħżlu dan il-metodu ta’ kejl għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti b'dan u għandhom japplikaw il-metodu magħżul għal perijodu kontinwu ta’ mhux inqas minn 12-il xahar konsekuttivi.

2.   Il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b), (h) u (i) tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw fuq bażi kkombinata għad-ditti tal-investiment kollha li huma parti minn grupp. Għall-fini tal-kejl tad-dħul gross annwali totali msemmi fil-punt (i) tal-paragrafu 1, dawk id-ditti tal-investiment jistgħu jeskludu kwalunkwe għadd doppju li jista’ jirriżulta fir-rigward ta’ dħul gross iġġenerat fi ħdan il-grupp.

Il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (c) sa (g) tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal kull ditta tal-investiment fuq bażi individwali.

3.   Fejn ditta tal-investiment ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1, din ma għandhiex tibqa' titqies bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa b’effett immedjat.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn ditta tal-investiment ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b), (h) jew (i) tal-paragrafu 1 iżda tibqa’ tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (c) sa (g) ta’ dak il-paragrafu, din ma għandhiex tibqa' titqies bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa wara perijodu ta’ tliet xhur, ikkalkolati mid-data li fiha jkun inqabeż il-livell limitu. Id-ditta tal-investiment għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn ta' kwalunkwe ksur ta’ livell limitu.

4.   Fil-każ fejn ditta tal-investiment li ma tkunx issodisfat il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 sussegwentement tissodisfahom, din għandha titqies bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa wara perijodu ta’ sitt xhur mid-data li fiha dawk il-kondizzjonijiet jiġu ssodisfati biss, dment li matul dak il-perijodu ma jkun seħħ l-ebda ksur ta’ livell limitu u d-ditta tal-investiment tkun innotifikat minnufih lill-awtorità kompetenti b’dan mingħajr dewmien.

Artikolu 13

Rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi

1.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 11(1), ir-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi għandu jammonta għal mill-inqas kwart mill-ispejjeż ġenerali fissi tas-sena preċedenti. Id-ditti tal-investiment għandhom jużaw figuri li jirriżultaw mill-qafas kontabilistiku applikabbli.

2.   Fil-każ li l-awtorità kompetenti tqis li kien hemm bidla materjali fl-attivitajiet ta’ ditta tal-investiment, l-awtorità kompetenti tista’ taġġusta l-ammont ta’ kapital imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   Fil-każ fejn ditta tal-investiment ma tkunx ilha fin-negozju għal sena waħda mid-data li fih tkun bdiet tipprovdi servizzi ta’ investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment, din għandha tuża, għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1, l-ispejjeż ġenerali fissi projettati inklużi fil-projezzjonijiet tagħha għan-negozjar fl-ewwel 12-il xahar, kif ippreżentat mal-applikazzjoni tagħha għal awtorizzazzjoni.

4.   L-ABE, f’konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġi supplimentat il-kalkolu tar-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 li jinkludi mill-inqas il-punti li ġejjin għat-tnaqqis:

(a)

bonuses tal-persunal u remunerazzjoni oħra, sa fejn jiddependu fuq il-profitt nett tad-ditta tal-investiment fis-sena rispettiva;

(b)

l-ishma tal-impjegati, tad-diretturi u tas-sħab fil-profitti;

(c)

approprjazzjonijiet oħra ta’ profitti u remunerazzjoni varjabbli oħra, sal-punt li jkunu kompletament diskrezzjonali;

(d)

kummissjoni u tariffi kondiviżi pagabbli li huma direttament relatati ma’ kummissjoni u tariffi riċevibbli, li huma inklużi fid-dħul totali, u fejn il-ħlas tal-kummissjoni u t-tariffi pagabbli huwa kontinġenti fuq ir-riċevuta nnifisha tal-kummissjoni u t-tariffi riċevibbli;

(e)

tariffi lill-aġenti marbuta;

(f)

spejjeż mhux rikorrenti minn attivitajiet mhux ordinarji.

L-ABE għandha tispeċifika wkoll għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu l-kunċett ta’ bidla materjali.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Diċembru 2020.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 14

Rekwiżit ta' kapital minimu permanenti

Għall-finijiet tal-Artikolu 11(1)(b), ir-rekwiżit ta' kapital minimu permanenti għandu jammonta għal mill-inqas il-livelli ta’ kapital inizjali speċifikati fl-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

TITOLU II

REKWIŻIT TAL-FATTUR-K

KAPITOLU 1

Prinċipji Ġenerali

Artikolu 15

Rekwiżit tal-fattur-K u koeffiċjenti applikabbli

1.   Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 11(1), ir-rekwiżit tal-fattur-K għandu jammonta għal mill-inqas is-somma ta’ dawn li ġejjin:

(a)

Il-fatturi-K tar-Riskju għall-Klijent (RtC) ikkalkolati skont il-Kapitolu 2;

(b)

Il-fatturi-K tar-Riskju għas-Suq (RtM) ikkalkolati skont il-Kapitolu 3;

(c)

Il-fatturi-K tar-Riskju għad-Ditta (RtF) ikkalkolati skont il-Kapitolu 4.

2.   Il-koeffiċjenti li ġejjin għandhom japplikaw għall-fatturi-K korrispondenti:

Tabella 1

FATTURI-K

KOEFFIĊJENT

Assi mmaniġġati kemm permezz ta’ mmaniġġar ta’ portafolli diskrezzjonali kif ukoll permezz ta’ arranġamenti konsultattivi mhux diskrezzjonali ta’ natura kontinwa

K-AUM

0.02 %

Flus tal-klijenti miżmuma

K-CMH (fuq kontijiet segregati)

0.4 %

K-CMH (fuq kontijiet mhux segregati)

0.5 %

Assi ssalvagwardjati u amministrati

K-ASA

0.04 %

Ordnijiet tal-klijenti mmaniġġati

Negozji fi flus ta’ K-COH

0.1 %

 

derivati ta’ K-COH

0.01 %

Fluss tan-negozjar ta’ kuljum

Negozji fi flus ta’ K-DTF

0.1 %

 

derivati ta’ K-DTF

0.01 %

3.   Ditti tal-investiment għandhom jimmonitorjaw il-valur tal-fatturi-K tagħhom għal kwalunkwe xejra li tista’ tħallihom b’rekwiżit tal-fondi proprji materjalment differenti għall-finijiet tal-Artikolu 11 tal-perjodu ta’ rapportar li ġej skont il-Parti Sebgħa u għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom dwar dak ir-rekwiżit tal-fondi proprji materjalment differenti.

4.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti jqisu li kien hemm tibdil materjali fl-attivitajiet kummerċjali ta’ ditta tal-investiment li jħalli impatt fuq l-ammont ta’ fattur-K rilevanti, dawn jistgħu jaġġustaw l-ammont korrispondenti f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 39(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

5.   Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament u tikkunsidra l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, l-ABE għandha, f'konsultazzjoni mal-ESMA, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex:

(a)

tispeċifika l-metodi għall-kejl tal-fatturi-K fit-Titolu II tat-Tielet Parti;

(b)

tispeċifika l-kunċett ta' kontijiet segregati għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għall-kundizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-flus tal-klijenti fil-każ tal-falliment ta' ditta tal-investiment;

(c)

tispeċifika l-aġġustamenti għall-koeffiċjenti K-DTF imsemmija fit-Tabella 1 tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fil-każ li, f’kundizzjonijiet ta' stress tas-suq kif imsemmi fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/578 (25), ir-rekwiżiti K-DTF jidhru li huma restrittivi żżejjed u ta' detriment għall-istabbiltà finanzjarja.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Diċembru 2020.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

KAPITOLU 2

Fatturi-K ta’ RtC

Artikolu 16

Rekwiżit tal-fattur-K ta’ RtC

Ir-rekwiżit tal-fattur-K ta’ RtC hu determinat bil-formula li ġejja:

K-AUM + K-CMH + K-ASA + K-COH

fejn:

il-fattur K-AUM ikun daqs l-AUM imkejla f’konformità mal-Artikolu 17, multiplikat bil-koeffiċjent korrispondenti fl-Artikolu 15(2);

il-fattur K-CMH ikun daqs is-CMH imkejla f’konformità mal-Artikolu 18, multiplikat bil-koeffiċjent korrispondenti fl-Artikolu 15(2);

il-fattur K-ASA jkun daqs l-ASA mkejla f’konformità mal-Artikolu 19, multiplikat bil-koeffiċjent korrispondenti fl-Artikolu 15(2);

il-fattur K-COH ikun daqs is-COH imkejla f’konformità mal-Artikolu 20 multiplikat bil-koeffiċjent korrispondenti fl-Artikolu 15(2).

Artikolu 17

Kejl tal-AUM għall-finijiet tal-kalkolu ta' K-AUM

1.   Għall-fini tal-kalkolu ta' K-AUM, l-AUM għandhom ikunu l-medja mobbli tal-valur tal-assi mensili totali mmaniġġjati, imkejla fl-aħħar jum ta' negozju ta' kull wieħed mill-15-il xahar preċedenti konvertiti fil-munita funzjonali tal-entitajiet f’dak iż-żmien, esklużi l-aktar tliet valuri mensili reċenti.

L-AUM għandu jkun il-medja aritmetika tat-12-il valur mensili li jifdal.

Il-K-AUM għandu jiġi kkalkolat fl-ewwel jum ta’ negozju ta’ kull xahar.

2.   Jekk id-ditta tal-investiment tkun iddelegat b’mod formali l-immaniġġjar tal-assi lil entità finanzjarja oħra, dawk l-assi għandhom jiġu inklużi fl-ammont totali tal-AUM imkejla f’konformità mal-paragrafu 1.

Fil-każ fejn entità finanzjarja oħra tkun iddelegat b’mod formali l-immaniġġjar tal-assi lid-ditta tal-investiment, dawn l-assi delegati għandhom jiġu esklużi mill-ammont totali ta’ assi mmaniġġjati mkejla f’konformità mal-paragrafu 1.

Fejn ditta tal-investiment tkun ilha timmaniġġja l-assi għal inqas minn 15-il xahar, jew fejn tkun għamlet dan għal perijodu itwal bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa u issa taqbeż il-livell limitu għal AUM, din għandha tuża data storika għall-AUM għall-perijodu speċifikat taħt il-paragrafu 1 hekk kif tali data ssir disponibbli biex tikkalkula K-AUM. L-awtorità kompetenti tista’ tissostitwixxi punti ta’ data storiċi neqsin b’determinazzjonijiet regolatorji bbażati fuq il-projezzjonijiet tan-negozju tad-ditta tal-investiment ippreżentati skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 18

Kejl tas-CMH għall-fini tal-kalkolu tal-K-CMH

1.   Għall-fini tal-kalkolu ta' K-CMH, is-CMH għandu jkun il-medja mobbli tal-valur tat-total ta’ flus tal-klijenti miżmuma ta’ kuljum, imkejjel fi tmiem kull jum ta’ negozju għad-disa' xhur preċedenti, eskluż l-aktar tliet xhur reċenti.

Is-CMH għandu jkun il-medja aritmetika tal-valuri ta’ kuljum mis-sitt xhur li jifdal.

Il-K-CMH għandu jiġi kkalkolat fl-ewwel jum ta’ negozju ta’ kull xahar.

2.   Fejn ditta tal-investiment tkun ilha żżomm flus tal-klijenti għal inqas minn disa' xhur, din għandha tuża data storika għas-CMH għall-perijodu speċifikat taħt il-paragrafu 1 hekk kif tali data ssir disponibbli għall-kalkolu tal-K-CMH.

L-awtorità kompetenti tista’ tissostitwixxi punti ta’ data storiċi neqsin b’determinazzjonijiet regolatorji bbażati fuq il-projezzjonijiet tan-negozju tad-ditta tal-investiment ippreżentati skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 19

Kejl tal-ASA għall-fini tal-kalkolu tal-K-ASA

1.   Għall-fini tal-kalkolu tal-K-ASA, l-ASA għandhom ikunu l-medja mobbli tal-valur tat-total tal-assi ta’ kuljum salvagwardjati u amministrati, imkejla fi tmiem kull jum ta' negozju għad-disa' xhur preċedenti, eskluż l-aktar tliet xhur reċenti.

L-ASA għandhom ikunu l-medja tal-valur ta’ kuljum mis-sitt xhur li jifdal.

Il-K-ASA għandu jiġi kkalkolat fl-ewwel jum ta’ negozju ta’ kull xahar.

2.   Fil-każ fejn ditta tal-investiment tkun iddelegat b’mod formali l-kompiti ta’ salvagwardja u amministrazzjoni tal-assi lil entità finanzjarja oħra, jew fil-każ fejn entità finanzjarja oħra tkun iddelegat b’mod formali kompiti tali lid-ditta tal-investiment, dawk l-assi għandhom jiġu inklużi fl-ammont totali ta’ ASA li huwa mkejjel skont il-paragrafu 1.

3.   Fejn ditta tal-investiment tkun ilha tissalvagwardja u tamministra assi għal inqas minn sitt xhur, din għandha tuża data storika għall-ASA għall-perijodu speċifikat fil-paragrafu 1 malli tali data ssir disponibbli għall-kalkolu tal-K-ASA. L-awtorità kompetenti tista’ tissostitwixxi punti ta’ data storiċi neqsin b’determinazzjonijiet regolatorji bbażati fuq il-projezzjonijiet tan-negozju tad-ditta tal-investiment ippreżentati skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 20

Kejl ta’ COH għall-finijiet tal-kalkolu ta' K-COH

1.   Għall-finijiet tal-kalkolu tal-K-COH, is-COH għandhom ikunu l-medja mobbli tal-valur tat-total tal-ordnijiet tal-klijenti mmaniġġjati kuljum, imkejla tul kull jum ta' negozju tul is-sitt xhur preċedenti, eskluż l-aktar tliet xhur reċenti.

Is-COH għandhom ikunu l-medja aritmetika tal-valuri ta’ kuljum mit-tliet xhur li jifdal.

Il-K-COH għandu jiġi kkalkolat fl-ewwel jum ta’ negozju ta’ kull xahar.

2.   Is-COH għandhom jitkejlu bħala s-somma tal-valur assolut ta’ xirjiet u l-valur assolut ta’ bejgħ kemm għal negozju fi flus kontanti kif ukoll għal derivati skont dawn li ġejjin:

(a)

għal negozji fi flus, il-valur hu l-ammont imħallas jew riċevut għal kull negozju;

(b)

għal derivati, il-valur tan-negozju hu l-ammont nozzjonali tal-kuntratt.

L-ammont nozzjonali ta’ derivati tar-rata tal-imgħax għandu jiġi aġġustat għaż-żmien (fi snin) sal-maturità ta’ dawk il-kuntratti. L-ammont nozzjonali għandu jiġi mmultiplikat bit-tul ta’ żmien stabbilit fil-formula li ġejja:

Durata = żmien sal-maturità (fi snin) / 10

Mingħajr preġudizzju għall-ħames paragrafu, COH għandhom jinkludu tranżazzjonijiet eżegwiti mid-ditti tal-investiment li jipprovdu servizzi ta’ mmaniġġar ta’ portafolli għan-nom ta’ fondi ta’ investiment.

COH għandhom jinkludu tranżazzjonijiet li jirriżultaw minn parir dwar l-investiment li fir-rigward tiegħu ditta tal-investiment ma tikkalkulax K-AUM.

COH għandhom jeskludu tranżazzjonijiet ittrattati mid-ditta tal-investiment li jirriżultaw mis-servisjar tal-portafoll ta’ investiment ta’ klijent fejn id-ditta tal-investiment diġà tikkalkula K-AUM fir-rigward tal-investimenti ta’ dak il-klijent jew fejn dik l-attività tkun relatata mad-delega tal-ġestjoni tal-assi għad-ditta tal-investiment li ma tikkontribwixxix għall-AUM ta’ dik id-ditta tal-investiment bis-saħħa tal-Artikolu 17(2).

COH għandhom jeskludu tranżazzjonijiet eżegwiti mid-ditta tal-investiment f’isimha stess għaliha stess jew għan-nom ta’ klijent.

Id-ditti tal-investiment jistgħu jeskludu mill-kejl ta' COH kwalunkwe ordni li ma tkunx ġiet eżegwita, fejn tali nuqqas ta' eżekuzzjoni jkun dovut għall-kanċellazzjoni fil-ħin tal-ordni mill-klijent.

3.   Fejn ditta tal-investiment tkun ilha timmaniġġja l-ordnijiet ta’ klijenti għal inqas minn sitt xhur, jew tkun għamlet dan għal perijodu itwal bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa, din għandha tuża data storika għal COH għall-perijodu speċfikat taħt il-paragrafu 1 hekk kif tali data ssir disponibbli biex tikkalkula K-COH. L-awtorità kompetenti tista’ tissostitwixxi punti ta’ data storiċi neqsin b’determinazzjonijiet regolatorji bbażati fuq il-projezzjonijiet tan-negozju tad-ditta tal-investiment ippreżentati skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE.

KAPITOLU 3

Fatturi-K ta’ RtM

Artikolu 21

Rekwiżit tal-fatturi-K ta’ RTM

1.   Ir-rekwiżit tal-fatturi-K ta’ RTM għall-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar ta’ ditta tal-investiment li tinnegozja akkont tagħha nfisha, kemm jekk għaliha stess jew għan-nom ta’ klijent, għandu jkun jew K-NPR ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 22 inkella K-CMG ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 23.

2.   Ditti tal-investiment għandhom jimmaniġġjaw il-portafoll tan-negozjar tagħhom f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu I tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.   Ir-rekwiżit tal-fatturi-K ta’ RtM japplika għall-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar kollha, li jinkludu b’mod partikolari pożizzjonijiet fi strumenti ta’ dejn (inkluż strumenti ta’ titoli), strumenti ta’ ekwità, impriżi ta’ investiment kollettiv (CIUs), kambju u deheb, u komoditajiet (inkluż kwoti tal-emissjonijiet).

4.   Għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżit tal-fatturi-K ta’ RtM, ditta tal-investiment għandha tinkludi pożizzjonijiet għajr pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar fejn dawk iwasslu għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet.

Artikolu 22

Kalkolu ta' K-NPR

Għall-fini ta’ kalkolu ta' K-NPR, ir-rekwiżit tal-fondi proprji għall-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar ta’ ditta tal-investiment li tinnegozja akkont tagħha nfisha, kemm jekk għaliha stess jew għan-nom ta’ klijent, għandu jiġi kkalkolat bl-użu ta’ wieħed mill-approċċi li ġejjin:

(a)

l-approċċ standardizzat stipulat fil-Kapitoli 2, 3 u 4 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

l-approċċ standardizzat alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

l-approċċ tal-mudell intern alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1b tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 23

Kalkolu ta' K-CMG

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 21, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti ditta tal-investiment tikkalkula K-CMG għall-pożizzjonijiet kollha li huma soġġetti għall-ikklirjar, jew fuq bażi ta’ portafoll fejn il-portafoll kollu huwa soġġett għal ikklirjar jew proviżjonament ta’ marġni, skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-ditta tal-investiment ma tkunx parti minn grupp li jkun fih istituzzjoni ta’ kreditu;

(b)

l-ikklirjar u s-saldu ta’ dawn it-tranżazzjonijiet isiru taħt ir-responsabbiltà ta’ membru tal-ikklirjar ta’ QCCP u dak il-membru tal-ikklirjar ikun istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, u t-tranżazzjonijiet jew ikunu kklerjati ċentralment fi QCCP inkella jiġu saldati mod ieħor fuq bażi ta’ pagament abbażi ta’ konsenja taħt ir-responsabbiltà ta’ dak il-membru tal-ikklirjar;

(c)

il-kalkolu tal-marġni totali rikjest mill- membru tal-ikklirjar ikun ibbażat fuq mudell ta’ marġni tal-membru tal-ikklirjar;.

(d)

id-ditta tal-investiment tkun uriet lill-awtorità kompetenti li l-għażla tal-kalkolu ta’ RtM ma’ K-CMG hija ġġustifikata b’ċerti kriterji, li jistgħu jinkludu n-natura tal-attivitajiet ewlenin tad-ditta tal-investiment li essenzjalment għandhom ikunu attivitajiet ta’ negozjar soġġetti għall-ikklirjar u proviżjonament ta’ marġni taħt ir-responsabbiltà ta’ membru tal-ikklirjar, u l-fatt li attivitajiet oħra mwettqa mid-ditta tal-investiment ikunu immaterjali meta mqabbla ma’ dawk l-attivitajiet ewlenin; u

(e)

l-awtorità kompetenti tkun ivvalutat li l-għażla tal-portafoll(i) soġġett(i) għal K-CMG ma saritx bil-ħsieb li jsir arbitraġġ regolatorju tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji b’mod sproporzjonat jew prudenzjalment skorrett.

Għall-fini tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti għandha twettaq valutazzjoni regolari biex tikkonferma li l-mudell ta’ marġni jwassal għal rekwiżiti tal-marġni li jirriflettu l-karatteristiċi tar-riskju tal-prodotti li d-ditti tal-investiment jinnegozjaw fihom u jqis l-intervall bejn il-ġbir tal-marġni, il-likwidità tas-suq u l-possibbiltà ta’ bidliet matul id-durata tat-tranżazzjoni.

Ir-rekwiżiti tal-marġni għandhom ikunu suffiċjenti biex ikopru t-telf li jista’ jirriżulta minn tal-inqas 99 % tal-movimenti tal-iskoperturi fuq perijodu ta’ żmien xieraq b’perijodu ta’ żamma ta’ mill-inqas jumejn ta’ negozju. Il-mudelli ta’ marġni użati minn dak il-membru tal-ikklirjar biex isejjaħ il-marġni msemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom dejjem ikunu mfassla biex jiksbu livell ta’ prudenza simili għal dak meħtieġ fid-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tal-marġni fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

2.   K-CMG għandu jkun it-tielet l-ogħla ammont ta' marġni totali meħtieġ fuq bażi ta’ kuljum mill-membru tal-ikklirjar mid-ditta tal-investiment matul it-tliet xhur ta’ qabel, immultiplikat b’fattur ta’ 1,3.

3.   L-ABE għandha tiżviluppa f’konsultazzjoni mal-ESMA, abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kalkolu tal-ammont tal-marġni totali meħtieġ u l-metodu ta’ kalkolu ta' K-CMG kif imsemmi fil-paragrafu 2, b’mod partikolari fejn il-K-CMG jiġi applikat fuq bażi ta’ portafoll, u l-kondizzjonijiet biex jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet fil- punt (e) tal-paragrafu 1.

L-ABE għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Diċembru 2020.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

KAPITOLU 4

Fatturi-K ta’ RtF

Artikolu 24

Rekwiżit tal-fatturi-K ta’ RtF

Ir-rekwiżit tal-fatturi-K ta’ RtF hu ddeterminat bil-formula li ġejja:

K-TCD +K-DTF + K-CON

fejn:

Il-fattur K-TCD huwa daqs l-ammont kalkolat f’konformità mal-Artikolu 26;

Il-fattur K-DTF huwa daqs id-DTF imkejjel f’konformità mal-Artikolu 33, multiplikat bil-koeffiċjent korrispondenti stabbilit fl-Artikolu 15(2) u

Il-fattur K-CON huwa daqs l-ammont kalkolat f’konformità mal-Artikolu 39.

K-TCD u K-CON għandhom ikunu bbażati fuq it-tranżazzjonijiet reġistrati fil-portafoll tan-negozjar ta’ ditta tal-investiment li tinnegozja akkont tagħha nfisha, kemm jekk għaliha stess jew għan-nom ta’ klijent.

K-DTF għandu jkun ibbażat fuq it-tranżazzjonijiet irreġistrati fil-portafoll tan-negozjar ta’ ditta tal-investiment li tinnegozja akkont tagħha nfisha, kemm jekk għaliha stess jew għan-nom ta’ klijent, u t-tranżazzjonijiet li ditta tal-investiment tidħol għalihom permezz tal-eżekuzzjoni tal-ordnijiet f'isem il-klijenti f’isimha stess.

Taqsima 1

Inadempjenza ta’ kontroparti ta’ negozjar

Artikolu 25

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din it-Taqsima tapplika għall-kuntratti u t-tranżazzjonijiet li ġejjin:

(a)

kuntratti tad-derivati elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-eċċezzjoni ta’ dawn li ġejjin:

(i)

kuntratti tad-derivati kklerjati direttament jew indirettament permezz ta’ kontroparti ċentrali (CCP) meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

il-pożizzjonijiet u l-assi tad-ditta tal-investiment relatati ma’ dawk il-kuntratti jkunu distinti u segregati, fil-livell kemm tal-membru tal-ikklirjar kif ukoll tas-CCP, mill-pożizzjonijiet u l-assi kemm tal-membru tal-ikklirjar kif ukoll tal-klijenti l-oħra ta’ dak il-membru tal-ikklirjar u bħala konsegwenza ta’ dik id-distinzjoni u s-segregazzjoni dawk il-pożizzjonijiet u l-assi jkunu protetti f’każ ta’ falliment skont il-liġi nazzjonali f’każ ta’ inadempjenza jew insolvenza tal-membru tal-ikklirjar jew ta’ wieħed jew aktar mill-klijenti l-oħra tiegħu;

il-liġijiet, ir-regolamenti, ir-regoli u l-arranġamenti kuntrattwali applikabbli jew vinkolanti fuq il-membru tal-ikklirjar jiffaċilitaw it-trasferiment tal-pożizzjonijiet tal-klijent relatati ma’ dawk il-kuntratti u tal-kollateral korrispondenti lil membru tal-ikklirjar ieħor fil-perijodu b’riskju ta’ marġni applikabbli fil-każ ta’ inadempjenza jew insolvenza tal-membru tal-ikklirjar oriġinali;

id-ditta tal-investiment tkun kisbet opinjoni legali indipendenti, miktuba u raġunata li tikkonkludi li, fil-każ ta’ kontestazzjoni legali, id-ditta tal-investiment ma tbati l-ebda telf minħabba l-insolvenza tal-membru tal-ikklirjar tagħha jew ta’ kwalunkwe klijent tal-membru tal-ikklirjar tagħha;

(ii)

kuntratti tad-derivati nnegozjati fil-borża;

(iii)

kuntratti tad-derivati miżmumin biex tiġi ħħeġġjata pożizzjoni tad-ditta tal-investiment li tirriżulta minn attività tal-portafoll mhux tan-negozjar;

(b)

tranżazzjonijiet b’saldu fit-tul;

(c)

tranżazzjonijiet ta’ riakkwist;

(d)

transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew komoditajiet;

(e)

transazzjonijiet ta’ self b’marġini;

(f)

kwalunkwe tip ieħor ta’ SFT;

(g)

il-krediti u s-self imsemmija fil-punt (2) tat-Taqsima B tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, jekk id-ditta tal-investiment qed twettaq il-kummerċ f’isem il-klijent jew qed tirċievi u tittrażmetti l-ordni mingħajr l-eżekuzzjoni tagħha.

Għall-finijiet tal-punt (a)(i) tal-ewwel subparagrafu, il-kuntratti tad-derivati kklerjati direttament jew indirettament permezz ta’ QCCP għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak il-punt.

2.   It-tranżazzjonijiet mat-tipi ta’ kontropartijiet li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu ta' K-TCD:

(a)

gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, fejn l-iskoperturi sottostanti jirċievu piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 114 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

banek multilaterali tal-iżvilupp elenkati fl-Artikolu 117(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

organizzazzjonijiet internazzjonali elenkati fl-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.   Soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti, ditta tal-investiment tista’ teskludi mill-ambitu tal-kalkolu ta' K-TCD it-tranżazzjonijiet ma’ kontroparti li tkun l-impriża prinċipali tagħha, is-sussidjarja tagħha, sussidjarja tal-impriża prinċipali tagħha jew impriża marbuta b’relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-approvazzjoni jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:

(a)

il-kontroparti hija istituzzjoni ta’ kreditu, ditta tal-investiment, jew istituzzjoni finanzjarja, soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali xierqa;

(b)

il-kontroparti hija inkluża fl-istess konsolidazzjoni prudenzjali tad-ditta tal-investiment fuq bażi sħiħa skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, jew il-kontroparti u d-ditta tal-investiment ikunu sorveljati għall-konformità mat-test tal-kapital ta’ grupp skont l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament;

(c)

il-kontroparti tkun soġġetta għall-istess proċeduri għall-evalwazzjoni tar-riskju, ta’ kalkolu u ta’ kontrolli bħad-ditta tal-investiment;

(d)

il-kontroparti tkun stabbilita fl-istess Stat Membru bħad-ditta tal-investiment;

(e)

ma jkun hemm l-ebda impediment legali, materjali jew prattiku kurrenti jew previst għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji jew għar-ripagament ta’ obbligazzjonijiet mill-kontroparti għad-ditti tal-investiment.

4.   B’deroga minn din it-Taqsima, ditta tal-investiment tista’, soġġetta għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, tikkalkula l-valur tal-iskopertura tal-kuntratti tad-derivati elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punti (b) sa (f) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu billi tapplika wieħed mill-metodi stabbiliti fit-[Taqsimiet 3, 4 jew 5, Kapitolu 6, Titolu II, Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013] u tikkalkula r-rekwiżiti tal-fondi proprji relatati billi timmultiplika l-valur tal-iskopertura bil-fattur tar-riskju definit għal kull tip ta’ kontroparti kif stabbilit fit-Tabella 2 fl-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament.

Id-ditti tal-investiment inklużi fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit tal-fondi proprji relatat billi jimmultiplikaw l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju, ikkalkulati skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bi 8 %.

5.   Meta japplikaw id-deroga fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, id-ditti tal-investiment għandhom japplikaw ukoll fattur ta’ aġġustament tal-valutazzjoni tal-kreditu (CVA) billi jimmultiplikaw ir-rekwiżit tal-fondi proprji, ikkalkulat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, mis-CVA kkalkulat skont l-Artikolu 32.

Aktar milli japplikaw il-multiplikatur tal-fattur CVA, id-ditti tal-investiment inklużi fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżiti tal-fondi proprji għar-riskju tal-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu f'konformità mat-Titolu VI tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 26

Kalkolu ta' K-TCD

Għall-fini tal-kalkolu ta’ K-TCD, ir-rekwiżit tal-fondi proprji għandu jiġi stabbilit permezz ta’ din il-formula:

Rekwiżit tal-fondi proprji = α • EV • RF • CVA

fejn:

α = 1.2

EV = il-valur tal-iskopertura kkalkulat skont l-Artikolu 27;

RF = il-fattur ta’ riskju definit għal kull tip ta’ kontroparti kif stabbilit fit-Tabella 2; u

CVA = l-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu kkalkulat skont l-Artikolu 32.

Tabella 2

Tip ta’ kontroparti

Fattur ta’ riskju

Gvernijiet ċentrali, banek ċentrali u s-settur pubbliku entitajiet

1.6 %

Istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment

1.6 %

Kontropartijiet oħra

8 %

Artikolu 27

Kalkolu tal-valur tal-iskopertura

Il-kalkolu tal-valur tal-iskopertura għandu jkun determinat skont il-formola li ġejja:

Valur tal-iskopertura = Massimu (0; RC + PFE - C)

fejn:

RC = il-kost tas-sostituzzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 28;

PFE = l-iskopertura futura potenzjali kif stabbilit fl-Artikolu 29; u

RC = il-kollateral kif stabbilit fl-Artikolu 30.

Il-kost tas-sostituzzjoni (RC) u tal-kollateral (C) għandhom japplikaw għat-tranżazzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 25.

L-iskopertura futura potenzjali (PFE) japplika biss għal kuntratti tad-derivati.

Ditta tal-investiment tista’ tikkalkula valur tal-iskopertura wieħed fil-livell tan-netting għat-tranżazzjonijiet kollha koperti bi ftehim kuntrattwali ta’ netting, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 31. Meta xi waħda minn dawn il-kondizzjonijiet ma tiġix issodisfata, id-ditta tal-investiment għandha tittratta kull transazzjoni bħallikieku kienet sett tan-netting tagħha stess.

Artikolu 28

Kost tas-sostituzzjoni (RC)

Il-kost tas-sostituzzjoni msemmi fl-Artikolu 27 għandu jiġi determinat kif ġej:

(a)

għal kuntratti tad-derivati, RC jiġi determinat bħala s-CMV;

(b)

għal tranżazzjonijiet b’saldu fit-tul, RC jiġi determinat bħala l-ammont tas-saldu ta’ flus kontanti li jitħallsu jew li tirċievi d-ditta tal-investiment mas-saldu; riċevibbli jiġi ttrattat bħala ammont pożittiv u somma pagabbli tiġi ttrattata bħala ammont negattiv;

(c)

għal tranżazzjonijiet ta’ riakkwist u tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew komoditajiet, RC jiġi determinat bħala l-ammont ta’ flus mislufa jew riċevuti; il-flus kontanti mislufa mid-ditta tal-investiment jiġu ttrattati bħala ammont pożittiv u l-flus kontanti missellfa mid-ditta tal-investiment jiġu ttrattati bħala ammont negattiv;

(d)

għal tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli, fejn iż-żewġ partijiet tat-tranżazzjoni huma titoli, RC jiġi determinat bis-CMV tal-garanzija mogħtija b’self mid-ditta tal-investiment; is-CMV għandu jiżdied billi jintuża l-aġġustament korrispondenti għall-volatilità fit-Tabella 4 tal-Artikolu 30;

(e)

għal tranżazzjonijiet ta’ self b'marġini u l-krediti u s-self imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 25(1), RC jiġi determinat skont il-valur kontabilistiku tal-assi skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli.

Artikolu 29

Skopertura futura potenzjali

1.   L-iskopertura futura potenzjali (PFE) imsemmija fl-Artikolu 27 għandha tiġi kkalkolata għal kull derivat bħala l-prodott ta’:

(a)

l-ammont nozzjonali effettiv (EN) tat-tranżazzjoni stabbilit f’konformità mal-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu; u

(b)

il-fattur superviżorju (SF) stabbilit f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-ammont nozzjonali effettiv (EN) għandu jkun ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont nozzjonali kkalkolat f’konformità mal-paragrafu 3, id-durata tiegħu kkalkolata f’konformità mal-paragrafu 4, u d-delta superviżorja tiegħu kkalkolata f’konformità mal-paragrafu 6.

3.   L-ammont nozzjonali, sakemm ma jkunx stipulat biċ-ċar u fiss sal-maturità, għandu jiġi determinat kif ġej:

(a)

għall-kuntratti tad-derivati tal-kambju, l-ammont nozzjonali hu ddefinit bħala l-ammont nozzjonali tal-komponent tal-munita barranija tal-kuntratt, ikkonvertit għall-munita domestika, jekk iż-żewġ komponenti ta’ derivat tal-kambju jkunu denominati f’muniti li mhumiex il-munita domestika, l-ammont nozzjonali ta’ kull komponent jiġi kkonvertit għall-munita domestika u l-komponent bl-akbar valur tal-munita domestika jkun l-ammont nozzjonali;

(b)

għal kuntratti ta’ ekwità u ta’ derivati ta' komoditajiet u għal kwoti tal-emissjonijiet u derivati tagħhom, l-ammont nozzjonali hu ddefinit bħala r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-prezz tas-suq ta’ unità waħda tal-istrument u n-numru ta’ unitajiet referenzjati min-negozju;

(c)

għal tranżazzjonijiet b’diversi ħlasijiet li huma kontinġenti għall-istat inklużi opzjonijiet diġitali jew forwards ta’ tifdija fil-mira, ditta tal-investiment għandha tikkalkola l-ammont nozzjonali għal kull stat u tuża l-akbar kalkolu li jirriżulta;

(d)

jekk in-nozzjonal ikun formula ta’ valuri tas-suq, id-ditta tal-investiment għandha ddaħħal is-CMV biex tiddetermina l-ammont nozzjonali tan-negozju;

(e)

għal swaps nozzjonali varjabbli bħal swaps ta’ amortizzazzjoni u ta’ akkrezzjoni, id-ditti tal-investiment għandhom jużaw in-nozzjonal medju tul il-ħajja li jifdal tas-swap bħala l-ammont nozzjonali tan-negozju;

(f)

swaps ingranati għandhom jiġu kkonvertiti fl-ammont nozzjonali tas-swap mhux ingranata ekwivalenti biex meta r-rati kollha fi swap jiġu multiplikati b’fattur, l-ammont nozzjonali ddikjarat jiġi multiplikat bil-fattur fuq ir-rati tal-imgħax biex jiġi determinat l-ammont nozzjonali;

(g)

għal kuntratt tad-derivati bi skambji multipli ta’ prinċipal, l-ammont nozzjonali għandu jiġi multiplikat bin-numru ta’ skambji ta’ prinċipal fil-kuntratt tad-derivati biex jiġi determinat l-ammont nozzjonali.

4.   L-ammont nozzjonali tal-kuntratti tad-derivati tar-rata tal-imgħax u ta’ kreditu għaż-żmien sal-maturità (fi snin) ta’ dawk il-kuntratti għandu jiġi aġġustat skont id-durata stabbilita fil-formula li ġejja:

Durata = (1 – ska (-0,05 • żmien sal-maturità)) / 0,05

Għal kuntratti tad-derivati għajr il-kuntratti tar-rata tal-imgħax u l-kuntratti tad-derivati ta’ kreditu, id-durata għandha tkun ta’ 1.

5.   Il-maturità ta’ kuntratt għandha tkun l-aħħar data li fiha jkun għadu jista’ jiġi eżegwit il-kuntratt.

Jekk id-derivat jagħmel referenza għall-valur ta’ rata tal-imgħax oħra jew għal strument tal-kreditu ieħor, il-perijodu ta’ żmien għandu jiġi determinat fuq il-bażi tal-istrument sottostanti.

Għal opzjonijiet, il-maturità għandha tkun l-aħħar data tal-eżerċizzju kuntrattwali kif speċifikata mill-kuntratt.

Għal kuntratt tad-derivati li hu strutturat b’tali mod li f’dati speċifiċi kwalunkwe skopertura pendenti tiġi saldata u t-termini jiġu risettjati sabiex il-valur ġust tal-kuntratt ikun żero, il-maturità li jifdal għandha tkun daqs iż-żmien sad-data ta’ risettjar li jmiss.

6.   Id-delta superviżorja tal-opzjonijiet u tas-swapzjonijiet tista’ tiġi kkalkolata mid-ditta tal-investiment stess, bl-użu ta’ mudell xieraq soġġett għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. Il-mudell għandu jagħti stima tar-rata ta’ tibdil tal-valur tal-opzjoni fir-rigward ta’ tibdiliet żgħar fil-valur tas-suq tas-sottostanti. Għal tranżazzjonijiet għajr opzjonijiet u swapzjonijiet jew meta l-ebda mudell ma jkun ġie approvat mill-awtoritajiet kompetenti, id-delta għandha tkun 1.

7.   Il-fattur superviżorju (SF) għal kull klassi tal-assi għandu jiġi stabbilit f'konformità mat-tabella li ġejja:

Tabella 3

Klassi tal-assi

Fattur ta’ superviżjoni

Rata tal-imgħax

0.5 %

Munita barranija

4 %

Kreditu

1 %

Isem uniku tal-ekwità

32 %

Indiċi ta’ ekwità

20 %

Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet

18 %

Oħrajn

32 %

8.   L-iskopertura futura potenzjali ta’ sett tan-netting hija s-somma tal-iskopertura futura potenzjali tat-tranżazzjonijiet kollha inklużi fis-sett tan-netting, immultiplikata bi:

(a)

0,42, għal settijiet tan-netting ta’ tranżazzjonijiet ma’ kontropartijiet finanzjarji u mhux finanzjarji li għalihom kollateral jiġi skambjat bilateralment mal-kontroparti, jekk meħtieġ, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(b)

1, għal settijiet tan-netting oħra.

Artikolu 30

Kollateral

1.   Il-kollateral kollu għaż-żewġ tranżazzjonijiet bilaterali kif ukoll ikklerjati msemmija fl-Artikolu 25, għandu jkun soġġetti għal aġġustamenti tal-volatilità f’konformità mat-tabella li ġejja:

Tabella 4

Klassi tal-assi

Tranżazzjonijiet ta’ riakkwist tal-aġġustament tal-volatilità

Tranżazzjonijiet ta’ riakkwist tal-aġġustament tal-volatilità

Titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet ċentrali jew minn banek ċentrali

≤ sena (1)

0,707%

1%

> sena (1) ≤ 5 snin

2,121%

3%

> 5 snin

4,243%

6%

Titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet oħra

≤ sena (1)

1,414%

2%

> sena (1) ≤ 5 snin

4,243%

6%

> 5 snin

8,485%

12%

Pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni

≤ sena (1)

2,828%

4%

> sena (1) ≤ 5 snin

8,485 %

12 %

> 5 snin

16,970%

24%

Ekwitajiet u konvertibbli elenkati

14,143%

20%

Titoli u komoditajiet oħrajn

17,678%

25%

Deheb

10,607%

15%

Flus

0%

0%

Għall-finijiet tat-Tabella 4, il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni m’għandhomx jinkludu pożizzjonijiet ta’ rititolizzazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jibdlu l-aġġustament għall-volatilità għal ċerti tipi ta’ komoditajiet li għalihom hemm livelli differenti ta’ volatilità fil-prezzijiet. Huma għandhom jinnotifikaw lill-ABE b’tali deċiżjonijiet flimkien mar-raġunijiet għall-bidliet.

2.   Il-valur tal-kollateral għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

(a)

għall-finijiet tal-punti (a), (e) u (g) tal-Artikolu 25(1), bl-ammont ta’ kollateral riċevut mid-ditta tal-investiment mill-kontroparti tagħha mnaqqas f'konformità mat-Tabella 4;

(b)

għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punti (b), (c), (d) u (f) tal-Artikolu 25(1), mis-somma tas-CMV tal-parti tas-sigurtà u l-ammont nett ta’ kollateral depożitat jew riċevut mid-ditta tal-investiment.

Għal tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli, fejn iż-żewġ partijiet tat-tranżazzjoni huma titoli, il-kollateral jiġi determinat bis-CMV tal-garanzija mislufa mid-ditta tal-investiment.

Meta d-ditta tal-investiment tkun qed tixtri jew tkun silfet it-titolu, is-CMV tal-garanzija għandu jiġi ttrattat bħala ammont negattiv u għandu jitnaqqas għal ammont negattiv akbar, bl-użu tal-aġġustament tal-volatilità fit-Tabella 4. Meta d-ditta tal-investiment tkun qed tbigħ jew tkun isselfet it-titolu, is-CMV tal-garanzija għandu jiġi ttrattat bħala ammont pożittiv u jitnaqqas billi jintuża l-aġġustament tal-volatilità fit-Tabella 4.

Fejn tipi differenti ta’ tranżazzjonijiet huma koperti minn ftehim ta’ netting kuntrattwali, soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 31, l-aġġustamenti tal-volatilità applikabbli għal ''tranżazzjonijiet oħrajn'' tat-Tabella 4 għandhom jiġu applikati għall-ammonti rispettivi kkalkulati skont il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu fuq bażi ta’ emittent fi ħdan kull klassi ta’ assi.

3.   Meta ikun hemm spariġġ tal-muniti bejn it-tranżazzjoni u l-kollateral riċevut jew imdaħħal, għandu jkun japplika aġġustament tal-volatilità impost addizzjonali għall-ispariġġ tal-muniti ta' 8 %.

Artikolu 31

Netting

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, ditta tal-investiment tista’, l-ewwel, tittratta kuntratti bi tlaqqigħ perfett inklużi fi ftehim ta’ netting daqslikieku kienu kuntratt wieħed bi prinċipal nozzjonali ekwivalenti għar-riċevuti netti, it-tieni, tagħmel netting ta’ tranżazzjonijiet oħra soġġetti għan-novazzjoni li skont dawn l-obbligi kollha bejn id-ditta tal-investiment u l-kontroparti tagħha huma amalgamati b’mod awtomatiku b’tali mod li n-novazzjoni legalment tissostitwixxi ammont nett wieħed uniku għall-obbligi gross preċedenti, u t-tielet, tinnettja tranżazzjonijiet oħra fejn id-ditta tal-investiment tiżgura li ġew issodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kuntratt ta’ kalkolu tal-valur nett mal-kontroparti jew ftehim ieħor li joħloq obbligu legali wieħed ikopri t-tranżazzjonijiet inklużi kollha, b'tali mod li d-ditta tal-investiment ikollha pretensjoni li tirċievi jew obbligu li tħallas biss is-somma netta tal-valuri pożittivi u negattivi tal-valwazzjoni skont is-suq ta’ tranżazzjonijiet individwali inklużi f’każ li kontroparti tonqos milli teżegwixxi minħabba waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(i)

inadempjenza;

(ii)

falliment;

(iii)

likwidazzjoni; jew

(iv)

ċirkustanzi simili;

(b)

il-kuntratt ta’ kalkolu tal-valur nett ma jkun fih l-ebda klawżola li, f’każ ta’ inadempjenza ta’ kontroparti, tippermetti lil kontroparti mhux inadempjenti tagħmel pagamenti limitati biss, jew l-ebda pagament, lill-proprjetà tal-parti inadempjenti, anki jekk il-parti inadempjenti tkun kreditur nett;

(c)

id-ditta tal-investiment tkun kisbet opinjoni ġuridika indipendenti, miktuba u mmotivata li, f’każ ta’ kontestazzjoni legali tal-ftehim ta’ netting, il-pretensjonijiet u l-obbligi tad-ditta tal-investiment ikunu ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-punt (a) skont ir-reġim legali li ġej:

(i)

il-liġi tal-ġurisdizzjoni li fiha tkun inkorporata l-kontroparti;

(ii)

jekk tkun involuta fergħa barranija ta’ kontroparti, il-liġi tal-ġurisdizzjoni li fiha tinsab il-fergħa;

(iii)

il-liġi li tirregola t-tranżazzjonijiet individwali inklużi fil-ftehim ta’ netting; jew

(iv)

il-liġi li tirregola kwalunkwe kuntratt jew ftehim neċessarju biex iseħħ in-netting.

Artikolu 32

Aġġustament tal-valwazzjoni tal-Kreditu

Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, ''CVA'' tfisser aġġustament għall-valwazzjoni tas-suq medju tal-portafoll tat-transazzjonijiet ma' kontroparti li jirrifletti s-CMV tar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti għad-ditta tal-investiment, iżda ma jirriflettix is-CMV tar-riskju tal-kreditu tad-ditta tal-investiment għall-kontroparti.

CVA għandu jkun 1,5 għat-tranżazzjonijiet kollha minbarra dawn it-transazzjonijiet li ġejjin, li għalihom is-CVA għandu jkun 1:

(a)

transazzjonijiet ma' kontropartijiet mhux finanzjarji kif definiti fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jew ma' kontropartijiet mhux finanzjarji stabbiliti f'pajjiż terz, fejn dawk it-transazzjonijiet ma jeċċedux il-livell limitu tal-ikklirjar kif speċifikat fl-Artikolu 10(3) u (4) ta' dak ir-Regolament;

(b)

tranżazzjonijiet intragrupp kif previst fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(c)

tranżazzjonijiet b’saldu fit-tul;

(d)

SFTs, inkluż tranżazzjonijiet ta’ self b’marġini, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeterminax li l-iskoperturi tar-riskju tas-CVA tad-ditta tal-investiment li jirriżultaw minn dawk it-tranżazzjonijiet huma materjali; u

(e)

krediti u self msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 25(1).

Taqsima 2

Fluss tan-negozjar ta’ kuljum

Artikolu 33

Kejl ta’ DTF għall-fini ta’ kalkolu ta’ K-DTF

1.   Għall-finijiet ta’ kalkolu ta’ K-DTF, DTF għandu jkun il-medja riportata tal-valur tal-fluss tan-negozjar totali ta’ kuljum, imkejjel matul kull jum ta' negozju tul id-disa' xhur preċedenti, esklużi l-aktar tliet xhur reċenti.

DTF għandu jkun il-medja aritmetika tal-valuri ta’ kuljum mis-sitt xhur li jifdal.

Il-K-DTF għandu jiġi kkalkolat fl-ewwel jum ta’ negozju ta’ kull xahar.

2.   DTF għandu jitkejjel bħala s-somma tal-valur assolut ta’ xirjiet u l-valur assolut ta’ bejgħ kemm għal negozji fi flus kif ukoll għal derivati f’konformità ma’ dawn li ġejjin:

(a)

għal negozji fi flus, il-valur hu l-ammont imħallas jew riċevut għal kull negozju.

(b)

għal derivati, il-valur tan-negozju hu l-ammont nozzjonali tal-kuntratt.

L-ammont nozzjonali ta’ derivati tar-rata tal-imgħax għandu jiġi aġġustat għaż-żmien (fi snin) sal-maturità ta’ dawn il-kuntratti. L-ammont nozzjonali għandu jiġi mmultiplikat bit-tul ta’ żmien stabbilit fil-formula li ġejja:

Durata = żmien sal-maturità (fi snin) / 10

3.   DTF għandu jeskludi tranżazzjonijiet eżegwiti minn ditta tal-investiment bil-għan li tipprovdi servizzi ta’ mmaniġġar ta’ portafolli għan-nom ta’ fondi ta’ investiment.

DTF għandu jinkludi tranżazzjonijiet eżegwiti minn ditta tal-investiment f’isimha stess għaliha stess jew għan-nom ta’ klijent.

4.   Fejn ditta tal-investiment kellha fluss ta’ negozjar ta’ kuljum għal inqas minn disa' xhur, din għandha tuża data storika għad-DTF għall-perijodu speċifikat taħt il-paragrafu 1 malli tali data ssir disponibbli biex tikkalkula K-DTF. L-awtorità kompetenti tista’ tissostitwixxi punti ta’ data storiċi neqsin b’determinazzjonijiet regolatorji bbażati fuq il-projezzjonijiet tan-negozju tad-ditta tal-investiment ippreżentati skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE.

KAPITOLU 5

Għanijiet ambjentali u soċjali

Artikolu 34

Trattament prudenzjali ta' assi esposti għal attivitajiet assoċjati ma' għanijiet ambjentali jew soċjali

1.   L-ABE, wara li tikkonsulta mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, għandha tivvaluta, fuq il-bażi tad-data disponibbli u l-konklużjonijiet tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli tal-Kummissjoni dwar il-Finanzi Sostenibbli, jekk trattament prudenzjali dedikat għal assi esposti għal attivitajiet assoċjati sostanzjalment ma' objettivi ambjentali jew soċjali, fil-forma ta' fatturi aġġustati K jew koeffiċjenti aġġustati tal-fattur K, ikunx ġustifikat minn perspettiva prudenzjali. B'mod partikolari, l-ABE għandha tivvaluta l-elementi li ġejjin:

(a)

għażliet metodoloġiċi għall-valutazzjoni tal-iskoperturi ta' klassijiet ta' assi għal attivitajiet assoċjati sostanzjalment ma' għanijiet ambjentali jew soċjali;

(b)

profili ta' riskju speċifiku ta' assi esposti għal attivitajiet sostanzjalment assoċjati ma' għanijiet ambjentali jew soċjali;

(c)

riskji relatati mad-deprezzament tal-assi minħabba bidliet regolatorji bħall-mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima;

(d)

l-effetti potenzjali ta' trattament prudenzjali dedikat ta' assi esposti għal attivitajiet sostanzjalment assoċjati ma' objettivi ambjentali jew soċjali dwar l-istabbiltà finanzjarja.

2.   L-ABE għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Diċembru 2021.

3.   Fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

PARTI ERBGĦA

RISKJU TAL-KONĊENTRAZZJONI

Artikolu 35

Obbligu ta’ monitoraġġ

1.   Ditti tal-investiment għandhom jimmonitorjaw u jikkontrollaw ir-riskju tal-konċentrazzjoni tagħhom f’konformità ma’ din il-Parti permezz ta’ proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi solidi u mekkaniżmi robusti ta’ kontroll intern.

2.   Għall-finijiet ta’ din il-Parti, it-termini 'istituzzjoni ta’ kreditu' u 'ditta tal-investiment' jinkludu impriżi privati jew pubbliċi, inklużi l-fergħat ta' tali impriżi, dment li dawk l-impriżi, li kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, kienu jkunu istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment kif definit f’dan ir-Regolament, u dment li dawk l-impriżi ikunu ġew awtorizzati f’pajjiż terz li japplika rekwiżiti superviżorji u regolatorji prudenzjali mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.

Artikolu 36

Kalkolu tal-valur tal-iskopertura

1.   Ditti tal-investiment li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar jew mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura fir-rigward ta' klijent jew grupp ta’ klijenti konnessi għall-finijiet ta’ din il-Parti billi żżid flimkien l-entrati li ġejjin:

(a)

l-eċċess pożittiv tal-pożizzjonijiet twal ta’ ditta tal-investiment fuq il-pożizzjonijiet qosra tagħha fl-istrumenti finanzjarji kollha tal-portafoll tan-negozjar maħruġa mill-klijent inkwistjoni, il-pożizzjoni netta għal kull strument ikkalkulat f'konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 22.

(b)

il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti u t-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(1) mal-klijent inkwistjoni, ikkalkulat bil-mod stipulat fl-Artikolu 27.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, ditta tal-investiment li, għall-finijiet tar-rekwiżit tal-fatturi-K ta’ RtM, tikkalkula r-rekwiżiti tal-fondi proprji għall-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar skont l-approċċ speċifikat fl-Artikolu 23, għandha tikkalkula l-pożizzjoni netta għall-finijiet tar-riskju ta’ konċentrazzjoni ta’ dawk il-pożizzjonijiet f’konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 22.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, ditta tal-investiment li, għall-finijiet ta’ K-TCD, tikkalkula r-rekwiżiti tal-fondi proprji billi tapplika l-metodi msemmija fl-Artikolu 25(4) ta’ dan ir-Regolament għandha tikkalkula l-valur tal-iskopertura tal-kuntratti u t-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(1) ta’ dan ir-Regolament billi tapplika l-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3, 4 jew 5 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.   Il-valur tal-iskopertura fir-rigward ta' grupp ta’ klijenti konnessi għandu jiġi kkalkulat billi jingħaddu flimkien l-iskoperturi għall-klijenti individwali fi ħdan il-grupp, li għandhom jiġu ttrattati bħala skopertura waħda.

3.   Meta tikkalkola l-valur tal-iskopertura fir-rigward ta' klijent jew għal grupp ta’ klijenti konnessi, ditta tal-investiment għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tidentifika l-assi sottostanti fi tranżazzjonijiet rilevanti u l-kontroparti tal-iskoperturi sottostanti.

Artikolu 37

Limiti fir-rigward tar-riskju ta’ konċentrazzjoni u l-eċċess tal-valur tal-iskopertura

1.   Il-limitu ta’ ditta tal-investiment fir-rigward tar-riskju tal-konċentrazzjoni ta’ valur tal-iskopertura fir-rigward ta' klijent individwali jew grupp ta’ klijenti konnessi għandu jkun 25 % tal-fondi proprji tagħha.

Meta dan il-klijent individwali jkun istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment, jew meta grupp ta' klijenti konnessi jkun jinkludi istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment waħda, il-limitu fir-rigward tar-riskju ta’ konċentrazzjoni għandu jkun l-ogħla minn 25 % tal-fondi proprji jew EUR 150 miljun, sakemm għas-somma tal-valuri ta’ skopertura fir-rigward tal-klijenti konnessi kollha li mhumiex istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment, il-limitu fir-rigward tar-riskju ta’ konċentrazzjoni jibqa’ ta’ 25 % tal-fondi proprji tad-ditti tal-investiment.

Meta l-ammont ta’ EUR 150 miljun ikun akbar mill-25 % tal-fondi proprji tad-ditta tal-investiment, il-limitu fir-rigward tar-riskju ta’ konċentrazzjoni m’għandux jaqbeż il-100 % tal-fondi proprji tad-ditta tal-investiment.

2.   Meta jinqabżu l-limiti msemmija fil-paragrafu 1, ditta tal-investiment għandha tissodisfa l-obbligu ta’ notifika kif stipulat fl-Artikolu 38 u tissodisfa rekwiżit ta’ fondi proprji fuq l-eċċess tal-valur tal-iskopertura f'konformità mal-Artikolu 39.

Ditti tal-investiment għandhom jikkalkulaw eċċess tal-valur tal-iskopertura fir-rigward ta' klijent individwali jew grupp ta’ klijenti konnessi skont il-formula li ġejja:

eċċess tal-valur tal-iskopertura = EV – L

fejn:

EV = il-valur tal-iskopertura kkalkulat skont il-mod stipulat fl-Artikolu 36; u

L = limitu fir-rigward tar-riskju ta’ konċentrazzjoni kif determinat fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Il-valur tal-iskopertura fir-rigward ta' klijent individwali jew grupp ta’ klijenti konnessi ma għandux jaqbeż:

(a)

500 % tal-fondi proprji tad-ditta tal-investiment, fejn ikunu għaddew 10 ijiem jew inqas minn meta jkun seħħ l-eċċess;

(b)

b’mod aggregat, 600 % tal-fondi proprji tad-ditta tal-investiment, għal kwalunkwe eċċessi li jkun ippersistew għal aktar minn 10 ijiem.

Artikolu 38

Obbligu ta' notifika

1.   Meta jinqabżu l-limiti msemmija fl-Artikolu 37, ditta tal-investiment għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti l-ammont tal-eċċess, l-isem tal-klijent individwali kkonċernat u, fejn applikabbli, l-isem tal-grupp ta' klijenti konnessi kkonċernati, mingħajr dewmien.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu lid-ditta tal-investiment perijodu limitat biex tikkonforma mal-limitu msemmi fl-Artikolu 37.

Artikolu 39

Kalkolu ta’ K-CON

1.   Ir-rekwiżit tal-fondi proprji ta’ K-CON għandu jkun l-ammont aggregat tar-rekwiżit tal-fondi proprji kkalkulat għal kull klijent jew grupp ta’ klijenti konnessi bħala r-rekwiżit tal-fondi proprji tal-linja xierqa fil-Kolonna 1 fit-Tabella 6 li tammonta għal parti mill-eċċess individwali totali, immultiplikat bi:

(a)

200 %, fejn l-eċċess ma jkunx ippersista għal aktar minn 10 ijiem;

(b)

il-fattur korrispondenti fil-Kolonna 2 tat-Tabella 6, wara l-perijodu ta’ 10 ijiem ikkalkolati mid-data li fiha jkun seħħ l-eċċess, billi kull proporzjon tal-eċċess jiġi allokat fil-linja xierqa fil-Kolonna 1 tat-Tabella 6.

2.   Ir-rekwiżit tal-fondi proprji tal-eċċess imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Image 4

fejn:

OFRE = rekwiżit kapitali għall-eċċess;

OFR = rekwiżit tal-fondi proprji ta’ skoperturi għal klijent individwali jew gruppi ta’ klijenti konnessi, ikkalkulat billi jingħaddu flimkien ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tal-iskoperturi għall-klijenti individwali fi ħdan il-grupp, li għandu jiġi ttrattat bħala skopertura waħda;

EV = il-valur tal-iskopertura kkalkulat skont il-mod stipulat fl-Artikolu 36;

EVE = l-eċċess tal-valur tal-iskopertura kkalkulat skont il-mod stipulat fl-Artikolu 37(2).

Għall-fini tal-kalkolu tal-K-CON, ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tal-iskoperturi li jirriżultaw mill-eċċess pożittiv tal-pożizzjonijiet twal ta’ ditta tal-investiment fuq il-pożizzjonijiet qosra tagħha fl-istrumenti finanzjarji kollha tal-portafoll tan-negozjar maħruġa mill-klijent inkwistjoni, il-pożizzjoni netta ta’ kull strument ikkalkulata skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-puni (a), (b) u (c) tal-Artikolu 22 għandhom jinkludu biss rekwiżiti għar-riskju.

Ditta tal-investiment li, għall-finijiet tar-rekwiżit tal-fatturi-K ta’ RtM tikkalkula r-rekwiżiti tal-fondi proprji għall-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar skont l-approċċ speċifikat fl-Artikolu 23 għandha tikkalkula r-rekwiżit tal-fondi proprji tal-iskopertura għall-iskopijiet tar-riskju ta’ konċentrazzjoni ta’ dawk il-pożizzjonijiet f’konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 22.

Tabella 6

Kolonna 1:

Eċċess tal-valur tal-iskopertura bħala persentaġġ ta' fondi proprji

Kolonna 2:

Fatturi

Sa 40 %

200 %

Minn 40 % sa 60 %

300 %

Minn 60 % sa 80 %

400 %

Minn 80 % sa 100 %

500 %

Minn 100 % sa 250 %

600 %

Aktar minn 250 %

900 %

Artikolu 40

Proċeduri li jipprevjenu lid-ditti tal-investiment milli jevitaw ir-rekwiżit tal-fondi proprji ta’ K-CON

1.   Id-ditti tal-investiment ma għandhomx jittrasferixxu b’mod temporanju skoperturi li jaqbżu l-limitu stabbilit fl-Artikolu 37(1) lil kumpannija oħra, kemm jekk tkun fl-istess grupp kif ukoll jekk le, jew iwettqu tranżazzjonijiet artifiċjali biex jagħlqu dawk l-iskoperturi matul il-perijodu ta’ għaxart (10) ijiem imsemmi fl-Artikolu 39 u joħolqu skoperturi ġodda.

2.   Id-ditti tal-investiment għandhom iżommu sistemi li jiżguraw li kwalunkwe trasferiment kif imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi rrapportat minnufih lill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 41

Esklużjonijiet

1.   L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu esklużi mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 37:

(a)

skoperturi li huma kompletament imnaqqsa mill-fondi proprji ta’ ditta tal-investiment;

(b)

skoperturi mġarrba matul il-perkors ordinarju tas-saldu tas-servizzi ta’ pagament, tranżazzjonijiet ta’ munita barranija, tranżazzjonijiet ta’ titoli u l-forniment ta’ trażmissjoni ta’ flus;

(c)

skoperturi li jikkostitwixxu pretensjonijiet kontra:

(i)

gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, entitajiet tas-settur pubbliku, organizzazzjonijiet internazzjonali jew banek multilaterali tal-iżvilupp u skoperturi garantiti minn tali persuni jew attribwibbli għalihom, meta dawk l-iskoperturi jirċievu piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikoli 114 sa 118 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

il-gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali ta' pajjiżi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea;

(iii)

kontropartijiet ċentrali u kontribuzzjonijiet għal fondi tal-inadempjenza għal kontropartijiet ċentrali.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw b'mod sħiħ jew parzjali l-iskoperturi li ġejjin mill-applikazzjoni tal-Artikolu 37:

(a)

bonds koperti;

(b)

skoperturi mġarrba minn ditta tal-investiment għall-impriża prinċipali tagħha, għal sussidjarji oħra ta’ dik l-impriża prinċipali jew għas-sussidjarji tagħha stess, sakemm dawk l-impriżi jkunu sorveljati fuq bażi konsolidata, f'konformità mal-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament jew mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikunu sorveljati għall-konformità mat-test tal-kapital tal-grupp, skont l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament, jew ikunu sorveljati skont standards ekwivalenti fis-seħħ f’pajjiż terz, u dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ma hemm l-ebda impediment prattiku jew ġuridiku materjali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront ta’ kapital jew ħlas lura ta’ obbligazzjonijiet mill-impriża prinċipali; u

(ii)

il-proċeduri ta’ evalwazzjoni, ta’ kejl u ta’ kontroll tar-riskju tal-impriża prinċipali jinkludu lill-entità tas-settur finanzjarju.

Artikolu 42

Eżenzjoni għal negozjanti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet

1.   Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Parti m'għandhomx japplikaw għal negozjanti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-kontroparti tkun kontroparti mhux finanzjarja;

(b)

iż-żewġ kontropartijiet ikunu soġġetti għal proċeduri ċentralizzati xierqa ta’ evalwazzjoni, ta’ kejl u ta’ kontroll tar-riskju;

(c)

it-tranżazzjoni tkun tista’ tiġi vvalutata bħala waħda li tnaqqas riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew mal-attività ta’ finanzjament tat-teżor tal-kontroparti mhux finanzjarja jew ta’ dak il-grupp.

2.   Ditti tal-investiment għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti qabel ma jużaw l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

IL-ĦAMES PARTI

LIKWIDITÀ

Artikolu 43

Rekwiżit tal-likwidità

1.   Ditti tal-investiment għandhom iżżommu ammont ta’ assi likwidi ekwivalenti għal mill-inqas terz tar-rekwiżiti tal-ispejjeż ġenerali fissi kkalkolati f’konformità mal-Artikolu 13(1).

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw lill-ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar jew mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) mill-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u għandhom jinfurmaw kif xieraq lill-ABE dwar dan.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, assi likwidi għandhom ikunu kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin, mingħajr limitazzjoni għall-kompożizzjoni tagħhom:

(a)

l-assi msemmija fl-Artikoli 10 sa 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, soġġett għall-istess kondizzjonijiet rigward il-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-istess telf impost applikabbli bħal dawk previsti f’dawk l-Artikoli;

(b)

l-assi msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, sa ammont assolut ta’ EUR 50 miljun jew l-ammont ekwivalenti fil-munita domestika, soġġetti għall-istess kondizzjonijiet rigward il-kriterji ta’ eliġibbiltà, minbarra l-livell limitu ta’ EUR 500 miljun imsemmi fl-Artikolu 15(1) ta' dak ir-Regolament, u l-istess telf impost applikabbli bħal dak stabbilit f’dak l-Artikolu;

(c)

strumenti finanzjarji mhux koperti mill-punt (a) u (b) ta' dan is-subparagrafu, innegozjati f’ċentru tan-negozjar li għalihom hemm suq likwidu kif definit fil-punt (17) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u fl-Artikoli 1 sa 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/567 (26), soġġetti għal telf impost ta’ 55 %;

(d)

depożiti fuq terminu qasir mhux mirhuna f'istituzzjoni ta' kreditu.

2.   Flus kontanti, depożiti għal żmien qasir u strumenti finanzjarji li jappartjenu għall-klijenti, anki meta jinżammu fl-isem proprju tad-ditta tal-investiment, ma għandhomx jiġu trattati bħala assi likwidi għall-finijiet tal-paragrafu 1.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) ta’ dan ir-Regolament u ditti tal-investiment li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) ta’ dan ir-Regolament iżda li ma jwettqux l-ebda waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE jistgħu jinkludu wkoll riċevibbli mingħand debituri tan-negozju u tariffi jew kummissjonijiet riċevibbli fi żmien 30 jum fl-assi likwidi tagħhom, meta dawk ir-riċevibbli jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawn jirrappreżentaw sa massimu ta’ terz tar-rekwiżiti minimi tal-likwidità kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(b)

dawn ma jingħaddu għall-ebda rekwiżit addizzjonali tal-likwidità meħtieġ mill-awtorità kompetenti għal riskji speċifiċi għad-ditta f’konformità mal-Artikolu 39(2)(k) tad-Direttiva (UE) 2019/2034;

(c)

dawn ikunu soġġetti għal telf impost ta’ 50 %.

4.   Għall-fini tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-ABE, f’konsultazzjoni mal-ESMA, għandha toħroġ linji gwida li jispeċifikaw aktar il-kriterji li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jqisu meta jeżentaw lid-ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) mir-rekwiżit tal-likwidità.

Artikolu 44

Tnaqqis temporanju tar-rekwiżit tal-likwidità

1.   Ditti tal-investiment jistgħu, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, u wara approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, inaqqsu l-ammont ta’ assi likwidi miżmuma.

2.   Il-konformità mar-rekwiżit tal-likwidità stabbilit fl-Artikolu 43(1) għandha tiġi restawrata fi żmien 30 jum mit-tnaqqis oriġinali.

Artikolu 45

Garanziji tal-klijenti

Ditti tal-investiment għandhom iżidu l-assi likwidi tagħhom b’1,6 % tal-ammont totali ta’ garanziji pprovduti lill-klijenti.

PARTI SITTA

DIVULGAZZJONI MINN DITTI TAL- INVESTIMENT

Artikolu 46

Kamp ta' Applikazzjoni

1.   Ditti tal-investiment li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) għandhom jiddivulgaw pubblikament l-informazzjoni speċifikata f’din il-Parti fl-istess data li jippubblikaw ir-rapporti finanzjarji annwali tagħhom.

2.   Ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa stabbiliti fl-Artikolu 12(1) u li joħorġu strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali għandhom jiddivulgaw pubblikament l-informazzjoni stabbilita fl-Artikoli 47, 49 u 50 fl-istess data li jippubblikaw ir-rapporti finanzjarji annwali tagħhom.

3.   Meta ditta tal-investiment ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha ta' kwalifika bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa stabbiliti fl-Artikolu 12(1), din għandha tiddivulga pubblikament l-informazzjoni stabbilita f’din il-Parti mis-sena finanzjarja li ssegwi s-sena finanzjarja li fiha ma baqgħetx tissodisfa dawk il-kondizzjonijiet.

4.   Ditti tal-investiment jistgħu jiddeterminaw il-mezz u l-post xierqa biex jiġu rrispettati b’mod effettiv ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Id-divulgazzjonijiet kollha għandhom jiġu pprovduti f’mezz jew f’post wieħed, fejn possibbli. Jekk l-istess informazzjoni jew informazzjoni simili tiġi ddivulgata f'żewġ mezzi jew iżjed, kull mezz għandu jagħmel referenza għall-informazzjoni sinonima fil-mezzi l-oħra.

Artikolu 47

Objettivi u politiki ta’ ġestjoni tar-riskju

Ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-objettivi u l-politiki tagħhom ta’ ġestjoni tar-riskju għal kull kategorija separata ta’ riskju stabbilita fit-Tielet, ir-Raba' u l-Ħames Parti f’konformità mal-Artikolu 46, inklużi sommarju tal-istrateġiji u l-proċessi għall-ġestjoni ta’ dawk ir-riskji u dikjarazzjoni tar-riskju konċiża approvata mill-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment li fil-qosor tiddeskrivi l-profil tar-riskju ġenerali tad-ditta tal-investiment assoċjat mal-istrateġija kummerċjali.

Artikolu 48

Governanza

Ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja rigward l-arranġamenti interni ta’ governanza, f’konformità mal-Artikolu 46:

(a)

in-numru ta’ direttorati miżmuma mill-membri tal-korp maniġerjali;

(b)

il-politika dwar id-diversità fir-rigward tal-għażla ta’ membri tal-korp maniġerjali, l-objettivi tagħha u kull mira rilevanti stabbilita f’dik il-politika, u sa fejn ikunu ntlaħqu dawk l-objettivi u l-miri;

(c)

jekk id-ditta tal-investiment stabbilixxietx jew le kumitat separat tar-riskju u kemm-il darba ltaqa’ dan il-kumitat annwalment.

Artikolu 49

Fondi proprji

1.   Ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja rigward il-fondi proprji tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 46:

(a)

rikonċiljazzjoni sħiħa tal-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, tal-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali, tal-entrati tal-Grad 2 u tal-filtri applikabbli u tat-tnaqqisijiet applikati għall-fondi proprji tad-ditta tal-investiment u għall-karta tal-bilanċ fir-rapporti finanzjarji awditjati tad-ditta tal-investiment;

(b)

deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-istrumenti tal-Grad 2 maħruġa mid-ditta tal-investiment;

(c)

deskrizzjoni tar-restrizzjonijiet kollha applikati fuq il-kalkolu tal-fondi proprji f’konformità ma’ dan ir-Regolament u l-istrumenti u t-tnaqqis li japplikaw għalihom dawk ir-restrizzjonijiet.

2.   L-ABE, f’konsultazzjoni mal-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiġu speċifikati formoli għad-divulgazzjoni skont il-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1.

L-ABE għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Ġunju 2021.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 50

Rekwiżiti ta' fondi proprji

Ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja rigward il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(1) ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, f’konformità mal-Artikolu 46 ta' dan ir-Regolament:

(a)

sommarju tal-approċċ tad-ditta tal-investiment għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern tagħha għall-appoġġ ta' attivitajiet attwali u tal-ġejjieni;

(b)

fuq talba mill-awtorità kompetenti, ir-riżultat tal-proċess ta' valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern tad-ditta tal-investiment, inkluża l-kompożizzjoni tal-fondi proprji addizzjonali abbażi tal-proċess ta' rieżami superviżorju kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034;

(c)

ir-rekwiżiti tal-fattur-K ikkalkolati, f’konformità mal-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament, f’forma aggregata għal RtM, RtF u RtC, fuq il-bażi tas-somma tal-fatturi-K applikabbli; u

(d)

ir-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi ddeterminat f’konformità mal-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 51

Politiki u prattiki ta' remunerazzjoni

Id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja rigward il-politika u l-prattiki tar-remunerazzjoni tagħhom, inkluż aspetti relatati man-newtralità bejn is-sessi u d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, għal dawk il-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment, f'konformità mal-Artikolu 46;

(a)

l-aktar karatteristiċi importanti fis-sistema ta’ remunerazzjoni, inkluż il-livell ta’ remunerazzjoni varjabbli u l-kriterji biex tingħata remunerazzjoni varjabbli, il-ħlas fil-politika dwar l-istrumenti, il-politika ta’ differiment u l-kriterji ta’ vestiment;

(b)

il-proporzjon bejn ir-remunerazzjoni fissa u varjabbli stabbilita f'konformità mal-Artikolu 30(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 (27);

(c)

informazzjoni kwantitattiva aggregata dwar ir-rimunerazzjoni, disaggregata skont il-maniġment superjuri u l-membri tal-persunal li l-azzjonijiet tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment, li tindika dan li ġej:

(i)

l-ammonti tar-remunerazzjoni mogħtija fis-sena finanzjarja, maqsuma f’remunerazzjoni fissa, inkluża deskrizzjoni tal-komponenti fissi, u remunerazzjoni varjabbli, u n-numru ta’ benefiċjarji;

(ii)

l-ammonti u l-forom tar-remunerazzjoni varjabbli mogħtija, maqsuma fi flus, ishma, strumenti marbuta mal-ishma u tipi oħra b’mod separat għall-parti mħallsa bil-quddiem u għall-parti differita;

(iii)

l-ammonti ta’ remunerazzjoni differita mogħtija għall-perijodi preċedenti tal-prestazzjoni, maqsuma fl-ammont dovut għall-vestiment fis-sena finanzjarja u l-ammont dovut għall-vestiment fis-snin sussegwenti;

(iv)

l-ammont ta’ remunerazzjoni differita dovut għall-vestiment fis-sena finanzjarja li jitħallas matul is-sena finanzjarja, u li jitnaqqas permezz ta’ aġġustamenti tal-prestazzjoni;

(v)

l-għotjiet ta’ remunerazzjoni varjabbli ggarantita matul is-sena finanzjarja u n-numru ta’ benefiċjarji ta’ dawk l-għotjiet;

(vi)

il-pagamenti mal-għoti ta’ sensja mogħtija fil-perijodi preċedenti, li tħallsu matul is-sena finanzjarja;

(vii)

l-ammonti ta’ pagamenti mal-għoti tas-sensja mogħtija matul is-sena finanzjarja, maqsuma f’dawk imħallsa bil-quddiem u differiti, in-numru ta’ benefiċjarji ta’ dawk il-pagamenti u l-ogħla pagament li ngħata lil persuna waħda;

(d)

informazzjoni dwar jekk id-ditta tal-investiment tibbenefikax minn deroga stabbilita fl-Artikolu 32(4) tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, id-ditti tal-investiment li jibbenefikaw minn tali deroga għandhom jindikaw jekk dik id-deroga ngħatatx fuq il-bażi tal-punt (a) jew tal-punt (b) tal-Artikolu 32(4) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, jew it-tnejn. Dawn għandhom jindikaw ukoll għal liema prinċipji tar-remunerazzjoni japplikaw id-deroga/i, in-numru ta’ membri tal-persunal li jibbenefikaw mid-deroga/i u r-remunerazzjoni totali tagħhom, maqsuma f’remunerazzjoni fissa u varjabbli.

Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28).

Artikolu 52

Politika ta' investiment

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment li ma jissodisfawx il-kriterji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 32(4) tad-Direttiva (UE)2019/2034 jiżvelaw dan li ġej f'konformità mal-Artikolu 46 ta' dan ir-Regolament:

(a)

il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma direttament jew indirettament mid-ditta tal-investiment, imqassma skont l-Istat Membru u s-settur;

(b)

deskrizzjoni sħiħa tal-imġiba tal-vot fil-laqgħat ġenerali tal-kumpanniji li l-ishma tagħhom huma miżmuma f'konformità mal-paragrafu 2, spjegazzjoni tal-voti, u l-proporzjon tal-proposti mressqa mill-korp amministrattiv jew maniġerjali tal-kumpannija li tkun approvat id-ditta tal-investiment; u

(c)

spjegazzjoni tal-użu ta’ ditti konsultattivi bi prokura;

(d)

il-linji gwida tal-votazzjoni fir-rigward tal-kumpanniji li l-ishma tagħhom huma miżmuma f'konformità mal-paragrafu 2.

Ir-rekwiżit ta' divulgazzjoni msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika jekk l-arranġamenti kuntrattwali tal-azzjonisti kollha rappreżentati mid-ditta tal-investiment fil-laqgħa tal-azzjonisti ma jawtorizzawx lid-ditta tal-investiment tivvota f'isimhom sakemm ma jingħatawx ordnijiet ta' votazzjoni espressi mill-azzjonisti wara li jirċievu l-aġenda tal-laqgħa.

2.   Id-ditta tal-investiment imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkonforma ma' dak il-paragrafu fir-rigward biss ta’ kull kumpannija li l-ishma tagħha huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat u fir-rigward biss ta' dawk l-ishma li magħhom huma marbuta d-drittijiet tal-vot, meta l-proporzjon tad-drittijiet tal-vot li d-ditta tal-investiment ikollha direttament jew indirettament iżżomm, taqbeż il-livell limitu ta’ 5 % tad-drittijiet kollha tal-vot marbuta mal-ishma maħruġa mill-kumpannija. Id-drittijiet tal-vot għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-ishma kollha li magħhom ikunu marbuta drittijiet tal-vot, anke jekk ikun sospiż l-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet tal-vot.

3.   L-ABE, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika mudelli għad-divulgazzjoni skont il-paragrafu 1.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Ġunju 2021.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 53

Riskji ambjent, soċjali u ta' governanza

Mis-26 ta’ Diċembru 2022, id-ditti tal-investiment li ma jissodisfawx il-kriterji msemmija fl-Artikolu 32(4) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 għandhom jiddivulgaw informazzjoni dwar ir-riskji tal-ambjent, dawk soċjali u ta' governanza, inklużi r-riskji fiżiċi u r-riskji ta' tranżizzjoni kif definit fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 35 tad-Direttiva (UE) 2019/2034

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tiġi divulgata darba fl-ewwel sena ta' divulgazzjoni u darbtejn fis-sena suċċessivament.

PARTI SEBA’

RAPPORTAR MINN DITTI TAL-INVESTIMENT

Artikolu 54

Rekwiżiti ta' rapportar

1.   Ditti tal-investiment għandhom jirrapportaw fuq bażi ta' kull tliet xhur lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

il-livell u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji;

(b)

ir-rekwiżiti tal-fondi proprji;

(c)

il-kalkoli tar-rekwiżit tal-fondi proprji;

(d)

il-livell ta’ attività fir-rigward tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1), inklużi l-karta tal-bilanċ u disaggregazzjoni tad-dħul skont is-servizz ta’ investiment u l-fattur-K applikabbli;

(e)

ir-riskju ta' konċentrazzjoni;

(f)

ir-rekwiżiti tal-likwidità.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, id-ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) għandhom jippreżentaw rapporti fuq bażi annwali.

2.   L-informazzjoni speċifikata fil-punt (e) tal-paragrafu 1 għandha tinkludi l-livelli ta’ riskju li ġejjin u għandha tiġi rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti mill-inqas fuq bażi annwali:

(a)

il-livell ta’ riskju tal-konċentrazzjoni assoċjat mal-inadempjenza tal-kontropartijiet u ma' pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar, kemm fuq bażi individwali tal-kontroparti kif ukoll aggregata;

(b)

il-livell ta’ riskju tal-konċentrazzjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti tal-investiment u entitajiet oħra fejn jinżammu flus tal-klijenti;

(c)

il-livell ta’ riskju tal-konċentrazzjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti tal-investiment u entitajiet oħra fejn jiġu ddepożitati titoli ta’ klijenti;

(d)

il-livell ta’ riskju tal-konċentrazzjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fejn jiġu ddepożitati l-flus tad-ditta tal-investiment stess;

(e)

il-livell ta’ riskju tal-konċentrazzjoni mill-qligħ;

(f)

il-livell ta' riskju tal-konċentrazzjoni kif deskritt fil-punti (a) sa (e) ikkalkulat billi jitqiesu l-assi u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ mhux irreġistrati fil-portafoll tan-negozjar flimkien mal-iskoperturi li jirriżultaw mill-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, it-termini ''istituzzjoni ta’ kreditu'' u ''ditta tal-investiment'' jinkludu impriżi privati u pubbliċi, inkluż il-fergħat ta' tali impriżi, dment li dawk l-impriżi, kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, kienu jkunu istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti tal-invetiment kif definit f'dan ir-Regolament, u dment li dawk l-imptiżi ikunu ġew awtorizzati f'pajjiż terz li japplika rekwiżiti superviżorji u regolatorji prudenzjali tal-anqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.

B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ditta tal-investiment li tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa stabbiliti fl-Artikolu 12(1) ma għandhiex tkun meħtieġa tirrapporta l-informazzjoni speċifikata fil-punt (e) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u, sa fejn tkun ingħatat eżenzjoni f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1), fil-punt (f) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti f’dan l-Artikolu, l-ABE, f’konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’implimentazzjoni biex tispeċifika:

(a)

il-formati;

(b)

id-dati tar-rapportar u d-definizzjonijiet u l-istruzzjonijiet assoċjati li għandhom jiddeskrivu kif għandhom jintużaw dawn il-formati.

L-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun konċiż u proporzjonat man-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditti tal-investiment, filwaqt li titqies id-differenzi fil-livell ta' dettall tal-informazzjoni ppreżentata minn ditta tal-investiment li tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa stabbiliti fl-Artikolu 12(1).

L-ABE għandha tiżviluppa l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu sas-26 ta’ Diċembru 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 55

Rekwiżiti ta’ rapportar għal ċerti ditti tal-investiment għall-finijiet tal-limiti msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament u l-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.   Id-ditti tal-investiment li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE għandhom jivverifikaw il-valur tal-assi totali tagħhom fuq bażi ta’ kull xahar u għandhom jirrapportaw dik l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti kull trimestru, jekk il-valur totali tal-assi konsolidati tad-ditta tal-investiment ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 5 biljuni, ikkalkulat bħala medja tat-12-il xahar preċedenti. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-ABE b’dan.

2.   Fejn ditta tal-investiment msemmija fil-paragrafu 1 tkun parti minn grupp li fih impriża oħra waħda jew aktar tkun ditta tal-investiment li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, id-ditti tal-investiment kollha bħal dawn fil-grupp għandhom jivverifikaw il-valur tal-assi totali tagħhom fuq bażi ta' kull xahar jekk il-valur totali tal-assi konsolidati tal-grupp ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 5 biljuni, ikkalkulati bħala medja tat-12-il xahar preċedenti. Tali ditti tal-investiment għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar l-assi totali tagħhom fuq bażi ta' kull xahar u jirrapportaw l-assi totali konsolidati tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti kull trimestru. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-ABE b’dan.

3.   Jekk il-medja tal-assi totali ta’ kull xahar tad-ditti tal-investiment imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 tilħaq xi wieħed mil-livelli limitu stabbiliti fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament jew fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikkalkolati bħala medja tal-aħħar tat-12-il xahar preċedenti, l-ABE għandha tinnotifika lil dawk id-ditti tal-investiment u lill-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-awtoritajiet kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu [8a] tad-Direttiva 2013/36/UE dwar dan.

4.   Meta rieżami skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2019/2034 juri li ditta tal-investiment imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ toħloq riskju sistemiku kif imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE bir-riżultati ta’ dak ir-rieżami mingħajr dewmien.

5.   L-ABE, f’konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment l-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 biex ikun jista’ jsir monitoraġġ effettiv tal-livelli limitu stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 8a(1) tad-Direttiva 2013/36/UE.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Diċembru 2020.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f'dan il-paragrafu, f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

PARTI TMIENJA

ATTI DELEGATI

Artikolu 56

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mill-25 ta’ Diċembru 2019.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’[xahrejn] fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

PARTI DISA’

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI, RAPPORTI, ANALIŻI U EMENDI

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

Artikolu 57

Dispożizzjonijiet transizzjonali

1.   L-Artikoli 43 sa 45 u 46 sa 51 għandhom japplikaw għal negozjanti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet mis-26 ta’ Ġunju 2026.

2.   Sas-26 ta’ Ġunju 2026 jew mid-data ta’ applikazzjoni għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-approċċ standardizzat alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-approċċ tal-mudell intern alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1b tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont liema jiġi l-aħħar, ditta tal-investiment għandha tapplika r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/630 għall-fini ta’ kalkolu tal-K-NPR.

3.   B'deroga mill-punti (a) u (c) tal-Artikolu 11(1), id-ditti tal-investiment jistgħu japplikaw rekwiżiti tal-fondi proprji aktar baxxi għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Ġunju 2021, ugwali għal:

(a)

id-doppju tar-rekwiżit tal-fondi proprji rilevanti skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu 1 tat-Tielet Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013,soġġett għall-Artikolu 93(1) ta’ dak ir-Regolament, b'referenza għal-livelli tal-kapital inizjali stabbiliti bit-Titolu IV tad-Direttiva 2013/36/UE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2019/878, li kienu jkunu applikati jekk id-ditta tal-investiment kienet kompliet tkun soġġetta għar-rekwiżiti tal-fondi proprji ta’ dak ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/630; jew

(b)

id-doppju tar-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi applikabbli stabbilit fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament, meta ditta tal-investiment ma kinitx teżisti fid-data jew qabel is-26 ta’ Ġunju 2021.

4.   B'deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 11(1), id-ditti tal-investiment jistgħu japplikaw rekwiżiti tal-fondi proprji aktar baxxi għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Ġunju 2021 kif ġej:

(a)

id-ditti tal-investiment li kienu soġġetti biss għal rekwiżit tal-kapital inizjali qabel is-26 ta’ Ġunju 2021 jistgħu jillimitaw ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom għad-doppju tar-rekwiżit kapitali inizjali applikabbli stabbilit fit-Titolu IV tad-Direttiva 2013/36/UE, kif emendat bid-Direttiva (UE) 2019/878, bl-eċċezzjoni għall-punti (b) u (c) tal-Artikolu 31(1) u l-Artikolu 31(2) rispettivament, ta’ dik id-Direttiva;

(b)

id-ditti tal-investiment li kienu jeżistu qabel is-26 ta’ Ġunju 2021 jistgħu jillimitaw ir-rekwiżiti kapitali minimi permanenti tagħhom għal dawk previsti fl-Artikolu 93(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/876, b'referenza għal-livelli tal-kapital inizjali stabbiliti bit-Titolu IV tad-Direttiva 2013/36/UE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2019/878, li kienu japplikaw kieku d-ditta tal-investiment kienet kompliet tkun soġġetta għal dak ir-Regolament, soġġetti għal żieda annwali fl-ammont ta' dawk ir-rekwiżiti ta’ mill-inqas EUR 5 000 matul il-perijodu ta’ ħames snin;

(c)

ditti tal-investiment li kienu jeżistu qabel is-26 ta’ Ġunju 2021, li mhumiex awtorizzati li jipprovdu s-servizzi anċillari msemmija fil-punt (1) tat-Taqsima B tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, li jipprovdu biss wieħed jew aktar mis-servizzi ta' investiment u attivitajiet elenkati fil-punti 1, 2, 4 u 5 tat-Taqsima A tal-Anness I għal dik id-Direttiva, li mhumiex permessi jżommu flus jew titoli li jappartjenu għall-klijenti tagħhom li għalhekk ma jistgħux f'ebda mument ikollhom dejn ma' dawk il-klijenti, jistgħu jillimitaw ir-rekwiżit kapitali minimu permanenti tagħhom għal mill-inqas EUR 50 000, soġġett għal żieda annwali ta’ mill-inqas EUR 5 000 matul il-perijodu ta’ ħames snin.

5.   Id-derogi stabbiliti fil-paragrafu 4 m’għandhomx jibqgħu japplikaw meta d-ditta tal-investiment ikollha l-awtorizzazzjoni tagħha estiża fi jew wara s-26 ta’ Ġunju 2021 b’tali mod li jkun meħtieġ ammont ogħla ta’ kapital inizjali f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2019/2034.

6.   B’deroga mill-Artikolu 11, id-ditti tal-investiment li kienu jeżistu qabel il-25 ta’ Diċembru 2019 u li jinnegozjaw akkont tagħhom stess fi swieq tal-futures finanzjarji jew opzjonijiet jew derivati oħra u fis-swieq tal-flus għall-fini uniku ta' kopertura tal-pożizzjonijiet fis-swieq tad-derivati jew jinnegozjaw għan-nom ta’ membri oħra ta’ dawk is-swieq u tkun garantita mill-membri tal-ikklerjar tal-istess swieq, fejn ir-responsabbiltà għall-iżgurar tal-prestazzjoni ta’ kuntratti li jkunu daħlu fihom tali ditti tal-investiment tkun assunta mill-membri tal-ikklerjar tal-istess swieq, jistgħu jillimitaw ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Ġunju 2021 għal mill-inqas EUR 250 000, soġġett għal żieda annwali ta’ mill-inqas EUR 100 000 matul il-perijodu ta’ ħames snin.

Irrispettivament minn jekk ditta tal-investiment msemmija f’dan il-paragrafu tagħmilx użu mid-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tal-paragrafu 4 ma għandux japplika għal tali ditta tal-investiment.

Artikolu 58

Deroga għall-impriżi msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Id-ditti tal-investiment li fil-25 ta’ Diċembru 2019 jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li għadhom ma kisbux l-awtorizzazzjoni bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu f’konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom ikomplu jkun soġġetti għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 59

Deroga għad-ditti tal-investiment msemmija fl-Artikolu 1(2)

Ditta tal-investiment li fil-25 ta’ Diċembru 2019 tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2)ta' dan ir-Regolament għandha tkompli tkun soġġetta għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE.

TITOLU II

RAPPORTI U RIEŻAMIJIET

Artikolu 60

Klawżola ta' rieżami

1.   Sas-26 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ABE u l-ESMA, twettaq rieżami u tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun xieraq, bi proposta leġislattiva rigward mill-inqas dawn li ġejjin:

(a)

il-kondizzjonijiet biex id-ditti tal-investiment jikkwalifikaw bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi f’konformità mal-Artikolu 12;

(b)

il-metodi għall-kejl tal-fatturi-K fit-Titolu II tal-Parti Tlieta, inkluż il-parir dwar l-investiment fil-kamp ta' applikazzjoni tal-AUM, u fl-Artikolu 39;

(c)

il-koeffiċjenti msemmija fl-Artikolu 15(2);

(d)

il-metodu użat għall-kalkolu ta’ K-CMG, il-livell tar-rekwiżiti tal-fondi proprji li jirriżulta minn K-CMG meta mqabbel ma' K-NPR, u l-kalibrazzjoni tal-fattur multiplikanti stabbilit fl-Artikolu 23;

(e)

id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 45 u b’mod partikolari l-eliġibbiltà għar-rekwiżit tal-likwidità ta’ assi likwidi fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 43(1);

(f)

id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta;

(g)

l-applikazzjoni tal-Parti Tlieta għan-negozjanti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet.

(h)

il-modifika tad-definizzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 bħala riżultat tal-punt (a) tal-Artikolu 62(3) ta' dan ir-Regolament u l-konsegwenzi negattivi potenzjali mhux mistennija;

(i)

id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47 u 48 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u l-allinjament tagħhom ma' qafas konsistenti għal ekwivalenza fis-servizzi finanzjarji;

(j)

il-livelli limitu stabbiliti fl-Artikolu 12(1);

(k)

l-applikazzjoni tal-istandards tal-Kapitoli 1a u 1b tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għad-ditti tal-investiment;

(l)

il-metodu tal-kejl tal-valur ta' derivattiva fil-punt (b) tal-Artikolu 20(2) u u l-punt (b) tal-Artikolu 33(2), u l-adegwatezza tal-introduzzjoni ta' sistema metrika u/jew ta' kalibrazzjoni alternattiva;

(m)

id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Parti Tnejn, b’mod partikolari dwar il-permess biex strumenti jew fondi oħra jikkwalifikaw bħala fondi proprji skont l-Artikolu 9(4), u l-possibbiltà li jingħata permess bħal dan lid-ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditta tal-inverstiment żgħira u mhux interkonnessa stabbiliti fl-Artikolu 12(1);

(n)

il-kondizzjonijiet biex id-ditti tal-investiment japplikaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f'konformità mal-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament;

(o)

id-dispożizzjoni stabbilita fl-Artikolu 1(5).

(p)

ir-rilevanza tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 52 ta’ dan ir-Regolament għal setturi oħrajn, inkluż id-ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 1(2) u 1(5) ta’ dan ir-Regolament u l-istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.   Sal-31 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-ħtiġijiet tar-riżorsi li jirriżultaw mit-teħid ta’ setgħat u dmirijiet ġodda mill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 64 ta' dan ir-Regolament, inkluż il-possibbiltà li l-ESMA timponi tariffi ta’ reġistrazzjoni fuq ditti ta'pajjiżi terzi rreġistrati mill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta leġislattiva.

TITOLU III

EMENDI GĦAL REGOLAMENTI OĦRA

Artikolu 61

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010

Fil punt (2) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jiżdied il-punt li ġej:

"(viii)

fir-rigward tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u tad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), l-awtoritajiet kompetenti kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 3) ta' dik id-Direttiva.''.

Artikolu 62

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

it-titolu jinbidel b'dan li ġej:”.

"Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012";

(2)

fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"5.   Meta japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2) u 1(5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3) fir-rigward tad-ditti tal-investiment msemmija f'dawk il-paragrafi, l-awtoritajiet kompetenti kif definiti fil-punt (5) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4) għandhom jittrattaw lil dawk id-ditti tal-investiment daqs li kieku kienu ''istituzzjonijiet'' skont dan ir-Regolament.

(*3)  Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1)."

(*4)  Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/EU, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64).";"

(3)

l-Artikolu 4(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘(1)

‘istituzzjoni ta’ kreditu’ tfisser impriża li n-negozju tagħha jikkonsisti fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

li tieħu depożiti jew fondi ripagabbli oħra mingħand il-pubbliku u tagħti krediti f’isimha stess;

(b)

li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5), fejn tapplika waħda minn dawn li ġejjin, iżda l-impriża ma tkunx negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet, impriża tal-investiment kollettiv jew impriża tal-assigurazzjoni:

(i)

il-valur totali tal-assi konsolidati tal-impriża ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 30 biljun;

(ii)

il-valur totali tal-assi tal-impriża jkun anqas minn EUR 30 biljun, u l-impriża tkun parti minn grupp li fih il-valur totali tal-assi konsolidati tal-impriżi kollha f'dak il-grupp li individwalment ikollhom assi totali ta' anqas minn EUR 30 biljun u li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 30 biljun; jew

(iii)

il-valur totali tal-assi tal-impriża jkun anqas minn EUR 30 biljun, u l-impriża tkun parti minn grupp li fih il-valur totali tal-assi konsolidati tal-impriżi kollha fil-grupp li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE jkun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 30 biljun, fejn is-superviżur tal-konsolidazzjoni f’konsultazzjoni mal-kollega superviżur jiddeċiedu hekk sabiex jindirizzaw riskji potenzjali ta’ ċirkomvenzjoni u riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni;

għall-finijiet tal-punti (b)(ii) u (b)(iii), meta l-impriża tkun parti minn grupp ta' pajjiż terz, l-assi totali ta' kull fergħa tal-grupp ta' pajjiż terz awtorizzati fl-Unjoni jiġu inklużi fil-valur totali kkombinat tal-assi tal-impriżi kollha fil-grupp;

(*5)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).’;"

(b)

il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘(2)

‘ditta tal-investiment’ tfisser ditta tal-investiment kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, li tkun awtorizzata skont dik id-Direttiva iżda teskludi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu;''

(c)

il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(3)

‘istituzzjoni’ tfisser istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE jew impriża kif imsemmi fl-Artikolu 8a(3);’;

(d)

il-punt (4) jitħassar;

(e)

il-punt (26) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(26)

''istituzzjoni finanzjarja'' tfisser impriża għajr istituzzjoni u għajr kumpannija holding industrijali pura, li l-attività prinċipali tagħha tkun l-akkwiżizzjoni ta’ parteċipazzjonijiet jew li ssegwi attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fil-punti 2 sa 12 u l-punt 15, tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE, inkluża ditta tal-investiment, kumpannija holding finanzjarja, kumpannija holding finanzjarja mħallta, istituzzjoni ta' pagament fis-sens tad-Direttiva (UE) 2015/2336 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6), u kumpannija tal-ġestjoni tal-assi, iżda esklużi kumpanniji azzjonarji tal-assigurazzjoni u kumpaniji azzjonarji tal-assigurazzjoni b'attività mħallta kif definit fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(*6)  Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).";"

(f)

il-punt (29a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(29a)

"ditta tal-investiment prinċipali fi Stat Membru" tfisser impriża prinċipali fi Stat Membru li hija ditta tal-investiment;";

(g)

il-punt (29b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(29b)

"ditta tal-investiment prinċipali tal-UE" tfisser impriża prinċipali tal-UE li hija ditta tal-investiment;";

(h)

il-punt (51) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(51)

"kapital inizjali" tfisser l-ammont u t-tipi ta’ fondi proprji speċifikati fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2013/36/UE;";

(i)

il-punt (60) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(60)

"strument ta’ flus assimilat" tfisser ċertifikat ta’ depożitu, bond. li jinkludi bond kopert jew kwalunkwe strument mhux subordinat ieħor, li nħareġ minn istituzzjoni jew ditta tal-investiment, li għaliha l-istituzzjoni jew id-ditta tal-investiment diġà tkun irċeviet pagament sħiħ u li għandu jiġi rimborżat mingħajr kondizzjonijiet mill-istituzzjoni jew id-ditta tal-investiment bil-valur nominali tiegħu;";

(j)

fil-punt (72), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a)

huwa suq regolat jew suq ta' pajjiż terz li huwa kkunsidrat ekwivalenti għal suq regolat skont il-proċedura stabbilita fil-punt (a) tal-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2014/65/UE;";

(k)

jiżdied il-punt li ġej:

"(150)

"negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet" tfisser impriża li n-negozju prinċipali tagħha jikkonsisti esklużivament fil-forniment ta’ servizzi jew ta’ attivitajiet ta’ investiment relatati ma’ derivati ta’ komoditajiet jew ma’ kuntratti ta’ derivati ta’ komoditajiet imsemmija fil-punti (5), (6), (7), (9) u (10), derivati tal-kwoti tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt 4, jew kwoti tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt 11 tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;";

(4)

l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"4.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Parti Sitta u fil-punt (d) tal-artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament fuq bażi individwali.

L-istituzzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-Artikolu 413(1) u r-rekwiżiti ta' rapportar dwar il-likwidità assoċjati stabbiliti fil-Parti Sebgħa A ta' dan ir-Regolament:

(a)

l-istituzzjonijiet li huma awtorizzati wkoll f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(b)

istituzzjonijiet li huma awtorizzati wkoll f'konformità mal-Artikolu 16 u l-punt (a) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7), sakemm dawn ma jwettqu l-ebda trasformazzjoni tal-maturità sinifikanti; u

(c)

istituzzjonijiet li huma deżinjati f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, dment li:

(i)

l-attivitajiet tagħhom huma limitati sabiex joffru servizzi ta' tip bankarju, kif imsemmi fit-Taqsima C tal-Anness għal dak ir-Regolament, għal depożitorji ċentrali tat-titoli awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament; u

(ii)

dawn ma jwettqu l-ebda trasformazzjonijiet tal-maturità sinifikanti.";

(*7)  Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).";"

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"5.   L-istituzzjonijiet li għalihom l-awtoritajiet kompetenti jkunu eżerċitaw id-deroga speċifikata fl-Artikolu 7(1) jew (3) ta' dan ir-Regolament u l-istituzzjonijiet li huma awtorizzati wkoll f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, ma għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Parti Sebgħa u r-rekwiżiti ta' rapportar dwar il-proporzjon tal-ingranaġġ assoċjat stabbilit fil-Parti Sebgħa A ta' dan ir-Regolament fuq bażi individwali.";

(5)

jiddaħħal l-artikolu li ġej fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed:

"Artikolu 10a

L-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali fuq bażi konsolidata fejn id-ditti tal-investiment huma impriżi prinċipali

Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, id-ditti tal-investiment għandhom jitqiesu bħala kumpanniji azzjonarji finanzjarji prinċipali fi Stat Membru jew f’kumpanniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-Unjoni meta tali ditti tal-investiment ikunu impriżi prinċipali ta’ istituzzjoni jew ta’ ditta tal-investiment soġġetta għal dan ir-Regolament li hija msemmija fl-Artikolu 1(2) jew (5) tar-Regolament (UE) 2019/2033.";

(6)

fl-Artikolu 11, il-paragrafu 4 hu sostitwit b'dan li ġej:

"4.   L-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom meta l-grupp jinkludi istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment waħda jew iktar li huma awtorizzati li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment elenkati fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE.

Meta tkun ingħatat rinunzja skont l-Artikolu 8(1) sa (5), l-istituzzjonijiet u, fejn applikabbli, il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta li huma parti minn sottogrupp ta' likwidità għandhom jikkonformaw mal-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata jew fuq il-bażi subkonsolidata tas-sottogrupp ta' likwidità.";

(7)

l-Artikoli 15, 16 u 17 huma mħassra;

(8)

fl-Artikolu 81(1), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a)

is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

istituzzjoni;

(ii)

impriża li skont id-dritt nazzjonali applikabbli tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2013/36/UE;

(iii)

kumpannija holding finanzjarja intermedja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta intermedja li tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fuq bai sub-konsolidata, kumpannija holding tal-investiment intermedja li tkun soġġetta għar-rekwiiti tar-Regolament (UE) 2019/2033 fuq bażi konsolidata;

(iv)

ditta tal-investiment;

(v)

kumpannija holding finanzjarja intermedja f'pajjiż terz, dment li dik il-kumpannija holding finanzjarja intermedja tkun soġġetta għar-rekwiżiti prudenzjali li jkunu daqstant stretti daqs dawk applikati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu ta' dak il-pajjiż terz u dment li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 107(4) li tiddetermina li dawk ir-rekwiżiti prudenzjali jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk ta' dan ir-Regolament;";

(9)

fl-Artikolu 82, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a)

is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

istituzzjoni;

(ii)

impriża li skont id-dritt nazzjonali applikabbli tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2013/36/UE;

(iii)

kumpannija holding finanzjarja intermedja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta intermedjali tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fuq bażi sub-konsolidata, jew kumpannija holding tal-investiment intermedja li tkun soġġetta għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2019/2033 fuq bażi konsolidata;

(iv)

ditta tal-investiment;

(v)

kumpannija holding finanzjarja intermedja f'pajjiż terz, dment li dik il-kumpannija holding finanzjarja intermedja tkun soġġetta għar-rekwiżiti prudenzjali li jkunu daqstant stretti daqs dawk applikati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu ta' dak il-pajjiż terz u dment li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 107(4) li tiddetermina li dawk ir-rekwiżiti prudenzjali jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk ta' dan ir-Regolament;";

(10)

l-Artikolu 84 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ interessi minoritarji ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-kapital konsolidat tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni billi jnaqqsu mill-interessi minoritarji ta’ dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b), kif ġej:

(a)

il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:

(i)

l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta' dik is-sussidjarja li jkun meħtieġ biex jissodisfa dan li ġej:

is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1) ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti imsemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata ta’ kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta' dik id-Direttiva, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 500 ta' dan ir-Regolament, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfatti mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni,

meta s-sussidjarja tkun ditta tal-investiment, is-somma tar-rekwiżit stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2) tad-Direttiva (UE)2019/2034 u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi, sa fejn dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni;

(ii)

l-ammont tal-kapital konsolidat ta’ kapital Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jirrelata għal dik is-sussidjarja li jkun meħtieġ fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1) ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta' dik id-Direttiva, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 500 ta' dan ir-Regolament, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

(b)

l-interessi minoritarji tas-sussidjarja espress bħala perċentwal tal-istrumenti ta' Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta' dik l-imperiża biż-żieda tal-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, il- qligħ miżmum u riżervi oħra.";

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3.   Fejn awtorità kompetenti tidderoga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali, kif stabbilit fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament jew, kif applikabbli, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/2033, l-interess minoritarju fis-sussidjarji li għalihom tapplika l-eżenzjoni m’għandux ikun rikonoxxut f’fondi proprji fil-livell subkonsolidat jew konsolidat, kif applikabbli.";

(11)

l-Artikolu 85 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta' kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 ta' sussidjarja li jiġi inkluż fil-fondi proprji konsolidati billi jitnaqqas mill-kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 ta' dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b) kif ġej:

(a)

il-kapital ta’ Grad 1 tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:

(i)

l-ammont tal-kapital Grad 1 tas-sussidjarja li jkun meħtieġ biex jissodisfa dan li ġej:

is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 92(1 ta' dan ir-Regolament), ir-rekwiżiti imsemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata tal-kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta' dik id-Direttiva, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 500 ta' dan ir-Regolament, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-Kapital ta' Grad 1;

meta s-sussidjarja tkun ditta tal-investiment, is-somma tar-rekwiżit stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sa fejn dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital Grad 1;

(ii)

l-ammont tal-kapital konsolidat tal-Grad 1 relatat mas-sussidjarja meħtieġa fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 92(1) ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti imsemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata tal-kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta' dik id-Direttiva, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 500 ta' dan ir-Regolament, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital ta’ Grad 1;

(b)

il-kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 tas-sussidjarja espress bħala perċentwal tal-istrumenti kollha ta' Grad 1 ta' dik l-impriża biż-żieda tal-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, il-qligħ miżmum u riżervi oħra.";

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3.   Fejn awtorità kompetenti tidderoga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali, kif stabbilit fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament jew, fejn applikabbli, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/2033,l-istrumenti ta’ Grad 1 fis-sussidjarji li għalihom tapplika l-eżenzjoni m’għandhomx ikunu rikonoxxuti f’fondi proprji fil-livell subkonsolidat jew konsolidat, kif applikabbli.";

(12)

l-Artikolu 87 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ fondi proprji kwalifikattivi ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-fondi proprji konsolidati billi jitnaqqas mill-fondi proprji kwalifikattivi ta’ dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b) kif ġej:

(a)

il-fondi proprji tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:

(i)

l-ammont ta' fondi proprji tas-sussidjarja meħtieġ biex jissodisfa dan li ġej:

is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata tal-kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta' dik id-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 500 ta' dan ir-Regolament u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi,

meta s-sussidjarja tkun ditta tal-investiment, is-somma tar-rekwiżit stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2) tad-Direttiva 2019/2034, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi;

(ii)

l-ammont tal-fondi proprji li jirrigwarda s-sussidjarja li jkun meħtieġ fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata ta’ kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta' dik id-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 500 ta' dan ir-Regolament, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi;";

(b)

il-fondi proprji kwalifikattivi tal-impriża, espressi bħala perċentwal tal-istrumenti kollha ta' fondi proprji tas-sussidjarja li huma inklużi fl-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-Grad 2 u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, il-qligħ miżmum u riżervi oħra.";

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3.   Fejn awtorità kompetenti tidderoga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali, kif stabbilit fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament jew, kif applikabbli, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament 2019/2033], l-istrumenti ta’ fondi proprji fis-sussidjarji li għalihom tapplika l-eżenzjoni m’għandhomx ikunu rikonoxxuti f’fondi proprji fil-livell subkonsolidat jew konsolidat, kif applikabbli.";

(13)

l-Artikolu 93 huwa emendat kif ġej:

(a)

jitħassar il-paragrafu 3;

(b)

il-paragrafi 4, 5 u 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"4.   Fejn il-kontroll ta’ istituzzjoni li taqa’ fil-kategorija msemmija fil-paragrafu 2 jittieħed minn persuna fiżika jew ġuridika minbarra mill-persuna li preċedentement kienet tikkontrolla l-istituzzjoni, l-ammont tal-fondi proprji ta’ dik l-istituzzjoni għandu jilħaq l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ.

5.   Fejn ikun hemm fużjoni ta’ żewġ istituzzjonijiet jew aktar li jaqgħu fil-kategorija msemmija fil-paragrafi 2, l-ammont tal-fondi proprji tal-istituzzjoni bħala riżultat tal-fużjoni ma għandux jaqa’ taħt it-total tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet fużi meta tkun saret il-fużjoni, sakemm l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ ma jkunx intlaħaq.

6.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li jkun meħtieġ li biex jiżguraw is-solvenza ta’ istituzzjoni jiġi ssodisfat ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2, 4 u 5 ma għandhomx japplikaw.";

(14)

fil-Kapitolu 1 tat-Titolu I tat-Tielet Parti, it-Taqsima 2 (l-Artikoli 95 sa 98) hija mħassra b'effett mis-26 ta’ Ġunju 2026;

(15)

fl-Artikolu 119, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5.   L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti u soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali komparabbli għal dawk applikati għall-istituzzjonijiet f’termini ta’ robustezza għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, ir-rekwiżiti prudenzjali dstabbiti fir-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jiġu kkunsidrati bħala paragunabbli għal dawk applikati għal istituzzjonijiet f'termini ta' robustezza.";

(16)

fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 162(3), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a)

skoperturi għal istituzzjonijiet jew ditti tal-investiment li jirriżultaw mis-saldu ta’ obbligi ta’ kambju;";

(17)

l-Artikolu 197 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(c)

titoli ta’ dejn maħruġa minn istituzzjonijiet jew minn ditti tal-investiment li għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI li ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 3 jew ogħla tal-kwalità tal-kreditu skont ir-regoli għall-ponderazzjoni tar-riskju ta’ skoperturi għal istituzzjonijiet skont il-Kapitolu 2;";

(b)

fil-paragrafu 4, il-frażi introduttorju hija sostitwita b'dan li ġej:

"4.   Istituzzjoni tista’ tuża titoli ta’ dejn li jinħarġu minn istituzzjonijiet jew ditti tal-investiment oħra u li ma jkollhomx valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI bħala kollateral eliġibbli fejn dawk it-titoli ta' dejn jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin":

(18)

fl-Artikolu 200, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(c)

strumenti maħruġa minn istituzzjoni jew minn ditta tal-investiment ta' parti terza li għandhom jiġu riakkwistati minn dik l-istituzzjoni jew minn dik id-ditta tal-investiment fuq talba.";

(19)

fl-Artikolu 202, il-frażi introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

''Istituzzjoni tista’ tuża istituzzjonijiet, ditti tal-investiment, kumpaniji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u aġenziji ta’ esportazzjoni tal-kreditu bħala fornituri eliġibbli ta’ protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu li jikkwalifikaw għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 153(3) fejn jilħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:''.

(20)

fl-Artikolu 224, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6.   Għal titoli ta’ dejn mhux ikklassifikati maħruġa mill-istituzzjonijiet jew ditti tal-investiment u li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà fl-Artikolu 197(4), l-aġġustamenti għall-volatilità huma l-istess bħal għat-titoli maħruġa minn istituzzjonijiet jew korporattivi b’valutazzjoni tal-kreditu esterna assoċjata mal-livelli 2 jew 3 tal-kwalità tal-kreditu.";

(21)

fl-Artikolu 227(3), jiddaħħal il-punt li ġej:

"(ba)

ditti tal-investiment;";

(22)

fl-Artikolu 243(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Fil-każ ta’ riċevibbli tan-negozju, il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma japplikax meta r-riskju tal-kreditu ta’ dawk ir-riċevibbli tan-negozju jkun kopert b’mod sħiħ mill-protezzjoni tal-kreditu eliġibbli b’konformità mal-Kapitolu 4, dment li, f’dak il-każ, il-fornitur tal-protezzjoni jkun istituzzjoni, ditti tal-investiment, impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni.";

(23)

fl-Artikolu 382(4), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b)

transazzjonijiet intragrupp kif previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, dment li l-Istati Membri ma jadottawx liġi nazzjonali li jirrikjedu s-separazzjoni strutturali fi ħdan grupp bankarju, li f'dak il-każ l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżiġu li dawk it-transazzjonijiet intragrupp bejn l-entitajiet separati strutturalment jiġu inklużi fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji;";

(24)

l-Artikolu 388 huwa mħassar;

(25)

fl-Artikolu 395, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   Istituzzjoni ma għandhiex iġġarrab skopertura lil klijent jew grupp ta' klijenti konnessi li l-valur tagħha jaqbeż l-25% tal-kapital ta' Grad 1 tagħha, wara li jiġi kkunsidrat l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu skont l-Artikoli 399 sa 403. Fejn dak il-klijent ikun istituzzjoni jew ditti tal-investiment, jew fejn grupp ta’ klijenti konnessi jinkludi istituzzjoni waħda jew aktar jew ditti tal-investiment, dak il-valur ma għandux jaqbeż il-25 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni jew EUR 150 miljun, liema minnhom ikun l-ogħla, bil-kondizzjoni li s-somma tal-valuri tal-iskopertura, wara li jiġi kkunsidrat l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu skont l-Artikoli 399 sa 403, għall-klijenti konnessi kollha li mhumiex istituzzjonijiet, ma tkunx taqbeż il-25 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni.";

(26)

l-Artikolu 402(3) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a)

il-kontroparti hija istituzzjoni jew ditta tal-investiment;";

(b)

il-punt (e) hu sostitwit b'dan li ġej:

"(e)

l-istituzzjoni tirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 394 l-ammont totali ta' skoperturi għal kull istituzzjoni jew ditti tal-investiment oħra li huma trattati skont dan il-paragrafu.".

(27)

fl-Artikolu 412, il-paragrafu 4a huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4a.   L-Att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandu japplika għall-istituzzjonijiet'".

(28)

fil-punt (a) tal-Artikolu 422(8), il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(i)

istituzzjoni prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni, jew ditta tal-investiment prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni, jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew ditta tal-investiment prinċipali;";

(29)

fl-Artikolu 428a, jitħassar il-punt (d);

(30)

fl-Artikolu 430b, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   Mid-data tal-applikazzjoni tal-att delegat msemmi fl-Artikolu 461a, l-istituzzjonijiet ta' kreditu li ma jissofisfawx il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 94(1) u lanqas il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 325a(1) għandhom jirrapportaw, għall-poizzjonijiet kollha tal-ktieb tan-negozju tagħhom li huwa soġġetti għall-kambju barrani jew riskji tal-komodità, ir-riżultati tal-kalkoli bbażati fuq l-użu tal-approċċ standardizzat stabbilit fil-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta fuq l-istess bażi bħar-rapportar minn tali istituzzjonijiet tal-obbligi stabbiliti fil-punti (b)(i) u (c) tal-Artikolu 92(3).";

(31)

fl-Artikolu 456(1) jitħassru l-punti (f) u (g);

(32)

l-Artikolu 493 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 hu sostitwit b’dan li ġej:

"Sas-26 ta’ Ġunju 2021, id-dispożizzjonijiet fuq skoperturi kbar kif stabbiliti fl-Artikoli 387 sa 403) ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal ditti tal-investimenti li n-negozju ewlieni tagħhom jikkonsisti b’mod esklussiv fil-forniment ta’ servizzi tal-investimenti jew f’attivitajiet relatati mal-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-punti (5), (6), (7), (9), (10) u (11) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE u li għalihom, fil-31 ta’ Diċembru 2006, ma kinitx tapplika d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8).

(*8)  Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1)";"

(b)

jitħassar il-paragrafu 2;

(33)

fl-Artikolu 498(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Sas-26 ta’ Ġunju 2021, id-dispożizzjonijiet fuq ir-rekwiżiti tal-fondi proprji kif stabbiliti f’dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal ditti tal-investiment li n-negozju ewlieni tagħhom jikkonsisti b’mod esklussiv fil-forniment ta’ servizzi tal-investiment jew f’attivitajiet relatati mal-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-punti (5), (6), (7), (9), (10) u (11) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE u li ma applikatx għalihom id-Direttiva 2004/39/KE fil-31 ta’ Diċembru 2006.";

(34)

fl-Artikolu 508 jitħassru l-paragrafi 2 u 3;

(35)

fil-punt (1) tal-Anness I, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(d)

approvazzjonijiet fuq kambjali li ma jkollhomx l-isem ta’ istituzzjoni oħra jew ditta tal-investiment;";

(36)

l-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (3), il-punt(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(b)

mhumiex obbligazzjoni fuq istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew fuq waħda mill-entitajiet affiljati tagħha.";

(b)

fil-punt (5), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(b)

mhumiex obbligazzjoni fuq istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew fuq waħda mill-entitajiet affiljati tagħha.";

(c)

fil-punt (6) il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(a)

ma jirrappreżentawx pretensjoni fuq SSPE, istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet affiljati tagħha;";

(d)

il-punt 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"7.

Sigurtajiet trasferibbli minbarra dawk imsemmija fil-punti 3 sa 6 li jikkwalifikaw għal piż tar-riskju ta' 50 % jew aħjar skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta jew li huma klassifikati internament bi kwalità ta’ kreditu ekwivalenti, u ma jirrappreżentawx pretensjoni fuq SSPE, istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet affiljati tagħhom;";

(e)

il-punt 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"11.

Azzjonijiet ta' ekwità komuni skambjati fuq borża u kklerjati ċentralment, li huma kostitwent ta' indiċi ta' borża ewlieni, denominati fil-munita domestika tal-Istat Membru u mhux maħruġin minn istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew kwalunkwe wieħed mill-affiljati tagħha.".

Artikolu 63

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 600/2014

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"4a.   Il- Kapitolu 1 tat-Titolu VII ta’ dan ir-Regolament japplika wkoll għal ditti minn pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi ta’ investiment jew li jwettqu attivitajiet ta' investiment fi ħdan l-Unjoni.";

(2)

fit-Titolu III, it-Titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"TRASPARENZA GĦALL-INTERNALIZZATURI SISTEMATIĊI U GĦAD-DITTI TAL- INVESTIMENT LI JINNEGOZJAW OTC U REĠIMI GĦALL-FLUTTWAZZJONIJIET MINIMI POSSIBBLI FIL-PREZZIJIET GĦAL INTERNALIZZATURI SISTEMATIĊI";

(3)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

"Artikolu 17a

Daqs tal-fluttwazzjonijiet minimi possibbli fil-prezzijiet

Il-kwotazzjonijiet tal-internalizzaturi sistematiċi, it-titjib tal-prezz fuq dawk il-kwotazzjonijiet u l-prezzijiet tal-eżekuzzjoni, għandhom jikkonformaw mad-daqs tal-fluttwazzjonijiet minimi possibbli fil-prezzijiet f'konformità mal-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/65/UE.

L-applikazzjoni tad-daqsijiet tal-fluttwazzjonijiet minimi possibbli fil-prezzijiet m’għandhiex tipprevjeni lill-internalizzaturi sistematiċi li jqabblu ordnijiet fuq skala kbira f’nofs l-offerta kurrenti u toffri prezzijiet.";

(4)

l-Artikolu 46 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, jiżdied il-punt li ġej:

"(d)

id-ditta stabbilixxiet l-arranġamenti u l-proċeduri meħtieġa biex tirrapporta l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 6a.";

(b)

fil-paragrafu 4, il-ħames subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-Istati Membri jistgħu jippermettu li ditti minn pajjiżi terzi jipprovdu servizzi ta’ investiment lil, jew iwettqu attivitajiet ta’ investiment flimkien ma’ servizzi anċillari għal, kontropartijiet eliġibbli u klijenti professjonali fis-sens tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE fit-territorji tagħhom b’konformità mar-reġimi nazzjonali fejn ma tkun ġiet adottata l-ebda deċiżjoni tal-Kummissjoni b’konformità mal-Artikolu 47(1) jew meta tali deċiżjoni tkun ġiet adottata iżda jew ma tkunx għadha effettiva jew ma tkoprix is-servizzi jew l-attivitajiet ikkonċernati.";

(c)

fil-paragrafu 5, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta kontroparti eliġibbli jew klijent professjonali fis-sens tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE stabbilit jew li jinsab fl-Unjoni jibda fuq l-inizjattiva esklużiva tiegħu l-għoti ta’ servizz jew attività ta’ investiment minn ditta ta' pajjiż terz, dan l-Artikolu ma japplikax għall-għoti ta’ dak is-servizz jew ta’ dik l-attività mid-ditta tal-pajjiż terz lil dik il-persuna, inkluż relazzjoni marbuta speċifikament mal-għoti ta’ dak is-servizz jew ta’ dik l-attività. Mingħajr preġudizzju għal relazzjonijiet intragrupp, meta ditta ta' pajjiż terz, inkluż permezz ta’ entità li taġixxi f’isimha jew li jkollha rabtiet mill-qrib ma’ tali ditta tal-pajjiż terz jew kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f’isem tali entità, tissolleċita klijenti jew klijenti potenzjali fl-Unjoni, ma għandhiex titqies bħala servizz ipprovdut fuq l-inizjattiva proprja esklussiva tal-klijent. Inizjattiva minn tali klijenti ma għandhiex tintitola lid-ditta ta' pajjiż terz li tikkummerċjalizza kategoriji ġodda ta’ prodotti tal-investiment jew servizzi tal-investiment lil dak l-individwu.";

(d)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"6a.

ditti ta' pajjiż terz li jipprovdu servizzi jew iwettqu attivitajiet skont dan l-Artikolu għandhom, fuq bażi annwali, jinformaw lill-ESMA b'dan li ġej:

(a)

l-iskala u l-ambitu tas-servizzi u l-attivitajiet imwettqa mid-ditti fl-Unjoni, inkluż id-distribuzzjoni ġeografika madwar l-Istati Membri;

(b)

għal ditti li jwettqu l-attività msemmija fil-punt (3) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, l-iskopertura minima, medja u massima tagħhom ta’ kull xahar għall-kontropartijiet tal-UE;

(c)

għal ditti li jipprovdu s-servizzi msemmija fil-punt (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, il-valur totali tal-istrumenti finanzjarji li joriġinaw mill-kontropartijiet tal-UE sottoskritti jew imqiegħda fuq bażi ta’ impenn sod matul it-12-il xahar preċedenti;

(d)

il-fatturat u l-valur aggregat tal-assi li jikkorrispondi għas-servizzi u l-attivitajiet imsemmija fil-punt (a);

(e)

jekk sarux arranġamenti għall-protezzjoni tal-investituri, u deskrizzjoni dettaljata tagħhom;

(f)

il-politika u l-arranġamenti tal-immaniġġar tar-riskji applikati mid-ditta fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet imsemmija fil-punt (a)';

(g)

l-arranġamenti għall-governanza, inkluż it-titolari ta' funzjonijiet ewlenin għall-attivitajiet tad-ditta fl-Unjoni;

(h)

kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa biex l-ESMA jew l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

L-ESMA għandha tikkomunika l-informazzjoni li tirċievi skont dan il-paragrafu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ditta ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi ta' investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment skont dan l-Artikolu.

Fejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-ESMA jew tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, l-ESMA tista’, inkluż fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Istati Membri fejn ditta ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi ta' investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment skont dan l-Artikolu, titlob lil ditti ta' pajjiż terz li jipprovdu servizzi jew iwettqu attivitajiet skont dan l-Artikolu biex jipprovdu kwalunkwe informazzjoni ulterjuri fir-rigward tal-operazzjonijiet tagħhom.

6b.

Meta ditta ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi jew twettaq attivitajiet skont dan l-Artikolu, hija għandha żżomm, għad-dispożizzjoni tal-ESMA, id-data relatata mal-ordnijiet kollha u t-tranżazzjonijiet kollha fl-Unjoni skont l-istrumenti finanzjarji li jkunu wettqu, kemm jekk f’isimhom kif ukoll f’isem klijent, għal perijodu ta’ ħames snin.

Fuq talba tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru fejn ditta ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi ta' investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha taċċessa d-data rilevanti miżmuma għad-dispożizzjoni tagħha f'konformità mal-ewwel subparagrafu u għandha tagħmel dik id-data disponibbli għall-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba.

6c.

Meta ditta ta' pajjiż terz ma tikkooperax f’investigazzjoni jew spezzjoni fuq il-post imwettqa skont l-Artikolu 47(2), jew meta ma tikkonformax ma’ talba mill-ESMA f’konformità mal-paragrafu 6a jew 6b ta' dan l-Artikolu fi żmien debitu u b'mod adatt, l-ESMA tista’ tirtira r-reġistrazzjoni tagħha jew tipprojbixxi temporanjament jew tirrestrinġi l-attivitajiet tagħha f'konformità mal-Artikolu 49.";

(e)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"7.   L-ESMA, b’konsultazzjoni mal-ABE, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li ditta applikant minn pajjiż terz trid tipprovdi fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 u l-informazzjoni li għandha tiġi rappurtata skont il-paragrafu 6a.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Settembru 2021.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

(f)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

"8.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format li fih l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tiġi ppreżentata u li fih għandha tiġi rapportata l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6a.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Settembru 2021.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

(5)

l-Artikolu 47 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 51(2) fir-rigward ta’ pajjiż terz li tiddikjara li l-arranġamenti legali u superviżorji ta’ dak il-pajjiż terz jiżguraw dan kollu li ġej:

(a)

li d-ditti awtorizzati f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw ma’ rekwiżiti prudenzjali, organizzazzjonali u tal-kondotta tan-negozju legalment vinkolanti, li għandhom effett ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*9), fid-Direttiva 2013/36/UE, id-Direttiva 2014/65/UE u d-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10), u fil-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skont dawk l-atti leġislattivi;

(b)

li d-ditti awtorizzati f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali, organizzazzjonali u tal-kondotta tan-negozju applikabbli u legalment vinkolanti; u

(c)

li l-qafas legali ta’ dak il-pajjiż terz jipprevedi sistema ekwivalenti u effettiva għar-rikonoxximent tad-ditti tal-investiment awtorizzati skont reġimi legali ta’ pajjiżi terzi;

Meta l-iskala u l-kamp ta' applikazzjoni tas-servizzi pprovduti u l-attivitajiet imwettqa minn ditti minn pajjiżi terzi fl-Unjoni wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu x’aktarx ikunu ta’ importanza sistemika għall-Unjoni, ir-rekwiżiti prudenzjali, organizzazzjonali u tal-kondotta tan-negozju legalment vinkolanti msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitqiesu biss li jkollhom effett ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fl-atti msemmija f’dak is-subparagrafu wara valutazzjoni dettaljata u granulari. Għal dawk il-għan, il-Kummissjoni għandha wkoll tivvaluta u tqis il-konverġenza superviżorja bejn il-pajjiż terz konċernat u l-Unjoni.

1a.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 sabiex tispeċifika aktar iċ-ċirkostanzi li fihom l-iskala u l-ambitu tas-servizzi pprovduti u l-attivitajiet imwettqa minn ditti ta' pajjiżi terzi fl-Unjoni wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ekwivalenza msemmija fil- paragrafu 1 x’aktarx ikunu ta’ importanza sistemika għall-Unjoni.

Meta l-iskala u l-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi pprovduti u l-attivitajiet imwettqa minn ditti ta' pajjiżi terzi x’aktarx li jkunu ta’ importanza sistemika għall-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tehmeż kondizzjonijiet operattivi speċifiċi ma’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza biex jiġi żgurat li l-ESMA u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkollhom l-għodod meħtieġa biex jipprevjenu l-arbitraġġ regolatorju u jimmonitorjaw l-attivitajiet ta’ ditti tal-investiment ta’ pajjiżi terzi rreġistrati skont l-Artikolu 46(2) fir-rigward ta’ servizzi pprovduti u attivitajiet imwettqa fl-Unjoni billi jiġi żgurat li dawk id-ditti jikkonformaw:

(a)

mar-rekwiżiti li għandhom effett ekwivalenti għar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 20 u 21;

(b)

mar-rekwiżiti ta’ rapportar li għandhom effett ekwivalenti għar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 26, fejn tali informazzjoni ma tistax tinkiseb direttament u fuq bażi kontinwa permezz ta’ Memorandum ta’ Qbil mal-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz;

(c)

ma’rekwiżiti li għandhom effett ekwivalenti għall-obbligu ta’ negozjar imsemmi fl-Artikoli 23 u 28, fejn applikabbli.

Meta tadotta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra jekk il-pajjiż terz humiex identifikat bħala ġurisdizzjoni li ma tikkooperax għal skopijiet ta’ taxxa skont il-politika rilevanti tal-Unjoni jew bħala pajjiż b’riskju għoli skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849.'';

"1b.   Il-qafas prudenzjali, organizzazzjonali u tal-kondotta tan-negozju ta’ pajjiż terz jista’ jiġi kkunsidrat li jkollu effett ekwivalenti meta dak il-qafas jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

id-ditti li jipprovdu servizzi jew li jwettqu attivitajiet ta’ investiment f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal awtorizzazzjoni u superviżjoni effettiva u infurzar fuq bażi kontinwa;

(b)

id-ditti li jipprovdu servizzi jew li jwettqu attivitajiet ta’ investiment f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal rekwiżiti kapitali suffiċjenti u, b'mod partikolari, id-ditti li jipprovdu servizzi jew li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punt (3) jew (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE huma soġġetti għal rekwiżiti kapitali komparabbli ma' dawk li japplikaw kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni;

(c)

id-ditti li jipprovdu servizzi jew li jwettqu attivitajiet ta’ investiment f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal rekwiżiti xierqa applikabbli għall-azzjonisti u l-membri tal-korp maniġerjali tagħhom;

(d)

id-ditti li jipprovdu servizzi jew li jwettqu attivitajiet tal-investiment huma soġġetti għal imġiba kummerċjali u rekwiżiti organizzazzjonali adegwati;

(e)

it-trasparenza u l-integrità tas-suq tiġi żgurata billi jipprevjenu l-abbuż tas-suq fil-forma ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu, meta tivvaluta l-ekwivalenza tar-regoli ta’ pajjiżi terzi fir-rigward tal-obbligu ta' negozjar stabbilit fl-Artikoli 23 u 28, il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll jekk il-qafas legali tal-pajjiż terz jipprevedix kriterji għad-deżinjazzjoni ta’ ċentri tan-negozjar bħala eliġibbli għall-konformità mal-obbligu ta' negozjar li għandhom effett simili għal dawk stabbiliti skont dan ir-Regolament jew skont id-Direttiva 2014/65/UE.";

(*9)  Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU 314, 5.12.2019, p. 1)."

(*10)  Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU 314, 5.12.2019, p. 64).";"

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a)

il-mekkaniżmu għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi konċernati, fosthom l-aċċess għall-informazzjoni kollha dwar id-ditti mhux mill-Unjoni awtorizzati f’pajjiżi terzi li tintalab mill-ESMA, u fejn rilevanti, il-modalitajiet tal-kondiviżjoni ulterjuri mill-ESMA, u, fejn rilevanti, l-arranġamenti għall-kondiviżjoni ulterjuri mill-ESMA ta' informazzjoni bħal din mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;";

(ii)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(c)

il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji inkluż investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post li tista’ twettaq l-ESMA, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn id-ditta ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi ta' investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment skont l-Artikolu 46, meta dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-ESMA jew tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, wara li tkun informat kif xieraq lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tiegħu.";

(iii)

jiżdied dan li ġej:

“(d)

il-proċeduri li jikkonċernaw talba għal informazzjoni skont l-Artikolu 46 (6a) u (6b) li l-ESMA tista’ tibgħat lil ditta ta' pajjiż terz irreġistrata skont l-Artikolu 46(2)."';

(c)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"5.   L-ESMA għandha timmonitorja l-iżviluppi regolatorji u superviżorji, il-prattiki ta' infurzar u żviluppi oħra fis-suq rilevanti f'pajjiżi terzi li għalihom ikunu ġew adottati deċiżjonijiet ta' ekwivalenza mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 sabiex tivverifika li l-kondizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom ikunu ttieħdu dawk id-deċiżjonijiet għadhom sodisfatti. L-ESMA għandha tippreżenta rapport kunfidenzjali dwar is-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni fuq bażi annwali. Fejn jitqies xieraq mill-ESMA, l-ESMA tista’ tikkonsulta lill-ABE fir-rigward tar-rapport.

Ir-rapport għandu jirrifletti wkoll ix-xejriet osservati abbażi tad-data miġbura skont l-Artikolu 46(6a), b’mod partikolari fir-rigward ta’ ditti li jipprovdu servizzi jew iwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE.

6.   Il-Kummissjoni għandha, abbażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 5, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-inqas fuq bażi annwali. Ir-rapport għandu jinkludi lista tad-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza meħuda jew irtirati mill-Kummissjoni fis-sena ta’ rapportar, kif ukoll kwalunkwe miżura meħuda mill-ESMA skont l-Artikolu 49, u jipprovdi r-raġunament għal dawk id-deċiżjonijiet u l-miżuri.

Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jinkludi informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-iżviluppi regolatorji u superviżorji, il-prattiki ta’ infurzar u żviluppi oħra tas-suq rilevanti f’pajjiżi terzi li għalihom ġew adottati deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza. Għandu wkoll jieħu kont ta’ kif il-provvista transkonfinali ta’ servizzi ta’ investiment minn ditti ta' pajjiżi terzi evolviet b’mod ġenerali u b’mod partikolari fir-rigward tas-servizzi u l-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE. Fi żmien debitu, ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar il-valutazzjonijiet ta’ ekwivalenza li għaddejjin li l-Kummissjoni qed twettaq fir-rigward ta’ pajjiż terz.";

(6)

l-Artikolu 49 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 49

Miżuri li għandhom jittieħdu mill-ESMA

1.   L-ESMA tista’ temporanjament tipprojbixxi jew tirrestrinġi ditta ta' pajjiż terz milli tipprovdi servizzi ta’ investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment b’ xi servizz anċillari jew mingħajru skont l-Artikolu 46(1) meta d-ditta ta' pajjiż terz tkun naqset milli tikkonforma ma’ kwalunkwe projbizzjoni jew restrizzjoni imposta mill-ESMA jew mill-ABE skont l-Artikoli 40 u 41 jew minn awtorità kompetenti skont l-Artikolu 42, tkun naqset milli tikkonforma ma’ talba mill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 46(6a) u (6b) fiż-żmien debitu u l-mod adatt, jew meta d-ditta ta' pajjiż terz ma tikkooperax ma’ investigazzjoni jew spezzjoni fuq il-post imwettqa skont l-Artikolu 47(2).

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-ESMA għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta’ ditta ta' pajjiż terz fir-reġistru stabbilit skont l-Artikolu 48, meta l-ESMA tkun irreferiet il-kwistjoni lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz u dik l-awtorità kompetenti ma tkunx ħadet il-miżuri xierqa meħtieġa biex tipproteġi lill-investituri jew il-funzjonament xieraq tas-swieq fl-Unjoni, jew tkun naqset milli turi li d-ditta mill-pajjiż terz ikkonċernat tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għaliha fil-pajjiż terz, jew mal-kondizzjonijiet li taħthom tkun ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 47(1), u tapplika waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

L-ESMA jkollha raġunijiet fondati sew abbażi ta’ evidenza dokumentata, inkluż iżda mhux limitata għall-informazzjoni annwali pprovduta skont l-Artikolu 46(6a), biex temmen li, fil-forniment tas-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment fl-Unjoni, id-ditta ta' pajjiż terz qed taġixxi b’manjiera li hija ċarament ta’ preġudizzju għall-interessi tal-investituri jew tal-funzjonament ordnat tas-swieq;

(b)

L-ESMA jkollha raġunijiet fondati sew abbażi ta’ evidenza dokumentata, inkluż iżda mhux limitata għall-informazzjoni annwali pprovduta skont l-Artikolu 46(6a), biex temmen li fil-forniment tas-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment fl-Unjoni, id-ditta ta' pajjiż terz tkun kisret id-dispożizzjonijiet applikabbli għaliha fil-pajjiż terz u li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni tkun adottat id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 47(1).

3.   L-ESMA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz bl-intenzjoni tagħha li tieħu azzjoni fi żmien debitu f'konformità mal-paragrafu 1 jew 2.

Meta tiddeċiedi dwar l-azzjoni xierqa li għandha tittieħed skont dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tqis in-natura u s-serjetà tar-riskju maħluq għall-investituri u l-funzjonament xieraq tas-swieq fl-Unjoni, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:

(a)

id-durata u l-frekwenza tar-riskju li jirriżulta;

(b)

jekk ir-riskju jkunx żvela dgħufijiet serji jew sistemiċi fil-proċeduri tad-ditti ta' pajjiż terz;

(c)

jekk ir-reat finanzjarju ġiex ikkawżat, iffaċilitat jew attribwit b'mod ieħor għar-riskju;

(d)

jekk ir-riskju jkunx seħħ intenzjonalment jew b’negliġenza.

L-ESMA għandha tinforma lill-Kummissjoni u lid-ditta minn pajjiż terz ikkonċernat dwar kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafu 1 jew 2 mingħajr dewmien u għandha tippubblika d-deċiżjoni tagħha fil-websajt tagħha.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kondizzjonijiet skont liema ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 47(1) għadhomx jeżistu fir-rigward tal-pajjiż terz ikkonċernat.";

(7)

fl-Artikolu 52, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"13.   Sal-31 ta’ Diċembru 2020, l-ESMA għandha tivvaluta l-ħtiġijiet ta’ persunal u riżorsi li jirriżultaw mill-assunzjoni tas-setgħat u d-dmirijiet tagħha f’konformità mal-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2019/2033 u tippreżenta rapport dwar dik il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.";

(8)

fl-Artikolu 54 il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   Ditti minn pajjiżi terzi jistgħu jkomplu jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet fl-Istati Membri, skont ir-reġimi nazzjonali, sa tliet snin wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ deċiżjoni rigward il-pajjiż terz rilevanti f’konformità mal-Artikolu 47. Is-servizzi u l-attivitajiet mhux koperti b’tali deċiżjoni jistgħu jibqgħu jiġu pprovduti skont ir-reġim nazzjonali.".

Artikolu 64

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 806/2014

Fl-Artikolu 12a tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29), jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3.   F’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*11) (30), ir-referenzi għall-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f’dan ir-Regolament fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq bażi individwali ta’ ditti tal-investiment imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament u li mhumiex ditti tal-investiment msemmija fl-Artikolu 192) jew 1(5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jinftiehmu kif ġej:

(a)

ir-referenzi għall-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżit tal-proporzjon kapitali totali f’dan ir-Regolament għandhom jirreferu għall-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033;

(b)

ir-referenzi għall-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju f’dan ir-Regolament għandhom jirreferu għar-rekwiżit applikabbli fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 immultiplikat bi 12,5.

F’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*12) (31), ir-referenzi għall-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE f’dan ir-Regolament fir-rigward tar-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali ta’ ditti tal-investiment imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament u li ma jkunux ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 1(2) jew 1(5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jiġu interpretati bħala li jirreferu għall-Artikolu 40 tad-Direttiva (UE) 2019/2034".

PARTI GĦAXRA

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 65

Referenzi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f'atti legali oħra tal-Unjoni

Għall-finijiet tar-rekwiżiti prudenzjali ta’ ditti tal-investiment, ir-referenzi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f’atti oħra tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 66

Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu japplika mis-26 ta’ Ġunju 2021.

3.   Minkejja l-paragrafu 2:

(a)

il-punti (2) u (3) tal-Artikolu 63 għandhom japplikaw mis-26 ta’ Marzu 2020;

(b)

il-punt (30) tal-Artikolu 62 għandu japplika mis-26 ta’ Marzu 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-27 ta’ Novembru 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

T. TUPPURAINEN


(1)  ĠU C 378, 19.10.2018, p. 5.

(2)  ĠU C 262, 25.7.2018, p. 35

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Novembru 2019.

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(6)  Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(7)  Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal- investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE (ara paġna 64 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja, il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta' investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta' rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1).

(9)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2019/630 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 4).

(12)  Id-Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta' entitajiet eżentati, kumpanniji azzjonarji finanzjarji, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, remunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta' konservazzjoni ta' kapital (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 253).

(13)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(15)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(16)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(18)  Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

(19)  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(20)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(21)  Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta’ transazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).

(22)  Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).

(23)  Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/593 tas-7 ta' April 2016 li tissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward is-salvagwardja tal-istrumenti finanzjarji u l-fondi tal-klijenti, l-obbligi ta' governanza tal-prodotti u r-regoli applikabbli għall-provvediment jew ir-riċeviment ta' tariffi, kummissjonijiet jew kwalunkwe benefiċċju monetarju jew mhux monetarju (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 500).

(24)  Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1).

(25)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/578 tat-13 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti dwar ftehimiet u skemi ta' ġenerazzjoni tas-suq (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 183).

(26)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/567 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-definizzjonijiet, it-trasparenza, il-kompressjoni ta' portafolli u l-miżuri superviżorji fuq l-intervent fuq prodotti u pożizzjonijiet (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 90).

(27)  ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument PE-CONS 79/19 (2017/0358(COD)).

(28)  Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(29)  Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).”;

(30)  ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 80/19 (2017/0359(COD)) u imla n-nota korrispondenti fil-qiegħ tal-paġna.

(31)  ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument PE-CONS 79/19 (2017/0358(COD)) u imla n-nota korrispondenti fil-qiegħ tal-paġna.


DIRETTIVI

5.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/64


DIRETTIVA (UE) 2019/2034 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Novembru 2019

dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE 2014/59/UE u 2014/65/UE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali, Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Superviżjoni prudenzjali robusta hija parti integrali mill-kondizzjonijiet regolatorji li skonthom l-istituzzjonijiet finanzjarji jipprovdu servizzi fi ħdan l-Unjoni. Ditti tal-investiment huma, flimkien ma' istituzzjonijiet ta' kreditu, soġġetti għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u għad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) fir-rigward tat-trattament u tas-superviżjoni prudenzjali tagħhom, filwaqt li l-awtorizzazzjoni tagħhom u rekwiżiti organizzazzjonali u tal-imġiba oħra huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(2)

Ir-reġimi prudenzjali eżistenti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE huma fil-parti l-kbira bbażati fuq iterazzjonijiet suċċessivi tal-istandards regolatorji internazzjonali stabbiliti għal gruppi bankarji kbar mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja u jindirizzaw b'mod parzjali biss ir-riskji speċifiċi inerenti għall-attivitajiet diversi ta' għadd kbir ta' ditti tal-investiment. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-vulnerabbiltajiet u r-riskji speċifiċi inerenti għal dawn id-ditti tal-investiment jiġu indirizzati ulterjorment permezz ta' arranġamenti prudenzjali effettivi, adatti u proporzjonati fil-livell tal-Unjoni li jgħinu sabiex jipprovdu kondizzjonijiet ekwivalenti madwar l-Unjoni, li jiggarantixxu superviżjoni prudenzjali effettiva filwaqt li jżommu l-ispejjeż ta' konformità taħt kontroll, u li jiżguraw biżżejjed kapital għar-riskji ta' ditti tal-investiment.

(3)

Jenħtieġ li superviżjoni prudenzjali solida tiżgura li d-ditti tal-investiment jiġu ġestiti b'mod ordnat u fl-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom. Jenħtieġ li tieħu kont tal-potenzjal li d-ditti tal-investiment u l-klijenti tagħhom jidħlu għal teħid ta' riskju eċċessiv u l-gradi differenti ta' riskju mġarrab u maħluq mid-ditti tal-investiment. Bl-istess mod, jenħtieġ li tali superviżjoni prudenzjali timmira li tevita milli timponi piż amministrattiv sproporzjonat fuq id-ditti tal-investiment. Fl-istess waqt, tali superviżjoni prudenzjali jenħtieġ li tagħmilha possibbli li jinstab bilanċ bejn l-iżgurar tas-sikurezza u s-solidità tad-ditti tal-investiment u l-evitar ta' spejjeż eċċessivi li jistgħu jdgħajfu l-vijabbiltà tal-attivitajiet tan-negozju tagħhom.

(4)

Ħafna mir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-qafas tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tad-Direttiva 2013/36/UE huma mfassla biex jindirizzaw ir-riskji komuni ffaċċjati mill-istituzzjonijiet ta' kreditu. Għalhekk, ir-rekwiżiti eżistenti huma fil-parti l-kbira kkalibrati biex jippreservaw il-kapaċità ta' self tal-istituzzjonijiet ta' kreditu permezz ta' ċikli ekonomiċi u biex jiġu protetti d-depożitanti u l-kontribwenti minn falliment possibbli, u mhumiex imfassla biex jindirizzaw il-profili tar-riskju differenti kollha tad-ditti tal-investiment. Id-ditti tal-investiment ma għandhomx portafolji kbar ta' self fil-livell tal-konsumatur u korporattiv u ma jiħdux depożiti. Il-probabbiltà li l-falliment tagħhom jista' jkollu impatti detrimentali fuq l-istabbiltà finanzjarja ġenerali hija inqas milli fil-każ tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, iżda d-ditti tal-investiment xorta joħolqu riskju li jkun meħtieġ li jiġi indirizzat permezz ta' qafas robust. B'hekk, ir-riskji ffaċċjati u maħluqa mill-parti l-kbira tad-ditti tal-investiment huma sostanzjalment differenti mir-riskji ffaċċjati u maħluqa mill-istituzzjonijiet ta' kreditu u jenħtieġ li tali differenza tkun riflessa b'mod ċar fil-qafas prudenzjali tal-Unjoni.

(5)

Differenzi fl-applikazzjoni tal-qafas prudenzjali eżistenti fi Stati Membri differenti jheddu l-kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għad-ditti tal-investiment fi ħdan l-Unjoni, u jostakolaw l-aċċess tal-investituri għal opportunitajiet ġodda u modi aħjar għall-ġestjoni tar-riskju tagħhom. Dawk id-differenzi jirriżultaw mill-kumplessità ġenerali tal-applikazzjoni tal-qafas għal ditti tal-investiment differenti fuq il-bażi tas-servizzi li jipprovdu, fejn xi awtoritajiet nazzjonali jaġġustaw jew jissimplifikaw tali applikazzjoni fil-liġi jew fil-prattika nazzjonali. Peress li l-qafas prudenzjali eżistenti ma jindirizzax ir-riskji kollha ffaċċjati u maħluqa minn xi tipi ta' ditti tal-investiment, ġew applikati supplimentazzjonijiet kapitali kbar għal ċerti ditti tal-investiment f'xi Stati Membri. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet uniformi li jindirizzaw dawk ir-riskji biex tiġi żgurata superviżjoni prudenzjali armonizzata tad-ditti tal-investiment madwar l-Unjoni.

(6)

Għaldaqstant huwa meħtieġ reġim prudenzjali speċifiku għad-ditti tal-investiment li mhumiex sistemiċi fid-dawl tad-daqs u tal-interkonnessjoni tagħhom ma' atturi finanzjarji u ekonomiċi oħra. Jenħtieġ li, madankollu, id-ditti sistemiċi ta' investiment jibqgħu soġġetti għall-qafas prudenzjali eżistenti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/. Dawk id-ditti tal-investiment huma subsett ta' ditti tal-investiment li għalihom bħalissa japplika l-qafas stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fid-Direttiva 2013/36/UE u li ma jibbenefikawx minn eżenzjonijiet iddedikati minn kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti prinċipali tagħhom. L-akbar u l-aktar ditti tal-investiment interkonnessi għandhom mudelli kummerċjali u profili tar-riskju li huma simili għal dawk ta' istituzzjonijiet ta' kreditu sinifikanti. Dawn jipprovdu servizzi “qishom bankarji” u jissottoskrivu riskji fuq skala sinifikanti. Barra minn hekk, ditti sistemiċi tal-investiment huma kbar biżżejjed, u għandhom mudelli kummerċjali u profili tar-riskju li jirrappreżentaw theddida għall-funzjonament stabbli u ordnat tas-swieq finanzjarji bl-istess mod bħal istituzzjonijiet ta' kreditu kbar. Għalhekk huwa adatt li dawk id-ditti tal-investiment jibqgħu soġġetti għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE.

(7)

Huwa possibbli li d-ditti tal-investiment li jinnegozjaw f'isimhom stess, li jissottoskrivu strumenti finanzjarji jew li jjqiegħdu strumenti finanzjarji fuq bażi ta' impenn sod fuq skala sinifikanti, jew li jkunu membri tal-ikklirjar f'kontropartijiet ċentrali, ikollhom mudelli ta' negozju u profili tar-riskju li jkunu simili għal dawk tal-istituzzjonijiet ta' kreditu. Minħabba d-daqs u l-attivitajiet tagħhom, huwa posibli li tali ditti tal-investiment jippreżentaw riskji komparabbli għall-istabbiltà finanzjarja bħala istituzzjonijiet ta' kreditu. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom l-opzjoni li tesiġi li huma jibqgħu soġġetti għall-istess trattament prudenzjali bħall-istituzzjonijiet ta' kreditu li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għall-konformità mas-superviżjoni prudenzjali skont id-Direttiva 2013/36/UE.

(8)

Jista' jkun hemm Stati Membri li fihom l-awtoritajiet li huma kompetenti għas-superviżjoni prudenzjali ta' ditti tal-investiment ikunu differenti mill-awtoritajiet li jkunu kompetenti għas-superviżjoni tal-imġiba tas-suq. Għalhekk huwa neċessarju li jinħoloq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni u ta' skambju ta' informazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet sabiex tiġi żgurata superviżjoni prudenzjali armonizzata tad-ditti tal-investiment madwar l-Unjoni, li jiffunzjona b'mod veloċi u effiċjenti.

(9)

Ditta tal-investiment tista' tinnegozja permezz ta' membru tal-ikklirjar fi Stat Membru ieħor.Fejn tagħmel dan,, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti fl-Istati Membri differenti. Jenħtieġ li tali mekkaniżmu jippermetti l-kondiviżjoni ta' informazzjoni bejn l-awtorità kompetenti għas-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u jew l-awtorità li tissorvelja l-membru tal-ikklirjar inkella l-awtorità li tissorvelja l-kontroparti ċentrali fuq il-mudell u l-parametri użati għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-marġini tad-ditta tal-investiment fejn tali metodu ta' kalkolu jintuża bħala l-bażi għar-rekwiżiti tal-fondi proprji tad-ditta tal-investiment.

(10)

Sabiex titrawwem l-armonizzazzjoni tal-istandards u tal-prassi superviżorji fi ħdan l-Unjoni jenħtieġ li, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) (ABE) f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) (ESMA) iżżomm il-kompetenza primarja għall-koordinazzjoni u għall-konverġenza tal-prassi superviżorja fil-qasam tas-sorveljanza prudenzjali fuq id-ditti tal-investiment fi ħdan is-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF).

(11)

Jenħtieġ li l-livell meħtieġ ta' kapital inizjali ta' ditta tal-investiment ikun ibbażat fuq is-servizzi u l-attivitajiet li dik id-ditta tal-investiment tkun awtorizzata li tipprovdi u twettaq, rispettivament, skont id-Direttiva 2014/65/UE. Il-possibbiltà għall-Istati Membri li jbaxxu l-livell meħtieġ ta' kapital inizjali f'sitwazzjonijiet speċifiċi, kif previst fid-Direttiva 2013/36/UE, minn naħa, u s-sitwazzjoni ta' implimentazzjoni irregolari ta' dik id-Direttiva, min-naħa l-oħra, wasslu għal sitwazzjoni fejn il-livell meħtieġ ta' kapital inizjali jvarja madwar l-Unjoni. Sabiex tintemm dik il-frammentazzjoni, jenħtieġ li l-livell meħtieġ ta' kapital inizjali jiġi armonizzat għad-ditti kollha ta' investiment fl-Unjoni. Bil-ħsieb li jitnaqqsu l-ostakli għad-dħul fis-suq li jistgħu jeżistu bħalissa għall-faċilitajiet multilaterali tan-negozjar (MTF) u l-faċilitajiet organizzati tan-negozjar (OTF), il-kapital inizjali ta' ditti tal-investiment li joperaw MFT jew OTF jenħtieġ li jiġi stabbilit fl-istess livell imsemmi f'din id-Direttiva. Fejn ditta tal-investiment awtorizzata li topera OTF tkun ingħatat permess li tidħol ukoll f'negozjar f'isimha stess skont il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/65/UE, il-kapital inizjali tagħha jenħtieġ li jiġi stabbilit fil-livell imsemmi f'din id-Direttiva.

(12)

Għalkemm id-ditti tal-investiment ma għandhomx jibqgħu jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew tad-Direttiva 2013/36/UE, ċerti kunċetti użati fil-kuntest ta' dawk l-atti leġislattivi jenħtieġ li jżommu t-tifsira stabbilita sew tagħhom. Sabiex ikun jista' jsir u jiġi ffaċilitat l-fehim konsistenti ta' tali kunċetti f'atti legali tal-Unjoni meta jintużaw, referenzi f'tali atti għall-kapital inizjali ta' ditti tal-investiment, għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti għal ditti tal-investiment, għall-proċess ta' valutazzjoni interna dwar l-adegwatezza tal-kapital ta' ditti tal-investiment, għall-proċess ta' reviżjoni u evalwazzjoni superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti għal ditti tal-investiment, u għad-dispożizzjonijiet ta' governanza u remunerazzjoni applikabbli għad-ditti tal-investiment jenħtieġ li jinftiehmu bħala li jirreferu għad-dispożizzjonijiet korrispondenti f'din id-Direttiva.

(13)

Il-funzjonament tajjeb tas-suq intern jeħtieġ li r-responsabbiltà għas-superviżjoni prudenzjali ta' ditta tal-investiment, b'mod partikolari fir-rigward tas-solvenza tagħha u s-solidità finanzjarja tagħha, tkun tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha. Sabiex tinkiseb ukoll superviżjoni effettiva tad-ditti tal-investiment fi Stati Membri oħra, fejn dawn jipprovdu servizzi jew ikollhom fergħa, jenħtieġ li jiġu żgurati kooperazzjoni mill-qrib u l-iskambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati Membri.

(14)

Għal finijiet ta' informazzjoni u ta' superviżjoni, u b'mod partikolari biex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti jkunu jistgħu, fuq il-bażi ta' każ b'każ, iwettqu verifiki fuq il-post u jispezzjonaw l-attivitajiet tal-fergħat ta' ditti tal-investiment fit-territorju tagħhom, u jitolbu informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' dawk il-fergħat. Madankollu, jenħtieġ li l-miżuri superviżorji għal dawk il-fergħat jibqgħu r-responsabbiltà tal-Istat Membru tad-domiċilju.

(15)

Sabiex jipproteġu informazzjoni kummerċjalment sensittiva, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu marbuta b'regoli tas-segretezza professjonali meta jwettqu l-kompiti superviżorji tagħhom u meta jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali.

(16)

Sabiex jissaħħu s-superviżjoni prudenzjali ta' ditti tal-investiment u l-protezzjoni ta' klijenti tad-ditti tal-investiment, jenħtieġ li l-awdituri jwettqu l-verifiki tagħhom b'mod imparzjali u jirrapportaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti dawk il-fatti li jista' jkollhom effett serju fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta' ditta tal-investiment jew fuq l-organizzazzjoni amministrattiva u kontabilistika tagħha.

(17)

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li d-data personali tiġi pprċessata f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), u mar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). B'mod partikolari, fejn din id-Direttiva tippermetti skambji ta' data personali ma' pajjiżi terzi, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2018/1725.

(18)

Sabiex jissalvagwardjaw il-konformità mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu għal sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra li huma effettivi, proporzjonati u dissważivi. Sabiex jiġi żgurat li s-sanzjonijiet amministrattivi jkollhom effett dissważiv jenħtieġ li jiġu ppubblikati ħlief f'ċerti ċirkostanzi definiti sew. Sabiex il-klijenti u l-investituri jkunu jistgħu jagħmlu deċiżjoni infurmata dwar l-opzjonijiet tagħhom ta' investiment, jenħtieġ li dawk il-klijenti u l-investituri jkollhom aċċess għall-informazzjoni dwar sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra imposti fuq ditti tal-investiment.

(19)

Sabiex jindividwaw ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u ksur tar-Regolament (UE) 2019/2033, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom is-setgħat investigattivi neċessarji u jenħtieġ li jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi u rapidi biex jirrapportaw ksur potenzjali jew reali.

(20)

Jenħtieġ li ditti tal-investiment li ma jitqiesux bħala żgħar u mhux interkonnessi jkollhom disponibbli kapital intern li jkun adegwat fil-kwantità, fil-kwalità u fid-distribuzzjoni biex ikopri r-riskji speċifiċi li għalihom huma jew jistgħu jkunu skoperti. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li ditti tal-investiment jkollhom strateġiji u proċessi adegwati fis-seħħ biex jivvalutaw u jżommu l-adegwatezza tal-kapital intern tagħhom. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu wkoll jitolbu wkoll lil ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi biex japplikaw rekwiżiti simili fejn adatt.

(21)

Jenħtieġ li s-setgħat ta' rieżami u ta' evalwazzjoni jibqgħu għodda regolatorja importanti li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw elementi kwalitattivi, inkluż governanza u kontrolli interni, proċessi u proċeduri ta' mmaniġġjar tar-riskju u, fejn meħtieġ, l-istabbiliment ta' rekwiżiti addizzjonali, inkluż b'mod partikolari b'rabta ma' rekwiżiti ta' fondi proprji u ta' likwidata, b'mod partikolari għal ditti tal-investiment li ma jitqiesux bħala żgħar u mhux interkonnessi, u meta l-awtorità kompetenti tqis li dan ikun ġustifikat u adatt, għad-ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi wkoll.

(22)

Il-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema maskili u femminili għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali huwa stipulat fl-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Dak il-prinċipju jenħtieġ li jiġi applikat b'mod konsistenti mid-ditti tal-investiment. Sabiex ir-remunerazzjoni tiġi allinjata mal-profil tar-riskju tad-ditti tal-investiment u biex jiġu ggarantiti kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, jenħtieġ li d-ditti tal-investiment ikunu soġġetti għal prinċipji ċari fir-rigward tal-arranġamenti ta' governanza korporattiva u r-regoli dwar ir-remunerazzjoni, li huma newtrali fir-rigward tas-sessi u li jieħdu kont tad-differenzi bejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment. Ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi, madankollu, jenħtieġ li jkunu eżenti minn dawk ir-regoli billi d-dispożizzjonijiet relatati mar-remunerazzjoni u l-governanza korporattiva stabbiliti fid-Direttiva 2014/65/UE huma komprensivi biżżejjed għal dawk it-tipi ta' ditti tal-investiment.

(23)

Bl-istess mod, ir-rapport tal-Kummissjoni tat-28 ta' Lulju 2016 dwar il-valutazzjoni tar-regoli ta' remunerazzjoni skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 wera li r-rekwiżiti dwar id-differiment u l-ħlas fi strumenti stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE mhumiex adatti għal ditti tal-investiment żgħar u mhux kumplessi jew għal persunal b'livelli baxxi ta' remunerazzjoni varjabbli. Kriterji ċari, konsistenti u armonizzati għall-identifikazzjoni ta' ditti tal-investiment u ta' individwi li huma eżenti minn dawk ir-rekwiżiti huma neċessarji biex tiġi żgurata konverġenza superviżorja u kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni. Minħabba r-rwol importanti li jilagħbu persuni li jaqilgħu pagi għoljin fit-tmexxija tan-negozju u l-prestazzjoni fit-tul ta' ditti tal-investiment, jenħtieġ li tiġi żgurata sorveljanza effettiva tal-prattiki ta' remunerazzjoni u x-xejriet relatati ma' persuni li jaqilgħu pagi għoljin. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jimmonitorjaw ir-remunerazzjoni ta' persuni li jaqilgħu pagi għoljin.

(24)

Huwa adatt ukoll li tiġi offruta ċerta flessibbiltà lid-ditti tal-investiment fil-mod li bih il-ditti tal-investiment jużaw strumenti mhux fi flus biex iħallsu remunerazzjoni varjabbli, dment li t-tali strumenti jkunu effettivi fl-ilħuq tal-objettiv ta' allinjament tal-interessi tal-persunal mal-interessi ta' diversi partijiet ikkonċernati, bħall-azzjonisti u l-kredituri, u jikkontribwixxu għall-allinjament tar-remunerazzjoni varjabbli mal-profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment.

(25)

Id-dħul tad-ditti tal-investiment fil-forma ta' tariffi, ta' kummissjonijiet u ta' introjtu ieħor b'rabta mal-forniment ta' servizzi ta' investiment differenti huwa ferm volatili. Il-limitazzjoni tal-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni għal porzjon tal-komponent fiss tar-remunerazzjoni tkun taffettwa l-ħila tad-ditta tal-investiment li tnaqqas ir-remunerazzjoni fi żminijiet ta' dħul imnaqqsa u tista' twassal għal żieda fil-bażi ta' spejjeż fissi tad-ditta tal-investiment, li jistgħu joħolqu riskji għall-ħila tad-ditta tal-investiment li tkampa matul tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jew tnaqqis fid-dħul. Biex jiġu evitati dawk ir-riskji, jenħtieġ li ma jiġix impost proporzjon massimu wieħed bejn il-komponenti varjabbli u dawk fissi tar-remunerazzjoni fuq id-ditti tal-investiment mhux sistemiċi. Minflok, jenħtieġ li dawk id-ditti tal-investiment jistabbilixxu proporzjonijiet adatti huma stess. Madankollu, jenħtieġ li din id-Direttiva ma tipprekludix Stati Membri milli jimplimentaw miżuri fil-liġi nazzjonali mfassla biex ditti tal-investiment ikunu soġġetti għal rekwiżiti aktar stretti fir-rigward tal-proporzjon massimu bejn il-komponenti varjabbli u dawk fissi tar-remunerazzjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li din id-Direttiva ma tipprevjenix lill-Istati Membri milli jimponu tali proporzjon massimu fuq tipi speċifiċi ta' ditti tal-investiment, jew kollha kemm huma.

(26)

Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tipprevjenix Stati Membri milli jadottaw approċċ aktar strett fir-rigward tar-remunerazzjoni meta ditti tal-investiment jirċievu appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju.

(27)

Jintużaw strutturi differenti ta' governanza madwar l-Istati Membri. Fil-parti l-kbira tal-każijiet tintuża struttura ta' bord unitarja jew doppja. Id-definizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom l-intenzjoni li jħaddnu l-istrutturi eżistenti kollha mingħajr ma jesprimu preferenza għal xi struttura partikolari. Huma purament funzjonali għall-fini li jistabbilixxu regoli mmirati għal eżitu partikolari irrispettivament mil-liġi nazzjonali tal-kumpaniji applikabbli għal istituzzjoni f'kull Stat Membru. Għalhekk, jenħtieġ li d-definizzjonijiet ma jinterferixxux mal-allokazzjoni ġenerali ta' kompetenzi f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-kumpaniji.

(28)

Jenħtieġ li korpi maniġerjali jkunu meqjusa li jkollhom funzjonijiet eżekuttivi u superviżorji. Il-kompetenza u l-istruttura ta' korpi maniġerjali huma differenti madwar l-Istati Membri. Fi Stat Membru fejn il-korpi maniġerjali jkollhom struttura b'livell wieħed, ħafna drabi bord uniku jwettaq il-kompiti maniġerjali u dawk superviżorji. Fi Stati Membri b'sistema b'żewġ livelli, il-funzjoni superviżorja titwettaq minn bord superviżorju separat li ma għandu l-ebda funzjoni eżekuttiva u l-funzjoni eżekuttiva titwettaq minn bord maniġerjali separat li jkun responsabbli u jirrispondi għall-ġestjoni ta' kuljum tal-impriża. Għaldaqstant, kompiti separati jiġu assenjati lill-entitajiet differenti fi ħdan il-korp maniġerjali.

(29)

Bħala tweġiba għad-domanda dejjem akbar mill-pubbliku għal trasparenza fiskali u biex tiġi promossa r-responsabbiltà soċjali korporattiva tad-ditti tal-investiment, ikun adatt li, sakemm ma jikkwalifikawx bħala żgħar u mhux interkonnessi, id-ditti tal-investiment jiddivulgaw fuq bażi annwali, ċerta informazzjoni, inkluż informazzjoni dwar il-profitti li jagħmlu, it-taxxi li ħallsu u kwalunkwe sussidju pubbliku li rċevew.

(30)

Sabiex jiġu indirizzati r-riskji fil-livell ta' grupp ta' ditti tal-investiment biss, jenħtieġ li l-metodu ta' konsolidazzjoni prudenzjali meħtieġ mir-Regolament (UE) 2019/2033 fil-każ ta' gruppi ta' ditti tal-investiment biss jiġi akkumpanjat minn test tal-kapital tal-grupp għal strutturi aktar sempliċi ta' grupp. Madankollu, jenħtieġ li fiż-żewġ każijiet id-determinazzjoni tas-superviżur tal-grupp tkun ibbażata fuq l-istess prinċipji li japplikaw fil-każ ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata skont id-Direttiva 2013/36/UE. Biex tiġi żgurata kooperazzjoni adatta, elementi ċentrali tal-miżuri ta' koordinazzjoni, u b'mod partikolari, rekwiżiti ta' informazzjoni f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza jew f'arranġamenti ta' kooperazzjoni u ta' koordinazzjoni jenħtieġ li jkunu simili għall-elementi ċentrali ta' koordinazzjoni applikabbli fil-kuntest ta' ġabra unika tar-regoli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu.

(31)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tippreżenta rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill għan-negozjar ta' ftehimiet bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi għall-eżerċizzju prattiku tas-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp għad-ditti tal-investiment, li l-impriżi prinċipali tagħhom ikunu stabbiliti f'pajjiżi terzi, u għal ditti tal-investiment li joperaw f'pajjiżi terzi li l-impriżi prinċipali tagħhom ikunu stabbiliti fl-Unjoni.Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-ABE jkunu jistgħu wkoll jistabbilixxu arranġamenti ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi għat-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħhom.

(32)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u jiġu evitati dupplikazzjonijiet bejn il-qafas prudenzjali preżenti applikabbli kemm għall-istituzzjonijiet ta' kreditu kif ukoll għad-ditti tal-investiment u din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE jenħtieġ li jiġu emendati sabiex id-ditti tal-investiment jitneħħew mill-kamp ta' applikazzjoni tagħhom. Madankollu, ditti tal-investiment li jkunu parti minn grupp bankarju jenħtieġ li jibqgħu suġġetti għal dawk id-dispożizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE li jkunu rilevanti għall-grupp bankarju, bħal ma huma r-regoli dwar il-konsolidazzjoni prudenzjali stabbiliti fl-Artikoli 11 sa 24 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-dispożizzjonijiet dwar l-impriża prinċipali tal-UE intermedjarja li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 21b tad-Direttiva 2013/36/UE.

(33)

Huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-passi li jridu jieħdu l-impriżi biex jivverifikaw jekk jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu kif stipulata fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, għalhekk, ikollhom jiksbu awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu. Peress li ċerti ditti tal-investiment diġà jwettqu l-attivitajiet elenkati fil-punti (3) sa (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, huwa wkoll neċessarju li tiġi żgurata ċ-ċarezza fir-rigward tal-kontinwità ta' kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija għal dawk l-attivitajiet. B'mod partikolari, huwa essenzjali li l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li t-transizzjoni mill-qafas attwali għal dak ġdid toffri ċertezza regolatorja suffiċjenti għad-ditti tal-investiment.

(34)

Sabiex tiġi żgurata superviżjoni effettiva, importanti li l-impriżi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 japplikaw għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti għalhekk ikollhom il-possibbiltà li japplikaw sanzjonijiet lil impriżi li ma japplikawx għal dik l-awtorizzazzjoni.

(35)

L-emenda għad-definizzjoni ta' “'istituzzjoni ta' kreditu” fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 bir-Regolament (UE) 2019/2033 tista', mad-dħul fis-seħħ ta’ dan tal-aħħar, tkopri ditti tal-investiment li diġà jkunu qegħdin joperaw fuq il-bażi ta' awtorizzazzjoni maħruġa f'konformità mad-Direttiva 2014/65/UE. Jenħtieġ li dawk l-impriżi jitħallew ikomplu joperaw bl-awtorizzazzjoni tagħhom bħala ditti tal-investiment sakemm tingħata l-awtorizzazzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu. Jenħtieġ li dawk id-ditti tal-investiment jissottomettu applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu sa mhux aktar tard minn meta l-medja tal-assi totali ta' kull xahar tagħhom ugwali għal jew taqbeż kwalunkwe wieħed mil-livelli limitu stabbiliti fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq perijodu ta' 12-il xahar konsekuttivi. Fejn ditti tal-investiment jissodisfaw kwalunkwe wieħed mil-livelli limitu stabbiliti fil-punt(1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li tiġi kkalkolata l-medja tal-assi totali tagħhom ta' kull xahar filwaqt li jittieħed kont tat-12-il xahar konsekuttivi li jippreċedu dik id-data. Jenħtieġ li dawk id-ditti tal-investiment japplikaw għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu fi żmien sena u jum wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(36)

L-emenda għad-definizzjoni ta' “istituzzjoni ta' kreditu” fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 bir-Regolament [(UE) 2019/2033 tista' wkoll taffettwa impriżi li diġà jkunu applikaw għal awtorizzazzjoni bħala ditti tal-investiment skont id-Direttiva 2014/65/UE u li għalihom tkun għadha pendenti l-applikazzjoni. Jenħtieġ li t-tali applikazzjonijiet jiġu ttrasferiti lill-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2013/36/UE u li jiġu ttrattati f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni stabbiliti f'dik id-Direttiva jekk l-assi totali previsti tal-impriża jkunu ugwali għal jew jaqbżu kwalunkwe wieħed mil-livelli limitu stabbiliti fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(37)

Jenħtieġ ukoll li l-impriżi msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunu soġġetti għar-rekwiżiti kollha għal aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu stipulati fit-Titolu III tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż id-dispożizzjonijiet dwar l-irtirar tal-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 18 ta' dik id-Direttiva. Jenħtieġ, madankollu, li l-Artikolu 18 ta' dik id-Direttiva jiġi emendat biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni mogħtija lil istituzzjoni ta' kreditu fejn dik l-istituzzjoni ta' kreditu tuża l-awtorizzazzjoni tagħha esklużivament biex tidħol f'attivitajiet li ssir referenza għalihom fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, għal perijodu ta' ħames snin konsekuttivi, ikollha assi medji totali li jkunu anqas mil-limiti stabbiliti f'dak il-punt.

(38)

Skont l-Artikolu 39 tad-Direttiva 2014/65/UE, ditti minn pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi finanzjarji fl-Unjoni huma soġġetti għal reġimi nazzjonali li jistgħu jirrikjedu l-istabbiliment ta' fergħa fi Stat Membru. Sabiex jiġu ffaċilitati l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni regolari tal-attivitajiet imwettqa minn ditti minn pajjiżi terzi permezz ta' fergħat fl-Unjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu infurmati dwar l-iskala u l-kamp ta' applikazzjoni tas-servizzi u l-attivitajiet imwettqa permezz tal-fergħat fit-territorju tagħhom.

(39)

Il-kontroreferenzi speċifiċi fid-Direttivi 2009/65/KE (12), 2011/61/UE (13) u 2014/59/UE (14) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE, li ma baqgħux japplikaw għad-ditti tal-investiment mid-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) 2019/2033, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati bħala referenzi għad-dispożizzjonijiet korrispondenti f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 2019/2033.

(40)

L-ABE, f'kooperazzjoni mal-ESMA, ħarġet rapport ibbażat fuq analiżi ta' sfond, ġbir ta' data u konsultazzjoni dettaljati għal reġim prudenzjali personalizzat għad-ditti mhux sistemiċi kollha ta' investiment li jservi bħala l-bażi għall-qafas prudenzjali rivedut għad-ditti tal-investiment.

(41)

Sabiex tiżgura l-applikazzjoni armonizzata ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-ABE tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika l-kriterji biex ċerti ditti tal-investiment ikunu suġġetti għar-Regolament (UE) Nru 575/2013, biex tispeċifika l-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u tal-Istati Membri ospitanti jiskambjaw fil-kuntest tas-superviżjoni, biex jiġi stabbilit kif id-ditti tal-investiment jevalwaw id-daqs tal-attivitajiet tagħhom għall-finijiet tar-rekwiżiti ta' governanza interna u, b'mod partikolari, biex jevalwaw jekk jikkostitwixxux ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi. Jenħtieġ li l-istandards tekniċi regolatorji jispeċifikaw ukoll il-kategoriji tal-membri tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil ta' riskju ta' ditti għall-iskopijiet ta' dispożizzjonijiet ta' remunerazzjoni, u jispeċifikaw l-istrumenti tal-Grad 1 u Grad 2 Addizzjonali li jikkwalifikaw bħala remunerazzjoni varjabbli. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li l-istandards tekniċi regolatorji jispeċifikaw l-elementi għall-valutazzjoni tar-riskji speċifiċi ta' likwidità, l-applikazzjoni ta' rekwiżiti addizzjonali ta' fondi proprji mill-awtoritajiet kompetenti, u l-funzjonament tal- kulleġġi ta' superviżuri. Jenħtieġ li l-Kummissjoni għandha tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ABE permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-ABE jiżguraw li dawn l-istandards tekniċi regolatorji jkunu jistgħu jiġu applikati mid-ditti kollha tal-investiment b'mod li jkun proporzjonat man-natura, l-iskala u l-kumplessità ta' dawn id-ditti tal-investiment u l-attivitajiet tagħhom.

(42)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha wkoll is-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ABE fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u r-rekwiżiti tal-pubblikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u l-implimentazzjoni tal-istandards tekniċi żviluppati mill-ESMA permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(43)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva u biex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE tiġi delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tiċċara d-definizzjonijiet f'din id-Direttiva, il-valutazzjonijiet tal-kapital intern u tar-riskju tad-ditti tal-investiment, u s-setgħat ta' rieżami u ta' evalwazzjoni superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (15). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(44)

Minħabba li l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li twaqqaf qafas prudenzjali effettiv u proporzjonat biex jiġi żgurat li d-ditti tal-investiment awtorizzati biex joperaw fi ħdan l-Unjoni joperaw fuq bażi finanzjarjament solida u huma ġestiti b'mod ordnat inkluż fl-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(45)

F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (16), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jżidu man-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom, f'każijiet ġustifikati, dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta' traspożizzjoni. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li tkun ġustifikata t-trasmissjoni ta' dokumenti ta' dak it-tip,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar:

(a)

il-kapital inizjali ta' ditti tal-investiment;

(b)

is-setgħat superviżorji u l-għodod għas-superviżjoni prudenzjali ta' ditti tal-investiment mill-awtoritajiet kompetenti;

(c)

is-superviżjoni prudenzjali ta' ditti tal-investiment mill-awtoritajiet kompetenti b'mod li jkun konsistenti mar-regoli stabbiliti fir-Regolament(UE) 2019/2033;

(d)

ir-rekwiżiti ta' pubblikazzjoni għall-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tar-regolamentazzjoni u tas-superviżjoni prudenzjali ta' ditti tal-investiment.

Artikolu 2

Kamp ta' Applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tapplika għal ditti tal-investiment awtorizzati u sorveljati skont id-Direttiva 2014/65/UE.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, it-Titoli IV u V ta' din id-Direttiva ma japplikawx għad-ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 1(2) u 1(5) tar-Regolament (UE)2019/2033, li għandhom jiġu sorveljati għall-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali skont it-Titoli VII u VIII tad-Direttiva 2013/36/UE, f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(2) tar-[Regolament (UE) 2019/2033.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘impriża ta' servizzi anċillari’ tfisser impriża li l-attività ewlenija tagħha tikkonsisti mis-sjieda u l-ġestjoni tal-proprjetà, il-ġestjoni ta' servizzi ta' proċessar ta' data, jew attività simili li hija anċillari għall-attività ewlenija ta' ditta tal-investiment waħda jew aktar;

(2)

‘awtorizzazzjoni’ tfisser awtorizzazzjoni ta' ditta tal-investiment f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/65/UE;

(3)

‘fergħa’ tfisser fergħa kif definita fil-punt (30) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(4)

‘rabtiet mill-qrib’ tfisser rabtiet mill-qrib kif definit fil-punt 35 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(5)

‘awtorità kompetenti’ tfisser awtorità pubblika jew korp pubbliku ta' Stat Membru li jkunu uffiċjalment rikonoxxuti u mogħtija s-setgħa mid-dritt nazzjonali biex jissorveljaw ditti tal-investiment f'konformità ma' din id-Direttiva, bħala parti mis-sistema superviżorja mħaddma f'dak l-Istat Membru;

(6)

‘negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet’ tfisser negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet kif definit fil-punt (150) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(7)

‘kontroll’ tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja, kif deskritta fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), jew fl-istandards kontabilistiċi li għalihom tkun soġġetta ditta tal-investiment skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża;

(8)

‘konformità mat-test tal-kapital ta' grupp’ tfisser il-konformità minn impriża prinċipali fi grupp ta' ditti tal-investiment mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 2019/2033;

(9)

‘istituzzjoni ta' kreditu’ tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(10)

‘derivati’ tfisser derivati kif definit fil-punt (29) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19);

(11)

‘istituzzjoni finanzjarja’ tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definita fil-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 2019/2033;

(12)

‘politika ta' remunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi’ tfisser politika ta' remunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi kif definit fil-punt (65) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20);

(13)

‘grupp’ tfisser grupp kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/34/UE;

(14)

‘sitwazzjoni konsolidata’ tfisser sitwazzjoni konsolidata kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033;

(15)

‘superviżur tal-grupp’ tfisser awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp ta' ditti tal-investiment prinċipali tal-Unjoni kkontrollat minn kumpaniji holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew kumpaniji holding finanzjarji mħallta prinċipali tal-Unjoni;

(16)

‘Stat Membru tad-domiċilju’ tfisser Stat Membru tad-domiċilju kif definit fil-punt (55)(a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(17)

‘Stat Membru ospitanti’ tfisser Stat Membru ospitanti kif definit fil-punt (56) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(18)

‘kapital inizjali’ tfisser il-kapital li huwa meħtieġ għall-finijiet tal-awtorizzazzjoni bħala ditta tal-investiment, li l-ammont u t-tip tiegħu huma speċifikati fl-Artikoli 9 u 11;

(19)

‘ditta tal-investiment’ tfisser ditta tal-investiment kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(20)

‘grupp ta' ditti tal-investiment’ tfisser grupp ta' ditti tal-investiment kif definit fil-punt (25) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033;

(21)

“kumpanija holding ta' investiment” tfisser kumpanija holding ta' investiment kif definit fil-punt (23) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033;

(22)

‘servizzi u attivitajiet ta' investiment’ tfisser servizzi u attivitajiet ta' investiment kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(23)

‘korp maniġerjali’ tfisser korp maniġerjali kif definit fil-punt (36) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(24)

‘korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu’ tfisser il-korp maniġerjali li jaġixxi fir-rwol tiegħu ta' sorveljanza u ta' monitoraġġ tat-teħid ta' deċiżjonijiet maniġerjali;

(25)

“kumpanija holding finanzjarja mħallta” tfisser kumpanija holding finanzjarja mħallta kif definita fil-punt (15) Artikolu 2tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21);

(26)

‘kumpanija holding finanzjarja b'attività mħallta’ tfisser impriża prinċipali, għajr kumpanija holding finanzjarja, kumpanija holding ta' investiment, istituzzjoni ta' kreditu, ditta tal-investiment, jew kumpanija holding finanzjarja mħallta skont it-tifsira tad-Direttiva 2002/87/KE, li s-sussidjarji tagħha tal-anqas jinkludu ditta tal-investiment waħda;

(27)

‘maniġment superjuri’ tfisser maniġment superjuri kif definit fil-punt (37) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(28)

‘impriża prinċipali’ tfisser intrapriża prinċipali kif definit fil-punt (32) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(29)

‘sussidjarja’ tfisser sussidjarja kif definit fil-punt (33) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(30)

‘riskju sistemiku’ tfisser riskju sistemiku kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(31)

‘ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni’ tfisser ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni kif definit fil-punt (56) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru (UE) 2019/2033;

(32)

‘kumpanija holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni’ tfisser kumpanija holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni kif definit fil-punt (57) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033;

(33)

‘kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni’ tfisser kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni kif definit fil-punt 58 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 58 sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tiċċara d-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 sabiex:

(a)

tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva;

(b)

tingħata kunsiderazzjoni, fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, lill-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.

TITOLU II

AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 4

In-nomina u s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar biex iwettqu l-funzjonijiet u d-dmirijiet previsti f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) 2019/2033. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-ESMA dwar din id-deżinjazzjoni, u fejn ikun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda, dwar il-funzjonijiet u d-dmirijiet ta' kull awtorità kompetenti.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jissorveljaw l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment, u, fejn applikabbli, ta' kumpaniji holding ta' investiment u ta' kumpaniji holding finanzjarji mħallta, biex jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u tar-[Regolament (UE) 2019/2033.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat neċessarji kollha, inkluż is-setgħa li jwettqu verifiki fuq il-post f'konformità mal-Artikolu 14, biex jiksbu l-informazzjoni meħtieġa biex jivvalutaw il-konformità tad-ditti tal-investiment u, fejn applikabbli, tal-kumpaniji holding ta' investiment u tal-kumpaniji holding finanzjarji mħallta, mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) 2019/2033, u biex jinvestigaw ksur possibbli ta' dawk ir-rekwiżiti.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-ħila esperta, ir-riżorsi, il-kapaċità operazzjonali, is-setgħat kollha u l-indipendenza meħtieġa sabiex iwettqu l-funzjonijiet relatati mas-superviżjoni prudenzjali, l-investigazzjoni u s-sanzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva.

5.   L-Istati Membri għandhom jobbligaw lid-ditti tal-investiment jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bl-informazzjoni neċessarja kollha għall-valutazzjoni tal-konformità tad-ditti tal-investiment mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din di-Direttiva u l-konformità mar-[Regolament (UE) 2019/2033. Il-mekkaniżmi ta' kontroll intern u l-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi tad-ditti tal-investiment għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-konformità tagħhom ma' dawk id-dispożizzjonijieti f'kull ħin.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jirreġistraw it-transazzjonijiet tagħhom kollha u jiddokumentaw is-sistemi u l-proċessi, li jkunu soġġetti għal din id-Direttiva u r-[Regolament (UE) 2019/2033 b'tali mod li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jevalwaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u l-konformità mar-[Regolament (UE) 2019/2033 f'kull ħin.

Artikolu 5

Diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li jissoġġettaw ċerti ditti tal-investiment għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li japplikaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE)2019/2033 għal ditta tal-investiment li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE fejn il-valur totali tal-assi konsolidati tad-ditta tal-investiment ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 5 biljuni, ikkalkulat bħala medja tat-12-il xahar preċedenti, u waħda jew aktar mill-kriterji li ġejjin japplikaw:

(a)

id-ditta tal-investiment twettaq dawk l-attivitajiet fuq tali skala li l-falliment jew id-diffikultà finanzjarja tad-ditta tal-investiment tista' twassal għal riskju sistemiku;

(b)

id-ditta tal-investiment tkun membru tal-ikklirjar kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033;

(c)

l-awtorità kompetenti tqis li jkun iġġustifikat fid-dawl tad-daqs, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditta tal-investiment ikkonċernata, filwaqt li jittieħed kont tal-prinċipju tal-proporzjonalità u wara li b'kunsiderazzjoni ta' wieħed jew aktar mill-fatturi li ġejjin:

(i)

l-importanza tad-ditta tal-investiment għall-ekonomija tal-Unjoni jew tal-Istat Membru rilevanti;

(ii)

is-sinifikat tal-attivitajiet transkonfinali tad-ditta tal-investiment;

(iii)

l-interkonnettività tad-ditta tal-investiment mas-sistema finanzjarja.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal negozjanti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet, impriżi ta' investiment kollettiv jew impriżi tal-assigurazzjoni.

3.   Fejn awtorità kompetenti tiddeċiedi li tapplika r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal ditti tal-investiment f'konformità mal-paragrafu 1, dik id-ditta tal-investiment għandha tiġi sorveljata għall-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali skont it-Titoli VII u VIII tad-Direttiva 2013/36/UE.

4.   Fejn awtorità kompetenti tiddeċiedi li tirrevoka deċiżjoni meħuda f'konformità mal-paragrafu 1, għandha tinforma d-ditta tal-investiment mingħajr dewmien.

Kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti skont il-paragrafu 1, għandha tieqaf tapplika fejn ditta tal-investiment ma tibqax tissodisfa l-livell limitu msemmi f'dak il-paragrafu, ikkalkulat fuq perijodu ta' 12-il xahar konsekuttiv.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE mingħajr dewmien dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont il-paragrafi 1, 3 u 4.

6.   L-ABE, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jkomplu jispeċifikaw il-kriterji stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, u għandha tiżgura l-applikazzjoni konsistenti tagħhom.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... tat-26 ta' Diċembru 2020.

Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 6

Kooperazzjoni fi ħdan Stat Membru

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti jew mal-korpi responsabbli fl-Istat Membru tagħhom għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tal-istituzzjonijiet finanzjarji. L-Istati Membri għandhom jesiġu lil dawk l-awtoritajiet kompetenti u dawk l-awtoritajiet jew korpi pubbliċi biex jiskambjaw, mingħajr dewmien, kwalunkwe informazzjoni li tkun essenzjali jew rilevanti għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom.

2.   L-awtoritajiet kompetenti li huma differenti minn dawk iddeżinjati f'konformità mal-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/65/UE għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu għall-kooperazzjoni ma' dawk l-awtoritajiet, u għall-iskambju tal-informazzjoni kollha li hi rilevanti għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet u tad-dmirijiet rispettivi tagħhom.

Artikolu 7

Kooperazzjoni fi ħdan is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji

1.   Waqt il-qadi ta' dmirijiethom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont tal-konverġenza tal-istrumenti superviżorji u l-prattika superviżorja fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali adottati skont din id-Direttiva u r-[Regolament (UE) 2019/2033.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti, bħala partijiet għas-SESF, jikkooperaw b'fiduċja u b'rispett reċiproku sħiħ, b'mod partikolari meta jkunu qed jiżguraw l-iskambju ta' informazzjoni adatta, affidabbli u eżawrjenti bejnhom u bejn partijiet oħra għas-SESF;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-ABE, u, kif adatt, fil-kulleġġi tas-superviżuri msemmija fl-Artikolu 48 ta' din id Direttiva u fl-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(c)

l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu kull sforz biex jiżguraw il-konformità mal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-ABE skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u jwieġbu għall-avviżi u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22);

(d)

l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw mill-qrib mal-BERS;

(e)

il-kompiti u s-setgħat mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti ma jimpedixxux it-twettiq tad-dmirijiet ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti bħala membri tal-ABE jew tal-BERS, jew skont din id-Direttiva u skont ir-[Regolament (UE) Nru 2019/2033.

Artikolu 8

Id-dimensjoni tal-Unjoni tas-superviżjoni

L-awtoritajiet kompetenti f'kull Stat Membru għandhom, fl-eżerċizzju tad-dmirijiet ġenerali tagħhom, jikkunsidraw debitament l-impatt potenzjali tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi Stati Membri oħra kkonċernati kif ukoll fl-Unjoni kollha kemm hi u, b'mod partikolari, f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien rilevanti.

TITOLU III

KAPITAL INIZJALI

Artikolu 9

Kapital inizjali

1.   Il-kapital inizjali ta' ditta tal-investiment meħtieġ skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/65/UE għall-awtorizzazzjoni biex tipprovdi kwalunkwe mis-servizzi ta' investiment jew twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet ta' investiment elenkati fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE għandu jkun ta' EUR 75 000.

2.   Il-kapital inizjali ta' ditta tal-investiment meħtieġ skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/65/UE għall-awtorizzazzjoni biex tipprovdi kwalunkwe mis-servizzi ta' investiment jew twettaq l-attivitajiet ta' investiment elenkati fil-punti (1), (2), (4), (5) u (7) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE u li ma tkunx awtorizzata żżomm flus tal-klijenti jew titoli li jappartjenu għall-klijenti tagħha għandu jkun ta' EUR 75 000.

3.   Il-kapital inizjali ta' ditta tal-investiment meħtieġ skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/65/UE għal ditti tal-investiment oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 ta' dan l-Artikolu għandu jkun ta' EUR 150 000.

4.   Il-kapital inizjali ta' ditta tal-investiment awtorizzata biex tipprovdi s-servizzi ta' investiment jew twettaq l-attività ta' investiment elenkata fil-punt (9) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, fejn dik id-ditta tal-investiment tinnegozja f'isimha stess jew ikollha permess tagħmel dan, għandu jkun ta' EUR 750 000.

Artikolu 10

Referenzi għal kapital inizjali fid-Direttiva 2013/36/UE

Ir-referenzi għal-livelli ta' kapital inizjali stabbiliti fl-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva għandhom, minn ... tat-26 ta' Ġunju 2021 jinftiehmu bħala li jissostitwixxu referenzi f'atti legali oħra tal-Unjoni għal-livelli ta' kapital inizjali stabbiliti mid-Direttiva 2013/36/UE, kif ġej:

(a)

referenzi għal kapital inizjali ta' ditti tal-investiment fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikolu 9(1) ta' din id-Direttiva;

(b)

referenzi għal kapital inizjali ta' ditti tal-investiment fl-Artikolu 29 u 31 tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikolu 9(2), (3) jew (4) ta' din id-Direttiva, skont it-tipi ta' servizzi u attivitajiet ta' investiment tad-ditta tal-investiment;

(c)

referenzi għal kapital inizjali fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikolu 9(1) ta' din id-Direttiva.

Artikolu 11

Kompożizzjoni tal-kapital inizjali

Il-kapital inizjali ta' ditta tal-investiment għandu jiġi kostitwit f'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/2033.

TITOLU IV

SUPERVIŻJONI PRUDENZJALI

KAPITOLU 1

Prinċipji tas-superviżjoni prudenzjali

Taqsima 1

Kompetenzi u dmirijiet tal-Istati Membri tad-domiċilju u ta' dawk ospitanti

Artikolu 12

Kompetenza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u dak ospitanti

Is-superviżjoni prudenzjali ta' ditti tal-investiment għandha tkun ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju, mingħajr preġudizzju għal dawk id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jagħtu r-responsabbiltà lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

Artikolu 13

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri differenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri differenti għandhom jikkooperaw mill-qrib għall-finijiet tad-dmirijiet tagħhom skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 2019/2033, b'mod partikolari billi jiskambjaw informazzjoni dwar ditti tal-investiment mingħajr dewmien, inkluż dawn li ġejjin:

(a)

informazzjoni dwar l-istruttura maniġerjali u tas-sjieda tad-ditta tal-investiment;

(b)

informazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-fondi proprji mid-ditta tal-investiment;

(c)

informazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti ta' riskju tal-konċentrazzjoni u r-rekwiżiti ta' likwidità tad-ditta tal-investiment;

(d)

informazzjoni dwar il-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi u l-mekkaniżmi ta' kontroll intern tad-ditta tal-investiment;

(e)

kwalunkwe fattur rilevanti ieħor li jista' jinfluwenza r-riskju maħluq mid-ditta tal-investiment.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bi kwalunkwe informazzjoni u sejba dwar il-problemi u r-riskji potenzjali maħluqa minn ditta tal-investiment għall-protezzjoni tal-klijenti jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti li jkunu identifikaw meta ssorveljaw l-attivitajiet ta' ditta tal-investiment.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jaġixxu fuq l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti billi jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jevitaw jew jirrimedjaw il-problemi u r-riskji potenzjali kif msemmija fil-paragrafu 2. Fuq talba, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jispjegaw fid-dettall lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti kif ikunu ħadu kont tal-informazzjoni u s-sejbiet ipprovduti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

4.   Fejn, wara l-komunikazzjoni tal-informazzjoni u tas-sejbiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jikkunsidraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma jkunux ħadu l-miżuri neċessarji msemmija fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, wara li jkun informaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, lill-ABE u lill-ESMA, jieħdu l-miżuri adatti biex jipproteġu lill-klijenti li lilhom huma pprovduti s-servizzi jew biex jipproteġu l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill-ABE każijiet li fihom talba għall-kollaborazzjoni, b'mod partikolari talba għall-iskambju ta' informazzjoni, tkun ġiet irrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni fuqha fi żmien raġonevoli. Fir-rigward ta' tali każijiet, l-ABE tista', mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 TFUE, ABEtaġixxi f'konformità mas-setgħat ikkonferiti lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti biex jilħqu qbil dwar l-iskambju ta' informazzjoni skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament.

5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju li ma jaqblux mal-miżuri tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-ABE, li għandha taġixxi f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Fejn l-ABE taġixxi f'konformità ma' dak l-Artikolu, hi għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar.

6.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kondizzjoni fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE)2019/2033, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ta' ditta tal-investiment tista' titlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ta' membru tal-ikklirjar biex tipprovdi informazzjoni relatata mal-mudell tal-marġini u l-parametri użati għall-kalkolu tar-rekwiżit tal-marġini tad-ditta tal-investiment rilevanti.

7.   L-ABE, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti għat-tip u għan-natura tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

8.   L-ABE, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għar-rekwiżiti ta' skambju ta' informazzjoni bil-għan li jiffaċilitaw is-superviżjoni tad-ditti tal-investiment.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

9.   L-ABE għandha tippreżenta l-abbozzi ta' standards tekniċi msemmija fil-paragrafi 7 u 8 lill-Kummissjoni sa ... tat-26 ta' Ġunju 2021.

Artikolu 14

Verifiki u spezzjonar fuq il-post ta' fergħat stabbiliti fi Stat Membru ieħor

1.   L-Istati Membri ospitanti għandhom jipprevedu li, fejn ditta tal-investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor twettaq l-attivitajiet tagħha permezz ta' fergħa, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jistgħu, wara li jkunu informaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, iwettqu, huma stess jew permezz ta' intermedjarji li jinnominaw għal dak il-għan, kontrolli fuq il-post tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(1) u jispezzjonaw tali fergħat.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandu jkollhom, għal finijiet superviżorji u fejn iqisuh rilevanti għal raġunijiet ta' stabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti, is-setgħa li jwettqu, fuq bażi ta' każ b'każ, verifiki fuq il-post u spezzjonijiet tal-attivitajiet imwettqa mill-fergħat tad-ditti tal-investiment fit-territorju tagħhom u jitolbu informazzjoni mingħand fergħa dwar l-attivitajiet tagħha.

Qabel ma jwettqu tali kontrolli u spezzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom, mingħajr dewmien, jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.

Kemm jista' jkun malajr wara t-tlestija ta' dawk il-kontrolli u l-ispezzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju l-informazzjoni miksuba u s-sejbiet li jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju tad-ditta tal-investiment ikkonċernata.

Taqsima 2

Segretezza professjonali u rapportar

Artikolu 15

Segretezza professjonali u skambju ta' informazzjoni kunfidenzjali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-persuni kollha li jaħdmu jew li jkunu ħadmu għal dawk l-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-persuni msemmija fl-Artikolu 76(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, huma marbuta bl-obbligu ta' segretezza professjonali għall-finijiet ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) 2019/2033.

Informazzjoni kunfidenzjali li tali awtoritajiet kompetenti u persuni jirċievu matul it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom tista' tiġi żvelata biss f'forma sommarja jew aggregata, dment li d-ditti tal-investiment individwali jew il-persuni ma jkunux jistgħu jiġu identifikati, bla preġudizzju għall-każijiet koperti bid-dritt kriminali.

Fejn ditta tal-investiment tkun ġiet iddikjarata falluta jew tkun qed tiġi stralċata b'mod obbligatorju, informazzjoni kunfidenzjali li ma tikkonċernax partijiet terzi tista' tiġi divulgata fi proċeduri ċivili jew kummerċjali, fejn tali żvelar tkun meħtieġa għat-twettiq ta' dawk il-proċeduri.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw l-informazzjoni kunfidenzjali miġbura, skambjata jew trażmessa skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) 2019/2033 biss għall-fini ta' twettiq ta' dmirijiethom, u b'mod partikolari għall-finijiet li ġejjin:

(a)

għall-monitoraġġ tar-regoli prudenzjali stabbiliti f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) 2019/2033;

(b)

l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet;

(c)

f'appelli amministrattivi kontra deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti;

(d)

fi proċeduri tal-qorti mnedija permezz tal-Artikolu 23.

3.   Persuni fiżiċi u ġuridiċi u korpi oħra, għajr għal awtoritajiet kompetenti, li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jużaw dik l-informazzjoni biss għall-finijiet li għalihom l-awtorità kompetenti tipprovdiha b'mod espliċitu jew f'konformità mad-dritt nazzjonali.

4.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali għall-finijiet tal-paragrafu 2, jistgħu jiddikjaraw b'mod espliċitu kif dik l-informazzjoni għandha tiġi ttrattata u jistgħu jirrestrinġu b'mod espliċitu kwalunkwe trażmissjoni ulterjuri ta' dik l-informazzjoni.

5.   L-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jibagħtu informazzjoni kunfidenzjali lill-Kummissjoni meta dik l-informazzjoni tkun neċessarja għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-Kummissjoni.

6.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprovdu lill-ABE, lill-ESMA, lill-BERS, lill-banek ċentrali tal-Istati Membri, lis-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) u lill-Bank Ċentrali Ewropew fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji u, fejn adatt, awtoritajiet pubbliċi responsabbli mis-sorveljanza tas-sistemi ta' pagament u saldu, b'informazzjoni kunfidenzjali fejn dik l-informazzjoni tkun neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

Artikolu 16

Arranġamenti ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi għall-iskambju ta' informazzjoni

Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħhom skont din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) 2019/2033, u għall-fini tal-iskambju ta' informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti, l-ABE u l-ESMA f'konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, kif applikabbli, jistgħu jikkonkludu arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi kif ukoll ma' awtoritajiet jew korpi ta' pajjiżi terzi responsabbli għall-kompiti li ġejjin, dment li l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanziji ta' segretezza professjonali mill-inqas ekwivalenti għal dawk stipulati fl-Artikolu 15 ta' din id-Direttiva:

(a)

is-superviżjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji u swieq finanzjarji, inkluż is-superviżjoni ta' entitajiet finanzjarji liċenzjati biex joperaw bħala kontropartijiet ċentrali, fejn il-kontropartijiet ċentrali jkunu ġew rikonoxxuti skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23);

(b)

il-likwidazzjoni u l-falliment ta' ditti tal-investiment u proċeduri simili;

(c)

is-sorveljanza tal-korpi involuti fil-likwidazzjoni u fil-falliment ta' ditti tal-investiment u proċeduri simili;

(d)

it-twettiq ta' awditi statutorji fuq istituzzjonijiet finanzjarji jew fuq istituzzjonijiet li jamministraw skemi ta' kumpens;

(e)

is-sorveljanza ta' persuni inkarigati bit-twettiq ta' awditi statutorji tal-kontijiet ta' istituzzjonijiet finanzjarji;

(f)

is-sorveljanza ta' persuni attivi fis-swieq tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-fini ta' żgurar ta' ħarsa ġenerali konsolidata lejn is-swieq finanzjarji u spot;

(g)

is-sorveljanza ta' persuni attivi fis-swieq tad-derivati ta' prodotti bażiċi agrikoli għall-fini ta' żgurar ta' ħarsa ġenerali konsolidata lejn is-swieq finanzjarji u spot.

Artikolu 17

Dmirijiet tal-persuni responsabbli għall-kontroll tal-kontijiet annwali u konsolidati

L-Istati Membri għandhom jipprevedu li kwalunkwe persuna li tkun awtorizzata f'konformità mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) u li twettaq f'ditta tal-investiment il-kompiti deskritti fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2009/65/KE jew fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2013/34/UE, jew kwalunkwe kompitu statutorju ieħor, għandu jkollha d-dmir li tirrapporta minnufih lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li jikkonċernaw dik id-ditta tal-investiment, jew li jikkonċernaw impriża li għandha rabtiet mill-qrib ma' dik id-ditta tal-investiment li:

(a)

jikkostitwixxu ksur materjali tal-liġijiet, tar-regolamenti jew tad-dispożizzjonijiet amministrattivi stabbiliti skont din id-Direttiva;

(b)

jistgħu jaffettwaw il-funzjonament kontinwu tad-ditta tal-investiment; jew

(c)

jistgħu jwasslu għar-rifjut taċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet jew jistgħu jwasslu għall-espressjoni ta' riżervi.

Taqsima 3

Sanzjonijiet, setgħat investigattivi, u dritt ta' appell

Artikolu 18

Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

1.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji msemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 2 tat-titolu IV ta' din id-Direttiva, inkluż setgħat investigattivi u setgħat tal-awtoritajiet kompetenti li jimponu rimedji, u d-dritt ta' Stati Membri li jipprevedu u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra u jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom is-setgħa li jimponu tali sanzjonijiet u miżuri fir-rigward ta' ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) 2019/2033, inkluż meta ditta tal-investiment:

(a)

tonqos milli ddaħħal fis-seħħ arranġamenti ta' governanza interna kif stabbilit fl-Artikolu 26;

(b)

tonqos milli tirrapporta informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux preċiża dwar il-konformità mal-obbligu li tissodisfa r-rekwiżiti tal-fondi proprji stipulati fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033 lill-awtoritajiet kompetenti, bi ksur tal-punt (b) tal-Artikolu 54(1) ta' dak ir-Regolament;

(c)

tonqos milli tirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti, bi ksur tal-punt (e) tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 2019/2033, informazzjoni dwar ir-riskju ta' konċentrazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompleta jew mhux preċiża;

(d)

iġġarrab riskju ta' konċentrazzjoni li jaqbeż il-limiti stabbilit fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2019/2033, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 38 u 39 ta' dak ir-Regolament;

(e)

tonqos b'mod ripetut jew persistenti milli żżomm assi likwidi bi ksur tal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 2019/2033, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44 ta' dak ir-Regolament;

(f)

tonqos milli tiżvela informazzjoni, jew tipprovdi informazzjoni mhux kompleta jew mhux eżatta bi ksur tad-dispożizzjonijiet stabbilit fis-Sitt Parti tar-Regolament (UE) 2019/2033;

(g)

tagħmel pagamenti lil detenturi ta' strumenti inklużi fil-fondi proprji tad-ditta tal-investiment fejn l-Artikolu 28, 52 jew 63 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprojbixxi tali pagamenti lil detenturi ta' strumenti inklużi fil-fondi proprji;

(h)

tinstab li tkun responsabbli għal ksur serju ta' dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25);

(i)

tippermetti li persuna waħda jew aktar ma jikkonformawx mal-Artikolu 91 tad-Direttiva 2013/36/UE biex isiru jew jibqgħu membri tal-korp maniġerjali.

L-Istati Membri li ma jistabbilixxux regoli dwar sanzjonijiet amministrattivi għal ksur li hu soġġett għal-liġi kriminali nazzjonali għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt kriminali.

Is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   Is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

dikjarazzjoni pubblika li tidentifika l-persuna fiżika jew ġuridika, id-ditta tal-investiment, il-kumpanija holding ta' investiment jew il-kumpanija holding finanzjarja mħallta responsabbli u n-natura tal-ksur;

(b)

ordni li teħtieġ li l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba u li tieqaf milli tirrepeti dik l-imġiba;

(c)

projbizzjoni temporanja għal membri tal-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment jew kwalunkwe persuna fiżika oħra responsabbli għall-eżerċizzju ta' funzjonijiet f'ditti tal-investiment;

(d)

f'każ ta' persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa 10 % tal-fatturat nett annwali totali, inkluż l-introjtu gross li jikkonsisti minn imgħax riċevibbli u introjtu simili, introjtu mill-ishma u titoli oħra b'rendita fissa jew varjabbli, u kummissjonijiet jew tariffi tal-impriża fis-sena kummerċjali preċedenti;

(e)

f'każ ta' persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa mhux aktar mid-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minħabba l-ksur fejn dawk il-profitti jew telf ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(f)

f'każ ta' persuna fiżika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa mhux aktar minn EUR 5 000 000, jew fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fi tat-25 ta' Diċembru 2019.

Fejn impriża msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tkun sussidjarja, l-introjtu gross rilevanti għandu jkun l-introjtu gross li jirriżulta mill-kont konsolidat tal-impriża prinċipali apikali fis-sena kontabilistika preċedenti.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn ditta tal-investiment tkun qed tikser id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jew tkun qed tikser id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2019/2033, jistgħu jiġu applikati sanzjonijiet amministrattivi mill-awtorità kompetenti fir-rigward tal-membri tal-korp maniġerjali u fir-rigward ta' persuni fiżiċi oħra li jkunu responsabbli għall-ksur skont il-liġi nazzjonali.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiddeterminaw it-tip ta' sanzjonijiet amministrattivi jew ta' miżuri amministrattivi oħra msemmija fil-paragrafu 1 u l-livell ta' sanzjonijiet amministrattivi pekunarji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż, fejn adatt:

(a)

il-gravità u d-durata tal-ksur;

(b)

il-grad ta' responsabbiltà tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għall-ksur;

(c)

is-saħħa finanzjarja tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għall-ksur, inkluż il-fatturat totali tal-persuni ġuridiċi jew l-introjtu annwali tal-persuni fiżiċi;

(d)

l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat mill-persuni ġuridiċi responsabbli għall-ksur;

(e)

kwalunkwe telf imġarrab minn partijiet terzi bħala riżultat tal-ksur;

(f)

il-livell ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti;

(g)

il-ksur preċedenti mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għall-ksur;

(h)

kwalunkwe konsegwenza sistemika potenzjali tal-ksur.

Artikolu 19

Setgħat investigattivi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat kollha ta' ġbir ta' informazzjoni u ta' investigazzjoni kollha meħtieġa biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom, inkluż:

(a)

is-setgħa li jesiġu li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ġejjin jipprovdu informazzjoni:

(i)

ditti tal-investiment stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;

(ii)

kumpaniji holding ta' investiment stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;

(iii)

kumpaniji holding finanzjarji mħallta stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;

(iv)

kumpaniji holding ta' attività mħallta stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;

(v)

persuni li jappartjenu għall-entitajiet imsemmija fil-punti (i) sa (iv);

(vi)

partijiet terzi li l-entitajiet msemmija fil-punti (i) sa (iv) ikunu esternalizzawlhom funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali;

(b)

is-setgħa li jsiru l-investigazzjonijiet neċessarji kollha ta' kwalunkwe persuna li ssir referenza għaliha fil-punt (a) li tkun stabbilita jew lokalizzata fl-Istat Membru kkonċernat, inkluż id-dritt:

(i)

li tintalab is-sottomissjoni ta' dokumenti mill-persuni msemmija fil-punt (a);

(ii)

li jiġu eżaminati l-kotba u r-reġistri tal-persuni msemmija fil-punt (a) u li jsiru kopji jew jittieħdu siltiet mit-tali kotba u reġistri;

(iii)

li jinkisbu spjegazzjonijiet bil-miktub jew bil-fomm mingħand il-persuni msemmija fil-punt (a) jew mingħand ir-rappreżentanti jew il-persunal tagħhom;

(iv)

li tiġi intervistata kull persuna rilevanti oħra għall-finijiet tal-ġbir ta' informazzjoni fuq is-suġġett ta' investigazzjoni;

(c)

is-setgħa li jsiru l-ispezzjonijiet neċessarji kollha fil-bini tan-negozju tal-persuni ġuridiċi msemmija fil-punt (a) u kwalunkwe impriża oħra inkluża fis-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp, fejn l-awtorità kompetenti tkun is-superviżur tal-grupp, dment li jiġu nnotifikati minn qabel l-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati.

Artikolu 20

Il-pubblikazzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi u ta' miżuri amministrattivi oħra

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw fuq is-sit web uffiċjali tagħhom mingħajr dewmien żejjed kwalunkwe sanzjoni amministrattiva u miżura amministrattiva oħra imposta f'konformità mal-Artikolu 18 u li kontrihom ma jkun hemm ebda appell jew li ma jista' jsir ebda appell. Dik il-pubblikazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika li fuqha hija imposta s-sanzjoni jew li kontriha tittieħed il-miżura. L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata biss wara li dik il-persuna tkun ġiet infurmata dwar dawk is-sanzjonijiet jew miżuri u sakemm il-pubblikazzjoni tkun neċessarja u proporzjonata.

2.   Fejn l-Istati Membri jippermettu l-pubblikazzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra imposti f'konformità mal-Artikolu 18, li kontriha jkun tressaq appell, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jippubblikaw fuq is-sit web uffiċjali tagħhom informazzjoni dwar l-istatus tal-appell u dwar l-eżitu tal-appell.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw is-sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra imposti f'konformità mal-Artikolu 18 fuq bażi anonima fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

is-sanzjoni jew il-miżura tkun ġie imposta fuq persuna fiżika u l-pubblikazzjoni tad-data personali ta' dik il-persuna tinstab li tkun sproporzjonata;

(b)

il-pubblikazzjoni tkun tipperikola investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja jew l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji;

(c)

il-pubblikazzjoni tkun tikkawża ħsara sproporzjonata għad-ditti tal-investiment jew għall-persuni fiżiċi involuti.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ppubblikata skont dan l-Artikolu tibqa' fuq is-sit web uffiċjali tagħhom mill-inqas għal ħames snin. Data personali tista' tinżamm biss fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti, meta dan ikun permess mirr-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

Artikolu 21

Rapportar tas-sanzjonijiet lill-ABE

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-ABE dwar is-sanzjonijiet u miżuri amministrattivi oħra imposti skont l-Artikolu 18, dwar kwalunkwe appell kontra dawk is-sanzjonijiet u l-miżuri u dwar l-eżitu tagħhom. L-ABE għandha żżomm bażi ta' data ċentrali ta' sanzjonijiet u ta' miżuri amministrattivi oħra kkomunikati lilha unikament għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Dik il-bażi ta' data għandha tkun aċċessibbli biss għall-awtoritajiet kompetenti u għall-ESMA biss u għandha tiġi aġġornata regolament, u mill-inqas kull sena.

L-ABE għandha żżomm sit web b'ħoloq għall-pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u ta' miżuri amministrattivi oħra ta' kull awtorità kompetenti imposti f'konformità mal-Artikolu 18 u għandha tiddikjara l-perijodu ta' kemm idumu ppubblikati s-sanzjonijiet u miżuri amministrattivi oħra ta' kull Stat Membru.

Artikolu 22

Rapportar ta' ksur

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi u affidabbli biex jippermettu r-rapportar fil-pront ta' ksur potenzjali jew reali tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) 2019/2033 lill-awtoritajiet kompetenti.

Dawk il-mekkaniżmi għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

proċeduri speċifiċi għar-riċeviment, it-trattament u s-segwitu ta' tali rapporti, inkluż l-istabbiliment ta' kanali ta' komunikazzjoni sikuri;

(b)

protezzjoni adatta kontra r-ritaljazzjoni, id-diskriminazzjoni jew tipi oħra ta' trattament inġust mid-ditti tal-investiment għal impjegati ta' ditti tal-investiment li jirrappurtaw ksur imwettaq fi ħdan id-ditta tal-investiment;

(c)

il-protezzjoni tad-data personali li tirrigwarda kemm lill-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll lill-persuna fiżika li allegatament hija responsabbli għal dak il-ksur, f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679;

(d)

regoli ċari li jiżguraw li tiġi ggarantita l-kunfidenzjalità fil-każijiet kollha fir-rigward tal-persuna li tirrapporta l-ksur imwettaq fi ħdan id-ditta tal-investiment, sakemm id-divulgazzjoni ma tkunx meħtieġa mid-dritt nazzjonali fil-kuntest ta' investigazzjonijiet ulterjuri jew ta' proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji sussegwenti.

2.   L-Istati Membri għandhom jobbligaw lid-ditti tal-investiment li jkollhom fis-seħħ proċeduri adatti għall-impjegati tagħhom biex jirrapportaw ksur internament permezz ta' kanal speċifiku indipendenti. Dawk il-proċeduri jistgħu jiġu pprovduti mis-sħab soċjali dment li dawk il-proċeduri joffru l-istess protezzjoni bħall-protezzjoni msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1.

Artikolu 23

Dritt ta' appell

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet u l-miżuri meħuda skont ir-Regolament (UE) 2019/2033 jew skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati f'konformità ma' din id-Direttiva jkunu soġġetti għal dritt ta' appell.

KAPITOLU 2

Proċess ta' rieżami

Taqsima 1

Proċess ta' valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern u proċess intern tal-valutazzjoni tar-riskju

Artikolu 24

Kapital intern u assi likwidi

1.   Id-ditti tal-investiment li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta' kwalifika għal ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti, strateġiji u proċessi sodi, effettivi u komprensivi biex jivvalutaw u jżommu fuq bażi kontinwa l-ammonti, it-tipi u d-distribuzzjoni tal-kapital intern u l-assi likwidi li huma jqisu bħala adegwati biex ikopru n-natura u l-livell tar-riskji li huma jistgħu jikkawżaw lil oħrajn u li d-ditti tal-investiment infushom huma jew jistgħu jiġu esposti għalihom.

2.   L-arranġamenti, l-istrateġiji u l-proċessi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu adatti u proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditta tal-investiment ikkonċernata. Huma għandhom ikunu soġġetti għal eżami intern regolari.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu li d-ditti tal-investiment jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' kwalifika għal ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 japplikaw ir-rekwiżiti previsti f'dan l-Artikolu sal-livell li l-awtoritajiet kompetenti jqisu bħala adatt.

Taqsima 2

Governanza interna, trasparenza, trattament tar-riskji u remunerazzjoni

Artikolu 25

Kamp ta' applikazzjoni ta' din it-Taqsima

1.   Din it-Taqsima ma għandhiex tapplika fejn, abbażi tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033, ditta tal-investiment tiddetermina li hija tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha ta' kwalifika għal ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fiha.

2.   Fejn ditta tal-investiment, li ma tkunx issodisfat il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 sussegwentement tissodisfa dawk il-kondizzjonijiet, din it-Taqsima għandha tieqaf milli tapplika biss wara perijodu ta' sitt xhur mid-data li fiha ġew issodisfati dawk il-kondizzjonijiet. Din it-taqsima għandha tieqaf milli tapplika għal ditta tal-investiment wara dak il-perijodu msemmi biss meta d-ditta tal-investiment kompliet tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 mingħajr interruzzjoni matul dak il-perijodu u meta tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti dwar dan.

3.   Fejn ditta tal-investiment tiddetermina li hija m'għadhiex tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti u tikkonforma ma' din it-Taqsima fi żmien 12-il xahar mid-data li fiha tkun saret dik il-valutazzjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li d-ditti tal-investiment japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32 għal remunerazzjoni mogħtija għal servizzi pprovduti jew għall-prestazzjoni fis-sena finanzjarja wara s-sena finanzjarja li fiha saret il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

Fejn tapplika din it-Taqsima u jiġi applikat l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2019/2033, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din it-Taqsima tiġi applikata għal ditti tal-investiment fuq bażi individwali.

Fejn tapplika din it-Taqsima u tiġi applikata l-konsolidazzjoni prudenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/2033, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din it-Taqsima tiġi applikata għal ditti tal-investiment fuq bażi individwali u konsolidata.

B'deroga mit-tielet subparagrafu, din it-Taqsima ma għandhiex tapplika għal impriżi sussidjarji inklużi f'sitwazzjoni konsolidata li jkunu stabbiliti f'pajjiżi terzi, fejn l-impriża prinċipali fl-Unjoni tkun tista' turi lill-awtoritajiet kompetenti li l-applikazzjoni ta' din it-Taqsima tkun illegali skont il-liġijiet tal-pajjiż terz fejn ikunu stabbiliti dawk l-impriżi sussidjarji.

Artikolu 26

Governanza interna

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jkollhom arranġamenti ta' governanza robusti, inkluż dawn kollha li ġejjin:

(a)

struttura organizzattiva ċara b'linji ta' responsabbiltà definiti sew, trasparenti u konsistenti;

(b)

proċessi effettivi għall-identifikazzjoni, il-ġestjoni, il-monitoraġġ u r-rapportar tar-riskji li d-ditti tal-investiment huma esposti għalihom jew li jistgħu jkunu esposti għalihom, jew ir-riskji li jesponu jew li jistgħu jesponu lil oħrajn għalihom;

(c)

mekkaniżmi adegwati ta' kontroll intern, inkluż proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi;

(d)

politiki u prattiki ta' remunerazzjoni li huma konsistenti ma' u jippromwovu ġestjoni tar-riskju soda u effettiva.

Il-politiki u l-prattiki ta' remunerazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu newtrali fir-rigward tas-sessi.

2.   Meta jiġu stabbiliti l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1, għandu jittieħed kont tal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 28 sa 33.

3.   L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu adatti u proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fil-mudell tan-negozju u fl-attivitajiet tad-ditta tal-investiment.

4.   L-ABE, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-arranġamenti ta' governanza msemmija fil-paragrafu 1.

L-ABE, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha toħroġ linji gwida f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar politiki ta' remunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi għal ditti tal-investiment.

Fi żmien sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dawk il-linji gwida, l-ABE għandha toħroġ rapport dwar l-applikazzjoni tal-politiki ta' remunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi għal ditti tal-investiment abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 27

Rapportar għal kull pajjiż

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li d-ditti tal-investiment li jkollhom fergħa jew sussidjarja li hija istituzzjoni finanzjarja kif definit fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fi Stat Membru jew f'pajjiż terz minbarra dak li fih ingħatat l-awtorizzazzjoni lid-ditta tal-investiment li jiżvelaw l-informazzjoni li ġejja skont l-Istat Membru u skont il-pajjiż terz fuq bażi annwali:

(a)

l-isem, in-natura tal-attivitajiet u l-post fejn jinsabu kwalunkwe sussidjarja u fergħa;

(b)

il-fatturat;

(c)

l-għadd ta' impjegati fuq bażi ekwivalenti għal full time;

(d)

il-profitt jew telf qabel it-taxxa;

(e)

it-taxxa fuq il-profitt jew it-telf;

(f)

is-sussidji pubbliċi riċevuti.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi vverifikata f'konformità mad-Direttiva 2006/43/KE u, fejn possibbli, għandha tiġi annessa mal-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew, fejn applikabbli, mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati ta' dik id-ditta tal-investiment.

Artikolu 28

Rwol tal-korp maniġerjali fil-ġestjoni tar-riskju

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment japprova u perjodikament jeżamina l-istrateġija u l-politiki dwar il-predispożizzjoni għar-riskju tad-ditta tal-investiment, u dwar il-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-mitigazzjoni tar-riskji li d-ditta tal-investiment hija esposta għalihom jew tista' tkun esposta għalihom, filwaqt li jittieħed kont tal-ambjent makroekonomiku u taċ-ċiklu kummerċjali tad-ditta tal-investiment.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali jiddedika biżżejjed żmien għall-iżgurar ta' konsiderazzjoni adatta tal-materji msemmija fil-paragrafu 1 u li dan jalloka riżorsi adegwati għall-ġestjoni tar-riskji materjali kollha li għalihom hi esposta d-ditta tal-investiment.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jistabbilixxu linji ta' rapportar lill-korp maniġerjali għal kull riskju materjali u għal kull politika ta' ġestjoni tar-riskju u kwalunkwe tibdil għalihom.

4.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li d-ditti kollha ta' investiment li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 32(4) li jistabbilixxu kumitat tar-riskju kompost minn membri tal-korp maniġerjali li ma jwettqu ebda funzjoni eżekuttiva fid-ditta tal-investiment ikkonċernata.

Il-membri tal-kumitat tar-riskju msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkollhom għarfien, ħiliet u għarfien espert adatti biex jifhmu, jimmaniġġjaw u jimmonitorjaw bis-sħiħ l-istrateġija tar-riskju u l-predispożizzjoni għar-riskju tad-ditta tal-investiment. Huma għandhom jiżguraw li l-kumitat tar-riskju jagħti pariri lill-korp maniġerjali dwar il-predispożizzjoni għar-riskju u l-istrateġija tar-riskju ġenerali attwali u futura tad-ditta tal-investiment u jassisti lill-korp maniġerjali fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni ta' dik l-istrateġija mill-maniġment superjuri. Il-korp maniġerjali għandu jibqa' dak kumplessivament responsabbli għall-istrateġiji u l-politiki tar-riskju tad-ditta tal-investiment.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu u l-kumitat tar-riskju ta' dak il-korp maniġerjali, fejn ikun ġie stabbilit kumitat tar-riskju, ikollhom aċċess għal informazzjoni dwar ir-riskji li għalihom hi skoperta jew tista' tkun skoperta d-ditta tal-investiment.

Artikolu 29

Trattament tar-riskji

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment ikollhom strateġiji, politiki, proċessi u sistemi robusti għall-identifikazzjoni, il-kejl, il-immaniġġjar u l-monitoraġġ ta' dan li ġej:

(a)

sorsi materjali u effetti tar-riskji għal klijenti, u kull impatt materjali fuq il-fondi proprji;

(b)

sorsi materjali u effetti tar-riskji għas-suq u kull impatt materjali fuq il-fondi proprji;

(c)

sorsi materjali u effetti tar-riskju għad-ditti tal-investiment, b'mod partikolari dawk li jistgħu jnaqqsu l-livell ta' fondi proprji disponibbli;

(d)

ir-riskju tal-likwidità fuq sett adatt ta' perijodi ta' żmien, inkluż ta' dakinhar, sabiex jiġi żgurat li d-ditta tal-investiment iżżomm livelli adegwati ta' riżorsi likwidi, inkluż fir-rigward tal-indirizzar ta' sorsi materjali tar-riskji skont il-punti (a),b u (c).

L-istrateġiji, il-politiki, il-proċessi u s-sistemi għandhom ikunu proporzjonati għall-kumplessità, għall-profil tar-riskju, u għall-ambitu tal-operat tad-ditta tal-investiment u għat-tolleranza tar-riskju stabbiliti mill-korp maniġerjali, u għandhom jirriflettu l-importanza tad-ditta tal-investiment f'kull Stat Membru li fih twettaq negozju.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu u tat-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-liġi nazzjonali li tirregola s-segregazzjoni applikabbli għal flus tal-klijenti miżmuma.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, id-ditti tal-investiment għandhom jikkunsidraw li jkollhom assigurazzjoni ta' indennizz professjonali bħala għodda effettiva fil-ġestjoni tar-riskji tagħhom.

Għall-finijiet tal-punt (c), is-sorsi materjali tar-riskju għad-ditta tal-investiment infisha għandhom jinkludu, jekk rilevanti, bidliet materjali fil-valur fil-kotba tal-assi, inkluż kull pretensjoni fuq aġenti marbuta, in-nuqqas ta' klijenti jew ta' kontropartijiet, pożizzjonijiet fi strumenti finanzjarji, muniti barranin u prodotti, u obbligi għal skemi ta' pensjoni ta' benefiċċju definiti.

Id-ditti tal-investiment għandhom jagħtu l-konsiderazzjoni dovuta lil kwalunkwe impatt materjali fuq fondi proprji fejn tali riskji ma jiġux koperti kif adatt mir-rekwiżiti tal-fondi proprji ikkalkulati skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033.

2.   Meta d-ditti tal-investiment ikunu jeħtieġu stralċ jew iwaqqfu l-attivitajiet tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li d-ditti tal-investiment, billi jieħdu kont tal-vijabbiltà u s-sostenibbiltà tal-mudelli ta' negozju u tal-istrateġiji tagħhom, jikkunsidraw b'mod dovut ir-rekwiżiti u r-riżorsi meħtieġa li huma realistiċi, f'termini ta' limiti ta' żmien u l-manutenzjoni tal-fondi proprji u ta' riżorsi likwidi, tul il-proċess kollu tal-ħruġ mis-suq.

3.   B'deroga mill-Artikolu 25, il-punti (a), (c) u (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw għad-ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' kwalifika għal ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033.

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 58 biex tissupplimenta din id-Direttiva biex jiġi żgurat li jkunu robusti l-istrateġiji, il-politiki, il-proċessi u s-sistemi tad-ditti tal-investiment. B'hekk il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, u b'mod partikolari l-feġġa ta' prodotti finanzjarji ġodda, l-iżviluppi fl-istandards kontabilistiċi u l-iżviluppi li jiffaċilitaw il-konverġenza tal-prattiki superviżorji.

Artikolu 30

Politiki ta' remunerazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment, meta jistabbilixxu u japplikaw il-politiki ta' remunerazzjoni tagħhom għal kategoriji ta' persunal, inkluż il-maniġment superjuri, dawk li jieħu r-riskju, il-persunal attiv f'funzjonijiet ta' kontroll u kwalunkwe impjegat li jirċievi remunerazzjoni ġenerali li tkun mill-inqas daqs l-anqas remunerazzjoni riċevuta mill-maniġment superjuri jew minn dawk li jieħu r-riskju, li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment jew tal-assi li tiġġestixxi, jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:

(a)

il-politika tar-remunerazzjoni hija dokumentata b'mod ċar u proporzjonata mad-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura, kif ukoll l-kamp ta' applikazzjoni u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditta tal-investiment;

(b)

il-politika tar-remunerazzjoni hija politika ta' remunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi;

(c)

il-politika tar-remunerazzjoni hija konsistenti ma' mmaniġġjar solidu u effettiv tar-riskju u tippromwovih;

(d)

il-politika tar-remunerazzjoni hija konformi mal-istrateġija tan-negozju u l-objettivi tad-ditta tal-investiment, u tieħu kont ukoll tal-effetti fit-tul tad-deċiżjonijiet ta' investiment meħuda;

(e)

il-politika tar-remunerazzjoni fiha miżuri għall-evitar ta' kunflitti ta' interess, tħeġġeġ imġiba kummerċjali responsabbli u tippromwovi s-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskju u t-teħid ta' riskji prudenti;

(f)

il-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment fil-funzjoni superviżorja tiegħu jadotta u perjodikament jeżamina l-politika tar-remunerazzjoni u jkollu responsabbiltà kumplessiva li jissorvelja l-implimentazzjoni tagħha;

(g)

l-implimentazzjoni tal-politika tar-remunerazzjoni, tal-inqas kull sena, hija soġġetta għal eżami intern ċentrali u indipendenti mill-funzjonijiet ta' kontroll;

(h)

il-persunal involut fil-funzjonijiet ta' kontroll ikun indipendenti mill-unitajiet tan-negozju li jissorveljaw, ikollu awtorità adatta, u jingħata remunerazzjoni f'konformità mal-kisba tal-objettivi marbuta mal-funzjonijiet tiegħu, irrispettivament mill-prestazzjoni tal-oqsma tan-negozju li jikkontrolla;

(i)

ir-remunerazzjoni ta' uffiċjali għolja fil-funzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskji u l-konformità tkun issorveljata direttament mill-kumitat għar-remunerazzjoni msemmi fl-Artikolu 33 jew, fejn ma jkunx ġie stabbilit tali kumitat, mill-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu;

(j)

il-politika tar-remunerazzjoni, filwaqt li tieħu kont tar-regoli nazzjonali dwar l-iffissar tal-pagi, tagħmel distinzjoni ċara bejn il-kriterji applikati għad-determinazzjoni ta' dan li ġej:

(i)

ir-remunerazzjoni bażika fissa, li primarjament tirrifletti l-esperjenza professjonali rilevanti u r-responsabbiltà fl-organizzazzjoni kif stipulati fid-deskrizzjoni tal-impjieg tal-impjegat bħala parti mit-termini tal-impjieg tiegħu;

(ii)

ir-remunerazzjoni varjabbli, li tirrifletti prestazzjoni sostenibbli u aġġustata għar-riskju tal-impjegat, kif ukoll prestazzjoni li tmur lil hinn mid-deskrizzjoni tal-impjieg tal-impjegat;

(k)

il-komponent fiss jirrappreżenta proporzjon għoli biżżejjed tar-remunerazzjoni totali biex tkun tista' titħaddem politika kompletament flessibbli fuq komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni, inkluż il-possibbiltà li ma jitħallas l-ebda komponent varjabbli tar-remunerazzjoni.

2.   Għall-finijiet tal-punt (k) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jistabbilixxu l-proporzjonijiet adatti bejn il-komponent varjabbli u dak fiss tar-remunerazzjoni totali fil-politiki tar-remunerazzjoni tagħhom, filwaqt li jittieħed kont tal-attivitajiet kummerċjali tad-ditta tal-investiment u tar-riskji assoċjati, kif ukoll tal-impatt li jkollhom kategoriji differenti ta' persunal imsemmija fil-paragrafu 1 fuq il-profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jistabbilixxu u japplikaw il-prinċipji msemmija fil-paragrafu 1 b'mod li jkun adatt għad-daqs u għall-organizzazzjoni interna tagħhom u għan-natura, għall-kamp ta' applikazzjoni u għall-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom.

4.   L-ABE, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika il-kriterji adatti għall-identifikazzjoni tal-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-ABE u l-ESMA għandhom iqisu b'mod debitu r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/384/KE (26)kif ukoll linji gwida eżistenti tar-remunerazzjoni skont id-Direttivi 2009/65/KE, 2011/61/UE u 2014/65/UE, u għandhom jimmiraw li jimminimizzaw id-diverġenza mid-dispożizzjonijiet eżistenti.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... tat-26 ta' Ġunju 2021.

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 31

Ditti tal-investiment li jibbenefikaw minn appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn ditta tal-investiment tibbenefika minn appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju kif definit fil-punt (28) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE:

(a)

dik id-ditta tal-investiment ma tħallasx remunerazzjoni varjabbli lil membri tal-korp maniġerjali;

(b)

fejn ir-remunerazzjoni varjabbli mħallsa lil persunal ieħor minbarra l-membri tal-korp maniġerjali tkun inkonsistenti maż-żamma ta' bażi kapitali soda ta' ditta tal-investiment u tal-ħruġ puntwali tagħha mill-appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju, ir-remunerazzjoni varjabbli għandha tkun limitata għal sehem mid-dħul nett.

Artikolu 32

Remunerazzjoni varjabbli

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull remunerazzjoni varjabbli mogħtija u mħallsa minn ditta tal-investiment lil kategoriji ta' persunal imsemmija fl-Artikolu 30(1) tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin skont l-istess kondizzjonijiet bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 30(3):

(a)

fejn ir-remunerazzjoni varjabbli tkun relatata mal-prestazzjoni, l-ammont totali tar-remunerazzjoni varjabbli jkun ibbażat fuq taħlita tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-individwu, tal-unità tan-negozju kkonċernata u tar-riżultati ġenerali tad-ditta tal-investiment;

(b)

meta tiġi vvalutata l-prestazzjoni tal-individwu, jittieħed kont kemm tal-kriterji finanzjarji kif ukoll ta' dawk mhux finanzjarji;

(c)

il-valutazzjoni tal-prestazzjoni msemmija fil-punt (a) hija bbażata fuq perijodu pluriennali, filwaqt li jittieħed kont taċ-ċiklu tan-negozju tad-ditta tal-investiment u tar-riskji tan-negozju tagħha;

(d)

ir-remunerazzjoni varjabbli ma taffettwax il-kapaċità tad-ditta tal-investiment li tiżgura bażi kapitali soda;

(e)

ma jkun hemm ebda remunerazzjoni varjabbli garantita għajr għal persunal ġdid għall-ewwel sena tal-impjieg biss tal-persunal il-ġdid u meta d-ditta tal-investiment ikollha bażi kapitali soda;

(f)

il-pagamenti relatati mat-terminazzjoni bikrija ta' kuntratt ta' impjieg jirriflettu l-prestazzjoni miksuba matul iż-żmien mill-individwu u ma jippremjawx falliment jew imġiba ħażina;

(g)

pakketti ta' remunerazzjoni relatati mal-kumpens jew mal-akkwiżizzjoni minn kuntratti f'impjieg preċedenti huma allinjati mal-interessi fit-tul tad-ditta tal-investiment;

(h)

il-kejl tal-prestazzjoni użat bħala bażi għall-kalkolu ta' raggruppamenti ta' remunerazzjoni varjabbli jieħu kont tat-tipi kollha ta' riskji attwali u futuri u l-ispiża tal-kapital u tal-likwidità meħtieġa f'konformità mar-Regolament (UE) 2019/2033;

(i)

l-allokazzjoni tal-komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni fi ħdan id-ditta tal-investiment tieħu kont tat-tipi kollha ta' riskji attwali u futuri;

(j)

mill-inqas 50 % tar-remunerazzjoni varjabbli tikkonsisti fi kwalunkwe wieħed mill-istrumenti li ġejjin:

(i)

ishma jew interessi proprjetarji ekwivalenti, soġġett għall-istruttura legali tad-ditta tal-investiment ikkonċernata;

(ii)

strumenti marbuta mal-ishma jew strumenti ekwivalenti mhux fi flus, soġġett għall-istruttura legali tad-ditta tal-investiment ikkonċernata;

(iii)

strumenti tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 Addizzjonali jew strumenti oħra li jistgħu jiġu kkonvertiti bis-sħiħ għal strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jew jitniżżlu fil-valur u li jirriflettu b'mod adegwat il-kwalità kreditu tad-ditta tal-investiment bħala negozju avvjat;

(iv)

strumenti mhux fi flus li jirriflettu l-kompożizzjoni tal-istrumenti tal-portafolli ġestiti;

(k)

permezz ta' deroga mill-punt (j), fejn ditta tal-investiment ma toħroġ ebda wieħed mill-istrumenti msemmija f'dak il-punt, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japprovaw l-użu ta' arranġamenti alternattivi li jissodisfaw l-istess objettivi;

(l)

mill-inqas 40 % tar-remunerazzjoni varjabbli jkunu differiti tul perijodu ta' tlieta sa ħames snin kif adatt, skont iċ-ċiklu tan-negozju tad-ditta tal-investiment, in-natura tan-negozju tagħha, ir-riskji tagħha u l-attivitajiet tal-individwu inkwistjoni, ħlief fil-każ ta' remunerazzjoni varjabbli ta' ammont partikolarment għoli meta l-proporzjon tar-remunerazzjoni varjabbli differita jkun ta' mill-inqas 60 %;

(m)

sa 100 % tar-remunerazzjoni varjabbli hija kkuntrattata meta l-prestazzjoni finanzjarja tad-ditta tal-investiment tkun dgħajfa jew negattiva, inkluż permezz ta' arranġamenti ta' malus jew ta' rkupru soġġetti għal kriterji stabbiliti mid-ditti tal-investiment li jkopru b'mod partikolari sitwazzjonijiet li fihom l-individwu inkwistjoni:

(i)

ikun ħa sehem jew kien responsabbli għal imġiba li rriżultat f'telf sinifikanti għad-ditta tal-investiment;

(ii)

ma jkunx għadu meqjus bħala kompetenti u idoneu;

(n)

il-benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jkunu konformi mal-istrateġija tan-negozju, mal-objettivi, mal-valuri u mal-interessi fit-tul tad-ditta tal-investiment.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw dawn li ġejjin:

(a)

li l-individwi msemmija fl-Artikolu 30(1) ma jużawx strateġiji personali ta' hedging jew assigurazzjonijiet relatati mar-remunerazzjoni u mar-responsabbiltà biex ixekklu l-prinċipji msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

li r-remunerazzjoni varjabbli ma titħallasx b'veikoli jew b'metodi finanzjarji li jiffaċilitaw nuqqas ta' konformità ma' din id-Direttiva jew mar-Regolament (UE) Nru 2019/2033.

3.   Għall-finijiet tal-punt (j) tal-paragrafu 1, l-istrumenti msemmija fih għandhom ikunu soġġetti għal politika ta' żamma adatta mfassla biex tallinja l-inċentivi tal-individwu mal-interessi fit-tul tad-ditta tal-investiment, tal-kredituri u tal-klijenti tagħha. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jpoġġu restrizzjonijiet fuq it-tipi u d-disinni ta' dawk l-istrumenti jew jipprojbixxu l-użu ta' ċerti strumenti għar-remunerazzjoni varjabbli.

Għall-finijiet tal-punt (l) tal-paragrafu 1, id-differiment tar-remunerazzjoni varjabbli m'għandux ivesti b'rata aktar mgħaġġla minn bażi prorata.

Għall-finijiet tal-punt (n) tal-paragrafu 1, meta impjegat jitlaq mid-ditta tal-investiment qabel l-età tal-irtirar, il-benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni għandhom jinżammu mid-ditta tal-investiment għal perijodu ta' ħames snin fil-forma tal-istrumenti msemmija fil-punt (j). Meta impjegat jilħaq l-età tal-irtirar u jirtira, il-benefiċċji diskrezzjonali tal-pensjoni għandhom jitħallsu lill-impjegat fil-forma tal-istrumenti msemmija fil-punt (j), soġġetti għal perijodu ta' żamma ta' ħames snin.

4.   Il-punti (j) u (l) tal-paragrafu 1 u t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3 m'għandhomx japplikaw għal:

(a)

ditta tal-investiment, fejn il-valur tal-assi barra u ġewwa l-karta bilanċjali tagħha jkun bħala medja daqs jew anqas minn EUR 100 miljun tul il-perijodu ta' erba' snin li jiġu eżatt qabel is-sena finanzjarja partikolari;

(b)

individwu li r-remunerazzjoni varjabbli annwali tiegħu ma taqbiżx il-EUR 50 000 u li ma tirrappreżentax aktar minn kwart ta' dik ir-remunerazzjoni annwali totali tal-individwu.

5.   B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 4, Stat Membru jista' jżid il-livell limitu msemmi f'dak il-punt, bil-kondizzjoni li d-ditta tal-investiment tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

id-ditta tal-investiment mhijiex, fl-Istat Membru fejn hija stabbilita, waħda mill-akbar tliet ditti tal-investiment f'termini ta' valur totali tal-assi;

(b)

id-ditta tal-investiment mhijiex soġġetta għa obbligi jew soġġetta għal obbligi simplifikati fir-rigward tal-ippjanar ta' rkupru u riżoluzzjoni skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/59/UE;

(c)

id-daqs tan-negozju fil-portafoll tan-negozjar fil-karta bilanċjali u barra l-karta bilanċjali tad-ditta ta' investiment huwa ugwali għal jew inqas minn EUR 150 miljun;

(d)

id-daqs tan-negozju tad-derivati fil-karta bilanċjali u barra l-karta bilanċjali tad-ditta ta' investiment huwa ugwali għal jew inqas minn EUR 100 miljun;

(e)

il-livell limitu ma jaqbiżx l-EUR 300 miljun; u

(f)

huwa adatt li jiżdied il-livell limitu, filwaqt li jittieħed kont tan-natura u tal-ambitu tal-attivitajiet tad-ditta tal-investiment, tal-organizzazzjoni interna tagħha, u, fejn applikabbli, il-karatteristiċi tal-grupp li tappartjeni għalih.

6.   B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 4, Stat Membru jista' jnaqqas il-livell limitu msemmi f'dak il-punt, dment li jkun adatt li jagħmel dan, filwaqt li jittieħed kont tan-natura u tal-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet tad-ditta tal-investiment, l-organizzazzjoni interna tagħha, u, fejn applikabbli, il-karatteristiċi tal-grupp li tappartjeni għalih.

7.   Permezz ta' deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 4, Stat Membru jista' jiddeċiedi li l-membri tal-persunal li huma intitolati għal remunerazzjoni varjabbli annwali anqas mil-livell limitu u s-sehem imsemmija f'dak il-punt ma għandhomx ikunu soġġetti għall-eżenzjoni stabbilita fih minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-suq nazzjonali f'termini ta' prattiki ta' remunerazzjoni jew minħabba n-natura tar-responsabbiltajiet u l-profil tal-impjieg ta' dawk il-membri tal-persunal.

8.   F'konsultazzjoni mal-ESMA, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-klassijiet ta' strumenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (j)(iii) tal-paragrafu 1 u biex tispeċifika arranġamenti alternattivi possibbli stabbiliti fil-punt (k) tal-paragrafu 1.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... tat-26 ta' Ġunju 2021.

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

9.   L-ABE, f'konsultazzjoni mal-ESMA, ABE għandha tadotta linji gwida li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-paragrafi 4, 5 u 6 u għandha tiżgura l-applikazzjoni konsistenti tagħhom.

Artikolu 33

Kumitat ta' remunerazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 32(4) jistabbilixxu kumitat ta' remunerazzjoni. Dak il-kumitat ta' remunerazzjoni għandu jkollu bilanċ bejn is-sessi u għandu jeżerċita ġudizzju kompetenti u indipendenti dwar il-politiki u l-prattiki ta' remunerazzjoni u l-inċentivi maħluqa għall-immaniġġjar tar-riskju, tal-kapital u tal-likwidità. Il-kumitat ta' remunerazzjoni jista' jiġi stabbilit fil-livell tal-grupp.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumitat ta' remunerazzjoni jkun responsabbli għat-tħejjija ta' deċiżjonijiet rigward ir-remunerazzjoni, inklużi deċiżjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet għar-riskji u l-immaniġġjar tar-riskju tad-ditta tal-investiment ikkonċernata u li jridu jittieħdu mill-korp maniġerjali. Il-President u l-membri tal-kumitat ta' remunerazzjoni għandhom ikunu membri tal-korp maniġerjali li ma jwettqu l-ebda funzjoni eżekuttiva fid-ditta tal-investiment ikkonċernata. Meta d-dritt nazzjonali jipprevedi rappreżentanza tal-impjegati fil-korp maniġerjali, il-kumitat ta' remunerazzjoni għandu jinkludi rappreżentant wieħed jew aktar tal-impjegati.

3.   Meta jkun qed iħejji d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-kumitat ta' remunerazzjoni għandu jieħu kont tal-interess pubbliku u l-interessi fit-tul tal-azzjonisti, tal-investituri u ta' partijiet ikkonċernati oħra fid-ditta tal-investiment.

Artikolu 34

Sorveljanza tal-politiki tar-remunerazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jiġbru l-informazzjoni divulgata f'konformità mal-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2019/2033 kif ukoll l-informazzjoni pprovduta mid-ditti tal-investiment dwar id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u għandhom jużaw dik l-informazzjoni bħala punt ta' riferiment għax-xejriet u għall-prattiki tar-remunerazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-ABE.

2.   L-ABE għandha tuża l-informazzjoni riċevuta mingħand l-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-paragrafi 1 u 4 bħala punt ta' riferiment għax-xejriet u għall-prattiki tar-remunerazzjoni fil-livell tal-Unjoni.

3.   F'konsultazzjoni mal-ESMA, l-ABE għandha toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni ta' politiki sodi tar-remunerazzjoni. Dawk il-linji gwida għandhom tal-anqas jieħdu kont tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 30 sa 33 u l-prinċipji dwar il-politiki sodi tar-remunerazzjoni stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 2009/384/KE.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti b'informazzjoni dwar l-għadd ta' persuni fiżiċi f'kull ditta tal-investiment li jirċievu remunerazzjoni ta' EUR 1 miljun jew aktar kull sena finanzjarja, fil-grupp ta' paga ta' EUR 1 miljun, inkluż informazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom tal-impjieg, il-qasam tan-negozju involut u l-elementi ewlenin tas-salarju, il-bonus, l-għotja fuq terminu twil u l-kontribuzzjoni tal-pensjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti, fuq talba, iċ-ċifri totali ta' remunerazzjoni għal kull membru tal-korp maniġerjali jew maniġment superjuri.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħaddu l-informazzjoni msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi lill-ABE, li għandha tippubblikaha fuq bażi aggregata skont l-Istat Membru tad-domiċilju f'format komuni ta' rapportar. F'konsultazzjoni mal-ESMA, l-ABE tista' toħroġ linji gwida biex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu u tiżgura l-konsistenza tal-informazzjoni miġbura.

Artikolu 35

Rapport tal-ABE dwar ir-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza

L-ABE għandha tħejji rapport dwar l-introduzzjoni ta' kriterji tekniċi relatati ma' skoperturi għal attivitajiet sostanzjalment assoċjati ma' objettivi ambjentali, soċjali, u ta' governanza (ESG) għar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni, bil-ħsieb li jiġu vvalutati s-sorsi u l-effetti possibbli tar-riskji fuq id-ditti tal-investiment, filwaqt li jittieħed kont tal-atti legali applikabbli tal-Unjoni fil-qasam tat-tassonomija tal-ESG.

Ir-rapport tal-ABE msemmi fl-ewwel paragrafu għandu jkopri minn tal-anqas dan li ġej:

(a)

definizzjoni ta' riskji tal-ESG, inkluż riskji fiżiċi, u riskji tat-transizzjoni relatati mat-transizzjoni għal ekonomija aktar sostenibbli; u inkluż fir-rigward ta’ riskji tat-transizzjoni, riskji relatati mad-deprezzament tal-assi minħabba bidla regolatorja, kriterji kwalitattivi u kwantitattivi u metriċi rilevanti għall-valutazzjoni ta' tali riskji, kif ukoll il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-possibilita’ jekk tali riskji jirriżultawx fuq terminu qasir, medju jew twil u l-possibilità li tali riskji jkollhom impatt finanzjarju materjali fuq ditta tal-investiment;

(b)

valutazzjoni tal-possibilità jekk konċentrazzjonijiet sinifikanti ta' assi speċifiċi jistgħux iżidu r-riskji tal-ESG, inkluż ir-riskji fiżiċi, jew riskji tat-transizzjoni għal ditta tal-investiment;

(c)

deskrizzjoni tal-proċessi li permezz tagħha ditta tal-investiment tista' tidentifika, tivvaluta u tiġġestixxi r-riskji tal-ESG, iinklużi r-riskji fiżiċi u r-riskji tat-transizzjoni;

(d)

il-kriterji, il-parametri u l-metriċi li permezz tagħhom is-superviżuri u d-ditti tal-investiment jistgħu jivvalutaw l-impatt tar-riskji tal-ESG fuq żmien qasir, medju u twil għall-finijiet tar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni.

L-ABE għandha tippreżenta r-rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sa ... tat-26 ta' Diċembru 2021.

Abbażi ta' dak ir-rapport, l-ABE tista', jekk adatt, tadotta linji gwida biex tintroduċi kriterji relatati ma' riskji tal-ESG għar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni li jieħdu kont tas-sejbiet tar-rapport tal-ABE msemmi f'dan l-Artikolu.

Taqsima 3

Proċess ta' rieżami u evalwazzjoni superviżorji

Artikolu 36

Rieżami u evalwazzjoni superviżorji

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw, sal-punt rilevanti u meħtieġ, filwaqt li jieħdu kont tad-daqs, il-profil ta' riskju u l-mudell ta' negozju tad-ditta tal-investiment, l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mid-ditti tal-investiment sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva u mar-Regolament (UE) 2019/2033 u jevalwaw dan li ġej bħala adatt u rilevanti, sabiex ikunu żgurati l-maniġment tajjeb u l-kopertura tar-riskji tagħhom:

(a)

ir-riskji msemmija fl-Artikolu 29;

(b)

iż-żona ġeografika tal-iskoperturi tad-ditta tal-investiment;

(c)

il-mudell kummerċjali tad-ditta tal-investiment;

(d)

il-valutazzjoni tar-riskju sistemiku, filwaqt li jittieħed kont tal-identifikazzjoni u tal-kejl tar-riskju sistemiku skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-BERS;

(e)

ir-riskji li jaffaċċjaw is-sigurtà tan-netwerk u s-sistemi ta' informazzjoni tad-ditti tal-investiment sabiex ikunu żgurati l-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tal-proċessi, id-data u l-assi tagħhom;

(f)

l-iskopertura tad-ditti tal-investiment għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar;

(g)

l-arranġamenti ta' governanza tad-ditti tal-investiment u l-ħila tal-membri tal-korp maniġerjali biex iwettqu dmirijiethom.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont debitu ta' jekk id-ditti tal-investiment għandhomx assigurazzjoni ta' indennizz professjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu l-frekwenza u l-intensità tar-rieżami u tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 billi jqisu d-daqs, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditti tal-investiment ikkonċernati, u fejn rilevanti, l-importanza sistemika tagħhom, u billi jieħdu kont tal-prinċipju tal-proporzjonalità.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu fuq bażi ta' każ b'każ jekk u f'liema forma jitwettqu r-rieżami u l-evalwazzjoni fir-rigward tad-ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE)2019/2033, biss fejn dawn jaraw li huwa meħtieġ minħabba d-daqs, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet ta' dawk id-ditti tal-investiment.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, għandu jitqies id-dritt nazzjonali li jirregola s-segregazzjoni applikabbli għal flus tal-klijenti miżmuma.

3.   Meta jagħmlu r-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess għall-aġendi, għall-minuti u għad-dokumenti ta' sostenn tal-laqgħat tal-korp maniġerjali u tal-kumitati tiegħu, u r-riżultati tal-evalwazzjoni interna jew esterna rigward il-prestazzjoni tal-korp maniġerjali.

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 58 biex tissupplimenta din id-Direttiva biex jiġi żgurat li l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi tad-ditti tal-investiment jiżguraw ġestjoni soda u kopertura tar-riskji tagħhom. B'hekk il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, b'mod partikolari l-feġġa ta' prodotti finanzjarji ġodda, l-iżviluppi fl-istandards kontabilistiċi u l-iżviluppi li jiffaċilitaw il-konverġenza tal-prassi superviżorji.

Artikolu 37

Rieżami kontinwu tal-permess biex jintużaw mudelli interni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirrieżaminaw fuq bażi regolari, u mill-inqas kull tliet snin, il-konformità tad-ditti tal-investiment mar-rekwiżiti għall-permess li jużaw mudelli interni kif imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2019/2033. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu b'mod partikolari t-tibdiliet fin-negozju ta' ditta tal-investiment u l-implimentazzjoni ta' dawk il-mudelli interni għal prodotti ġodda, u jirrieżaminaw u jivvalutaw jekk id-ditta tal-investiment tużax tekniki u prattiki żviluppati sew u aġġornati għal dawk il-mudelli interni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-dgħufijiet materjali identifikati fil-kopertura tar-riskju mill-mudelli interni ta' ditta tal-investiment jiġu rettifikati, jew jieħdu passi biex jimmitigaw il-konsegwenzi tagħhom, inkluż billi jimponu supplimentazzjonijiet kapitali jew fatturi akbar ta' multiplikazzjoni.

2.   Jekk, għal mudelli interni tar-riskju għas-suq, iseħħ li tinqabeż il-mira ħafna drabi kif imsemmi fl-Artikolu 366 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sitwazzjoni li tindika li l-mudelli interni mhumiex jew m'għadhomx preċiżi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevokaw il-permess għall-użu tal-mudelli interni jew jimponu miżuri adatti biex jiżguraw li l-mudelli interni jittejbu minnufih f'perijodu ta' żmien stabbilit.

3.   Meta ditta tal-investiment li tkun ingħatat permess biex tuża mudelli interni ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti biex tapplika dawk il-mudelli interni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu li d-ditta tal-investiment jew turi li l-effett ta' nuqqas ta' konformità hu immaterjali jew tippreżenta pjan u skadenza għall-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu titjib fil-pjan ippreżentat meta jkun hemm il-probabbiltà li dak il-pjan ma jkunx għal kollox kompatibbli jew jekk l-iskadenza ma tkunx adatta.

Meta jkun improbabbli li d-ditta tal-investiment tkun ser tikkonforma sal-iskadenza stipulata jew ma tkunx uriet b'mod sodisfaċenti li l-effett ta' nuqqas ta' konformità hu immaterjali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirrevokaw il-permess li jintużaw mudelli interni jew li jillimitawh għal dawk l-oqsma li huma konformi, jew dawk l-oqsma fejn il-konformità tkun tista' tinkiseb fi ħdan skadenza adatta.

4.   L-ABE għandha tanalizza mudelli interni fost id-ditti tal-investiment u għandha tanalizza kif id-ditti tal-investiment li jużaw mudelli interni jittrattaw riskji jew skoperturi simili. Hija għandha tinforma lill-ESMA b'dan.

Biex tippromwovi prassi superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettiv, l-ABE, fuq il-bażi ta' dik l-analiżi u f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, għandha tiżviluppa linji gwida b'punti ta' riferiment dwar kif id-ditti tal-investiment għandhom jużaw mudelli interni u kif dawn il-mudelli interni għandhom jiġu applikati għal riskji jew skoperturi simili.

L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-awtoritajiet kompetenti biex jieħdu kont ta' dik l-analiżi u dawk il-linji-gwida għar-rieżami msemmi fil-paragrafu 1.

Taqsima 4

Miżuri u setgħat superviżorji

Artikolu 38

Miżuri superviżorji

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu li d-ditti tal-investiment jieħdu, fi stadju bikri, il-miżuri neċessarji biex jindirizzaw il-problemi li ġejjin:

(a)

ditta tal-investiment ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) 2019/2033;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti jkollhom evidenza li ditta tal-investiment aktarx li tikser id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jew id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2019/2033 fit-12-il xahar li ġejjin.

Artikolu 39

Setgħat superviżorji

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji neċessarji biex jintervjenu fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom fl-attività tad-ditti tal-investiment b'mod effettiv u proporzjonat.

2.   Għall-finijiet tal-Artikoli 36, l-Artikolu 37(3) u l-Artikolu 38 u għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2033, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat li ġejjin:

(a)

li jobbligaw lid-ditti tal-investiment li jkollhom fondi proprji lil hinn mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 40 ta' din id-Direttiva, jew jaġġustaw il-fondi proprji u l-assi likwidi meħtieġa f'każ ta' tibdiliet materjali fin-negozju ta' dawk id-ditti tal-investiment;

(b)

li jobbligaw it-tisħiħ tal-arranġamenti, tal-proċessi, tal-mekkaniżmi u tal-istrateġiji implimentati f'konformità mal-Artikoli 24 u 26;

(c)

li jobbligaw lid-ditti tal-investiment jippreżentaw, fi żmien sena, pjan biex tinġieb lura l-konformità mar-rekwiżiti superviżorji skont din id-Direttiva u r-[Regolament (UE) 2019/2033, li jistabbilixxu skadenza għall-implimentazzjoni ta' dak il-pjan u jeżiġu li jkun hemm titjib f'dak il-pjan fejn jidħlu l-kamp ta' applikazzjoni u l-iskadenza;

(d)

li jobbligaw lid-ditti tal-investiment japplikaw politika ta' proviżjonament speċifika jew trattament ta' assi speċifiku f'termini tar-rekwiżiti tal-fondi proprji;

(e)

li jirrestrinġu jew jillimitaw in-negozju, l-operazzjonijiet jew in-netwerk ta' ditti tal-investiment jew li jitolbu l-investiment tal-attivitajiet li joħolqu riskji eċċessivi għas-solidità ta' ditta tal-investiment;

(f)

li jobbligaw it-tnaqqis tar-riskju inerenti fl-attivitajiet, fil-prodotti u fis-sistemi tad-ditti tal-investiment, inklużi attivitajiet esternalizzati;

(g)

li jobbligaw lid-ditti tal-investiment jillimitaw ir-remunerazzjoni varjabbli bħala perċentwal tad-dħul nett fejn dik ir-remunerazzjoni ma tkunx konsistenti maż-żamma ta' bażi kapitali solida;

(h)

li jobbligaw lid-ditti tal-investiment jużaw il-profitti netti sabiex isaħħu l-fondi proprji;

(i)

li jirrestrinġu jew jipprojbixxu d-distribuzzjonijiet jew il-pagamenti tal-imgħax minn ditta tal-investiment lill-azzjonisti, lill-membri jew lid-detenturi tal-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali fejn dik ir-restrizzjoni jew il-projbizzjoni ma tikkostitwixxix każ ta' inadempjenza mid-ditta tal-investiment;

(j)

li jimponu obbligi ta' rapportar addizzjonali jew aktar frekwenti meta mqabbla ma' dawk stabbiliti f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) 2019/2033, inkluż ir-rapportar dwar il-pożizzjonijiet kapitali u tal-likwidità;

(k)

li jimponu rekwiżiti speċifiċi tal-likwidità f'konformità mal-Artikolu 42;

(l)

li jobbligaw divulgazzjonijiet addizzjonali;

(m)

li jirrikjedu lid-ditti tal-investiment inaqqsu r-riskji għas-sigurtà tan-netwerk u s-sistemi ta' informazzjoni tagħhom biex jiżguraw il-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tal-proċessi, id-data u l-assi tagħhom;

3.   Għall-finijiet tal-punt (j) tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu obbligi ta' rapportar addizzjonali jew aktar spissi fuq id-ditti tal-investiment biss meta l-informazzjoni li trid tiġi rrapportata ma tkunx duplikata u tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

japplika wieħed mill-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 38;

(b)

l-awtorità kompetenti tqis li hemm bżonn li tiġbor l-evidenza msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38.

(c)

l-informazzjoni addizzjonali tkun meħtieġa għall-fini tar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 36.

L-informazzjoni għandha titqies duplikata meta l-awtorità kompetenti jkollha diġà l-istess, jew sostanzjalment l-istess informazzjoni, meta dik l-informazzjoni tkun tista' tiġi ppreżentata mill-awtorità kompetenti jew tkun tista' tinkiseb mill-istess awtorità kompetenti permezz ta' mezzi oħrajn apparti obbligu fuq id-ditta tal-investiment li tirrapportaha. Awtorità kompetenti ma għandhiex titlob xi informazzjoni addizzjonali meta l-informazzjoni tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti f'format differenti jew livell ta' granularità mill-informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi rrappurtata u l-format jew il-granularità differenti ma jżommuhiex milli tipproduċi informazzjoni sostanzjalment simili.

Artikolu 40

Rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2) biss fejn, fuq il-bażi tar-rieżamijiet imwettqa skont l-Artikoli 36 u 37, dawn jaċċertaw kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin għal ditta tal-investiment:

(a)

id-ditta tal-investiment tkun esposta għal riskji jew għal elementi tar-riskji, jew toħloq riskji għal oħrajn li huma materjali u li mhumiex koperti jew li mhumiex koperti biżżejjed mir-rekwiżit ta' fondi proprji, u speċjalment ir-rekwiżiti tal-fattur-K, stipulati fit-Tielet jew ir-Raba' Parti tar-Regolament (UE) 2019/2033;

(b)

id-ditta tal-investiment ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 24 u 26 u miżuri superviżorji oħra x'aktarx ma jkunux ser itejbu biżżejjed l-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji fi żmien adatt;

(c)

l-aġġustamenti marbuta mal-valwazzjoni prudenzjali tal-portafoll tan-negozjar ma jkunux biżżejjed biex id-ditta tal-investiment tkun tista' tbigħ jew tiħħeġġja l-pożizzjonijiet tagħha f'perijodu qasir ta' żmien bla ma ġġarrab telf materjali f'kondizzjonijiet normali tas-suq;

(d)

ir-rieżami mwettaq f'konformità mal-Artikolu 37 juri li n-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-mudelli interni permessi aktarx li ser iwassal għal livelli inadegwati ta' kapital;

(e)

id-ditta tal-investiment ripetutament tonqos milli tistabbilixxi jew iżżomm livell adegwat ta' fondi proprji kif stipulat fl-Artikolu 41.

2.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-riskji jew l-elementi tar- riskji għandhom jiġu kkunsidrati mhux koperti jew mhux koperti biżżejjed mir-rekwiżiti tal-fondi proprji stabbiliti fit-Tielet u r-Raba' Parti tar-Regolament (UE) 2019/2033 biss meta l-ammonti, it-tipi u d-distribuzzjoni tal-kapital meqjus adegwati mill-awtorità kompetenti wara r-rieżami superviżorju tal-valutazzjoni mwettqa mid-ditti tal-investiment f'konformità mal-Artikolu 24(1) ta' din id-Direttiva, huma ogħla mir-rekwiżit tal-fondi proprji tad-ditta tal-investiment stabbilit fit-Tielet jew ir-Raba' Parti tar-Regolament (UE) 2019/2033.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-kapital meqjus bħala adegwat jista' jinkludi riskji jew elementi ta' riskju li huma esklużi b'mod espliċitu mir-rekwiżit tal-fondi proprji stabbilit fit-Tielet jew ir-Raba' Parti tar-Regolament (UE) 2019/2033.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-livell tal-fondi proprji addizzjonali meħtieġ skont il-punt (a) tal-Artikolu 39(2) bħala d-differenza bejn il-kapital meqjus adegwat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u r-rekwiżit tal-fondi proprji stabbilit fit-Tielet jew ir-Raba' Parti tar-Regolament (UE) 2019/2033.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jobbligaw lid-ditti tal-investiment jissodisfaw ir-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2) b'fondi proprji soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tal-anqas tliet kwarti mir-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali jissodisfa l-kapital tal-Grad 1;

(b)

tal-anqas tliet kwarti mill-kapital tal-Grad 1 jkunu magħmul mill-kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

(c)

dawk il-fondi proprji ma jintużaw biex jiġi ssodisfat kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti tal-fondi proprji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissostanzjaw bil-miktub id-deċiżjoni tagħhom li jimponu rekwiżit kapitali addizzjonali kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2) billi jagħtu rendikont ċar tal-valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu. Dan jinkludi, fil-każ stabbilit fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dikjarazzjoni speċifika dwar għaliex il-livell ta' kapital stabbilit skont l-Artikolu 41(1) ma jkunx għadu jitqies suffiċjenti.

6.   L-ABE, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika kif għandhom jitkejlu r-riskji u l-elementi ta' riskju msemmija fil-paragrafu 2, inkluż ir-riskji u l-elementi ta' riskju li huma esklużi espliċitament mir-rekwiżiti tal-fondi proprji stabbiliti fit-Tielet jew ir-Raba' Parti tar-Regolament (UE) 2019/2033.

L-ABE għandha tiżgura li l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji jinkludi metriċi kwalitattivi indikattivi għall-ammonti ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2), filwaqt li jittieħed kont tal-firxa ta' mudelli kummerċjali u forom legali differenti li jista' jkollhom id-ditti tal-investiment, u li jkunu proporzjonati f'dak li jirrigwarda:

(a)

il-piż tal-implimentazzjoni fuq id-ditti tal-investiment u fuq l-awtoritajiet kompetenti;

(b)

il-possibbiltà li l-livell ogħla tar-rekwiżiti tal-fondi proprji li japplikaw meta d-ditti tal-investiment ma jużawx mudelli interni jiġġustifika l-impożizzjoni ta' rekwiżiti tal-fondi proprji inferjuri meta jiġu vvalutati r-riskji u l-elementi ta' riskju skont il-paragrafu 2.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... tat-26 ta' Ġunju 2021.

Il-Kummissjoni tiġi delegata s-setgħa biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

7.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali f'konformità mal-paragrafi 1 sa 6 fuq ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar jew mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE)2019/2033 abbażi ta' valutazzjoni każ b'każ u meta l-awtorità kompetenti tqis li jkun ġustifikat.

Artikolu 41

Gwida dwar fondi proprji addizzjonali

1.   Filwaqt li jittieħed kont tal-prinċipju ta' proporzjonalità u skont id-daqs, l-importanza sistemika, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditti tal-investiment li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar jew mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li tali ditti tal-investiment ikollhom livelli ta' fondi proprji li, abbażi tal-Artikolu 24, ikunu suffiċjentement 'il fuq mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Tielet Parti tar-Regolament (UE) 2019/2033 u f'din id-Direttiva, inkluż ir-rekwiżiti tal-fondi proprji addizzjonali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2), biex jiżguraw li l-fluttwazzjonijiet ekonomiċi ċikliki ma jwasslux għal ksur ta' dawk ir-rekwiżiti jew jhedded il-kapaċità tad-ditta tal-investiment li twettaq stralċ u twaqqaf l-attivitajiet b'mod ordnat;

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fejn adatt, jirrieżaminaw il-livell ta' fondi proprji li ġie stabbilit minn kull ditta tal-investiment li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet biex tikkwalifika bħala ditta tal-invetiment żgħira u mhux interkonnessa stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-[Regolament (UE) 2019/2033, f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u, fejn rilevanti, għandhom jikkomunikaw il-konklużjonijiet ta' dak ir-rieżami lid-ditta tal-investiment ikkonċernata, inkluż kwalunkwe aspettattiva għall-aġġustamenti għal-livell ta' fondi proprji stabbilit f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Tali komunikazzjoni għandha tinkludi d-data sa meta l-awtorità kompetenti tirrikjedi li jitwettaq l-aġġustament.

Artikolu 42

Rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu r-rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità msemmija fil-punt (k) tal-Artikolu 39(2) ta' din id-Direttiva, biss jekk, abbażi tar-rieżamijiet imwettqa skont l-Artikoli 36 u 37 ta' din id-Direttiva, dawn jikkonkludu li ditta tal-investiment li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet biex tikkwalifika bħala ditti tal-invetiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-[Regolament (UE) 2019/2033 jew li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 iżda ma ġietx eżentata mir-rekwiżit ta' likwidità f'konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033, tkun f'waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-ditta tal-investiment tkun esposta għal riskji ta' likwidità jew għal elementi ta' riskju ta' likwidità li huma materjali u mhumiex koperti jew mhumiex koperti biżżejjed mir-rekwiżit ta' likwidità stabbilit fil-Ħames Parti tar-[Regolament (UE) 2019/2033;

(b)

id-ditta tal-investiment ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 24 u 26 ta' din id-Direttiva u miżuri amministrattivi oħrajn aktarx li ma jkunux ser itejbu biżżejjed l-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji f'perijodu ta' żmien adatt;

2.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-riskju ta' likwidità jew l-elementi ta' riskju ta' likwidità għandhom jiġu kkunsidrati bħala mhux koperti jew mhux koperti biżżejjed mir-rekwiżit ta' likwidità stabbilit fil-Ħames Parti tar-Regolament (UE) 2019/2033 biss meta l-ammonti u t-tipi ta' likwidità meqjusa adegwati mill-awtorità kompetenti wara r-rieżami superviżorju tal-valutazzjoni mwettqa mid-ditti tal-investiment f'konformità mal-Artikolu 24(1) ta' din id-Direttiva, huma ogħla mir-rekwiżit ta' likwidità tad-ditta tal-investiment stabbilit fil-Ħames Parti tar-Regolament (UE) 2019/2033.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-livell ta' likwidità speċifika meħtieġ skont il-punt (k) tal-Artikolu 39(2) ta' din id-Direttiva, bħala d-differenza bejn il-likwidità meqjusa adegwata skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u r-rekwiżit ta' likwidità stabbilit fil-Ħames Parti tar-Regolament 2019/2033.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu li d-ditti ta' investiment jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' likwidità speċifiċi msemmija fil-punt (k) tal-Artikolu 39(2) ta' din id-Direttiva, b'assi likwidi kif stipulat fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2019/2033.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissostanzjaw bil-miktub id-deċiżjoni tagħhom li jimponu rekwiżit speċifiku ta' likwidità msemmi fil-punt (k) tal-Artikolu 39(2) billi jagħtu rendikont ċar tal-valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu.

6.   L-ABE, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika b'mod adegwat mad-daqs, l-istruttura u l-organizzazzjoni interna tad-ditti tal-investiment u n-natura, l-kamp ta' applikazzjoni u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom kif għandhom jitkejlu r-riskju ta' likwidità u l-elementi ta' riskju ta' likwidità msemmija fil-paragrafu 2.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... tat-26 ta' Ġunju 2021.

Il-Kummissjoni tiġi delegata s-setgħa biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 43

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti bi kwalunkwe rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali impost skont il-punt (a) tal-Artikolu 39(2) ta' din id-Direttiva, għal ditta tal-investiment li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE u dwar kwalunkwe aspettattiva għall-aġġustamenti msemmija fl-Artikolu 41(2) ta' din id-Direttiva, fir-rigward ta' tali ditta tal-investiment.

Artikolu 44

Rekwiżiti ta' pubblikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa:

(a)

jeżiġu li ditti tal-investiment li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 u d-ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 46 ta' dak ir-Regolament aktar minn darba fis-sena u li jistabbilixxu skadenzi għal dik il-pubblikazzjoni;

(b)

jeżiġu li ditti tal-investiment li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 u ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jużaw mezzi u postijiet speċifiċi, b'mod partikolari s-siti web tad-ditti tal-investiment, għal pubblikazzjonijiet oħra li mhumiex ir-rapporti finanzjarji;

(c)

jirrikjedu li l-intrapriżi prinċipali li jippubblikaw annwalment jew b'mod sħiħ jew permezz ta' referenzi għal informazzjoni ekwivalenti, deskrizzjoni tal-istruttura legali tagħhom u tal-istruttura ta' governanza u organizzazzjonali tal-grupp ta' ditti tal-investiment f'konformità mal-Artikoli 26(1) ta' din id-Direttiva u mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 45

Obbligu ta' infurmar lill-ABE

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE dwar:

(a)

il-proċess tagħhom ta' rieżami u ta' evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 36;

(b)

il-metodoloġija użata għad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 39, 40 u 41;

c)

il-livell ta' sanzjonijiet amministrattivi stabbiliti mill-Istati Membri, imsemmija fl-Artikolu 18.

L-ABE għandha tgħaddi l-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu lill-ESMA.

2.   L-ABE, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti sabiex tiżviluppa l-konsistenza fir-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni. Sabiex tlesti l-valutazzjoni tagħha, l-ABE, wara li tkun ikkonsultat lill-ESMA, tista' titlob informazzjoni addizzjonali minn awtoritajiet kompetenti fuq bażi proporzjonali u f'konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-ABE għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-informazzjoni aggregata msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

L-ABE għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-livell ta' konverġenza tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet f'dan il-Kapitolu fost l-Istati Membri. L-ABE għandha tagħmel evalwazzjonijiet bejn il-pari f'konformità mal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fejn ikun hemm bżonn. Hija għandha tinforma lill-ESMA b'tali evalwazzjonijiet bejn il-pari.

L-ABE u l-ESMA għandhom joħorġu linji gwida għall-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, kif applikabbli, biex tkompli tispeċifika, b'mod li jkun adatt għad-daqs, għall-istruttura u għall-organizzazzjoni interna tad-ditti tal-investiment u n-natura, l-kamp ta' applikazzjoni u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, tal-proċeduri u tal-metodoloġiji komuni għall-proċess ta' rieżami u ta' evalwazzjoni superviżorji msemmija fil-paragrafu 1 u l-valutazzjoni tat-trattament tar-riskji msemmija fl-Artikolu 29 ta' din id-Direttiva.

KAPITOLU 3

Superviżjoni ta' gruppi ta' ditti tal-investiment

Taqsima 1

Superviżjoni ta' gruppi ta' ditti tal-investiment fuq bażi konsolidata u superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp

Artikolu 46

Determinazzjoni tas-superviżur tal-grupp

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta grupp ta' ditti tal-investiment ikun immexxi minn ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata jew is-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti ta' dik id-ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-impriża prinċipali ta' ditta tal-investiment tkun kumpanija holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata jew is-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti ta' dik id-ditta tal-investiment.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta żewġ ditti tal-investiment jew aktar awtorizzati f'żewġ Stati Membri jew aktar ikollhom l-istess kumpanija holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew l-istess kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata jew is-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet kompetenti tad-ditta tal-investiment awtorizzata fl-Istat Membru fejn ġiet stabbilita l-kumpanija holding ta' investiment jew il-kumpanija holding finanzjarja mħallta.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-intrapriżi prinċipali ta' żewġ ditti tal-investiment jew aktar awtorizzati f'żewġ Stati Membri jew aktar ikunu jinkludu aktar minn kumpanija holding ta' investiment jew kumpanija holding finanzjarja mħallta waħda bl-uffiċċji reġistrati fi Stati Membri differenti u meta jkun hemm ditta tal-investiment f'kull wieħed minn dawk l-Istati Membri, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata jew is-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti tad-ditta tal-investiment bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta żewġ ditti tal-investiment jew aktar awtorizzati fl-Unjoni jkollhom bħala l-kumpanija prinċipali tagħhom l-istess kumpanija holding ta' investiment tal-Unjoni jew kumpanija holding finanzjarja mħallta tal-Unjoni u l-ebda waħda minn dawk id-ditti tal-investiment ma tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih ġiet stabbilita l-kumpanija holding ta' investiment jew il-kumpanija holding finanzjarja mħallta, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata jew is-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti tad-ditta tal-investiment bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ.

6.   Bi ftehim komuni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw għall-kriterji msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 meta l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx adatta għas-superviżjoni effettiva fuq bażi konsolidata jew għas-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp, filwaqt li jittieħed kont tad-ditti tal-investiment ikkonċernati u l-importanza tal-attivitajiet tagħhom fl-Istati Membri rilevanti, u jiddeżinjaw awtorità kompetenti differenti biex teżerċita sorveljanza fuq bażi konsolidata jew superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp. F'dawk il-każijiet, qabel ma jadottaw kwalunkwe deċiżjoni bħal din, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-kumpanija holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew lill-kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni jew lid-ditta tal-investiment bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ, kif adatt, opportunità biex tiddikjara l-opinjoni tagħha dwar dik id-deċiżjoni intiża. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE bi kwalunkwe tali deċiżjoni.

Artikolu 47

Rekwiżiti tal-informazzjoni f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza

Meta tinħoloq sitwazzjoni ta' emerġenza, inkluża sitwazzjoni kif deskritta fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew sitwazzjoni ta' żviluppi negattivi fis-swieq, li potenzjalment tippreġudika l-likwidità fis-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn l-entitajiet ta' grupp ta' ditti tal-investiment ikunu ġew awtorizzati, is-superviżur tal-grupp stabbilit skont l-Artikolu 46 ta' din id-Direttiva, għandu, soġġett għat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 ta' dan it-Titolu, iwissi, hekk kif ikun prattikabbli, lill-ABE, lill-BERS u lil kwalunkwe awtorità kompetenti rilevanti u għandu jikkomunika l-informazzjoni essenzjali kollha sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom.

Artikolu 48

Kulleġġi ta' superviżuri

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżur tal-grupp stabbilit skont l-Artikolu 46 ta' din id-Direttiva, jista', jekk adatt, jistabbilixxi kulleġġi ta' superviżuri biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju tal-kompiti msemmijin f'dan l-Artikolu u biex jiżguraw l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ma' awtoritajiet superviżorji rilevanti ta' pajjiżi terzi, b'mod partikolari meta dan ikun meħtieġ għall-fini li jiġu applikati l-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1) u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE)2019/2033 għall-iskambju u l-aġġornament ta' informazzjoni rilevanti rigward il-mudell ta' marġni mal-awtoritajiet superviżorji tal-kontropartijiet ċentrali kwalifikanti.

2.   Il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom jipprovdu qafas għas-superviżur tal-grupp, l-ABE u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra biex iwettqu l-kompiti li ġejjin:

(a)

il-kompiti msemmija fl-Artikolu 47;

(b)

il-koordinazzjoni ta' talbiet għall-informazzjoni fejn din tkun meħtieġa biex tiġi ffaċilitata s-superviżjoni fuq bażi konsolidata, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE)2019/2033;

(c)

il-koordinazzjoni ta' talbiet għall-informazzjoni, f'każijiet meta diversi awtoritajiet kompetenti ta' ditti tal-investiment li jagħmlu parti mill-istess grupp ikollhom bżonn jitolbu jew mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tad-domiċilju ta' membru tal-ikklirjar jew mill-awtorità kompetenti tal-QCCP informazzjoni marbuta mal-mudell u l-parametri ta' marġni użati biex jiġi kkalkulat ir-rekwiżit ta' marġni tad-ditti tal-investiment rilevanti;

(d)

l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti kollha u mal-ABE f'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u mal-ESMA, f'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010;

(e)

l-ilħuq ta' ftehim dwar id-delega volontarja bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' kompiti u responsabbiltajiet, fejn adatt;

(f)

iż-żieda fl-effiċjenza tas-superviżjoni billi jitfittex li tiġi evitata d-duplikazzjoni inutli ta' rekwiżiti superviżorji.

3.   Fejn adatt, jistgħu wkoll jiġu stabbiliti kulleġġi tas-superviżuri meta s-sussidjarji ta' grupp ta' ditti tal-investiment immexxi minn ditta tal-investiment tal-Unjoni, minn kumpanija holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew minn kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni jkunu jinsabu f'pajjiż terz.

4.   F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-ABE għandha tieħu sehem fil-laqgħat tal-kulleġġi tas-superviżuri.

5.   L-awtoritajiet li ġejjin għandhom ikunu membri fil-kulleġġ tas-superviżuri:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' grupp ta' ditti tal-investiment immexxi minn ditta tal-investiment tal-Unjoni, minn kumpanija holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew minn kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni;

(b)

fejn adatt, l-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi, soġġetti għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità li huma ekwivalenti fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti kollha għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I ta' dan it-Titolu.

6.   Is-superviżur tal-grupp iddeterminat skont l-Artikolu 46 għandu jippresiedi l-laqgħat tal-kulleġġ tas-superviżuri u jadotta deċiżjonijiet. Dak is-superviżur tal-grupp għandu jżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ tas-superviżuri informati bis-sħiħ bil-quddiem dwar l-organizzazzjoni ta' dawk il-laqgħat, dwar il-kwistjonijiet prinċipali li jkunu ser jiġu diskussi u dwar l-attivitajiet li jkunu ser jiġu kkunsidrati. Is-superviżur tal-grupp għandu wkoll iżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ tas-superviżuri infurmati bis-sħiħ, u mingħajr dewmien, dwar id-deċiżjonijiet adottati f'dawk il-laqgħat jew dwar il-miżuri mwettqin.

Is-superviżur tal-grupp għandu jqis ir-rilevanza tal-attività superviżorja li għandha tiġi ppjanata jew ikkoordinata mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 5 meta jadotta deċiżjonijiet.

L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri għandhom jiġu formalizzati permezz ta' 'arranġamenti bil-miktub.

7.   Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil ma' deċiżjoni adottata mis-superviżur tal-grupp dwar il-funzjonament tal-kulleġġi ta' superviżuri, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tista' tirreferi l-kwistjoni lill-ABE u titlob l-assistenza tal-ABE f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-ABE tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar il-funzjonament tal-kulleġġi ta' superviżuri skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

8.   F'konsultazzjoni mal-ESMA, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika l-kondizzjonijiet li fihom il-kulleġġi tas-superviżuri jeżerċitaw il-kompiti tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... tat-26 ta' Ġunju 2021.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 49

Rekwiżiti ta' kooperazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżur tal-grupp u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 48(5) jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni kollha rilevanti kif meħtieġ, inklużi dawn li ġejjin:

(a)

l-identifikazzjoni tal-istruttura legali u ta' governanza tal-grupp ta' ditti tal-investiment, inkluża l-istruttura organizzazzjonali tiegħu, billi jiġu koperti l-entitajiet regolati u mhux regolati, is-sussidjarji mhux regolati u l-intrapriżi prinċipali kollha, u tal-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet regolati fil-grupp ta' ditti tal-investiment;

(b)

il-proċeduri għall-ġbir tal-informazzjoni mingħand id-ditti tal-investiment fi grupp ta' ditti tal-investiment, u l-proċeduri għall-verifika ta' dik l-informazzjoni;

(c)

kwalunkwe żvilupp negattiv fid-ditti tal-investiment jew f'entitajiet oħra ta' grupp ta' ditti tal-investiment, li jista' jaffettwa serjament dawk id-ditti tal-investiment;

(d)

kwalunkwe sanzjoni u miżura eċċezzjonali sinifikanti meħuda mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva;

(e)

l-impożizzjoni ta' rekwiżit tal-fondi proprji speċifiku skont l-Artikolu 39 ta' din id-Direttiva.

2.   L-awtoritajiet kompetenti u s-superviżur tal-grupp jistgħu jirreferu għall-ABE, f'konformità mal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, meta l-informazzjoni rilevanti ma tkunx ġiet ikkomunikata skont il-paragrafu 1 mingħajr dewmien żejjed jew meta talba għal kooperazzjoni, b'mod partikolari għall-iskambju ta' informazzjoni rilevanti, tkun ġiet irrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi ħdan perijodu raġonevoli ta' żmien.

F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, kif ukoll fuq inizjattiva tagħha stess, l-ABE tista' tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fl-iżvilupp ta' prattiki ta' kooperazzjoni konsistenti.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, qabel ma jadottaw deċiżjoni li tista' tkun importanti għall-kompiti superviżorji ta' awtoritajiet kompetenti oħra, jikkonsultaw lil xulxin dwar dawn li ġejjin:

(a)

it-tibdiliet fl-istruttura tal-azzjonisti, organizzazzjonali jew maniġerjali tad-ditti tal-investiment fil-grupp ta' ditti tal-investiment, li jirrikjedu l-approvazzjoni jew l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti;

(b)

sanzjonijiet sinifikanti imposti fuq id-ditti tal-investiment mill-awtoritajiet kompetenti jew kwalunkwe miżura eċċezzjonali oħra meħuda minn dawk l-awtoritajiet; u

(c)

rekwiżiti tal-fondi proprji speċifiċi imposti f'konformità mal-Artikolu 39.

4.   Is-superviżur tal-grupp għandu jiġi kkonsultat meta jkunu ser jiġu imposti sanzjonijiet sinifikanti jew tkun ser tittieħed kwalunkwe miżura eċċezzjonali oħra mill-awtoritajiet kompetenti kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3.

5.   B'deroga mill-paragrafu 3, awtorità kompetenti mhix obbligata tikkonsulta lil awtoritajiet kompetenti oħra f'każijiet ta' urġenza jew meta tali konsultazzjoni tista' xxekkel l-effettività tad-deċiżjoni tagħha, f'liema każ l-awtorità kompetenti għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra b'dik id-deċiżjoni li mhix ser issir konsultazzjoni.

Artikolu 50

Verifika tal-informazzjoni rigward entitajiet li jinsabu fi Stati Membri oħra

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta awtorità kompetenti fi Stat Membru wieħed tkun meħtieġa tivverifika informazzjoni dwar ditti tal-investiment, kumpaniji holding ta' investiment, kumpaniji holding finanzjarji mħallta, istituzzjonijiet finanzjarji, impriżi ta' servizzi anċillari, kumpaniji holding finanzjarji b'attività mħallta jew sussidjarji li jinsabu fi Stat Membru ieħor, inkluż sussidjarji li huma kumpaniji tal-assigurazzjoni, u tagħmel talba għal dan, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor iwettqu dik il-verifika f'konformità mal-paragrafu 2.

2.   L-awtoritajiet kompetenti li jkunu rċevew talba skont il-paragrafu 1 għandhom jagħmlu xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

iwettqu l-verifika huma stess fil-qafas tal-kompetenza tagħhom;

(b)

jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li għamlu dik it-talba jwettqu l-verifika;

(c)

jitolbu lil awditur jew esperti biex iwettaq il-verifika b'mod imparzjali u jirrapporta r-riżultati minnufih.

Għall-finijiet tal-punti (a) u (c), l-awtoritajiet kompetenti li jkunu għamlu t-talba għandhom jitħallew jieħdu sehem fil-verifika.

Taqsima 2

Kumpaniji holding ta' investiment, kumpaniji holding finanzjarji mħallta u kumpaniji holding li jwettqu attivitajiet mħallta

Artikolu 51

Inklużjoni ta' kumpaniji holding fis-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji holding ta' investiment u l-kumpaniji holding finanzjarji mħallta jkunu inklużi fis-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp.

Artikolu 52

Kwalifiki tad-diretturi

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-membri tal-korp maniġerjali ta' kumpanija holding ta' investiment jew kumpanija holding finanzjarja mħallta jkunu ta' reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom għarfien, ħiliet u esperjenza biżżejjed biex iwettqu dawk id-dmirijiet b'mod effettiv, filwaqt li jittieħed kont tar-rwol speċifiku ta' kumpanija holding ta' investiment jew kumpanija holding finanzjarja mħallta.

Artikolu 53

kumpaniji holding ta' attività mħallta

1.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li, meta l-impriża prinċipali ta' ditta tal-investiment tkun kumpanija holding ta' attività mħallta, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tad-ditta tal-investiment jistgħu:

(a)

jitolbu li l-kumpanija holding ta' attività mħallta tipprovdilhom kwalunkwe informazzjoni li tista' tkun rilevanti għas-superviżjoni ta' dik id-ditta tal-investiment;

(b)

jissorveljaw it-tranżazzjonijiet bejn id-ditta tal-investiment u l-kumpanija holding ta' attività mħallta u s-sussidjarji ta' din tal-aħħar, u jeżiġu li d-ditta tal-investiment ikollha fis-seħħ proċessi adegwati ta' mmaniġġjar tar-riskji u mekkaniżmi ta' kontroll intern, inkluż proċeduri solidi ta' rappurtar u kontabilistiċi biex tidentifika, tkejjel, tissorvelja u tikkontrolla dawk it-tranżazzjonijiet.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu, jew iqabbdu lil spetturi esterni jwettqu, spezzjonijiet fuq il-post biex jivverifikaw l-informazzjoni mwassla mingħand il-kumpaniji holding li jwettqu attivitajiet mħallta u s-sussidjarji tagħhom.

Artikolu 54

Sanzjonijiet

F'konformità mat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 2 ta' dan it-Titolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jistgħu jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra mmirati li jtemmu jew jimmitigaw il-ksur tal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu dan il-Kapitolu jew li jindirizzaw il-kawżi ta' tali ksur fuq kumpaniji holding ta' investiment, kumpaniji holding finanzjarji mħallta u kumpaniji holding ta' attività mħallta, jew il-maniġers effettivi tagħhom.

Artikolu 55

Valutazzjoni tas-superviżjoni ta' pajjiżi terzi u ta' tekniki superviżorji oħra

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta żewġ ditti tal-investiment jew aktar li huma sussidjarji tal-istess impriża prinċipali, li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha f'pajjiż terz, ma jkunux soġġetti għal superviżjoni effettiva fil-livell tal-grupp, l-awtorità kompetenti tivvaluta jekk id-ditti tal-investiment humiex soġġetti għal superviżjoni mill-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz li tkun ekwivalenti għas-superviżjoni stabbilita f'din id-Direttiva u fl-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) 2019/2033.

2.   Meta l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tikkonkludi li ma tapplika l-ebda tali superviżjoni ekwivalenti, l-Istati Membri għandhom jippermetti tekniki superviżorji adegwati li jiksbu l-objettivi ta' superviżjoni f'konformità mal-Artikolu 7 jew 8 tar-Regolament (UE) 2019/2033. Dawk it-tekniki superviżorji għandhom jiġu deċiżi mill-awtorità kompetenti li kienet tkun is-superviżur tal-grupp li kieku l-impriża prinċipali kienet stabbilita fl-Unjoni, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti. Kwalunkwe miżura meħuda skont dan il-paragrafu għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti, lill-ABE u lill-Kummissjoni.

3.   L-awtorità kompetenti li kienet tkun is-superviżur tal-grupp li kieku l-impriża prinċipali kienet stabbilita fl-Unjoni tista', b'mod partikolari, titlob l-istabbiliment ta' kumpanija holding ta' investiment jew il-kumpanija holding finanzjarja mħallta fl-Unjoni u tapplika l-Artikoli 7 jew 8 tar-Regolament (UE) 2019/2033 għal dik il-kumpanija holding ta' investiment jew dik il-kumpanija holding finanzjarja mħallta.

Artikolu 56

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi

Il-Kummissjoni tista' tippreżenta rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill, jew fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, għan-negozjar ta' ftehimiet ma' pajjiż terz wieħed jew aktar rigward il-mezzi ta' superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp mid-ditti tal-investiment li ġejjin:

(a)

ditti tal-investiment li l-impriża prinċipali tagħhom ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha f'pajjiż terz;

(b)

ditti tal-investiment li jinsabu f'pajjiżi terzi, u li l-impriża prinċipali tagħhom ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Unjoni.

TITOLU V

PUBBLIKAZZJONI MILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 57

Rekwiżiti ta' pubblikazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

it-testi tal-liġijiet, ir-regolamenti, ir-regoli amministrattivi u l-gwida ġenerali adottati fl-Istat Membru tagħhom skont din id-Direttiva;

(b)

il-mod kif jiġu eżerċitati l-għażliet u d-diskrezzjonijiet disponibbli skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) 2019/2033;

(c)

il-kriterji ġenerali u l-metodoloġiji li jużaw fir-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji msemmija fl-Artikolu 36 ta' din id-Direttiva;

(d)

data statistika aggregata dwar aspetti importanti tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) 2019/2033 fl-Istat Membru tagħhom, inklużi n-numru u n-natura tal-miżuri superviżorji meħuda f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 39(2) ta' din id-Direttiva u tas-sanzjonijiet amministrattivi imposti f'konformità mal-Artikolu 18 ta' din id-Direttiva.

2.   L-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 1 għandha tkun komprensiva u preċiża biżżejjed biex ikun jista' jsir paragun sinifikattiv tal-applikazzjoni tal-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti.

3.   Il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni għandhom isegwu format komuni u għandhom jiġu aġġornati regolarment. Din għandha tkun aċċessibbli f'post elettroniku uniku.

4.   L-ABE, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tiddetermina l-format, l-istruttura, il-lista tal-kontenut u d-data tal-pubblikazzjoni annwali tal-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5.   L-ABE għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 4 lill-Kummissjoni sa ... tat-26 ta' Ġunju 2021.

TITOLU VI

ATTI DELEGATI

Artikolu 58

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2), l-Artikolu 29(4) u l-Artikolu 36(4) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 3(2), l-Artikolu 29(4) u l-Artikolu 36(4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 29(4) u l-Artikolu 36(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

TITOLU VII

EMENDI GĦAL DIRETTIVI OĦRA

Artikolu 59

Emenda għad-Direttiva 2002/87/KE

Fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE, il-punt 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(7)

“regoli settorjali” tfisser atti legali relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' entitajiet regolati, b'mod partikolari r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 (*1) u (UE) 2019/2033 (*2) (12)tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill u d-Direttivi 2009/138/KE, 2013/36/UE (*3), 2014/65/UE (*4) u (UE) 2019/2034 (*5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Artikolu 60

Emenda għad-Direttiva 2009/65/KE

Fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2009/65/KE,il-punt (iii)huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(iii)

irrispettivament mill-ammont ta' dawk ir-rekwiżiti, il-fondi proprji tal-kumpanija tal-maniġment ma għandhom qatt ikunu inqas mill-ammont preskritt fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6).

Artikolu 61

Emenda għad-Direttiva 2011/61/UE

Fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2011/61/UE, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Irrispettivament mill-paragrafu 3, il-fondi proprji tal-AIFM ma għandhom qatt ikunu anqas mill-ammont meħtieġ skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7).

Artikolu 62

Emendi għad-Direttiva 2013/36/UE

Id-Direttiva 2013/36/UE hija emendata kif ġej:

(1)

it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE”;

(2)

l-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar:

(a)

l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu;

(b)

is-setgħat u l-għodod superviżorji għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu mill-awtoritajiet kompetenti;

(c)

is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu mill-awtoritajiet kompetenti b'mod li jkun konsistenti mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d)

ir-rekwiżiti ta' pubblikazzjoni għall-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tar-regolamentazzjoni u tas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu.”;

(3)

l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

jitħassru l-paragrafi 2 u 3;

(b)

fil-paragrafu 5, jitħassar il-punt (1);

(c)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.   L-entitajiet imsemmija fil-punti (3) sa (24) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu ttrattati bħala istituzzjonijiet finanzjarji għall-finijiet tal-Artikolu 34 u l-Kapitolu 3 tat-Titolu VII.”;

(4)

fl-Artikolu 3(1),: jitħassar il-punt (4);

(5)

l-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Koordinazzjoni fi ħdan l-Istati Membri

L-Istati Membri li jkollhom aktar minn awtorità kompetenti waħda għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tal-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jorganizzaw il-koordinazzjoni bejn tali awtoritajiet.”;

(6)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 8a

Rekwiżiti speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.   L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li diġà kisbu awtorizzazzjoni skont it-Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE biex jippreżentaw applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 8, sa mhux aktar tard mill-jum li fih iseħħ wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

il-medja tal-assi totali fix-xahar, ikkalkulata fuq perijodu ta' 12-il xahar konsekuttiv, tkun ugwali għal jew taqbeż it-EUR 30 biljun; jew

(b)

il-medja tal-assi totali fix-xahar ikkalkulata fuq perijodu ta' 12-il xahar konsekuttiv tkun anqas minn EUR 30 biljun, u l-impriża tkun parti minn grupp li fih il-valur totali tal-assi konsolidati tal-intrapriżi kollha fil-grupp li individwalment ikollhom assi totali ta' anqas minn EUR 30 biljun u li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 30 biljun, it-tnejn li huma ikkalkulati bħala medja fuq perijodu ta' tnax-il xahar konsekuttiv.

2.   L-intrapriżi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jkomplu jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sakemm jiksbu l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu ta' dan l-Artikolu.

3.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-intrapriżi msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1)) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li fi tat-24 ta' Diċembru 2019 iwettqu attivitajiet bħala ditti tal-investiment awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE għandhom japplikaw għal awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva sa tat-27 ta' Diċembru 2020.

4.   Meta l-awtorità kompetenti, wara li tirċievi l-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 95a tad-Direttiva 2014/65/UE, tiddetermina li impriża tkun ser tiġi awtorizzata bħala istituzzjoni ta' kreditu f'konformità mal-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva, din għandha tinnotifika lill-impriża u lill-awtorità kompetenti kif definit fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE u għandha tikseb il-proċedura ta' awtorizzazzjoni mid-data ta' dik in-notifika.

5.   F'każijiet ta' awtorizzazzjoni mill-ġdid, l-awtorità kompetenti awtorizzanti għandha tiżgura li l-proċess huwa ssimplifikat kemm jista' jkun u li jittieħed kont tal-informazzjoni mill-awtorizzazzjonijiet eżistenti.

6.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)

l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-impriża lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, inkluż il-programm tal-operazzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 10;

(b)

il-metodoloġija għall-kalkolu tal-livelli limitu msemmija fil-paragrafu 1.

Is-setgħa hi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa tat-26 ta' Diċembru 2020.”;

(7)

fl-Artikolu 18, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(aa)

tuża l-awtorizzazzjoni tagħha b'mod esklużiv biex tkun involuta fl-attivitajiet imsemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għal perijodu ta' ħames snin konsekuttivi jkollha assi totali medji inqas mil-livelli limitu stabbiliti f'dak l-Artikolu;”;

(8)

l-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-ABE għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha, u għandha taġġorna mill-inqas annwalment, lista tal-ismijiet tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha li ngħataw awtorizzazzjoni.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   Il-lista msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi l-ismijiet tal-impriżi msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għandha tidentifika dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu bħala tali. Dik il-lista għandha tiddeskrivi wkoll kwalunkwe bidla meta mqabbla mal-verżjoni preċedenti tal-lista.”;

(9)

fl-Artikolu 21b, il-paragrafu (5) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:

(a)

il-valur totali tal-assi fl-Unjoni tal-grupp ta' pajjiż terz għandu jkun it-total ta' dan li ġej:

(i)

il-valur totali tal-assi ta' kull istituzzjoni fl-Unjoni tal-grupp ta' pajjiż terz, kif jirriżulta mill-karta tal-bilanċ konsolidata tagħha jew kif jirriżulta mill-karti tal-bilanċ individwali tagħhom, fejn il-karta tal-bilanċ ta' istituzzjoni ma tkunx konsolidata; u

(ii)

il-valur totali tal-assi ta' kull fergħa tal-grupp ta' pajjiż terz awtorizzat fl-Unjoni f'konformità ma' din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8) jew id-Direttiva 2014/65/UE;

(b)

it-terminu “istituzzjoni” għandu jinkludi wkoll ditti tal-investiment.;

(*8)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84)”;"

(10)

jitħassar it-Titolu IV;

(11)

fl-Artikolu 51(1), l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti jistgħu jitolbu lis-superviżur li jikkonsolida, meta jkun japplika l-Artikolu 112(1), jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, biex fergħa ta' istituzzjoni ta' kreditu titqies bħala sinifikanti.'”;

(12)

fl-Artikolu 53, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-paragrafu 1 m'għandux iwaqqaf lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni ma' xulxin jew jittrażmettu l-informazzjoni lill-BERS, lill-ABE, jew lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (“ESMA”) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*9) f'konformità ma' din id-Direttiva, mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, mar-Regolament (UE) 2019/2033. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10), mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, mal-Artikoli 31, 35 u 36 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u mal-Artikoli 31 u 36 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, mad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*11) u ma' direttivi oħra applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu. Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-paragrafu 1.

(*9)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84)."

(*10)  Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2011/61/UE, dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1)."

(*11)  Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2011/61/UE, dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64).’;"

(13)

fl-Artikolu 66(1), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(aa)

it-twettiq ta' mill-inqas waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-issodisfar tal-livell limitu indikat f'dak l-Artikolu mingħajr l-awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu.”;

(14)

fl-Artikolu 76(5), jitħassar is-sitt subparagrafu;

(15)

fl-Artikolu 86, il-paragrafu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“11.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ pjanijiet ta' rkupru tal-likwidità li jistabbilixxu strateġiji adegwati u miżuri ta' implimentazzjoni adatta biex jindirizzaw il-possibbiltà ta' nuqqas ta' likwidità, inkluż fir-rigward ta' fergħat stabbiliti f'xi Stat Membru ieħor. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dawk il-pjanijiet jiġu ttestjati mill-istituzzjonijiet mill-inqas kull sena, jiġu aġġornati abbażi tal-eżitu tax-xenarji alternattivi stipulati fil-paragrafu 8, u jiġu rrapportati lill-maniġment superjuri u approvati minnha, sabiex il-politiki u l-proċessi interni jkunu jistgħu jiġu aġġustati kif meħtieġ. L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-passi operattivi meħtieġa minn qabel biex jiżguraw li l-pjanijiet ta' rkupru tal-likwidità jkunu jistgħu jiġu implimentati minnufih. Dawk il-passi operazzjonali għandhom jinkludu l-pussess ta' kollateral disponibbli b'mod immedjat għal finanzjament mill-bank ċentrali. Dan jinkludi l-pussess ta' kollateral fil-munita ta' Stat Membru ieħor, fejn meħtieġ, jew il-munita ta' pajjiż terz li għalih l-istituzzjoni jkollha skopertura, u meta jkun meħtieġ b'mod operazzjonali fit-territorju ta' Stat Membru ospitanti jew ta' pajjiż terz li t-tali istituzzjoni ta' kreditu tkun skoperta għall-munita tiegħu.'”;

(16)

fl-Artikolu 110, jitħassar il-paragrafu 2;

(17)

l-Artikolu 111 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 111

Determinazzjoni tas-superviżur li jikkonsolida

1.   Meta impriża prinċipali tkun istituzzjoni ta' kreditu prinċipali fi Stat Membru jew istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tissorvelja dik l-entità prinċipali jew l-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE fuq bażi individwali.

Meta impriża prinċipali tkun istituzzjoni ta' kreditu prinċipali fi Stat Membru jew istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE u ebda waħda mis-sussidjarji tagħha ma tkun istituzzjoni ta' kreditu, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tissorvelja dik l-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali fl-Istat Membru jew dik l-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE fuq bażi individwali.

Meta impriża prinċipali tkun ditta tal-investiment prinċipali fi Stat Membru jew ditta tal-investiment prinċipali tal-UE, u mill-inqas waħda mis-sussidjarji tagħha tkun istituzzjonijiet ta' kreditu, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, jew fejn ikun hemm diversi istituzzjonijiet ta' kreditu, l-istituzzjonijiet ta' kreditu bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ.

2.   Meta l-entità prinċipali ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment tkun kumpanija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tissorvelja l-istituzzjoni ta' kreditu jew id-ditta tal-investiment fuq bażi individwali.

3.   Meta żewġ istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti ta' investiment jew aktar awtorizzati fl-Unjoni jkollhom l-istess kumpanija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq minn:

(a)

l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu meta jkun hemm biss istituzzjoni ta' kreditu waħda fil-grupp;

(b)

l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ, meta jkun hemm diversi istituzzjonijiet ta' kreditu fil-grupp; jew

(c)

l-awtorità kompetenti tad-ditta tal-investiment bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ, meta l-grupp ma jkunx jinkludi xi istituzzjoni ta' kreditu.

4.   Meta hi meħtieġa l-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 18(3) jew (6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ jew, fejn il-grupp ma jinkludix xi istituzzjoni ta' kreditu, mill-awtorità kompetenti tad-ditta tal-investiment bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ.

5.   B'deroga mit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, mill-punt (b) tal-paragrafu 3 u mill-paragrafu 4, meta awtorità kompetenti tissorvelja fuq bażi individwali aktar minn istituzzjoni ta' kreditu waħda fi grupp, is-superviżur li jikkonsolida għandu jkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja fuq bażi individwali istituzzjoni ta' kreditu waħda jew aktar fil-grupp meta s-somma tat-total tal-karta tal-bilanċ ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu tkun ogħla minn dik tal-istituzzjonijiet ta' kreditu ssorveljati fuq bażi individwali minn kwalunkwe awtorità kompetenti oħra.

B'deroga mill-punt (c) tal-paragrafu 3, meta awtorità kompetenti tissorvelja fuq bażi individwali aktar minn ditta tal-investiment waħda fi grupp, is-superviżur li jikkonsolida għandu jkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja fuq bażi individwali ditta tal-investiment waħda jew aktar fil-grupp bl-ogħla total fuq il-karta tal-bilanċ fl-aggregat.

6.   F'każijiet partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, bi ftehim komuni, jirrinunzjaw għall-kriterji msemmijin fil-paragrafi 1, 3 u 4 u jaħtru awtorità kompetenti differenti biex twettaq is-superviżjoni fuq bażi konsolidata meta l-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hemm ma tkunx adatta, filwaqt li jittieħed kont tal-istituzzjonijiet ta' kreditu jew tad-ditti ta' investiment ikkonċernati u l-importanza relattiva tal-attivitajiet tagħhom fl-Istati Membri rilevanti, jew il-ħtieġa li tkun żgurata l-kontinwità tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata mill-istess awtorità kompetenti. F'tali każijiet, l-istituzzjoni prinċipali tal-UE, il-kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE jew l-istituzzjoni ta' kreditu jew id-ditta tal-investiment bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ, kif applikabbli, għandu jkollha d-dritt tinstema' qabel ma l-awtoritajiet kompetenti jieħdu d-deċiżjoni.

7.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-ABE mingħajr dewmien rigward kwalunkwe ftehim li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 6.”;

(18)

fl-Artikolu 114(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Meta tinħoloq sitwazzjoni ta' emerġenza, inkluż sitwazzjoni kif deskritta fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew sitwazzjoni ta' żviluppi negattivi fis-swieq, li potenzjalment tippreġudika l-likwidità fis-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn l-entitajiet ta' grupp ikunu ġew awtorizzati jew fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmija fl-Artikolu 51, is-superviżur li jikkonsolida għandu, soġġett għat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu VII ta' din id-Direttiva u fejn applikabbli t-Taqsima 2, Kapitolu 1 tat-Titolu IV tad-Direttiva (UE) 2019/2034, iwissi mill-aktar fis possibbli, lill-ABE u lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 58(4) u fl-Artikolu 59 u għandu jikkomunika l-informazzjoni essenzjali kollha sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom. Dawk l-obbligi għandhom japplikaw għall-awtoritajiet kompetenti kollha. ”;

(19)

l-Artikolu 116 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-awtoritajiet kompetenti li jipparteċipaw fil-kulleġġi tas-superviżuri u l-ABE għandhom jikkooperaw mill-qrib. Ir-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità skont it-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II ta' din id-Direttiva, u, fejn applikabbli, it-Taqsima 2, Kapitolu 1 tat-Titolu IV tad-Direttiva (UE) 2019/2034 m'għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali fil-kulleġġi tas-superviżuri. L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri m'għandhomx jaffettwaw id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.”;

(b)

fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.   L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE u l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmija fl-Artikolu 51, il-banek ċentrali tas-SEBĊ kif adatt, u l-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi fejn adatt u soġġetti għal rekwiżiti tal-kunfidenzjalità li jkunu ekwivalenti, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti kollha, għar-rekwiżiti skont it-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, skont it-Taqsima 2, Kapitolu 1 tat-Titolu IV tad-Direttiva (UE)/2019/2034 jistgħu jipparteċipaw fil-kulleġġi tas-superviżuri.”;

(c)

fil-paragrafu 9, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“9.   Is-superviżur li jikkonsolida, soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità skont it-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II, ta' din id-Direttiva, u fejn applikabbli, skont it-Taqsima 2, Kapitolu 1 tat-Titolu IV tad-Direttiva (UE) 2019/2034], għandu jinforma lill-ABE dwar l-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri, inkluż f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, u jikkomunika lill-ABE l-informazzjoni kollha li tkun ta' rilevanza partikolari għall-finijiet tal-konverġenza superviżorja”.

(20)

fl-Artikolu 125, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-informazzjoni riċevuta, fil-qafas tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata, u b'mod partikolari, kwalunkwe skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti li hu previst f'din id-Direttiva, għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali li mill-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1) ta' din id-Direttiva għall-istituzzjonijiet ta' kreditu jew skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.”;

(21)

fl-Artikolu 128, jitħassar il-ħames paragrafu;

(22)

fl-Artikolu 129, jitħassru l-paragrafi 2, 3 u 4;

(23)

fl-Artikolu 130, jitħassru l-paragrafi 2, 3 u 4;

(24)

fl-Artikolu 143(1), il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu IV, Kapitolu 1, Taqsima 2 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, id-data statistika aggregata dwar l-aspetti ewlenin tal-implimentazzjoni tal-qafas prudenzjali f'kull Stat Membru, inklużi l-għadd u n-natura tal-miżuri superviżorji meħuda f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 102(1) ta' din id-Direttiva, u tal-penali amministrattivi imposti f'konformità mal-Artikolu 65 ta' din id-Direttiva.”;

Artikolu 63

Emendi għad-Direttiva 2014/59/UE

Id-Direttiva 2014/59/UE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2(1), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3)

‘ditta tal-investiment’ tfisser ditta tal-investiment kif definita fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*12) li tkun soġġetta għar-rekwiżit kapitali inizjali stipulat fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034.tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*13).

(*12)  Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta ’Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1."

(*13)  Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta ’Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64).”;"

(2)

fl-Artikolu 45, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   F'konformità mal-Artikolu 65(4) tar-Regolament (UE) 2019/2033, ir-referenzi għall-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f'din id-Direttiva rigward ir-rekwiżiti ta' fondi proprji fuq bażi individwali ta' ditti tal-investiment imsemmija fil-punt 3 tal-Artikolu 2(1) ta' din id-Direttiva u li mhumiex id-ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 1(2) jew (5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jinftehmu kif ġej:

(a)-

referenzi għall-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 rigward ir-rekwiżit tal-proporzjon totali tal-kapital f'din id-Direttiva għandhom jirreferu għall-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE)2019/2033;

(b)

referenzi għall-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 rigward l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju f'din id-Direttiva għandhom jirreferu għar-rekwiżit applikabbli fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033.multiplikat bi 12,5.

F'konformità mal-Artikolu 65 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, ir-referenzi f'din id-Direttiva għall-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE f'din id-Direttiva rigward ir-rekwiżiti addizzjonali ta' fondi proprji ta' ditti tal-investiment imsemmija fil-punt 3 tal-Artikolu 2(1) ta' din id-Direttiva u li ma jkunux ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 1(2) jew (5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jinftehmu bħala li jirreferu għall-Artikolu 40 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.”

Artikolu 64

Emendi għad-Direttiva 2014/65/UE

Id-Direttiva 2014/65/UE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 8, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet li fihom ingħatat l-awtorizzazzjoni, bħall-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-[Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*14);

(*14)  Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta ’Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1).”;"

(2)

l-Artikolu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 15

Dotazzjoni tal-kapital inizjali

''L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti ma jagħtux awtorizzazzjoni jekk id-ditta tal-investiment ma jkollhiex biżżejjed kapital inizjali f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2019/2034. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*15), b'kunsiderazzjoni tan-natura tas-servizz jew tal-attività ta' investiment inkwistjoni.

(*15)  Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta ’Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64).”;"

(3)

l-Artikolu 41 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 41

Għoti tal-awtorizzazzjoni

"1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita d-ditta ta' pajjiż terzi, jew fejn ikollha l-intenzjoni li tistabbilixxi l-fergħa tagħha, għandha tagħti awtorizzazzjoni biss meta l-awtorità kompetenti tkun issodisfata li:

(a)

il-kondizzjonijiet skont l-Artikolu 39 ikunu ssodisfati; u

(b)

il-fergħa tad-ditta ta' pajjiż terz tkun tista' tikkonforma mad-dispożizzjonijiet li ssir referenza għalihom fil-paragrafi 2 u 3.

L-awtorità kompetenti għandha tinforma lid-ditta ta' pajjiż terz, fi żmien sitt xhur mill-preżentazzjoni ta' applikazzjoni kompluta, jekk l-awtorizzazzjoni tkunx ingħatat jew le.

2.   Il-fergħa tad-ditta ta' pajjiż terz awtorizzata skont il-paragrafu 1 għandha tikkonforma mal-obbligi stipulati fl-Artikoli 16 sa 20, 23, 24, 25 u 27, l-Artikolu 28(1) u l-Artikoli 30, 31 u 32 ta' din id-Direttiva u fl-Artikoli 3 sa 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u l-miżuri adottati skonthom u għandha tkun soġġetta għas-superviżjoni tal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni.

L-Istati Membri ma għandhomx jimponu xi rekwiżiti addizzjonali fuq l-organizzazzjoni u l-operat tal-fergħa fir-rigward tal-materji koperti minn din id-Direttiva u ma għandhomx jittrattaw xi fergħa ta' ditti ta' pajjiżi terzi b'mod aktar favorevoli minn ditti mill-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jinnotifikaw lill-ESMA fuq bażi annwali bil-lista ta' fergħat ta' ditti ta' pajjiżi terzi attivi fit-territorju tagħhom.

L-ESMA għandha tippubblika kull sena lista ta' fergħat ta'pajjiżi terzi attivi fl-Unjoni, inkluż l-isem tad-ditta ta' pajjiż terz li tagħha tkun il-fergħa.

3.   Il-fergħa tad-ditta ta' pajjiż terz li tkun awtorizzata skont il-paragrafu 1 għandha tirrapporta fuq bażi annwali lill-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 2 l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-iskala u l-ambitu tas-servizzi u l-attivitajiet imwettqa mill-fergħa f'dak l-Istat Membru;

(b)

għad-ditti ta' pajjiżi terzi li jwettqu l-attività elenkata fil-punt (3) tat-Taqsima A tal-Anness I, il-minimu tagħhom ta' kull xahar, l-iskopertura medja u massima għall-kontropartijiet tal-UE;

(c)

għad-ditti ta' pajjiżi terzi li jipprovdu servizz wieħed jew iż-żewġ servizzi elenkati fil-punt (6) tat-Taqsima A tal-Anness I, il-valur totali tal-istrumenti finanzjarji li joriġinaw minn kontropartijiet tal-UE sottoskritti jew li tqiegħdu abbażi ta' impenn sod tul it-12-il xahar preċedenti;

(d)

il-fatturat u l-valur aggregat tal-assi li jikkorrispondu għas-servizzi u l-attivitajiet li ssir referenza għalihom fil-punt (a);

(e)

deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti ta' protezzjoni tal-investituri disponibbli għall-klijenti tal-fergħa, inklużi d-drittijiet ta' dawk il-klijenti li joħorġu mill-iskema ta' kumpens lill-investitur msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 39(2);

(f)

il-politika u l-arranġamenti tagħhom dwar il-ġestjoni tar-riskju applikati mill-fergħa għas-servizzi u l-attivitajiet li ssir referenza għalihom fil-punt (a).

(g)

l-arranġamenti ta' governanza, inkluż id-detenturi tal-funzjoni prinċipali għall-attivitajiet tal-fergħa;

(h)

kwalunkwe informazzjoni oħra li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġa biex ikun jista' jsir monitoraġġ komprensiv tal-attivitajiet tal-fergħa.

4.   Fuq talba, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lill-ESMA l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-awtorizzazzjonijiet kollha għall-fergħat awtorizzati f'konformità mal-paragrafu 1 u kwalunkwe bidla sussegwenti għal tali awtorizzazzjoni;

(b)

l-iskala u l-ambitu tas-servizzi u l-attivitajiet imwettqa minn fergħa awtorizzata fl-Istat Membru;

(c)

il-fatturat u l-assi totali li jikkorrispondu għas-servizzi u l-attivitajiet imsemmija fil-punt (b);

(d)

l-isem tal-grupp ta' pajjiż terz li tkun tappartjeni għalih il-fergħa awtorizzata.

5.   L-awtoritajiet kompetenti li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet li jkunu parti mill-istess grupp li lilhom ikunu jappartjenu il-fergħat ta' ditti minn pajjiżi terzi awtorizzati skont il-paragrafu 1, u l-ESMA u l-ABE għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw li l-attivitajiet kollha ta' dak il-grupp fl-Unjoni jkunu soġġetti għal superviżjoni komprensiva, konsistenti u effettiva skont din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, ir-Regolament (UE) 2019/2033, id-Direttiva 2013/36/UE, u d-Direttiva (UE) 2019/2034.

6.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-format li fih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandha tkun irrappurtata.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa tat-26 ta' Settembru 2020.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”;

(4)

l-Artikolu 42 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 42

Għoti ta' servizzi fuq l-inizjattiva esklużiva tal-klijent

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn klijent konsumatur jew klijent professjonali fit-tifsira tat-Taqsima II tal-Anness II stabbilit jew li jinsab fl-Unjoni jibda fuq l-inizjattiva esklużiva tiegħu l-għoti ta' servizz jew attività ta' investiment minn ditta ta' pajjiż terz, ir-rekwiżit għall-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 39 ma għandux japplika għall-għoti ta' dak is-servizz jew attività mid-ditta tal-pajjiż terz lil dik il-persuna, inkluż relazzjoni marbuta speċifikament mal-għoti ta' dak is-servizz jew attività.

Mingħajr preġudizzju għar-relazzjonijiet intragrupp, meta ditta ta' pajjiż terz, inkluż permezz ta' entità li taġixxi f'isimha jew li jkollha rabtiet mill-qrib ma' tali ditta ta' pajjiż terz jew ma' kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f'isem tali entità, tfittex klijenti jew klijenti potenzjali fl-Unjoni, dan m'għandux jitqies bħala servizz ipprovdut fuq l-inizjattiva proprja esklussiva tal-klijent.

2.   Inizjattiva minn klijent kif imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandhiex tagħti s-setgħa lid-ditta ta' pajjiż terz biex tikkummerċjalizza kategoriji ġodda ta' prodotti ta' investiment jew servizzi ta' investiment lil dak il-klijent b'mod ieħor mhux permezz tal-fergħa, fejn wieħed huwa meħtieġ, skont il-liġi nazzjonali.”;

(5)

fl-Artikolu 49, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li s-swieq regolati jadottaw reġimi għall-fluttwazzjoni minima fil-prezzijiet fis-swieq tal-ishma, tal-irċevuti tad-depożitarji, tal-fondi nnegozjati fil-Borża, taċ-ċertifikati u ta' strumenti finanzjarji simili oħra u fi strumenti finanzjarji oħra li għalihom jiġu żviluppati standards tekniċi regolatorji skont il-paragrafu 4. L-applikazzjoni ta' fluttwazzjoni minima fil-prezzijiet m'għandhiex twaqqaf lis-swieq regolati milli jqabblu ordnijiet fuq skala kbira f'nofs il-proċess skont il-prezzijiet attwali tat-talba u tal-offerta.”;

(6)

fl-Artikolu 81(3), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

biex jivverifikaw li huma ssodisfati l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-bidu tan-negozju tad-ditti tal-investiment u biex jiffaċilitaw il-monitoraġġ tal-kondotta ta' dak in-negozju, il-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi u l-mekkaniżmi ta' kontroll intern;”;

(7)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 95a

Dispożizzjoni tranżitorja dwar l-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE meta l-assi totali previsti ta' impriża li tkun applikat għal awtorizzazzjoni skont it-Titolu II ta' din id-Direttiva qabel ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja biex twettaq l-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I ikunu ugwali għal jew jaqbżu l-EUR 30 biljun, u jinnotifikaw lill-applikant b'dan.”.

TITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 65

Referenzi għad-Direttiva 2013/36/UE f'atti legali oħra tal-Unjoni

Għall-finijiet tas-superviżjoni prudenzjali u r-riżoluzzjoni ta' ditti tal-investiment, ir-referenzi għad-Direttiva 2013/36/UE f'atti oħra tal-Unjoni għandhom jinftehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 66

Rieżami

Sa … [54 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ABE u mal-ESMA, għandha tippreżenta rapport, flimkien ma' proposta leġislattiva jekk adatt, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar dan li ġej:

(a)

id-dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) 2019/2033 kif ukoll fid-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE bil-għan li jinkisbu kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għad-ditti tal-investiment kollha attivi fl-Unjoni, inkluż l-applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet;

(b)

l-adegwatezza tar-rekwiżiti ta' rapportar u ta' żvelar f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE)2019/2033, filwaqt li jittieħed kont tal-prinċipju ta' proporzjonalità;

(c)

valutazzjoni, li għandha tqis ir-rapport tal-ABE msemmi fl-Artikolu 35 u t-tassonomija fuq finanzjament sostenibbli, dwar jekk xi:

(i)

ir-riskji tal-ESG għandhom jitqiesu għall-governanza interna ta' ditta tal-investiment;

(ii)

riskju ESG għandux jitqies għal politika ta' remunerazzjoni ta' ditta tal-investiment;

(iii)

riskju ESG għandux jitqies għat-trattament tar-riskji;

(iv)

riskju ESG għandux jiġi inkluż fir-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni;

(d)

l-effettività tal-arranġamenti ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni skont din id-Direttiva;

(e)

il-kooperazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri ma' pajjiżi terzi fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) 2019/2033;

(f)

l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) 2019/2033. għad-ditti tal-investiment abbażi tal-istruttura legali jew tal-mudell ta' sjieda tagħhom;

(g)

il-potenzjal li ditti tal-investiment jistgħu joħolqu riskju ta' tfixkil tas-sistema finanzjarja b'konsegwenzi negattivi serji għas-sistema finanzjarja u l-ekonomija reali u għodod makroprudenzjali adegwati biex jindirizzaw tali riskju u jissostitwixxu r-rekwiżiti tal-punt (d) tal-Artikolu 36(1) ta' din id-Direttiva;

(h)

il-kondizzjonijiet skont liema l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw għal ditti tal-investiment, f'konformità mal-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva, ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 67

Traspożizzjoni

1.   Sa ... tat-26 ta' Ġunju 2021, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-miżuri amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f'dak ir-rigward.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri minn tat-26 ta' Ġunju 2021. Madankollu, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri meħtieġa għall-konformità mal-punt (5) tal-Artikolu 64 minn ... tat-26 ta' Marzu 2020.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi ta' kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   Malli din id-Direttiva tkun daħlet fis-seħħ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni tkun mgħarrfa, fi żmien suffiċjenti sabiex din tkun tista' tippreżenta l-kummenti tagħha, bi kwalunkwe abbozz ta' ligijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jkollhom l-intenzjoni li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Fejn id-dokumenti li jakkumpanjaw in-notifika tat-traspożizzjoni tal-miżuri pprovduti minn Stati Membri ma jkunux suffiċjenti għal valutazzjoni sħiħa tal-konformità tad-dispożizzjonijiet ta' traspożizzjoni ma' ċerti dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista', fuq talba mill-ABE u bil-ħsieb li twettaq il-kompiti tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jew fuq inizjattiva proprja, teżiġi li l-Istati Membri jipprovdu aktar informazzjoni dettaljata dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Artikolu 68

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 69

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

T. TUPPURAINEN


(1)  ĠU C 378, 19.10.2018, p. 5.

(2)  ĠU C 262, 25.7.2018, p. 35.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Novembru 2019.

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L176, 27.6.2013, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti ta' investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(6)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L …, …, p. 1).

(12)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(13)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(14)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173 12.6.2014, p. 190).

(15)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(16)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(17)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' intrapriżi, li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(18)  Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

(19)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(20)  Id-Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta' entitajiet eżentati, kumpanniji azzjonarji finanzjarji, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, remunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta' konservazzjoni ta' kapital (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 253).

(21)  Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar intrapriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 035, 11.2.2003, p. 1).

(22)  Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).

(23)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(24)  Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).

(25)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(26)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2009 dwar il-politiki ta’ rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 22).


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

5.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/115


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2035

tat-28 ta’ Ġunju 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(5), 87(3), 94(3), 97(2), 101(3), 106(1), 118(1) u (2), 119(1) u 122(2), l-Artikoli 271(2) u 279(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard trażmessibbli lill-annimali jew lill-bnedmin, inklużi, fost l-oħrajn, ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u r-regoli għat-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis fl-Unjoni. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta regoli li jissupplimentaw ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dak ir-Regolament permezz ta’ atti delegati. Għalhekk jixraq li jiġu adottati dawn ir-regoli supplimentari biex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-sistema fil-qafas legali l-ġdid stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/429.

(2)

B’mod partikolari, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li jissupplimentaw dawk stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu I tal-Parti IV tar-Regolament (UE) 2016/429 rigward l-obbligu ta’ reġistrazzjoni tat-trasportaturi involuti fit-trasport ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma għajr l-annimali ungulati, l-approvazzjoni ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri li huma ta’ riskju għas-saħħa tal-annimali, u l-approvazzjoni tal-imfaqas, ir-reġistri tat-trasportaturi u tal-istabbilimenti tal-annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis li jridu jinżammu mill-awtoritajiet kompetenti, l-obbligi taż-żamma ta’ rekords mill-operaturi, u r-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà għall-annimali terrestri miżmuma u għall-bajd għat-tifqis. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2016/429 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tistabbilixxi r-regoli li jiżguraw li l-Parti IV tiegħu tiġi applikata b’mod korrett għall-movimenti ta’ annimali domestiċi, għajr il-movimenti mhux kummerċjali. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistipula wkoll ir-regoli rigward il-movimenti ta’ dan it-tip.

(3)

Il-“bajd għat-tifqis” jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ “prodotti ġerminali” stabbilita fil-punt 28 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/429, u għaldaqstant huma soġġetti għar-regoli stabbiliti f’dak ir-Regolament għall-prodotti ġerminali. Fl-istess ħin, ir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dan ir-Regolament għat-tjur u l-għasafar miżmuma għandhom japplikaw ukoll għall-bajd għat-tifqis ta’ dawk l-għasafar u għalhekk jenħtieġ li l-bajd għat-tifqis u l-istabbilimenti li jfornuhom jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Filwaqt li jenħtieġ li r-regoli supplimentari stabbiliti f’dan ir-Regolament jiġu applikati għall-annimali terrestri miżmuma kollha, hemm ċerti popolazzjonijiet ta’ żwiemel miżmuma f’kundizzjonijiet fis-selvaġġ jew parzjalment fis-selvaġġ f’żoni definiti fl-Unjoni li ma jiddependux kompletament fuq il-kontroll tal-bniedem għas-sopravivenza u r-riproduzzjoni, u għalhekk ir-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà stabbiliti f’dan ir-Regolament ma jistgħux jiġu applikati għalkollox għal dawk l-annimali. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jiċċara li filwaqt li r-regoli dwar is-saħħa tal-annimali stabbiliti fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429 ġeneralment japplikaw għal dawn l-annimali ta’ speċijiet ekwini domestiċi, huma meħtieġa ċerti derogi speċifiċi peress li mhuwiex possibbli li r-rekwiżiti ta’ identifikazzjoni tal-annimali terrestri miżmuma jiġu applikati għaż-żwiemel li jgħixu barra mill-kontroll tal-bniedem.

(5)

Barra minn hekk, jenħtieġ li r-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament jissupplimentaw ir-regoli stabbiliti fil-Parti IX tar-Regolament (UE) 2016/429, fir-rigward tal-miżuri tranżitorji għall-protezzjoni tad-drittijiet miksuba u l-aspettattivi leġittimi tal-partijiet ikkonċernati li jirriżultaw mill-atti tal-Unjoni li diġà jeżistu.

(6)

Ir-regoli stabbiliti b’dan ir-Regolament huma sostanzjalment marbuta u japplikaw għall-operaturi li jittrasportaw jew iżommu l-annimali terrestri jew il-bajd għat-tifqis. Għalhekk, fl-interess tal-koerenza, tas-sempliċità u għall-applikazzjoni effettiva tagħhom, u biex tiġi evitata duplikazzjoni tar-regoli, jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’att wieħed minflok ma jkunu mxerrdin f’għadd ta’ atti separati li fihom ħafna kontroreferenzi. Dan l-approċċ huwa konsistenti wkoll ma’ wieħed mill-għanijiet prinċipali tar-Regolament (UE) 2016/429, li kien li jissimplifika r-regoli tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali u b’hekk jagħmilhom aktar trasparenti u eħfef biex jiġu applikati.

(7)

L-Artikolu 87(3) tar-Regolament (UE) 2016/429 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tispeċifika t-tipi ta’ trasportaturi għajr dawk involuti fit-trasport ta’ annimali ungulati miżmuma, minn Stat Membru għal ieħor jew minn Stat Membru lejn pajjiż terz, li l-attività ta’ trasport tagħhom tippreżenta riskji speċifiċi u sinifikanti għal ċerti speċijiet ta’ annimali, u li tistipula r-rekwiżiti dwar l-informazzjoni li jridu jikkonformaw magħhom dawk it-trasportaturi sabiex ikunu rreġistrati skont l-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) 2016/429. Għalhekk, sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ twettaq b’mod effiċjenti attività ta’ sorveljanza, kif ukoll tipprevjeni, tikkontrolla u teqred il-mard trażmissibbli tal-annimali, jixraq li f’dan ir-Regolament tiġi stabbilita lista tat-tipi l-oħra ta’ trasportaturi u li jiġu stabbiliti r-regoli dwar l-informazzjoni li jridu jipprovdu biex jiġu rreġistrati mill-awtorità kompetenti.

(8)

L-Artikolu 94(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/429 jistipula li l-annimali ungulati miżmuma jistgħu jinġarru lejn Stat Membru ieħor biss jekk dawk l-annimali jkunu miġburin fi stabbilimenti approvati mill-awtorità kompetenti skont dak ir-Regolament. L-Artikolu 94(3)(a) tar-Regolament (UE) 2016/429 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati li jipprovdu derogi mir-rekwiżit li trid issir applikazzjoni lill-awtorità kompetenti biex tinkiseb l-approvazzjoni għal ċerti tipi ta’ stabbilimenti, meta dawk l-istabbilimenti jippreżentaw riskju insinifikanti.

(9)

Minħabba s-sitwazzjoni speċifika tal-annimali ekwini li mhux dejjem jinżammu primarjament għal skopijiet ta’ produzzjoni tal-ikel, iżda ta’ spiss jinżammu għal skopijiet ta’ rikreazzjoni u sport, u fil-biċċa l-kbira tal-każijiet dawk l-annimali jinġabru fi stabbiliment sempliċement sabiex jinġarru lejn Stat Membru ieħor, għal skopijiet bħall-parteċipazzjoni f’wirjiet, f’avvenimenti sportivi, kulturali jew simili, jixraq li tingħata deroga f’dan ir-Regolament mir-rekwiżiti għall-operaturi ta’ dawk l-istabbilimenti li japplikaw għal approvazzjoni mal-awtorità kompetenti peress li dawk l-istabbilimenti jippreżentaw riskju insinifikanti għas-saħħa tal-annimali u l-ebda perjodu ta’ residenza ma japplika fil-każ tal-mard elenkat għall-annimali ekwini.

(10)

L-Artikolu 94(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/429 jistipula li l-bajd għat-tifqis jista’ jinġarr biss għal Stat Membru ieħor jekk dak il-bajd ikun ġej minn stabbiliment approvat mill-awtorità kompetenti skont dak ir-Regolament. Il-bajd għat-tifqis tat-tjur jew ta’ għasafar oħra miżmuma jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-bajd għat-tifqis stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/429, u għaldaqstant l-operaturi ta’ stabbilimenti li jipproduċu dak il-bajd li jkun maħsub biex jinġarr lejn Stat Membru ieħor huma meħtieġa japplikaw għall-approvazzjoni tal-istabbiliment tagħhom mal-awtorità kompetenti.

(11)

Madankollu, l-imfaqas tal-għasafar miżmuma ma jippreżentawx l-istess riskju għas-saħħa mit-tixrid tal-mard elenkat bħall-imfaqas tat-tjur. L-importanza u l-volum tal-produzzjoni ta’ flieles li jkunu għadhom kemm faqqsu u ta’ bajd għat-tifqis ta’ għasafar miżmuma huma ħafna inqas minn dawk tat-tjur għall-produzzjoni agrikola. Barra minn hekk, iċ-ċirkwiti tal-attività kummerċjali tal-produzzjoni tat-tjur u tal-għasafar miżmuma, u b’mod partikolari dawk tal-bajd għat-tifqis, huma distinti minn xulxin u l-kuntatt bejniethom huwa limitat. Għalhekk, ir-riskju ta’ tixrid ta’ mard elenkat għat-tjur permezz tal-movimenti ta’ flieles li jkunu għadhom kemm faqqsu u bajd għat-tifqis ta’ għasafar miżmuma huwa limitat. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi deroga għall-operaturi tal-imfaqas tal-għasafar miżmuma mir-rekwiżit li trid issir applikazzjoni lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni.

(12)

L-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 jistipula li l-annimali ungulati, it-tjur miżmuma u l-bajd għat-tifqis jistgħu jinġarru biss fi Stat Membru ieħor jekk dawk l-annimali jew il-bajd għat-tifqis kienu nġabru fi stabbilimenti approvati mill-awtorità kompetenti skont dak ir-Regolament jew jekk joriġinaw minnhom. Barra minn hekk, l-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistipula li l-annimali terrestri miżmuma fi stabbiliment bi status konfinat jistgħu jinġarru lejn l-istabbiliment tagħhom jew ’l barra minnu biss jekk dan ikun kiseb approvazzjoni għal dak l-istatus mill-awtorità kompetenti f’konformità ma’ dak ir-Regolament. L-awtorità kompetenti tista’ tapprova dawk l-istabbilimenti biss jekk jikkonformaw ma’ ċerti rekwiżiti, dwar il-kwarantina, l-iżolazzjoni u miżuri ta’ bijosigurtà oħra, is-sorveljanza, il-faċilitajiet u t-tagħmir, il-persunal u l-veterinarji, kif ukoll is-superviżjoni mill-awtorità kompetenti. L-Artikolu 97(2) ta’ dak ir-Regolament jistipula li l-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu r-regoli supplimentari għall-approvazzjoni tal-istabbilimenti li jqisu dawn ir-rekwiżiti.

(13)

Jenħtieġ li r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament għall-approvazzjoni ta’ dawk l-istabbilimenti jqisu l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti fid-Direttivi tal-Kunsill 64/432/KEE (2), 92/65/KEE (3) u 2009/158/KE (4). Dawk id-Direttivi huma mħassra bir-Regolament (UE) 2016/429 b’effett mill-21 ta’ April 2021.

(14)

L-Artikolu 94(3)(b) tar-Regolament (UE) 2016/429 jistipula li l-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu liema tipi oħra ta’ stabbilimenti tal-annimali terrestri miżmuma huma wkoll meħtieġa li jiġu approvati mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 94(1) ta’ dak ir-Regolament. L-għadd ta’ klieb, qtates u inmsa li joriġinaw minn stabbilimenti differenti, jew klieb, qtates u inmsa li kienu jgħixu fit-triq, jew li huma selvaġġi, mitlufa, abbandunati jew ikkonfiskati li jkunu miġbura fi stabbilimenti bil-għan li jinġabru f’kunsinna qabel ma jinġarru lejn Stat Membru ieħor qed jikber. Id-Direttiva 92/65/KEE diġà tistipula r-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment ta’ dawk l-annimali lejn Stat Membru ieħor. Madankollu, sabiex titwettaq sorveljanza adegwata u jiġu applikati miżuri sanitarji preventivi bbażati fuq il-konformità ma’ ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Istat Membru, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi li dawk l-istabbilimenti japplikaw għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti filwaqt li jistipula wkoll ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ din l-approvazzjoni.

(15)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/97 (5) jistipula r-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali li jridu jitħarsu mill-operaturi tal-postijiet ta’ kontroll li japplikaw għall-approvazzjoni mal-awtorità kompetenti. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jinżammu, iżda jridu jiġu aġġornati b’dan ir-Regolament minħabba li wrew li huma effettivi fil-prevenzjoni tat-tixrid tal-mard tal-annimali fl-Unjoni.

(16)

Fil-maġġoranza tal-każijiet, in-naħal bagħli jitrabba fi stabbilimenti iżolati ambjentalment li huma soġġetti għal livell għoli ta’ miżuri ta’ bijosigurtà u li huma soġġetti għall-kontrolli b’mod regolari mill-awtorità kompetenti u vverifikati għall-preżenza ta’ mard. Meta dawk l-istabbilimenti jkunu rikonoxxuti u ssorveljati mill-awtorità kompetenti, x’aktarx li ma jiġux affettwati mill-preżenza tal-ħanfusa ż-żgħira tal-ġabsala, b’kuntrast mal-kolonji fil-miftuħ. Għaldaqstant jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi li dawn l-istabbilimenti jiġu approvati u ssorveljati mill-awtorità kompetenti u jistipula r-rekwiżiti għall-għoti ta’ din l-approvazzjoni.

(17)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2013 (6) jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fl-Unjoni u l-kundizzjonijiet ta’ kwarantina ta’ tali importazzjonijiet. B’mod partikolari huwa jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-faċilitajiet ta’ kwarantina u taċ-ċentri għall-għasafar ta’ dan it-tip. Sabiex tiġi evitata multiplikazzjoni tar-regoli għall-istabbilimenti ta’ kwarantina għal speċijiet differenti ta’ annimali terrestri, jenħtieġ li dan ir-Regolament iżomm il-qofol ta’ dawk ir-rekwiżiti, iżda jadattahom sabiex ikunu jistgħu jiġu applikati għal diversi speċijiet ta’ annimali terrestri.

(18)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jistabbilixxi r-regoli dwar is-saħħa pubblika u dik tal-annimali għall-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti dderivati minnhom, biex jiġu milqugħa minn qabel u mminimizzati r-riskji għas-saħħa pubblika u dik tal-annimali li ġejjin minn dawn il-prodotti, u b’mod partikolari biex titħares is-sikurezza tal-katina tal-ikel u tal-għalf. B’mod partikolari, jistipula r-regoli dwar il-ġbir, it-trasport, il-ħżin, l-immaniġġjar, l-ipproċessar u l-użu jew ir-rimi tal-prodotti sekondarji tal-annimali, fosthom annimali li jkunu nqatlu biex jinqered il-mard epiżootiku, biex jiġi evitat li dawn ikunu ta’ riskju għas-saħħa tal-annimali kif ukoll għas-saħħa pubblika. Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 flimkien ma’ għadd ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont dak ir-Regolament, jipprovdu qafas ġenerali għar-rimi tal-annimali mejta. Meta tapprova stabbilimenti skont l-Artikoli 97 u 99 tar-Regolament (UE) 2016/429, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tiżgura li l-applikanti jikkonformaw mar-regoli stabbiliti fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

(19)

L-Artikolu 101(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 jistipula li l-awtoritajiet kompetenti jridu jistabbilixxu u jżommu reġistri aġġornati tal-istabbilimenti u tal-operaturi rreġistrati u approvati minnhom, u li dawk ir-reġistri jridu jkunu disponibbli għall-Kummissjoni u għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Fl-interess tat-trasparenza, jenħtieġ li dawk ir-reġistri jkunu disponibbli għall-pubbliku wkoll.

(20)

Barra minn hekk, l-Artikolu 101(3) tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistipulaw l-informazzjoni dettaljata li trid tiddaħħal fir-reġistri li jżommu l-awtoritajiet kompetenti u d-disponibbiltà għall-pubbliku tar-reġistri tal-istabbilimenti approvati. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi ta’ informazzjoni tal-awtorità kompetenti fir-rigward ta’ dawk ir-reġistri.

(21)

L-Artikoli 102 sa 105 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxu r-rekwiżiti dwar l-informazzjoni minima li trid tiġi rreġistrata mill-operaturi tal-istabbilimenti u t-trasportaturi rreġistrati jew approvati mill-awtorità kompetenti, filwaqt li l-Artikolu 106 tiegħu jipprevedi li l-Kummissjoni tistabbilixxi regoli li jissupplimentaw dawk l-obbligi għaż-żamma tar-rekords. L-operaturi tal-istabbilimenti u t-trasportaturi għandhom għarfien dirett tal-annimali terrestri miżmuma fil-ħarsien tagħhom, u meta l-annimali jiġu ttrasferiti, huma obbligati jipprovdu ċerta informazzjoni lill-awtorità kompetenti għal skopijiet ta’ ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali jew tat-traċċabbiltà tagħhom, u konsegwentement dik l-informazzjoni tkun aċċessibbli b’mod faċli għall-awtorità kompetenti. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jistipula r-regoli dwar l-informazzjoni li trid tiġi rreġistrata minn ċerti operaturi tal-istabbilimenti u t-trasportaturi flimkien ma’ dik diġà meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2016/429.

(22)

L-Artikoli 112 sa 115 tar-Regolament (UE) 2016/429 jeżiġu li l-operaturi li jżommu l-annimali bovini, ovini, kaprini, porċini u ekwini jidentifikaw kull annimal b’mezz fiżiku ta’ identifikazzjoni, u jiżguraw li dawk l-annimali jkunu akkumpanjati minn dokument ta’ identifikazzjoni jew tal-moviment meta jinġarru, u li jittrażmettu l-informazzjoni li tkun meħtieġa f’bażi tad-data kompjuterizzata miżmuma mill-awtorità kompetenti. Barra minn hekk, l-Artikolu 117 tar-Regolament (UE) 2016/429 jeħtieġ li l-operaturi li jżommu l-annimali terrestri għajr l-annimali bovini, ovini, kaprini, porċini u ekwini, jidentifikaw kull annimal b’mezz fiżiku ta’ identifikazzjoni u jiżguraw li dawk l-annimali jkunu akkumpanjati minn identifikazzjoni jew dokument ta’ moviment meta tali regoli jkunu ġew adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 118 tiegħu.

(23)

L-Artikolu 118(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tistipula rekwiżiti dettaljati għall-mezzi ta’ identifikazzjoni ta’ annimali terrestri miżmuma u r-regoli għall-identifikazzjoni u d-dokumenti ta’ moviment għal dawk l-annimali, kif ukoll regoli dettaljati għall-bażijiet ta’ data kompjuterizzati previsti f’dak ir-Regolament għall-annimali bovini, ovini, kaprini, porċini u ekwini miżmuma, u r-regoli dwar l-iskambju tad-data elettronika bejn il-bażijiet tad-data kompjuterizzati ta’ Stati Membri għall-annimali bovini miżmuma. Barra minn hekk, l-Artikolu 118(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tistipula r-rekwiżiti għal mezzi alternattivi ta’ identifikazzjoni għall-annimali terrestri miżmuma, kif ukoll eżenzjonijiet u dispożizzjonijiet speċjali għal ċerti kategoriji ta’ dawk l-annimali, u dispożizzjonijiet speċifiċi għad-dokument ta’ identifikazzjoni u tal-moviment għal dawk l-annimali, kif ukoll regoli dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali terrestri miżmuma wara d-dħul tagħhom fl-Unjoni.

(24)

Barra minn hekk, l-Artikolu 119(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tistipula regoli dwar derogi speċifiċi għall-operaturi minn ċerti rekwiżiti ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni stabbiliti f’dak l-att. L-Artikolu 122(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tistipula r-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà għall-prodotti ġerminali tal-annimali terrestri miżmuma ta’ speċijiet oħrajn għajr dawk bovini, ovini, kaprini, porċini u ekwini.

Qabel l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429, ir-regoli tal-Unjoni dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini, ovini, kaprini, porċini u ekwini ġew stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 (9), u fid-Direttivi tal-Kunsill 2008/71/KE (10) u 2009/156/KE (11). Ir-Regolament (UE) 2016/429 iħassar u jissostitwixxi dawk l-erba’ Atti b’effett mill-21 ta’ April 2021. Dawk l-erba’ Atti kienu jistipulaw ir-regoli dwar il-mezzi ta’ identifikazzjoni, id-dokument ta’ identifikazzjoni jew tal-moviment u l-bażijiet ta’ data kompjuterizzati. Kienu jipprevedu wkoll il-perjodi taż-żmien għall-applikazzjoni tal-mezzi ta’ identifikazzjoni lill-annimali miżmuma mill-operaturi. Barra minn hekk, kienu jipprevedu għadd ta’ derogi u eżenzjonijiet fir-rigward tal-mezzi ta’ identifikazzjoni u d-dokumenti ta’ moviment mingħajr ma jikkompromettu t-traċċabbiltà tal-annimali miżmuma. Ir-regoli stabbiliti f’dawk l-atti urew li huma effettivi biex jiżguraw it-traċċabbiltà tal-annimali bovini, ovini, kaprini, porċini u ekwini miżmuma. Għaldaqstant, jenħtieġ li jinżamm il-qofol ta’ dawk ir-regoli, iżda jiġi aġġornat sabiex iqis l-esperjenza prattika miksuba fl-applikazzjoni tagħhom u l-progress tekniku attwali. Il-perjodi taż-żmien il-ġodda għall-applikazzjoni tal-mezzi ta’ identifikazzjoni lill-annimali terrestri miżmuma mill-operaturi jenħtieġ li jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 120(2) tar-Regolament (UE) 2016/429.

(25)

Sabiex jiġi żgurat li l-annimali ekwini li jidħlu fl-Unjoni jiġu identifikati biss skont ir-regoli tal-Unjoni wara li jidħlu fl-Unjoni u meta jibqgħu fl-Unjoni, jeħtieġ li f’dan ir-Regolament issir referenza għall-proċeduri doganali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(26)

Qabel l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429, ir-regoli tal-Unjoni dwar it-traċċabbiltà tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa miżmuma, u tal-għasafar miżmuma kienu stabbiliti fid-Direttiva 92/65/KEE. Ir-regoli stabbiliti f’dik id-Direttiva urew li huma effettivi biex jiżguraw it-traċċabbiltà ta’ dawk l-annimali. Għaldaqstant, jenħtieġ li jinżamm il-qofol ta’ dawk ir-regoli, iżda jiġi aġġornat sabiex iqis l-esperjenza prattika miksuba fl-applikazzjoni tagħhom u l-progress tekniku attwali.

(27)

Barra minn hekk, id-Direttiva 92/65/KEE tistipula li biex ikunu soġġetti għall-kummerċ, jenħtieġ li l-klieb, il-qtates u l-inmsa jkunu akkumpanjati bl-istess dokument ta’ identifikazzjoni bħal dak għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi previst fl-Artikolu 6(d) Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Għaldaqstant, jenħtieġ li din ir-regola tinżamm f’dan ir-Regolament.

(28)

Qabel l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429, ir-regoli tal-Unjoni dwar it-traċċabbiltà tal-bajd għat-tifqis ġew stabbiliti bid-Direttiva 2009/158/KE. Is-sistema attwali fir-rigward tal-immarkar tal-bajd għat-tifqis hija stabbilita sew. Għaldaqstant jenħtieġ li jinżamm il-qofol ta’ dawk ir-regoli f’dan ir-Regolament, iżda jrid jiġi addattat biex jidħol fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429.

(29)

Qabel l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429, ir-regoli tal-Unjoni dwar it-traċċabbiltà tal-annimali terrestri miżmuma f’ċirki li jivvjaġġaw u għall-wirjiet ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1739/2005 (14). Ir-regoli stabbiliti f’dak ir-Regolament urew ukoll li huma effettivi biex jiżguraw it-traċċabbiltà tal-annimali terrestri miżmuma fiċ-ċirki li jivvjaġġaw u għall-wirjiet. Għaldaqstant jenħtieġ li jinżamm il-qofol ta’ dawk ir-regoli, iżda jiġi aġġornat sabiex iqis l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tagħhom.

(30)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistipula li r-regoli għall-mard speċifiku għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard japplikaw għall-mard elenkat imsemmi fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament, li jinkludu l-infezzjoni bil-Brucella abortus, B. melitensis u B. suis u infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis). L-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi r-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li jridu jiġu applikati għal kategoriji differenti tal-mard elenkat. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (15) jistipula li r-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 jridu japplikaw għall-kategoriji tal-mard elenkat għall-ispeċijiet u għall-gruppi ta’ speċijiet elenkati msemmija fl-Anness ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Kemm l-annimali tal-familja tal-iġmla kif ukoll iċ-ċervidi miżmuma huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 bħala speċijiet suxxettibbli għal dawk l-infezzjonijiet. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli armonizzati dwar it-traċċabbiltà ta’ dawk l-annimali.

(31)

Minħabba s-sitwazzjoni unika tat-trobbija tar-renniet li hija marbuta sew mal-wirt kulturali tal-poplu Sami fl-Ewropa ta’ Fuq, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu reġimi speċifiċi għall-mezzi ta’ identifikazzjoni stabbiliti għar-renni miżmuma fit-territorju tagħhom. Għaldaqstant jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi sistema speċifika għall-identifikazzjoni ta’ dawk l-annimali.

(32)

Rigward l-annimali ekwini, l-Artikolu 114 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistipula li l-operaturi jridu jiżguraw li l-annimali ekwini jiġu identifikati b’mod individwali permezz ta’ dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja li jkun mtela’ b’mod korrett. Barra minn hekk, l-Artikolu 120(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li l-Kummissjoni tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni dwar ċerti rekwiżiti għal dak id-dokument. Filwaqt li r-regoli dwar id-dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja issa huma stabbiliti bħala parti mir-regoli tas-saħħa tal-annimali fil-qafas legali tar-Regolament (UE) 2016/429, jeħtieġ li jitqiesu r-rekwiżiti għall-identifikazzjoni ta’ dawk l-annimali li huma stipulati f’atti oħrajn tal-liġi tal-Unjoni. B’mod partikolari, jenħtieġ li jitqiesu d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/262 (17), ir-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1940 (19), u r-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), biex jiġi evitat li jkun hemm għadd kbir ta’ regoli u ta’ dokumenti tal-identifikazzjoni li jżidu bla bżonn il-piżijiet amministrattivi u finanzjarji. L-importanza li r-regoli tal-Unjoni jiġu ssimplifikati tapplika b’mod partikolari fil-każ tal-annimali ekwini, billi dawn jintużaw għal diversi raġunijiet, fosthom l-avvenimenti sportivi, għat-tnissil u anki bħala ikel. Barra minn hekk jintużaw għal skopijiet differenti skont f’liema stadju tal-ħajja jkunu, allura huwa importanti li d-dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja jibqa’ validu għal diversi użi. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijet tranżizzjonali stipulati f’dan ir-Regolament iridu jqisu l-perjodi tal-applikazzjoni ta’ dawk il-ħames atti biex jiżguraw il-koordinazzjoni tar-regoli tal-Unjoni li japplikaw.

(33)

Bil-ħsieb li jkun hemm applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-traċċabbiltà tal-annimali terrestri miżmuma, u biex jiġi żgurat li din hija ċara u trasparenti, jenħtieġ li b’dan ir-Regolament jitħassru r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 509/1999 (21), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2680/99 (22), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/678/KE (23), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE (24), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2004 (25), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/764/KE (26), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 644/2005 (27), ir-Regolament (KE) Nru 1739/2005, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/28/KE (28), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/968/KE (29), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/712/KE (30) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/262. Madankollu, sabiex tkun żgurata tranżizzjoni bla xkiel għall-qafas legali l-ġdid għall-operaturi taċ-ċirki li jivvjaġġaw u ta’ annimali għall-wirjiet, jenħtieġ li jibqgħu japplikaw id-dokumenti tal-moviment u tal-identifikazzjoni fil-format skont ir-Regolament (KE) Nru 1739/2005 sa data li għad trid tiġi ddeterminata mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 120(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 rigward il-format tad-dokumenti tal-moviment u tal-identifikazzjoni għall-annimali terrestri miżmuma f’ċirki li jivvjaġġaw u miżmuma għall-wirjiet.

(34)

Id-Direttiva 2001/82/KE tistabbilixxi r-regoli speċifiċi għall-annimali ekwini fir-rigward tal-prodotti mediċinali veterinarji f’dak li għandu x’jaqsam mat-trattament tal-annimali ekwini li jipproduċu l-ikel, dment li dawk l-annimali ekwini jkunu identifikati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u li jkun hemm immarkat fid-dokumenti ta’ identifikazzjoni tagħhom speċifikament li mhumiex maħsubin għall-iskarnar għall-konsum mill-bniedem. Is-sustanza ta’ dawk ir-regoli issa hija stabbilita fir-Regolament (UE) 2019/6, li tħassar u tissostitwixxi d-Direttiva 2001/82/KE. Ir-Regolament (UE) 2019/6 jibda japplika mit-28 ta’ Jannar 2022 u b’hekk jibda japplika wara d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429. Iżda dawk iż-żewġ atti huma marbutin ma’ xulxin, billi l-Artikolu 109(1) tar-Regolament (UE) 2019/6 jipprevedi li l-Kummissjoni tadotta l-atti delegati sabiex tissupplimenta dak ir-Regolament f’dak li għandu x’jaqsam mal-informazzjoni li jrid ikun hemm fid-dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja previst fir-Regolament (UE) 2016/429, għall-finijiet tal-obbligi taż-żamma tar-rekords stipulati fir-Regolament (UE) 2019/6. Barra minn hekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/262 jistabbilixxi r-regoli dwar l-identifikazzjoni tal-equidae, fosthom ir-regoli dwar id-dokumenti ta’ identifikazzjoni għal dawk l-annimali, u jistipula li s-sistema tal-Unjoni għall-identifikazzjoni tal-equidae fost affarijiet oħra tinkludi dokument uniku permanenti. Finalment, ir-Regolament (UE) 2016/1012 jistipula wkoll ir-regoli dwar l-identifikazzjoni tal-equidae. Huwa jistipula li l-Kummissjoni trid tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudelli tal-formoli tad-dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja.

(35)

Sabiex jiġu evitati piżijiet amministrattivi u finanzjarji bla bżonn għall-operaturi tal-annimali ekwini miżmuma u għall-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li d-dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja tal-annimali ekwini miżmuma li attwalment huwa stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/262 jibqa’ japplika sa data li tiġi deċiża mill-Kummissjoni f’att ta’ implimentazzjoni li jiġi adottat skont l-Artikolu 120(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 u l-Artikolu 109(2) tar-Regolament (UE) 2019/6 rigward il-format tad-dokument ta’ identifikazzjoni permanenti uniku tal-annimali ekwini miżmuma.

(36)

L-Artikolu 271 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistipula l-perjodu ta’ tranżizzjoni għall-qafas legali l-ġdid stabbilit f’dak l-att, għall-operaturi rigward l-identifikazzjoni tal-annimali bovini, ovini, kaprini u porċini miżmuma u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tqassar dak il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

(37)

Sabiex tkun żgurata tranżizzjoni bla xkiel għall-qafas legali l-ġdid stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/429 għall-operaturi li jżommu l-annimali terrestri fir-rigward tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ dawk l-annimali u għall-qafas legali l-ġdid fir-rigward tar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali għall-moviment ta’ dawk l-annimali, jenħtieġ li r-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament japplikaw mill-istess data bħal dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429.

(38)

Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel għall-qafas legali l-ġdid għall-operaturi ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri rreġistrati jew approvati skont id-Direttivi 64/432/KEE u 92/65/KEE, ir-Regolamenti (KE) Nru 1760/2000, (KE) Nru 21/2004, id-Direttivi 2008/71/KE, 2009/156/KE u 2009/158/KE, jenħtieġ li jitqiesu li huma rreġistrati jew approvati skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li dawk l-operaturi jikkonformaw mar-regoli kollha previsti f’dan ir-Regolament.

(39)

Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel għall-qafas legali l-ġdid, l-annimali bovini, ovini, kaprini, porċini, ekwini, l-annimali tal-familja tal-iġmla, u ċ-ċervidi, u l-psittacidae identifikati u rreġistrati qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jitqiesu li huma identifikati u rreġistrati skont dan ir-Regolament u li huma eliġibbli għall-moviment fl-Unjoni.

(40)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jibda japplika mill-21 ta’ April 2021 f’konformità mad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

PARTI I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jissupplimenta r-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward ta’:

(a)

l-istabbilimenti rreġistrati u approvati għall-annimali terrestri miżmuma u l-bajd għat-tifqis;

(b)

ir-rekwiżiti dwar it-traċċabbiltà tal-annimali terrestri miżmuma elenkati hawn taħt:

(i)

l-annimali bovini, ovini u kaprini, porċini, ekwini, l-annimali tal-familja tal-iġmla u ċ-ċervidi (ungulati);

(ii)

il-klieb, il-qtates u l-inmsa;

(iii)

l-għasafar miżmuma;

(iv)

il-bajd għat-tifqis;

(v)

l-annimali terrestri miżmuma fiċ-ċirki li jivvjaġġaw u għall-wirjiet.

2.   Il-Kapitolu 1 tat-Titolu I tal-Parti II jistipula r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ klieb, qtates u inmsa miżmuma u tat-tjur, li huma involuti fit-trasportazzjoni ta’ dawk l-annimali minn Stat Membri għal ieħor jew bejn Stat Membru u pajjiż terz.

3.   Il-Kapitolu 2 tat-Titolu I tal-Parti II jipprevedi d-derogi mir-rekwiżit li l-operaturi ta’ stabbilimenti għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa ta’ ċerti annimali ekwini u ta’ mfaqas tal-għasafar miżmuma japplikaw għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti.

Dak il-Kapitolu jistipula wkoll ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi ta’ stabbilimenti li ġejjin:

(a)

l-istabbilimenti għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa tal-annimali ungulati u tat-tjur li minnhom dawk l-annimali jkunu se jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor jew l-istabbilimenti li jirċievu dawk l-annimali minn Stat Membru ieħor;

(b)

l-imqafas li minnhom ikunu se jintbagħtu fi Stat Membru ieħor il-bajd għat-tifqis jew il-flieles ta’ ġurnata;

(c)

l-istabbilimenti li jżommu t-tjur maħsuba għal skopijiet oħra għajr l-iskarnar, jew li minnhom jintbagħat il-bajd għat-tifqis lejn Stat Membru ieħor.

Dawk ir-rekwiżiti jikkonċernaw il-miżuri ta’ iżolazzjoni u ta’ bijosigurtà oħra, il-miżuri għas-sorveljanza, il-faċilitajiet u t-tagħmir, il-persunal u s-superviżjoni mill-awtorità kompetenti.

4.   Il-Kapitolu 3 tat-Titolu I tal-Parti II jistipula r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi ta’ stabbilimenti li ġejjin:

(a)

iċ-ċentri ta’ ġbir f’daqqa ta’ klieb, qtates u inmsa li minnhom dawk l-annimali jkunu se jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor;

(b)

is-santwarji tal-annimali għall-klieb, għall-qtates u għall-inmsa li minnhom dawk l-annimali jkunu se jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor;

(c)

il-postijiet tal-kontroll;

(d)

l-istabbilimenti tal-produzzjoni tan-naħal bagħli iżolati ambjentalment li minnhom dawk l-annimali jkunu se jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor;

(e)

l-istabbilimenti ta’ kwarantina għall-annimali terrestri miżmuma, għajr il-primati, li minnhom dawk l-annimali jkunu se jintbagħtu post ieħor fl-istess Stat Membru jew għal Stat Membru ieħor.

Dawk ir-rekwiżiti jikkonċernaw il-miżuri ta’ kwarantina, ta’ iżolazzjoni u ta’ bijosigurtà oħrajn, il-miżuri għas-sorveljanza u għall-kontroll, il-faċilitajiet u t-tagħmir, kif ukoll is-superviżjoni mill-veterinarju.

5.   Il-Kapitolu 4 tat-Titolu I tal-Parti II jistipula r-rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti konfinati li minnhom l-annimali terrestri miżmuma jkunu se jinġarru fl-istess Stat Membru jew għal Stat Membru ieħor, rigward il-kwarantina, l-iżolament, u miżuri ta’ bijosigurtà oħrajn, il-miżuri tas-sorveljanza u tal-kontroll, il-faċilitajiet u t-tagħmir, kif ukoll is-sorveljanza mill-veterinarju.

6.   Il-Kapitolu 1 tat-Titolu II tal-Parti II jistipula l-obbligi ta’ informazzjoni tal-awtorità kompetenti rigward ir-reġistri tagħha dwar:

(a)

l-stabbilimenti tal-annimali terrestri miżmuma;

(b)

l-imfaqas;

(c)

it-trasportaturi tal-ungulati, tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa miżmuma, u tat-tjur, li huma involuti fit-trasportazzjoni ta’ dawk l-annimali minn Stat Membru għal ieħor jew bejn Stat Membru u pajjiż terz;

(d)

l-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa ta’ ungulati miżmuma u tjur indipendentement minn ebda stabbiliment.

7.   Il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti II jistipula l-obbligu ta’ informazzjoni tal-awtorità kompetenti fir-rigward tar-reġistri tal-istabbilimenti approvati msemmija fil-Kapitoli 2, 3 u 4 tat-Titolu I tal-Parti II.

8.   Il-Kapitolu 1 tat-Titolu III tal-Parti II jistipula l-obbligi taż-żamma ta’ rekords mill-operaturi, flimkien ma’ dawk previsti fl-Artikolu 102(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 għat-tipi ta’ stabbilimenti rreġistrati jew approvati li ġejjin:

(a)

l-istabbilimenti kollha li jżommu l-annimali terrestri;

(b)

l-istabbilimenti li jżommu:

(i)

l-annimali bovini, ovini, kaprini u porċini;

(ii)

l-annimali ekwini;

(iii)

it-tjur u l-għasafar miżmuma;

(iv)

il-klieb, il-qtates u l-inmsa;

(v)

in-naħal tal-għasel;

(c)

iċ-ċirki li jivvjaġġaw u l-annimali għall-wirjiet;

(d)

is-santwarji tal-annimali għall-klieb, il-qtates u l-inmsa;

(e)

il-postijiet tal-kontroll;

(f)

l-istabbilimenti ta’ kwarantina għall-annimali terrestri miżmuma, għajr il-primati;

(g)

l-istabbilimenti konfinati.

9.   Il-Kapitolu 2 tat-Titolu III tal-Parti II jistipula l-obbligi taż-żamma ta’ rekords mill-operaturi tal-imfaqas irreġistrati jew approvati, flimkien ma’ dawk previsti fl-Artikolu 103(1) tar-Regolament (UE) 2016/429.

10.   Il-Kapitolu 3 tat-Titolu III tal-Parti II jistipula l-obbligi taż-żamma ta’ rekords mit-trasportaturi rreġistrati, flimkien ma’ dawk previsti fl-Artikolu 104(1) tar-Regolament (UE) 2016/429.

11.   Il-Kapitolu 4 tat-Titolu III tal-Parti II jistipula l-obbligi taż-żamma ta’ rekords mill-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa, flimkien ma’ dawk previsti fl-Artikolu 105(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, għal

(a)

l-operaturi ta’ stabbilimenti rreġistrati jew approvati għal operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa ta’ annimali ungulati miżmum u tjur;

(b)

l-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa ta’ ungulati miżmuma u tjur indipendentement minn stabbiliment;

(c)

l-operaturi ta’ ċentri għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa ta’ klieb, qtates u inmsa rreġistrati mal-awtorità kompetenti.

12.   It-Titoli I sa IV tal-Parti III jistipulaw ir-rekwiżiti għat-traċċabbiltà tal-annimali miżmuma tal-ispeċijiet bovina, ovina u kaprina, porċina u ekwina, inklużi l-mezzi ta’ identifikazzjoni, id-dokumentazzjoni u l-bażijiet ta’ data kompjuterizzati.

13.   Il-Kapitolu 1 tat-Titolu V tal-Parti III jistipula r-rekwiżiti għat-traċċabbiltà tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa miżmuma, inklużi dawk għall-annimali domestiċi meta jinġarru fi Stat Membru ieħor għajr għal skopijiet mhux kummerċjali.

14.   Il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tal-Parti III jistipula r-rekwiżiti għat-traċċabbiltà tal-annimali tal-familja tal-iġmla u taċ-ċervidi miżmuma.

15.   Il-Kapitolu 3 tat-Titolu V tal-Parti III jistipula r-rekwiżiti għat-traċċabbiltà tal-għasafar miżmuma.

16.   Il-Kapitolu 4 tat-Titolu V tal-Parti III jistipula r-rekwiżiti għat-traċċabbiltà tal-annimali terrestri miżmuma fiċ-ċirki li jivvjaġġaw u għall-wirjiet.

17.   It-Titolu VI tal-Parti III jistipula r-rekwiżiti għat-traċċabbiltà tal-bajd għat-tifqis.

18.   It-Titolu VII tal-Parti III jistipula r-rekwiżiti għat-traċċabbiltà tal-annimali bovini, ovini, kaprini, porċini, ekwini, tal-annimali tal-familja tal-iġmla, u taċ-ċervidi miżmuma wara li jiddaħħlu fl-Unjoni.

19.   Il-Parti IV tistipula ċerti miżuri tranżizzjonali fir-rigward tad-Direttivi 64/432/KEE u 92/65/KEE, ir-Regolamenti (KE) Nru 1760/2000, (KE) Nru 21/2004 u (KE) Nru 1739/2005, id-Direttivi 2008/71/KE, 2009/156/KE u 2009/158/KE, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/262 f’dak li għandu x’jaqsam ma’:

(a)

ir-reġistrazzjoni u l-approvazzjoni tal-istabbilimenti;

(b)

l-identifikazzjoni tal-annimali terrestri miżmuma;

(c)

id-dokumenti tal-moviment u tal-identifikazzjoni għall-annimali terrestri miżmuma fiċ-ċirki li jivvjaġġaw u għall-annimali tal-wirjiet;

(d)

id-dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja tal-annimali ekwini miżmuma.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“kelb” tfisser annimal miżmum tal-ispeċiCanis lupus;

(2)

“qattus” tfisser annimal miżmum tal-ispeċi Felis silvestris;

(3)

“nemes” tfisser annimal miżmum tal-ispeċi Mustela putorius furo;

(4)

“tip ta’ trasport” tfisser il-mod kif issir it-trasportazzjoni, bħal pereżempju bit-triq, bil-ferrovija, bl-ajru jew fuq l-ilma;

(5)

“mezz tat-trasport” tfisser vetturi tat-triq jew vetturi ferrovjarji, bastimenti u inġenji tal-ajru;

(6)

“flieles ta’ ġurnata” tfisser it-tjur kollu li għandu inqas minn 72 siegħa;

(7)

“ċentru ta’ ġbir f’daqqa ta’ klieb, qtates u inmsa” tfisser stabbiliment fejn dawk l-annimali tal-istess status ta’ saħħa li jkunu ġejjin minn għadd ta’ stabbilimenti diversi jinġabru f’daqqa;

(8)

“santwarju tal-annimali” tfisser stabbiliment fejn jinżammu annimali terrestri li kienu jgħixu fit-triq, jew li huma selvaġġi, mitlufa, abbandunati jew ikkonfiskati, u jista’ jkun li ma jkunx magħruf l-istatus tas-saħħa tagħhom kollha meta jiddaħħlu fl-istabbiliment;

(9)

“postijiet tal-kontroll” tfisser postijiet ta’ kontroll kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1255/97;

(10)

“stabbiliment ta’ produzzjoni iżolati ambjentalment” tfisser stabbiliment li l-istrutturi tiegħu kif ukoll il-miżuri stretti ta’ bijosigurtà, jiżguraw iżolament effettiv tal-produzzjoni tal-annimali mill-faċilitajiet assoċjati miegħu u mill-ambjent;

(11)

“naħal bagħli” tfisser annimal tal-ispeċi tal-ġeneru Bombus;

(12)

“primati” tfisser annimali tal-ispeċi tal-ordni tal-Primati minbarra l-bnedmin;

(13)

“naħal tal-għasel” tfisser annimali tal-ispeċi Apis mellifera;

(14)

“veterinarju tal-istabbiliment” tfisser veterinarju responsabbli mill-attivitajiet li jitwettq fi stabbiliment tal-kwarantina għall-annimali terrestri miżmuma għajr il-primati, jew fi stabbiliment konfinat kif stabbilit f’dan ir-Regolament;

(15)

“numru ta’ reġistrazzjoni uniku” tfisser numru assenjat minn awtorità kompetenti lil stabbiliment irreġistrat kif imsemmi fl-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(16)

“numru ta’ approvazzjoni uniku” tfisser numru assenjat minn awtorità kompetenti lil stabbiliment approvat minnha skont l-Artikoli 97 u 99 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(17)

“kodiċi uniku” tfisser il-kodiċi uniku li bih l-operaturi li jżommu l-annimali miżmuma tal-ispeċi ekwina huma meħtieġa li jiżguraw li dawk l-annimali jiġu identifikati b’mod individwali, kif stipulat fl-Artikolu 114(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/429, u li jkun irreġistrat fil-bażi tad-data kompjuterizzat tal-Istat Membru, previst fl-Artikolu 109(1) ta’ dak ir-Regolament;

(18)

“il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimal” tfisser il-kodiċi individwali li jintwera bil-mezz ta’ identifikazzjoni li jinġarr mill-annimal, u jikkonsisti minn:

(a)

il-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru fejn il-mezz ta’ identifikazzjoni jkun twaħħal fuq l-annimal;

(b)

wara dan, in-numru uniku tal-identifikazzjoni f’għamla ta’ ċifri li jkun ġie assenjat lill-annimal u l-għadd ta’ ċifri li ma jkunx aktar minn 12-il wieħed;

(19)

“annimal bovin” jew “annimal tal-ispeċi bovina” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati tal-ġeneri Bison, Bos (inklużi s-subġeneri Bos, Bibos, Novibos, Poephagus) u Bubalus (inkluż is-subġeneru Anoa) u l-frieħ tat-taħlit tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;

(20)

“annimal ovin” jew “annimal tal-ispeċi ovina” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati tal-ġeneru Ovis u l-frieħ tat-taħlit tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;

(21)

“annimal kaprin” jew “annimal tal-ispeċi kaprina”tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati tal-ġeneru Capra u l-frieħ tat-taħlit tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;

(22)

“annimal porċin” jew “annimal tal-ispeċi porċina” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati tal-familja tas-Suidae elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/429;

(23)

“identifikatur elettroniku” tfisser indikatur b’identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju (“RFID”);

(24)

“annimal tal-ispeċi ekwina” jew “annimal ekwin” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ solipedi tal-ġeneru Equus (fosthom iż-żwiemel, il-ħmir u ż-żebri) u l-frieħ tat-taħlit tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;

(25)

“bażi ta’ data kompjuterizzata” tfisser bażi tad-data kompjuterizzata tal-annimali terrestri miżmuma kif previst fl-Artikolu 109(1) tar-Regolament (UE) 2016/429;

(26)

“katina tal-provvista” tfisser katina ta’ produzzjoni integrata li tikkonsisti minn netwerk kollaborattiv ta’ stabbilimenti speċjalizzati approvati mill-awtorità kompetenti għall-iskop tal-Artikolu 53 li jkollhom l-istess status ta’ saħħa fir-rigward tal-mard elenkat u li jibagħtu l-annimali porċini minn wieħed għall-ieħor biex jitlesta ċ-ċiklu tal-produzzjoni;

(27)

“dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja” tfisser id-dokument waħdieni li jservi tul il-ħajja tal-annimali, li permezz tiegħu l-operaturi li jżommu l-annimali tal-ispeċi ekwina miżmuma huma meħtieġa li jiżguraw li dawk l-annimali jiġu identifikati b’mod individwali, kif previst fl-Artikolu 114(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/429;

(28)

“soċjetà tat-tnissil” tfisser kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ nissiela, organizzazzjoni tat-tnissil jew korp pubbliku, għajr l-awtoritajiet kompetenti, li hija rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2016/1012 bil-għan li jitwettaq programm ta’ tnissil fuq annimali tat-tnissil ta’ razza pura li jiddaħħlu fir-reġistru/reġistri tat-tnissil li żżomm jew tistabbilixxi;

(29)

“korp tat-tnissil” tfisser kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ nissiela, organizzazzjoni tat-tnissil, impriża privata, organizzazzjoni tat-trobbija tal-bhejjem jew servizz uffiċjali f’pajjiż terz li, fir-rigward ta’ annimali tat-tnissil ta’ razza pura tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina jew ekwina jew tal-majjali ibridi għat-tnissil, ikunu ġew aċċettati minn dak il-pajjiż terz b’rabta mad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil għal skopijiet ta’ tnissil;

(30)

“annimal ekwin irreġistrat” tfisser:

(a)

annimal tat-tnissil ta’ razza pura tal-ispeċi Equus caballus jew Equus asinus imdaħħal jew eliġibbli għad-dħul fit-taqsima prinċipali ta’ reġistru tat-tnissil stabbilit minn soċjetà tat-tnissil jew minn korp tat-tnissil rikonoxxuti skont l-Artikoli 4 jew 34 tar-Regolament (UE) 2016/1012;

(b)

annimal miżmum tal-ispeċi Equues caballus irreġistrat ma’ assoċjazzjoni jew organizzazzjoni internazzjonali, jew direttament jew permezz tal-federazzjoni jew il-fergħat nazzjonali tagħha, li tamministra ż-żwiemel għall-kompetizzjoni jew għat-tlielaq (“żiemel irreġistrat”);

(31)

“l-annimali tal-familja tal-iġmla” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati tal-familja Camelidae elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/429;

(32)

“annimal ċervid” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati tal-familja taċ-Cervidae elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/429;

(33)

“renna” tfisser annimal ungulat tal-ispeċi Rangifer tarandus elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/429;

(34)

“ċirku li jivvjaġġa” tfisser eżibizzjoni jew fiera li tinkludi l-annimali jew il-wirjiet tal-annimali u li hija maħsuba biex tivvjaġġa minn Stat Membru għal-ieħor;

(35)

“wirja tal-annimali” tfisser kwalunkwe att li jieħdu sehem fih l-annimali miżmuma għall-iskop ta’ eżibizzjoni jew fiera, u li tista’ tkun parti minn ċirku;

(36)

“tjur tat-tnissil” tfisser tjur li għandhom 72 siegħa jew aktar, li jkunu maħsuba għall-produzzjoni tal-bajd għat-tifqis;

(37)

“qatgħa” tfisser it-tjur u l-għasafar miżmuma kollha tal-istess status ta’ saħħa li jinżammu fl-istess bini jew fl-istess spazju magħluq u li jikkostitwixxu unità epidemjoloġika waħda; it-tjur miżmuma f’bini jinkludi l-għasafar kollha li jaqsmu l-istess spazju tal-arja.

PARTI II

REĠISTRAZZJONI, APPROVAZZJONI, REĠISTRI U ŻAMMA TA' REKORDS

TITOLU I

REĠISTRAZZJONI U APPROVAZZJONI TAT-TRASPORTATURI U TAL-OPERATURI TA' STABBILIMENTI MILL-AWTORITÀ KOMPETENTI

KAPITOLU 1

Reġistrazzjoni ta’ trasportaturi tal-annimali terrestri miżmuma minbarra l-ungulati biex jittrasportaw l-annimali minn Stat Membru għal ieħor u lejn pajjiżi terzi

Artikolu 3

Obbligi ta’ reġistrazzjoni tat-trasportaturi tal-klieb, il-qtates u l-inmsa miżmuma, u tat-tjur

1.   Biex ikunu rreġistrati skont l-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) 2016/429, it-trasportaturi li jġorru l-klieb, il-qtates u l-inmsa miżmuma, u t-tjur minn Stat Membru għal ieħor jew minn Stat Membru għal pajjiż terz jew viċe versa, qabel ma jibdew dawn l-attivitajiet għandhom jagħtu l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità kompetenti:

(a)

l-isem u l-indirizz tat-trasportatur ikkonċernat;

(b)

l-ispeċijiet li huwa ppjanat li se jinġarru;

(c)

it-tip ta’ trasport;

(d)

il-mezz tat-trasport.

2.   It-trasportaturi tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa miżmuma, imsemmijin fil-paragrafu 1, għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti bl-għadd ta’ annimali li huwa ppjanat li se jinġarru.

3.   It-trasportaturi tat-tjur, imsemmijin fil-paragrafu 1, għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti bil-kategoriji tat-tjur li huwa ppjanat li se jinġarru.

4.   It-trasportaturi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti b’kull:

(a)

bidla li tikkonċerna l-materji msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3;

(b)

il-waqfien tal-attività tat-trasport.

KAPITOLU 2

Approvazzjoni tal-istabbilimenti għal operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa ta’ ungulati u tjur, għall-imfaqas u għall-istabbilimenti li jżommu t-tjur

Artikolu 4

Derogi mill-ħtieġa li ssir applikazzjoni mal-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni ta’ operaturi ta’ stabbilimenti għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa ta’ ċerti annimali ekwini u għall-imfaqas tal-għasafar miżmuma

L-operaturi tal-istabbilimenti li ġejjin ma għandhomx japplikaw mal-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tal-istabbilimenti tagħhom skont l-Artikoli 96(1) tar-Regolament (UE) 2016/429:

(a)

stabbilimenti għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa ta’ annimali ekwini meta dawk l-annimali jinġabru għall-iskopijiet ta’ kompetizzjonijiet, tiġrijiet, eżibizzjonijiet, taħriġ, attivitajiet ta’ divertiment jew ta’ xogħol kollettiv jew fil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ tnissil;

(b)

imfaqas tal-għasafar miżmuma.

Artikolu 5

Rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni lill-istabbilimenti għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa ta’ annimali ungulati

Meta tagħti l-approvazzjoni lil stabbiliment għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa ta’ annimali ungulati, li minnhom dawk l-annimali jkunu se jinġarru lejn Stat Membru ieħor, jew li jirċievu dawk l-annimali minn Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li dawn l-istabbilimenti jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin, stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness I hawn mehmuż:

(a)

il-punt 1, fir-rigward ta’ miżuri ta’ iżolament u ta’ bijosigurtà oħra;

(b)

il-punt 2, fir-rigward tal-faċilitajiet u tat-tagħmir;

(c)

il-punt 3, fir-rigward tal-persunal;

(d)

il-punt 4, fir-rigward tas-superviżjoni mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 6

Rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni lill-istabbilimenti għal operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa tat-tjur

Meta tagħti l-approvazzjoni għall-ġbir f’daqqa tat-tjur lill-istabbilimenti li minnhom dawk l-annimali se jinġarru lejn Stat Membru ieħor, jew li jirċievu dawk l-annimali minn Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li dawn l-istabbilimenti jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin, stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I hawn mehmuż:

(a)

il-punt 1, fir-rigward ta’ miżuri ta’ iżolament u ta’ bijosigurtà oħra;

(b)

il-punt 2, fir-rigward tal-faċilitajiet u tat-tagħmir;

(c)

il-punt 3, fir-rigward tal-persunal;

(d)

il-punt 4, fir-rigward tas-superviżjoni mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 7

Rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni lill-imfaqas

Meta tagħti l-approvazzjoni lil-imfaqas li minnhom il-bajd għat-tifqis tat-tjur jew il-flieles ta’ ġurnata jkunu se jinġarru lejn Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li dawn l-istabbilimenti jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin, stabbiliti:

(a)

fil-punt 1 tal-Parti 3 tal-Anness I, fir-rigward tal-miżuri tal-bijosigurtà;

(b)

Fil-punt 2 tal-Parti 3 tal-Anness I u l-Partijiet 1 u 2 tal-Anness II, fir-rigward tas-sorveljanza;

(c)

fil-punt 3 tal-Parti 3 tal-Anness I, fir-rigward tal-faċilitajiet u t-tagħmir;

(d)

fil-punt 4 tal-Parti 3 tal-Anness I, fir-rigward tal-persunal;

(e)

fil-punt 5 tal-Parti 3 tal-Anness I, fir-rigward tas-superviżjoni mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 8

Rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni lil stabbilimenti li jżommu t-tjur

Meta tagħti l-approvazzjoni lill-istabbilimenti li jżommu t-tjur li minnhom it-tjur li jkun maħsub għal skopijiet oħra minbarra l-iskarnar jew il-bajd għat-tifqis, ikun se jinġarr lejn Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li dawn l-istabbilimenti jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin, stabbiliti:

(a)

fil-punt 1 tal-Parti 4 tal-Anness I, fir-rigward tal-miżuri tal-bijosigurtà;

(b)

fil-punt 2 tal-Parti 4 tal-Anness I u fil-Parti 2 tal-Anness II, fir-rigward tas-sorveljanza;

(c)

fil-punt 3 tal-Parti 4 tal-Anness I, fir-rigward tal-faċilitajiet u t-tagħmir.

KAPITOLU 3

Approvazzjoni ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri

Artikolu 9

Obbligu fuq l-operaturi ta’ ċertu tip ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri biex japplikaw għall-approvazzjoni mal-awtorità kompetenti

L-operaturi tat-tipi ta’ stabbilimenti li ġejjin għandhom japplikaw għall-approvazzjoni mal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 96(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u dawn ma għandhomx jibdew l-attivitajiet tagħhom qabel ma jkun ġie approvat l-istabbiliment tagħhom:

(a)

iċ-ċentri tal-ġbir f’daqqa ta’ klieb, qtates u inmsa li minnhom dawk l-annimali jinġarru lejn Stat Membru ieħor;

(b)

santwarji tal-annimali għal klieb, qtates u nemes li minnhom dawk l-annimali jiġu ttrasferiti lejn Stat Membru ieħor;

(c)

il-postijiet tal-kontroll;

(d)

stabbilimenti ta’ produzzjoni iżolati ambjentalment għan-naħal bagħli li minnhom dawk l-annimali għandhom jiġu ttrasferiti lejn Stat Membru ieħor;

(e)

stabbilimenti ta’ kwarantina għal annimali terrestri miżmuma, għajr għal primati, li minnhom dawk l-annimali jiġu ttrasferiti fl-istess Stat Membru jew għal Stat Membru ieħor.

Artikolu 10

Rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni liċ-ċentri ta’ ġbir f’daqqa ta’ klieb, qtates u inmsa

Meta tagħti l-approvazzjoni liċ-ċentri ta’ ġbir f’daqqa tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa, li minnhom dawk l-annimali se jinġarru lejn Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li dawn l-istabbilimenti jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin, stabbiliti fil-Parti 5 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament:

(a)

il-punt 1, fir-rigward ta’ miżuri ta’ iżolament u ta’ bijosigurtà oħra;

(b)

il-punt 3, fir-rigward tal-faċilitajiet u t-tagħmir.

Artikolu 11

Rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni lis-santwarji tal-annimali għall-klieb, il-qtates u l-inmsa

Meta tagħti l-approvazzjoni lis-santwarji għall-annimali li minnhom il-klieb, il-qtates u l-inmsa jkunu se jinġarru lejn Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li dawn l-istabbilimenti jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin, stabbiliti fil-Parti 5 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament:

(a)

il-punt 2, fir-rigward ta’ miżuri ta’ iżolament u ta’ bijosigurtà oħra;

(b)

il-punt 3, fir-rigward tal-faċilitajiet u t-tagħmir.

Artikolu 12

Rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni lil postijiet tal-kontroll

Meta tagħti l-approvazzjoni lill-postijiet tal-kontroll, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li dawn il-postijiet tal-kontroll jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin stabbiliti fil-Parti 6 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament:

(a)

il-punt 1, fir-rigward ta’ miżuri ta’ iżolament u ta’ bijosigurtà oħra;

(b)

il-punt 2, fir-rigward tal-faċilitajiet u t-tagħmir.

Artikolu 13

Rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni lill-istabbilimenti iżolati ambjentalment tal-produzzjoni tan-naħal bagħli

Meta tagħti l-approvazzjoni lill-istabbilimenti iżolati ambjentalment għall-produzzjoni tan-naħal bagħli, li minnhom in-naħal bagħli jinġarr lejn Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li dawn l-istabbilimenti jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin, stabbiliti fil-Parti 7 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament:

(a)

il-punt 1, fir-rigward ta’ miżuri ta’ bijosigurtà u sorveljanza;

(b)

il-punt 2, fir-rigward tal-faċilitajiet u t-tagħmir.

Artikolu 14

Rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni lill-istabbilimenti ta’ kwarantina għall-annimali terrestri miżmuma, minbarra l-primati

Meta tagħti l-approvazzjoni lill-istabbilimenti ta’ kwarantina għall-annimali terrestri miżmuma, minbarra l-primati, li minnhom dawk l-annimali se jinġarru fl-istess Stat Membru jew lejn Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li dawn l-istabbilimenti jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin, stabbiliti fil-Parti 8 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament:

(a)

il-punt 1, fir-rigward tal-miżuri ta’ kwarantina, iżolament u miżuri ta’ bijosigurtà oħra;

(b)

il-punt 2, fir-rigward ta’ miżuri ta’ sorveljanza u ta’ kontroll;

(c)

il-punt 3, fir-rigward tal-faċilitajiet u t-tagħmir.

Artikolu 15

Obbligi fuq l-operaturi ta’ stabbilimenti tal-kwarantina għall-annimali terrestri miżmuma minbarra l-primati

L-operaturi ta’ stabbilimenti ta’ kwarantina għal annimali terrestri miżmuma għajr għal primati msemmija fl-Artikolu 14 għandhom:

(a)

jistabbilixxu l-arranġamenti meħtieġa biex jitwettqu l-ispezzjonijiet veterinarji post-mortem f’faċilitajiet xierqa fl-istabbiliment jew f’laboratorju;

(b)

permezz ta’ kuntratt jew permezz ta’ strument legali ieħor, jassikuraw is-servizzi ta’ veterinajru tal-istabbiliment li għandu ikunu responsabbli minn dawn li ġejjin:

(i)

is-sorveljanza tal-attivitajiet tal-istabbiliment u tal-konformità mar-rekwiżiti għall-approvazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 14;

(ii)

ir-rieżami tal-pjan ta’ sorveljanza tal-mard imsemmi fil-punt 2(a) tal-Parti 8 tal-Anness I kull meta jkun meħtieġ u mill-inqas kull sena.

KAPITOLU 4

Approvazzjoni tal-istabbilimenti konfinati li minnhom l-annimali terrestri se jinġarru fl-istess Stat Membru jew lejn Stat Membru ieħor

Artikolu 16

Rekwiżiti għall-għoti tal-approvazzjoni tal-istatus ta’ stabbilimenti konfinati għall-annimali terrestri

Meta tagħti l-approvazzjoni lil stabbilimenti konfinati għall-annimali terrestri, li minnhom dawk l-annimali se jinġarru fl-istess Stat Membru jew lejn Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li dawn l-istabbilimenti jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin, stabbiliti fil-Parti 9 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament:

(a)

il-punt 1, fir-rigward tal-miżuri ta’ kwarantina, iżolament u miżuri ta’ bijosigurtà oħra;

(b)

il-punt 2, fir-rigward ta’ miżuri ta’ sorveljanza u ta’ kontroll;

(c)

il-punt 3, fir-rigward tal-faċilitajiet u t-tagħmir.

Artikolu 17

Obbligi fuq l-operaturi ta’ stabbilimenti konfinati għall-annimali terrestri

L-operaturi ta’ stabbilimenti konfinati għall-annimali terrestri msemmija fl-Artikolu 16 għandhom:

(a)

jistabbilixxu l-arranġamenti meħtieġa biex jitwettqu l-ispezzjonijiet veterinarji post-mortem f’faċilitajiet xierqa fl-istabbiliment jew f’laboratorju;

(b)

permezz ta’ kuntratt jew permezz ta’ strument legali ieħor, jassikuraw is-servizzi ta’ veterinajru tal-istabbiliment li għandu ikunu responsabbli minn dawn li ġejjin:

(i)

is-sorveljanza tal-attivitajiet tal-istabbiliment u tal-konformità mar-rekwiżiti għall-approvazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 16;

(ii)

ir-rieżami tal-pjan ta’ sorveljanza tal-mard imsemmi fil-punt 2(a) tal-Parti 9 tal-Anness I kull meta jkun hemm bżonn u mill-inqas kull sena.

TITOLU II

REĠISTRI LI JRIDU JINŻAMMU MILL-AWTORITÀ KOMPETENTI TAT-TRASPORTATURI U TAL-OPERATURI TAL-ISTABBILIMENTI RREĠISTRATI U APPROVATI

KAPITOLU 1

Reġistri tal-istabbilimenti, tat-trasportaturi u tal-operaturi rreġistrati mal-awtorità kompetenti

Artikolu 18

Obbligu ta’ informazzjoni tal-awtorità kompetenti fir-rigward tar-reġistri ta’ stabbilimenti tal-annimali terrestri miżmuma u tal-imfaqas

Għal kull stabbiliment irreġistrat magħha, fir-reġistru tal-istabbilimenti tal-annimali terrestri miżmuma u tal-imfaqas irreġistrati, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku assenjat lilu;

(b)

id-data tar-reġistrazzjoni mal-awtorità kompetenti;

(c)

l-isem u l-indirizz tal-operatur tal-istabbiliment;

(d)

l-indirizz u l-koordinati ġeografiċi (latitudni u lonġitudni) tal-pożizzjoni tal-istabbiliment;

(e)

deskrizzjoni tal-faċilitajiet tiegħu;

(f)

it-tip ta’ stabbiliment;

(g)

l-ispeċijiet, il-kategoriji u l-għadd ta’ annimali terrestri jew ta’ bajd għat-tifqis li jinżammu fl-istabbiliment;

(h)

il-perjodu li matulu l-annimali jew il-bajd għat-tifqis jinżammu fl-istabbiliment jekk ma jkunx okkupat kontinwament, inkluż l-okkupazzjoni staġonali jew l-okkupazzjoni waqt avvenimenti partikolari;

(i)

l-istatus tas-saħħa tal-istabbiliment meta dan ikun ġie assenjat lilu mill-awtorità kompetenti;

(j)

ir-restrizzjonijiet fuq il-movimenti ta’ annimali, bajd għat-tifqis jew prodotti lejn l-istabbiliment u 'l barra minnu, meta l-awtorità kompetenti tkun tapplika dan it-tip ta’ restrizzjonijiet;

(k)

id-data ta’ kull waqfien mill-attività meta l-operatur ikun informa lill-awtorità kompetenti b’dan.

Artikolu 19

Obbligu ta’ informazzjoni fuq l-awtorità kompetenti fir-rigward tar-reġistri tat-trasportaturi tal-ungulati, tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa miżmuma, kif ukoll tat-tjur

1.   Fir-reġistru tagħha tat-trasportaturi rreġistrati magħha li huma involuti fit-trasportazzjoni ta’ ungulati, klieb, qtates u inmsa miżmuma, u tat-tjur, minn Stat Membru għal ieħor jew bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja għal kull trasportatur:

(a)

in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku assenjat lilu;

(b)

id-data tar-reġistrazzjoni mal-awtorità kompetenti;

(c)

l-isem u l-indirizz tal-operatur;

(d)

l-ispeċijiet li huwa ppjanat li se jinġarru;

(e)

it-tip ta’ trasport;

(f)

il-mezz tat-trasport;

(g)

id-data ta’ kull waqfien mill-attività meta l-operatur ikun informa lill-awtorità kompetenti b’dan.

2.   Għal kull trasportatur ta’ ungulati, klieb, qtates u inmsa miżmuma, kif imsemmi fil-paragrafu 1, fir-reġistru tagħha tat-trasportaturi l-awtorità kompetenti għandha tinkludi l-informazzjoni dwar l-għadd ta’ annimali li huwa ppjanat li se jinġarru.

3.   Għal kull trasportatur tat-tjur, kif imsemmi fil-paragrafu 1, fir-reġistru tagħha tat-trasportaturi l-awtorità kompetenti għandha tinkludi l-informazzjoni dwar il-kategoriji tat-tjur li huwa ppjanat li se jinġarru.

Artikolu 20

Obbligu ta’ informazzjoni tal-awtorità kompetenti fir-rigward tar-reġistri tal-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa tal-ungulati u tat-tjur miżmuma, indipendentement minn stabbiliment

Fir-reġistru tagħha tal-operaturi rreġistrati magħha li jwettqu operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa tal-ungulati u tat-tjur miżmuma indipendentement minn stabbiliment, inklużi dawk li jixtru u jbiegħu dawk l-annimali, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja għal kull operatur:

(a)

in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku assenjat lilu;

(b)

id-data tar-reġistrazzjoni mal-awtorità kompetenti;

(c)

l-isem u l-indirizz tal-operatur;

(d)

l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali ungulati u t-tjur miżmuma li jkunu se jinġabru f’daqqa;

(e)

id-data ta’ kull waqfien mill-attività meta l-operatur ikun informa lill-awtorità kompetenti b’dan.

KAPITOLU 2

Reġistri ta’ stabbilimenti approvati mill-awtorità kompetenti

Artikolu 21

Obbligu ta’ informazzjoni fuq l-awtorità kompetenti fir-rigward tar-reġistri tal-istabbilimenti approvati

Fir-reġistru tagħha tal-istabbilimenti approvati msemmija fil-Kapitoli 2, 3, u 4 tat-Titolu I tal-Parti II, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja għal kull stabbiliment:

(a)

in-numru ta’ approvazzjoni uniku assenjat mill-awtorità kompetenti;

(b)

id-data tal-approvazzjoni mogħtija mill-awtorità kompetenti jew id-data ta’ kull sospensjoni jew irtirar ta’ tali approvazzjoni;

(c)

l-isem u l-indirizz tal-operatur;

(d)

l-indirizz u l-koordinati ġeografiċi (latitudni u lonġitudni) tal-pożizzjoni tal-istabbiliment;

(e)

deskrizzjoni tal-faċilitajiet tiegħu;

(f)

it-tip ta’ stabbiliment;

(g)

l-ispeċijiet, il-kategoriji u l-għadd tal-annimali terrestri jew tal-bajd għat-tifqis jew il-flieles ta’ ġurnata miżmuma fl-istabbiliment;

(h)

il-perjodu li matulu l-annimali jinżammu fl-istabbiliment jekk ma jkunx okkupat kontinwament, inkluż okkupazzjoni staġonali jew okkupazzjoni waqt avvenimenti partikolari;

(i)

jekk l-istabbiliment ikun assenjat status tas-saħħa mill-awtorità kompetenti, dak l-istatus tas-saħħa;

(j)

jekk ikun hemm, ir-restrizzjonijiet imposti fuq il-movimenti ta’ annimali jew prodotti ġerminali lejn l-istabbiliment u 'l barra minnu mill-awtorità kompetenti;

(k)

id-data ta’ kull waqfien mill-attività meta l-operatur ikun informa lill-awtorità kompetenti b’dan.

TITOLU III

OBBLIGI TA' ŻAMMA TA' REKORDS MILL-OPERATURI FLIMKIEN MA' DAWK PREVISTI FIR-REGOLAMENT (UE) 2016/429

KAPITOLU 1

Operaturi ta’ stabbilimenti rreġistrati u approvati mill-awtorità kompetenti

Artikolu 22

Obbligi taż-żamma ta’ rekords mill-operaturi tal-istabbilimenti kollha li jżommu l-annimali terrestri

L-operaturi tal-istabbilimenti rreġistrati jew approvati kollha li jżommu l-annimali terrestri għandhom jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ kull annimal miżmum fl-istabbiliment u identifikat kif muri mil-mezz tal-identifikazzjoni, jekk dan il-mezz ikun ġie applikat;

(b)

in-numru uniku tar-reġistrazzjoni jew tal-approvazzjoni tal-istabbiliment tal-oriġini tal-annimali, meta dawn joriġinaw minn stabbiliment ieħor;

(c)

in-numru uniku tar-reġistrazzjoni jew tal-approvazzjoni tal-istabbiliment ta’ destinazzjoni tal-annimali, meta jkunu ddestinati għal stabbiliment ieħor.

Artikolu 23

Obbligi taż-żamma ta’ rekords mill-operaturi tal-istabbilimenti li jżommu l-annimali bovini, ovini, kaprini u porċini

1.   L-operaturi ta’ stabbilimenti rreġistrati li jżommu l-annimali bovini, ovini, kaprini u porċini għandhom jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja dwar dawk l-annimali:

(a)

id-data tat-twelid ta’ kull annimal miżmum fl-istabbiliment;

(b)

id-data tal-mewt naturali, tal-iskarnar jew tat-telf ta’ kull annimal fl-istabbiliment;

(c)

it-tip ta’ identifikatur elettroniku jew tattoo u l-pożizzjoni fejn ikun twaħħal mal-annimal, jekk l-annimal ikollu identifikatur;

(d)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni oriġinali ta’ kull annimal identifikat, meta dan il-kodiċi jkun inbidel, u r-raġuni għal dik il-bidla.

2.   L-operaturi tal-istabbilimenti li jżommu l-annimali ovini u kaprini, għandhom jirreġistraw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a) f’format li jindika s-sena tat-twelid ta’ kull annimal ta’ dan it-tip miżmum fl-istabbiliment.

3.   L-operaturi tal-istabbilimenti li jżommu l-annimali porċini għandhom ikunu eżentati milli jirreġistraw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a).

4.   Fejn l-annimali ovini, kaprini jew porċini li jinżammu fl-istabbiliment ikunu identifikati biss bin-numru ta’ identifikazzjoni uniku tal-istabbiliment fejn twieldu, l-operaturi tal-istabbilimenti għandhom jirreġistraw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għal kull grupp ta’ annimali li għandhom l-istess numru uniku ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment fejn twieldu u l-għadd totali tal-annimali f’dak il-grupp.

5.   Meta l-annimali porċini miżmuma fl-istabbiliment ma jkunux identifikati skont l-Artikolu 53, l-operaturi tal-istabbilimenti:

(a)

ma għandhomx ikunu meħtieġa jirreġistraw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

għal kull grupp ta’ annimali li jinħareġ mill-istabbiliment tagħhom għandhom jirreġistraw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 102(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/429 u l-għadd totali tal-annimali f’dak il-grupp.

Artikolu 24

Obbligi taż-żamma ta’ rekords mill-operaturi tal-istabbilimenti li jżommu l-annimali ekwini

Għal kull annimal ekwin miżmum, l-operaturi ta’ stabbilimenti rreġistrati li jżommu l-annimali ekwini, għandhom jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kodiċi uniku;

(b)

id-data tat-twelid tal-annimal fl-istabbiliment;

(c)

id-data tal-mewt naturali, tat-telfa jew tal-iskarnar fl-istabbiliment.

Artikolu 25

Obbligi taż-żamma ta’ rekords mill-operaturi tal-istabbilimenti li jżommu t-tjur u l-għasafar

L-operaturi ta’ stabbilimenti rreġistrati jew approvati li jżommu t-tjur u l-operaturi ta’ stabbilimenti li jżommu l-għasafar għandhom jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja:

(a)

ir-rendiment tal-produzzjoni tat-tjur;

(b)

il-morbożità tat-tjur u tal-għasafar miżmuma fl-istabbiliment flimkien ma’ informazzjoni dwar il-kawża.

Artikolu 26

Obbligi taż-żamma ta’ rekords mill-operaturi tal-istabbilimenti li jżommu l-klieb, il-qtates u l-inmsa

L-operaturi ta’ stabbilimenti rreġistrati li jżommu l-klieb, il-qtates u l-inmsa għandhom jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja għal kull annimal ta’ dan it-tip:

(a)

id-data tat-twelid;

(b)

id-data tal-mewt jew tat-telfa fl-istabbiliment.

Artikolu 27

Obbligi taż-żamma ta’ rekords mill-operaturi tal-istabbilimenti li jżommu n-naħal tal-għasel

L-operaturi ta’ stabbilimenti rreġistrati li jżommu n-naħal tal-għasel, għal kull miġbħa għandhom jirreġistraw id-dettalji tat-transumanza temporanja, f’każ li jkun hemm, tal-kaxxex tan-naħal miżmuma, inkluża l-informazzjoni li tkopri tal-inqas il-post ta’ kull transumanza, id-data tal-bidu u t-tmiem tagħha, u l-għadd ta’ kaxex tan-naħal li jkunu ġew trasposti.

Artikolu 28

Obbligi taż-żamma ta’ rekords mill-operaturi ta’ ċirki li jivvjaġġaw u ta’ wirjiet tal-annimali

L-operaturi ta’ ċirki li jivvjaġġaw u ta’ wirjiet tal-annimali għandhom jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja għal kull annimal:

(a)

id-data tal-mewt jew tat-telfa ta’ kull annimal fl-istabbiliment;

(b)

l-isem u l-indirizz tal-operatur li għandu r-responsabbiltà ta’ dawn l-annimali, inkella tas-sid tal-annimali domestiċi;

(c)

id-dettalji dwar il-movimenti taċ-ċirki li jivvjaġġaw u tal-wirjiet tal-annimali.

Artikolu 29

Obbligi taż-żamma ta’ rekords mill-operaturi ta’ santwarji għall-annimali li jżommu l-klieb, il-qtates u l-inmsa

L-operaturi tas-santwarji approvati għall-annimali li jżommu l-klieb, il-qtates u l-inmsa għandhom jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja għal kull annimal:

(a)

l-età stmata u s-sess, ir-razza jew il-kulur tal-pil;

(b)

id-data tal-applikazzjoni jew id-data tal-qari tat-transponder injettabbli;

(c)

l-osservazzjonijiet magħmula fuq l-annimali li ddaħħlu waqt il-perjodu tal-iżolament;

(d)

id-data tal-mewt jew tat-telfa fl-istabbiliment.

Artikolu 30

Obbligi taż-żamma ta’ rekords mill-operaturi tal-postijiet tal-kontroll

L-operaturi tal-postijiet tal-kontroll approvati għandhom jirreġistraw in-numru tal-pjanċa jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-mezzi tat-trasport li jħottu l-annimali u n-numru ta’ reġistrazzjoni uniku tat-trasportatur, fejn dan huwa disponibbli.

Artikolu 31

Obbligi taż-żamma ta’ rekords mill-operaturi ta’ stabbilimenti tal-kwarantina għall-annimali terrestri miżmuma minbarra l-primati

L-operaturi ta’ stabbilimenti approvati ta’ kwarantina għall-annimali terrestri miżmuma minbarra l-primati, għandhom jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-istima tal-età, u s-sess tal-annimali miżmuma fl-istabbiliment;

(b)

in-numru tal-pjanċa jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-mezzi tat-trasport li jħottu u jgħabbu l-annimali u n-numru ta’ reġistrazzjoni uniku tat-trasportatur, fejn dan huwa disponibbli;

(c)

id-dettalji tal-implimentazzjoni u r-riżultati tal-pjan ta’ sorveljanza tal-mard previst fil-punt 2(a) tal-Parti 8 tal-Anness I;

(d)

ir-riżultati ta’ testijiet kliniċi u tal-laboratorju u ta’ testijiet post-mortem previsti fil-punt 2(b) tal-Parti 8 tal-Anness I;

(e)

id-dettalji tat-tilqim u tat-trattament ta’ annimali suxxettibbli previsti fil-punt 2(c) tal-Parti 8 tal-Anness I;

(f)

l-istruzzjonijiet, jekk ikun hemm, tal-awtorità kompetenti fir-rigward tal-osservazzjonijiet li saru waqt kwalunkwe perjodu ta’ iżolament jew ta’ kwarantina.

Artikolu 32

L-obbligi taż-żamma ta’ rekords mill-operaturi ta’ stabbilimenti konfinati

L-operaturi ta’ stabbilimenti konfinati approvati għandhom jirreġistraw l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

(a)

l-istima tal-età, u s-sess tal-annimali miżmuma fl-istabbiliment;

(b)

in-numru tal-pjanċa jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-mezzi tat-trasport li jħottu u jgħabbu l-annimali u n-numru ta’ reġistrazzjoni uniku tat-trasportatur, fejn dan huwa disponibbli;

(c)

id-dettalji tal-implimentazzjoni u r-riżultati tal-pjan ta’ sorveljanza tal-mard previst fil-punt 2(a) tal-Parti 9 tal-Anness I;

(d)

ir-riżultati ta’ testijiet kliniċi u tal-laboratorju u ta’ testijiet post-mortem previsti fil-punt 2(b) tal-Parti 9 tal-Anness I;

(e)

id-dettalji tat-tilqim u tat-trattament ta’ annimali suxxettibbli previsti fil-punt 2(c) tal-Parti 9 tal-Anness I;

(f)

id-dettalji dwar l-iżolament jew il-kwarantina tal-annimali li jiddaħħlu fl-istabbiliment, l-istruzzjonijiet, jekk ikun hemm, tal-awtorità kompetenti fir-rigward tal-iżolament u l-kwarantina u l-osservazzjonijiet li jkunu saru waqt kwalunkwe perjodu ta’ iżolament jew ta’ kwarantina.

KAPITOLU 2

Imfaqas

Artikolu 33

L-obbligi taż-żamma ta’ rekords mill-operaturi tal-imfaqas

L-operaturi tal-imfaqas irreġistrati jew approvati għandhom jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja għal kull qatgħa:

(a)

l-ispeċi u l-għadd ta’ flieles ta’ ġurnata jew ta’ flieles li jkunu għadhom kemm faqqsu ta’ speċijiet oħra ta’ għasafar jew ta’ bajd għat-tifqis miżmuma fil-mafqas;

(b)

il-movimenti tal-flieles ta’ ġurnata, tal-flieles li għadhom kemm faqqsu ta’ speċijiet oħra ta’ għasafar u tal-bajd għat-tifqis lejn l-istabbilimenti tagħhom u ’l barra minnhom, u għandha u tingħata l-informazzjoni skont ir-rilevanza dwar:

(i)

il-post tal-oriġini tagħhom jew id-destinazzjoni ppjanata, inkluż in-numru uniku tat-reġistrazzjoni jew tal-approvazzjoni tal-istabbiliment, skont liema japplika;

(ii)

id-dati ta’ dawn il-movimenti;

(c)

l-għadd ta’ bajd inkubat li ma faqqasx u d-destinazzjoni ppjanata tagħhom, inkluż in-numru uniku tar-reġistrazzjoni jew tal-approvazzjoni tal-istabbiliment, skont liema japplika;

(d)

kemm faqqsu;

(e)

id-dettalji ta’ kull programm ta’ tilqim.

KAPITOLU 3

Trasportaturi rreġistrati mal-awtorità kompetenti

Artikolu 34

Obbligi ta’ żamma ta’ rekords mit-trasportaturi rreġistrati tal-annimali terrestri miżmuma

It-trasportaturi rreġistrati għandhom jirreġistraw l-informazzjoni addizzjonali li ġejja għal kull mezz ta’ trasport li jintuża għat-trasport tal-annimali terrestri miżmuma:

(a)

in-numru tal-pjanċa jew in-numru tar-reġistrazzjoni;

(b)

id-dati u l-ħinijiet tat-tagħbija tal-annimali fl-istabbiliment tal-oriġini;

(c)

l-isem, l-indirizz u n-numru uniku tar-reġistrazzjoni jew tal-approvazzjoni ta’ kull stabbiliment miżjur;

(d)

id-dati u l-ħinijiet tat-ħatt tal-annimali fl-istabbiliment tad-destinazzjoni;

(e)

id-dati u l-postijiet tat-tindif, id-diżinfezzjoni u d-diżinfestazzjoni tal-mezzi tat-trasport;

(f)

in-numri ta’ referenza tad-dokumenti li jakkumpanjaw l-annimali.

KAPITOLU 4

Operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa

Artikolu 35

Obbligi ta’ żamma ta’ rekords mill-operaturi ta’ stabbilimenti għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa ta’ ungulati u tjur miżmuma

L-operaturi ta’ stabbilimenti rreġistrati jew approvati għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa ta’ annimali ungulati u tjur miżmuma għandhom jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-data tal-mewt jew tat-telfa tal-annimali fl-istabbiliment;

(b)

in-numru tal-pjanċa jew in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku tal-mezzi tat-trasport li jħottu u jgħabbu l-annimali u n-numru ta’ reġistrazzjoni uniku tat-trasportatur ta’ dawk l-annimali, meta dan ikun disponibbli;

(c)

in-numri ta’ referenza tad-dokumenti meħtieġa li jakkumpanjaw l-annimali.

Artikolu 36

Obbligi ta’ żamma ta’ rekords mill-operaturi li jwettqu l-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa tal-ungulati u tat-tjur miżmuma indipendentement minn ebda stabbiliment

L-operaturi rreġistrati li jwettqu l-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa tal-ungulati u tat-tjur miżmuma indipendentement minn ebda stabbiliment għandhom jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja għal kull annimal soġġett għax-xiri:

(a)

in-numru uniku tal-approvazzjoni jew tar-reġistrazzjoni tal-istabbiliment tal-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa li jkun għadda minnu l-annimal wara li jkun ħalla l-istabbiliment tal-oriġini u qabel ma jinxtara, meta dan ikun disponibbli;

(b)

id-data li fiha nxtara;

(c)

l-isem u l-indirizz tal-akkwirent tal-annimal;

(d)

in-numru tal-pjanċa tal-liċenzja jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-mezzi tat-trasport li jħottu u jgħabbu l-annimali u n-numru ta’ reġistrazzjoni uniku tat-trasportatur, meta dan ikun disponibbli;

(e)

in-numri ta’ referenza tad-dokumenti meħtieġa li jakkumpanjaw l-annimali.

Artikolu 37

Obbligi taż-żamma ta’ rekords mill-operaturi taċ-ċentri għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa ta’ klieb, qtates u inmsa

L-operaturi taċ-ċentri għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa ta’ klieb, qtates u inmsa għandhom jirreġistraw in-numru tal-pjanċa jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-mezzi tat-trasport li jgħabbu jew iħottu l-annimali, kif ukoll in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku tat-trasportatur, meta dan ikun disponibbli.

PARTI III

TRAĊĊAIBBILTÀ TAL-ANNIMALI TERRESTRI MIŻMUMA U TAL-BAJD GĦAT-TIFQIS

TITOLU I

TRAĊĊABBILTÀ TAL-ANNIMALI BOVINI MIŻMUMA

KAPITOLU 1

Mezzi u metodi ta’ identifikazzjoni

Artikolu 38

Obbligi fuq l-operaturi li jżommu l-annimali bovini fir-rigward tal-mezzi u l-metodi ta’ identifikazzjoni tal-annimali bovini miżmuma, l-applikazzjoni u l-użu tagħhom

1.   L-operaturi li jżommu l-annimali bovini għandhom jiżguraw li l-annimali bovini jkunu identifikati b’mod individwali permezz ta’ ċomba tal-widna konvenzjonali kif imsemmi fil-punt (a) tal-Anness III li għandha:

(a)

titwaħħal mal-parti esterna ta’ widnejn l-annimal b’tali mod li l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimal fuq il-mezz ta’ identifikazzjoni jkun viżibbli, li jista’ jinqara u li ma jitħassarx;

(b)

titwaħħal fuq l-annimali bovini fl-istabbiliment fejn jitwieldu;

(c)

ma għandhiex titneħħa, tiġi mmodifikata jew tiġi ssostitwita mingħajr il-permess tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu qed jinżammu l-annimali bovini.

2.   L-operaturi li jżommu l-annimali bovini jistgħu jissostitwixxu:

(a)

waħda miċ-ċombiet tal-widna konvenzjonali msemmija fil paragrafu 1 b’identifikatur elettroniku approvat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-annimali bovini jkunu qed jinżammu;

(b)

iż-żewġ ċombiet tal-widna konvenzjonali msemmija fil-paragrafu 1 b’identifikatur elettroniku approvat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu qed jinżammu l-annimali bovini skont l-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 39(1).

Artikolu 39

Eżenzjonijiet mogħtija mill-awtorità kompetenti għall-operaturi ta’ stabbilimenti konfinati u għall-operaturi biex jidentifikaw l-annimali bovini miżmuma għal skopijiet kulturali, storiċi, rikreattivi, xjentifiċi jew sportivi

1.   L-awtorità kompetenti tista’ teżenta lill-operaturi ta’ stabbilimenti konfinati u lill-operaturi li jżommu l-annimali bovini għal skopijiet kulturali, storiċi, rikreattivi, xjentifiċi jew sportivi mir-rekwiżiti ta’ identifikazzjoni għall-annimali bovini previsti fl-Artikolu 38(1)(a).

2.   Meta tagħti l-eżenzjonijiet kif stipulat fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li tal-inqas wieħed mill-mezzi ta’ identifikazzjoni elenkati fil-punti (d) u (e) tal-Anness III jiġi approvat mill-awtorità kompetenti għall-applikazzjoni tal-mezzi ta’ identifikazzjoni tal-annimali bovini miżmuma minn operaturi eżentati skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-proċeduri għall-applikazzjoni mill-operaturi meta jitolbu tali eżenzjoni kif stipulat fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 40

Dispożizzjonijiet speċjali għall-identifikazzjoni tal-annimali bovini ta’ razez imrobbija speċifikament għal avvenimenti kulturali tradizzjonali u sportivi

L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza lill-operaturi li jżommu l-annimali bovini ta’ razez imrobbija speċifikament għal avvenimenti kulturali tradizzjonali u sportivi biex jidentifikaw dawk l-annimali individwalment b’mezz alternattiv ta’ identifikazzjoni awtorizzat mill-awtorità kompetenti wara t-tneħħija taċ-ċomba tal-widna konvenzjonali msemmija fl-Artikolu 38(1)(a) dejjem jekk tinżamm rabta ċara bejn l-annimal identifikat u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tiegħu.

Artikolu 41

Sostituzzjoni taċ-ċomba tal-widna konvenzjonali għall-annimali bovini miżmuma kif imsemmi fl-Artikolu 38(1)

1.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw is-sostituzzjoni ta’ waħda miċ-ċombiet tal-widna konvenzjonali msemmija fl-Artikolu 38(1)(a) b’wieħed mill-mezzi ta’ identifikazzjoni elenkati fil-punti (c), (d) u(e) tal-Anness III għall-kategoriji kollha jew għal kategoriji speċifiċi ta’ annimali bovini miżmuma fit-territorju tagħhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mezzi ta’ identifikazzjoni elenkati fil-punti (a), (c), (d) u (e) tal-Anness III jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

li juru l-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-annimal;

(b)

li jkunu approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn qed jinżammu l-annimali bovini.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċeduri għal dawn li ġejjin:

(a)

l-applikazzjoni mill-manifatturi għall-approvazzjoni ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni għall-annimali bovini li jinżammu fit-territorju tagħhom;

(b)

l-applikazzjoni mill-operaturi li jżommu l-annimali bovini għall-mezzi ta’ identifikazzjoni li se jiġu allokati lill-istabbiliment tagħhom.

4.   Stat Membru għandu jistabbilixxi u jippubblika l-lista ta’ razez tal-annimali bovini mrobbija speċifikament għall-avvenimenti kulturali tradizzjonali u sportivi li jinżammu fit-territorju tiegħu.

KAPITOLU 2

Il-bażi tad-data kompjuterizzata

Artikolu 42

Regoli għall-informazzjoni fil-bażi tad-data kompjuterizzata tal-annimali bovini miżmuma

L-awtorità kompetenti għandha żżomm l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/429 għal kull annimal bovin miżmum f’bażi tad-data kompjuterizzata skont ir-regoli li ġejjin:

(a)

il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-annimal jeħtieġ li jkun irreġistrat;

(b)

it-tip ta’ identifikatur elettroniku, jekk ikun applikat fuq l-annimal bovin, irid jiġi rreġistrat kif elenkat fil-punti (c), (d) u(e) tal-Anness III;

(c)

trid tiġi rreġistrata l-informazzjoni li ġejja dwar l-istabbilimenti li jżommu l-annimali bovini:

(i)

in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku assenjat lilu;

(ii)

l-isem u l-indirizz tal-operatur tal-istabbiliment;

(d)

trid tiġi rreġistrata l-informazzjoni li ġejja dwar kull moviment tal-annimali bovini lejn l-istabbiliment u ’l barra minnu:

(i)

in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku tal-istabbilimenti tal-oriġini u tad-destinazzjoni;

(ii)

id-data tal-wasla;

(iii)

id-data tat-tluq;

(e)

id-data tal-mewt naturali, tat-telfa jew tal-iskarnar tal-annimali bovini fl-istabbiliment jeħtieġ li jkunu rreġistrati.

Artikolu 43

Regoli dwar l-iskambju ta’ data elettronika bejn il-bażijiet tad-data kompjuterizzati tal-Istati Membri fir-rigward tal-annimali bovini

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bażijiet tad-data kompjuterizzata tagħhom dwar l-annimali bovini tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu sikuri f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli;

(b)

ikun fihom għall-inqas l-informazzjoni aġġornata prevista fl-Artikolu 42.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bażijiet tad-data kompjuterizzati tagħhom ikunu ġestiti minn sistema ta’ informazzjoni li kapaċi tapplika u tamministra l-firem elettroniċi kkwalifikati għal messaġġi ta’ skambju tad-data biex tiggarantixxi n-nonripudju dwar:

(a)

l-awtentiċità tal-messaġġi skambjati sabiex jingħataw garanziji dwar l-oriġini tal-messaġġ;

(b)

l-integrità tal-messaġġi skambjati sabiex jingħataw garanziji li l-messaġġ ma ġiex mibdul jew korrott;

(c)

it-temporanjetà tal-informazzjoni tal-messaġġi skambjati sabiex jingħataw garanziji li ntbagħtu fi żmien speċifiku.

3.   Stat Membru għandu, mingħajr ebda dewmien żejjed iżda fi kwalunkwe każ fi żmien 24 siegħa minn meta jiġi infurmat, jinnotifika lill-Istat Membru li miegħu ġie stabbilit l-iskambju elettroniku tad-data, bi kwalunkwe ksur tas-sigurtà jew telf ta’ integrità li jkollu impatt sinifikanti fuq il-validità tad-data jew fuq id-data personali miżmuma fih.

KAPITOLU 3

Dokument ta’ identifikazzjoni

Artikolu 44

Dokument ta’ identifikazzjoni tal-annimali bovini miżmuma

Id-dokumenti ta’ identifikazzjoni tal-annimali bovini miżmuma previsti fl-Artikolu 112(b) tar-Regolament (UE) 2016/429 għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 42(a) sa (d);

(b)

id-data tat-twelid ta’ kull annimal;

(c)

l-isem tal-awtorità kompetenti li ħarġitu, jew il-korp tal-ħruġ li lilu ġie assenjat il-kompitu;

(d)

id-data tal-ħruġ.

TITOLU II

TRAĊĊABBILTÀ TAL-ANNIMALI OVINI U KAPRINI MIŻMUMA

KAPITOLU 1

Mezzi u metodi ta’ identifikazzjoni

Artikolu 45

Obbligi fuq l-operaturi tal-annimali ovini u kaprini miżmuma fir-rigward tal-mezzi u l-metodi ta’ identifikazzjoni ta’ dawk l-annimali, u tal-applikazzjoni u l-użu tagħhom

1.   L-operaturi li jżommu l-annimali ovini u kaprini maħsuba biex jinġarru direttament lejn biċċerija qabel l-età ta’ 12-il xahar għandhom jiżguraw li kull annimal ta’ dan it-tip ikun identifikat tal-inqas b’ċomba tal-widna konvenzjonali mwaħħla mal-parti esterna tal-widna, jew b’faxxa tal-pastur konvenzjonali, kif elenkat fil-punt (a) jew (b) tal-Anness III li juru b’mod viżibbli, li jista’ jinqara u li ma jitħassarx, jew:

(a)

in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku tal-istabbilimenti fejn twieled l-annimal;

inkella

(b)

il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-annimal.

2.   L-operaturi li jżommu l-annimali ovini u kaprini mhux maħsuba biex jinġarru direttament lejn il-biċċerija qabel l-età ta’ 12-il xahar għandhom jiżguraw li kull annimal ta’ dan it-tip ikun identifikat individwalment kif ġej:

(a)

permezz ta’ ċomba tal-widna konvenzjonali kif elenkat fil-punt (a) tal-Anness III fejn jintwera l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimal b’mod viżibbli, li jista’ jinqara u li ma jitħassarx;

u

(b)

permezz ta’ wieħed mill-mezzi ta’ identifikazzjoni elenkati fil-punti (c) sa (f) tal-Anness III approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn qed jinżammu l-annimali ovini u kaprini fejn jintwera l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimal b’mod li jista’ jinqara u li ma jitħassarx.

3.   L-operaturi li jżommu l-annimali ovini u kaprini għandhom jiżguraw li:

(a)

il-mezzi tal-identifikazzjoni jitwaħħlu fuq l-annimali ovini u kaprini fl-istabbiliment fejn jitwieldu;

(b)

l-ebda mezz ta’ identifikazzjoni ma jista’ jitneħħa, jiġi mmodifikat jew issostitwit mingħajr il-permess tal-awtorità kompetenti.

4.   L-operaturi li jżommu l-annimali ovini u kaprini jistgħu jissostitwixxu:

(a)

wieħed mill-mezzi ta’ identifikazzjoni approvati msemmija fil-paragrafu 2 skont id-derogi previsti fl-Artikolu 46(1), (2), (3) u (4);

(b)

iż-żewġ mezzi ta’ identifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu b’identifikatur elettroniku approvat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-annimali ovini u kaprini jinżammu skont l-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 47(1).

Artikolu 46

Derogi mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 45 fir-rigward tal-mezzi u l-metodi ta’ identifikazzjoni tal-annimali ovini u kaprini miżmuma, u rigward l-applikazzjoni u l-użu ta’ dawn il-mezzi u metodi

1.   B’deroga mir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 45(2)(a), l-operaturi li jżommu l-annimali ovini u kaprini li jkunu mit-tip ta’ annimali li jitwieldu b’widnejhom żgħar wisq biex titwaħħlilhom ċomba tal-widna konvenzjonali kif elenkat fil-punt (a) tal-Anness III, għandhom jiżguraw li dawn l-annimali jkunu jistgħu jiġu identifikati individwalment minn faxxa tal-pastur konvenzjonali, kif elenkat fil-punt (b) ta’ dak l-Anness fejn il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimal jidher ċar, jista’ jinqara u ma jistax jitħassar.

2.   B’deroga mir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 45(2)(a), l-operaturi li jżommu l-annimali ovini u kaprini mhux maħsuba biex jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor jistgħu jissostitwixxu ċomba tal-widna konvenzjonali kif elenkat fil-punt (a) tal-Anness III b’tattoo elenkat fil-punt (g) ta’ dak l-Anness, fejn il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-annimal ikun jidher ċar, jista’ jinqara u ma jistax jitħassar dment li l-awtorità kompetenti tkun awtorizzat l-użu ta’ bolu ruminali kif elenkat fil-punt (d) ta’ dak l-Anness.

3.   B’deroga mill-Artikolu 45(2)(b), l-operaturi li jżommu annimali ovini u kaprini mhux maħsuba biex jiġu ttrasferiti lejn Stat Membru ieħor u l-operaturi li jżommu annimali ovini jew kaprini eżentati mill-applikazzjoni ta’ identifikatur elettroniku f’konformità mal-Artikolu 48, jistgħu jissostitwixxu l-identifikatur elettroniku b’tattoo kif elenkat fil-punt (g) tal-Anness III b’mod li l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimal ikun viżibbli, li jista’ jinqara u li ma jitħassarx.

4.   B’deroga mill-Artikolu 45(2), l-operaturi li jżommu annimali ovini u kaprini maħsuba biex jiġu ttrasportati lejn il-biċċerija jew wara li jkunu għaddew minn operazzjoni ta’ ġbir f’daqqa jew wara li jkunu għaddew minn operazzjoni tat-tismin fi stabbiliment ieħor jistgħu jidentifikaw kull annimal tal-inqas b’ċomba tal-widna elettronika kif elenkat fil-punt (c) tal-Anness III li tkun imwaħħla mal-parti esterna tal-widna tal-annimal li turi b’mod viżibbli, li jista’ jinqara u li ma jitħassarx in-numru tar-reġistrazzjoni uniku tal-istabbiliment tat-twelid tal-annimal u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ dak l-annimal li jkun jista’ jinqara u li ma jitħassarx sakemm dawk l-annimali:

(a)

mhuwiex ippjanat li dawn jinġarru lejn Stat Membru ieħor;

u

(b)

jiġu skarnati qabel l-età ta’ 12-il xahar.

Artikolu 47

Eżenzjonijiet mir-rekwiżiti tal-Artikolu 45(2) għall-operaturi ta’ stabbilimenti konfinati u għal dawk li jżommu l-annimali għal skopijiet kulturali, rikreattivi jew xjentifiċi

1.   L-awtorità kompetenti tista’ teżenta lill-operaturi ta’ stabbilimenti konfinati u lill-operaturi li jżommu l-annimali ovini u kaprini għal skopijiet kulturali, rikreattivi jew xjentifiċi mir-rekwiżiti ta’ identifikazzjoni tal-Artikolu 45(2) soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jew bolu ruminali kif elenkat fil-punt (d) tal-Anness III, jew transponder injettabbli kif elenkat fil-punt (e) tal-istess Anness III, ġie awtorizzat minnha għall-identifikazzjoni tal-annimali ovini u kaprini msemmija fil-paragrafu 1, u li tali mezz ta’ identifikazzjoni awtorizzat jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 48(3).

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-proċeduri għall-applikazzjoni mill-operaturi meta jitolbu tali eżenzjoni kif stipulat fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 48

Deroga mill-Istati Membri mir-rekwiżiti tal-Artikolu 45(2) u l-obbligi tal-Istati Membri rigward il-mezzi ta’ identifikazzjoni

1.   B’deroga mill-Artikolu 45(2)(b), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-operaturi li jżommu l-annimali ovini jew kaprini biex jissostitwixxu l-mezzi ta’ identifikazzjoni elenkati fil-punti (c) sa (f) tal-Anness III, b’ċomba tal-widna konvenzjonali jew b’faxxa tal-pastur konvenzjonali kif elenkat fil-punti (a) jew (b) ta’ dak l-Anness soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għadd totali ta’ annimali ovini u kaprini miżmuma fit-territorju tiegħu ma jaqbiżx is-600 000 kif irreġistrat f’bażi tad-data kompjuterizzata;

u

(b)

l-annimali ovini u kaprini miżmuma mhumiex maħsuba biex jinġarru lejn Stat Membru ieħor.

2.   B’deroga mill-Artikolu 45(2)(b), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-operaturi li jżommu l-annimali kaprini biex jissostitwixxu l-mezzi ta’ identifikazzjoni elenkati fil-punti (c) sa (f) tal-Anness III, b’ċomba tal-widna konvenzjonali jew b’faxxa tal-pastur konvenzjonali, kif elenkat fil-punti (a) jew (b) ta’ dak l-Anness soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għadd totali ta’ annimali kaprini miżmuma fit-territorju tiegħu ma jaqbiżx il-160 000 kif irreġistrat f’bażi tad-data kompjuterizzata;

u

(b)

mhuwiex maħsub li l-annimali kaprini miżmuma se jinġarru lejn Stat Membru ieħor.

3.   L-Istat Membru għandu jiżgura li l-mezzi ta’ identifikazzjoni elenkati fil-punti (a), sa (f) tal-Anness III jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

li juru l-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-annimal;

(b)

huma approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinżammu l-annimali ovini u kaprini.

4.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċeduri għall-applikazzjoni mill:

(a)

manifatturi għall-approvazzjoni ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni għall-annimali ovini u kaprini miżmuma fit-territorju tagħhom;

(b)

operaturi għall-mezzi ta’ identifikazzjoni għall-annimali ovini u kaprini li se jiġu allokati lill-istabbiliment tagħhom.

KAPITOLU 2

Il-bażi tad-data kompjuterizzata

Artikolu 49

Regoli għall-informazzjoni fil-bażi tad-data kompjuterizzata tal-annimali ovini u kaprini miżmuma

L-awtorità kompetenti għandha żżomm l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 109(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/429 għall-annimali ovini u kaprini miżmuma f’bażi tad-data kompjuterizzata skont ir-regoli li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni li ġejja jeħtieġ li tiġi rreġistrata għall-istabbilimenti li jżommu dawk l-annimali:

(i)

in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku assenjat lilu;

(ii)

l-isem u l-indirizz tal-operatur tal-istabbiliment;

(b)

l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi rreġistrata għal kull moviment ta’ dawk l-annimali lejn l-istabbiliment u ’l barra minnu:

(i)

l-għadd totali tal-annimali;

(ii)

in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku tal-istabbilimenti tal-oriġini u tad-destinazzjoni tagħhom;

(iii)

id-data tal-wasla;

(iv)

id-data tat-tluq.

KAPITOLU 3

Dokumenti tal-moviment

Artikolu 50

Dokumenti tal-moviment ta’ annimali ovini u kaprini miżmuma li se jinġarru fit-territorju tal-istess Stat Membru

Id-dokumenti tal-moviment, kif previst fl-Artikolu 113(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/429, għall-annimali ovini u kaprini miżmuma li se jinġarru fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed, għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni individwali tal-annimal jew in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku tal-istabbiliment fejn twieled l-annimal kif jidher fuq il-mezz ta’ identifikazzjoni;

(b)

it-tip ta’ identifikatur elettroniku, elenkat fil-punti (c) sa (f) tal-Anness III, u l-post fejn jinsab, meta jkun twaħħal fuq l-annimal;

(c)

l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 49(a)(i) u fl-Artikolu 49(b)(i), (ii) u (iv);

(d)

in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku tat-trasportatur;

(e)

in-numru tal-pjanċa jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-mezz tat-trasport.

Artikolu 51

Deroga minn ċerti rekwiżiti tal-Artikolu 50 għad-dokumenti tal-moviment tal-annimali ovini u kaprini miżmuma maħsubin biex jinġabru f’daqqa fit-territorju ta’ Stat Membru

L-awtorità kompetenti tista’ tagħti d-derogi mir-rekwiżiti fl-Artikolu 50(a) għall-operaturi ta’ stabbilimenti li minnhom se jinġarru l-annimali ovini u kaprini miżmuma lejn stabbiliment fejn huwa ppjanat li jsir ġbir f’daqqa tagħhom, dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-operaturi ma jridux jittrasportaw lill-annimali ovini u kaprini miżmuma fl-istess mezz tat-trasport ta’ annimali minn stabbilimenti oħra, sakemm il-gruppi ta’ dawk l-annimali ma jinżammux fiżikament separati minn xulxin fil-mezz tat-trasport;

(b)

l-operaturi ta’ stabbilimenti fejn ikun se jsir ġbir f’daqqa tal-annimali, soġġett għal permess mill-awtorità kompetenti, jirreġistraw il-kodiċi ta’ identifikazzjoni individwali ta’ annimal kif imsemmi fl-Artikolu 50(a) f’isem l-operatur tal-istabbiliment minn fejn jintbagħtu l-annimali ovini u kaprini u dawn ir-reġistri jinżammu minn dak l-operatur;

(c)

l-awtorità kompetenti trid tkun tat aċċess għall-bażi tad-data kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 49 lill-operaturi ta’ stabbilimenti fejn se jitwettqu l-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa tal-annimali ovini u kaprini;

(d)

l-operaturi tal-istabbilimenti fejn ikun se jsir ġbir f’daqqa tal-annimali irid ikollhom fis-seħħ proċeduri biex jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tiġi rreġistrata f’bażi tad-data kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 49.

TITOLU III

TRAĊĊABBILTÀ TAL-ANNIMALI PORCINI MIŻMUMA

KAPITOLU 1

Mezzi u metodi ta’ identifikazzjoni

Artikolu 52

Obbligi fuq l-operaturi li jżommu l-annimali porċini fir-rigward tal-mezzi u l-metodi ta’ identifikazzjoni tal-annimali porċini miżmuma, l-applikazzjoni u l-użu tagħhom

1.   L-operaturi ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali porċini għandhom jiżguraw li kull annimal porċin ikun identifikat bil-mezzi ta’ identifikazzjoni li ġejjin:

(a)

ċomba tal-widna konvenzjonali kif elenkat fil-punt (a) tal-Anness III jew ċomba tal-widna elettronika kif elenkat fil-punt (c) tal-Anness III, li titwaħħal mal-parti esterna tal-widna tal-annimal u turi b’mod ċar, li jista’ jinqara u li ma jitħassarx in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku

(i)

tal-istabbiliment fejn twieled l-annimal;

inkella

(ii)

tal-aħħar stabbiliment fil-katina tal-provvista msemmija fl-Artikolu 53 meta dawk l-annimali jinġarru lejn stabbiliment barra minn dik il-katina tal-provvista;

inkella

(b)

tattoo kif elenkat fil-punt (g) tal-Anness III fejn dan ikun applikat fuq l-annimal b’mod li ma jitħassarx in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku ta’

(i)

tal-istabbiliment fejn twieled l-annimal;

inkella

(ii)

tal-aħħar stabbiliment fil-katina tal-provvista msemmija fl-Artikolu 53 meta dawk l-annimali jinġarru lejn stabbiliment barra minn dik il-katina tal-provvista.

2.   L-operaturi li jżommu l-annimali porċini għandhom jiżguraw li:

(a)

il-mezzi tal-identifikazzjoni jitwaħħlu fuq l-annimali porċini:

(i)

fl-istabbiliment fejn twieldu;

inkella

(ii)

tal-aħħar stabbiliment fil-katina tal-provvista msemmija fl-Artikolu 53 meta dawk l-annimali jinġarru lejn stabbiliment barra minn dik il-katina tal-provvista;

(b)

l-ebda mezz ta’ identifikazzjoni ma jista’ jitneħħa, jiġi mmodifikat jew issostitwit mingħajr il-permess tal-awtorità kompetenti.

3.   L-operaturi ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali porċini jistgħu jissostitwixxu l-mezzi ta’ identifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu b’identifikatur elettroniku approvat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinżammu l-annimali ovini u kaprini skont l-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 54(1).

Artikolu 53

Derogi mir-rekwiżiti tal-Artikolu 52 fir-rigward tal-mezzi u l-metodi ta’ identifikazzjoni tal-annimali porċini miżmuma tal-katina tal-provvista

B’deroga mill-Artikolu 52, l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti lill-operaturi ta’ stabbilimenti tal-katina tal-provvista jidderogaw mill-obbligu li jidentifikaw l-annimali porċini meta jkun ippjanat li dawk l-annimali jinġarru fil-katina tal-provvista fit-territorju tal-Istat Membru tagħha, dment li l-applikazzjoni prattika tal-miżuri ta’ traċċabbiltà f’dak l-Istat Membru tiżgura t-traċċabbiltà sħiħa ta’ dawk l-annimali.

Artikolu 54

Eżenzjonijiet mogħtija mill-awtorità kompetenti għall-operaturi ta’ stabbilimenti konfinati u biex l-operaturi jidentifikaw l-annimali porċini miżmuma għal skopijiet kulturali, rikreattivi jew xjentifiċi

1.   L-awtorità kompetenti tista’ teżenta lill-operaturi ta’ stabbilimenti konfinati u lill-operaturi li jżommu l-annimali porċini għal skopijiet kulturali, rikreattivi jew xjentifiċi mir-rekwiżiti tal-identifikazzjoni tal annimali porċini previsti fl-Artikolu 52(1).

2.   Meta tagħti l-eżenzjonijiet kif previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li transponder injettabbli elenkat fil-punt (e) tal-Anness III, jkun ġie awtorizzat minnha għall-identifikazzjoni tal-annimali porċini msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u li tali mezz ta’ identifikazzjoni awtorizzat jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 55(1).

3.   L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-proċeduri għall-applikazzjoni mill-operaturi meta jitolbu tali eżenzjoni kif stipulat fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 55

Obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-mezzi u l-metodi ta’ identifikazzjoni ta’ annimali porċini miżmuma, u l-applikazzjoni u l-użu tagħhom

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mezzi ta’ identifikazzjoni elenkati fil-punti (a), (c), (e), u (g) tal-Anness III jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

li juru:

(i)

in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku tal-istabbilimenti fejn twieled l-annimal;

inkella

(ii)

fil-każ ta’ annimali li se jinġarru mill-istabbiliment tal-katina tal-provvista msemmi fl-Artikolu 53 għal stabbiliment ieħor barra dik il-katina tal-provvista, in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku tal-aħħar stabbiliment tal-katina tal-provvista;

(b)

li jkunu approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinżammu l-annimali porċini.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċeduri għall-applikazzjoni mill:

(a)

mill-manifatturi, għall-approvazzjoni tal-mezzi ta’ identifikazzjoni għall-annimali porċini miżmuma fit-territorju tagħhom;

(b)

mill-operaturi, għall-mezzi ta’ identifikazzjoni għall-annimali porċini li se jiġu allokati lill-istabbiliment tagħhom.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxi u jippubblikaw il-lista ta’ stabbilimenti fal-katina tal-provvista msemmija fl-Artikolu 53, fit-territorju tagħhom.

KAPITOLU 2

Il-bażi tad-data kompjuterizzata

Artikolu 56

Regoli għall-informazzjoni fil-bażi tad-data kompjuterizzata tal-annimali porċini miżmuma

L-awtorità kompetenti għandha żżomm l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 109(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/429 dwar l-annimali porċini miżmuma f’bażi tad-data kompjuterizzata skont ir-regoli li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni li ġejja jeħtieġ li tiġi rreġistrata għall-istabbilimenti li jżommu dawk l-annimali:

(i)

in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku assenjat lilu;

(ii)

l-isem u l-indirizz tal-operatur tal-istabbiliment;

(b)

l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi rreġistrata għal kull moviment ta’ dawk l-annimali lejn l-istabbiliment u ’l barra minnu:

(i)

l-għadd totali tal-annimali;

(ii)

in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku tal-istabbilimenti tal-oriġini u tad-destinazzjoni tagħhom;

(iii)

id-data tal-wasla;

(iv)

id-data tat-tluq.

KAPITOLU 3

Dokumenti tal-moviment

Artikolu 57

Dokumenti tal-moviment ta’ annimali porċini miżmuma li se jinġarru fit-territorju tal-Istat Membru

Id-dokumenti tal-moviment previsti fl-Artikolu 115(b) tar-Regolament (UE) 2016/429 għall-annimali tal-ispeċi porċina miżmuma li se jinġarru fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed, għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-informazzjoni li trid tinżamm fil-bażi tad-data kompjuterizza msemmija fl-Artikolu 56(a)(i) u fl-Artikolu 56(b)(i) (ii) u (iv);

(b)

in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku tat-trasportatur;

(c)

in-numru tal-pjanċa jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-mezz tat-trasport.

TITOLU IV

TRAĊĊABBILTÀ TAL-ANNIMALI EKWINI MIŻMUMA

KAPITOLU 1

Mezzi u metodi ta’ identifikazzjoni

Artikolu 58

Obbligi fuq l-operaturi li jżommu l-annimali ekwini f’dak li għandu x’jaqsam mal-mezzi u l-metodi tal-identifikazzjoni ta’ dawk l-annimali, u l-applikazzjoni u l-użu tagħhom

1.   L-operaturi tal-annimali ekwini miżmuma għandhom jiżguraw li kull annimal jiġi identifikat individwalment bil-mezzi ta’ identifikazzjoni li ġejjin:

(a)

transponder injettabbli kif elenkat fil-punt (e) tal-Anness III;

(b)

dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja.

2.   L-operaturi ta’ annimali ekwini miżmuma għandhom jiżguraw li:

(a)

l-annimali ekwini jiġu identifikati fil-perjodi taż-żmien previsti fl-Artikolu 12(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2015/262;

(b)

l-ebda mezz ta’ identifikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ma jitneħħa, jiġi mmodifikat jew issostitwit mingħajr il-permess tal-awtorità kompetenti tal-istabbiliment fejn normalment jinżammu dawk l-annimali.

3.   L-operaturi tal-annimali ekwini miżmuma, li, jekk ma jkunux sidien l-annimali, jaġixxu f’isem u bi qbil ma’ sid l-annimal, għandhom jissottomettu applikazzjoni għall-ħruġ ta’ dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja, imsemmi fl-Artikolu 65 jew 66, lill-awtorità kompetenti tal-istabbiliment fejn normalment jinżammu l-annimali, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-awtorità kompetenti biex timla dak id-dokument ta’ identifikazzjoni u r-rekords fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 64.

Artikolu 59

Obbligi tal-Istati Membri għall-mezzi u l-metodi ta’ identifikazzjoni tal-annimali ekwini miżmuma, u l-applikazzjoni u l-użu tagħhom

1.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li t-transponder injettabbli msemmi fl-Artikolu 58(1)(a) jiġi sostitwit b’:

(a)

ċomba tal-widna konvenzjonali waħda kif elenkat fil-punt (a) tal-Anness III mwaħħla fuq l-annimali ekwini li jinżammu għall-produzzjoni tal-laħam, dment li dawk l-annimali jkunu twieldu f’dak l-Istat Membru jew ġew importati f’dak l-Istat Membru mingħajr ma kellhom mezz fiżiku ta’ identifikazzjoni qabel ma daħlu fl-Unjoni;

(b)

metodu alternattiv awtorizzat mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 62, li jistabbilixxi rabta ċara bejn l-annimal ekwin u d-dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja msemmi fl-Artikolu 58(1)(b).

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mezzi ta’ identifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 58(1)(a), u l-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

li juru l-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-annimal;

(b)

li jkunu approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-annimali ekwini huma identifikati b’konformità mal-Artikolu 58(2)(a).

3.   L-Istati Membri għandhom:

(a)

jistabbilixxu l-proċeduri biex il-manifatturi japplikaw għall-approvazzjoni tal-mezzi ta’ identifikazzjoni għall-annimali ekwini miżmuma identifikati fit-territorju tagħhom;

(b)

jistabbilixxu l-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-ħruġ tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni previsti fl-Artikolu 58(1)(b).

Artikolu 60

Derogi għall-identifikazzjoni ta’ annimali ekwini miżmuma li jgħixu f’kundizzjonijiet parzjalment fis-selvaġġ

1.   B’deroga mill-Artikolu 58(2)(a), l-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw popolazzjonijiet ta’ annimali ekwini miżmuma li jgħixu f’kundizzjonijiet parzjalment fis-selvaġġ f’ċerti żoni tat-territorju tagħhom, li għandhom ikunu meħtieġa li jiġu identifikati biss f’konformità mal-Artikolu 58(1) meta:

(a)

jitneħħew minn tali popolazzjonijiet, minbarra jekk jiġu ttrasferiti taħt superviżjoni uffiċjali minn popolazzjoni speċifika għal oħra;

inkella

(b)

jiddaħħlu biex jinżammu għall-użu domestiku.

2.   Qabel ma jagħmlu użu mid-deroga prevista fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-popolazzjonijiet tal-annimali ekwini u ż-żoni fejn dawk l-annimali jgħixu f’kundizzjonijiet parzjalment fis-selvaġġ.

3.   B’deroga mill-Artikolu 58(1), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-applikazzjoni ta’ transponder injettabbli kif elenkat fil-punt (e) tal-Anness III aktar minn 12-il xahar qabel il-ħruġ ta’ dokument ta’ identifikazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dment li l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimal li jidher fuq it-transponder injettabbli jkun irreġistrat mill-operatur fil-ħin tal-impjantazzjoni tat-transponder injettabbli u jiġi trażmess lill-awtorità kompetenti.

Artikolu 61

Derogi għall-identifikazzjoni ta’ annimali ekwini miżmuma li jintbagħtu lejn biċċerija jew li jkunu akkumpanjati minn dokument ta’ identifikazzjoni temporanju

1.   B’deroga mill-Artikolu 58(2)(a), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-użu ta’ metodu ta’ identifikazzjoni ssimplifikat għall-annimali ekwini li jkunu maħsuba biex jintbagħtu lejn il-biċċerija li għalih ma nħareġ l-ebda dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja skont l-Artikolu 67(1), dment li

(a)

l-annimali ekwini jkollhom inqas minn 12-il xahar;

(b)

ikun hemm linja bla interruzzjoni tat-traċċabbiltà tal-annimali mill-istabbiliment fejn twieldu sal-biċċerija li tinsab fl-istess Stat Membru.

L-annimali ekwini jeħtieġ li jiġu ttrasportati direttament lejn il-biċċerija u waqt it-trasport iridu jiġu identifikati individwalment permezz ta’ transponder injettabbli, ċomba tal-widna konvenzjonali jew elettronika, jew faxxa tal-pastur konvenzzjonali jew elettronika kif elenkati fil-punti (a), (b), (c), (e) jew (f) tal-Anness III rispettivament.

2.   B’deroga mill-Artikolu 58(2)(a), l-awtorità kompetenti għandha, fuq talba mill-operatur tal-annimal ekwin, toħroġ dokument ta’ identifikazzjoni temporanju għall-perjodu ta’ żmien meta d-dokument tal-identifikazzjoni maħruġ skont l-Artikolu 67(1) jkun ċedut lil dik l-awtorità kompetenti sabiex taġġorna d-dettalji tal-identifikazzjoni f’dak id-dokument.

Artikolu 62

Awtorizzazzjoni ta’ metodi alternattivi ta’ identifikazzjoni tal-annimali ekwini miżmuma

1.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw metodi alternattivi xierqa għall-identifikazzjoni tal-annimali ekwini miżmuma, fosthom ir-reġistrazzjoni ta’ marki, li jiżguraw rabta ċara bejn l-annimal ekwin u d-dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja u juru li l-annimal ekwin għadda mill-proċess ta’ identifikazzjoni.

2.   L-Istati Membri li jawtorizzaw metodi alternattivi ta’ identifikazzjoni kif previst fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li:

(a)

il-metodi alternattivi ta’ identifikazzjoni jintużaw biss f’każijiet eċċezzjonali għall-identifikazzjoni ta’ annimali ekwini mdaħħla f’reġistri speċifiċi tat-tnissil jew jintużaw għal għanijiet speċifiċi, jew fil-każ ta’ annimali ekwini li ma jistgħux jiġu identifikati b’transponder injettabbli għal raġunijiet mediċi jew ta’ benessri tal-annimali;

(b)

kull metodu alternattiv ta’ identifikazzjoni awtorizzat, jew kull kombinazzjoni ta’ dawk il-metodi jipprovdu tal-inqas l-istess garanziji tat-transponder injettabbli;

(c)

il-format tal-informazzjoni dwar il-metodu alternattiv ta’ identifikazzjoni applikat fuq annimal ekwin għandu jkun adattat biex jiddaħħal f’bażitad-data li jista’ jsir tiftix fiha.

Artikolu 63

Obbligu fuq l-operaturi li jużaw metodi alternattivi ta’ identifikazzjoni

1.   L-operaturi li jagħmlu użu minn metodu ta’ identifikazzjoni alternattiv awtorizzat, kif previst fl-Artikolu 62(1), għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti, u jekk ikun hemm bżonn lil operaturi oħra, il-mezzi biex jaċċessaw dik l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni jew ikollhom l-oneru li b’xi mod jew bi ħlas iroddu lura l-ispejjeż tal-verifika tal-identità tal-annimali ekwini lil dawk l-awtoritajiet jew l-operaturi.

2.   Meta l-metodi alternattivi tal-identifikazzjoni jkunu bbażati fuq karatteristiċi tal-annimal ekwin li jistgħu jinbidlu maż-żmien, l-operatur għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa lill-awtorità kompetenti biex dawn jaġġornaw id-dokument ta’ identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 62 u l-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 64.

3.   Is-soċjetajiet tat-tnissil u l-assoċjazzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali li jamministraw iż-żwiemel għall-kompetizzjonijiet jew għat-tiġrijiet jistgħu jeżiġu li l-annimali ekwini li jkunu ġew identifikati b’metodu ta’ identifikazzjoni alternattiv previst fl-Artikolu 62 jiġu identifikati bl-impjantazzjoni ta’ transponder injettabbli biex l-annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina jiddaħħlu jew jiġu rreġistrati fil-kotba tat-tnissil jew biex iż-żwiemel jiġu rreġistrati għall-għanijiet ta’ kompetizzjonijiet jew ta’ tiġrijiet.

KAPITOLU 2

Il-bażi tad-data kompjuterizzata

Artikolu 64

Regoli għall-informazzjoni fil-bażi tad-data kompjuterizzata tal-annimali ekwini miżmuma

L-awtorità kompetenti għandha żżomm l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 109(1)(d) tar-Regolament (UE) 2016/429 dwar l-annimali ekwini f’bażi tad-data kompjuterizzata skont ir-regoli li ġejjin:

(a)

dwar l-istabbiliment fejn normalment jinżammu dawk l-annimali ekwini jridu jkunu rreġistrati:

(i)

in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku assenjat lilu;

(ii)

l-isem u l-indirizz tal-operatur tal-istabbiliment;

(b)

dwar kull annimal ekwin li normalment jinżamm fl-istabbiliment irid ikun irreġistrat:

(i)

il-kodiċi uniku;

(ii)

meta jkun disponibbli, il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-annimal li jintwera b’mezz ta’ identifikazzjoni fiżiku;

(iii)

meta t-transponder injettat ma jkunx ġie approvat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ġie identifikat l-annimal ekwin skont l-Artikolu 58(2), is-sistema għall-qari tat-transponder injettat;

(iv)

kull informazzjoni li tikkonċerna dokumenti ta’ identifikazzjoni ġodda, duplikati jew ta’ sostituzzjoni maħruġa għall-annimal;

(v)

l-ispeċi tal-annimal;

(vi)

is-sess tal-annimali, bil-possibbiltà li tiddaħħal id-data tal-ħasja;

(vii)

id-data u l-pajjiż tat-twelid kif iddikjarati mill-operatur tal-annimal ekwin miżmum;

(viii)

id-data tal-mewt naturali fl-istabbiliment jew tat-telfa ddikjarata mill-operatur tal-annimal ekwin miżmum, inkella d-data tal-iskarnar tal-annimal;

(ix)

l-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti, jew tal-korp tal-ħruġ li ġie assenjat il-kompitu, li ħareġ id-dokument ta’ identifikazzjoni;

(x)

id-data tal-ħruġ tad-dokument ta’ identifikazzjoni.

(c)

għandu jiġi rreġistrat il-kodiċi uniku ta’ kull annimal ekwin li jinżamm fl-istabbiliment għal perjodu ta’ aktar minn 30 jum; iżda, ħlief fil-każijiet li ġejjin:

(i)

għall-annimali ekwini li jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet, tlielaq, spettakli, taħriġ u tagħbija għal perjodu li ma jaqbiżx id-90 jum;

(ii)

għall-annimali ekwini maskili miżmuma għat-tnissil waqt l-istaġun tat-tnissil;

(iii)

għall-annimali ekwini femminili miżmuma għat-tnissil għal perjodu li ma jaqbiżx id-90 jum.

KAPITOLU 3

Dokument ta’ identifikazzjoni

Artikolu 65

Dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja tal-annimali ekwini miżmuma

1.   Id-dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja għandu jkun fih għallinqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimal li jintwera mit-transponder injettabbli jew miċ-ċomba tal-widna;

(b)

il-kodiċi uniku assenjat lill-annimal għat-tul ta’ ħajtu li jikkodifika

(i)

il-bażi tad-data kompjuterizzata li fiha l-awtorità kompetenti jew il-korp tal-ħruġ irreġistraw l-informazzjoni meħtieġa biex jinħareġ l-ewwel dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja msemmi fl-Artikolu 58(1)(b), u fejn meħtieġ dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja ta’ sostituzzjoni msemmi fl-Artikolu 69(2)(b);

(ii)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni numeriku tal-annimal ekwin individwali f’dik il-bażi tad-data;

(c)

l-ispeċi tal-annimal;

(d)

is-sess tal-annimal, bil-possibbiltà li tiddaħħal id-data tal-ħasja;

(e)

id-data u l-pajjiż tat-twelid kif iddikjarati mill-operatur tal-annimal ekwin miżmum;

(f)

l-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti li ħarġitu, jew tal-korp tal-ħruġ li lilu ġie assenjat il-kompitu;

(g)

id-data tal-ħruġ tad-dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja;

(h)

fejn japplika, l-informazzjoni dwar is-sostituzzjoni tal-mezz fiżiku ta’ identifikazzjoni u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimal li kien jintwera fuq il-mezz fiżiku ta’ identifikazzjoni sostitut;

(i)

fejn japplika,

(i)

il-marka ta’ validazzjoni li ngħatat u li ddaħlet fid-dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja mill-awtorità kompetenti jew mill-korp li lilu ġiet iddelegata din l-attività, għal perjodu li ma jaqbiżx l-4 snin, li tiddokumenta li l-annimal huwa normalment residenti fi stabbiliment rikonoxxut mill-awtorità kompetenti li hu stabbiliment b’riskju żgħir ta’ mard minħabba li jsirulu visti tas-saħħa frekwenti, verifiki tal-identit addizzjonali u ttestjar tas-saħħa u li ma jsirx tgħammir naturali fl-istabbiliment, ħlief f’bini separat iddedikat għalhekk, bil-possibbiltà li jiġġedded il-perjodu tal-validità tal-marka ta’ validazzjoni mogħtija;

inkella

(ii)

il-liċenzja li ngħatat mill-federazzjoni nazzjonali tal-Federation Equestre Internationale għall-parteċipazzjoni f’kompetizzjonijiet ekwestri u li ddaħħlet fid-dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja għal perjodu li ma jaqbiżx l-4 snin, jew il-liċenzja għall-parteċipazzjoni f’tiġrijiet li nħarġet mill-awtorità kompetenti tat-tiġrijiet u li tiddokumenta mill-inqas żewġ visti fis-sena minn veterinarju, inklużi dawk li huma meħtieġa biex isir tilqim regolari kontra l-influwenza ekwina u l-eżamijiet meħtieġa biex l-annimal jinġarr lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi, bil-possibbiltà li jiġġedded il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja maħruġa.

2.   Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-dokumenti ta’ identifikazzjoni uniċi għat-tul tal-ħajja għall-annimali ekwini rreġistrati u għall-ekwidi identifikati skont l-Artikolu 62 għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni bl-istampi u verbali tal-annimal, bil-possibbiltà li din l-informazzjoni tiġi aġġornata;

(b)

fejn japplika, informazzjoni dettaljata dwar il-metodi alternattivi ta’ identifikazzjoni;

(c)

fejn japplika, informazzjoni dwar ir-razza skont l-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1940;

(d)

fejn japplika, l-informazzjoni meħtieġa għall-użu tad-dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja għal skopijiet sportivi f’konformità mar-rekwiżiti tal-organizzazzjonijiet rilevanti li jimmaniġġjaw iż-żwiemel għall-kompetizzjonijiet jew għat-tiġrijiet, inkluża l-informazzjoni dwar it-testijiet għall-mard elenkat u mhux elenkat u t-tilqim kontrih kif meħtieġ għall-aċċess għall-kompetizzjonijiet u għat-tiġrijiet u biex tinkiseb il-liċenzja msemmija fil-paragrafu 1(i)(ii).

Artikolu 66

Obbligi fuq l-operaturi ta’ annimali ekwini miżmuma fir-rigward tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni uniċi għat-tul tal-ħajja

1.   L-operaturi tal-annimali ekwini miżmuma għandhom jiżguraw li dawk l-annimali jkunu dejjem akkumpanjati mid-dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja tagħhom.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-operaturi ma għandux ikollhom jiżguraw li l-annimali ekwini miżmuma jkunu akkumpanjati mid-dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja tagħhom meta dawk l-annimali:

(a)

ikunu fl-istalla jew fil-mergħat, u d-dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja jista’ jiġi ppreżentat mingħajr dewmien mill-operatur tal-annimal ekwin miżmum jew mill-operatur tal-istabbiliment li fih jinżamm l-annimal;

(b)

temporanjament jintrikbu, jitmexxew, jitwasslu jew jittieħdu:

(i)

fil-qrib tal-istabbiliment fejn jinżamm l-annimal fi Stat Membru;

inkella

(ii)

matul it-transumanza tal-annimali lejn u iż-żoni tal-mergħat għas-sajf reġistrati u lura minnhom, dment li d-dokumenti ta’ identifikazzjoni uniċi għat-tul tal-ħajja jkunu jistgħu jiġu ppreżentati fl-istabbiliment tat-tluq;

(c)

annimali ekwini li mhumiex miftuma u li jakkumpanjaw lil ommhom jew lill-omm adottiva tagħhom;

(d)

qed jipparteċipaw f’taħriġ jew test ta’ kompetizzjoni, tiġrija jew avveniment ekwestri li jitlobhom li jħallu temporanjament l-istabbiliment fejn ikun qed iseħħ it-taħriġ, il-kompetizzjoni, it-tiġrija jew l-avveniment;

(e)

itrasferiti jew ittrasportat f’sitwazzjoni ta’ emerġenza relatata mal-annimali nfushom jew mal-istabbiliment fejn jinżammu.

3.   L-operaturi tal-annimali ekwini miżmuma ma għandhomx iġorru l-annimali ekwini akkumpanjati mid-dokument temporanju msemmi fl-Artikolu 61(2) lejn il-biċċerija.

4.   L-operaturi tal-annimali ekwini miżmuma għandhom jirritornaw id-dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja lill-awtorità kompetenti li ħarġitu, jew lill-korp tal-ħruġ li lilu ġie ddelegat il-kompitu, kif iddekodifikat mill-kodiċi uniku wara l-mewt jew it-telfa tal-annimal ekwin.

Artikolu 67

Obbligi fuq l-awtorità kompetenti fir-rigward tal-ħruġ tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni uniċi għat-tul tal-ħajja duplikati u ta’ sostituzzjoni

1.   Fuq applikazzjoni mill-operatur, l-awtorità kompetenti jew il-korp tal-ħruġ li lilu ġie ddelegat il-kompitu, għandhom joħorġu dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja duplikat fejn l-identità tal-annimal ekwin miżmum tista’ tiġi stabbilita u l-operatur jew

(a)

iddikjara t-telfa tad-dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja maħruġ fir-rigward tal-annimal;

inkella

(b)

ma identifikax l-annimal fiż-żminijiet stipulati fl-Artikolu 58(2)(a).

2.   Fuq applikazzjoni mill-operatur jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja ta’ sostituzzjoni fejn l-identità tal-annimal ma tistax tiġi stabbilita u l-operatur jew

(a)

iddikjara t-telfa tad-dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja maħruġ fir-rigward tal-annimal;

inkella

(b)

naqas milli jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ identifikazzjoni tal-Artikolu 58(2)(b).

Artikolu 68

Obbligi fuq l-awtorità kompetenti fir-rigward tal-ħruġ ta’ dokumenti ta’ identifikazzjoni permanenti uniċi għall-annimali ekwini reġistrati

Meta annimal ekwin identifikat isir annimal ekwin irreġistrat u d-dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja maħruġ fir-rigward ta’ dak l-annimal ma jkunx jista’ jiġi addattat biex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 65(2), l-awtorità kompetenti, jew il-korp tal-ħruġ li lilu ġie ddelegat il-kompitu, fuq applikazzjoni mill-operatur tal-annimal ekwin għandha toħroġ dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja ġdid biex jissostitwixxi dak preċedenti, li jkun fih l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 65(1) u (2).

Artikolu 69

Obbligi fuq l-awtorità kompetenti fir-rigward tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni duplikati, ta’ sostituzzjoni, u ġodda

1.   L-awtorità kompetenti, jew il-korp tal-ħruġ li lilu ġie ddelegat il-kompitu, għandhom idaħħlu l-informazzjoni dwar il-ħruġ ta’ dokument ta’ identifikazzjoni duplikat jew ta’ sostituzzjoni skont l-Artikolu 67 jew dwar il-ħruġ ta’ dokument ta’ identifikazzjoni ġdid skont l-Artikolu 68 fil-bażi tad-data kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 64.

2.   L-awtorità kompetenti, jew il-korp tal-ħruġ li lilu ġie ddelegat il-kompitu, għandhom idaħħlu

(a)

fid-dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja duplikat u fid-dokument ta’ identifikazzjoni permanenti uniku l-ġdid, il-kodiċi uniku assenjat lill-annimal skont l-Artikolu 65(1)(b) fid-data tal-ħruġ tal-ewwel dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja;

inkella

(b)

fid-dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja ta’ sostituzzjoni, il-kodiċi uniku assenjat lill-annimal ekwin fid-data tal-ħruġ tiegħu.

TITOLU V

TRAĊĊABBILTÀ TAL-KLIEB, TAL-QTATES U TAL-INMSA MIŻMUMA, TAL-ANNIMALI TAL-FAMILJA TAL-IĠMLA U TAĊ-ĊERVIDI, TAL-GĦASAFAR MIŻMUMA U TAL-ANNIMALI TERRESTRI F’ĊIRKI LI JIVVJAĠĠAW U WIRJIET TAL-ANNIMALI

KAPITOLU 1

Traċċabbiltà tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa miżmuma

Taqsima 1

Mezzi ta’ identifikazzjoni

Artikolu 70

Obbligi fuq l-operaturi li jżommu l-klieb, il-qtates u l-inmsa fir-rigward tal-mezzi u l-metodi ta’ identifikazzjoni ta’ dawk l-annimali, u l-applikazzjoni u l-użu tagħhom

L-operaturi li jżommu l-klieb, il-qtates u l-inmsa għandhom jiżguraw li:

(a)

dawk l-annimali jkunu identifikati individwalment permezz ta’ transponder injettabbli kif elenkat fil-punt (e) tal-Anness III meta jinġarru lejn Stat Membru ieħor;

(b)

it-transponder injettabbli li se jiġi impjantat fl-annimal ikun approvat mill-awtorità kompetenti;

(c)

jipprovdu lill-awtorità kompetenti, u fejn meħtieġ lill-operaturi l-oħra, l-apparat tal-qari li jippermetti fi kwalunkwe ħin il-verifika tal-identifikazzjoni individwali tal-annimal f’każ li t-transponder injettabli impjantat ma kienx approvat mill-awtorità kompetenti.

Taqsima 2

Dokument ta’ identifikazzjoni

Artikolu 71

Dokument ta’ identifikazzjoni tal-klieb, il-qtates u l-inmsa miżmuma

L-operaturi li jżommu l-klieb, il-qtates u l-inmsa għandhom jiżguraw li kull wieħed minn dawk l-annimali, meta jinġarr lejn Stat Membru ieħor, ikun akkumpanjat minn dokument ta’ identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 6(d) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, li jkun mimli kif meħtieġ u li jkun inħareġ f’konformità mal-Artikolu 22 ta’ dak ir-Regolament.

Taqsima 3

Traċċabbiltà tal-annimali domestiċi

Artikolu 72

Rekwiżiti tat-traċċabbiltà għall-movimenti tal-annimali domestiċi għajr il-movimenti mhux kummerċjali

L-operaturi għandhom jiżguraw li l-annimali domestiċi li jinġarru fi Stat Membru ieħor għal skopijiet għajr il-moviment mhux kummerċjali, jikkonformaw mar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 70 u 71.

KAPITOLU 2

Traċċabbiltà tal-annimali tal-familja tal-iġmla u taċ-ċervidi miżmuma

Artikolu 73

Obbligi fuq l-operaturi li jżommu l-annimali tal-familja tal-iġmla u ċ-ċervidi fir-rigward tal-mezzi u l-metodi ta’ identifikazzjoni ta’ dawk l-annimali, u l-applikazzjoni u l-użu tagħhom

1.   L-operaturi li jżommu l-annimali tal-familja tal-iġmla għandhom jiżguraw li dawk l-annimali jkunu identifikati individwalment jew permezz ta’:

(a)

ċomba tal-widna konvenzjonali kif elenkat fil-punt (a) tal-Anness III li titwaħħal mal-parti esterna tal-widna tal-annimali fejn il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimal jintwera b’mod ċar, jista’ jinqara u ma jistax jitħassar;

inkella

(b)

transponder injettabbli kif elenkat fil-punt (e) tal-Anness III fejn il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimal jintwera b’mod li jista’ jinqara u li ma jitħassarx.

2.   L-operaturi li jżommu l-annimali ċervidi għandhom jiżguraw li dawk l-annimali jkunu identifikati individwalment permezz ta’ dawn il-mezzi li ġejjin:

(a)

ċomba tal-widna konvenzjonali kif elenkat fil-punt (a) tal-Anness III li titwaħħal mal-parti esterna tal-widna tal-annimali fejn il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimal jintwera b’mod ċar, jista’ jinqara u ma jistax jitħassar;

inkella

(b)

transponder injettabbli kif elenkat fil-punt (e) tal-Anness III fejn il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimal jintwera b’mod li jista’ jinqara u li ma jitħassarx;

inkella

(c)

tattoo kif elenkat fil-punt (g) tal-Anness III li jkun applikat fuq l-annimal b’mod li l-kodiċi ta’ identifikazzjoni jintwera b’mod li ma jitħassarx.

3.   L-operaturi li jżommu l-annimali tal-familja tal-iġmla u ċ-ċervidi għandhom jiżguraw li:

(a)

il-mezzi tal-identifikazzjoni jitwaħħlu fuq dawk l-annimali fl-istabbiliment fejn twieldu;

(b)

l-ebda mezz ta’ identifikazzjoni ma jista’ jitneħħa, jiġi mmodifikat jew issostitwit mingħajr il-permess tal-awtorità kompetenti;

(c)

jipprovdu lill-awtorità kompetenti, u fejn meħtieġ lill-operaturi l-oħra, l-apparat tal-qari li jippermetti fi kwalunkwe ħin il-verifika tal-identifikazzjoni individwali tal-annimal f’każ li t-transponder injettabbli impjantat ma jkunx ġie approvat mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 74

Eżenzjoni għall-operaturi li jżommu r-renniet

Bħala eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-Artikolu 73(2), l-operaturi li jżommu r-renniet għandhom jiżguraw li dawk l-annimali miżmuma fl-istabbilimenti tagħhom ikunu identifikati b’mod individwali b’metodu alternattiv awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

Artikolu 75

L-obbligi tal-Istati Membri rigward il-mezzi ta’ identifikazzjoni tal-annimali tal-familja tal-iġmla u ċ-ċervidi miżmuma

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mezzi ta’ identifikazzjoni elenkati fil-punti (a), (e), u (g) tal-Anness III jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

li juru l-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-annimal;

(b)

li jkunu approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinżammu l-annimali tal-familja tal-iġmla u ċ-ċervidi.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċeduri għal dawn li ġejjin:

(a)

l-applikazzjoni għall-approvazzjoni mill-manifatturi ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni għall-annimali tal-familja tal-iġmla u ċ-ċervidi miżmuma fit-territorju tagħhom;

(b)

l-applikazzjoni minn operaturi li jżommu l-annimali tal-familja tal-iġmla u ċ-ċervidi għall-mezzi ta’ identifikazzjoni li jridu jiġu allokati lill-istabbiliment tagħhom.

KAPITOLU 3

Traċċabbiltà tal-għasafar miżmuma

Artikolu 76

Obbligi fuq l-operaturi li jżommu l-psittacidae fir-rigward tal-mezzi u l-metodi tal-identifikazzjoni ta’ dawk l-annimali, u l-applikazzjoni u l-użu tagħhom

1.   L-operaturi li jżommu l-psittacidae għandhom jiżguraw li dawk l-annimali jkunu identifikati individwalment, meta dawn jinġarru lejn Stat Membru ieħor, permezz ta’ wieħed mill-mezzi ta’ identifikazzjoni li ġejjin:

(a)

ċurkett fis-sieq kif elenkat fil-punt (h) tal-Anness III li jitwaħħal tal-inqas ma’ sieq waħda tal-annimal fejn il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimal jintwera b’mod ċar, li jista’ jinqara u li ma jitħassarx;

inkella

(b)

transponder injettabbli kif elenkat fil-punt (e) tal-Anness III fejn il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimal jintwera b’mod li jista’ jinqara u li ma jitħassarx;

inkella

(c)

tattoo kif elenkat fil-punt (g) tal-Anness III applikat fuq l-annimal b’mod li l-kodiċi ta’ identifikazzjoni jintwera b’mod ċar u li ma jitħassarx.

2.   L-operaturi li jżommu l-psittacidae għandhom:

(a)

jiżguraw li l-mezz ta’ identifikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1(b) jkun approvat mill-awtorità kompetenti;

(b)

jipprovdu lill-awtorità kompetenti, u fejn meħtieġ lill-operaturi l-oħra, l-apparat tal-qari li jippermetti fi kwalunkwe ħin il-verifika tal-identifikazzjoni individwali tal-annimal f’każ li l-mezzi ta’ identifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(b) ma jkunx ġie approvat mill-awtorità kompetenti.

KAPITOLU 4

Traċċabbiltà ta’ annimali terrestri miżmuma fiċ-ċirki li jivvjaġġaw u għall-wirjiet tal-annimali

Taqsima 1

Id-dokumenti tal-moviment u l-identifikazzjoni tal-annimali terrestri miżmuma f’ċirki li jivvjaġġaw u għall-wirjiet tal-annimali

Artikolu 77

Obbligi fuq l-awtorità kompetenti fir-rigward tad-dokument tal-moviment ta’ annimali terrestri miżmuma f’ċirki li jivvjaġġaw u għall-wirjiet tal-annimali

1.   L-awtorità kompetenti għandha toħroġ dokument tal-moviment kif previst fl-Artikolu 117(b) tar-Regolament (UE) 2016/429 għall-annimali terrestri kollha miżmuma f’ċirki li jivvjaġġaw jew għall-wirjiet tal-annimali li se jinġarru lejn Stat Membru ieħor, għajr għal-lagomorfi, ir-rodituri, in-naħal u n-naħal bagħli.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li d-dokument tal-moviment previst fil-paragrafu 1 jinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem kummerċjali taċ-ċirku li qed jivvjaġġa jew tal-wirja tal-annimali;

(b)

in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku taċ-ċirku li qed jivvjaġġa jew tal-wirja tal-annimali assenjat mill-awtorità kompetenti;

(c)

l-isem u l-indirizz tal-operatur taċ-ċirku li qed jivvjaġġa jew tal-wirja tal-annimali;

(d)

l-ispeċi u l-għadd;

(e)

għal kull annimal li l-operatur taċ-ċirku li qed jivvjaġġa jew tal-wirja tal-annimali ma jkunx responsabbli għalih, l-isem u l-indirizz tal-operatur responsabbli għall-annimal jew ta’ sid l-annimal domestiku;

(f)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimal li jintwera bil-mezzi ta’ identifikazzjoni previsti fl-Artikoli 38, 39, 45, 47, 52, 54, 58, 70, 73, 74 u 76;

(g)

it-tip ta’ identifikatur elettroniku u l-post fejn jinsab, jekk ikun twaħħal fuq l-annimal kif imsemmi fil-punt (f);

(h)

il-marka ta’ identifikazzjoni, il-mezz ta’ identifikazzjoni u l-post fejn jinsab, meta applikabbli, għal annimali oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (f) applikati mill-operatur;

(i)

id-data tal-moviment ta’ kull annimal lejn u lura miċ-ċirku li qed jivvjaġġa jew lejn u lura mill-wirja tal-annimali;

(j)

l-isem, l-indirizz u l-firma tal-veterinarju uffiċjali li qed joħroġ id-dokument ta’ identifikazzjoni;

(k)

id-data tal-ħruġ tad-dokument tal-moviment.

Artikolu 78

Obbligi fuq l-awtorità kompetenti fir-rigward tad-dokument ta’ identifikazzjoni ta’ annimali terrestri miżmuma f’ċirki li jivvjaġġaw u għall-wirjiet tal-annimali

1.   L-awtorità kompetenti għandha toħroġ dokument ta’ identifikazzjoni kif previst fl-Artikolu 117(b) tar-Regolament (UE) 2016/429 għal kull annimal terrestri miżmum f’ċirki li jivvjaġġaw u għall-wirjiet tal-annimali li se jinġarru fi Stat Membru ieħor, għajr għall-annimali tal-ispeċi ekwina, l-għasafar, il-klieb, il-qtates u l-inmsa, il-lagomorfi u r-rodituri.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li d-dokument ta’ identifikazzjoni previst fil-paragrafu 1 jinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-operatur responsabbli għall-annimal;

(b)

l-ispeċi, is-sess, il-kulur, u kull karatteristika jew karatteristiċi tal-annimal notevoli jew li jintgħarfu;

(c)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimal identifikat bil-mezzi ta’ identifikazzjoni previsti fl-Artikoli 38, 39, 45, 47, 52, 54, 58, 70, 73, 74 u 76;

(d)

it-tip ta’ identifikatur elettroniku u l-post fejn jinsab, jekk ikun applikat fuq l-annimal kif imsemmi fil-punt (c);

(e)

il-marka ta’ identifikazzjoni, il-mezz ta’ identifikazzjoni u l-post fejn jinstab, jekk japplika, għal annimali oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (c) applikati mill-operatur;

(f)

dettalji dwar it-tilqim tal-annimal, jekk japplika;

(g)

dettalji dwar it-trattamenti tal-annimal, jekk japplika;

(h)

dettalji dwar it-testijiet dijanjostiċi;

(i)

l-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti li qed toħroġ id-dokument ta’ identifikazzjoni;

(j)

id-data tal-ħruġ tad-dokument ta’ identifikazzjoni.

Artikolu 79

Obbligi fuq l-awtorità kompetenti fir-rigward tad-dokument ta’ identifikazzjoni tal-għasafar miżmuma f’ċirki li jivvjaġġaw u għall-wirjiet tal-annimali

1.   L-awtorità kompetenti għandha toħroġ dokument ta’ identifikazzjoni kif previst fl-Artikolu 117(b) tar-Regolament (UE) 2016/429 għal qatgħa għasafar miżmuma f’ċirki li jivvjaġġaw u għall-wirjiet tal-annimali li se jinġarru lejn Stat Membru ieħor.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li d-dokument ta’ identifikazzjoni previst fil-paragrafu 1 jinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-operatur responsabbli għall-għasafar;

(b)

l-ispeċijiet tal-għasafar;

(c)

il-marka ta’ identifikazzjoni, il-mezz ta’ identifikazzjoni u l-post fejn jinsab jekk ikun ġie applikat fuq l-għasafar;

(d)

dettalji dwar it-tilqim tal-għasafar, jekk japplika;

(e)

dettalji dwar it-trattamenti tal-għasafar, jekk japplika;

(f)

dettalji dwar it-testijiet dijanjostiċi;

(g)

l-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti li qed toħroġ id-dokument ta’ identifikazzjoni;

(h)

id-data tal-ħruġ tad-dokument ta’ identifikazzjoni.

TITOLU VI

TRAĊĊABBILTÀ TAL-BAJD GĦAT-TIFQIS

Artikolu 80

Obbligu fuq l-operaturi fir-rigward tat-traċċabbiltà tal-bajd għat-tifqis

L-operaturi tal-istabbilimenti li jżommu t-tjur u l-operaturi tal-imfaqas għandhom jiżguraw li kull bajda għat-tifqis tkun immarkata bin-numru tal-approvazzjoni uniku tal-istabbiliment tal-oriġini tal-bajd għat-tifqis.

TITOLU VII

TRAĊĊABBILTÀ TAL-ANNIMALI TERRESTRI MIŻMUMA WARA LI JIDĦLU FL-UNJONI

Artikolu 81

Obbligi fuq l-operaturi fir-rigward tal-mezzi u l-metodi ta’ identifikazzjoni tal-annimali bovini, ovini, kaprini, porċini, tal-annimali tal-familja tal-iġmla jew taċ-ċervidi miżmuma wara li jidħlu fl-Unjoni

1.   Fil-każ li l-mezzi ta’ identifikazzjoni jkunu twaħħlu fuq l-annimali bovini, ovini, kaprini, porċini, fuq l-annimali tal-familja tal-iġmla jew fuq iċ-ċervidi miżmuma f’pajjiżi jew f’territorji terzi, wara li dawn jidħlu fl-Unjoni u meta jibqgħu fl-Unjoni, l-operaturi tal-ewwel stabbilimenti fejn ikunu daħlu dawn l-annimali għandhom jiżguraw li l-annimali jkunu identifikati bil-mezzi ta’ identifikazzjoni previsti fl-Artikoli 38, 39, 45, 47, 52, 54, 73 u 74, kif xieraq.

2.   Fil-każ tal-annimali bovini, ovini, kaprini, porċini, l-annimali tal-familja tal-iġmla jew taċ-ċervidi miżmuma li joriġinaw minn Stati Membri u li jkunu identifikati skont ir-regoli tal-Unjoni, wara li dawn jiddaħħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jew minn territorji terzi, u meta jibqgħu fl-Unjoni, l-operaturi tal-ewwel stabbilimenti fejn ikunu daħlu dawn l-annimali għandhom jassiguraw li l-annimali jkunu identifikati bil-mezzi ta’ identifikazzjoni previsti f’Artikoli 38, 39, 45, 47, 52, 54, 73 u 74, kif xieraq.

3.   L-operaturi ma għandhomx japplikaw ir-regoli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għall-annimali bovini, ovini, kaprini, porċini, għall-annimali tal-familja tal-iġmla jew għaċ-ċervidi miżmuma li jkun ippjanat li se jinġarru lejn biċċerija li tinsab fi Stat Membru, sakemm l-annimali jiġu skarnati fil-perjodu tal-ħamest ijiem ta’ wara li jidħlu fl-Unjoni.

Artikolu 82

Obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-mezzi u l-metodi ta’ identifikazzjoni tal-annimali bovini, ovini, kaprini, porċini, l-annimali tal-familja tal-iġmla jew iċ-ċervidi miżmuma wara li jidħlu fl-Unjoni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċeduri għall-operaturi ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali msemmija fl-Artikolu 81(2) biex isegwuhom meta jitolbu l-allokazzjoni tal-mezzi ta’ identifikazzjoni lill-istabbiliment tagħhom.

Artikolu 83

Obbligi fuq l-operaturi fir-rigward tal-mezzi u l-metodi ta’ identifikazzjoni tal-annimali miżmuma tal-ispeċi ekwina wara li jidħlu fl-Unjoni

L-operaturi tal-annimali miżmuma tal-ispeċi ekwina għandhom jiżguraw li wara d-dħul tal-annimali ekwini fl-Unjoni u meta jibqgħu fl-Unjoni, dawn jiġu identifikati skont l-Artikolu 58 wara d-data tat-tlestija tal-proċedura doganali, kif iddefinit fl-Artikolu 5(16)(a) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

PARTI IV

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 84

Tħassir

L-atti li ġejjin huma mħassra mill-21 ta’ April 2021:

ir-Regolament (KE) Nru 509/1999,

ir-Regolament (KE) Nru 2680/99,

id-Deċiżjoni 2000/678/KE,

id-Deċiżjoni 2001/672/KE,

ir-Regolament (KE) Nru 911/2004,

id-Deċiżjoni 2004/764/KE,

ir-Regolament (KE) Nru 644/2005,

ir-Regolament (KE) Nru 1739/2005,

id-Deċiżjoni 2006/28/KE,

id-Deċiżjoni 2006/968/KE,

id-Deċiżjoni 2009/712/KE,

Ir-Regolament (UE) 2015/262.

Ir-referenzi għall-atti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 85

Miżuri tranżitorji b’rabta mat-tħassir tar-Regolament (KE) Nru 1739/2005

Minkejja l-Artikolu 84 ta’ dan ir-Regolament, l-Artikolu 5 u l-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1739/2005 dwar ir-reġistru tal-annimali u l-passaporti tal-annimali, u l-Annessi I, III u IV tiegħu, għandhom jibqgħu japplikaw sa data li trid tiġi stabbilita mill-Kummissjoni f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 120(2) tar-Regolament (UE) 2016/429.

Artikolu 86

Miżuri tranżitorji b’rabta mat-tħassir tar-Regolament (UE) 2015/262

Minkejja l-Artikolu 84 ta’ dan ir-Regolament:

(a)

l-iskadenzi għall-identifikazzjoni tal-ekwidi li jitwieldu fl-Unjoni previsti fl-Artikolu 12(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2015/262 għandhom jibqgħu japplikaw sa data li tiddetermina l-Kummissjoni f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 120(2) tar-Regolament (UE) 2016/429;

(b)

ir-regoli dwar l-ekwidi maħsubin għall-iskarnar għall-konsum mill-bniedem u dwar ir-rekords tal-medikazzjoni, previsti fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2015/262, għandhom jibqgħu japplikaw sa data li tiddetermina l-Kummissjoni f’att delegat adottat skont l-Artikolu 109(1) tar-Regolament (UE) 2019/6;

(c)

ir-regoli dwar il-format u l-kontenut tad dokumenti tal-identifikazzjoni li jinħarġu għall-ekwidi li jitwieldu fl-Unjoni, previsti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/262 għandhom jibqgħu japplikaw sa data li tiddetermina l-Kummissjoni f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 120(2) tar-Regolament (UE) 2016/429.

Artikolu 87

Miżuri tranżitorji rigward l-identifikazzjoni ta’ annimali terrestri miżmuma

1.   L-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, ir-Regolament (KE) Nru 21/2004, u d-Direttiva 2008/71/KE, kif ukoll l-atti adottati bbażati fuqhom, għandhom jibqgħu japplikaw sal-21 ta’ April 2021.

2.   L-annimali bovini, ovini, kaprini u porċini miżmuma li jkunu ġew identifikati qabel il-21 ta’ April 2021 skont ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000, ir-Regolament (KE) Nru 21/2004 u d-Direttiva 2008/71/KE, kif ukoll l-atti adottati bbażati fuqhom, għandhom jitqiesu li ġew identifikati skont dan ir-Regolament.

3.   L-annimali ekwini miżmuma li jkunu ġew identifikati qabel il-21 ta’ April 2021 skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/262 għandhom jitqiesu li ġew identifikati skont dan ir-Regolament.

4.   L-annimali tal-familja tal-iġmla u ċ-ċervidi miżmuma li ġew identifikati qabel il-21 ta’ April 2021 skont il-liġi nazzjonali applikabbli għandhom jitqiesu li ġew identifikati skont dan ir-Regolament.

5.   Il-psittacidae miżmuma li jkunu ġew identifikati qabel il-21 ta’ April 2021 skont id-Direttiva 92/65/KEE għandhom jitqiesu li ġew identifikati skont dan ir-Regolament.

Artikolu 88

Miżuri tranżitorji rigward l-informazzjoni fir-reġistri li jinżammu mill-awtoritajiet kompetenti

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sal-21 ta’ April 2021, l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18 sa 21 ta’ dan ir-Regolament dwar l-istabbilimenti u l-operaturi eżistenti msemmija fl-Artikolu 279(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 tkun iddaħħlet dwar kull stabbiliment u operatur fir-reġistri ddedikati għalihom li jinżammu mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 89

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-21 ta’ April 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tifqis minn pajjiżi terzi (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/97 tal-25 ta’ Ġunju 1997 dwar kriterji tal-Komunità għal postijiet ta’ waqfien u li jemenda l-pjan ta’ rotta msemmi fl-Anness tad-Direttiva 91/628/KEE (ĠU L 174, 2.7.1997, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2013 tas-7 ta’ Jannar 2013 li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fl-Unjoni u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom (ĠU L 47, 20.2.2013, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 92/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8).

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (ĠU L 213, 8.8.2008, p. 31).

(11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1).

(14)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1739/2005 tal-21 ta’ Ottubru 2005 li jistipula r-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għall-moviment tal-annimali taċ-ċirku bejn l-Istati Membri (ĠU L 279, 22.10.2005, p. 47).

(15)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).

(16)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1).

(17)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/262 tas-17 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi regoli skont id-Direttivi tal-Kunsill 90/427/KEE u 2009/156/KE fir-rigward tal-metodi għall-identifikazzjoni tal-equidae (Regolament dwar il-Passaport Ekwin) (ĠU L 59, 3.3.2015, p. 1).

(18)  Ir-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, majjali ibridi għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (“ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali”) (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 66).

(19)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1940 tat-13 ta’ Lulju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut u tal-format ta’ ċertifikati żootekniċi maħruġa għal annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina inklużi f’dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja għall-equidae (ĠU L 275, 25.10.2017, p. 1).

(20)  Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).

(21)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 509/1999 tat-8 ta’ Marzu 1999 dwar estensjoni tal-perjodu massimu taż-żmien preskritt għat-twaħħil ta’ lametti tal-widnejn tal-bufli (Bison bison spp.) (ĠU L 60, 9.3.1999, p. 53).

(22)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2680/1999 tas-17 ta’ Diċembru 1999 li japprova sistema ta’ identifikazzjoni għall-barrin maħsuba għall-ġrajjiet kulturali u sportivi (ĠU L 326, 18.12.1999, p. 16).

(23)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/678/KE tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-registrazzjoni ta’ rziezet f’databases nazzjonali għall-majjali kif prevvist mid-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (ĠU L 281, 7.11.2000, p. 16).

(24)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE tal-20 ta’ Awwissu 2001 li tistabbilixxi regoli speċjali applikabbli għall-movimenti ta’ annimali bovini meta mqegħda jirgħu fis-sajf fl-oqsma tal-muntanji (ĠU L 235, 4.9.2001, p. 23).

(25)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lametti tal-widnejn, tal-passaporti u tar-reġistri (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 65).

(26)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/764/KE tat-22 ta’ Ottubru 2004 dwar estensjoni tal-perjodu massimu stabbilit għall-applikazzjoni tal-lametti tal-widnejn fuq ċerti annimali bovini li jinżammu fir-riżervi naturali fin-Netherlands, (ĠU L 339, 16.11.2004, p. 9).

(27)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 644/2005 tas-27 ta’ April 2005 li jawtorizza sistema ta’ identifikazzjoni speċifika għall-annimali bovini miżmuma għal għanijiet kulturali u storiċi f’postijiet approvati kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 107, 28.4.2005, p. 18).

(28)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/28/KE tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar estensjoni tal-perjodu massimu biex jitwaħħlu l-lametti tal-widnejn fuq ċerti annimali bovini (ĠU L 19, 24.1.2006, p. 32).

(29)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/968/KE tal-15 ta’ Diċembru 2006 li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward ta’ linji gwida u proċeduri għall-identifikazzjoni tal-annimali ovini u kaprini (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 41).

(30)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/712/KE tat-18 ta’ Settembru 2009 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE fir-rigward ta’ paġni ta’ tagħrif ibbażati fuq l-Internet li fihom listi ta’ stabbilimenti u laboratorji approvati mill-Istati Membri bi qbil mal-leġiżlazzjoni veterinarja u żooteknika tal-Komunità (ĠU L 247, 19.9.2009, p. 13).


ANNESS I

REKWIŻITI GĦALL-GĦOTI TA’ APPROVAZZJONI LILL-ISTABBILIMENTI KIF IMSEMMI FIL-KAPITOLI 2, 3 U 4 TAT-TITOLU I TAL-PARTI II

PARTI 1

Rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni lill-istabbilimenti għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa tal-ungulati msemmija fl-Artikolu 5

1.

Ir-rekwiżiti f’dak li għandu x’jaqsam mal-miżuri ta’ iżolament u ta’ bijosigurtà ta’ stabbilimenti għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa tal-ungulati, kif imsemmi fl-Artikolu 5, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

iridu jkunu disponibbli faċilitajiet xierqa ta’ iżolament għall-ungulati;

(b)

fi kwalunkwe ħin, huwa meħtieġ li l-istabbiliment jakkomoda biss l-istess kategorija ta’ ungulati tal-istess speċi u status ta’ saħħa;

(c)

irid ikun hemm sistema xierqa fis-seħħ li tiżgura l-ġbir tal-ilma mormi;

(d)

iż-żoni fejn jinżammu l-ungulati u kull passaġġ, u materjal u tagħmir li jiġu f’kuntatt magħhom iridu jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati wara li jitneħħa kull grupp ta’ ungulati, u fejn meħtieġ, qabel ma jiddaħħal grupp ġdid ta’ ungulati, skont il-proċeduri operattivi stabbiliti;

(e)

iridu jittieħdu pawżi sanitarji xierqa wara l-operazzjonijiet ta’ tindif u diżinfettar u qabel il-wasla ta’ kull grupp ġdid ta’ ungulati fil-faċilitajiet fejn jinżammu l-ungulati.

2.

Ir-rekwiżiti b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir ta’ stabbilimenti għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa tal-ungulati, kif imsemmi fl-Artikolu 5, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

irid ikollhom disponibbli tagħmir u faċilitajiet xierqa għat-tgħabbija u l-ħatt tal-ungulati;

(b)

jeħtieġ li jkunu disponibbli postijiet adegwati għall-għajxien ta’ standard addattat għall-ungulati mibnija b’tali mod li ma jkunx jista’ jsir kuntatt ma’ bhejjem li jkunu barra u ma jkunx hemm komunikazzjoni diretta mal-akkomodazzjoni ta’ iżolament, u fejn l-ispezzjoni u kull trattament meħtieġ jistgħu jitwettqu faċilment;

(c)

irid ikun hemm żona xierqa fejn jinħażnu l-materjal tal-marqad, l-għalf, il-mifrex u d-demel;

(d)

iż-żoni fejn jinżammu dawk l-annimali u l-passaġġi, l-artijiet, il-ħitan, ir-rampi u kull materjal jew tagħmir ieħor li jiġi f’kuntatt magħhom iridu jkunu jistgħu jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati faċilment;

(e)

irid ikun hemm it-tagħmir xieraq għat-tindif u għad-diżinfezzjoni tal-faċilitajiet, tat-tagħmir u tal-mezzi tat-trasport li jintużaw għall-ungulati.

3.

Ir-rekwiżiti b’rabta mal-persunal ta’ stabbilimenti għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa tal-ungulati, kif imsemmi fl-Artikolu 5, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

irid ikollhom il-ħila u l-għarfien xierqa, u jkunu rċevew taħriġ speċifiku, jew ikunu kisbu l-esperjenza prattika ekwivalenti:

(i)

fl-immaniġġjar tal-ungulati li jinżammu fl-istabbiliment, u jekk ikun hemm bżonn fl-amministrazzjoni tal-kura xierqa lilhom;

(ii)

fit-tekniki ta’ diżinfezzjoni u iġjene għall-prevenzjoni tat-tixrid ta’ mard trażmissibbli.

4.

Ir-rekwiżiti f’dak li għandu x’jaqsam mas-superviżjoni mill-awtorità kompetenti tal-istabbilimenti għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa tal-ungulati, kif imsemmi fl-Artikolu 5, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

l-operatur irid jipprovdi l-possibbiltà lill-veterinarju uffiċjali li juża uffiċċju

(i)

għas-superviżjoni tal-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa tal-ungulati;

(ii)

biex jispezzjona l-istabbiliment għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1, 2 u 3;

(iii)

fejn ikun jista’ jħejji ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-ungulati;

(b)

l-operatur irid jiżgura li jekk il-veterinarju uffiċjali jitlob l-għajnuna biex iwettaq id-dmirijiet ta’ superviżjoni msemmija f’4(a)(i) din tingħatalu.

PARTI 2

Rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni lill-istabbilimenti għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa tat-tjur imsemmija fl-Artikolu 6

1.

Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ iżolament u ta’ bijosigurtà oħrajn tal-istabbilimenti għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa tat-tjur, kif imsemmi fl-Artikolu 6, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

jeħtieġ li jkun hemm disponibbli faċilitajiet xierqa ta’ iżolament għat-tjur;

(b)

jeħtieġ li fi kwalunkwe ħin l-istabbiliment iżomm biss l-istess kategorija ta’ tjur tal-istess speċi u status ta’ saħħa;

(c)

irid ikun hemm sistema xierqa fis-seħħ li tiżgura l-ġbir tal-ilma mormi;

(d)

iż-żoni fejn jinżammu t-tjur u kull passaġġ, u l-materjal u t-tagħmir li jiġu f’kuntatt magħhom għandhom jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati wara t-tneħħija ta’ kull grupp ta’ tjur, u fejn meħtieġ, qabel ma jiddaħħal grupp ġdid ta’ tjur, skont il-proċeduri operattivi stabbiliti;

(e)

iridu jittieħdu pawżi sanitarji xierqa wara l-operazzjonijiet ta’ tindif u diżinfettar u qabel il-wasla ta’ kull grupp ġdid ta’ tjur fil-faċilitajiet fejn jinżammu t-tjur;

(f)

il-viżitaturi jridu jilbsu lbies protettiv u l-persunal irid jilbes ħwejjeġ għax-xogħol xierqa u jaġixxi skont ir-regoli dwar l-iġjene mfassla mill-operatur.

2.

Ir-rekwiżiti b’rabta mal-faċilitajiet u mat-tagħmir ta’ stabbilimenti għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa tat-tjur, kif imsemmi fl-Artikolu 6, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

jeħtieġ li l-istabbiliment iżomm biss it-tjur;

(b)

irid ikun hemm żona xierqa fejn jinħażnu l-materjal tal-marqad, l-għalf, il-mifrex u d-demel;

(c)

jeħtieġ li t-tjur ma jiġux f’kuntatt ma’ rodituri u ma’ għasafar ġejjin minn barra l-istabbiliment;

(d)

iż-żoni fejn jinżammu dawk l-annimali u l-passaġġi, l-artijiet, il-ħitan, ir-rampi u kull materjal jew tagħmir ieħor li jiġi f’kuntatt magħhom iridu jkunu jistgħu jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati faċilment;

(e)

irid ikun disponibbli tagħmir xieraq għat-tindif u d-diżinfezzjoni tal-faċilitajiet, tat-tagħmir u tal-mezzi tat-trasport li jintużaw għat-tjur;

(f)

l-istabbiliment irid ikollu kundizzjonijiet ta’ iġjene tajbin u jippermetti li jsir monitoraġġ sanitarju.

3.

Ir-rekwiżiti b’rabta mal-persunal ta’ stabbilimenti għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa tat-tjur, kif imsemmi fl-Artikolu 6, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

ikollhom il-ħila u l-għarfien xierqa, u jkunu rċevew taħriġ speċifiku, jew ikunu kisbu l-esperjenza prattika ekwivalenti:

(i)

fl-immaniġġjar tat-tjur li jinżammu fl-istabbiliment, u jekk ikun hemm bżonn, fl-amministrazzjoni ta’ kura xierqa lilhom;

(ii)

fit-tekniki ta’ diżinfezzjoni u iġjene għall-prevenzjoni tat-tixrid ta’ mard trażmissibbli.

4.

Ir-rekwiżiti b’rabta mas-superviżjoni mill-awtorità kompetenti ta’ stabbilimenti għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa tat-tjur, kif imsemmi fl-Artikolu 6, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

l-operatur irid jipprovdi l-possibbiltà lill-veterinarju uffiċjali li juża uffiċċju:

(i)

għas-superviżjoni tal-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa tat-tjur;

(ii)

biex jispezzjona l-istabbiliment għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1, 2 u 3;

(iii)

fejn ikun jista’ jħejji ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għat-tjur;

(b)

l-operatur irid jiżgura li jekk il-veterinarju uffiċjali jitlob l-għajnuna biex iwettaq id-dmirijiet ta’ superviżjoni msemmija f’4(a)(i) din tingħatalu.

PARTI 3

Rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni lill-imfaqas imsemmija fl-Artikolu 7

1.

Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ iżolament u ta’ bijosigurtà tal-imfaqas, kif imsemmi fl-Artikolu 7, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

il-bajd għat-tifqis tat-tjur irid jiġi jew minn stabbilimenti approvati li jżommu tjur għat-tgħammir jew minn imfaqas tat-tjur approvati oħrajn;

(b)

il-bajd irid jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat, fil-ħin bejn il-wasla tiegħu fil-mafqas u l-proċess ta’ inkubazzjoni jew fil-ħin meta jintbagħat sakemm ma jkunx diġà ġie ddiżinfettat fl-istabbiliment tal-oriġini;

(c)

dawn li ġejjin iridu jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati:

(i)

l-inkubaturi u t-tagħmir wara t-tifqis;

(ii)

il-materjali tal-imballaġġ wara kull użu, sakemm ma jkunux li jintużaw darba biss u għaldaqstant li jridu jinqerdu wara l-ewwel użu;

(d)

irid ikun hemm sistema xierqa fis-seħħ li tiżgura l-ġbir tal-ilma mormi;

(e)

jingħata ilbies protettiv lill-ħaddiema viżitaturi;

(f)

il-persunal irid jingħata lbies xieraq għax-xogħol u l-att dwar l-imġiba skont ir-regoli tal-iġjene.

2.

Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ sorveljanza tal-imfaqas, kif imsemmi fl-Artikolu 7, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

jeħtieġ li l-operatur jimplimenta programm ta’ kontroll tal-kwalità mikrobijoloġika skont il-Parti 1 tal-Anness II;

(b)

l-operatur tal-mafqas irid jiżgura li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti mal-operatur tal-istabbiliment li jżomm it-tjur minn fejn joriġina l-bajd għat-tifqis għat-teħid ta’ kampjuni, li jridu jittieħdu fil-mafqas biex jiġu ttestjati għall-aġenti tal-mard imsemmija fil-programm ta’ sorveljanza tal-mard imsemmi fil-Parti 2 tal-Anness II, biex dak il-programm jitwettaq.

3.

Ir-rekwiżiti b’rabta mal-faċilitajiet u mat-tagħmir tal-imfaqas, kif imsemmi fl-Artikolu 7, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

l-imfaqas iridu jkunu fiżikament u operazzjonalment separati minn faċilitajiet li jżommu t-tjur jew kwalunkwe għasfur ieħor;

(b)

l-unitajiet funzjonali u t-tagħmir li ġejjin iridu jinżammu separati:

(i)

il-ħżin tal-bajd u l-għoti ta’ grad;

(ii)

id-diżinfezzjoni tal-bajd;

(iii)

il-preinkubazzjoni;

(iv)

l-inkubazzjoni għat-tifqis;

(v)

is-sessaġġ u t-tilqim tal-flieles ta’ ġurnata;

(vi)

l-imballaġġ tal-bajd għat-tifqis u tal-flieles ta’ ġurnata biex jintbagħtu;

(c)

jeħtieġ li l-flieles ta’ ġurnata u l-bajd għat-tifqis miżmuma fil-mafqas ma jiġux f’kuntatt ma’ rodituri u ma’ għasafar barra l-mafqas;

(d)

jeħtieġ li l-operazzjonijiet ikunu bbażati fuq ċirkolazzjoni f’direzzjoni waħda għall-bajd għat-tifqis, għat-tagħmir mobbli u għall-persunal;

(e)

dawl naturali jew artifiċjali xieraq, irid ikun hemm sistemi tal-fluss tal-arja u tat-temperaturi;

(f)

irid ikun possibbli li l-art, il-ħitan u l-materjal jew it-tagħmir l-ieħor kollu fil-mafqas jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati faċilment;

(g)

irid ikun hemm tagħmir xieraq għat-tindif u għad-diżinfezzjoni tal-faċilitajiet, tat-tagħmir u tal-mezzi ta’ trasport li jintużaw għall-flieles ta’ ġurnata u għall-bajd għat-tifqis.

4.

Ir-rekwiżiti b’rabta mal-persunal li jiġi f’kuntatt mal-bajd għat-tifqis u mal-flieles ta’ ġurnata, kif imsemmi fl-Artikolu 7, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

il-persunal irid ikollu l-kapaċità u l-għarfien xierqa, u għal dak l-iskop ikun ingħata taħriġ speċifiku, jew ikun kiseb l-esperjenza prattika ekwivalenti fit-tekniki ta’ diżinfezzjoni u tal-iġjene meħtieġa biex jipprevjeni t-tixrid tal-mard trażmissibbli.

5.

Ir-rekwiżiti b’rabta mas-superviżjoni mill-awtorità kompetenti tal-imfaqas, kif imsemmi fl-Artikolu 7, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

l-operatur irid jipprovdi l-possibbiltà lill-veterinarju uffiċjali li juża uffiċċju

(i)

għall-ispezzjoni tal-istabbiliment għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1 sa 4;

(ii)

fejn jista’ jħejji ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-bajd għat-tifqis u għall-flieles ta’ ġurnata;

(b)

l-operatur irid jiżgura li jekk il-veterinarju uffiċjali jitlob l-għajnuna biex iwettaq id-dmirijiet ta’ superviżjoni msemmija f’5(a)(i) din tingħatalu.

PARTI 4

Rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni lill-istabbilimenti li jżommu t-tjur imsemmija fl-Artikolu 8

1.

Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ iżolament u bijosigurtà tal-istabbilimenti li jżommu t-tjur, kif imsemmi fl-Artikolu 8, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

il-bajd għat-tifqis irid:

(i)

jinġabar b’mod frekwenti, minn tal-inqas kuljum u kemm jista’ jkun malajr wara li jkun nbied;

(ii)

jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat kemm jista’ jkun malajr, sakemm id-diżinfezzjoni ma ssirx f’mafqas fl-istess Stat Membru;

(iii)

jitqiegħed f’materjal ta’ imballaġġ ġdid jew nadif u ddiżinfettat;

(b)

jekk stabbiliment iżomm speċijiet ta’ tjur tat-tipi Galliformes u Anseriformes fl-istess żmien, dawn iridu jinżammu f’akkomodazzjoni sseparati tajjeb minn xulxin;

(c)

iridu jittieħdu pawżi sanitarji xierqa wara l-operazzjonijiet ta’ tindif u diżinfettar u qabel il-wasla ta’ kull qatgħa ġdida ta’ tjur fil-faċilitajiet fejn jinżammu t-tjur;

(d)

il-viżitaturi jridu jilbsu lbies protettiv u l-persunal irid jilbes ħwejjeġ għax-xogħol xierqa u jaġixxi skont ir-regoli dwar l-iġjene mfassla mill-operatur;

(e)

irid ikun hemm sistema xierqa biex tiżgura li jinġabar l-ilma mormi.

2.

Ir-rekwiżiti b’rabta mas-sorveljanza tal-istabbilimenti li jżommu t-tjur, kif imsemmi fl-Artikolu 8, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

l-operatur irid japplika u jżomm ma’ programm ta’ sorveljanza tal-mard imsemmi fil-Parti 2 tal-Anness II;

(b)

l-operatur tal-istabbiliment irid jiżgura li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti mal-operatur tal-mafqas fejn hu maħsub li se jintbagħat il-bajd għat-tifqis, biex isir kampjunar fil-mafqas għall-ittestjar għall-aġenti tal-mard imsemmi fil-programm ta’ sorveljanza tal-mard imsemmi fil-Parti 2 tal-Anness II, biex dak il-programm jitwettaq.

3.

Ir-rekwiżiti b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir ta’ stabbilimenti li jżommu t-tjur, kif imsemmi fl-Artikolu 8, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

il-konfigurazzjoni u t-tqassim iridu jkunu kompatibbli mat-tip ta’ produzzjoni li tkun qed issir;

(b)

l-istabbiliment irid jakkomoda biss:

(i)

tjur mill-istabbiliment stess;

jew

(ii)

tjur minn stabbilimenti approvati oħrajn li jżommu t-tjur;

jew

(iii)

tjur minn imfaqas tat-tjur approvati;

jew

(iv)

tjur li jkun daħal fl-Unjoni minn pajjiżi u territorji terzi awtorizzati;

(c)

it-tjur ma jridx jitħalla jiġi f’kuntatt ma’ rodituri u ma’ għasafar li jkunu ġew minn barra l-istabbiliment;

(d)

il-faċilitajiet iridu jipprovdu kundizzjonijiet ta’ iġjene tajbin u jippermettu li jsir monitoraġġ tas-saħħa;

(e)

irid ikun possibbli li l-art, il-ħitan u l-materjal u t-tagħmir l-ieħor kollu fil-mafqas jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati faċilment;

(f)

l-istabbiliment irid ikollu tagħmir xieraq għat-tindif u għad-diżinfezzjoni tal-faċilitajiet, tat-tagħmir u tal-mezzi tat-trasport, li jkun kompatibbli mat-tip ta’ produzzjoni li tkun qed issir, u jinżamm fl-aktar post xieraq fl-istabbiliment.

PARTI 5

Rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni liċ-ċentri għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa ta’ klieb, qtates u inmsa u għas-santwarji għal dawk l-annimali msemmija rispettivament fl-Artikoli 10 u 11

1.

Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ iżolament, u ta’ bijosigurtà oħrajn ta’ ċentri tal-ġbir f’daqqa ta’ klieb, qtates u inmsa, kif imsemmi fl-Artikolu 10, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

iridu jaċċettaw biss klieb, qtates u inmsa li jkunu ġew minn stabbilimenti reġistrati għaż-żamma ta’ dawk l-annimali;

(b)

irid ikun hemm faċilitajiet xierqa ta’ iżolament għall-klieb, għall-qtates u għall-inmsa;

(c)

iridu jittieħdu pawżi sanitarji xierqa wara l-operazzjonijiet ta’ tindif u diżinfettar u qabel il-wasla ta’ kull grupp ġdid ta’ klieb, qtates u inmsa fil-faċilitajiet li jżommu dawk l-annimali;

(d)

trid tkun fis-seħħ sistema xierqa li tiżgura l-ġbir tal-ilma mormi.

2.

Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ iżolament u ta’ bijosigurtà oħra għas-santwarji tal-annimali għall-klieb, għall-qtates u għall-inmsa, kif imsemmi fl-Artikolu 11, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

irid ikun hemm faċilitajiet xierqa ta’ iżolament għall-klieb, għall-qtates u għall-inmsa;

(b)

iż-żoni fejn jinżammu l-klieb, il-qtates u l-inmsa u kull passaġġ, u materjal u tagħmir li jiġu f’kuntatt magħhom jeħtieġ li jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati wara t-tneħħija ta’ kull grupp ta’ annimali, u fejn ikun hemm bżonn, qabel ma jiddaħħal grupp ġdid minn dawn it-tipi ta’ annimali, skont il-proċeduri operattivi stabbiliti;

(c)

iridu jittieħdu pawżi sanitarji xierqa wara l-operazzjonijiet ta’ tindif u diżinfettar u qabel il-wasla ta’ kull grupp ġdid ta’ klieb, qtates u inmsa fil-faċilitajiet li jżommu dawk l-annimali;

(d)

trid tkun fis-seħħ sistema xierqa li tiżgura l-ġbir tal-ilma mormi.

3.

Ir-rekwiżiti fir-rigward tal-faċilitajiet u t-tagħmir ta’ ċentri għal operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa ta’ klieb, qtates u inmsa, u għas-santawarji tal-annimali għal dawk l-annimali, kif imsemmi rispettivament fl-Artikoli 10 u 11, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

għandu jkun hemm u jinbnew postijiet adegwati fejn jgħixu l-annimali u ta’ standard adattat b’tali mod li l-kuntatt mal-annimali ta’ barra u l-komunikazzjoni diretta mal-akkomodazzjoni ta’ iżolament ikunu evitati, u li l-ispezzjonijiet u kull trattament meħtieġ jistgħu jitwettqu faċilment;

(b)

iż-żoni fejn jinżammu dawk l-annimali u l-passaġġi, l-art, il-ħitan u kull materjal jew tagħmir ieħor li jiġi f’kuntatt magħhom jistgħu jitnaddfu u jiġu diżinfettati malajr;

(c)

irid ikun hemm żoni xierqa fejn jinħażnu rispettivament il-materjal tal-marqad, il-mifrex, id-demel u l-ikel għall-annimali domestiċi;

(d)

irid ikun hemm tagħmir xieraq għat-tindif u d-diżinfezzjoni tal-faċilitajiet, tat-tagħmir u tal-mezzi tat-trasport.

PARTI 6

Rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni lill-postijiet ta’ kontroll imsemmija fl-Artikolu 12

1.

Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ iżolament u bijosigurtà oħra tal-postijiet ta’ kontroll, kif imsemmi fl-Artikolu 12, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

il-postijiet ta’ kontroll iridu jkunu ppożizzjonati, iddisinjati, mibnija u mħaddma b’tali mod li jiżguraw bijosigurtà suffiċjenti biex tipprevjeni t-tixrid tal-mard elenkat jew emerġenti għal stabbilimenti oħra u bejn kunsinni konsekuttivi ta’ annimali fi tranżitu minn dawn il-postijiet;

(b)

il-post ta’ kontroll irid ikun mibni, mgħammar u mħaddem b’tali mod li jiżgura li l-proċeduri tat-tindif u tad-diżinfezzjoni jkunu jistgħu jitwettqu malajr; irid ikun hemm mezz ta’ ħasil għall-mezzi tat-trasport fuq il-post;

(c)

il-postijiet ta’ kontroll irid ikollhom faċilitajiet xierqa għall-iżolament separat ta’ annimali li dwarhom hemm suspett li huma infettati b’xi marda tal-annimali;

(d)

iridu jittieħdu pawżi sanitarji xierqa bejn żewġ kunsinni konsekuttivi ta’ annimali u jekk jixraq dawn ikunu adattati skont jekk l-annimali jkunux ġew minn reġjun, żona jew kompartiment simili bl-istess status ta’ saħħa; b’mod partikolari, ma għandu jkun hemm l-ebda annimal fil-postijiet ta’ kontroll għal perjodu ta’ mill-inqas 24 siegħa wara użu massimu ta’ sitt ijiem u wara li jkunu twettqu l-operazzjonijiet ta’ tindif u ta’ diżinfettar, u qabel il-wasla ta’ kull kunsinna ġdida ta’ annimali;

(e)

qabel ma jaċċettaw annimali, l-operaturi tal-postijiet ta’ kontroll iridu:

(i)

ikunu bdew ix-xogħol ta’ tindif u ta’ diżinfezzjoni fi żmien 24 siegħa wara t-tluq tal-annimali kollha li kienu miżmuma hemmhekk;

(ii)

jiżguraw li l-ebda annimal ma jidħol fil-postijiet ta’ kontroll qabel ma jitlesta x-xogħol ta’ tindif u diżinfezzjoni għas-sodisfazzjon tal-veterinarju uffiċjali.

2.

Ir-rekwiżiti b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir tal-postijiet ta’ kontroll, kif imsemmi fl-Artikolu 12, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

iridu jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati qabel u wara kull użu, kif meħtieġ mill-veterinarju uffiċjali;

(b)

it-tagħmir li jiġi f’kuntatt mal-annimali preżenti fil-postijiet ta’ kontroll irid ikun iddedikat esklussivament għall-post ikkonċernat sakemm ma jkunx għadda minn proċedura ta’ tindif u diżinfezzjoni wara li kellu kuntatt mal-annimali jew mar-rawt jew l-awrina tagħhom; b’mod partikolari l-operatur tal-post ta’ kontroll irid jipprovdi tagħmir nadif u ħwejjeġ protettivi li jridu jinżammu esklussivament biex jintużaw minn kull persuna li tidħol fil-post ta’ kontroll, u jrid jipprovdi tagħmir xieraq li jkun disponibbli għat-tindif u d-diżinfettar ta’ dawk l-oġġetti;

(c)

il-mifrex irid jitneħħa meta kunsinna ta’ annimali tiġi ttrasferita minn spazju magħluq, kif ukoll wara x-xogħol ta’ tindif u diżinfettar, u jrid jinbidel b’mifrex ġdid;

(d)

l-għalf, il-marqad, ir-rawt u l-awrina tal-annimali ma għandhomx jinġabru mill-post sakemm ma jkunux ġew ittrattati b’mod xieraq biex jiġi evitat it-tixrid tal-mard tal-annimali;

(e)

irid ikollhom faċilitajiet xierqa fejn iżommu, jispezzjonaw u jeżaminaw l-annimali, kull meta jkun meħtieġ;

(f)

irid ikun hemm żona xierqa fejn jinħażnu l-materjal tal-marqad, l-għalf, il-mifrex u d-demel;

(g)

irid ikun hemm sistema xierqa biex tiżgura li jinġabar l-ilma mormi.

PARTI 7

Rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni lill-istabbilimenti tal-produzzjoni tan-naħal bagħli ambjentalment iżolati kif imsemmi fl-Artikolu 13

1.

Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà u sorveljanza ta’ stabbilimenti tal-produzzjoni tan-naħal bagħli ambjentalment iżolati, kif imsemmi fl-Artikolu 13, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

l-operatur irid jiżgura, jivverifika u jirreġistra permezz ta’ kontrolli interni li tkun evitata l-introduzzjoni fl-istabbiliment tal-ħanfusa ż-żgħira tal-ġabsala u li l-preżenza tagħha fl-istabbiliment tkun tista’ tiġi skoperta.

2.

Ir-rekwiżiti b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir tal-istabbilimenti tal-produzzjoni tan-naħal bagħli ambjentalment iżolati, imsemmija fl-Artikolu 13, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

il-produzzjoni tan-naħal bagħli jeħtieġ li tkun iżolata mill-attivitajiet assoċjati kollha tal-istabbiliment u trid titwettaq f’faċilitajiet reżistenti għall-insetti li jtiru;

(b)

in-naħal bagħli jrid jinżamm iżolat ġewwa dik l-istruttura matul il-produzzjoni kollha;

(c)

il-ħżin u l-immaniġġjar tat-trab tad-dakra ġewwa l-faċilitajiet jeħtieġ li jkunu iżolati min-naħal bagħli matul il-produzzjoni kollha tan-naħal bagħli sakemm ikun mitmugħ lilhom.

PARTI 8

Rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni lill-istabbilimenti ta’ kwarantina tal-annimali terrestri miżmuma, għajr il-primati, imsemmija fl-Artikolu 14

1.

Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ kwarantina, iżolament u miżuri ta’ bijosigurtà oħra tal-istabbiliment ta’ kwarantina għall-annimali terrestri miżmuma, għajr il-primati, imsemmija fl-Artikolu 14, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

jeħtieġ li kull unità tal-istabbiliment ta’ kwarantina:

(i)

tkun tinsab f’distanza sikura minn stabbilimenti tal-madwar jew minn postijiet oħra fejn jinżammu l-annimali biex tiġi evitata t-trażmissjoni ta’ mard kuntaġġuż tal-annimali bejn l-annimali residenti u dawk fil-kwarantina;

(ii)

tibda l-perjodu ta’ kwarantina meħtieġ meta jiddaħħal l-aħħar annimal ta’ kull grupp partikolari fl-istabbiliment ta’ kwarantina;

(iii)

titbattal mill-annimali, titnaddaf u tiġi ddiżinfettata fi tmiem il-perjodu ta’ kwarantina tal-aħħar grupp u mbagħad tinżamm mingħajr annimali għal perjodu ta’ mill-inqas sebat ijiem qabel ma jiddaħħal fl-istabbiliment ta’ kwarantina grupp ieħor ta’ annimali li jkun wasal fl-Unjoni minn pajjiżi u territorji terzi;

(b)

il-mifrex irid jitneħħa meta kunsinna ta’ annimali tiġi ttrasferita minn spazju magħluq, u għandu jinbidel b’marqad ġdid, wara li jitlesta x-xogħol ta’ tindif u diżinfettar;

(c)

l-għalf, il-marqad, ir-rawt u l-awrina tal-annimali ma għandhomx jinġabru mill-post sakemm ma jkunux ġew ittrattati b’mod xieraq biex jiġi evitat it-tixrid tal-mard tal-annimali;

(d)

iridu jittieħdu l-prekawzjonijiet għall-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni kroċjata bejn kunsinni ta’ annimali li jaslu u dawk ħerġin mill-istabbiliment;

(e)

l-annimali rilaxxati mill-istabbiliment ta’ kwarantina jeħtieġ li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar il-movimenti bejn l-Istati Membri tal-annimali terrestri miżmuma.

2.

Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ sorveljanza u ta’ kontroll tal-istabbilimenti ta’ kwarantina tal-annimali terrestri miżmuma għajr il-primati, imsemmija fl-Artikolu 14, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

il-pjan ta’ sorveljanza tal-mard jeħtieġ li jinkludi l-kontroll xieraq taż-żoonożi tal-annimali, u jrid jiġi implimentat u aġġornat skont l-għadd u l-ispeċijiet tal-annimali preżenti fl-istabbiliment u skont is-sitwazzjoni epidemjoloġika rigward il-mard elenkat u emerġenti fl-istabbiliment u madwaru;

(b)

l-annimali li jkun hemm suspett dwarhom li huma infettati jew ikkontaminati minn aġenti tal-mard elenkati jew emerġenti jeħtieġ li jiġu ssoġġettati għal testijiet kliniċi, tal-laboratorju jew għall-ittestjar post mortem;

(c)

it-tilqim u t-trattament tal-annimali suxxettibbli kontra l-mard trażmissibbli tal-annimali jridu jitwettqu skont kif ikun xieraq;

(d)

fejn ikun ordnat mill-awtorità kompetenti, iridu jintużaw annimali sentinella għall-iskoperta bikrija ta’ xi mard possibbli.

3.

Ir-rekwiżiti b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir tal-istabbilimenti ta’ kwarantina tal-annimali terrestri miżmuma għajr il-primati, imsemmija fl-Artikolu 14, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

jeħtieġ li l-istabbilimenti jkunu demarkati b’mod ċar u l-aċċess tal-annimali u tal-bnedmin għall-faċilitajiet tal-annimali jrid ikun ikkontrollat;

(b)

jeħtieġ li jkun hemm strutturi kbar biżżejjed għad-dispożizzjoni tal-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kontrolli veterinarji, fost dawn, kmamar fejn jistgħu jbiddlu ħwejjiġhom, doċċi u tojlits;

(c)

iridu jkunu disponibbli mezzi adegwati għall-qbid, il-konfinament, u fejn meħtieġ it-trażżin u l-iżolament tal-annimali;

(d)

iridu jkunu disponibbli tagħmir u faċilitajiet għat-tindif u d-diżinfettar;

(e)

il-parti tal-istabbiliment fejn jinżammu l-annimali trid tkun:

(i)

reżistenti għall-insetti permezz ta’ filtru tal-arja hepa, kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra, irid ikun hemm kontroll intern tal-vetturi, aċċess permezz ta’ bieb doppju u proċeduri operattivi, meta dan ikun ordnat mill-awtorità kompetenti biex jiġu indirizzati riskji speċifiċi għas-saħħa tal-annimali;

(ii)

fil-każ tal-għasafar miżmuma, trid tkun protetta minn għasafar oħra, mid-dubbien u mill-vermini;

(iii)

siġillabbli b’mod tajjeb ħafna li jippermetti l-fumigazzjoni;

(iv)

ta’ standard xieraq u mibnija b’tali mod li ma jistax ikun hemm kuntatt ma’ annimali barra mill-istruttura u b’mod li l-ispezzjonijiet u kull trattament meħtieġ jistgħu jitwettqu faċilment;

(v)

mibnija b’tali mod li l-art, il-ħitan u l-materjal jew it-tagħmir l-ieħor kollu jistgħu jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati faċilment.

PARTI 9

Rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni lill-istabbilimenti konfinati li jżommu l-annimali terrestri msemmija fl-Artikolu 16

1.

Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ kwarantina, tal-iżolament u tal-bijosigurtà ta’ stabbilimenti konfinati li jżommu l-annimali terrestri, imsemmija fl-Artikolu 16, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

jeħtieġ li jaċċettaw biss annimali terrestri miżmuma li jkunu ġew issoġġettati għal perjodu ta’ kwarantina xieraq għall-mard rilevanti għall-ispeċi, meta dawk l-annimali jkunu ġejjin minn stabbilimenti li mhumiex stabbilimenti konfinati;

(b)

iridu jaċċettaw biss primati li jikkonformaw mar-regoli stretti daqs dawk imsemmija fl-Artikolu 6.12.4 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), l-Edizzjoni tal-2018;

(c)

fejn meħtieġ, irid ikun hemm disponibbli faċilitajiet ta’ kwarantina adegwati għall-annimali terrestri introdotti minn stabbilimenti oħra.

2.

Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ sorveljanza u ta’ kontroll ta’ stabbilimenti konfinati tal-annimali terrestri miżmuma, imsemmija fl-Artikolu 16, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

il-pjan ta’ sorveljanza tal-mard jeħtieġ li jinkludi kontroll xieraq taż-żoonożi tal-annimali, u jrid jiġi implimentat u aġġornat skont l-għadd u l-ispeċijiet tal-annimali terrestri miżmuma li jkunu preżenti fl-istabbiliment u skont is-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-istabbiliment u madwaru ff’dak li għandu x’jaqsam mal-mard elenkat u emerġenti;

(b)

l-annimali terrestri miżmuma li jkun hemm suspett li jkunu infettati jew kontaminati minn aġenti tal-mard elenkat jew emerġenti jridu jkunu soġġetti għal testijiet kliniċi, tal-laboratorju jew għall-ittestjar post mortem;

(c)

it-tilqim u t-trattament kontra l-mard trażmissibbli tal-annimali terrestri miżmuma suxxettibbli iridu jitwettqu skont kif jixraq.

3.

Ir-rekwiżiti b’rabta mal-faċilitajiet u mat-tagħmir tal-istabbilimenti konfinati tal-annimali terrestri miżmuma, imsemmija fl-Artikolu 16, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

jeħtieġ li l-istabbilimenti jkunu demarkati b’mod ċar u l-aċċess tal-annimali u tal-bnedmin għall-faċilitajiet tal-annimali jrid ikun ikkontrollat;

(b)

iridu jkunu disponibbli l-mezzi adegwati għall-qbid, il-konfinament, u fejn meħtieġ it-trażżin u l-iżolament tal-annimali;

(c)

iż-żoni fejn jgħixu l-annimali għandhom ikunu ta’ standard xieraq u mibnija b’tali mod li

(i)

ma jkunx hemm kuntatt mal-annimali fuq barra, u l-ispezzjoni u kull trattament meħtieġ ikunu jistgħu jitwettqu faċilment;

(ii)

l-art, il-ħitan u l-materjal jew it-tagħmir l-ieħor kollu jistgħu jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati faċilment.


ANNESS II

PROGRAMM TA’ KONTROLL MIKROBIJOLOĠIKU FL-IMFAQAS U L-PROGRAMMI TA’ SORVELJANZA TAL-MARD FI STABBILIMENTI LI JŻOMMU T-TJUR U FL-IMFAQAS

PARTI 1

Programm ta’ kontroll mikrobijoloġiku fl-imfaqas, kif imsemmi fl-Artikolu 7

Programm ta’ kontroll mikrobijoloġiku biex isiru l-kontrolli tal-iġjene għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

iridu jinġabru kampjuni ambjentali li jridu jgħaddu minn eżami batterjoloġiku;

(b)

iridu jittieħdu l-kampjuni mill-inqas kull sitt ġimgħat, u kull kampjunar jeħtieġ li jinkludi 60 kampjun.

PARTI 2

Programmi ta’ sorveljanza tal-mard fl-imfaqas kif imsemmija fl-Artikolu 7 u fi stabbilimenti li jżommu t-tjur kif imsemmija fl-Artikolu 8

1.

L-għan tal-programmi ta’ sorveljanza tal-mard

Dimostrazzjoni li l-qatgħat li jinżammu fl-istabbilimenti approvati li jżommu t-tjur huma ħielsa mill-aġenti tal-mard elenkati fil-punti 2 u 3.

Il-programmi ta’ sorveljanza tal-mard, għandhom, bħala minimu, jinkludu l-aġenti tal-mard u l-ispeċijiet miżmuma elenkati msemmija fil-punt 2.

2.

Sorveljanza tal-mard għal serotipi tas-Salmonella ta’ rilevanza għas-saħħa tal-annimali

2.1.

Identifikazzjoni ta’ infezzjoni bl-aġenti:

(a)

Salmonella Pullorum: li tkopri s-Salmonella enterica subspeċi enterica serovar Gallinarum varjant bijokimiku (bijovar) Pullorum;

(b)

Salmonella Gallinarum: li tkopri s-Salmonella enterica subspeċi enterica serovar Gallinarum varjant bijokimiku (bijovar) Pullorum;

(c)

Salmonella arizonae: li tkopri s-Salmonella enterica subspeċi arizonae serogrupp Gallinarum K (O18) arizonae.

2.2.

Speċijiet ta’ tjur fil-mira:

(a)

għas-Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum: Gallus gallus, Meleagris gallopavo, Numida meleagris, Coturnix coturnix, Phasianus colchicus, Perdix perdix, Anas spp;

(b)

għas-Salmonella arizonae: Meleagris gallopavo.

2.3.

Eżaminazzjonijet:

Kull qatgħa trid tiġi eżaminata klinikament f’kull perjodu tal-bidien jew produttiv, fl-aħjar żmien biex tkun identifikata l-marda inkwistjoni.

2.4.

Matriċi tal-kampjunar:

(a)

jeħtieġ li jittieħdu l-kampjuni minn kull qatgħa fl-istabbiliment li jżomm it-tjur, skont dak li jixraq:

(i)

għal ittestjar seroloġiku: demm;

(ii)

għal ittestjar batterjoloġiku:

tessuti post mortem, speċjalment il-fwied, il-milsa, l-ovarji, l-ovidott u l-ġunzjoni bejn l-ilju u l-musrana l-għamja;

kampjuni ambjentali;

swabs mill-kloaka ta’ għasafar ħajjin, b’mod partikolari minn dawk li jkunu jidhru morda jew li jkunu ġew identifikati li għandhom livell għoli ta’ sero-pożittività;

(b)

kampjuni għall-ittestjar batterjoloġiku li jridu jittieħdu fil-mafqas:

(i)

flieles li ma jfaqqsux (jiġifieri embrijuni mejta fil-qoxra);

(ii)

flieles tat-tieni grad;

(iii)

mekonju tal-flieles;

(iv)

żajbar jew trab meħud mill-faqqasa u mill-ħitan tal-mafqas.

2.5.

Il-qafas tal-kampjunar u l-frekwenza tal-kampjunar:

(a)

fl-istabbiliment li jżomm it-tjur:

(i)

kampjunar għas-Salmonella Pullorum u għas-Salmonella Gallinarum:

Speċi

Iż-żmien tal-kampjunar

L-għadd ta’ għasafar li jridu jittieħdu l-kampjuni minnhom/L-għadd ta’ kampjuni ambjentali

Tjur tat-tnissil

Tjur għall-produzzjoni

Gallus gallus, Meleagris gallopavo, Numida meleagris, Coturnix coturnix, Phasianus colchicus, Perdix perdix u Anas spp

Meta l-qroqqa tkun qed tbid

Waqt il-produzzjoni, minn tal-inqas darba fis-sena

60

(ii)

kampjunar għal Salmonella arizonae:

Speċi

Iż-żmien tal-kampjunar

L-għadd ta’ għasafar li jridu jittieħdu l-kampjuni minnhom/L-għadd ta’ kampjuni ambjentali

Tjur tat-tnissil

Tjur għall-produzzjoni

Meleagris gallopavo

Meta l-qroqqa tkun qed tbid

Waqt il-produzzjoni, minn tal-inqas darba fis-sena

60

(iii)

l-awtorità kompetenti tista’ taddatta l-għadd ta’ għasafar li skont il-punti (i) u (ii) irid jittieħed kampjun minnhom, skont il-prevalenza magħrufa tal-infezzjoni fl-Istat Membru speċifiku kkonċernat u skont l-inċidenza tagħha fl-imgħoddi fl-istabbiliment. Fi kwalunkwe każ, dejjem irid jittieħed għadd ta’ kampjuni statistikament validu għall-ittestjar seroloġiku/batterjoloġiku biex tinstab infezzjoni;

(b)

fil-mafqas, il-kampjuni għandhom jinġabru u jiġu eżaminati minn tal-inqas darba kull sitt ġimgħat. L-ittestjar għandu jinkludi minn tal-inqas:

(i)

kampjun wieħed raggruppat ta’ żajbar u mekonju tal-flieles minn kull faqqas;

u

(ii)

jew kampjun:

ta’ 10 tiġiġiet tat-tieni grad u 10 tiġiġiet li mietu fil-bajda minn kull qatgħa tal-oriġini li jkun hemm fil-faqqasa fil-jum tal-ġbir tal-kampjuni;

inkella

20 tiġieġa tat-tieni grad minn kull qatgħa tal-oriġini li jkun hemm fil-faqqasa fil-jum tal-ġbir tal-kampjuni.

2.6.

L-ipproċessar tal-kampjuni u l-metodi tal-ittestjar:

(a)

il-kampjuni li jinġabru jridu jkunu soġġetti għal:

(i)

ittestjar seroloġiku (1);

(ii)

ittestjar batterjoloġiku, jew bħala alternattiva għall-ittestjar seroloġiku msemmi fil-punt (i), inkella miżjud miegħu; madankollu, il-kampjuni għall-ittestjar batterjoloġiku ma jridux jittieħdu minn tjur jew bajd li kienu ttrattati b’mediċinali antimikrobiċi matul il-ġimagħtejn jew it-tliet ġimgħat ta’ qabel l-ittestjar;

(b)

il-kampjuni miġbura jridu jiġu pproċessati kif ġej:

(i)

jista’ jintuża arrikkiment dirett fi brodu tas-selenit-ċisteina għall-kampjuni tar-rawt jew tal-mekonju u tal-intestini inkella mediums xierqa oħra addattati għall-kampjuni li fihom tkun mistennija flora kompetittiva;

(ii)

jista’ jintuża prearrikkiment mhux selettiv segwit minn arrikkiment selettiv fi brodu ta’ Rappaport-Vassiliadis (RVS) ibbażat fuq is-sojja, jew brodu Müller-Kauffmann Tetratijonat-Novobijoċin (MKTTn) għall-kampjuni (bħall-embrijuni mejta fil-qoxra) meta jkun mistenni li l-flora kompetittiva tkun minima;

(iii)

pjastrament dirett ta’ tessuti miġbura asettikament fuq agar minimament selettiv, bħall-agar MacConkey;

(iv)

Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum ma jikbrux faċilment fil-medium semisolidu mmodifikat Rappaport Vassiliadis (MSRV) li jintuża għall-monitoraġġ tas-Salmonella spp. żoonotika fl-Unjoni, iżda huwa addattat għas-Salmonella arizonae;

(v)

it-tekniki għas-sejbien tal-mard iridu jkunu kapaċi jagħrfu d-distinzjoni bejn ir-reazzjonijiet seroloġiċi għall-infezzjonijiet tas-Salmonella Pullorum u s-Salmonella Gallinarum, u r-reazzjonijiet seroloġiċi kkawżati mill-użu tal-vaċċin għas-Salmonella Enteritidis, meta jintuża dan il-vaċċin (2). Għalhekk din il-vaċċinazzjoni ma għandhiex tintuża jekk ikun se jintuża dan il-monitoraġġ seroloġiku. Jekk il-vaċċinazzjoni tkun intużat, irid jintuża ttestjar batterjoloġiku, imma l-metodu ta’ konferma użat irid ikun kapaċi jiddifferenzja bejn razez vaċċinali ħajjin u razez selvatiċi.

2.7.

Riżultati:

Qatgħa tkun meqjusa pożittiva meta, wara r-riżultati pożittivi tal-ittestjar li jkun twettaq skont il-punti 2.3 sa 2.6 isir test ieħor ta’ tip xieraq u jikkonferma l-infezzjoni mill-aġenti tal-mard.

3.

Sorveljanza tal-mard għal Mycoplasma spp. ta’ rilevanza għat-tjur:

3.1.

L-identifikazzjoni ta’ infezzjoni permezz tal-aġenti li ġejjin:

(a)

Mycoplasma gallisepticum;

(b)

Mycoplasma meleagridis.

3.2.

Speċijiet fil-mira:

(a)

Mycoplasma gallisepticum: Gallus gallus, Meleagris gallopavo;

(b)

Mycoplasma meleagridis: Meleagris gallopavo.

3.3.

Eżaminazzjonijet:

Kull qatgħa trid tiġi eżaminata klinikament f’kull perjodu tal-bidien jew produttiv, fl-aħjar żmien biex tkun identifikata l-marda inkwistjoni.

3.4.

Matriċi tal-kampjunar:

Kampjuni li jridu jittieħdu minn kull qatgħa fl-istabbiliment li jżomm it-tjur, skont liema jixraq:

(a)

demm;

(b)

sperma;

(c)

swabs meħuda mit-trakea, mill-koana jew mill-kloaka;

(d)

tessuti post mortem, speċjalment boroż tal-arja minn flieles ta’ ġurnata li jkollhom il-leżjonijiet;

(e)

b’mod partikolari għall-iskoperta ta’ Mycoplasma meleagridis, l-ovidott u l-pene tad-dundjani.

3.5.

Il-qafas tal-kampjunar u l-frekwenza tal-kampjunar:

(a)

kampjunar għal Mycoplasma gallisepticum:

Speċi

Iż-żmien tal-kampjunar

L-għadd ta’ għasafar li jrid jittieħed kampjun minnhom

Tjur tat-tnissil

Tjur għall-produzzjoni

Gallus gallus

fl-età ta’ 16-il ġimgħa

mal-bidien

u wara dan kull 90 jum

Waqt il-produzzjoni kull 90 jum

60

60

60

Meleagris gallopavo

fl-età ta’ 20 ġimgħa

mal-bidien

u wara dan kull 90 jum

Waqt il-produzzjoni kull 90 jum

60

60

60

(b)

kampjunar għal Mycoplasma meleagridis:

Speċi

Iż-żmien tal-kampjunar

L-għadd ta’ għasafar li jrid jittieħed kampjun minnhom

Tjur tat-tnissil

Tjur għall-produzzjoni

Meleagris gallopavo

fl-età ta’ 20 ġimgħa

mal-bidien

u wara dan kull 90 jum

Waqt il-produzzjoni kull 90 jum

60

60

60

(c)

l-awtorità kompetenti tista’ taddatta l-għadd ta’ għasafar li skont il-punti (a) u (b) irid jittieħed kampjun minnhom, skont il-prevalenza magħrufa tal-infezzjoni fl-Istat Membru speċifiku kkonċernat u skont l-inċidenza tagħha fl-imgħoddi fl-istabbiliment. Fi kwalunkwe każ għandhom dejjem jittieħdu numri statistikament validi ta’ kampjuni għall-ittestjar seroloġiku/batterjoloġiku.

3.6.

Eżaminazzjonijiet, kampjunar u metodi ta’ ttestjar:

L-ittestjar għall-preżenza ta’ infezzjoni permezz ta’ testijiet seroloġiċi, batterjoloġiċi u molekulari jrid isir b’metodi vvalidati rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti.

3.7.

Riżultati:

Qatgħa tkun meqjusa pożittiva meta, wara r-riżultati pożittivi tal-ittestjar li jkun twettaq skont il-punti 3.3 sa 3.6 isir test ieħor ta’ tip xieraq u jikkonferma l-infezzjoni mill-aġenti tal-mard.

PARTI 3

Informazzjoni addizzjonali dwar it-tekniki dijanjostiċi

Il-laboratorji li jkunu nħatru mill-awtorità kompetenti biex iwettqu l-ittestjar kif meħtieġ fil-Partijiet 1 u 2 ta’ dan l-Anness, jistgħu jikkonsultaw il-Manwal ta’ Testijiet Dijanostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), l-Edizzjoni tal-2018, għal deskrizzjoni aktar dettaljata tat-tekniki dijanjostiċi.


(1)  Kultant fi speċijiet ta’ tjur għajr il-Galliformes, l-ittestjar seroloġiku jirriżulta fi proporzjon inaċċettabbli ta’ reazzjonijiet pożittivi foloz.

(2)  Bħalissa ma jeżistix test li jista’ jagħmel distinzjoni bejn ir-reazzjoni għall-infezzjoni bis-Salmonella Pullorum u s-Salmonella Gallinarum u r-reazzjoni għat-tilqim ta’ dan is-serotip.


ANNESS III

MEZZI TA’ IDENTIFIKAZZJONI TA’ ANNIMALI TERRESTRI MIŻMUMA

Il-mezzi ta’ identifikazzjoni tal-annimali terrestri miżmuma huma dawn li ġejjin:

(a)

ċomba tal-widna konvenzjonali;

(b)

faxxa fuq il-pastur konvenzjonali;

(c)

ċomba tal-widna elettronika;

(d)

bolus ruminali;

(e)

transponder injettabbli;

(f)

faxxa elettronika fuq il-pastur;

(g)

tattoo;

(h)

ċurkett fis-sieq.


DEĊIŻJONIJIET

5.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/170


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/2036

tal-25 ta’ Novembru 2019

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, fir-rigward tal-Emenda 17 għall-Anness 17 (Sigurtà) għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“il-Konvenzjoni ta’ Chicago”), li tirregola t-trasport internazzjonali bl-ajru, daħlet fis-seħħ fl-4 ta’ April 1947. Hija stabbiliet l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO).

(2)

L-Istati Membri tal-Unjoni huma partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Chicago u Stati Membri tal-ICAO, filwaqt li l-Unjoni għandha status ta’ osservatur f’ċerti korpi tal-ICAO, inkluż fl-Assemblea u f’korpi tekniċi oħrajn.

(3)

Skont il-punt (1) tal-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, il-Kunsill tal-ICAO għandu jadotta l-Istandards u l-prattiki rakkomandati internazzjonali (“SARPs”).

(4)

Fl-4 ta’ Lulju 2019, l-ICAO ħarġet ittra lill-Istati AS8/2.1-19/48 sabiex tgħarraf lill-Istati Membri tal-ICAO li l-Emenda 17 proposta għall-Anness 17 (Sigurtà) għall-Konvenzjoni ta’ Chicago (‘Anness 17’) ser tiġi ppreżentata lill-Kunsill tal-ICAO għall-adozzjoni matul il-218-il sessjoni tiegħu li ser isseħħ mit-18 sad-29 ta’ Novembru 2019, u hija prevista li ssir applikabbli f’Lulju 2020. L-emenda 17 għall-Anness 17 tinkludi dispożizzjonijiet ġodda jew riveduti dwar valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà, kondiviżjoni ta’ informazzjoni bejn l-Istati u l-partijiet ikkonċernati, programmi ta’ taħriġ u sistemi ta’ ċertifikazzjoni, kontroll tal-aċċess, skrinjar tal-persunal u emendi editorjali oħrajn. L-ittra lill-Istati AS8/2.1-19/48 nediet il-perjodu ta’ konsultazzjoni tal-Istati Membri tal-ICAO dwar l-Emenda 17 għall-Anness 17, u dak il-perjodu skada fl-4 ta’ Ottubru 2019.

(5)

L-Emenda 17 għall-Anness 17 tħejjiet mill-Bord tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni tal-ICAO, li fih huma membri attivi esperti minn tmien Stati Membri tal-Unjoni, u ġiet ippreżentata għall-approvazzjoni fil-217-il sessjoni tal-Kunsill tal-ICAO. Wara l-konsultazzjoni tal-Istati Membri tal-ICAO, huwa probabbli li l-Emenda 17 għall-Anness 17 tiġi approvata mill-Kunsill tal-ICAO waqt il-218-il sessjoni tiegħu.

(6)

Ladarba jiġi adottat, l-anness 17 emendat ser ikun vinkolanti fuq l-Istati Membri kollha tal-ICAO, inklużi l-Istati Membri kollha tal-Unjoni, f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Chicago u fi ħdan il-limiti stabbiliti fiha. L-Artikolu 38 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago jesiġi li l-partijiet kontraenti jinnotifikaw lill-ICAO billi jużaw il-mekkaniżmu tan-notifika tad-differenzi jekk ikollhom l-intenzjoni li jiddevjaw mis-SARPs. Għaldaqstant huwa opportun li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill tal-ICAO fir-rigward tal-Emenda 17 għall-Anness 17.

(7)

Jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill tal-ICAO tkun kif stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni u jenħtieġ li tkun espressa mill-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tal-Kunsill tal-ICAO, li jaġixxu b’mod konġunt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) fir-rigward tal-Emenda 17 għall-Anness 17 (Sigurtà) għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għandha tkun kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi espressa mill-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tal-Kunsill tal-ICAO, li jaġixxu b’mod konġunt.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, fir-rigward tar-reviżjoni tal-Anness 17 (Sigurtà) (Emenda 17) tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (il-“Konvenzjoni ta’ Chicago”)

Prinċipji ġenerali

Fi ħdan il-qafas tal-attivitajiet tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) fir-rigward tar-reviżjoni tal-Anness 17 (Sigurtà) (Emenda 17) għall-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-iżvilupp ta’ Standards u Prattiki Rakkomandati (SARPs), l-Istati Membri, filwaqt li jaġixxu b’mod konġunt fl-interessi tal-Unjoni, għandhom:

(a)

jaġixxu f’konformità mal-objettivi segwiti mill-Unjoni fil-qafas tal-politika tas-sigurtà tal-avjazzjoni, b’mod partikolari sabiex jipproteġu l-persuni u l-merkanzija fi ħdan l-Unjoni Ewropea, u jipprevjenu atti ta’ interferenza illegali mal-inġenji tal-ajru ċivili li jipperikolaw is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili.

(b)

billi japplikaw u jinfurzaw ir-regoli komuni stabbiliti biex jissalvagwardjaw l-avjazzjoni ċivili minn atti ta’ interferenza illegali, jikkontribwixxu biex iżidu l-livell tas-sigurtà tal-avjazzjoni globalment.

(c)

ikomplu jappoġġaw l-iżvilupp mill-ICAO ta’ standards ta’ sigurtà li jissalvagwardjaw l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza illegali, f’konformità mar-Riżoluzzjoni 2309 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tat-22 ta’ Settembru 2016 (1).

Il-pożizzjoni dwar ir-reviżjoni tal-Anness 17 (Sigurtà) (Emenda 17) L-Istati Membri, filwaqt li jaġixxu b’mod konġunt fl-interessi tal-Unjoni, għandhom jappoġġaw l-Emenda 17 proposta għall-Anness 17.


(1)  Ir-Riżoluzzjoni 2309 (2016), adottata mill-Kunsill tas-Sigurtà fis-7775 l- laqgħa tiegħu, fit-22 ta’ Settembru 2016: Theddid għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali kkawżat minn atti terroristiċi: Sigurtà tal-avjazzjoni


Rettifika

5.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/173


Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1982 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jsiru ċerti importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli u ħadid bil-grafit sferojdali, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, soġġetti għar-reġistrazzjoni wara l-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni sabiex tiġi implimentata s-sentenza tal-20 ta’ Settembru 2019, fil-każ T-650/17, fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1146 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli u ħadid fondut bil-grafit sferojdali, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, immanifatturati minn Jinan Meide Castings Co., Ltd

(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 308 tad-29 ta’ Novembru 2019)

Fil-paġna 78, il-premessa (8) tinbidel b’dan li ġej:

“(8)

Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni ddeċidiet permezz ta’ Avviż (*1) (“l-Avviż ta’ ftuħ mill-ġdid”), li tiftaħ mill-ġdid parzjalment l-investigazzjoni antidumping li tikkonċerna importazzjonijiet ta’ fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament antidumping inkwistjoni u li tkompliha fil-mument li fih tkun seħħet l-irregolarità. Il-ftuħ mill-ġdid huwa limitat fl-ambitu għall-implimentazzjoni tas- sentenza tal-Qorti Ġenerali fir-rigward ta’ Jinan Meide.