ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 307

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
28 ta' Novembru 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar id-data tal-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li ser jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019

1

 

*

Informazzjoni dwar id-data tal-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal

2

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1964 tas-26 ta’ Novembru 2019 dwar l-awtorizzazzjoni tal-likwidu tal-L-liżina, bażi, tal-monoidroklorur tal-L-liżina, likwidu, tal-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, u tas-sulfat tal-L-liżina bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ( 1 )

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1965 tas-26 ta’ Novembru 2019 dwar l-awtorizzazzjoni tal-molibdat diidrat tas-sodju bħala addittiv tal-għalf għan-nagħaġ ( 1 )

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1966 tas-27 ta’ Novembru 2019 li jemenda u jikkoreġi l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi ( 2 )

15

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1967 tal-25 ta’ Novembru 2019 li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

27

 

*

Deċiżjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2019/1968 tat-2 ta’ Awwissu 2019 dwar il-miżura SA.21445 - C42/2006 implimentata mir-Repubblika tal-Italja sabiex tirrimunera lill-Poste Italiane għall-kontijiet kurrenti ddepożitati mat-Teżor Taljan (notifikata bid-dokument C(2019) 5649)  ( 2 )

28

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1969 tas-26 ta’ Novembru 2019 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-IPBC għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 ( 2 )

45

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1970 tas-26 ta’ Novembru 2019 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tal-istatus ta’ uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) u l-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tal-istatus ta’ uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi ta’ ċerti reġjuni ta’ Spanja u l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-istatus ta’ ħielsa mill-mard u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-marda ta’ Aujeszky għal ċerti reġjuni tal-Italja (notifikata bid-dokument C(2019) 8378)  ( 2 )

47

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1971 tas-26 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rikonoxximent tal-Universal Feed Assurance Scheme biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà skont id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

54

 

*

Deċiżjoni Ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2019/1972 tas-26 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2019) 8396)  ( 2 )

56

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1973 tas-27 ta’ Novembru 2019 li ma tapprovax iż-żeolit tar-ram tal-fidda bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 7 ( 2 )

58

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE.

 

(2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

28.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/1


Informazzjoni dwar id-data tal-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li ser jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019

Fit-13 ta’ Novembru 2019, l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania ffirmaw, fi Brussell, il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li ser jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019.

Għaldaqstant il-Ftehim japplika b’mod proviżorju mis-16 ta’ Novembru 2019, skont il-punt 6 tiegħu.


28.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/2


Informazzjoni dwar id-data tal-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal

L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal iffirmaw fit-18 ta' Novembru 2019, fi Brussell, il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal.

Għaldaqstant, il-Protokoll japplika proviżorjament mit-18 ta' Novembru 2019 skont l-Artikolu 16 tiegħu.


REGOLAMENTI

28.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1964

tas-26 ta’ Novembru 2019

dwar l-awtorizzazzjoni tal-likwidu tal-L-liżina, bażi, tal-monoidroklorur tal-L-liżina, likwidu, tal-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, u tas-sulfat tal-L-liżina bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE (2).

(2)

Il-likwidu konċentrat tal-L-liżina (bażi), il-likwidu konċentrat tal-monoidroklorur tal-L-liżina, il-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, u s-sulfat tal-L-liżina prodotti permezz tal-fermentazzjoni b’ Corynebacterium glutamicum ġie awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien skont id-Direttiva 82/471/KEE bid-Direttiva tal-Kummissjoni 88/485/KEE (3). Dawn l-addittivi tal-għalf mbagħad ġew irreġistrati fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, b’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu applikazzjonijiet għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-likwidu konċentrat tal-L-liżina (bażi), tal-likwidu konċentrat tal-monoidroklorur tal-L-liżina, tal-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, u tas-sulfat tal-L-liżina prodotti bil-fermentazzjoni ta’ Corynebacterium glutamicum bħala addittivi fll-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Tressqu wkoll applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-likwidu konċentrat tal-L-liżina (bażi), tal-likwidu konċentrat tal-monoidroklorur tal-L-liżina, tal-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, u tas-sulfat tal-L-liżina għall-ispeċijiet kollha tal-annimali skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Ma’ dawn l-applikazzjonijiet kien hemm ukoll id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament.

(4)

L-applikazzjonijiet jikkonċenaw l-awtorizzazzjoni tal-likwidu konċentrat tal-L-liżina (bażi), tal-likwidu konċentrat tal-monoidroklorur tal-L-liżina, tal-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, u tas-sulfat tal-L-liżina bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”.

(5)

Fl-opinjonijiet tagħha tal-11 ta’ Settembru 2013 (4), tat-28 ta’ Ottubru 2014 (5), tal-10 ta’ Marzu 2015 (6), tas-16 ta’ Ġunju 2015 (7), tat-2 ta’ Diċembru 2015 (8), tad-19 ta’ April 2016 (9), tat-28 ta’ Novembru 2018 (10) , (11), u tat-3 ta’ April 2019 (12), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), taħt il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, kkonkludiet li l-likwidu konċentrat tal-L-liżina (bażi) prodott permezz tal- Escherichia coli FERM BP-10941, tal-Escherichia coli FERM BP-11355, tal-Corynebacterium glutamicum KCCM 11117P, tal-Corynebacterium glutamicum NRRL B-50547, tal-Corynebacterium glutamicum NRRL B-50775 u tal-Corynebacterium glutamicum KCCM 10227, il-likwidu konċentrat tal-monoidroklorur tal-L-liżina prodott permezz tal-Escherichia coli FERM BP-10941 u tal-Escherichia coli FERM BP-11355, u l-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, prodott permezz tal-Escherichia coli FERM BP-10941, tal-Escherichia coli FERM BP-11355, tal-Escherichia coli CGMCC 3705, tal-Escherichia coli CGMCC 7.57, tal-Corynebacterium glutamicum NRRL B-50547, tal-Corynebacterium glutamicum NRRL B-50775, tal-Corynebacterium glutamicum KCCM 11117P u tal-Corynebacterium glutamicum KCCM 10227, u tas-sulfat tal-L-liżina prodott permezz tal-Corynebacterium glutamicum KCCM 10227 u tal-Corynebacterium glutamicum DSM 24990 m’għandhomx effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza tal-konsumaturi jew l-ambjent. Is-sikurezza tal-addittivi prodotti mill-mikroorganiżmu ġenetikament modifikat, b’mod partikolari mill-Corynebacterium glutamicum NRRL B-50547, hija soġġetta għall-kundizzjoni li l-proċess ta’ manifattura jitwettaq billi jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda DNA rikombinanti tar-razza tal-produzzjoni preżenti fil-prodott finali. L-awtorità ddikjarat ukoll li l-erba’ forom tal-L-liżina jenħtieġ li jitqiesu bħala perikolużi għall-utenti tal-addittivi, b’mod partikolari meta jittieħdu man-nifs. Xi wħud mill-forom jenħtieġ li jitqiesu wkoll li huma kemxejn irritanti għall-għajnejn jew korrużivi għall-ġilda u l-għajnejn. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittivi. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittivi huma sors effikaċi tal-amminoaċidu L-liżina għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li sabiex ikunu effikaċi fir-ruminanti daqs kemm huma effikaċi fl-ispeċijiet mhux ruminanti, jenħtieġ li l-addittivi ikunu protetti mid-degradazzjoni fil-kirxa. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf u l-ilma, li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf permezz tal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

L-ismijiet “likwidu konċentrat tal-L-liżina (bażi)” u “likwidu konċentrat tal-monoidroklorur tal-L-liżina” jenħtieġ li jinbidlu għal “L-liżina bażi, likwidu” u “monoidroklorur tal-L-liżina, likwidu” billi l-kontenut minimu ta’ L-liżina ta’ dawk l-addittivi huwa biss ta’ 50 % u 22 % rispettivament.

(7)

Il-valutazzjoni tal-likwidu konċentrat tal-L-liżina (bażi), tal-likwidu konċentrat tal-monoidroklorur tal-L-liżina, tal-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, u tas-sulfat tal-L-liżina prodotti permezz ta’ fermentazzjoni ma’ Corynebacterium glutamicum spp jew Escherichia coli spp kif imsemmi fil-premessa (5) juri li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ dawn is-sustanzi jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(8)

Billi r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-likwidu konċentrat tal-L-liżina (bażi), tal-likwidu konċentrat tal-monoidroklorur tal-L-liżina, tal-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, u tas-sulfat tal-L-liżina prodotti permezz ta’ fermentazzjoni ma’ Corynebacterium glutamicum, huwa xieraq li jingħata perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jappartjenu għall-kategorija ta’ addittivi “addittivi nutrittivi” u għall-grupp funzjonali “Amminoaċidi, il-melħ u l-analogi tagħhom”, huma awtorizzati bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

1.   Il-likwidu konċentrat tal-L-liżina (bażi), il-likwidu konċentrat tal-monoidroklorur tal-L-liżina, il-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, u s-sulfat tal-L-liżina prodotti permezz ta’ fermentazzjoni ma’ Corynebacterium glutamicum awtorizzati mid-Direttiva tal-Kummissjoni 88/485/KEE u t-taħlitiet imħejjija minn qabel li jkunu inklużi fihom jistgħu jiġu kkumerċjalizzati sat-18 ta’ Ġunju 2020 skont ir-regoli applikabbli qabel it-18 ta’ Diċembru 2019 u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma prodotti u ttikkettati qabel it-18 ta’ Diċembru 2020 skont ir-regoli applikabbli qabel jit-18 ta’ Diċembru 2019 jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

3.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma prodotti u ttikkettati qabel it-18 ta’ Diċembru 2021 skont ir-regoli applikabbli qabel jit-18 ta’ Diċembru 2019 jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni tal-annimali (ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8).

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 88/485/KEE tas-26 ta’ Lulju 1988 li temenda l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni tal-annimali (ĠU L 239, 30.8.1988, p. 36).

(4)  EFSA Journal 2013;11(10):3365.

(5)  EFSA Journal 2014;12(11):3895.

(6)  EFSA Journal 2015;13(3):4052.

(7)  EFSA Journal 2015;13(7):4156.

(8)  EFSA Journal 2016;14(3):4346.

(9)  EFSA Journal 2016;14(5):4471.

(10)  EFSA Journal 2019;17(1):5532.

(11)  EFSA Journal 2019;17(1):5537.

(12)  EFSA Journal 2019;17(5):5697.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg addittiv/kg tal-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: amminoaċidi, l-imluħ u l-analogi tagħhom.

3c320

-

L-liżina bażi, likwidu

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Soluzzjoni milwiema tal-L-liżina b’minimu ta’ 50 % L-liżina.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

L-liżina prodotta permezz tal-fermentazzjoni bl-Escherichia coli FERM BP-10941 jew

Escherichia coli FERM BP-11355 jew

Corynebacterium glutamicum KCCM 11117P jew

Corynebacterium glutamicum NRRL B-50547 jew

Corynebacterium glutamicum NRRL B-50775 jew

Corynebacterium glutamicum KCCM 10227.

Formula kimika: NH2-(CH2)4-CH(NH2)-COOH

Numru CAS: 56-87-1

Metodi analitiċi  (1):

Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel li fihom aktar minn 10 % ta’ liżina:

kromatografija bi skambju ta’ joni flimkien ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS/FLD) — EN ISO 17180.

Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:

kromatografija bi skambju ta’ joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS): ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F).

Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-ilma:

kromatografija bi skambju ta’ joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS/FLD). jew

kromatografija bi skambju ta’ joni flimkien ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS).

L-ispeċijiet kollha

-

-

-

1.

Il-kontenut tal-L-liżina għandu jkun indikat fuq it-tikketta tal-addittiv.

2.

Il-bażi tal-L-liżina, likwidu, jista’ jiġi introdott fis-suq u użat bħala addittiv magħmul minn preparazzjoni.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, u għall-ġilda u l-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista’ jkun permezz ta’ proċeduri u miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tal-għajnejn u tal-ġilda.

4.

L-addittiv jista’ jintuża wkoll fl-ilma għax-xorb.

5.

Id-dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikkettar tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel: “Jenħtieġ li fil-każ tas-supplimentazzjoni bl-L-liżina, b’mod partikolari fl-ilma tax-xorb, jitqiesu l-amminoaċidi essenzjali u kundizzjonalment essenzjali kollha, biex jiġu evitati l-iżbilanċi.”

18.12.2029

3c321

-

Monoidroklorur tal-L-liżina, likwidu

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Soluzzjoni milwiema tal-monoidroklorur tal-L-liżina b’minimu ta’ 22 % L-liżina u kontenut massimu ta’ ndewwa ta’ 66 % (minimu ta’ 58 % ta’ L-liżina fil-materja niexfa).

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Monoidroklorur tal-L-liżina prodott bil-fermentazzjoni permezz tal-

Escherichia coli FERM BP-10941 jew Escherichia coli FERM BP-11355.

Formula kimika: NH2-(CH2)4-CH(NH2)-COOH

Numru CAS: 657-27-2

Metodi analitiċi  (1):

Għall-kwantifikazzjoni tal-monoidroklorur tal-L-liżina fl-addittiv tal-għalf:

Codex tal-Kimiki tal-Ikel “monografija tal-monoidroklorur tal-L-liżina”

Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel li fihom aktar minn 10 % ta’ liżina:

kromatografija bi skambju ta’ joni flimkien ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS/FLD) – EN ISO 17180.

Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:

kromatografija bi skambju ta’ joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS): ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F).

L-ispeċijiet kollha

1.

Il-kontenut tal-L-liżina għandu jkun indikat fuq it-tikketta tal-addittiv.

2.

Il-monoidroklorur tal-L-liżina, likwidu, jista’ jiġi introdott fis-suq u użat bħala addittiv magħmul minn preparazzjoni.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni u għall-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista’ jkun permezz ta’ proċeduri u miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali, inkluż l-inalazzjoni u l-protezzjoni għall-għajnejn.

4.

Id-dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikkettar tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel: “Jenħtieġ li fil-każ tas-supplimentazzjoni bl-L-liżina, jitqiesu l-amminoaċidi essenzjali u kundizzjonalment essenzjali kollha, biex jiġu evitati l-iżbilanċi.”

18.12.2029

3c322

 

Il-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Sustanza f’forma ta’ trab tal-monoidroklorur tal-L-liżina b’minimu ta’ 78 % ta’ L-liżina u kontenut massimu ta’ ndewwa ta’ 1,5 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Monoidroklorur tal-L-liżina prodott bil-fermentazzjoni permezz tal-

Escherichia coli FERM BP-10941 jew Escherichia coli FERM BP-11355 jew Escherichia coli CGMCC 3705 jew Escherichia coli CGMCC 7.57 jew Corynebacterium glutamicum NRRL B-50547 jew

Corynebacterium glutamicum NRRL B-50775 jew

Corynebacterium glutamicum KCCM 11117P jew

Corynebacterium glutamicum KCCM 10227.

Formula kimika: NH2-(CH2)4-CH(NH2)-COOH

Numru CAS: 657-27-2

Metodi analitiċi (1):

Għall-kwantifikazzjoni tal-monoidroklorur tal-L-liżina fl-addittiv tal-għalf:

Codex tal-Kimiki tal-Ikel “monografija tal-monoidroklorur tal-L-liżina”

Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel li fihom aktar minn 10 % ta’ liżina:

kromatografija bi skambju ta’ joni flimkien ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS/FLD) – EN ISO 17180.

Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:

kromatografija bi skambju ta’ joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS): ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F).

Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-ilma:

kromatografija bi skambju ta’ joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS/FLD). jew

kromatografija bi skambju ta’ joni flimkien ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS).

L-ispeċijiet kollha

1.

Il-kontenut tal-L-liżina għandu jkun indikat fuq it-tikketta tal-addittiv.

2.

Il-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, jista’ jiġi introdott fis-suq u użat bħala addittiv magħmul minn preparazzjoni.

3.

Il-kontenut tal-endotossini tal-addittiv u l-potenzjal tiegħu li jarmi t-trab għandhom jiżguraw esponiment massimu għall-endotossini ta’ 1600 IU ta’ endotossini/m3 ta’ arja (2).

4.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni. Fejn dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu kemm jista’ jkun b’tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali, li jinkludi protezzjoni għan-nifs.

5.

L-addittiv jista’ jintuża wkoll fl-ilma għax-xorb.

6.

Id-dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikkettar tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel: “Jenħtieġ li fil-każ tas-supplimentazzjoni bl-L-liżina, b’mod partikolari fl-ilma tax-xorb, jitqiesu l-amminoaċidi essenzjali u kundizzjonalment essenzjali kollha, biex jiġu evitati l-iżbilanċi.”

18.12.2029

3c324

 

Sulfat tal-L-liżina

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Granulat b’kontenut minimu ta’ L-liżina ta’ 52 % u b’kontenut massimu ta’ 24 % sulfat.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Sulfat tal-L-liżina prodott mill-fermentazzjoni permezz tal-Corynebacterium glutamicum KCCM 10227 jew

Corynebacterium glutamicum DSM 24990.

Formula kimika: C12H28N4O4•H2SO4/[NH2-(CH2)4-CH(NH2)-COOH]2SO4

Numru CAS: 60343-69-3

Metodi analitiċi (1):

Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel li fihom aktar minn 10 % ta’ liżina:

kromatografija bi skambju ta’ joni flimkien ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS/FLD) – EN ISO 17180.

Għall-identifikazzjoni tas-sulfat fl-addittiv tal-għalf:

Monografija tal-Farmakopea Ewropea 20301

Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:

kromatografija bi skambju ta’ joni flimkien ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-UV) — ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009.

L-ispeċijiet kollha

10 000

1.

Il-kontenut tal-L-liżina għandu jkun indikat fuq it-tikketta tal-addittiv.

2.

Is-sulfat tal-L-liżina jista’ jiġi introdott fis-suq u użat bħala addittiv magħmul minn preparazzjoni.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għal livell minimu bi proċeduri u miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tan-nifs.

4.

Id-dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikkettar tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel: “Jenħtieġ li fil-każ tas-supplimentazzjoni bl-L-liżina, jitqiesu l-amminoaċidi essenzjali u kundizzjonalment essenzjali kollha, biex jiġu evitati l-iżbilanċi.”

18.12.2029


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(2)  L-esponiment jiġi kkalkulat abbażi tal-livell ta’ endotossini u l-potenzjal li l-addittiv jarmi t-trab skont il-metodu li jintuża mill-EFSA (EFSA Journal 2018;16(10):5458); metodu analitiku: Farmakopea Ewropea 2.6.14. (endotossini batteriċi).


28.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1965

tas-26 ta’ Novembru 2019

dwar l-awtorizzazzjoni tal-molibdat diidrat tas-sodju bħala addittiv tal-għalf għan-nagħaġ

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Il-molibdat tas-sodju kien awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali skont id-Direttiva 70/524/KEE. Din is-sustanza wara ddaħħlet fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-molibdat diidrat tas-sodju bħala addittiv tal-għalf għan-nagħaġ.

(4)

L-applikant talab li l-molibdat diidrat tas-sodju jiġi klassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Fl-opinjoni tagħha tat-23 ta’ Jannar 2019 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-molibdat diidrat tas-sodju ma jħallix effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza tal-konsumatur jew fuq l-ambjent. Hija kkonkludiet ukoll li l-addittiv huwa kkunsidrat bħala irritant tal-ġilda u tal-għajnejn. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li s-supplimentazzjoni tal-molibdenu fl-għalf tan-nagħaġ b’molibdat diidrat tas-sodju hija meqjusa bħala effettiva sabiex jiġi garantit bilanċ adegwat mar-ram, meta l-proporzjon tar-ram u tal-molibdenu fid-dieta huwa fil-medda 3–10. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf permezz tal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-molibdat diidrat tas-sodju turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati.

(7)

Billi l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanza molibdat diidrat tas-sodju mhijiex meħtieġa minħabba raġunijiet ta’ sikurezza, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “komposti ta’ oligoelementi”, hija awtorizzata bħala addittiv tal-għalf fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

1.   Il-molibdat diidrat tas-sodju u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dik is-sustanza u li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-18 ta’ Ġunju 2020 skont ir-regoli applikabbli qabel it-18 ta’ Diċembru 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li jkun fihom il-molibdat diidrat tas-sodju u li jiġu prodotti u tikkettati qabel it-18 ta’ Diċembru 2020 b’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-18 ta’ Diċembru 2019 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti diment li dawn ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

3.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li jkun fihom is-selenit tas-sodju u li jiġu prodotti u tikkettati qabel it-18 ta’ Diċembru 2021 b’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-18 ta’ Diċembru 2019 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti diment li dawn ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux ikel.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  EFSA Journal 2019;17(2):5606.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Kontenut tal-element (Mo) f’mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti tal-oligoelementi

3b701

-

Molibdat diidratat tas-sodju

Kompożizzjoni kimika:

Molibdat diidratat tas-sodju bħala sustanza f’forma ta’ trab b’kontenut minimu ta’ 37 % molibdenu.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Formula kimika: Na2MoO4. 2 H2O

Numru CAS: 10102-40-6

Metodi analitiċi (1):

Għall-kwantifikazzjoni tal-molibdenu totali fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel, fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

EN 15510: Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika — Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES);

Għall-kwantifikazzjoni tat-total tas-sodju fl-addittiv tal-għalf:

EN 15510: Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika — Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES); jew

EN ISO 6869: Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS)

Nagħaġ

-

-

2,5 (total)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta’ dawk il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv adattat.

3.

It-tikkettar tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandu jindika dan li ġej:

Is-“supplementazzjoni tal-molibdenu fl-għalf tan-nagħaġ għandu jkollu proporzjon ta’ Cu:Mo fid-dieta fil-firxa ta’ 3–10, sabiex jiġi ggarantit bilanċ adegwat mar-ram”

18.12.2029


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/eurl/feed-additives/evaluation-reports


28.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1966

tas-27 ta’ Novembru 2019

li jemenda u jikkoreġi l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1), ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 15(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi klassifikazzjoni armonizzata tas-sustanzi bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR) abbażi ta’ valutazzjoni xjentifika mwettqa mill-Kumitat dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi. Is-sustanzi huma kklassifikati bħala sustanzi CMR tal-kategorija 1 A, sustanzi CMR tal-kategorija 1B jew sustanzi CMR tal-kategorija 2 skont il-livell tal-evidenza tal-proprjetajiet CMR tagħhom.

(2)

L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jipprevedi li huwa pprojbit li s-sustanzi klassifikati bħala sustanzi CMR tal-kategorija 1 A, tal-kategorija 1B jew tal-kategorija 2 fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (is-sustanzi CMR) jintużaw fil-prodotti kożmetiċi. Madankollu, sustanza CMR tista’ tintuża fil-prodotti kożmetiċi meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 15(1) jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(3)

Sabiex tiġi implimentata b’mod uniformi l-projbizzjoni tas-sustanzi CMR fis-suq intern, ħalli tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt, b’mod partikolari għall-operaturi ekonomiċi u għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u sabiex jiġi żgurat livell għoli tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, jenħtieġ li s-sustanzi CMR kollha jiġu inklużi fil-lista ta’ sustanzi pprojbiti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u, fejn rilevanti, jitħassru mil-listi ta’ sustanzi ristretti jew awtorizzati fl-Annessi III u V ta’ dak ir-Regolament. Meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 15(1) jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, jenħtieġ li l-listi ta’ sustanzi ristretti jew awtorizzati fl-Annessi III u V ta’ dak ir-Regolament jiġu emendati skont dan.

(4)

Is-sustanzi kollha li ġew ikklassifikati bħala sustanzi CMR skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fl-1 ta’ Diċembru 2018, meta r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 (3) sar applikabbli, kienu maħsuba biex jiġu koperti mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/831 (4). Dan ir-Regolament ikopri s-sustanzi klassifikati bħala sustanzi CMR permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1480 (5), li se japplika mill-1 ta’ Mejju 2020.

(5)

Fir-rigward tas-sustanza aċidu 2-idrossi-benżojku, bl-isem “Salicylic acid” fin-Nomenklatura Internazzjonali tal-Ingredjenti Kożmetiċi (INCI), li ġiet ikklassifikata bħala sustanza CMR tal-kategorija 2, tressqet talba għall-applikazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u ġie stabbilit li l-kundizzjoni prevista f’dik id-dispożizzjoni ġiet issodisfata.

(6)

L-aċidu saliċiliku u l-imluħ tiegħu huma attwalment elenkati fl-annotazzjoni 3 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 bħala preservattivi permessi f’prodotti kożmetiċi f’konċentrazzjoni sa 0,5 % (aċidu).

(7)

L-aċidu saliċiliku huwa elenkat ukoll fl-annotazzjoni 98 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 bħala sustanza ristretta, permessa biss meta tintuża għal skopijiet oħra għajr il-preservazzjoni, f’prodotti tax-xagħar li jitlaħalħu f’konċentrazzjoni ta’ mhux aktar minn 3,0 % u f’prodotti oħra f’konċentrazzjoni sa 2,0 %.

(8)

F’konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, sustanza klassifikata bħala sustanza CMR tal-kategorija 2 tista’ tintuża fil-prodotti kożmetiċi meta s-sustanza tkun ġiet ivvalutata mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) u jkun instab li l-użu tagħha f’prodotti bħal dawn huwa sikur.

(9)

Fil-21 ta’ Diċembru 2018, l-SCCS ħareġ opinjoni xjentifika dwar l-aċidu saliċiliku (6) (“l-opinjoni tal-SCCS”) li kkonkludiet li, abbażi tad-data disponibbli, is-sustanza hija sikura għall-konsumaturi meta tintuża bħala preservattiv fil-prodotti kożmetiċi f’konċentrazzjoni sa 0,5 % (aċidu) meta wieħed iqis ir-restrizzjonijiet attwali tagħha fis-seħħ. L-opinjoni tal-SCCS ma tapplika għal ebda prodott orali, u lanqas ma tapplika għal prodotti li jistgħu jiġu sprejjati li jistgħu jwasslu għall-espożizzjoni tal-pulmuni tal-konsumatur permezz tan-nifs.

(10)

L-SCCS ikkonkluda wkoll li l-aċidu saliċiliku huwa sikur meta jintuża għal skopijiet oħra għajr il-preservazzjoni b’konċentrazzjoni ta’ mhux aktar minn 3,0 % għal prodotti tax-xagħar li jitlaħalħu u sa 2,0 % għal prodotti oħra, meta wieħed iqis ir-restrizzjonijiet attwali tiegħu fis-seħħ, għajr għall-applikazzjonijiet tal-lotion tal-ġisem, tal-eye shadow, tal-mascara, tal-eyeliner, tal-lipstick u tad-deodoranti roll on. L-opinjoni tal-SCCS ma tapplika għal ebda prodott orali, u lanqas ma tapplika għal prodotti li jistgħu jiġu sprejjati li jistgħu jwasslu għall-espożizzjoni tal-pulmuni tal-konsumatur permezz tan-nifs.

(11)

Fl-aħħar nett, l-SCCS ikkonkluda li l-aċidu saliċiliku huwa irritant tal-għajnejn li jista’ jikkawża ħsara serja lill-għajnejn u enfasizza li bħalissa għaddejjin testijiet speċifiċi biex jiġi vvalutat jekk l-aċidu saliċiliku għandux proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali u li, skont l-eżitu ta’ dawn it-testijiet, jista’ jkun hemm bżonn li jiġu kkunsidrati l-proprjetajiet potenzjali ta’ tħarbit endokrinali tal-aċidu saliċiliku fil-kożmetiċi.

(12)

Fid-dawl tal-klassifikazzjoni tal-aċidu saliċiliku bħala sustanza CMR tal-kategorija 2 u bħala irritant għall-għajnejn li jista’ jikkawża ħsara serja lill-għajnejn u flimkien mal-opinjoni tal-SCCS, jenħtieġ li s-sustanza tiġi awtorizzata bħala preservattiv fil-prodotti kożmetiċi f’konċentrazzjoni sa 0,5 % (aċidu), meta wieħed iqis ir-restrizzjonijiet attwali tagħha, ħlief għal prodotti orali u għal applikazzjonijiet li jistgħu jwasslu għall-espożizzjoni tal-pulmuni tal-utent aħħari permezz tan-nifs. Fir-rigward ta’ użu għal skopijiet oħra għajr il-preservazzjoni, jenħtieġ li tkun awtorizzata wkoll fil-prodotti tax-xagħar li jitlaħalħu f’konċentrazzjoni sa 3,0 % u f’prodotti oħra ħlief għall-applikazzjonijiet tal-lotion tal-ġisem, tal-eye shadow, tal-mascara, tal-lipstick u tad-deodoranti roll on f’konċentrazzjoni sa 2,0 %. Jenħtieġ li fl-ebda każ ma jiġi awtorizzat biex jintuża f’applikazzjonijiet li jistgħu jwasslu għall-espożizzjoni tal-pulmuni tal-utent finali permezz tan-nifs. Meta wieħed iqis il-konklużjoni tal-SCCS li l-aċidu saliċiliku huwa irritant għall-għajnejn, ir-restrizzjoni u l-kundizzjoni attwali li jiddikjaraw li s-sustanza m’għandhiex tintuża f’prodotti għal tfal taħt it-tliet snin, ħlief għal xampus, jenħtieġ li jiġu mmodifikati sabiex ikopru l-prodotti kollha għat-tfal taħt it-tliet snin. Ir-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jiġu adattati skont dan.

(13)

Fir-rigward tas-sustanzi l-oħra kollha għajr l-aċidu saliċiliku li ġew ikklassifikati bħala sustanzi CMR skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 bir-Regolament (UE) 2018/1480, ma tressqet l-ebda talba għall-użu fil-prodotti kożmetiċi permezz ta’ eċċezzjoni. L-ebda waħda minn dawk is-sustanzi mhi attwalment ristretta jew awtorizzata fl-Annessi III jew V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Erbgħa minn dawk is-sustanzi bħalissa huma elenkati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. Is-sustanzi li mhumiex diġà elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista ta’ sustanzi pprojbiti fil-prodotti kożmetiċi f’dak l-Anness.

(14)

Is-sustanza 8-idrossikinolina; kinolin-8-ol, bl-isem INCI “Oxyquinoline”, ġiet ikklassifikata bħala sustanza CMR tal-kategorija 1B bir-Regolament (UE) 2017/776 filwaqt li s-sulfat tagħha, is-sustanza sulfat tal-bis (8-idrossikinolinju), bl-isem INCI “Oxyquinoline sulphate” ma ġietx ikklassifikata bħala sustanza CMR. Iż-żewġ sustanzi ġew elenkati fl-annotazzjoni 395 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 fiż-żmien meta bdiet tapplika l-klassifikazzjoni tal-ossikinolina bħala sustanza CMR u ġew ipprojbiti għall-użu fil-prodotti kożmetiċi ħlief taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-annotazzjoni 51 tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament. Billi ġiet ikklassifikata bħala sustanza CMR, kien jenħtieġ li l-ossikinolina titneħħa mill-annotazzjoni 51 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Bir-Regolament (UE) 2019/831, madankollu l-annotazzjoni 51 tħassret bi żball fl-intier tagħha, inkluża r-referenza għal dik l-annotazzjoni fl-annotazzjoni 395 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Sabiex tiġi riflessa b’mod korrett il-projbizzjoni tal-ossikinolina fil-prodotti kożmetiċi abbażi tal-klassifikazzjoni tagħha bħala sustanza CMR, jenħtieġ li l-annotazzjoni 51 tiġi introdotta mill-ġdid għal dik is-sustanza fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u l-annotazzjoni 395 fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li tiġi adattata skont dan.

(15)

Is-sustanza metil-fenil diammina, bl-isem tal-INCI “Diaminotoluene”, ġiet miżjuda mal-lista ta’ sustanzi pprojbiti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 permezz tar-Regolament (UE) 2019/831 bħala l-annotazzjoni 1507. Madankollu, dik l-annotazzjoni ma tikkorrispondix għal sustanza speċifika iżda għal grupp ta’ sustanzi li fosthom 4-metil-m-fenilen diammina u 2-metil-m-fenilen diammina biss, u t-taħlita u l-massa ta’ reazzjoni ta’ dawk iż-żewġ sustanzi ġew ikklassifikati bħala sustanzi CMR skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Fost dawk is-sustanzi CMR, 4-metil-m-fenilenediammina, 2-metil-m-fenilenediammina u taħlita ta’ dawk iż-żewġ sustanzi diġà jinabu elenkati bħala l-annotazzjonijiet 364, 413 u 1144 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 filwaqt li s-sustanza massa ta’ reazzjoni ta’ 4-metil-m-fenilenediammina u ta’ 2-metil-m-fenilenediammina għadha ma ġietx ipprojbita għall-użu fil-kożmetiċi. Għalhekk jenħtieġ li tiġi emendata l-annotazzjoni 1507 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 biex tkopri biss dik is-sustanza. Billi s-sustanzi CMR 4-metil-m-fenilenediammina, 2-metil-m-fenilenediammina kif ukoll it-taħlita ta’ dawk iż-żewġ sustanzi u r-reazzjoni ta’ massa ta’ dawk is-sustanzi jiffurmaw parti mill-grupp usa ta’ sustanzi ristretti elenkati bħala l-annotazzjoni 9 fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, l-annotazzjonijiet korrispondenti fl-Anness II inkluża l-annotazzjoni 1507 kif emendata, kellhom jiġu esklużi mill-annotazzjoni 9. Għalhekk jenħtieġ li l-annotazzjoni 9 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tiġi adattata skont dan.

(16)

Barra minn hekk, 19-il sustanza jew gruppi ta’ sustanzi kklassifikati bħala sustanzi CMR permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1179 (7), li saru applikabbli fl-1 ta’ Marzu 2018, bi żball ma ġewx inklużi fir-Regolament (UE) 2019/831, minkejja l-fatt li ma ġiet ippreżentata l-ebda talba għall-użu f’prodotti kożmetiċi għal dawk is-sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi. Bħalissa l-ebda waħda minn dawk is-sustanzi mhi ristretta jew awtorizzata fl-Annessi III jew V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Tmintax (18) minn dawk is-sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi bħalissa mhumiex elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u għalhekk jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta’ sustanzi pprojbiti fil-prodotti kożmetiċi f’dak l-Anness II. Waħda mis-sustanzi, jiġifieri l-oktaborat tad-disodju anidru, tappartjeni għall-grupp ta’ sustanzi diġà elenkati bħala l-annotazzjoni 1396 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u jenħtieġ li tiġi inkluża f’dik l-annotazzjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-annotazzjoni 1396 tiġi adattata skont dan.

(17)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġi emendat u kkoreġut skont dan.

(18)

L-emendi għar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huma bbażati fuq il-klassifikazzjonijiet tas-sustanzi rilevanti bħala sustanzi CMR permezz tar-Regolament (UE) 2018/1480 u għalhekk jenħtieġ li japplikaw mill-istess data ta’ dawk il-klassifikazzjonijiet.

(19)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe nuqqas ta’ kontinwità u ta’ inċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi, il-korrezzjoni tal-iżball introdott bir-Regolament (UE) 2019/831 fir-rigward tas-sustanza sulfat tal-ossikinolina jenħtieġ li tapplika b’mod retroattiv mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament.

(20)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huma emendati f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 jibda japplika mill-1 ta’ Mejju 2020.

Il-punti (1)(a) u (2)(b) tal-Anness II għandhom japplikaw mill-11 ta’ Ġunju 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 tal-4 ta’ Mejju 2017 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 116, 5.5.2017, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/831 tat-22 ta’ Mejju 2019 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 137, 23.5.2019, p. 29).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1480 tal-4 ta’ Ottubru 2018 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, u li jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 (ĠU L 251, 5.10.2018, p. 1).

(6)  SCCS/1601/18, http://ec.europa.eu/health/sites/health/files/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_223.pdf

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1179 tad-19 ta’ Lulju 2016 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 195, 20.7.2016, p. 11).


ANNESS I

(1)   

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:

Jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Isem kimiku/INN

Numru CAS

Numru KE

a

b

c

d

“1612

Fosmet (ISO); S-[(1,3-diosso-1,3-diidro-2H- isoindol-2-yl)metil]-O,O-dimetil fosforoditijoat;

O,O-dimetil-S-ftalimidometil fosforoditijoat

732-11-6

211-987-4

1613

Permanganat tal-potassju

7722-64-7

231-760-3

1614

2-benżil-2-dimetilammino-4’-morfolinobutirofenon

119313-12-1

404-360-3

1615

Quizalofop-p-tefuril (ISO);

(+/–) tetraidrofurfuril (R)-2-[4-(6- klorokinossalina2-

ilossi) fenilossi] propjonat

200509-41-7

414-200-4

1616

Propikonażol (ISO); (2RS,4RS;2RS,4SR)-1-{[2-(2,4- diklorofenil)-4-propil-1,3- diossolan-2-il]metil}-1H- 1,2,4-triażol

60207-90-1

262-104-4

1617

Pinossaden (ISO); 8-(2,6-dietil-4-metilfenil)-7-osso-1,2,4,5-tetraidro-7H-pirażolo[1,2-d][1,4,5]ossadiażepin-9-il 2,2-dimetilpropanoat

243973-20-8

635-361-9

1618

tetrametrin (ISO);

(1,3-diosso-1,3,4,5,6,7-heżaidro-2H-isoindol-2-yl)metil 2,2-dimetil-3-(2-metilprop-1-en-1-yl)ċiklopropanekarbossilat

7696-12-0

231-711-6

1619

(1,3,4,5,6,7-Eżaiydro-1,3-diosso-2H-isoindol-2-yl)metil (1R-trans)-2,2-dimetil-3-(2- metilprop-1-enil)ċiklopropanekarbossilat

1166-46-7

214-619-0

1620

Spirodiklofen (ISO);

3-(2,4-diklorofenil)-2-osso-1-ossaspiro[4.5]dek-3-en-4-il 2,2-dimetilbutirat

148477-71-8

604-636-5

1621

Massa ta’ reazzjoni ta’ 1-[2-(2-aminobutossi)etossi]but-2-ilammina u 1-({[2-(2-aminobutossi)etossi]metil}propossi)but-2-ilammina

897393-42-9

447-920-2

1622

1-vinilimidażol

1072-63-5

214-012-0

1623

Amisulbrom (ISO)3-(3-bromo-6-fluworo-2-metilindol-1-ilsulfonil)-N,N-dimetil-1H-1,2,4-triażol-1-sulfonammid

348635-87-0

672-776-4”

(2)   

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjoni 98 hija sostitwita b’dan li ġej:

“98

Aċidu benżojku, 2-idrossi- (*1)

Aċidu saliċiliku

69-72-7

200-712-3

(a) Prodotti tax-xagħar li jitlaħalħu

(b) Prodotti oħra għajr il-lotion tal-ġisem, l-eye shadow, il-mascara, l-eyeliner, il-lipstick, u d-deodoranti roll on

(a) 3,0 %

(b) 2,0 %

Ma għandux jintuża f’preparazzjonijiet għat-tfal taħt it-tliet snin

Ma għandhux jintuża f’applikazzjonijiet li jistgħu jwasslu għall-esponiment tal-pulmuni tal-utent aħħari permezz tan-nifs.

Ma għandux jintuża fil-prodotti orali

Għall-finijiet oħra għajr dawk li jfixklu l-iżvilupp tal-mikroorganiżmi fil-prodott. Dan l-iskop irid ikun ovvju mill-preżentazzjoni tal-prodott.

Ma għandux jintuża għat-tfal taħt it-tliet snin (*2)

(3)   

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjoni 3 hija sostiwita b’dan li ġej:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-Sustanza

Kundizzjonijiet

Liema kliem għandu jintuża fil-kondizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

Isem kimiku/INN

Isem tal-glossarju ta’ Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru KE

Tip ta’ prodott, Partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima f’preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

 

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“3

Aċidu saliċiliku (*3) u l-imluħ tiegħu

Aċidu saliċiliku

Saliċilat tal-kalċju, saliċilat tal-manjeżju, saliċilat-MEA, saliċilat tas-sodju, saliċilat tal-potassju, saliċilat-TEA

69-72-7

824-35-1, 18917-89-0, 59866- 70-5, 54-21-7, 578-36-9, 2174-16-5

200-712-3

212-525-4, 242-669-3, 261-963-2, 200-198-0, 209-421-6, 218-531-3

 

0,5 % (aċidu)

0,5 % (aċidu)

Ma għandux jintuża fil-prodotti għat-tfal taħt it-tliet snin.

Ma għandux jintuża fil-prodotti orali

Ma għandhux jintuża f’applikazzjonijiet li jistgħu jwasslu għall-esponiment tal-pulmuni tal-utent aħħari permezz tan-nifs.

Mhux biex jintuża f’prodotti għat-tfal taħt it-tliet snin, ħlief għal xampus.

Ma għandux jintuża għat-tfal taħt it-tliet snin (*4)

Ma għandux jintuża għat-tfal taħt it-tliet snin (*5)


(*1)  Għall-użu bħala preżervattiv, ara l-Anness V, Nru 3.

(*2)  Esklużivament għall-prodotti li possibbilment jintużaw għat-tfal taħt it-tliet snin.”

(*3)  Għal użu ieħor għajr bħala preservattiv, ara l-Anness III, Nru 98.

(*4)  Esklużivament għall-prodotti li possibbilment jintużaw għat-tfal taħt it-tliet snin.

(*5)  Esklużivament għall-prodotti li possibbilment jintużaw għat-tfal taħt it-tliet snin u li jibqgħu f’kuntatt prolungat mal-ġilda”


ANNESS II

(1)   

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

l-annotazzjoni 395 hija sostitwita b’dan li ġej:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Isem kimiku/INN

Numru CAS

Numru KE

“395

Idrossi-8-kinolina u s-sulfat tal-bis (8-idrossikinolinju) tiegħu, għajr għall-użi tas-sulfat previsti fl-annotazzjoni 51 tal-Anness III

148-24-3

134-31-6

205-711-1

205-137-1”

(b)

l-annotazzjoni 1396 hija sostitwita b’dan li ġej:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Isem kimiku/INN

Numru CAS

Numru KE

a

b

c

d

“1396

Borati, tetraborati, ottaborati u l-imluħa u l-esteri tal-aċidu boriku, inkluż:

Oktaborat tad-disodju anidru [1]

Tetraidrat tal-ottaborat tad-disodju [2]

2-Aminoetanol, monoester bl-aċidu boriku [3]

Ortoborat tad-diidroġenu tal-ammonju 2-idrossipropil [4]

Borat tal-potassju, melħ tal-potassju tal-aċidu boriku [5]

Borat tat-triottildodeċil [6]

Borat taż-żingu [7]

Borat tas-sodju, tetraborat tad-disodju anidruż; aċidu boriku, melħ tas-sodju [8]

Eptaossidu tat-tetraboron u tad-disodju, idrat [9]

Aċidu ortoboriku, melħ tas-sodju [10]

Tetraborat tad-disodju dekaidrat; dekaidrat tal-boraks [11]

Pentaidrat tetraborat tad-disodju; pentaidrat tal-burax [12]

12008-41-2 [1]

12280-03-4 [2]

10377-81-8 [3]

68003-13-4 [4]

12712-38-8 [5]

— [6]

1332-07-6 [7]

1330-43-4 [8]

12267-73-1 [9]

13840-56-7 [10]

1303-96-4 [11]

12179-04-3 [12]

234-541-0 [1]

234-541-0 [2]

233-829-3 [3]

268-109-8 [4]

603-184-6 [5]

— [6]

215-566-6 [7]

215-540-4 [8]

235-541-3 [9]

237-560-2 [10]

215-540-4 [11]

215-540-4 [12]”

(c)

l-annotazzjoni 1507 hija sostitwita b’dan li ġej:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Isem kimiku/INN

Numru CAS

Numru KE

“1507

Diamminotoluwen, metil-fenilenediammina, prodott tekniku – massa ta’ reazzjoni ta’ [4-metil-m-fenylenediammina u 2-metil-m-fenilenediammina]

_

_

(d)

jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Isem kimiku/INN

Numru CAS

Numru KE

a

b

c

d

“1624

Pirimikarb (ISO); 2-(dimetilammino)-5,6-dimetilpirimidina-4-il dimetilkarbammat

23103-98-2

245-430-1

1625

1,2-dikloropropan; diklorur tal-propilen

78-87-5

201-152-2

1626

Fenol, dodeċil-, bil-fergħat [1]

Fenol, 2-dodeċil-, bil-fergħat [2]

Fenol, 3-dodeċil-, bil-fergħat [3]

Fenol, 4-dodeċil-, bil-fergħat [4]

Fenol, (tetrapropenil) derivattivi [5]

121158-58-5 [1]

1801269-80-6 [2]

1801269-77-1 [3]

210555-94-5 [4]

74499-35-7 [5]

310-154-3 [1]

- [2]

- [3]

640-104-9 [4]

616-100-8 [5]

1627

Kumatetralil (ISO); 4- idrossi-3-(1,2,3,4-tetraidro-1-naftil) kumarin

5836-29-3

227-424-0

1628

Difenakum (ISO); 3-(3- bifenil-4-il-1,2,3,4- tetraidro-1-naftil)- 4-idrossikumarina

56073-07-5

259-978-4

1629

Brodifakum (ISO); 4-idrossi-3-(3-(4’-bromo-4-bifenilil)-1,2,3,4-tetraidro-1-naftil)kumarina

56073-10-0

259-980-5

1630

Flokumafen (ISO); massa ta’ reazzjoni ta’: ċis-4-idrossi-3-(1,2,3,4-tetraidro-3-(4-(4-trifluworometilbenżilossi)fenil)-1-naftil)kumarin u trans-4-idrossi-3-(1,2,3,4-tetraidro-3-(4-(4-trifluworometilbenżilossi)fenil)-1-naftil)kumarina

90035-08-8

421-960-0

1631

Aċetoklor (ISO); 2- kloro-N-(etossimetil)-N-(2-etil-6- metilfenil)aċetammid

34256-82-1

251-899-3

1632

mikrofibri tal-ħġieġ-e ta’ kompożizzjoni rappreżentattiva

-

-

1633

fibri tal-ħġieġ ta’ kompożizzjoni rappreżentattiva

-

-

1634

Bromadijolon (ISO); 3- [3-(4′-bromobifenil- 4-il)-3-idrossi-1-fenilpropil]-4-idrossi- 2H-kromen-2-on

28772-56-7

249-205-9

1635

Difetijalon (ISO); 3-[3-(4′-bromobifenil-4-il)-1,2,3,4-tetraidronaftalen-1-il]- 4-idrossi-2H-1-benżotijopiran-2-on

104653-34-1

600-594-7

1636

Aċidu perfluworononan-1-ojku [1]

u l-imluħa tiegħu tas-sodju [2]

u tal-ammonju [3]

375-95-1 [1]

21049-39-8 [2]

4149-60-4 [3]

206-801-3 [1]

- [2]

- [3]

1637

Ftalat tad-diċikloeżil

84-61-7

201-545-9

1638

3,7-dimetilokta-2,6-dienenitril

5146-66-7

225-918-0

1639

Bupirimat (ISO); 5-butil-2-etilammino-6-metilpirimidin-4-il dimetilsulfamat

41483-43-6

255-391-2

1640

Triflumiżol (ISO); (1E)-N-[4-kloro-2-(trifluworometil)fenil]-1- (1H-imidażol-1-il)-2- propossietanimina

68694-11-1

604-708-8

1641

Idroperossidu tat-tert-butil

75-91-2

200-915-7”

(2)   

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

l-annotazzjoni 9 hija sostitwita b’dan li ġej:

Nru ta’

Referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Restrizzjonijiet

Liema kliem għandu jintuża fil-kondizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

Isem kimiku/

INN

Isem tal-glossarju ta’ Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru KE

Tip ta’ prodott, partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima f’preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

 

a

b

c

d

e

f

g

h

i

‘9

Il-metilfenilendiammini, id-derivattivi bin-N- sostitwita u l-imluħa tagħhom (1), ħlief għas-sustanzi bin-numri ta’ referenza 9 a u 9 b f’dan l-Anness u għas-sustanzi bin-numri ta’ referenza 364, 413, 1144, 1310, 1313 u 1507 fl-Anness II

 

 

 

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a) Użu ġenerali

(b) Użu professjonali

Għal (a) u (b): Wara li jsir taħlit f’kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-5 % ikkalkulata bħala bażi ħielsa

(a) Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

Image 1 Il-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta’ taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek: — jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda tal-qorriegħa sensittiva, irritata u midruba, — jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek, — jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.

Fih il-fenilendiammini (toluwendiammini).

Tużahx biex tagħti kulur lix-xagħar tal-għajnejn jew lill-ħuġbejn.’

(b) Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

“Għall-użu professjonali biss. Il-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta’ taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta’ rasek sensittiva, irritata jew midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’.

Fih il-fenilendiammini (toluwendiammini).

Ilbes ingwanti xierqa.”.

(b)

tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Restrizzjonijiet

Liema kliem għandu jintuża fil- kondizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

Isem kimiku/INN

Isem tal-glossarju ta’ Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru KE

Tip ta’ prodott, partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima f’preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“51

Sulfat tal-bis(8-idrossikinolinju)

Sulfat tal-ossiki-nolina

134-31-6

205-137-1

Stabilizzatur għall-perossidu tal-idrogenu f’prodotti tax-xagħar li jitlaħalħu

Stabilizzatur għall-perossidu tal-idrogenu f’prodotti li jitħallew fuq ix-xagħar

(0,3 % bħala bażi)

(0,03 % bħala bażi)”

 

 


DEĊIŻJONIJIET

28.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1967

tal-25 ta’ Novembru 2019

li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Jannar 2015, fil-5 ta’ Frar 2015 u fit-23 ta’ Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2015 sal-25 ta’ Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Vito SANTARSIERO, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2020:

Is-Sur Vito BARDI, Presidente della Regione Basilicata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta’ Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2015 sal-25 ta’ Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta’ Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2015 sal-25 ta’ Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta’ Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2015 sal-25 ta’ Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


28.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1968

tat-2 ta’ Awwissu 2019

dwar il-miżura SA.21445 - C42/2006 implimentata mir-Repubblika tal-Italja sabiex tirrimunera lill-Poste Italiane għall-kontijiet kurrenti ddepożitati mat-Teżor Taljan

(notifikata bid-dokument C(2019) 5649)

(Il-verżjoni Taljana biss hija awtentika)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) imsemmija hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   Proċedura

(1)

Permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Diċembru 2005, l-Associazione Bancaria Italiana (“ABI” jew “l-ilmentatur”) ressqet ilment quddiem il-Kummissjoni rigward diversi miżuri li jibbenifikaw mill-attivitajiet bankarji tal-Poste Italiane SpA (“Poste Italiane” jew “PI”). B’mod partikolari, il-Kummissjoni ġiet infurmata li, skont ftehim bejn ir-Repubblika tal-Italja (“l-Italja”) u l-PI, l-Italja ser tirrimunera l-fondi miġbura fil-kontijiet kurrenti postali tal-PI u ddepożitati mat-Teżor Taljan (“it-Teżor”) b’rata ta’ imgħax ta’ madwar 4 %, filwaqt li l-PI tirrimunera l-kontijiet kurrenti postali b’rata ta’ madwar 1 % (il-“miżura”). Il-firxa bejn ir-rata tad-depożitu (jiġifieri r-rata tal-imgħax li tħallas il-PI lid-detenturi tal-kontijiet kurrenti postali) u r-rati tas-self (jiġifieri r-rata tal-imgħax li tirċievi l-PI mit-Teżor għall-fondi ddepożitati ma’ tal-aħħar) tkun ogħla mill-firxa “tas-suq” rilevanti u, b’hekk, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fil-fehma tal-ilmentatur.

(2)

Permezz ta’ ittra tas-7 ta’ Frar 2006, il-Kummissjoni bagħtet sensiela ta’ mistoqsijiet lill-Italja relatati mar-rimunerazzjonijiet imħallsa fuq il-kontijiet kurrenti postali. L-Italja wieġbet għal dawn il-mistoqsijiet f’ittra tal-21 ta’ April 2006. Fit-30 ta’ Marzu 2006 saret laqgħa mal-Italja u mal-PI.

(3)

Permezz tal-ittra tas-26 ta’ Settembru 2006, il-Kummissjoni għarrfet lill-Italja li hija ddeċidiet li tibda l-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fir-rigward tal-miżura. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom dwar il-miżura. (2)

(4)

Permezz ta’ deċiżjoni tas-16 ta’ Lulju 2008 (3) (“id-Deċiżjoni tal-2008”), il-Kummissjoni kkonkludiet li r-rimunerazzjoni mogħtija mill-Italja kienet tammonta għal għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern, u ordnat l-irkupru immedjat tagħha.

(5)

Fl-4 ta’ Diċembru 2008, il-PI ressqet rikors quddiem il-Qorti Ġenerali bl-għan li tiġi annullata d-Deċiżjoni tal-2008.

(6)

Permezz tas-sentenza tat-13 ta’ Settembru 2013 fil-kawża T-525/08 (4), il-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-2008 (“is-sentenza tal-2013”).

(7)

Fit-30 ta’ Ottubru 2014, ġiet ippubblikata sejħa għall-offerti fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni (5) sabiex jitwettaq rapport li janalizza u jqabbel ir-rendiment tal-investimenti possibbli tal-fondi miġbura mill-PI permezz tal-offerta tal-kontijiet kurrenti postali għall-perjodu 2005-2007.

(8)

Fid-19 ta’ Diċembru 2014, il-kuntratt ingħata lill-Università ta’ Perugia. Ir-rapport ġie konkluż f’Novembru 2015.

2.   Deskrizzjoni dettaljata tal-miżura u l-benefiċjarju

2.1.   Poste Italiane

(9)

Il-PI hija l-fornitur tas-servizz postali universali fl-Italja, li jipprovdi servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali, jiġifieri l-obbligu tas-servizz postali universali (6), skont it-tieni Direttiva Postali (7) u r-regolamenti dwar is-servizz postali universali. Fil-preżent, is-servizzi finanzjarji mhumiex inklużi fil-mandat tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali li hija fdata bih il-PI.

(10)

Minbarra li tipprovdi servizzi postali ewlenin, il-PI toffri prodotti integrati, kif ukoll servizzi ta’ komunikazzjoni, loġistiċi u finanzjarji madwar l-Italja kollha.

(11)

L-attivitajiet bankarji tal-PI jitwettqu permezz ta’ diviżjoni integrata kompletament imsejħa BancoPosta.

(12)

Bejn l-2005 u l-2007, l-Italja kienet l-azzjonist ewlieni tal-PI, b’sehem ta’ 65 %, filwaqt li Cassa Depositi e Prestiti (“CDP”) kienet azzjonist minoritarju tal-PI b’sehem ta’ 35 %. Is-CDP kienet parti mill-Amministrazzjoni Pubblika sakemm ġiet ittrasformata f’kumpanija b’responsabbiltà limitata fl-aħħar tal-2003. Mill-2003, anki bit-trasferiment ta’ 30 % tal-kapital azzjonarju tas-CDPs lil 65 fondazzjoni bankarja (8), is-CDP għadha taħt il-kontroll tal-Italja. Fiż-żmien meta ġiet implimentata l-miżura, il-PI kienet ukoll taħt il-kontroll tal-Italja.

2.2.   Il-miżura

(13)

Il-miżura vvalutata tikkonċerna r-rimunerazzjoni tal-fondi miġbura minn Poste Italiane fuq il-kontijiet kurrenti postali u li ġew iddepożitati mat-Teżor fit-tliet snin mill-2005 sal-2007.

(14)

L-obbligu li jiġu ddepożitati l-fondi mat-Teżor (“l-Obbligu”) (9) kien stipulat fil-Liġi Nru 266 tat-23 ta’ Diċembru 2005 (10) (“il-Liġi tal-2005”), filwaqt li r-rimunerazzjoni ngħatat permezz ta’ konvenzjoni bejn l-Italja u PI, li ġiet adottata fit-23 ta’ Frar 2006 (“il-Konvenzjoni”).

(15)

Wara digriet fil-5 ta’ Diċembru 2003 (11), ir-relazzjoni bejn il-PI u t-Teżor tista’ tiġi deskritta permezz taċ-ċart li ġejja:

Image 2

(16)

Il-Liġi tal-2005 stabbilixxiet li l-imgħaxijiet finanzjarji mħallsa lill-PI għad-depożiti mat-Teżor kellhom jiġu definiti bejn l-Italja u l-PI skont il-parametri tas-suq.

(17)

Wara l-Liġi tal-2005, il-Konvenzjoni ddefinixxiet il-mekkaniżmi konkreti għall-istabbiliment tar-rati tal-imgħax għal perjodu ta’ tliet snin; hija daħlet fis-seħħ fl-4 ta’ April 2006 (12) b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2005. Ir-rata tal-imgħax annwali ġiet essenzjalment ikkalkolata bħala l-medja ppeżata tal-qligħ mill-bonds tal-Gvern Taljan (13) fi 30 sena (80 %) u f’10 snin (10 %), kif ukoll mill-kambjali tat-Teżor ta’ tnax-il xahar (14) (10 %). Ir-rati annwali tat-titoli tal-gvern u tal-bonds tat-Teżor użati bħala referenza fil-Konvenzjoni nkisbu fuq il-bażi tal-medja sempliċi tal-24 valur tal-kwotazzjoni rreġistrati fl-ewwel jum u fil-15-il jum ta’ kull xahar mill-MTS SpA (il-kumpanija li tipprovdi n-negozjar elettroniku bl-ingrossa tal-bonds tal-Gvern Taljan u titoli oħrajn għal terminu fiss). B’hekk, id-dispożizzjoni dwar l-iffissar mill-ġdid tal-parametri kull 15-il jum iddeterminat in-natura varjabbli tal-indiċjar. Barra minn hekk, f’każ ta’ bidliet sinifikanti fil-kurva tar-rati (pereżempju bidla fir-relazzjoni bejn ir-rati għal żmien twil u dawk għal żmien qasir), PI tista’ tirrevedi l-iskema tal-kalkolu. Il-Konvenzjoni tista’ tiġi rrevokata minn kwalunkwe parti fl-aħħar ta’ kull sena b’avviż minn qabel ta’ 6 xhur.

(18)

Ir-rata ta’ imgħax fis-snin 2005, 2006 u 2007 kienet tammonta għal 3,9 %, 4,25 % u 4,7 %, rispettivament.

(19)

Bis-saħħa tal-Liġi Nru 296 tas-27 ta’ Diċembru 2006 (“il-Liġi tal-2006”) (15), l-Italja mmodifikat il-Liġi tal-2005. Il-Liġi tal-2006 iddefinixxiet qafas ta’ investiment ġdid: ir-rekwiżit li PI tiddepożita l-fondi miġbura fuq il-kontijiet kurrenti postali li jappartjenu għall-klijenti privati (jiġifieri li ma jappartjenux lill-Amministrazzjoni Pubblika) ġie abolit u dawk il-fondi kellhom jiġu investiti mill-PI f’bonds tal-Gvern fiż-żona tal-Euro (16). Skont il-Liġi tal-2006, il-qafas ta’ investiment ġdid ġie implimentat gradwalment matul l-2007 u tlesta sal-aħħar ta’ dik is-sena.

2.3.   Id-Deċiżjoni tal-2008

(20)

Fid-deċiżjoni tal-2008, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżura vvalutata, (jiġifieri r-rimunerazzjoni mogħtija mit-Teżor lil PI skont il-Konvenzjoni) kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern, u ordnat l-irkupru immedjat u effikaċi tagħha.

2.3.1.   Mutwatarju privat prudenti

(21)

Sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ vantaġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE fid-Deċiżjoni tal-2008, il-Kummissjoni qabblet ir-rata tal-imgħax imħallsa mit-Teżor lill-PI skont il-Konvenzjoni (“ir-rata tal-Konvenzjoni”) mar-rata tal-imgħax kien iħallas mutwatarju privat prudenti fuq is-suq f’sitwazzjoni simili (“ir-rata mogħtija lill-mutwatarju privat prudenti”).

(22)

Kif ġie spjegat fil-premessa 119 tad-Deċiżjoni tal-2008, fid-definizzjoni tar-rimunerazzjoni tad-depożiti, mutwatarju privat prudenti jkun ikkunsidra essenzjalment l-elementi li ġejjin:

(a)

l-ammont gross tal-fondi ddepożitati;

(b)

l-istabbiltà tal-fondi ddepożitati;

(c)

it-tul ta’ żmien medju/il-maturità u l-bidliet fil-fondi ddepożitati; u

(d)

ir-riskju finanzjarju mġarrab.

(23)

Fir-rigward tal-ammonti grossi tal-fondi ddepożitati, il-Kummissjoni kkunsidrat fid-Deċiżjoni tal-2008 li dawn kienu jammontaw għal total ta’ EUR 35 biljun, li huwa ammont sinifikanti ta’ flus minn sellief wieħed. Madankollu, il-Kummissjoni osservat li d-depożitu minn PI lit-Teżor jirrappreżenta biss 2,8 % tal-ammont pendenti tat-titoli tal-Gvern mill-aħħar tal-2005. Barra minn hekk, il-ħruġ tal-bonds tal-Gvern Taljan kien ġie eċċessivament sottoskritt matul dak il-perjodu. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta’ nuqqas ta’ fondi fis-suq u li d-depożitu tal-PI kien strumentali sabiex jingħeleb tali nuqqas (il-premessa 124 tad-Deċiżjoni tal-2008).

(24)

Fir-rigward tal-istabbiltà tal-fondi ddepożitati, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li 10 % tad-depożiti fil-kontijiet kurrenti postali jistgħu jitqiesu bħala volatili u 90 % jistgħu jitqiesu bħala stabbli (il-premessa 133 tad-Deċiżjoni tal-2008).

(25)

Fir-rigward tat-tul medju/il-maturità tad-depożiti, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn il-ġestjoni attiva tal-fondi, li kienet tkun possibbli fin-nuqqas tal-Konvenzjoni, u l-ġestjoni passiva tal-fondi, li tirriżulta mill-Obbligu. Mutwatarju privat prudenti kellu jistenna li l-Obbligu kien ikollu jinbidel fi żmien massimu ta’ ħames snin u kien ikollu jikkunsidra dan meta tiġi ddeterminata r-rata tas-self. F’qafas ta’ ġestjoni attiva tal-fondi, il-Kummissjoni ddikjarat li l-maturità medja tal-ammont globali tal-fondi miġbura fuq il-kontijiet postali kienet ftit inqas minn ħames snin. Għaldaqstant, mutwatarju privat prudenti kellu jibbaża r-rimunerazzjoni tas-suq tal-parti stabbli tad-depożiti fuq il-qligħ ta’ bond ta’ ħames snin (minflok il-qligħ ta’ 10 snin jew 30 sena, kif meħtieġ mill-Konvenzjoni). F’dak li għandu x’jaqsam mal-parti volatili tad-depożiti, mutwatarju privat prudenti kien ikollu jibbaża r-rimunerazzjoni fuq il-kambjali tat-Teżor ta’ tliet xhur (minflok il-kambjali tat-Teżor ta’ 12-il xahar, kif meħtieġ mill-Konvenzjoni).

(26)

Fir-rigward tar-riskji finanzjarji relatati mad-depożiti mill-kontijiet kurrenti postali, il-Kummissjoni osservat li r-riskju tal-likwidità nġarr kompletament mill-mutwatarju (jiġifieri t-Teżor) u mhux mill-PI. Skont il-Konvenzjoni, jekk id-depożitanti jkunu rtiraw flushom mill-kontijiet kurrenti postali, it-Teżor ikollu jipprovdi l-fondi meħtieġa għall-istess ammont lil PI.

(27)

Il-Kummissjoni kkonkludiet (il-premessa 178 tad-Deċiżjoni tal-2008) li r-rata tal-Konvenzjoni qabżet ir-rata mogħtija lill-mutwatarju privat prudenti b’1,09 % fl-2005, 0,65 % fl-2006 u 0,47 % fl-2007. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżura kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

2.3.2.   Analiżi tal-politiki ta’ investiment minn PI fin-nuqqas tal-Obbligu

(28)

Ad abundatiam, fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni eżaminat il-possibbiltajiet ta’ investimenti alternattivi ssuġġeriti mill-Italja bħala disponibbli għall-PI fin-nuqqas tal-Obbligu, b’mod partikolari l-investimenti magħmula mill-PI bil-fondi miġbura permezz tal-attivitajiet ta’ assigurazzjoni tagħha, Poste Vita SpA, u l-istrateġiji alternattivi għall-ġestjoni attiva tal-fondi. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni analizzat jekk dawn l-investimenti alternattivi kinux jipprovdu lill-PI b’rendiment simili jew ogħla minn dak stabbilit mill-Konvenzjoni.

(29)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn l-investimenti alternattivi ma kinux jipprovdu lill-PI b’rendimenti simili jew ogħla minn dak stabbilit mill-Konvenzjoni, minn perspettiva ta’ riskju/redditu.

2.4.   Annullament tad-Deċiżjoni tal-2008: is-sentenza tal-2013

(30)

Permezz tas-sentenza tal-2013, il-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-2008.

(31)

Il-Qorti Ġenerali sostniet li l-eżistenza ta’ differenza pożittiva bejn ir-rata tal-Konvenzjoni u r-rata mogħtija lill-mutwatarju privat prudenti ma kinitx biżżejjed sabiex turi vantaġġ għal PI.

(32)

Il-Qorti Ġenerali osservat li r-rata mogħtija lill-mutwatarju privat prudenti kienet stmata mill-Kummissjoni abbażi tal-erba’ parametri deskritti fil-premessa 22 tad-deċiżjoni preżenti. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li r-rata mogħtija lill-mutwatarju privat prudenti ma kinitx tikkostitwixxi rata tas-suq (17).

(33)

Il-Qorti Ġenerali nnotat li anki jekk ir-rata mogħtija lill-mutwatarju privat prudenti ma kinitx fil-livell tar-rata tas-suq, il-PI tibbenefika minn vantaġġ biss jekk ir-rata tal-Konvenzjoni tkun ogħla mir-redditu li l-PI setgħet tikseb b’mod raġonevoli fin-nuqqas tal-Obbligu.

(34)

Il-Qorti Ġenerali ddeterminat li l-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi li l-miżura kienet ta’ benefiċċju għal PI mingħajr ma turi b’mod attiv li, fin-nuqqas tal-Obbligu, il-PI ma setgħetx tikseb redditu ogħla billi tinvesti d-depożiti mill-kontijiet kurrenti postali meta mqabbla mar-rata tal-Konvenzjoni.

(35)

Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-Kummissjoni kienet għamlet żball evidenti fid-Deċiżjoni tal-2008 billi kkonkludiet li l-miżura kienet vantaġġjuża għall-PI abbażi tad-differenza pożittiva bejn ir-rata tal-Konvenzjoni u r-rata mogħtija lill-mutwatarju privat prudenti.

(36)

Il-Qorti Ġenerali qieset ir-raġunijiet imressqa mill-Kummissjoni sabiex tikkontesta r-rilevanza tal-elementi ppreżentati mill-Italja bħala mhux issostanzjati biżżejjed.

(37)

Il-Qorti Ġenerali nnotat ukoll li l-Kummissjoni kienet ivvalutat, ad abundatiam, ir-redditi miksuba mill-investimenti magħmula minn PI bil-fondi miġbura permezz tal-attivitajiet ta’ assigurazzjoni tagħha u r-redditi ġġenerati fil-qafas ta’ strateġija ta’ ġestjoni attiva tal-fondi, u kienet ikkonkludiet li tali strateġiji ta’ investimenti alternattivi ma kinux jiġġeneraw rati ta’ mgħax simili għal, jew ogħla minn, dawk stabbiliti mill-Konvenzjoni matul il-perjodu rilevanti, minn perspettiva ta’ riskju/redditu.

(38)

Il-Qorti Ġenerali vvalutat jekk il-konklużjoni tal-Kummissjoni, abbażi tal-valutazzjoni tagħha tal-istrateġiji ta’ investimenti alternattivi proposti mill-Italja, li l-miżura kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, kinitx korretta.

(39)

Il-Qorti Ġenerali sostniet li l-miżati għall-ġestjoni marbuta mal-kontijiet kurrenti postali u mal-prodotti tal-assigurazzjoni ma kinux rilevanti għat-tqabbil tar-redditi ġġenerati mir-rata tal-Konvenzjoni mal-istrateġiji ta’ investimenti alternattivi. Konsegwentement, il-Qorti sostniet li l-Kummissjoni żbaljat meta naqqset dawk il-miżati, kif ukoll li t-tqabbil bejn ir-rata tal-Konvenzjoni u r-redditi “kkalkolati b’mod nett” ta’ dawk il-miżati għall-ġestjoni marbuta ma’ prodotti tal-assigurazzjoni ma kienx rilevanti għall-valutazzjoni ta’ jekk il-miżura kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

(40)

Fir-rigward tal-istrateġija tal-ġestjoni attiva tal-fondi, il-Qorti Ġenerali ddikjarat li l-Kummissjoni ma setgħetx tagħmel tqabbil sinifikanti bejn ir-rata tal-Konvenzjoni u r-redditu tal-istrateġija tal-ġestjoni attiva tal-fondi billi tiffoka fuq perjodu limitat ta’ tliet snin, li ma kienx rappreżentattiv tar-redditi miksuba mill-istrateġija tal-ġestjoni attiva tal-fondi.

(41)

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali sostniet li l-qligħ kapitali huwa parametru importanti tal-istrateġiji tal-ġestjoni attiva tal-fondi u, għalhekk, jenħtieġ li ma jitħalliex barra minn analiżi tal-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq intern. Il-Kummissjoni kienet sostniet li l-qligħ kapitali jenħtieġ li jitħalla barra mill-analiżi, minħabba li ma setax ikun previst ex ante u, b’riżultat ta’ dan, ir-redditi ġġenerati minn strateġija ta’ ġestjoni attiva tal-fondi wara li jitnaqqas dak il-qligħ kapitali kienu aktar baxxi mir-rata tal-Konvenzjoni jew mir-rata mogħtija lill-mutwatarju privat prudenti.

(42)

Il-Qorti Ġenerali sostniet li l-fatt li r-redditi ġġenerati mill-istrateġija ta’ ġestjoni attiva tal-fondi, wara li jitnaqqas il-qligħ kapitali, kienu aktar baxxi mir-rata tal-Konvenzjoni ma kienx rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ vantaġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(43)

Il-Qorti Ġenerali sostniet li l-konklużjoni tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-2008 li, fin-nuqqas tal-Obbligu, il-PI ma kinitx tkun tista’ tikseb redditi ugwali għal, jew ogħla mir-rata tal-Konvenzjoni, kienet ibbażata fuq informazzjoni żbaljata jew skorretta.

(44)

Għalhekk, il-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-2008. Is-sentenza tal-2013 ma ġietx appellata.

3.   Kummenti minn partijiet interessati

3.1.   Kummenti mill-ABI

(45)

Fl-ittra tagħha tas-27 ta’ Diċembru 2006, l-ABI ressqet il-kummenti li ġejjin:

(a)

L-ABI indikat li l-fondi ddepożitati mat-Teżor kienu jirrappreżentaw dejn li għandu jitħallas mit-Teżor matul is-sena ta’ wara d-depożitu. Kif sostniet il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ, (18) it-Teżor, u mhux il-PI, għandu jkopri r-riskju tal-likwidità assoċjat mal-fondi ddepożitati. Dan ikun ifisser li, f’każ ta’ tnaqqis tal-ammonti ddepożitati minn sena għall-oħra, it-Teżor jenħtieġ li jħallas lill-PI bir-rata ffissata mill-Konvenzjoni, kif ukoll jirrimborża lill-PI għad-differenza fl-ammonti ddepożitati.

(b)

Skont l-ABI, in-natura tal-fondi miġbura fuq il-kont tat-Teżor hija għal perjodu ta’ żmien qasir. Barra minn hekk, dawn il-fondi jintużaw sabiex jiffinanzjaw il-ħtiġijiet ordinarji tal-baġit.

(c)

Barra minn hekk, abbażi tad-digriet ministerjali tal-5 ta’ Diċembru 2003 (ara l-premessa 15), is-CDP fetħet żewġ kontijiet kurrenti mat-Teżor, b’rata ta’ mgħax varjabbli daqs il-medja sempliċi tar-rata tal-imgħax gross għal 6 xhur u r-rata tal-imgħax ta’ Rendistato (19).

(d)

Fl-aħħar nett, sabiex jiġi vvalutat jekk ir-rimunerazzjoni tal-PI għall-fondi ddepożitati mat-Teżor tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, ir-rata tal-imgħax allokata lill-PI kellha titqabbel mar-rata tal-imgħax tal-kambjali tat-Teżor għal perjodu ta’ żmien qasir (12-il xahar). F’Jannar 2005, ir-rata ta’ kambjala tat-Teżor ta’ 12-il xahar kienet ta’ 2,21 %, li timplika li r-rimunerazzjoni ta’ PI tkun stmata żżejjed b’1,69 %.

3.2.   Kummenti mill-Italja

(46)

Fl-ittri tagħha tal-31 ta’ Ottubru 2006, tad-29 ta’ Diċembru 2006, tas-16 ta’ Frar 2007, tat-30 ta’ Marzu 2007, tat-2 ta’ April 2007, tal-1 ta’ Ġunju 2007, tas-27 ta’ Novembru 2007, tad-29 ta’ Frar 2008, tas-7 ta’ Marzu 2008 u tat-23 ta’ April 2008, l-Italja ppreżentat diversi argumenti.

(47)

L-ewwel nett, l-Italja fakkret li l-Liġi tal-2005 u l-Konvenzjoni speċifikaw li l-imgħax finanzjarju mħallas lill-PI kellu jiġi stabbilit skont il-parametri tas-suq. Skont l-Italja, ma kien derivat l-ebda vantaġġ minn dak l-imgħax.

3.2.1.   Varjazzjoni fl-ammonti ddepożitati mal-kontijiet kurrenti postali

(48)

It-tieni nett, l-Italja sostniet li l-kontijiet kurrenti postali għandhom jitqabblu biss mal-kontijiet kurrenti bankarji mill-2001, meta tnieda l-prodott il-ġdid “Conto BancoPosta”. Qabel l-2001, l-ammonti depożitati mat-Teżor kienu jvarjaw, pereżempju, kien hemm tnaqqis sinifikanti fid-depożiti tal-kontijiet kurrenti fl-aħħar tas-snin disgħin (1990s), b’mod partikolari bejn l-1996 u l-1997, li rriżulta mill-adozzjoni tal-Liġi Nru 662 tat-23 ta’ Diċembru 1996, li imponiet l-għeluq tal-kontijiet użati mit-Teżor sabiex iħallas il-pensjonijiet tal-Istat. Dan l-għeluq wassal għal tnaqqis fid-depożiti ta’ madwar EUR 11-il biljun (mill-1 ta’ Jannar 1997). Skont l-Italja, huwa diffiċli li wieħed jidentifika l-kawża eżatta ta’ dawn il-varjazzjonijiet, minħabba fatturi politiċi eżoġeni u l-fatt li l-PI kienet istituzzjoni pubblika f’dak iż-żmien. Wara t-trasformazzjoni tal-PI f’kumpanija pubblika fl-1998, l-ammonti ddepożitati mat-Teżor żdiedu b’mod regolari u kostanti.

3.2.2.   In-natura tal-Konvenzjoni

(49)

L-Italja ddikjarat li l-Konvenzjoni bejn it-Teżor u l-PI rregolat ir-relazzjoni finanzjarja tagħhom b’mod trasparenti. Minn naħa, il-Konvenzjoni kellha tul ta’ tliet snin u ma kinitx bla limitu fiż-żmien; min-naħa l-oħra, il-Konvenzjoni pprevediet il-possibbiltà li kwalunkwe parti tirrevoka l-kuntratt jekk il-kundizzjonijiet tas-suq ma jibqgħux jiggarantixxu l-konsistenza tal-mekkaniżmu tal-kalkolu tar-rimunerazzjoni tad-depożitu.

(50)

Skont l-Italja, l-għażla ta’ rata tal-imgħax varjabbli għall-Konvenzjoni għenet sabiex tiġi żgurata l-konformità ma’ rata tal-konformità mas-suq. B’mod partikolari, ir-rata tal-imgħax varjabbli kienet tirrappreżenta rata ġusta għat-Teżor minħabba li kienet tinvolvi spejjeż għat-Teżor f’konformità mal-ispejjeż ta’ sorsi ta’ finanzjament alternattivi, pereżempju, dejn għal perjodu ta’ żmien medju/twil.

(51)

L-Italja tiddikjara li, mill-2007, il-PI adottat approċċ konservattiv għall-ġestjoni attiva tal-fondi tagħha, li huwa differenti minn dak tal-Konvenzjoni, minħabba li jippermetti lil PI tibni portafoll ibbażat fuq allokazzjoni tal-assi f’konformità mal-objettivi u l-istrateġija finanzjarja tal-kumpanija.

3.2.3.   Bidliet fl-obbligu legali sabiex jiġu ddepożitati fondi mat-Teżor

(52)

L-Italja informat lill-Kummissjoni li l-liġi li tesiġi li l-PI għandha tiddepożita mat-Teżor il-fondi miġbura fuq il-kontijiet kurrenti postali tħassret f’Diċembru 2006 mil-Liġi tal-2006. Skont din il-liġi, il-fondi miġbura fuq il-kontijiet kurrenti postali tal-klijenti privati ġew investiti mill-PI fil-bonds tal-Gvern fiż-żona tal-euro (ara l-premessa 19). Il-liġi l-ġdida kienet maħsuba sabiex tipprovdi lill-PI b’awtonomija finanzjarja akbar.

3.2.4.   L-istabbiltà tal-fondi miġbura fuq il-kontijiet kurrenti postali

(53)

B’appoġġ għall-pożizzjoni tagħha dwar l-istabbiltà tal-fondi ddepożitati, l-Italja ppreżentat ir-riżultati ta’ żewġ mudelli: il-mudelli statistiċi interni elaborati minn PI u l-mudell elaborat minn PI u mill-kumpanija ta’ konsulenza …], kellhom l-għan li jidentifikaw ix-xejra prudenzjali tal-fondi miġbura fuq il-kontijiet kurrenti postali.

(54)

Il-mudelli interni kienu bbażati fuq l-analiżi tad-devjazzjoni ta’ kuljum tal-ammonti ta’ fondi miġbura fuq il-kontijiet kurrenti postali u l-ammonti medji, bl-użu biss tax-xejriet storiċi tal-kontijiet kurrenti. Il-mudelli juru xejra dejjem tikber fl-ammonti ddepożitati mat-Teżor (il-fondi miġbura fuq il-kontijiet tal-klijenti privati jirrappreżentaw madwar 75 % tal-fondi totali miġbura fuq il-kontijiet kurrenti postali). Il-parti stabbli tad-depożiti turi xejra li qed tikber u tirrappreżenta 90 % tad-depożitu medju totali (minn 85 % fl-2002 għal 92 % fl-2006). Bl-istess mod, il-mudelli interni jistabbilixxu parti volatili tad-depożiti, li niżlet għal madwar 10 %.

(55)

Il-mudell …], li l-Italja tqis li huwa konservattiv ħafna, wera li t-tul tan-numru totali ta’ kontijiet kurrenti postali kien differenti mit-tul ta’ kont kurrenti postali wieħed. Jekk xi klijenti fil-fatt ikunu ddeċidew li jagħlqu l-kontijiet tagħhom minn jum għall-ieħor, l-effett fuq l-ammonti totali ta’ fondi miġbura minn PI kien marġinali minħabba n-numru kbir ta’ klijenti, il-fatt li d-depożitu medju fuq dawk il-kontijiet kien baxx u li d-depożiti tal-klijenti l-ġodda essenzjalment issostitwixxew id-depożiti tal-klijenti li telqu.

(56)

It-tip ta’ mudell prudenzjali żviluppat minn […] intuża minn diversi banek Taljani fil-kuntest tal-ġestjoni attiva tal-likwidità tagħhom, fil-mument tal-Konvenzjoni, sabiex jiġi determinat it-tul ta’ żmien tal-kontijiet kurrenti tagħhom, u mbagħad sabiex dak it-tul ta’ żmien jiġi rifless f’portafoll ta’ investiment korrispondenti bħala parti mill-ġestjoni tal-attiv/passiv (“ALM”) tagħhom. Dak il-mudell prudenzjali ntuża mill-PI sabiex tidentifika t-tul ta’ żmien tal-fondi miġbura fuq il-kontijiet kurrenti postali (proprjetà ta’ persuni privati (20)) matul il-perjodu 2005-2006, meta PI kienet obbligata li tiddepożita l-fondi kollha mat-Teżor (il-ġestjoni passiva tal-likwidità), u għall-perjodu wara l-1 ta’ Jannar 2007, meta l-fondi miġbura fuq il-kontijiet kurrenti postali ta’ klijenti privati bdew jiġu investiti minn PI f’bonds tal-Gvern fiż-żona tal-Euro (il-ġestjoni attiva tal-likwidità).

3.2.4.1.   Ġestjoni passiva tal-fondi

(57)

Skont l-Italja, fil-kuntest tal-ġestjoni passiva tal-likwidità ta’ PI, il-mudell …] kellu l-għan li jikkwantifika t-tul ta’ żmien tal-partijiet stabbli u volatili tad-depożiti identifikati mill-mudelli interni abbażi tal-volatilità storika tal-kontijiet kurrenti postali u tal-imġiba probabilistika tad-detenturi tal-kontijiet. Speċifikazzjoni ta’ mudell partikolari (21) indikat li madwar żewġ terzi tal-fondi kellhom tul ta’ żmien twil ħafna u terz kellhom tul ta’ żmien li jvarja minn 0 sa 10 snin. Konsegwentement, il-portafoll tal-investiment korrispondenti kien ikollu ħajja medja ta’ 4,1 snin u durata Macaulay (22) ta’ 3,2 snin. Fi speċifikazzjoni ta’ mudell alternattiv (23), il-portafoll tal-investiment korrispondenti ser ikollu ħajja medja ta’ 4,9 snin u durata Macaulay ta’ 3,8 snin (24).

3.2.4.2.   Ġestjoni attiva tal-fondi

(58)

Skont l-Italja, fil-kuntest tal-ġestjoni attiva tal-likwidità tal-PI, il-mudell …] appoġġja lill-PI fid-definizzjoni tal-aħjar allokazzjoni tal-assi. Abbażi ta’ ipoteżijiet prudenzjali ħafna, huwa indikat li kien raġonevoli li l-PI tadotta allokazzjoni tal-assi b’ħajja medja ta’ bejn 4 u 5 snin.

3.2.5.   L-ispejjeż tal-kontijiet kurrenti postali

(59)

Fir-rigward tal-ispejjeż marbuta mal-ġbir u d-depożiti tal-fondi li jirriżultaw mill-kontijiet kurrenti postali tal-klijenti tal-PI, l-Italja tindika li s-sistema analitika ta’ kontabbiltà tal-PI tippermetti li jiġu ddeterminati l-ispejjeż tal-attività tal-PI kollha kemm hi, u mhux skont il-prodott. L-Italja ddikjarat li l-marġnijiet tal-PI kienu aktar baxxi mill-marġnijiet korrispondenti fis-settur bankarju.

3.2.6.   Il-konsistenza bejn ir-rimunerazzjoni tal-Konvenzjoni u l-ispiża tal-finanzjament tat-Teżor

(60)

L-Italja ddikjarat li l-Konvenzjoni ppermettiet li l-PI tingħata r-rimunerazzjoni abbażi tar-rendimenti tal-bonds tat-Teżor, l-istrument ta’ finanzjament ewlieni disponibbli għall-Italja.

(61)

B’mod partikolari, il-Konvenzjoni ppermettiet li l-PI tingħata rimunerazzjoni abbażi ta’ rati fit-tul, li kienu konformi mal-perjodu ta’ żmien li fih għandhom jinġabru l-fondi fuq il-kontijiet kurrenti postali. Il-Konvenzjoni pproteġiet ukoll lit-Teżor kontra kundizzjonijiet ħżiena tas-suq, billi dan ippermettielha li tirrevoka l-Konvenzjoni li saret inkonsistenti mal-ispiża ta’ sorsi alternattivi ta’ finanzjament.

(62)

Abbażi ta’ tqabbil bejn ir-rata prevista mill-Konvenzjoni u l-ispejjeż ta’ finanzjament tat-Teżor, l-Italja sostniet li l-ispiża tal-finanzjament għal perjodu ta’ żmien medju/twil tat-Teżor kienet konformi mar-rata stabbilita mill-Konvenzjoni.

(63)

Barra minn hekk, (i) ir-rata ta’ rimunerazzjoni stabbilita fil-Konvenzjoni hija indiċjata mal-parametri marbuta mad-dejn pubbliku tal-Italja (titoli tal-gvern) li jikkostitwixxu l-aktar referenza xierqa għall-ispejjeż ta’ finanzjament tat-Teżor; (ii) l-istabbiltà tal-finanzjament, kif ivverifikata permezz tal-mudelli statistiċi u l-Obbligu impost fuq il-PI, tagħmel l-investimenti permanenti għall-parti l-kbira (mingħajr ma tikkunsidra miżuri speċifiċi ta’ sikurezza – bħall-possibbiltà ta’ rtirar bikri, it-terminu ta’ tliet snin tar-relazzjoni – li jipproteġu lit-Teżor minn bidliet mhux previsti fis-suq); (iii) ir-riskju tal-likwidità preżunt mit-Teżor huwa limitat fir-rigward tal-istabbiltà pprovata tal-finanzjament postali, li jkun indiċja 10 % ta’ tali finanzjament għall-parametri għal perjodu ta’ żmien qasir.

(64)

Fir-rigward tal-element fit-tul tar-rata tas-self (90 %, magħmul minn (i) l-10 % marbut mar-rendiment tal-bonds tal-Gvern Taljan għal 10 snin, u (ii) it-80 % marbut mar-rendiment tal-bonds tal-Gvern Taljan għal 30 sena), l-Italja qieset li l-Obbligu kien differenti minn obbligu li jsir investiment dirett fil-bonds tal-Gvern Taljan, fejn il-bonds tal-Gvern Taljan ikunu jistgħu jintgħażlu liberament u jiġu mmaniġġjati liberament.

3.2.7.   Il-konformità tas-suq tar-rimunerazzjoni mogħtija lill-PI għall-kontijiet kurrenti postali ddepożitati mat-Teżor

(65)

Ir-rata tas-self kienet konformi mas-suq minħabba li l-fondi ddepożitati mat-Teżor kellhom tul ta’ żmien twil. Dan kien dovut għall-fatt li l-Obbligu ma kienx limitat fiż-żmien, kif ukoll għall-istabbiltà tal-fondi miġbura fuq il-kontijiet kurrenti postali tal-klijenti tal-PI u ddepożitati mat-Teżor. Barra minn hekk, l-Italja qieset li l-Obbligu pprekluda lill-PI milli tapplika ġestjoni attiva u potenzjalment aktar vantaġġjuża tal-finanzjament. Fin-nuqqas tal-Obbligu, l-Italja ssostni li l-PI setgħet investiet 10 % tal-likwidità tagħha f’bonds għal perjodu ta’ żmien qasir u 90 % f’bonds għal perjodu ta’ żmien twil.

(66)

Fir-rigward tal-konformità tas-suq tar-rata tal-imgħax imħallsa lill-PI, l-Italja pprovdiet l-opinjoni tal-awdituri tal-PI u ittri ta’ konfort minn banek privati u konsulenti. L-awdituri ta’ PI ddikjaraw li, minħabba l-karatteristiċi u r-rati ta’ tkabbir tagħhom, il-fondi miġbura fuq il-kontijiet kurrenti postali kienu stabbli. Il-banek privati u l-konsulenti (25) qablu li r-redditi miksuba mill-PI fuq il-fondi miġbura fuq il-kontijiet kurrenti postali u ddepożitati mat-Teżor kienu simili għar-redditi tas-suq li setgħet tikseb PI permezz tal-implimentazzjoni ta’ strateġiji xierqa ta’ investiment u ġestjoni tar-riskji.

3.2.7.1.   Tqabbil mar-redditi miksuba fuq il-prodotti ta’ Poste Vita

(67)

L-Italja tqis li r-rimunerazzjoni miksuba mill-PI fuq il-fondi ddepożitati mat-Teżor kienet konformi mar-rimunerazzjoni miksuba minn Poste Vita fuq il-fondi investiti minnha. L-Italja ssostni li l-poloz tal-assigurazzjoni tal-ħajja huma prodotti li jistgħu jitqiesu bħala komparabbli mal-kontijiet kurrenti postali u li r-rata medja tal-imgħax fuq ir-rikavat investit ta’ dawk il-prodotti (pereżempju Posta Più) kienet ta’ 4,68 % matul il-perjodu 2002-2006, li tikkorrispondi għar-rata tal-Konvenzjoni (4,55 %).

(68)

L-Italja tqis li l-kontijiet kurrenti postali u l-poloz tal-assigurazzjoni tal-ħajja kienu prodotti finanzjarji komparabbli minħabba li l-kontijiet postali kienu prodotti għal perjodu ta’ żmien qasir, iżda de facto kienu simili għall-istrumenti finanzjarji għal perjodu ta’ żmien medju, b’kapital u redditu minimi garantiti.

3.2.7.2.   Tqabbil ma’ La Banque Postale

(69)

Skont l-Italja, l-istrateġija ALM ta’ La Banque Postale (Franza) kienet ibbażata fuq l-istess tip ta’ mudell statistiku użat minn PI, matul il-perjodu vvalutat.

(70)

Dak il-mudell statistiku jidentifika l-fondi stabbli u volatili miġbura fuq il-kontijiet kurrenti postali. Il-fondi stabbli jiġu investiti f’bonds fiż-żona tal-OECD u l-fondi volatili jiġu investiti f’bonds ta’ strumenti għal perjodu ta’ żmien qasir. Abbażi ta’ dan il-mudell, fl-2005, ir-redditu fuq l-investiment tal-kontijiet kurrenti ta’ La Banque Postale kien ta’ 4,4 % (vs it-3,9 % previst mill-Konvenzjoni).

(71)

B’mod aktar speċifiku, l-eżempju ta’ La Banque Postale wera li huwa possibbli li jkun hemm redditi ogħla fuq l-investiment minn dawk stabbiliti mill-Konvenzjoni bl-użu ta’ ALM prudenzjali għal tul ta’ żmien medju ta’ 5 snin.

3.2.7.3.   Tqabbil ma’ strateġiji alternattivi oħrajn ta’ investiment (ġestjoni attiva tal-fondi)

(72)

Sabiex turi li r-rimunerazzjoni stabbilita mill-Konvenzjoni ma tat l-ebda vantaġġ lill-PI, l-Italja pprovdiet lill-Kummissjoni bi studju li tmexxa minn …]

(73)

L-Istudju …] żviluppa l-analiżi li ġejja:

(a)

Ir-rimunerazzjoni mħallsa mit-Teżor lill-PI fuq id-depożiti tista’ titqies li hija ġusta minħabba li:

(1)

It-tul ta’ żmien mistenni ta’ tali bażi ta’ depożiti, nett minn komponent teoretikament aktar volatili, huwa estremament twil u kważi infinit.

(2)

Il-karatteristiċi ta’ tali bażi ta’ depożiti huma ttrasferiti lit-Teżor bil-liġi.

(3)

L-indiċjar imħallas mit-Teżor huwa bbażat fuq kambjali tat-Teżor ta’ 12-il xahar għal 10 % (l-aktar komponent volatili), fuq bonds tal-Gvern Taljan ta’ 10 snin għal 10 % (il-komponent li, skont suppożizzjonijiet aktar konservattivi, jista’ potenzjalment jonqos matul iż-żmien), kif ukoll fuq bonds tal-Gvern Taljan ta’ 30 sena għal 80 %.

(4)

L-Obbligu huwa l-bażi tan-natura permanenti tar-relazzjoni bejn il-PI u t-Teżor.

(5)

Ir-restrizzjonijiet fuq il-PI bħala depożitant kienu jinkorporaw spejjeż u piżijiet impliċiti:

(a)

Id-depożitu miżmum mit-Teżor ma jistax jitqies bħala assi “bla riskju” għal perjodu ta’ żmien qasir fid-dawl tal-obbligu permanenti tal-PI li tiddepożita fondi mat-Teżor.

(b)

In-nuqqas ta’ possibbiltà għall-PI li tidħol fi strateġiji attivi ta’ ġestjoni tal-fondi (l-analiżi kwantitattiva mwettqa minn …] għandha l-għan li tistabbilixxi l-ispejjeż rilevanti li jirriżultaw).

(b)

Tqabbil tal-marġini tal-imgħax tal-PI mal-marġini tal-imgħax komparabbli tal-banek fis-settur privat żvela li l-ispiża għad-depożiti tal-PI mingħand klijenti fil-livell tal-konsumatur hija konformi mal-ispiża tad-depożitanti fil-livell tal-konsumatur tal-banek fis-settur privat. Barra minn hekk, il-marġini tal-imgħax miksub mill-banek fis-settur privat fuq il-komponent tad-depożiti tal-finanzjament tagħhom huwa ferm ogħla minn dak tal-PI, li fil-fehma ta’ …] jirrappreżenta prova li ma ngħatat l-ebda għajnuna mill-Istat lil-PI.

(c)

Tqabbil tad-diskrepanza fil-maturità tal-attiv u l-passiv ta’ PI mal-pari tagħha fis-settur privat żvela li l-bażi tad-depożiti tal-PI għandha komponent ta’ tul ta’ żmien “kważi infinit” stmat b’mod konservattiv għal mill-inqas 60,8 % tat-total. Skont il-Konvenzjoni, il-PI tuża r-rikavat tal-bażi tad-depożiti tagħha sabiex tiffinanzja assi fit-tul bħalma huwa d-depożitu mat-Teżor. Sabiex tiġi aċċertata l-imġiba tal-banek fis-settur privat, ġew analizzati l-qagħdiet finanzjarji tal-banek speċjalizzati fil-finanzjament tas-settur pubbliku (bħal Dexia, Depfa, eċċ.). Dawn il-banek juru xejriet simili. Fil-fatt, il-banek fis-settur pubbliku jiffinanzjaw lilhom infushom għal madwar 50 % fuq perjodu ta’ żmien medju sa twil, u l-bqija fuq tranżazzjonijiet repo mal-BĊE jew depożiti interbankarji, filwaqt li jinvestu l-finanzjament totali tagħhom f’assi mhux likwidi tas-settur pubbliku maħruġa mill-gvernijiet jew mill-awtoritajiet lokali, ġeneralment b’maturitajiet ta’ bejn 10 snin u 50 sena.

(d)

Analiżi kwantitattiva kellha l-għan li tagħti prova tal-benefiċċju ta’ ġestjoni attiva tal-assi abbażi tal-investiment tal-PI f’portafoll ta’ bonds tal-Gvern Ewropew li beda f’Marzu 2007. L-analiżi hija bbażata fuq żewġ elementi, l-ewwel fuq l-analiżi tal-prestazzjoni potenzjali fl-imgħoddi, it-tieni fuq evoluzzjoni fil-ġejjieni:

(1)

[…] strateġiji ta’ ġestjoni tal-fondi applikati b’mod retrospettiv għall-portafoll tad-depożiti tal-PI, waħda li tinvolvi tul ta’ żmien simili għall-portafoll tal-istudju …] fl-ispeċifikazzjoni tal-Valur fir-riskju (VaR) (imsejħa l-“portafoll ta’ valutazzjoni komparattiva”) u oħra (imsejħa “strateġija tattika”) bl-użu tal-istess kriterji u limitazzjonijiet ta’ investiment li bħalissa huma adottati mill-PI. Din l-istrateġija tal-aħħar hija bbażata fuq mudell kwantitattiv awtomatiku. Ir-redditu miksub matul l-aħħar 10 snin skont l-istrateġija tattika kien jaqbeż ir-redditu tal-Konvenzjoni matul l-istess perjodu b’madwar 1,62 % fis-sena (madankollu, mingħajr ma jitqiesu l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet). Ir-redditu miksub matul il-perjodu ta’ sentejn 2005-2006 (2,45 %) kien ikun aktar baxx mir-redditu tal-Konvenzjoni (4,14 %).

(2)

Għall-futur, …] identifika ċerti soluzzjonijiet ta’ ġestjoni tal-fondi li l-PI setgħet timplimenta sabiex tikseb redditi inkrementali mill-investiment passiv fil-bonds tal-Gvern mingħajr ma żżid riskji inkrementali sinifikanti. Bħala evidenza ta’ dawn l-istrateġiji, l-Istudju …] jipprovdi d-deskrizzjoni dettaljata li ġejja:

(a)

Strateġiji bbażati fuq il-bejgħ tal-opzjoni ta’ xiri fuq bonds tal-Gvern, li jiksbu rendiment addizzjonali fl-2008 ta’ …];

(b)

Il-kostruzzjoni ta’ bond sovran sintetiku fiż-żona tal-Euro, li fl-2008 tikseb rendiment addizzjonali ta’ …];

(c)

Il-ġestjoni ta’ porzjon ta’ qligħ kapitali eżistenti miksub fuq il-portafoll, li fl-2008 tikseb rendiment addizzjonali ta’ …]; u

(d)

Il-bidla tal-bonds fil-portafoll, li fl-2008 kisbet rendiment addizzjonali ta’ …].

(74)

Fir-rigward tat-tqabbil bejn ir-rimunerazzjoni tad-depożiti tat-Teżor u r-rimunerazzjoni offruta mill-istrateġiji ta’ ġestjoni attiva tal-fondi, l-Italja spjegat li tqabbil bħal dan kellu jsir fuq perjodu ta’ żmien sinifikanti – 10 snin – sabiex jitqies ċiklu ekonomiku sħiħ. Din kienet ir-raġuni għaliex […] qabbel ir-redditu tal-Konvenzjoni mar-redditi minn strateġiji alternattivi matul perjodu ta’ 10 snin u mhux matul perjodu iqsar. Għalhekk, meta r-rati tal-imgħax jiżdiedu, il-portafolli b’rati fissi għandhom tendenza li jkollhom prestazzjoni aktar baxxa meta mqabbla mal-portafolli b’rati varjabbli, filwaqt li l-oppost seħħ fil-każ ta’ rati tal-imgħax li jonqsu.

(75)

Skont l-Italja, matul perjodu ta’ 10 snin, il-portafolli tal-investiment ibbażati fuq rati varjabbli jistgħu jitqabblu mal-portafolli ta’ investiment ibbażati fuq rati fissi, minħabba l-kumpens ta’ qligħ kapitali u telf kapitali. Fil-fatt, matul perjodu ta’ 10 snin, ir-redditi ta’ portafolli b’rati fissi għandhom it-tendenza li jkunu konformi mar-redditi ta’ portafolli b’rati varjabbli. Jidher b’mod ċar li l-ġestjoni attiva tal-fondi tipprovdi redditi aħjar mill-investimenti passivi (“parametriċi”) bħall-Konvenzjoni (eż. ir-redditu tal-valutazzjoni komparattiva b’tul ta’ żmien ta’ 5 snin użata minn …] huwa konformi mar-redditu tal-Konvenzjoni, li t-tul ta’ żmien tiegħu huwa ferm itwal)

(76)

Barra minn hekk, skont l-Italja, il-Kummissjoni għandha tiddistingwi bejn riskju għal perjodu ta’ żmien qasir u dak għal perjodu ta’ żmien twil. Billi huwa veru li l-valur tat-titoli b’rata fissa b’tul ta’ żmien ta’ 10 snin jista’ jvarja ħafna fuq perjodu ta’ żmien qasir, matul il-perjodu kollu ta’ 10 snin, il-bonds b’rata fissa jagħtu rata ta’ redditu affidabbli ħafna (minħabba li fissa). Kollox ma’ kollox, matul perjodu ta’ 10 snin, ir-redditi tal-portafolli b’rata fissa għandhom it-tendenza li jkunu konformi mar-redditi tal-portafolli b’rata varjabbli, b’dawn tal-aħħar fil-fatt ikunu aktar riskjużi (minħabba li huma soġġetti għal bidliet annwali fir-redditu tal-imgħax).

(77)

Barra minn hekk, strateġiji ta’ investiment alternattivi reali li huma flessibbli u li jistgħu jkunu bbażati fuq l-istrumenti finanzjarji kollha possibbli offruti mis-suq, joffru possibbiltà akbar ta’ riżultati aħjar minn investimenti passivi bħall-Konvenzjoni.

(78)

Barra minn hekk, l-Italja enfasizzat li, fil-mument tal-konklużjoni tal-Konvenzjoni mat-Teżor, ix-xejra tar-rati tal-imgħax fil-ġejjieni ma kinitx magħrufa. Skont l-Italja, l-għażla li jintużaw parametri varjabbli għall-Konvenzjoni kienet ekonomikament razzjonali, minħabba li kienet ġusta għaż-żewġ partijiet: il-PI u t-Teżor. L-għażla li l-Konvenzjoni tiġi riveduta wara tliet snin u li titħassar kull sena ppermettiet lil kwalunkwe waħda miż-żewġ partijiet li tirtira mill-ftehim f’każ li r-rimunerazzjoni tkun saret inġusta jew inkonsistenti, minħabba r-rati tal-imgħax tas-suq li qed jevolvu.

(79)

L-Istudju […] juri wkoll li l-Obbligu ġġenera spejjeż ta’ opportunità u riskji għall-PI billi llimita l-ispettru tal-għażla ta’ investiment tiegħu. Id-depożitu mat-Teżor kien marbut esklussivament mar-riskju ta’ kreditu tal-Italja, li waqqaf lil PI milli tfittex opportunità ta’ investiment diversifikata fis-suq tal-bonds tal-Gvern Ewropew. Barra minn hekk, tali riskju ta’ kreditu kien aggravat mir-riskju tal-likwidità minħabba n-natura fit-tul tal-maturità tad-depożitu mingħajr drittijiet ta’ tifdija bikrija.

(80)

L-Italja tiġġustifika l-komparabbiltà tal-mekkaniżmu tal-Konvenzjoni (abbażi ta’ rati tal-imgħax varjabbli) mal-mudelli kwantitattivi użati minn […] li għandhom l-għan li jagħtu prova tal-benefiċċju ta’ ġestjoni attiva tal-assi (abbażi ta’ rati tal-imgħax fissi) billi tiddikjara li hija prattika tas-soltu għall-operaturi tas-suq li jinnegozjaw f’bonds u, mill-2007, għal PI, li jipprevedu investimenti b’rati tal-imgħax fissi. Huma jsostnu wkoll li t-tqabbil bejn il-mekkaniżmu tal-Konvenzjoni u l-mudelli kwantitattivi użati minn RBS għandu jiġi analizzat fid-dawl tat-tqabbil bejn ġestjoni passiva u attiva tal-fondi, aktar milli bejn żewġ mekkaniżmi ta’ rimunerazzjoni bbażati fuq rati tal-imgħax fissi u varjabbli.

(81)

Fl-aħħar nett, l-Italja ssostni li l-mekkaniżmu tal-Konvenzjoni bbażat fuq rimunerazzjoni għal perjodu ta’ żmien qasir għall-komponent volatili tal-fondi ddepożitati mat-Teżor jistma b’mod adegwat ir-riskju reali tal-likwidità mġarrab mit-Teżor.

3.2.8.   Rimarki għall-kummenti tal-ABI

(82)

Skont l-Italja, ir-rata fuq id-depożitu mat-Teżor ma setgħetx tkun rata għal perjodu ta’ żmien qasir (eż. rata tal-imgħax tal-kambjali tat-Teżor ta’ 12-il xahar) minħabba l-istabbiltà tad-depożiti.

(83)

L-Italja indikat li, l-użu tal-2005 (kif sar mill-ABI) bħala sena ta’ referenza, irriżulta f’analiżi mhux xierqa minħabba li l-2005 kienet is-sena meta r-rati tal-imgħax fuq il-kambjali tat-Teżor għal perjodu ta’ żmien qasir kienu l-aktar baxxi.

(84)

Fir-rigward tat-tqabbil li sar mill-ABI mar-rimunerazzjoni miksuba minn CDP fuq il-likwidità tagħha ddepożitata mat-Teżor (rimunerazzjoni ugwali għal rata varjabbli ta’ sitt xhur ikkalkolata bħala l-medja aritmetika sempliċi tar-rendiment gross fuq il-kambjali tat-Teżor ta’ sitt xhur u tal-indiċi Rendistato ta’ kull xahar), l-Italja ssostni li s-CDP ma tistax titqabbel ma’l-PI, minħabba li hija kumpanija differenti f’termini ta’ struttura, attivitajiet, objettivi tan-negozju, operazzjonijiet, organizzazzjoni u politiki ta’ investiment. L-Italja ssostni wkoll li, minħabba li l-indiċi Rendistato ta’ kull xahar jirrappreżenta rata fuq perjodu ta’ żmien medju/twil, l-ABI tikkontradixxi lilha nnifisha meta tqis li l-likwidità tal-PI ddepożitata mat-Teżor għandha tiġi rrimunerata skont parametri għal perjodu ta’ żmien qasir.

(85)

L-Italja ssostni wkoll li l-uniċità tad-depożiti tat-Teżor tagħha għamlitha diffiċli li jiġi identifikat strument wieħed ta’ sostituzzjoni. Madankollu, minħabba l-istabbiltà tal-kontijiet kurrenti postali, id-depożitu ta’ dawn il-fondi mat-Teżor jista’ jitqabbel mal-fondi miġbura permezz ta’ bonds fit-tul għall-parti l-kbira tagħhom. L-istabbiltà tal-kontijiet kurrenti postali għamlet tqabbil mal-kambjali tat-Teżor għal perjodu ta’ żmien qasir (ta’ 12-il xahar) irrilevanti.

4.   Valutazzjoni tal-miżura

4.1.   L-eżistenza tal-għajnuna

(86)

Sabiex jiġi aċċertat jekk miżura tikkostitwixxix għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, il-Kummissjoni trid tiddetermina (i) jekk il-miżura tingħatax mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat; (ii) jekk il-miżura tagħtix vantaġġ ekonomiku; (iii) jekk il-miżura hijiex kapaċi tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi b’mod selettiv lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti; u fl-aħħar nett, (iv) jekk il-miżura taffettwax il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Dawn il-kundizzjonijiet kollha jridu jiġu ssodisfati sabiex miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(87)

Permezz tas-sentenza tal-2013, il-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-2008. B’mod partikolari, il-Qorti qieset li l-Kummissjoni kienet għamlet żball evidenti billi kkonkludiet li l-miżura kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, abbażi tad-differenza pożittiva bejn ir-rata tal-Konvenzjoni u r-rata mogħtija lill-mutwatarju privat prudenti. Sabiex turi li l-miżura tabilħaqq tagħti tali vantaġġ ekonomiku, il-Kummissjoni kellha turi b’mod ċar li, fin-nuqqas tal-Obbligu, il-PI ma setgħetx b’mod raġonevoli tikseb redditu ogħla minn jew daqs ir-rata tal-Konvenzjoni billi tinvesti d-depożiti mill-kontijiet kurrenti postali fis-suq.

(88)

Għaldaqstant, din il-valutazzjoni tindirizza jekk ingħatax vantaġġ ekonomiku u, fin-nuqqas ta’ dan, il-miżura ma tammontax għal għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(89)

Il-Kummissjoni tqis li t-tqabbil bejn il-Konvenzjoni u l-investimenti alternattivi disponibbli għal PI fin-nuqqas tal-Obbligu għandu jqis b’mod adegwat ir-riskju tal-investimenti u l-interazzjonijiet tagħhom mar-riskji li jirriżultaw mill-obbligazzjonijiet tal-PI (jiġifieri d-depożiti aggregati tal-klijenti), minn perspettiva integrata tal-ġestjoni tal-attiv/passiv. Imbagħad, it-tqabbil għandu jitwettaq jew bejn ir-redditu disponibbli skont il-Konvenzjoni u r-redditu tal-investimenti li jkollhom livell ta’ riskju simili għal dak tal-Konvenzjoni, jew inkella bejn ir-redditi aġġustati għar-riskji.

(90)

Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li l-analiżi tal-vantaġġ possibbli mogħti mill-Konvenzjoni lill-PI għandha ssir ex ante. L-istima tar-redditi disponibbli taħt l-investimenti alternattivi għandha ssir f’konformità mal-informazzjoni disponibbli għall-partijiet fil-mument li tkun għaddiet il-Konvenzjoni.

(91)

Il-Kummissjoni l-ewwel irrieżaminat it-tqabbil sottomess mill-Italja, kif ġie spjegat fil-qosor fit-Taqsima 3.2.7. L-Italja sostniet li l-investimenti alternattivi, li setgħu kienu disponibbli għall-PI fin-nuqqas tal-Obbligu, offrew redditi simili jew ogħla mill-Konvenzjoni u li dan wera li l-Konvenzjoni ma kienet tinvolvi l-ebda vantaġġ għall-PI. Il-Kummissjoni sabet li ma kienx ipprovat li dawn l-investimenti alternattivi proposti huma komparabbli mal-Konvenzjoni minn perspettiva tar-riskju. B’riżultat ta’ dan, dawn ma jistgħux jifformaw bażi għall-valutazzjoni deskritta mill-Qorti Ġenerali, minħabba li ma jippermettux li ssir konklużjoni sinifikanti dwar jekk il-PI bbenefikatx mill-Konvenzjoni.

Fl-analiżi komparattiva tal-attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-PI (ara l-premessi 67-68), l-Italja ssostni, mingħajr ma tipprova, li l-poloz tal-assigurazzjoni tal-ħajja huma komparabbli mal-kontijiet kurrenti postali u li r-riskji tal-investimenti, magħmula fuq wara ta’ dawn il-prodotti, huma komparabbli mar-riskji assoċjati mal-Konvenzjoni.

Fl-analiżi komparattiva tal-istrateġija ta’ investiment ta’ La Banque Postale (ara l-premessi 69-71), l-Italja ma tagħtix prova li l-profil tal-obbligazzjoni ta’ La Banque Postale jaqbel ma’ dak tal-PI u li l-profil tal-investiment ta’ La Banque Postale huwa simili għall-profil tal-investiment tal-PI skont il-Konvenzjoni.

Fl-analiżi komparattiva ta’ strateġiji ta’ investiment oħrajn, kif ippreżentata fl-istudju […] (ara l-premessi 72-81), il-profil tal-obbligazzjoni tal-PI jitqies b’mod adegwat f’konformità mal-valutazzjoni mwettqa minn […] (ara l-premessi 53-58) u hija ppreżentata miżura sintetika tar-riskju, jiġifieri l-volatilità tar-redditi. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li l-investimenti alternattivi proposti għandhom livell differenti ta’ riskju minn dak tal-Konvenzjoni u li, għalhekk, ir-redditu ta’ dawn l-investimenti alternattivi – jekk mhuwiex aġġustat għar-riskju – ma jistax jitqabbel mar-redditu disponibbli taħt il-Konvenzjoni.

(92)

Barra minn hekk, l-Italja sostniet li n-nuqqas ta’ kwalunkwe vantaġġ ex ante għal PI rriżulta mill-għażla – li kienet disponibbli kemm għal PI kif ukoll għall-Istat – li l-Konvenzjoni titħassar kull sena, f’każ li r-rimunerazzjoni ma tkunx ġusta (ara l-premessa 78). Madankollu, il-Kummissjoni kkunsidrat li din l-għażla ma kienet teskludi l-ebda vantaġġ potenzjali għal PI. L-għażla ma kinitx tkopri l-ewwel sena u ma kien hemm l-ebda obbligu għall-Italja li teżerċitaha, anki jekk kien ikun konvenjenti li tagħmel dan, fis-snin ta’ wara.

(93)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-argumenti mressqa mill-Italja mhumiex biżżejjed sabiex tasal għal konklużjoni sinifikanti dwar jekk il-Konvenzjoni pprovdietx vantaġġ għall-PI jew le. Il-Kummissjoni mbagħad applikat il-valutazzjoni deskritta mill-Qorti Ġenerali f’dan il-każ. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni stmat ir-redditi/riskji mistennija offruti minn ġabra komprensiva ta’ strateġiji alternattivi ta’ investiment, disponibbli fin-nuqqas tal-Obbligu. Għall- appoġġ tekniku dwar dawn il-kwistjonijiet, il-Kummissjoni għażlet l-Università ta’ Perugia permezz ta’ proċess ta’ sejħa għall-offerti, li l-esperti tagħha pproduċew rapport f’Novembru 2015 (“ir-Rapport tal-Esperti”).

4.2.   Sommarju tar-Rapport tal-Esperti

(94)

Ir-Rapport tal-Esperti jeżamina l-investiment magħmul mill-PI skont l-Obbligu, li r-redditu tagħha huwa rregolat mill-Konvenzjoni, kif ukoll l-istrateġiji potenzjali ta’ investiment alternattiv tas-suq, li setgħu ġew ikkunsidrati minn PI fin-nuqqas tal-Obbligu għall-perjodu 2005-2007 għall-fondi miġbura permezz tal-kontijiet kurrenti postali. Ir-Rapport jistma wkoll il-profili tar-riskji u l-benefiċċji rispettivi bl-użu biss tal-informazzjoni disponibbli għal PI fiż-żmien tal-investiment.

(95)

Ir-Rapport tal-Esperti jissimula kif l-obbligazzjonijiet tal-PI (jiġifieri d-depożiti) huma mistennija li jevolvu maż-żmien. Billi dawn l-obbligazzjonijiet huma pretensjonijiet tad-depożitanti, il-PI tista’ biss tinvesti dak li d-depożitanti ma jirtirawx. B’konsegwenza ta’ dan, l-esperti jistmaw l-hekk imsejħa mudelli ta’ obbligazzjoni (“liability patterns” - LP) li jimmudellaw l-ammont ta’ fondi li mistennija jkunu disponibbli għall-PI matul ċertu perjodu ta’ żmien, li b’hekk il-PI tkun tista’ tinvesti. Għal dik l-istima, ir-Rapport tal-Esperti jiddistingwi l-komponenti stabbli tal-obbligazzjonijiet mill-komponenti volatili. Il-komponenti stabbli biss jistgħu jiġu investiti f’assi b’maturità għal perjodu ta’ żmien qasir jew twil skont l-LP stmat.

(96)

Ir-Rapport tal-Esperti jikkunsidra żewġ mudelli ta’ obbligazzjoni – l-LP1 u l-LP2 - li huma differenti minn xulxin fil-mod ta’ kif jiġi ttrattat il-komponent stabbli tad-depożiti (jiġifieri l-parti li ma tiġix irtirata matul it-30 sena li jmiss skont is-suppożizzjonijiet tal-immudellar). Fiż-żewġ xenarji, ir-Rapport tal-Esperti jassumi li l-ammont totali tal-fondi miġbura ser jonqos fiż-żmien minħabba l-irtirar tad-depożiti tal-kontijiet kurrenti. L-LP1 jalloka flussi ta’ ħruġ b’maturità mmudellata ta’ aktar minn 30 sena b’mod proporzjonali matul perjodu ta’ 30 sena. L-LP2 jalloka l-flussi ta’ ħruġ kollha b’maturità mmudellata ta’ aktar minn 30 sena għall-fluss ta’ ħruġ fit-tletin (30) sena. Skont is-suppożizzjonijiet tar-Rapport tal-Esperti, id-differenza hija sinifikanti, hekk kif bejn wieħed u ieħor 60 % tad-depożiti kollha għandhom dati għall-flussi ta’ ħruġ immudellati lil hinn minn 30 sena. Fuq dik il-bażi, skont l-LP1, il-flussi ta’ ħruġ iseħħu regolarment bejn sena u 30 sena, filwaqt li skont l-LP2, 40 % biss tal-flussi ta’ ħruġ iseħħu bejn sena u 30 sena u 60 % jseħħu biss fit-tletin (30) sena.

(97)

Fir-rigward tal-mistoqsija dwar liema miż-żewġ mudelli ta’ obbligazzjoni jippreżenta suppożizzjoni aktar xierqa, ir-Rapport tal-Esperti jsostni li l-mudell ta’ obbligazzjoni inqas konservattiv l-LP2 huwa aktar xieraq. Sabiex jappoġġja din il-konklużjoni, ir-Rapport tal-Esperti jisħaq li l-PI hija differenti minn bank kummerċjali tipiku sal-punt li (i) il-PI ma kinitx soġġetta għar-regolament prudenzjali applikabbli għall-banek u b’hekk għar-rekwiżit ta’ livell kapitali ogħla għal investimenti fit-tul; u li (ii) l-PI ma tkunx esposta għall-istess riskju ta’ kriżi kbira ħafna ta’ rtirar u likwidità bħal bank tipiku, minħabba li l-PI hija meqjusa minn parti kbira tal-investituri bħala li hija l-istess bħall-Italja. Ir-Rapport tal-Esperti jsostni li din il-perċezzjoni hija konsistenti mal-aspettattiva li, f’każ ta’ kriżi ta’ likwidità, l-Italja tkun imġiegħla tiffinanzja kwalunkwe pożizzjoni ta’ insolvenza tal-PI sabiex jiġi evitat effett ta’ kontaġju li jwassal għal deterjorament tal-affidibbiltà kreditizja tal-istokk kollu tad-dejn pubbliku.

(98)

Il-Kummissjoni tinnota li r-Rapport tal-Esperti jissuġġerixxi li l-fondi ddepożitati mill-PI fuq il-kont tat-Teżor de facto ma kinux għal perjodu ta’ żmien qasir fin-natura tagħhom. Kien issuġġerit perjodu b’terminu qasir tal-fondi mill-ABI, li sostniet li r-rimunerazzjoni tad-depożitu tat-Teżor kellha tikkorrispondi għan-natura tagħha għal perjodu ta’ żmien qasir (ara l-premessa 45). Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tfakkar li n-natura fit-tul tal-fondi ddepożitati mill-PI mat-Teżor, kif ivvalutata fir-Rapport tal-Esperti, mhijiex biżżejjed sabiex jiġi stabbilit in-nuqqas ta’ għajnuna mill-Istat. Skont il-valutazzjoni meħtieġa skont id-deċiżjoni tal-2013, huwa meħtieġ tqabbil sinifikanti tar-redditi/riskju kemm skont l-Obbligu kif ukoll mingħajr l-Obbligu, sabiex jiġi ddeterminat b’mod effettiv jekk il-miżura tatx vantaġġ lill-PI.

(99)

Għaldaqstant, ir-Rapport tal-Esperti jibni mudell dinamiku tar-rata tal-imgħax li jippermetti l-kalkolu tal-prezzijiet tal-bonds abbażi tal-mudell tal-kurva tar-rendiment tar-rata tal-imgħax fi kwalunkwe punt fil-ġejjieni. Ir-Rapport jikkunsidra tliet xenarji tar-rati tal-imgħax: rati tal-imgħax stazzjonarji (stabbli), li jiżdiedu u li jonqsu, meta mqabbla mal-kurva tar-rendiment li tipprevali fiż-żmien tal-Konvenzjoni.

(100)

Ir-Rapport tal-Esperti mbagħad jeżamina l-karatteristiċi tar-riskji u tar-redditu tal-investiment reali mwettaq mill-PI skont l-Obbligu u li r-redditu tiegħu huwa rregolat mill-Konvenzjoni. Hawnhekk, ir-riskju - li huwa kompletament dovut għall-bidliet fir-rata tal-imgħax li għandhom impatt fuq il-prezzijiet tal-bonds użati għall-kalkolu tar-rata ta’ rimunerazzjoni xierqa skont il-Konvenzjoni - huwa baxx ħafna. Fil-fatt, il-livell ta’ riskju huwa ta’ 0,11 %, 0,17 % u 0,06 % taħt ix-xenarji tar-rati stazzjonarji, li jiżdiedu u li jonqsu, rispettivament.

(101)

Fir-rigward tal-istrateġiji ta’ investiment disponibbli, il-PI setgħet tinvesti biss f’bonds bi grad ta’ investiment fiż-żona tal-Euro fil-mument tal-investiment. B’mod korrispondenti, l-esperti jikkunsidraw strateġiji bbażati fuq bonds tal-Gvern Taljan b’maturitajiet differenti u strateġija li tuża l-bonds tal-Gvern fiż-żona tal-Euro għat-tqabbil.

(102)

Meta jeżamina l-istrateġiji ta’ investiment disponibbli, ir-Rapport tal-Esperti jikkunsidra żewġ riskji ewlenin: ir-riskju li jirriżulta minn distakk bejn il-maturitajiet tal-assi tal-PI (il-bonds tal-Gvern Taljan) u l-obbligazzjonijiet tagħha (id-depożiti), u r-riskju ta’ inadempjenza sovrana mill-Italja.

(103)

Id-distakk jew id-diskrepanza bejn il-maturitajiet tal-assi u tal-obbligazzjonijiet joħolqu riskju ta’ likwidità (jiġifieri r-riskju li l-PI ma jkollhiex mezzi likwidi biżżejjed sabiex tissodisfa t-talbiet għal irtirar mid-depożitanti fi żmien partikolari). Madankollu, dak ir-riskju ta’ likwidità jkun limitat meta jkun faċli li jinbiegħu l-assi (jiġifieri l-bonds tal-Gvern Taljan). Li kieku l-PI kellha tbigħ dawk il-bonds qabel ma jimmaturaw, il-prezz tas-suq ikun xprunat mir-rata tal-imgħax prevalenti f’dak iż-żmien, sabiex b’hekk il-PI tkun vulnerabbli għar-riskju tar-rata tal-imgħax, li jwassal għal qligħ jew telf kapitali potenzjali. Dan ir-riskju huwa mmudellat b’mod espliċitu fir-Rapport tal-Esperti.

(104)

Fir-rigward tar-riskju ta’ inadempjenza sovrana, ir-Rapport tal-Esperti jirrimarka li l-PI għandha wkoll ir-riskju sovran ta’ inadempjenza mill-Italja skont il-Konvenzjoni. Għalhekk, ir-Rapport tal-Esperti jqis li l-użu ta’ bonds tal-Gvern Taljan fil-mudell jippermetti l-istess riskju sovran fiż-żewġ strateġiji u jippreżenta tqabbil simili u ugwali mingħajr immudellar espliċitu.

(105)

Ir-Rapport tal-Esperti janalizza ħames strateġiji differenti:

L-ewwel strateġija ta’ investiment hija strateġija ta’ xiri u żamma. Skont din l-istrateġija, il-PI tixtri l-bonds tal-Gvern Taljan u żżommhom sal-maturità. Ir-Rapport tal-Esperti jassumi li tali bonds huma disponibbli għall-maturitajiet kollha (jiġifieri għal kwalunkwe perjodu ta’ żmien) u jiġu pprezzati skont il-kurva tar-rendiment immudellata. Minħabba li jistgħu jinxtraw bonds xierqa sabiex ikunu jaqblu b’mod preċiż mal-maturità tal-assi, l-istrateġija twassal għal qbil perfett bejn il-maturità tal-assi u tal-obbligazzjonijiet sabiex ma jkun hemm l-ebda riskju għar-rata tal-imgħax f’din l-istrateġija.

It-tieni strateġija hija simili għall-ewwel waħda iżda tneħħi s-suppożizzjoni li l-bonds huma disponibbli għal kwalunkwe perjodu ta’ żmien. Issa, l-PI għandha ċertu riskju fuq ir-rata tal-imgħax minħabba l-flussi ta’ ħruġ ta’ depożiti mistennija għal żminijiet meta ma jkun hemm l-ebda bond disponibbli fis-suq sabiex ikoprihom. Għalhekk, il-PI tista’ tkun imġiegħla tinvesti f’xi bonds b’maturità itwal u tbigħhom qabel ma jimmaturaw sabiex ikopru l-flussi ta’ ħruġ tad-depożiti mistennija, li jwassal għal ċertu riskju ta’ qligħ jew telf kapitali.

It-tielet strateġija hija strateġija oħra ta’ xiri u żamma iżda tintroduċi distakk fil-maturità strateġika volontarja bejn il-maturità tal-bonds u d-depożiti. Hawnhekk, id-distakk fil-maturità jiġi ġġenerat billi l-PI tinvesti f’assi b’maturità itwal mill-flussi ta’ ħruġ tad-depożiti mistennija. Għalhekk, PI taċċetta r-riskju tar-rata tal-imgħax relatat mal-obbligu li jinbiegħ il-bond sottostanti sabiex ikopri l-pretensjoni ta’ depożitu korrispondenti fil-mument meta tali pretensjoni tirriżulta għal rendiment ogħla fuq il-bonds b’maturità itwal.

Ir-raba’ strateġija hija strateġija ta’ negozjar dinamiku fejn il-PI tixtri u tbigħ bonds b’mod dinamiku. B’mod partikolari, il-PI tinvesti l-fondi kollha miġbura fil-kont kurrenti postali f’bond b’maturità partikolari - ta’ ħames snin, għaxar snin jew għoxrin sena - tbigħu wara 15-il jum u terġa’ tinvesti r-rikavat f’bond ieħor bl-istess maturità (jiġifieri l-bond li jkun għadu kif inxtara jimmatura 15-il jum wara dak mibjugħ). Minħabba li l-flussi tal-ħruġ ta’ depożiti jiġu kkunsidrati biss fi tmiem sena partikolari, l-ammont investit fi kwalunkwe sena partikolari jitqies bħala kostanti fir-rigward tal-flussi ta’ ħruġ u jvarja biss fir-rigward tal-bidliet fir-rata tal-imgħax. Għalhekk, ir-rati ta’ redditu annwali li jirriżultaw minn din l-istrateġija huma indipendenti mill-mudell tal-obbligazzjoni.

Bħala l-ħames strateġija, l-istudju jqis ukoll li l-PI tinvesti kompletament f’indiċi fit-tul ta’ bonds tal-Gvern fiż-żona tal-Euro. Dan l-indiċi jinkludi l-bonds tal-Gvern fiż-żona tal-Euro (u mhux biss bonds tal-Gvern Taljan) b’maturitajiet itwal minn 10 snin. Din l-istrateġija titbiegħed mill-qafas tal-istrateġiji preċedenti billi r-riskju ta’ kreditu sottostanti mhuwiex biss fuq il-bonds tal-Gvern Taljan, iżda fuq taħlita ta’ bonds tal-Gvern fiż-żona tal-Euro. Isiru suppożizzjonijiet ta’ mmudellar addizzjonali sabiex ikopru dak ir-riskju addizzjonali. Għal darba oħra, il-flussi ta’ ħruġ tad-depożiti jiġu kkunsidrati biss fi tmiem sena partikolari, sabiex b’hekk ir-redditi annwali jkunu indipendenti mill-mudell tal-obbligazzjoni.

(106)

Il-ħames strateġiji ta’ investiment huma simulati fir-Rapport tal-Esperti. Għall-istrateġiji kollha ħlief għall-istrateġija tal-bonds tal-Gvern fiż-żona tal-Euro, il-profil tar-riskji u tar-redditi jiġi stmat taħt it-tliet xenarji differenti tar-rati tal-imgħax: rati stazzjonarji, li jiżdiedu u li jonqsu.

(107)

Fl-aħħar nett, ir-Rapport tal-Esperti jeżamina liema strateġija ta’ investiment implimentat PI meta l-fondi ġew rilaxxati mill-Obbligu fl-2007. Ir-Rapport juri li l-fondi ġew investiti f’bonds tal-Gvern fiż-żona tal-Euro għal ħames snin u, għal darba oħra, dawn jipprovdu r-riskju u r-redditu ta’ tali investiment abbażi tal-mudell tagħhom. Ir-Rapport tal-Esperti jikkonkludi li l-istrateġija kienet subottimali minħabba li twassal għal redditu aktar baxx b’riskju ogħla (0,65 %) minn dak li seta’ jinkiseb kieku ġiet segwita waħda mill-istrateġiji ta’ investiment alternattivi.

(108)

Wara li jistmaw il-profili tar-riskju u tar-redditu għall-istrateġiji tal-investiment kollha, l-esperti mbagħad jużaw it-teorija tal-ipprezzar tal-portafoll sabiex jiddeterminaw jekk l-investiment li kellha tagħmel PI skont l-Obbligu u li r-redditu tiegħu kien irregolat mill-Konvenzjoni, tax effettivament tax vantaġġ ekonomiku lill-PI (jiġifieri jekk ir-redditu riċevut skont il-Konvenzjoni, wara li jitqies ir-riskju tal-investiment, kienx ikun ogħla mir-redditi li setgħu jinkisbu f’livelli ta’ riskju ekwivalenti f’investimenti alternattivi).

(109)

Għal dak il-għan, ir-Rapport tal-Esperti għaqqad il-karatteristiċi tar-riskji u tar-redditi tal-investimenti alternattivi kollha disponibbli f’funzjoni ta’ investiment waħda li tesprimi r-redditu tas-suq li jista’ jinkiseb bħala funzjoni tar-riskju meħud. Jekk il-karatteristiċi tar-riskji u tar-redditi tal-Konvenzjoni jkunu ’l fuq minn dik il-funzjoni (jiġifieri jekk skont il-Konvenzjoni, il-PI jkollha tikseb redditu ogħla għar-riskju ekwivalenti minn dak disponibbli fis-suq), allura jkun meħtieġ li jiġi konkluż li kien hemm vantaġġ.

(110)

Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-rapport jikkonkludi li bl-użu biss tal-LP1, il-mudell ta’ obbligazzjoni konservattiva, u biss skont l-aspettattiva ta’ rati tal-imgħax li jiżdiedu, li l-Konvenzjoni pprovdiet redditu ogħla lill-PI. F’dan ix-xenarju, meta jitqies il-fatt li l-PI aktar tard kienet lesta li taċċetta riskju ta’ 0,65 %, il-vantaġġ jammonta għal 0,29 punt perċentwali biss. Taħt l-LP2, ma jingħata l-ebda vantaġġ fi kwalunkwe xenarju tar-rati tal-imgħax.

4.3.   Il-valutazzjoni tar-Rapport tal-Esperti mill-Kummissjoni

(111)

Il-Kummissjoni ssib li xi xenarji huma aktar plawsibbli minn oħrajn fir-rigward ta’ suppożizzjonijiet jew interpretazzjonijiet speċifiċi li saru fir-Rapport tal-Esperti. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-użu tal-mudell tal-obbligazzjoni LP2.

(112)

Il-Kummissjoni tinnota li r-rapport tal-esperti qed juża biss l-informazzjoni disponibbli qabel il-konklużjoni tal-Konvenzjoni, kif mitlub fis-sentenza tal-2013, bl-eċċezzjoni tar-referenza għal-livell ta’ riskju ta’ 0,65 % aċċettat minn PI wara t-tmiem tal-Obbligu. Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-użu ta’ 0,65 % bħala l-livell ta’ riskju xieraq sabiex jiġi stmat ir-redditu mistenni fin-nuqqas tal-Obbligu.

(113)

L-ewwel nett, l-għażla tal-mudell tal-obbligazzjoni għandha impatt importanti fuq ir-redditu mistenni tal-istrateġiji ta’ investiment differenti. Kif iddikjarat fil-premessi 96-97, hemm differenzi sinifikanti fir-rigward tas-suppożizzjonijiet dwar il-flussi ta’ ħruġ tad-depożiti li jirriżultaw mill-għażla tal-LP1 jew l-LP2. It-tul ta’ żmien medju tad-depożiti ta’ PI - jiġifieri ż-żmien medju ponderat sabiex dawk id-depożiti jinżammu disponibbli - ivarja b’mod sinifikanti bejn wieħed u ieħor bejn disa’ snin u erbatax-il sena, rispettivament, taħt l-LP1 u l-LP2.

(114)

Il-Kummissjoni tinnota li t-tul ta’ żmien kemm taħt l-LP1 kif ukoll taħt l-LP2 jaqbeż it-tul ta’ żmien massimu ta’ ħames snin irrakkomandat mill-Awtorità Bankarja Ewropea (“EBA”) sabiex timmudella obbligazzjonijiet li ma jimmaturawx bħad-depożiti.

(115)

Il-Kummissjoni vvalutat il-kwistjoni tat-tul ta’ żmien medju tad-depożiti tal-PI li għandu jintuża għall-valutazzjoni meħtieġa skont id-deċiżjoni tal-2013. Hija tqis li l-LP2 jidher li huwa ottimist iżżejjed fir-rigward taż-żamma medja mistennija tad-depożiti tal-klijenti. Madankollu, it-tul ta’ żmien tad-depożiti tal-klijenti tal-PI jista’ fil-prattika jaqbeż il-ħames snin irrakkomandati mill-EBA, kif propost mir-Rapport tal-Esperti. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bbilanċjat il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-EBA għal depożitu b’tul ta’ żmien ta’ ħames snin inħarġu biss fl-2015, billi r-rekwiżiti regolatorji f’termini tal-ġestjoni tal-likwidità ssaħħew.

(b)

Skont ir-rakkomandazzjonijiet attwali tal-EBA, jekk l-istituzzjoni li tieħu d-depożiti tkun tista’ turi li hija mmudellat b’mod preċiż il-profil ta’ pprezzar mill-ġdid tad-depożiti tagħha (26), tul ta’ żmien ogħla jista’ jitqies bħala xieraq.

(c)

Kif sostniet ukoll l-Italja (ara l-premessi 53-56), il-profil tal-klijenti tal-banek postali seta’ jitqies bħala aktar stabbli minn dak tal-klijenti tal-banek kummerċjali tipiċi. Fil-fatt, il-banek postali jistgħu jattiraw klijenti b’introjti medji jew inqas minn medji u ta’ età akbar, li għandhom it-tendenza li jkunu inqas sensittivi għar-rata. B’riżultat ta’ dan, it-tul ta’ żmien tad-depożitu tal-PI jista’ jkun mistenni li jaqbeż il-ħames snin irrakkomandati mill-EBA.

(d)

Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tqis li l-argumenti li saru fir-Rapport tal-Esperti u li ġew stabbiliti fil-premessi 96-97 mhumiex biżżejjed sabiex jiġġustifikaw preferenza għall-LP2 fuq l-LP1. Ir-Rapport tal-Esperti jsostni li l-LP2 jista’ jkun ġustifikat, f’dan il-każ speċifiku, minħabba li l-PI ma kinitx soġġetta għar-regolament prudenzjali applikabbli għall-banek, u minħabba li l-immaġini tal- PI kif ipperċepita mill-maġġoranza tal-investituri hija l-istess bħal dik tal-Italja. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li:

(1)

in-nuqqas ta’ rekwiżiti ta’ kapital regolatorju għall-PI ma jaffettwax, per se, l-imġiba tad-depożitanti tagħha, u ċertament mhux fis-sens li jiżdied il-perjodu tad-depożiti tagħhom ma’ PI;

(2)

id-depożitanti ma jistgħux ikunu mistennija li jikkunsidraw il-profil tar-riskju tal-PI l-istess bħall-Italja. Fil-fatt, jekk wieħed jassumi li l-Italja ser tkun imġiegħla tiffinanzja kwalunkwe pożizzjoni ta’ insolvenza tal-PI, kif issuġġerit fir-Rapport tal-Esperti, dan jimplika l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanzija impliċita.

(116)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni taċċetta l-LP1 bħala suppożizzjoni realistika sabiex tiġi ddeterminata l-istrateġija ta’ investiment prudenti li kienet issegwi l-PI fin-nuqqas tal-Obbligu matul il-perjodu rilevanti.

(117)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li r-Rapport tal-Esperti ddikjara li r-rata mistennija tal-Konvenzjoni hija ogħla mir-redditu mistenni tal-istrateġiji ta’ investiment alternattivi, taħt ix-xenarju tar-rata dejjem tiżdied biss, b’0,29 punt perċentwali (ara l-premessa 110). Madankollu, tali 0,29 punti perċentwali ġew ikkalkolati billi tqabbel ir-redditu tas-suq mistenni f’livell ta’ riskju ta’ 0,65 %, filwaqt li r-redditu taħt il-Konvenzjoni wera livell ta’ riskju ta’ 0,17 % taħt ix-xenarju tar-rata li dejjem tiżdied.

(118)

Il-Kummissjoni ma ssib l-ebda raġuni ġustifikabbli sabiex tqabbel ir-redditi f’livelli ta’ riskju differenti, b’mod partikolari minħabba li l-livell ta’ riskju applikat ta’ 0,65 % kien ikkalkolat fir-Rapport tal-Esperti billi ġiet ikkunsidrata l-istrateġija ta’ investiment li l-PI eventwalment implimentat wara li kien irrevokat l-Obbligu (ara l-premessa 104). Tali kunsiderazzjoni ma tidhirx li hija addattata sabiex tintuża f’metodoloġija li għandha tqis biss l-informazzjoni li kienet disponibbli fuq perspettiva ex ante.

(119)

Għalhekk, il-livell ta’ riskju użat sabiex jiġi kkalkolat ir-redditu tas-suq li jista’ jinkiseb għal tqabbil mar-rata skont il-Konvenzjoni għandu jkun l-istess bħar-riskju tal-Konvenzjoni, jiġifieri 0,11 %, 0,17 % u 0,06 % taħt ix-xenarji tar-rati stazzjonarji, li jiżdiedu u li jonqsu, rispettivament.

(120)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tinnota li għall-LP1, il-vantaġġ mistenni skont il-Konvenzjoni fix-xenarju tar-rati li jiżdiedu għalhekk ikun ta’ madwar 0,5 punti perċentwali, minflok 0,29 punt perċentwali. Għar-rati stazzjonarji u li jonqsu, ir-redditi tas-suq li jistgħu jinkisbu jkomplu jkunu akbar mir-redditu skont il-Konvenzjoni, b’madwar 0,15-il punt perċentwali għar-rati stazzjonarji u 0,4 punti perċentwali għar-rati li jonqsu.

4.4.   Konklużjoni

(121)

Ir-rata mistennija skont il-Konvenzjoni hija aktar baxxa mir-redditu mistenni tal-istrateġiji ta’ investiment alternattivi, f’xenarju b’rati stazzjonarji u f’livelli ta’ riskju simili, fin-nuqqas tal-Obbligu. B’riżultat ta’ dan, ir-rata skont il-Konvenzjoni ma kienet tinvolvi l-ebda vantaġġ immedjat għal PI.

(122)

Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda element sabiex tassumi li l-PI jew l-Italja setgħu b’mod raġonevoli jistennew xejra ta’ rata speċifika fiż-żmien meta ġiet konkluża l-Konvenzjoni. Għaldaqstant, permezz tal-applikazzjoni tal-istess probabbiltà għat-tliet xenarji tar-rati (jiġifieri r-rati li jonqsu, stazzjonarji u li jiżdiedu), ir-rata mistennija skont il-Konvenzjoni hija marġinalment aktar baxxa mir-redditu mistenni tal-istrateġiji ta’ investiment alternattivi, f’livelli ta’ riskju simili, fin-nuqqas tal-Obbligu. B’riżultat ta’ dan, il-Konvenzjoni ma tat l-ebda vantaġġ lill-PI.

(123)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-evidenza mhijiex biżżejjed sabiex tagħti prova li l-PI bbenifikat minn vantaġġ skont il-Konvenzjoni.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rimunerazzjoni mħallsa mill-awtoritajiet pubbliċi tar-Repubblika tal-Italja lill-Poste Italiane skont il-Liġi Nru 266 tat-23 ta’ Diċembru 2005 u l-Konvenzjoni fis-snin 2005-2007 ma tikkostitwixxix għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Italja.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2019.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  GU C 290, 29.11.2006, p. 8.

(2)  Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/178/KE tas-16 ta’ Lulju 2008 dwar l-għajnuna mill-istat li implimentat l-Italja biex tirremunera l-kontijiet kurrenti li Poste Italiane għandha mat-Teżor (C 42/2006 (ex NN52/2006)) (ĠU L 64, 10.3.2009, p. 4).

(4)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża T-525/08, Poste Italiane SpA vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2013:481.

(5)  http://ec.europa.eu/competition/calls/tenders_closed.html, ref COMP/2014/017.

(6)  Is-servizz universali jinkludi l-ġarr ta’ oġġetti ta’ korrispondenza u materjal stampat indirizzat li jiżnu sa 2 kg u pakketti postali li jiżnu sa 20 kg; kif ukoll servizz ta’ oġġetti rreġistrati u servizz ta’ oġġetti assigurati.

(7)  Id-Direttiva 2002/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 li temenda d-Direttiva 97/67/KE fir-rigward tal-ftuħ ulterjuri għal kompetizzjoni tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU L 176, 5.7.2002, p. 21).

(8)  Skont l-Artikolu 5 tad-Digriet Amministrattiv Nru 269 tat-30 ta’ Settembru 2003 u l-Liġi ta’ Konverżjoni Nru 326 tal-24 ta’ Novembru 2003, l-ishma ta’ CDP huma assenjati lill-Italja. Barra minn hekk, il-fondazzjonijiet bankarji u entitajiet pubbliċi jew privati oħrajn jista’ jkollhom biss, b’kollox, ishma minoritarji fil-kapital ta’ CDP.

(9)  Is-servizz tal-kontijiet kurrenti postali kien essenzjalment irregolat minn liġi tal-1917, ippubblikata fil-GU 219 tas-6 ta’ Settembru 1917, immodifikata mid-Digriet 822 tat-22 ta’ Novembru 1945, li ġie ppubblikat fil-GU 12 tal-15 ta’ Jannar 1946. Sal-2003, il-liġi stabbilixxiet, b’mod partikolari, li l-fondi miġbura fuq il-kontijiet kurrenti postali jiġu ddepożitati f’kont ta’ CDP b’rata ta’ imgħax daqs ir-rata riċevuta minn CDP fuq l-attività ta’ finanzjament tagħha nieqsa 15 minn mija ta’ punt perċentwali. Wara digriet tal-5 ta’ Diċembru 2003, it-Teżor issostitwixxa lis-CDP.

(10)  Ippubblikat fil-GU 302 tad-29 ta’ Diċembru 2005, “supplemento ordinario” 211.

(11)  Ippubblikat fil-GU 288 tat-12 ta’ Diċembru 2003.

(12)  Digriet ministerjali tat-3 ta’ April 2006 approva l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni.

(13)  BTP: Buoni del Tesoro Polienali.

(14)  BOT: Buoni ordinari del Tesoro.

(15)  Ippubblikat fil-GU 299 tas-27 ta’ Diċembru 2006.

(16)  Skont l-Italja, l-ammont ta’ fondi miġbura fuq il-kontijiet postali li jappartjenu għal klijenti privati jirrappreżenta madwar 70-75 % tal-ammont totali tal-fondi miġbura fuq il-kontijiet postali.

(17)  Is-sentenza tal-2013, il-paragrafu 65 “la Commission a uniquement examiné le niveau de rémunération que le Trésor aurait pu demander unilatéralement compte tenu de quatre paramètres, à savoir la masse des fonds déposés, la stabilité de ces fonds, la durée moyenne du dépôt des fonds et les risques financiers supportés. Dans ces conditions, le taux de l’empruntur privé, défini aux considéents 119 à 180 de la Décision attaquée, ne kostitue pas véricement u n" taux de marché”.

(18)  Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna

(19)  Mill-1 ta’ Ottubru 1995, Rendistato beda jinkludi l-qligħ gross medju fuq il-bonds tal-Gvern soġġetti għat-tassazzjoni u b’maturità residwa ta’ aktar minn sena waħda. (Sors: Bank of Italy)

(20)  Fl-2006, il-kontijiet kurrenti postali li huma proprjetà ta’ persuni privati (jiġifieri minbarra l-amministrazzjoni pubblika) kienu jammontaw għal […], li minnhom …] kienu jappartjenu għal klijenti fil-livell tal-konsumaturi u […] għal impriżi.

(21)  Il-mudell VaR, bl-użu ta’ punt ta’ limitu ta’ 10 snin

(22)  Id-durata Macaulay hija ż-żmien medju ponderat sakemm jiġu riċevuti l-flussi tal-flus, fejn il-piż ta’ kull fluss tal-flus jiġi ddeterminat billi l-valur preżenti tal-fluss tal-flus jiġi diviż bis-somma tal-valur preżenti tal-flussi tal-flus kollha. Titkejjel fi snin.

(23)  Il-mudell ta’ deprezzament lineari, bl-użu ta’ punt ta’ limitu ta’ 10 snin

(24)  Fl-ittri mibgħuta mill-Italja, it-termini durata u ħajja medja spiss jintużaw b’mod interkambjabbli, għalkemm jistgħu jirreferu għal kunċetti differenti. Dan ma għandu l-ebda impatt fuq il-valutazzjoni mwettqa f’din id-Deċiżjoni.

(25)  Ittra ta’ […], ittra ta’ […], ittra ta’ […], ittra ta’ […], ittra ta’ […].

(26)  https://www.eba.europa.eu/documents/10180/1084098/EBA-GL-2015-08+GL+on+the+management+of+interest+rate+risk+.pdf


28.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/45


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1969

tas-26 ta’ Novembru 2019

li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-IPBC għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

Billi:

(1)

Is-sustanza attiva IPBC iddaħħlet fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) biex tintuża fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8, u b’hekk skont l-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 hija meqjusa li hi approvata skont dak ir-Regolament soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(2)

L-approvazzjoni tal-IPBC għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 se tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2020. Fl-20 ta’ Diċembru 2018 ġiet ippreżentata applikazzjoni skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-IPBC.

(3)

Fil-11 ta’ April 2019, l-awtorità kompetenti li tevalwa tad-Danimarka infurmat lill-Kummissjoni li kienet iddeċidiet, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li kienet meħtieġa evalwazzjoni sħiħa tal-applikazzjoni. Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-awtorità kompetenti li tevalwa trid twettaq evalwazzjoni sħiħa tal-applikazzjoni fi żmien 365 jum mill-validazzjoni tagħha.

(4)

Skont l-Artikolu 8(2) ta’ dak ir-Regolament, l-awtorità kompetenti li tevalwa tista’, jekk ikun hemm il-bżonn, titlob li l-applikant jipprovdi biżżejjed data għat-twettiq tal-evalwazzjoni. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ 365 jum jiġi sospiż għal perjodu li b’kollox ma jistax jaqbeż total ta’ 180 jum sakemm ma tkunx iġġustifikata sospensjoni itwal minħabba t-tip ta’ data li tintalab jew minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali.

(5)

Fi żmien 270 jum minn meta tirċievi rakkomandazzjoni mill-awtorità kompetenti li tevalwa, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) trid tħejji opinjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u tippreżentaha lill-Kummissjoni.

(6)

Għaldaqstant, għal raġunijiet li mhumiex fil-kontroll tal-applikant, l-approvazzjoni tal-IPBC għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 x’aktarx li se tiskadi qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħha. Għalhekk jixraq li tiġi posposta d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-IPBC għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 għal perjodu ta’ żmien twil biżżejjed biex ikun jista’ jsir l-istudju tal-applikazzjoni. Meta wieħed iqis il-perjodi ta’ żmien permessi għall-evalwazzjoni mill-awtorità kompetenti li tevalwa u għat-tħejjija u għall-preżentazzjoni tal-opinjoni mill-Aġenzija, jixraq li tiġi posposta d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2022.

(7)

Minbarra d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, jeħtieġ li l-IPBC għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 jibqa’ approvat soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-IPBC għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 hija posposta għall-31 ta’ Diċembru 2022.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).


28.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/47


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1970

tas-26 ta’ Novembru 2019

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tal-istatus ta’ uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) u l-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tal-istatus ta’ uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi ta’ ċerti reġjuni ta’ Spanja u l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-istatus ta’ ħielsa mill-mard u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-marda ta’ Aujeszky għal ċerti reġjuni tal-Italja

(notifikata bid-dokument C(2019) 8378)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (1), u b’mod partikolari t-Taqsima II tal-Kapitolu 1 tal-Anness A tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2), 10(2) u l-paragrafu 7 tal-Anness A.II tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/68/KEE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ tan-nagħaġ u tal-mogħoż fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom jistgħu jiġu rikonoxxuti li huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward tal-merħliet tan-nagħaġ u tal-mogħoż.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE (3) tipprevedi li r-reġjuni tal-Istati Membri mniżżla fl-Anness II tagħha huma rikonoxxuti li huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward tal-merħliet tan-nagħaġ u tal-mogħoż, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE.

(3)

Spanja ressqet lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi li l-Komunità Awtonoma ta’ Murcia, il-Provinċja ta’ Toledo tal-Komunità Awtonoma ta’ Castilla-La Mancha u l-Provinċji ta’ Huelva, Sevilla u Cordoba tal-Komunità Awtonoma ta’ Andalusia jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE biex ikunu rikonoxxuti li huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward tal-merħliet tan-nagħaġ u tal-mogħoż.

(4)

Wara l-evalwazzjoni ta’ dik id-dokumentazzjoni ta’ sostenn, il-Komunità Awtonoma ta’ Murcia, il-Provinċja ta’ Toledo tal-Komunità Awtonoma ta’ Castilla-La Mancha u l-Provinċji ta’ Huelva, Sevilla u Cordoba tal-Komunità Awtonoma ta’ Andalusia għandhom jiġu rikonoxxuti li huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward tal-merħliet tan-nagħaġ u tal-mogħoż.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE jiġi emendat skont dan.

(6)

Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ ta’ annimali bovini u porċini fl-Unjoni. Din tistipula l-kundizzjonijiet li skonthom Stat Membru jew reġjun tiegħu jista’ jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet ta’ annimali bovini.

(7)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE (4) jipprevedi li r-reġjuni ta’ Stati Membri mniżżla fil-Kapitolu 2 tal-Anness II tagħha jiġu ddikjarati uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet ta’ annimali bovini.

(8)

Spanja ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi li l-Komunità Awtonoma ta’ Aragona u l-provinċja ta’ Leon tal-Komunità Awtonoma ta’ Castilla Y Leon jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE biex ikunu rikonoxxuti li huma reġjuni uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet ta’ annimali bovini.

(9)

Wara l-evalwazzjoni ta’ dik id-dokumentazzjoni ta’ sostenn, il-Komunità Awtonoma ta’ Aragona u l-Provinċja ta’ Leon tal-Komunità Awtonoma ta’ Castilla Y Leon għandhom ikunu rikonoxxuti li huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet ta’ annimali bovini.

(10)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jiġi emendat skont dan.

(11)

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li meta Stat Membru jqis li t-territorju tiegħu, jew parti minnu, ikun ħieles mill-marda ta’ Aujeszky, jenħtieġ li dan jippreżenta d-dokumentazzjoni ta’ sostenn xierqa lill-Kummissjoni. L-istess Artikolu jipprevedi wkoll li jistgħu jintalbu garanziji addizzjonali għall-kummerċ intra-UE tal-annimali porċini.

(12)

L-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li Stat Membru li għandu programm ta' kontroll nazzjonali obbligatorju għall-marda ta' Aujeszky għal parti mit-territorju tiegħu, jista' jippreżenta l-programm tiegħu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. L-istess Artikolu jipprevedi wkoll li jistgħu jintalbu garanziji addizzjonali għall-kummerċ intra-UE tal-annimali porċini.

(13)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE (5) tistabbilixxi garanziji addizzjonali għall-moviment tal-ħnieżer bejn l-Istati Membri. Dawk il-garanziji huma marbuta mal-klassifikazzjoni tal-Istati Membri jew tar-reġjuni tagħhom skont l-istatus tal-mard tagħhom għall-marda ta' Aujeszky.

(14)

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky.

(15)

L-Italja ressqet quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità għar-Reġjun ta’ Friuli Venezia Giulia mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/185/KE sabiex jiġi rikonoxxut li huwa ħieles mill-marda ta’ Aujeszky.

(16)

Wara l-evalwazzjoni ta’ dik id-dokumentazzjoni ta’ sostenn, ir-Reġjun ta’ Friuli Venezia Giulia għandu jiġi rikonoxxut li huwa ħieles mill-marda ta’ Aujeszky

(17)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jiġi emendat skont dan.

(18)

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li għandhom fis-seħħ programmi ta’ kontroll nazzjonali approvati għall-eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky.

(19)

L-Italja ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni ta' sostenn għall-approvazzjoni tal-programmi ta' kontroll tagħha għall-eradikazzjoni tal-marda ta' Aujeszky għar-reġjun tal-Piemonte u r-reġjun tal-Umbria u biex dawn ir-reġjuni jiġu elenkati kif dovut fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE.

(20)

Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta’ sostenn, għandhom jiġu approvati l-programmi ta’ kontroll għall-eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky għar-reġjun tal-Piemonte u r-reġjun tal-Umbria.

(21)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jiġi emendat skont dan.

(22)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE huwa emendat skont l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huwa emendat skont l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE huma sostitwiti bit-test fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.

(2)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1992, li tieħu nota tal-konformità ta’ ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-bruċellosi (B.melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta’ Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda (ĠU L 13, 21.1.1993, p. 14).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi, bruċellożi u lewkożi bovina enzootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19).


ANNESS I

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE, l-entrata għal Spanja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Fi Spanja:

Il-Komunità Awtonoma ta’ Aragona,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Andalusija: Il-provinċji ta’ Cadiz, Cordoba, Huelva u Sevilla,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Asturias,

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi,

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji,

Il-Komunità Awtonoma tal-Cantabria,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Castilla-La Mancha,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Castilla y León,

Il-Komunità Awtonoma tal-Katalonja,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Galicia,

Il-Komunità Awtonoma ta’ La Rioja,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Madrid,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Murcia,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Navarra,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Pais Vasco,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Valenzja.”


ANNESS II

Fil-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, l-entrata għal Spanja hija sostitwita b'dan li ġej:

“Fi Spanja:

Il-Komunità Awtonoma ta’ Andalusija: Il-Provinċji ta’ Almeria, Granada u Jaen,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Aragona,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Asturias,

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi,

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Castilla-La Mancha,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Castilla y León: Il-Provinċji ta’ Burgos, León, Soria, Valladolid u Zamora,

Il-Komunità Awtonoma tal-Katalonja,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Galicia,

Il-Komunità Awtonoma ta’ La Rioja,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Madrid,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Murcia,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Navarra,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Pais Vasco,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Valenzja.”


ANNESS III

“ANNESS I

L-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u fejn huwa pprojbit it-tilqim

Kodiċi tal-ISO

Stat Membru

Reġjuni

BE

Il-Belġju

Ir-reġjuni kollha

CZ

Iċ-Ċekja

Ir-reġjuni kollha

DK

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha

DE

Il-Ġermanja

Ir-reġjuni kollha

IE

L-Irlanda

Ir-reġjuni kollha

FR

Franza

Id-dipartimenti ta’ Ain, Aisne, Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d’Or, Côtes-d’Armor, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Drôme, Essonne, Eure, Eure-et-Loir, Finistère, Gard, Gers, Gironde, Hautes-Alpes, Hauts-de-Seine, Haute Garonne, Haute-Loire, Haute-Marne, Hautes-Pyrénées, Haut-Rhin, Haute-Saône, Haute-Savoie, Haute-Vienne, Hérault, Indre, Ille-et-Vilaine, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loire, Loire-Atlantique, Loir-et-Cher, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Morbihan, Moselle, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Paris, Pas-de-Calais, Pyrénées-Atlantiques, Pyrénées-Orientales, Puy-de-Dôme, Réunion, Rhône, Sarthe, Saône-et-Loire, Savoie, Seine-et-Marne, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d’Oise, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Vosges, Yonne, Yvelines

IT

L-Italja

Il-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano

Ir-Reġjun ta’ Friuli Venezia Giulia

CY

Ċipru

Ir-reġjuni kollha

LU

Il-Lussemburgu

Ir-reġjuni kollha

HU

L-Ungerija

Ir-reġjuni kollha

NL

In-Netherlands

Ir-reġjuni kollha

AT

L-Awstrija

Ir-reġjuni kollha

PL

Il-Polonja

Il-provinċja ta’ podlaskie f’dawn ir-reġjuni amministrattivi (powiaty): augustowski, białostocki, Białystok, bielski, hajnowski, moniecki, sejneński, siemiatycki, sokólski, suwalski, Suwałki

SI

Is-Slovenja

Ir-reġjuni kollha

SK

Is-Slovakkja

Ir-reġjuni kollha

FI

Il-Finlandja

Ir-reġjuni kollha

SE

L-Iżvezja

Ir-reġjuni kollha

UK

Ir-Renju Unit

Ir-reġjuni kollha

“ANNESS II

L-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li għandhom fis-seħħ programmi ta' kontroll nazzjonali approvati għall-eradikazzjoni tal-marda ta' Aujeszky

Kodiċi tal-ISO

Stat Membru

Reġjuni

ES

Spanja

Ir-reġjuni kollha

IT

L-Italja

Ir-Reġjun ta’ Emilia-Romagna

Ir-Reġjun tal-Lombardia

Ir-Reġjun tal-Piemonte

Ir-Reġjun tal-Umbria

Ir-Reġjun tal-Veneto

LT

Il-Litwanja

Ir-reġjuni kollha

PL

Il-Polonja

Il-provinċja ta’ dolnośląskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta’ kujawsko-pomorskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta’ lubelskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta’ lubuskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta’ łódzkie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta’ małopolskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta’ mazowieckie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta’ opolskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta’ podkarpackie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta’ podlaskie f’dawn ir-reġjuni amministrattivi (powiaty): grajewski, kolneński, łomżyński, Łomża, wysokomazowiecki, zambrowski.

Il-provinċja ta’ pomorskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta’ śląskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta’ świętokrzyskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta’ warmińsko-mazurskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta’ wielkopolskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta’ zachodniopomorskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha.


28.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/54


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1971

tas-26 ta’ Novembru 2019

dwar ir-rikonoxximent tal-“Universal Feed Assurance Scheme” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà skont id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (1) , u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7c(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (2), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikoli 7b u 7c u l-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikoli 17 u 18 u l-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE jistipulaw kriterji simili ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti u għall-bijolikwidi, u proċeduri simili għall-verifika tal-konformità tal-bijokarburanti u tal-bijolikwidi ma’ dawk il-kriterji.

(2)

Meta l-bijokarburanti u l-bijolikwidi jkunu jridu jitqiesu għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2009/28/KE, jenħtieġ li l-Istati Membri jesiġu li l-operaturi ekonomiċi juru li l-bijokarburanti u l-bijolikwidi jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(2) sa (5) ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li l-iskemi volontarji nazzjonali jew internazzjonali li jistabbilixxu l-istandards għall-produzzjoni tal-prodotti tal-bijomassa fihom data preċiża, u/jew juru li l-konsenji tal-bijokarburanti jew tal-bijolikwidi jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(3), (4) u (5), u/jew li l-ebda materjal ma ġie mmodifikat jew imwarrab intenzjonalment sabiex il-konsenja jew parti minnha tkun tista’ taqa’ taħt l-Anness IX. Meta operatur ekonomiku jagħti provi jew jipprovdi data miksuba skont skema volontarja rikonoxxuta mill-Kummissjoni, sa fejn dan ikun previst bid-deċiżjoni tar-rikonoxximent, jenħtieġ li Stat Membru ma jesiġix li l-fornitur jipprovdi evidenza ulterjuri ta’ konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà.

(4)

It-talba għar-rikonoxximent tal-iskema “Universal Feed Assurance Scheme” turi li l-konsenji tal-bijokarburanti huma konformi mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni fl-14 ta’ Ġunju 2019. L-iskema li hija bbażata fil-Confederation House, East of England Showground, Peterborough, PE2 6XE, ir-Renju Unit, tkopri ingredjenti tal-għalf u għalf kompost kif ukoll għelejjel kombinabbli. Din l-iskema tkopri l-istadji tal-kummerċ, tat-trasport u tal-ħżin tal-materja prima agrikola mill-għatba tal-azjenda s’għand l-ewwel proċessur, u tiddependi fuq skemi volontarji oħrajn rikonoxxuti mill-Kummissjoni għall-istadji l-oħra. B’hekk, hija fir-responsabbiltà tal-“Universal Feed Assurance Scheme” li tiżgura li r-rikonoxximent maħruġ mill-Kummissjoni dwar dawk l-iskemi li bihom topera b’mod konġunt jibqa’ validu matul il-perjodu kollu tal-kooperazzjoni. Ladarba tiġi rrikonoxxuta, l-iskema se tkun disponibbli fil-pjattaforma ta’ trasparenza stabbilita skont id-Direttiva 2009/28/KE.

(5)

Waqt il-valutazzjoni tal-“Universal Feed Assurance Scheme” il-Kummissjoni sabet li din tkopri b’mod adegwat il-kriterji kollha tas-sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE, għajr għall-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE. Madanakollu, l-istess valutazzjoni tagħti data preċiża dwar elementi li l-operaturi ekonomiċi li jkunu jinsabu iktar ‘l isfel fil-katina tal-kustodja jeħtieġu biex juru li huma konformi mal-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 98/70/KE u mal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE, filwaqt li tuża metodu ta’ bilanċ tal-massa li huwa konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7c(1) tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE.

(6)

Mill-valutazzjoni tal-“Universal Feed Assurance Scheme” irriżulta li din tilħaq standards adegwati ta’ affidabbiltà, ta’ trasparenza u ta’ awditjar indipendenti, kif ukoll li tikkonforma mar-rekwiżiti metodoloġiċi stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u fl-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijokarburanti u l-Bijolikwidi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-“Universal Feed Assurance Scheme” (“l-iskema”), li fl-14 ta’ Ġunju 2019 ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni għal rikonoxximent, turi li l-konsenji tal-bijokarburanti u tal-bijolikwidi prodotti skont l-istandards għall-produzzjoni tal-bijokarburanti u tal-bijolikwidi stabbiliti fl-iskema huma konformi mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stipulati fl-Artikolu 7b(3), (4) u (5) tad-Direttiva 98/70/KE u fl-Artikolu 17(3), (4) u (5) tad-Direttiva 2009/28/KE.

L-iskema għandha data preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 2009/28/KE u b’hekk tiżgura li t-tagħrif rilevanti kollu mogħti mill-operaturi ekonomiċi li jkunu jinsabu iktar ‘il fuq fil-katina tal-kustodja jingħadda lill-operaturi ekonomiċi li jkunu jinsabu iktar ‘l isfel f’din il-katina.

Artikolu 2

F’każ li l-kontenut tal-iskema, kif imressqa fl-14 ta’ Ġunju 2019 quddiem il-Kummissjoni għar-rikonoxximent, jinbidel b’mod li jista’ jaffettwa l-bażi ta’ din id-Deċiżjoni, it-tali bidliet għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-bidliet innotifikati bil-ħsieb li tistabbilixxi jekk l-iskema tkunx għadha tkopri b’mod adegwat il-kriterji ta’ sostenibbiltà li għalihom tkun ġiet rikonoxxuta.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni tista’ tħassar din id-Deċiżjoni, , fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

inter alia

(a)

jekk ikun intwera biċ-ċar li l-iskema ma tkunx implimentat elementi kkunsidrati bħala importanti għal din id-Deċiżjoni jew jekk ikun twettaq ksur gravi u strutturali ta’ dawk l-elementi;

(b)

jekk l-iskema ma tippreżentax rapporti annwali lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7c(6) tad-Direttiva 98/70/KE u skont l-Artikolu 18(6) tad-Direttiva 2009/28/KE;

(c)

jekk l-iskema ma timplimentax l-istandards tal-awditjar indipendenti speċifikati fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7c(5) tad-Direttiva 98/70/KE u fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 18(5) tad-Direttiva 2009/28/KE jew it-titjib ta’ elementi oħra tal-iskema kkunsidrati bħala importanti għall-issoktar tar-rikonoxximent.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika sat-30 ta’ Ġunju 2021.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.

(2)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.


28.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/56


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1972

tas-26 ta’ Novembru 2019

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2019) 8396)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/764/UE (3) tistabbilixxi miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri. Dawk il-miżuri jinkludu projbizzjonijiet fuq id-dispaċċ ta’ kunsinni ta’ ħnieżer domestiċi u prodotti tal-ħnieżer minn ċerti żoni. Il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni japplikaw b’mod parallel għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE (4), u huma maħsuba biex jiġġieldu t-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer b’mod partikolari fil-livell tal-Unjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE tipprevedi wkoll derogi mill-projbizzjoni fuq id-dispaċċ ta’ ħnieżer ħajjin minn ċerti żoni, soġġett għall-konformità ma’ għadd ta’ kundizzjonijiet.

(3)

Jenħtieġ li l-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri previsti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE jqis l-epidemjoloġija tad-deni klassiku tal-ħnieżer u wkoll l-effikaċja tal-miżuri tas-saħħa tal-annimali applikati mill-Istati Membri elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Għalhekk, minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi ġirien u l-isforzi meħtieġa biex tiġi miġġielda dik il-marda, filwaqt li fl-istess ħin ma jiġux imposti restrizzjonijiet mhux meħtieġa fuq il-kummerċ, jenħtieġ li l-perjodu ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE jiġi estiż.

(4)

Billi huwa importanti li jkun hemm kontinwità tal-miżuri kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-livell tal-Unjoni fid-dawl tal-epidemija attwali ta’ dik il-marda, jenħtieġ li l-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE tqis li r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li jipprevedi miżuri ta’ salvagwardja fil-każ ta’ mard tal-annimali, japplika mill-21 ta’ April 2021.

(5)

Barra minn hekk, b’kont meħud tal-effettività tal-miżuri ġenerali applikati fil-Kroazja skont id-Direttiva 2001/89/KE, is-sorveljanza u l-miżuri fis-seħħ kif ippreżentati lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, iż-żoni kollha fil-Kroazja li bħalissa huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE, jenħtieġ li issa jitneħħew mil-lista ta’ dak l-Anness, minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika favorevoli tal-marda f’dak l-Istat Membru.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2013/764/UE hija emendata kif ġej:

Fl-Artikolu 10, id-data “31 ta’ Diċembru 2019” hija sostitwita bid-data “21 ta’ April 2021”.

Artikolu 2

Il-punt 2 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE jitħassar.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/764/UE tat-13 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (ĠU L 338, 17.12.2013, p. 102).

(4)  Id-Direttiva 2001/89/KE tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).


28.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/58


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1973

tas-27 ta’ Novembru 2019

li ma tapprovax iż-żeolit tar-ram tal-fidda bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 7

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi eżistenti li jridu jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi ż-żeolit tar-ram tal-fidda (Nru KE: n.a., Nru CAS: 130328-19-7).

(2)

Iż-żeolit tar-ram tal-fidda ġie evalwat għall-użu fil-prodotti tat-tip ta’ prodott 2, diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali, u fil-prodotti tat-tip ta’ prodott 7, preservattivi għall-pellikoli, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

L-Iżvezja nħatret bħala l-Istat Membru relatur u l-awtorità kompetenti tagħha ssottomettiet ir-rapporti tal-valutazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi fit-12 ta’ Ġunju 2017.

(4)

Fis-17 ta’ Ottubru 2018, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali fformula l-opinjoni tal-Aġenżija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (3), f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014, wara li tqiesu l-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(5)

Skont dawk l-opinjonijiet, il-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 7 li fihom żeolit tar-ram tal-fidda jistgħu ma jkunux mistennija li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 peress li ma ntwerietx effikaċja suffiċjenti.

(6)

Filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, mhuwiex xieraq li jiġi approvat iż-żeolit tar-ram tal-fidda għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 7, peress li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 mhumiex issodisfati.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Żeolit tar-ram tal-fidda (Nru KE: n.a., Nru CAS: 130328-19-7) mhuwiex approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 7.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPC) fir-rigward tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva ż-żeolit tar-ram tal-fidda, Tip ta’ prodott: 2, ECHA/BPC/210/2018, adottat fis-17 ta’ Ottubru 2018; Opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPC) fir-rigward tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva ż-żeolit tar-ram tal-fidda, Tip ta’ prodott: 7, ECHA/BPC/213/2018, Adottat fis-17 ta’ Ottubru 2018.