ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
|
|
|
(1) Test b’rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
26.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2019/1945
tad-19 ta’ Novembru 2018
li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp tal-Enerġija fil-Peniżola Koreana (KEDO)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom), u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Bil-għan li l-interessi tal-Unjoni jiġu protetti, jenħtieġ li s-sħubija fil-KEDO tkompli wara Mejju tal-2015 sabiex ikun jista’ jkun hemm deċiżjoni finali dwar il-kwistjonijiet legali u finanzjarji relatati mat-tmiem tal-proġett tal-KEDO tar-reatturi nukleari li jużaw l-ilma ħafif u xoljiment ordnat tal-KEDO. |
(2) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp tal-Enerġija fil-Peniżola Koreana (KEDO) jenħtieġ li jiġi konkluż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu uniku
Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp tal-Enerġija fil-Peniżola Koreana (KEDO) hija b’dan approvata.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
26.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/2 |
FTEHIM
bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp tal-Enerġija fil-Peniżola Koreana
IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA,
Minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Komunità”, u
L-ORGANIZZAZZJONI GĦALL-IŻVILUPP TAL-ENERĠIJA FIL-PENIŻOLA KOREANA,
Minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-KEDO”,
Billi:
(1) |
Il-KEDO twaqqfet skont il-Ftehim tad-9 ta’ Marzu 1995 dwar it-Twaqqif tal-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp tal-Enerġija fil-Peniżola Koreana, kif emendat fid-19 ta’ Settembru 1997, bejn il-Gvernijiet tar-Repubblika tal-Korea, tal-Ġappun u tal-Istati Uniti tal-Amerika; |
(2) |
Il-Ftehim li ġie konkluż bejn il-Komunità u l-KEDO skada fil-31 ta’ Mejju 2015; |
(3) |
Wara d-deċiżjoni tiegħu li jtemm il-proġett tal-KEDO tar-reatturi nukleari li jużaw l-ilma ordinarju, u wara d-deċiżjoni tal-2007 li jaqdi d-dmirijiet tas-Segretarjat b’persunal imnaqqas ħafna u b’faċilitajiet tal-uffiċċju minimi, il-Bord Eżekuttiv tal-KEDO ddeċieda li l-KEDO tkompli lil hinn mill-31 ta’ Mejju 2015; |
(4) |
Kemm il-Komunità u kemm il-KEDO esprimew ix-xewqa li jkomplu l-kooperazzjoni tagħhom bl-għan li jimplimentaw it-tmiem tal-proġett tar-reatturi nukleari li jużaw l-ilma ordinarju (LWR - Light Water Reactors), u li jsir ix-xoljiment b’mod ordnat tal-KEDO; |
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ qabel
Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f’xi Artikolu ta’ hawn taħt, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ qabel bejn il-Komunità u l-KEDO, li skada fil-31 ta’ Mejju 2015, għandhom jibqgħu japplikaw skont dan il-Ftehim.
Artikolu 2
Kontribuzzjoni tal-Komunità
Ma għandu jkun hemm l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lill-baġit tal-KEDO skont dan il-Ftehim.
Artikolu 3
Durata
Dan il-Ftehim għandu jkun fis-seħħ bejn l-1 ta’ Ġunju 2015 u l-31 ta’ Mejju 2018 u jista’ jiġġedded lil hinn mill-31 ta’ Mejju 2018.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ mal-iffirmar tiegħu mill-Komunità u mill-KEDO, u għandu jsir effettiv b’mod retroattiv mill-1 ta’ Ġunju 2015 sal-31 ta’ Mejju 2018.
Magħmul fi Brussell fl-erbgħa u għoxrin jum ta’ Ottubru tas-sena elfejn u dsatax, f’żewġ kopji oriġinali
Għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
Ditte JUUL-JØRGENSEN
Magħmul fi New York fit-tletin jum ta’ Ottubru tas-sena elfejn u dsatax, f’żewġ kopji oriġinali
Għall-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp tal-Enerġija fil-Peniżola Koreana
David WALLACE
26.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/4 |
DEĊIŻJONI TIAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2019/1946
tad-19 ta’ Novembru 2018
li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp tal-Enerġija fil-Peniżola Koreana (KEDO)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euroatom), u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp tal-Enerġija fil-Peniżola Koreana (KEDO) jenħtieġ li jiġi konkluż,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu uniku
Il-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp tal-Enerġija fil-Peniżola Koreana (KEDO) hija b’dan approvata.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
26.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/5 |
FTEHIM
bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp tal-Enerġija fil-Peniżola Koreana
IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA,
Minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Komunità”, u
L-ORGANIZZAZZJONI GĦALL-IŻVILUPP TAL-ENERĠIJA FIL-PENIŻOLA KOREANA,
Minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-KEDO”,
Billi:
(1) |
Il-KEDO twaqqfet skont il-Ftehim tad-9 ta’ Marzu 1995 dwar it-Twaqqif tal-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp tal-Enerġija fil-Peniżola Koreana, kif emendat fid-19 ta’ Settembru 1997, bejn il-Gvernijiet tar-Repubblika tal-Korea, tal-Ġappun u tal-Istati Uniti tal-Amerika; |
(2) |
Il-Ftehim li ġie konkluż bejn il-Komunità u l-KEDO skada fil-31 ta’ Mejju 2018; |
(3) |
Wara d-deċiżjoni tiegħu li jtemm il-proġett tal-KEDO tar-reatturi nukleari li jużaw l-ilma ordinarju, u wara d-deċiżjoni tal-2007 li jaqdi d-dmirijiet tas-Segretarjat b’persunal imnaqqas ħafna u b’faċilitajiet tal-uffiċċju minimi, fl-2018 il-Bord Eżekuttiv tal-KEDO ddeċieda li l-KEDO tkompli lil hinn mill-31 ta’ Mejju 2018; |
(4) |
Kemm il-Komunità u kemm il-KEDO esprimew ix-xewqa li jkomplu l-kooperazzjoni tagħhom bl-għan li jimplimentaw it-tmiem tal-proġett tar-reatturi nukleari li jużaw l-ilma ordinarju (LWR - Light Water Reactors), u li jsir ix-xoljiment b’mod ordnat tal-KEDO; |
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ qabel
Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f’xi Artikolu ta’ hawn taħt, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ qabel bejn il-Komunità u l-KEDO, li skada fil-31 ta’ Mejju 2018, għandhom jibqgħu japplikaw skont dan il-Ftehim.
Artikolu 2
Kontribuzzjoni tal-Komunità
Ma għandu jkun hemm l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lill-baġit tal-KEDO skont dan il-Ftehim.
Artikolu 3
Durata
Dan il-Ftehim jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2019. Se jiġġedded awtomatikament kull sena għal perjodu ta’ sena oħra, sakemm parti ma tinnotifikax lill-parti l-oħra li tixtieq ittemm il-Ftehim mill-anqas xahar qabel id-data tal-iskadenza tiegħu. Jista’ jintemm ukoll b’effett immedjat wara l-irtirar mill-KEDO ta’ kwalunkwe wieħed mill-Membri l-oħra bħalissa rrappreżentati fil-Bord Eżekuttiv. Dan il-Ftehim ma għandux jiġġedded wara l-31 ta’ Mejju 2021.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ mal-iffirmar tiegħu mill-Komunità u mill-KEDO, u għandu jkun effettiv b’mod retroattiv mill-1 ta’ Ġunju 2018.
Magħmul fi Brussell fl-erbgħa u għoxrin jum ta’ Ottubru tas-sena elfejn u dsatax, f’żewġ kopji oriġinali
Għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
Ditte JUUL-JØRGENSEN
Magħmul fi New York fit-tletin jum ta’ Ottubru tas-sena elfejn u dsatax, f’żewġ kopji oriġinali
Għall-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp tal-Enerġija fil-Peniżola Koreana
David WALLACE
REGOLAMENTI
26.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1947
tat-22 ta’ Novembru 2019
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-gomma tal-kassja bħala addittiv tal-għalf għall-qtates u għall-klieb
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
(2) |
Il-gomma tal-kassja ġiet awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf għall-qtates u għall-klieb (3). Sussegwentement, dan l-addittiv iddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew ippreżentati erba’ applikazzjonijiet għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-gomma tal-kassja bħala addittiv tal-għalf għall-qtates u għall-klieb. L-applikanti talbu li dan l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “aġenti li jgħaqqdu”. Ma’ dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Sussegwentement, tlieta minn dawk l-applikazzjonijiet ġew irtirati min-naħa tal-applikanti għall-awtorizzazzjoni rispettivi. |
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tat-29 ta’ Ottubru 2014 (4), tal-25 ta’ Jannar 2017 (5) u tas-27 ta’ Novembru 2018 (6), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-gomma tal-kassja purifikata (estrazzjoni tal-isopropanol) u semiraffinata li tilħaq l-ispeċifikazzjonijiet tal-gomma tal-kassja bħala addittiv fl-ikel (7) (< 0,5 mg antrakwinoni/kg) biss m’għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali f’kontenut massimu ta’ 13 200 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %. Ikkonkludiet ukoll li l-addittiv huwa meqjus bħala sensitizzatur respiratorju u tal-ġilda u bħala irritant potenzjali għall-ġilda u għall-għajnejn. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. Ikkonkludiet, barra minn hekk, li l-mutaġeniċità tal-gomma tal-kassja semiraffinata li teżisti fis-suq, kif deskritta fl-applikazzjoni ma tistax tiġi eskluża. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-gomma tal-kassja għandha l-potenzjal li tkun effettiva bħala aġent li jgħaqqad meta tintuża flimkien mal-karraġenina fl-għalf b’kontenut ta’ ndewwa ogħla minn 20 %. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf, fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni tal-gomma tal-kassja turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati, sakemm l-ispeċifikazzjonijiet bħala addittiv tal-ikel jiġu ssodisfati. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu ta’ dan l-addittiv jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(6) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu rtirati mis-suq kemm il-gomma tal-kassja bħala prodott eżistenti li ma jikkonformax mal-ispeċifikazzjonijiet bħala addittiv fl-ikel, kif ukoll l-għalf li fih dan l-addittiv. Madankollu, għal raġunijiet prattiċi, jenħtieġ li jingħata perjodu limitat għall-irtirar mis-suq tal-ħażniet eżistenti tal-addittiv u tal-għalf li jkun fih dan l-addittiv sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
L-addittiv speċifikat fl-Anness, li jidħol fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “aġenti li jgħaqqdu”, huwa awtorizzat bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. L-addittiv tal-għalf gomma tal-kassja, li ġie prodott u ttikkettat qabel is-16 ta’ Diċembru 2019 f’konformità mar-regoli applikabbli is-16 ta’ Diċembru 2019 jista’ jibqa’ jitqiegħed fis-suq u jintuża sas-16 ta’ Marzu 2020.
2. It-taħlitiet lesti minn qabel li fihom l-addittiv tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, li ġew prodotti u ttikkettati qabel is-16 ta’ Marzu 2020 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel is-16 ta’ Diċembru 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sas-16 ta’ Ġunju 2020.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittiv tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1 jew it-taħlitiet lesti minn qabel imsemmija fil-paragrafu 2, li ġew prodotti u ttikkettati qabel is-16 ta’ Ġunju 2020 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel is-16 ta’ Diċembru 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sas-16 ta’ Diċembru 2020.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem
(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/55/KEE tat-25 ta’ Ġunju 1993 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE dwar l-addittivi fl-għalf (ĠU L 206, 18.8.1993, p. 11).
(4) EFSA Journal 2014; 12(11):3899, 3900, 3901 u 3902
(5) EFSA Journal 2017; 15(2):4709 u 4710
(6) EFSA Journal 2019;17(1):5528.
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||
mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||
Kategorija tal-addittivi: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: aġenti li jgħaqqdu |
||||||||||||
1f499 |
Gomma tal-kassja |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ endosperma purifikata ta’ Cassia tora, Cassia obtusifolia (Leguminosae) li jkun fih inqas minn 0,05 % Cassia occidentalis. Antrakwinoni (total) < 0,5 mg/kg Fil-forma ta’ trab Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Prinċipalment unitajiet ta’ 1,4-β-D-mannopiranożju li jingħaqdu ma’ unitajiet ta’ α-D-galattopiranożju b’konnessjonijiet 1,6. Il-proporzjoni bejn il-mannożju u l-galattożju huwa 5:1. Galattomannani > 75 % Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni tal-gomma tal-kassja fl-addittiv tal-għalf: Il-monografija N0.10 (2) tal-FAO JECFA, kif imsemmija fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/67/UE (3) |
Klieb Qtates |
- |
- |
13 200 |
|
16.12.2029 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli f’dan l-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza għall-Addittivi tal-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(2) FAO JECFA Combined Compendium of Food Additive Specifications, “Cassia Gum”, Monograph No. 10 (2010), http://www.fao.org/fileadmin/user_upload/jecfa_additives/docs/monograph10/additive-513-m10.pdf
(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/67/UE tal-20 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Direttiva 2008/84/KE li tispeċifika l-kriterji tal-purità rigward l-addittivi tal-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa. ĠU L 277, 21.10.2010 , p. 17.
26.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1948
tal-25 ta’ Novembru 2019
li jibda investigazzjoni rigward il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni ta’ miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/186 fuq l-importazzjonijiet ta’ azzar inossidabbli li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jagħmel importazzjonijiet bħal dawn soġġetti għal reġistrazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi li m’humiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 13(3) u 14(5) tiegħu,
Wara li infurmat lill-Istati Membri,
Billi:
A. INVESTIGAZZJONI EX OFFICIO
(1) |
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ddeċidiet fuq inizjattiva tagħha, skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (“ir-Regolament bażiku”), li tinvestiga ċ-ċirkomvenzjoni possibbli tal-miżuri antidumping imposti fuq importazzjonijiet ta’ azzar inossidabbli li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u biex tagħmel importazzjonijiet bħal dawn soġġetti għal reġistrazzjoni. |
B. PRODOTT
(2) |
Il-prodott ikkonċernat mill-evażjoni possibbli huwa prodotti tal-ħadid jew tal-azzar illigat irrumblati ċatti jew tal-azzar mhux liga; deossidati bl-aluminju; miksija jew mgħottija b’galvanizzazzjoni b’immersjoni taħraq biż-żingu u/jew bl-aluminju, u b’ebda metall ieħor; b’passivazzjoni kimika; li skont il-piż, fihom: 0,015 % jew aktar iżda mhux aktar minn 0,170 % ta’ karbonju, 0,015 % jew aktar iżda mhux aktar minn 0,100 % ta’ aluminju, mhux aktar minn 0,045 % ta’ nijobju, mhux aktar minn 0,010 % ta’ titanju u mhux aktar minn 0,010 % ta’ vanadju; ippreżentati f’kojls, f’folji maqtugħa skont id-daqs u fi strixxi dojoq. Il-prodotti li ġejjin huma esklużi:
Il-prodott ikkonċernat bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 7210 41 00, ex 7210 49 00, ex 7210 61 00, ex 7210 69 00, ex 7212 30 00, ex 7212 50 61, ex 7212 50 69, ex 7225 92 00, ex 7225 99 00, ex 7226 99 30 u ex 7226 99 70 (kodiċijiet TARIC: 7210410020, 7210490020, 7210610020, 7210690020, 7212300020, 7212506120, 7212506920, 7225920020, 7225990022, 7225990092, 7226993010, 7226997094) u li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”). Dan huwa l-prodott li għalih japplikaw il-miżuri fis-seħħ bħalissa. Il-prodott investigat għal evażjoni possibbli huwa ċertu azzar inossidabbli. Dawn huma prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar illigat jew mhux illigat; miksijin jew mgħottijin b’galvanizzazzjoni f’banju sħun biż-żingu u/jew bl-aluminju u/jew magneżju, sew jekk b’silikon u sew jekk le; b’passivazzjoni kimika; bi kwalunkwe trattament ta’ wiċċ addizzjonali bħal żejt jew issiġillar jew mingħajru; li skont il-piż, fihom: mhux aktar minn 0,5 % ta’ karbonju, mhux aktar minn 1,1 % ta’ aluminju, mhux iktar minn 0,12 % ta’ nijobju, mhux aktar minn 0,17 % ta’ titanju u mhux iktar minn 0,15 % ta’ vanadju; ippreżentat f’koljaturi, folji maqtugħa skont it-tul u strixxi dojoq, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7210 41 00, ex 7210 49 00, ex 7210 61 00, ex 7210 69 00, ex 7210 90 80, ex 7212 30 00, ex 7212 50 61, ex 7212 50 69, ex 7212 50 90, ex 7225 92 00, ex 7225 99 00, ex 7226 99 30, ex 7226 99 70 (kodiċijiet TARIC: 7210410030, 7210490030, 7210610030, 7210690030, 7210908092, 7212300030, 7212506130, 7212506930, 7212509014, 7212509092, 7225920030, 7225990023, 7225990041, 7225990093, 7226993030, 7226997013, 7226997093), li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott investigat”). Il-prodotti li ġejjin huma esklużi:
|
C. MIŻURI EŻISTENTI
(3) |
Il-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ u li possibbilment qiegħed ikun hemm ċirkomvenzjoni tagħhom huma miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/186 (2) (‘il-miżuri eżistenti’). |
D. BAŻI
(4) |
Il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza li qiegħda ssir ċirkomvenzjoni tal-miżuri antidumping eżistenti b’modifiki żgħar tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. |
(5) |
B’mod aktar speċifiku, l-istatistika TARIC turi li seħħet bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ li tinvolvi l-esportazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina lejn l-Unjoni wara l-impożizzjoni tad-dazju antidumping definittiv fuq il-prodott ikkonċernat impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/186. Din il-bidla tidher mingħajr raġuni valida biżżejjed jew ġustifikazzjoni ekonomika għal bidla bħal din għajr l-impożizzjoni tad-dazju. |
(6) |
Barra minn hekk, l-evidenza tindika l-fatt li din il-bidla ġejja mill-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat kemxejn modifikat, pereżempju billi tiġi applikata kisja rqiqa taż-żejt, billi jiżdied bi ftit il-kontenut ta’ karbonju, aluminju, nijobju, titanju, jew vanadju, jew billi tinbidel il-kisja minn sempliċi kisi ta’ żingu jew aluminju, pereżempju għall-kisi tal-aluminju taż-żingu-manjeżju. L-evidenza prima facie turi li ma hemm l-ebda raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju għal tali prattika, proċess jew xogħol. |
(7) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni kisbet biżżejjed evidenza prima facie li l-effetti ta’ rimedju tal-miżuri antidumping eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat qed jiġu mminati kemm fil-kwantità kif ukoll fil-prezz. L-importazzjonijiet ta’ volumi sinifikanti tal-prodott investigat jidher li ħadu post l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, hemm biżżejjed evidenza prima facie li turi li l-importazzjonijiet tal-prodott investigat qed isiru bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz mhux dannuż stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti. |
(8) |
Finalment, it-talba tinkludi biżżejjed evidenza prima facie li l-prezzijiet tal-prodott investigat qegħdin ikunu oġġett ta’ dumping fir-rigward tal-valur normali stabbilit qabel. |
(9) |
Jekk il-prattiki ta’ ċirkumvenzjoni li huma koperti bl-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, għajr dawk imsemmija hawn fuq, jiġu identifikati fl-andament tal-investigazzjoni, l-investigazzjoni tista’ tkopri dawn il-prattiki wkoll. |
E. PROĊEDURA
(10) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku u li tagħmel l-importazzjonijiet tal-prodotti li qed jiġu investigati soġġetti għal reġistrazzjoni, b’konformità mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. |
(a) Kwestjonarji
(11) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-esportaturi/produtturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet tal-esportaturi/produtturi magħrufa fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Jekk ikun meħtieġ, jista’ wkoll jintalab tagħrif mingħand l-industrija tal-Unjoni. |
(12) |
Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li l-partijiet kollha interessati jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, iżda mhux aktar tard mil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament. Il-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament japplika għall-partijiet interessati kollha. |
(13) |
L-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina se jiġu nnotifikati bil-bidu tal-investigazzjoni. |
(b) Ġbir ta’ tagħrif u seduti ta’ smigħ
(14) |
Il-partijiet interessati kollha inkluż l-industrija tal-Unjoni, l-importaturi u kwalunkwe assoċjazzjoni rilevanti huma mistiedna jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta’ sostenn dment li dawn is-sottomissjonijiet isiru fi żmien l-iskadenza prevista fl-Artikolu 3(2). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati, bil-kundizzjoni li jagħmlu talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn jenħtieġ li jinstemgħu. |
(c) Eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri
(15) |
F’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott investigat jistgħu jiġu eżentati mir-reġistrazzjoni jew mill-miżuri jekk l-importazzjoni ma tkunx tikkostitwixxi evażjoni. |
F. REĠISTRAZZJONI
(16) |
Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni sabiex ikun żgurat li, jekk l-investigazzjoni tikkonkludi li jkun hemm ċirkomvenzjoni, ikun jista’ jiġi impost ammont xieraq ta’ dazji antidumping mid-data li fiha tkun ġiet imposta r-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet bħal dawn. |
G. LIMITI TA’ ŻMIEN
(17) |
Sabiex ikun hemm amministrazzjoni tajba, jenħtieġ li jiġu ddikjarati l-limiti ta’ żmien li fihom:
|
(18) |
Ta’ min jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċitar tad-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta lilha nnfisha fil-limiti ta’ żmien indikati fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament. |
H. NUQQAS TA’ KOOPERAZZJONI
(19) |
Jekk xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti ta’ skadenza stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
(20) |
Jekk jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet tagħrif falz jew qarrieq, it-tagħrif ma għandux jitqies u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli b’mod konformi mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
(21) |
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat. |
I. SKEDA TAL-INVESTIGAZZJONI
(22) |
L-investigazzjoni se tintemm, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, fi żmien disa’ xhur mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. |
J. IPPROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI
(23) |
Ta’ min jinnota li kwalunkwe data personali miġbura f’din l-investigazzjoni sejra tiġi ttrattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (3). |
(24) |
Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/. |
K. UFFIĊJAL TAS-SEDUTA
(25) |
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti tal-kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża ta’ partijiet interessati u partijiet terzi kif dawn jinqalgħu dwar il-proċediment. |
(26) |
L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. |
(27) |
Talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta jenħtieġ li ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li dawn is-seduti ta’ smigħ isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu. |
(28) |
Kwalunkwe talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan il-għan, il-partijiet interessati jenħtieġ li jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ il-każ li jiġġustifika tali intervent. Fil-prinċipju, l-iskedi ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 3 sabiex jintalbu seduti ta’ smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni japplikaw mutatis mutandis għal talbiet għal seduti ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta. Meta t-talbiet għal seduti ta’ smigħ jiġu ppreżentati barra mill-iskedi ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għalfejn tali talbiet saru daqshekk tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawn il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin. |
(29) |
Għal aktar tagħrif u dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-Internet tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tinbeda investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036, biex jiġi stabbilit jekk l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar illigat jew mhux illigat; miksijin jew mgħottijin b’galvanizzazzjoni f’banju sħun biż-żingu u/jew bl-aluminju u/jew magneżju, sew jekk b’silikon u sew jekk le; b’passivazzjoni kimika; bi kwalunkwe trattament ta’ wiċċ addizzjonali bħal żejt jew issiġillar jew mingħajru; li skont il-piż, fihom: mhux aktar minn 0,5 % ta’ karbonju, mhux aktar minn 1,1 % ta’ aluminju, mhux iktar minn 0,12 % ta’ nijobju, mhux aktar minn 0,17 % ta’ titanju u mhux iktar minn 0,15 % ta’ vanadju; ippreżentat f’koljaturi, folji maqtugħa skont it-tul u strixxi dojoq, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7210 41 00, ex 7210 49 00, ex 7210 61 00, ex 7210 69 00, ex 7210 90 80, ex 7212 30 00, ex 7212 50 61, ex 7212 50 69, ex 7212 50 90, ex 7225 92 00, ex 7225 99 00, ex 7226 99 30, ex 7226 99 70 (kodiċijiet TARIC: 7210410030, 7210490030, 7210610030, 7210690030, 7210908092, 7212300030, 7212506130, 7212506930, 7212509014, 7212509092, 7225920030, 7225990023, 7225990041, 7225990093, 7226993030, 7226997013, 7226997093)(‘ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, humiex qed jevitaw il-miżuri imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/186.
Il-prodotti li ġejjin huma esklużi:
— |
tal-azzar inossidabbli, tal-azzar tas-siliċju manjetiku, u tal-azzar b’veloċità għolja, |
— |
mhux maħdumin aktar ħlief illaminati bis-sħana jew illaminati kesħin (cold-reduced), |
— |
il-prodott ikkonċernat kif definit fil-premessa 2 hawn fuq. |
Artikolu 2
L-awtoritajiet Doganali, skont l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036, għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.
Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ regolament, titlob lill-awtoritajiet Doganali jwaqqfu r-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti manifatturati minn esportaturi/produtturi li jkunu applikaw għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni u li jkun instab li jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex tingħata eżenzjoni.
Artikolu 3
1. Kopja tal-kwestjonarji tinsab fis-sit web tad-DĠ Kummerċ http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2409.
2. Biex ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom jiġu kkunsidrati waqt l-investigazzjoni, il-partijiet interessati jridu jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarju jew kwalunkwe informazzjoni oħra fi żmien 37 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.
3. Il-partijiet interessati jistgħu wkoll japplikaw sabiex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta’ żmien ta’ 37 jum.
4. L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-data għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) li tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw id-dritt tad-difiża tagħhom.
5. Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan ir-Regolament, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li jkun intalab trattament kunfidenzjali għalihom għandhom jiġu mmarkati “Ristrett” (4).
6. Il-partijiet interessati li jagħtu informazzjoni “Limited” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) 2016/1036 li jiġu mmarkati “For inspection by limited parties” (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati). Jenħtieġ li dawn it-taqsiriet ikunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitlubin, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.
7. Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI), inklużi d-dokumenti skennjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li għandhom jiġu ppreżentati fuq CD-R jew fuq DVD bl-idejn jew permezz tal-posta rreġistrata.
Sabiex ikollhom aċċess għal TRON.tdi, il-partijiet interessati jeħtieġu kont tal-EU Login. L-istruzzjonijiet kollha dwar kif wieħed għandu jirreġistra u juża TRON.tdi huma disponibbli fuq https://webgate.ec.europa.eu/tron/resources/documents/gettingStarted.pdf.
Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument ‘CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES (KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ)’ ippubblikat fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf.
Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali li jaħdem u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm dawn ma jitolbux b’mod espliċitu li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx tirrikjedi l-użu tal-posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
European Commission |
Directorate-General for Trade |
Directorate H |
Office: CHAR 04/039 |
1049 Brussels |
BELGIUM |
TRON.tdi: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI |
Indirizzi tal-posta elettronika: TRADE-R705-CORROSION-RESISTANT-STEELS@ec.europa.eu
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/186 tas-7 ta’ Frar 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU L 34, 8.2.2018, p. 16;
(3) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(4) Dokument “Limited” (ristrett) huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
DEĊIŻJONIJIET
26.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1949
meħuda bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni
tal-25 ta’ Novembru 2019
li tadotta l-lista tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni,u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni (UE) 2019/1393
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3) u (5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2013/272/UE tat-22 ta’ Mejju 2013 dwar in-numru ta’ membri tal-Kummissjoni Ewropea (1),
Billi:
(1) |
Il-mandat tal-Kummissjoni maħtura permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2014/749/UE (2) ntemm fil-31 ta’ Ottubru 2019. |
(2) |
Kummissjoni ġdida, li tikkonsisti minn ċittadin wieħed ta’ kull Stat Membru, inkluż il-President tagħha u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, jenħtieġ li tinħatar sal-31 ta’ Ottubru 2024. |
(3) |
Il-Kunsill Ewropew innomina lis-Sinjura Ursula VON DER LEYEN bħala l-persuna proposta lill-Parlament Ewropew bħala President tal-Kummissjoni, u l-Parlament Ewropew ħatarha bħala President tal-Kummissjoni fis-Sessjoni Plenarja tiegħu tas-16 ta’ Lulju 2019. |
(4) |
Fil-5 ta’ Awwissu 2019, il-Kunsill Ewropew, bi qbil mal-President elett tal-Kummissjoni, ħatar lis-Sur Josep BORRELL FONTELLES bħala Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà skont l-Artikolu 18(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). |
(5) |
Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1393 (3), il-Kunsill adotta, bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, il-lista ta’ persuni oħra li huwa jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni sal-31 ta’ Ottubru 2024. |
(6) |
Fid-19 ta’ Ottubru 2019, ir-Renju Unit ressaq talba għal estensjoni tal-perijodu previst fl-Artikolu 50(3) TUE sal-31 ta’ Jannar 2020. Permezz ta’ ittra tat-28 ta’ Ottubru 2019, l-abbozz tat-test tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li testendi dak il-perijodu sad-data mitluba ntbagħat lir-Renju Unit għall-qbil tiegħu. Permezz ta’ ittra tat-28 ta’ Ottubru 2019, ir-Renju Unit qabel, f’konformità mal-Artikolu 50(3) TUE, kemm mal-estensjoni kif ukoll mat-test tal-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew. Fid-29 ta’ Ottubru 2019, il-Kunsill Ewropew adotta dik id-Deċiżjoni (4). |
(7) |
Permezz tal-qbil mad-Deċiżjoni (UE) 2019/1810, ir-Renju Unit ikkonferma l-impenn tiegħu li jaġixxi b’mod kostruttiv u responsabbli matul il-perijodu tal-estensjoni skont id-dover tal-kooperazzjoni leali. Qabel ukoll li l-estensjoni ma setgħetx titħalla timmina l-funzjonament regolari tal-Unjoni u l-istituzzjonijiet tagħha. Fl-aħħar nett, peress li l-konsegwenza tal-estensjoni hi li, skont l-Artikolu 50 TUE, ir-Renju Unit jibqa’ Stat Membru bid-drittijiet u l-obbligi kollha sad-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit qabel li dan jinkludi l-obbligu li jissuġġerixxi kandidat għal ħatra bħala membru tal-Kummissjoni. Madankollu, ir-Renju Unit ma ssuġġeriex kandidat għal Kummissarju. |
(8) |
Fis-6 ta’ Novembru 2019, il-President elett tal-Kummissjoni stiednet lir-Renju Unit biex jissuġġerixxi persuna waħda jew aktar li, minħabba l-kompetenza ġenerali, l-indipendenza u l-impenn Ewropew tagħha, tkun idonea biex issir membru tal-Kummissjoni li jmiss. Ir-Renju Unit ma weġibx għal dik l-ittra. Fit-12 ta’ Novembru 2019, il-President elett tal-Kummissjoni bagħtet it-tieni ittra bl-istess stedina, fejn fakkret fl-obbligi tar-Renju Unit taħt it-TUE, u d-Deċiżjoni (UE) 2019/1810. Fit-13 ta’ Novembru 2019, ir-Renju Unit wieġeb għaż-żewġ ittri u indika li r-Renju Unit ma kienx f’pożizzjoni li jissuġġerixxi kandidat għall-pożizzjoni ta’ Kummissarju minħabba l-elezzjoni ġenerali li kienet ser issir. Fl-14 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni tat bidu għal proċedimenti ta’ ksur kontra r-Renju Unit, wara li dan naqas li jissuġġerixxi kandidat għal Kummissarju, billi bagħtet ittra ta’ notifika formali lir-Renju Unit f’konformità mal-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). F’dik l-ittra, il-Kummissjoni fakkret li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, Stat Membru ma jistax jinvoka dispożizzjonijiet li jipprevalixxu fis-sistema legali domestika tiegħu biex jiġġustifika nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni. L-awtoritajiet tar-Renju Unit kellhom sat-22 ta’ Novembru 2019 biex iressqu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar dik l-ittra ta’ notifika formali. |
(9) |
Il-Kunsill jinnota li minkejja l-obbligi taħt id-dritt tal-Unjoni li ġew imfakkra fid-Deċiżjoni (UE) 2019/1810 u li magħhom ir-Renju Unit qabel speċifikament, ir-Renju Unit ma ssuġġerixxa ebda kandidat għal membru tal-Kummissjoni. Ma jistax ikun li dan jimmina l-funzjonament regolari tal-Unjoni u l-istituzzjonijiet tagħha u għalhekk ma jistax jikkostitwixxi ostaklu għall-ħatra tal-Kummissjoni li jmiss sabiex din tibda teżerċita l-firxa sħiħa tas-setgħat tagħha taħt it-Trattati mill-aktar fis possibbli. Il-Kunsill jinnota li, minkejja li ġew proposti biss 27 persuna biex jinħatru bħala Membri tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni hija magħmula, f’konformità mad-Deċiżjoni 2013/272/UE, minn numru ta’ Membri li huwa daqs in-numru ta’ Stati Membri. Huwa jinnota wkoll li wara li l-Kummissjoni tiġi maħtura, ser ikun japplika t-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 TFUE. |
(10) |
Bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (UE) 2019/1393 titħassar qabel ma l-lista li tinsab fiha tkun soġġetta għall-vot tal-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u jenħtieġ li tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni. |
(11) |
Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(7) TUE, il-President, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Membri l-oħra tal-Kummissjoni huma soġġetti bħala korp għal vot ta’ approvazzjoni mill-Parlament Ewropew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Bi qbil komuni mas-Sinjura Ursula VON DER LEYEN, il-President elett tal-Kummissjoni, il-Kunsill jipproponi l-persuni li ġejjin għall-ħatra bħala Membri tal-Kummissjoni Ewropea sal-31 ta’ Ottubru 2024:
|
is-Sur Thierry BRETON |
|
is-Sinjura Helena DALLI |
|
is-Sur Valdis DOMBROVSKIS |
|
is-Sinjura Elisa FERREIRA |
|
is-Sinjura Mariya GABRIEL |
|
is-Sur Paolo GENTILONI |
|
is-Sur Johannes HAHN |
|
is-Sur Phil HOGAN |
|
is-Sinjura Ylva JOHANSSON |
|
is-Sinjura Věra JOUROVÁ |
|
is-Sinjura Stella KYRIAKIDES |
|
is-Sur Janez LENARČIČ |
|
is-Sur Didier REYNDERS |
|
is-Sur Margaritis SCHINAS |
|
is-Sur Nicolas SCHMIT |
|
is-Sur Maroš ŠEFČOVIČ |
|
is-Sinjura Kadri SIMSON |
|
is-Sur Virginijus SINKEVIČIUS |
|
is-Sinjura Dubravka ŠUICA |
|
is-Sur Frans TIMMERMANS |
|
is-Sinjura Jutta URPILAINEN |
|
is-Sinjura Adina VĂLEAN |
|
is-Sur Olivér VÁRHELYI |
|
is-Sinjura Margrethe VESTAGER |
|
is-Sur Janusz WOJCIECHOWSKI |
flimkien ma’:
|
is-Sur Josep BORRELL FONTELLES, maħtur Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni (UE) 2019/1393.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 98.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2014/749/UE tat-23 ta’ Ottubru 2014 li taħtar lill-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 36).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1393, meħuda bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, tal-10 ta’ Settembru 2019 li tadotta l-lista tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi għall-ħatra bħala Membri tal-Kummissjoni (ĠU L 233 I , 10.9.2019, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1810 meħuda bi qbil mar-Renju Unit tad-29 ta’ Ottubru 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 278 I, 30.10.2019, p. 1).
26.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/19 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1950
tal-25 ta’ Novembru 2019
li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-K-HDO għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,
Billi:
(1) |
Is-sustanza attiva K-HDO ddaħħlet fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) biex tintuża fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8, u b’hekk skont l-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 hija meqjusa li hi approvata skont dak ir-Regolament soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. |
(2) |
L-approvazzjoni tal-K-HDO għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 se tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2020. Fl-14 ta’ Diċembru 2018 ġiet ippreżentata applikazzjoni skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-K-HDO. |
(3) |
Fis-6 ta’ Mejju 2019, l-awtorità kompetenti li tevalwa tal-Awstrija infurmat lill-Kummissjoni li kienet iddeċidiet, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li kienet meħtieġa evalwazzjoni sħiħa tal-applikazzjoni. Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-awtorità kompetenti li tevalwa trid twettaq evalwazzjoni sħiħa tal-applikazzjoni fi żmien 365 jum mill-validazzjoni tagħha. |
(4) |
Skont l-Artikolu 8(2) ta’ dak ir-Regolament, l-awtorità kompetenti li tevalwa tista’, jekk ikun hemm il-bżonn, titlob li l-applikant jipprovdi biżżejjed data għat-twettiq tal-evalwazzjoni. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ 365 jum jiġi sospiż għal perjodu li b’kollox ma jistax jaqbeż total ta’ 180 jum sakemm ma tkunx iġġustifikata sospensjoni itwal minħabba t-tip ta’ data li tintalab jew minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali. |
(5) |
Fi żmien 270 jum minn meta tirċievi rakkomandazzjoni mill-awtorità kompetenti li tevalwa, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) trid tħejji opinjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u tippreżentaha lill-Kummissjoni. |
(6) |
Għaldaqstant, għal raġunijiet li mhumiex fil-kontroll tal-applikant, l-approvazzjoni tal-K-HDO għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 x’aktarx li se tiskadi qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħha. Għalhekk jixraq li tiġi posposta d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-K-HDO għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 għal perjodu ta’ żmien twil biżżejjed biex ikun jista’ jsir l-istudju tal-applikazzjoni. Meta wieħed iqis il-perjodi ta’ żmien permessi għall-evalwazzjoni mill-awtorità kompetenti li tevalwa u għat-tħejjija u għall-preżentazzjoni tal-opinjoni mill-Aġenzija, jixraq li tiġi posposta d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2022. |
(7) |
Minbarra d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, jeħtieġ li l-K-HDO għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 jibqa’ approvat soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-K-HDO għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 hija posposta għall-31 ta’ Diċembru 2022.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).
26.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/21 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1951
tal-25 ta’ Novembru 2019
li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tat-tebukonażol għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,
Billi:
(1) |
Is-sustanza attiva tebukonażol ddaħħlet fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) biex tintuża fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8, u b’hekk skont l-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 hija meqjusa li hi approvata skont dak ir-Regolament soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. |
(2) |
L-approvazzjoni tat-tebukonażol għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 se tiskadi fil-31 ta’ Marzu 2020. Fis-27 ta’ Settembru 2018 ġiet ippreżentata applikazzjoni skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tiġdid tal-approvazzjoni tat-tebukonażol. |
(3) |
Fis-6 ta’ Frar 2019, l-awtorità kompetenti li tevalwa tad-Danimarka infurmat lill-Kummissjoni li kienet iddeċidiet, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li kienet meħtieġa evalwazzjoni sħiħa tal-applikazzjoni. Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-awtorità kompetenti li tevalwa trid twettaq evalwazzjoni sħiħa tal-applikazzjoni fi żmien 365 jum mill-validazzjoni tagħha. |
(4) |
Skont l-Artikolu 8(2) ta’ dak ir-Regolament, l-awtorità kompetenti li tevalwa tista’, jekk ikun hemm il-bżonn, titlob li l-applikant jipprovdi biżżejjed data għat-twettiq tal-evalwazzjoni. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ 365 jum jiġi sospiż għal perjodu li b’kollox ma jistax jaqbeż total ta’ 180 jum sakemm ma tkunx iġġustifikata sospensjoni itwal minħabba t-tip ta’ data li tintalab jew minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali. |
(5) |
Fi żmien 270 jum minn meta tirċievi rakkomandazzjoni mill-awtorità kompetenti li tevalwa, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) trid tħejji opinjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u tippreżentaha lill-Kummissjoni. |
(6) |
Għaldaqstant, għal raġunijiet li mhumiex fil-kontroll tal-applikant, l-approvazzjoni tat-tebukonażol għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 x’aktarx li se tiskadi qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħha. Għalhekk jixraq li tiġi posposta d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tat-tebukonażol għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 għal perjodu ta’ żmien twil biżżejjed biex ikun jista’ jsir l-istudju tal-applikazzjoni. Meta wieħed iqis il-perjodi ta’ żmien permessi għall-evalwazzjoni mill-awtorità kompetenti li tevalwa u għat-tħejjija u għall-preżentazzjoni tal-opinjoni mill-Aġenzija, jixraq li tiġi posposta d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni sat-30 ta’ Settembru 2022. |
(7) |
Minbarra d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, jeħtieġ li t-tebukonażol għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8, jibqa’ approvat soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tat-tebukonażol għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 hija posposta għat-30 ta’ Settembru 2022.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).
26.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/23 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1952
tal-25 ta’ Novembru 2019
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’ċertu Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2019) 8592)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’ċertu Stati Membri, fejn kien hemm każijiet ikkonfermati ta’ dik il-marda fi ħnieżer domestiċi jew selvaġġi (l-Istati Membri kkonċernati). Fil-Partijiet I sa IV tiegħu, l-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jiddemarka u jelenka ċerti żoni tal-Istati Membri kkonċernati, skont il-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta’ dik il-marda. L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE ġie emendat diversi drabi biex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer li jeħtieġ li jiġu riflessi f’dak l-Anness. L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1931 (5), wara l-okkorrenzi tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer selvaġġi fil-Polonja u t-titjib fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta’ dik il-marda fil-Litwanja. |
(2) |
F’Novembru 2019, ġew osservati każijiet ġodda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi fir-reġjun ta’ Lubuskie fil-Polonja f’żoni li bħalissa huma elenkati fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE, u li tinsab qrib żoni li bħalissa huma elenkati fil-Parti I tal-Anness tagħha. Dawn il-każijiet ta’ deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer selvaġġi jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness. Għaldaqstant issa jenħtieġ li dawn iż-żoni tal-Polonja elenkati fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE li jinsabu qrib iż-żoni elenkati fil-Parti II affettwata minn dawn il-każijiet riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, jiġu elenkati fil-Parti II minflok fil-Parti I ta’ dak l-Anness. |
(3) |
F’Ottubru 2019, ġie osservat każ wieħed ta’ deni Afrikan tal-ħnieżer f’ħanżir selvaġġ fir-reġjun ta’ Smolyan fil-Bulgarija f’żona li bħalissa hija elenkata fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE, u li tinsab qrib żona fil-Greċja li bħalissa mhijiex elenkata fl-Anness tagħha. Dan il-każ ta’ deni Afrikan tal-ħnieżer f’ħanżir selvaġġ jikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness. Għaldaqstant, issa jenħtieġ li din iż-żona fil-Greċja li mhix elenkata fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE li tinsab qrib żona elenkata fil-Bulgarija fil-Parti II tagħha affettwata minn dan il-każ riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, tiġi elenkata fil-Parti I ta’ dak l-Anness. |
(4) |
Wara dawk il-każijiet reċenti ta’ deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi fil-Polonja, u fil-Bulgarija qrib il-fruntiera mal-Greċja, u meta titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward ta’ dik il-marda fl-Unjoni, ir-reġjonalizzazzjoni fil-Polonja u l-Greċja ġiet ivvalutata b’mod urġenti. Barra minn hekk, ġew ivvalutati wkoll il-miżuri ta’ mmaniġġjar tar-riskji li hemm fis-seħħ. Dawn il-bidliet iridu jiġu riflessi fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE. |
(5) |
Sabiex jitqiesu l-iżviluppi reċenti fl-evoluzzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni, u sabiex ir-riskji marbutin mat-tixrid ta’ dik il-marda jiġu miġġielda b’mod proattiv, jenħtieġ li fil-każ tal-Polonja u tal-Greċja jiġu demarkati żoni ġodda ta’ daqs suffiċjenti li huma l-aktar fir-riskju, u jenħtieġ li dawn jiġu elenkati kif xieraq fil-Partijiet I u II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, huwa importanti li l-emendi li saru fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE b’din id-Deċiżjoni jidħlu fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta’ Ottubru 2014 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1931 tad-19 ta’ Novembru 2019 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’ċertu Stati Membri (ĠU L 299, 20.11.2019, p. 61).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS
PARTI I
1. Il-Belġju
Iż-żoni li ġejjin fil-Belġju:
fil-provinċja tal-Lussemburgu:
|
2. L-Estonja
Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:
— |
Hiu maakond. |
3. L-Ungerija
Iż-żoni li ġejjin fl-Ungerija:
— |
Békés megye 950150, 950250, 950350, 950450, 950550, 950650, 950660, 950750, 950850, 950860, 950950, 950960, 950970, 951050, 951150, 951250, 951260, 951350, 951450, 951460, 951550, 951650, 951750, 951950, 952050, 952250, 952350, 952450, 952550, 952650, 952750, 952850, 953270, 953350, 953450, 953510, 956250, 956350, 956450, 956550, 956650 és 956750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Bács-Kiskun megye 601650, 601750, 601850, 601950, 602050, 603250, 603750 és 603850 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Budapest: 1 kódszámú, vadgazdálkodási tevékenységre nem alkalmas területe, |
— |
Csongrád megye 800150, 800160, 800250, 802220, 802260, 802310 és 802450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Fejér megye 403150, 403160, 403260, 404250, 404550, 404560, 404650, 404750, 405450, 405550, 405650, 405750, 405850, 406450, 406550, 406650 és 407050 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Hajdú-Bihar megye 900750, 901250, 901260, 901270, 901350, 901551, 901560, 901570, 901580, 901590, 901650, 901660, 902450, 902550, 902650, 902660, 902670, 902750, 903650, 903750, 903850, 903950, 903960, 904050, 904060, 904150, 904250, 904350, 904950, 904960, 905050, 905060, 905070, 905080, 905150, 905250 és 905260 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Heves megye 702550, 703360, 704150, 704250, 704350, 704450, 704550, 704650, 704750, és 705350 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750150, 750160, 750250, 750260, 750350, 750450, 750460, 751250, 751260, 754450, 754550, 754560, 754570, 754650, 754750, 754950, 755050, 755150, 755250, 755350 és 755450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Komárom-Esztergom megye 252460, 252850, 252860, 252950, 252960, 253050, 253150, 253250, 253350 és 253450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Nógrád megye 552010, 552150, 552250, 552350, 552450, 552460, 552520, 552550, 552610, 552620, 552710, 552850, 552860, 552950, 552970, 553050, 553110, 553250, 553260, 553350, 553650, 553750, 553850, 553910és 554050 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Pest megye 570150, 570250, 570350, 570450, 570550, 570650, 570750, 570850, 571050, 571150, 571250, 571350, 571550, 571610, 571750, 571760, 572150, 572250, 572350, 572550, 572650, 572750, 572850, 572950, 573150, 573350, 573360, 573450, 573850, 574150, 574350, 574360, 574550, 574650, 574750, 574950, 575050,575150, 575250, 575350, 575950, 576050, 576150, 576250, 576350, 576450, 576950, 577050, 577150, 577250, 577350, 577450, 577950, 578850, 578950, 579250, 579550, 579650, 579750, 580050 és 580450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Szabolcs-Szatmár-Bereg megye 851950, 852350, 852450, 852550, 852750, 853560, 853650, 853751, 853850, 853950, 853960, 854050, 854150, 854250, 854350, 855350, 855450, 855550, 855650, 855660 és 855850 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe. |
4. Il-Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
— |
Alsungas novads, |
— |
Kuldīgas novada Gudenieku pagasts, |
— |
Pāvilostas novads, |
— |
Stopiņu novada daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes, |
— |
Ventspils novada Jūrkalnes pagasts, |
— |
Grobiņas novads, |
— |
Rucavas novada Dunikas pagasts. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
— |
Klaipėdos rajono savivaldybės: Agluonėnų, Priekulės, Veiviržėnų, Judrėnų, Endriejavo ir Vėžaičių seniūnijos, |
— |
Plungės rajono savivaldybės: Alsėdžių, Babrungo, Kulių, Nausodžio, Paukštakių, Platelių, Plungės miesto, Šateikių ir Žemaičių Kalvarijos seniūnijos, |
— |
Skuodo rajono savivaldybė, |
6. Il-Polonja
Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
w województwie podlaskim:
|
w województwie mazowieckim:
|
w województwie lubelskim:
|
w województwie podkarpackim:
|
w województwie świętokrzyskim:
|
w województwie łódzkim:
|
w województwie pomorskim:
|
w województwie lubuskim:
|
w województwie dolnośląskim:
|
w województwie wielkopolskim:
|
7. Romania
Iż-żoni li ġejjin fir-Rumanija:
— |
Județul Suceava. |
8. Is-Slovakkja
Iż-żoni li ġejjin fis-Slovakkja:
— |
id-distrett kollu ta’ Vranov nad Topľou, |
— |
id-distrett kollu ta’ Humenné, |
— |
id-distrett kollu ta’ Snina, |
— |
id-distrett kollu ta’ Sobrance, |
— |
id-distrett kollu ta’ Košice-mesto, |
— |
fid-distrett ta’ Michalovce, il-muniċipalitajiet kollha ta’ Tušice, Moravany, Pozdišovce, Michalovce, Zalužice, Lúčky, Závadka, Hnojné, Poruba pod Vihorlatom, Jovsa, Kusín, Klokočov, Kaluža, Vinné, Trnava pri Laborci, Oreské, Staré, Zbudza, Petrovce nad Laborcom, Lesné, Suché, Rakovec nad Ondavou, Nacina Ves, Voľa, Pusté Čemerné u Strážske, |
— |
fid-distrett ta’ Košice - okolie, il-muniċipalitajiet sħaħ li mhux inklużi fil-Parti II. |
9. Il-Greċja
Iż-żoni li ġejjin fil-Greċja:
— |
fl-unità reġjonali ta’ Drama:
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Xanthi:
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Rodopi:
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Evros:
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Serres:
|
PARTI II
1. Il-Belġju
Iż-żoni li ġejjin fil-Belġju:
fil-provinċja tal-Lussemburgu:
|
2. Il-Bulgarija
Iż-żoni li ġejjin fil-Bulgarija:
— |
ir-reġjun kollu ta’ Haskovo, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Yambol, |
— |
ir-reġjun kollu ta' Sliven, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Stara Zagora, |
— |
ir-reġjun kollu ta' Gabrovo, |
— |
ir-reġjun kollu ta' Pernik, |
— |
ir-reġjun kollu ta' Kyustendil, |
— |
ir-reġjun kollu ta' Dobrich, |
— |
ir-reġjun kollu ta' Plovdiv, |
— |
ir-reġjun kollu ta' Pazardzhik, |
— |
ir-reġjun kollu ta' Smolyan, |
— |
ir-reġjun kollu ta' Burgas għajr iż-żoni fil-Parti III, |
— |
ir-reġjun kollu ta' Veliko Tarnovo għajr iż-żoni fil-Parti III, |
— |
ir-reġjun kollu ta' Shumen għajr iż-żoni fil-Parti III, |
— |
ir-reġjun kollu ta' Varna għajr iż-żoni fil-Parti III. |
3. L-Estonja
Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:
— |
Eesti Vabariik (välja arvatud Hiiu maakond). |
4. L-Ungerija
Iż-żoni li ġejjin fl-Ungerija:
— |
Borsod-Abaúj-Zemplén megye 650100, 650200, 650300, 650400, 650500, 650600, 650700, 650800, 650900, 651000, 651100, 651200, 651300, 651400, 651500, 651610, 651700, 651801, 651802, 651803, 651900, 652000, 652100, 652200, 652300, 652601, 652602, 652603, 652700, 652900, 653000, 653100,653200, 653300, 653401, 653403, 653500, 653600, 653700, 653800, 653900, 654000, 654201, 654202, 654301, 654302, 654400, 654501, 654502, 654600, 654700, 654800, 654900, 655000, 655100, 655200, 655300, 655400, 655500, 655600, 655700, 655800, 655901, 655902, 656000, 656100, 656200, 656300, 656400, 656600, 656701, 656702, 656800, 656900, 657010, 657100, 657300, 657400, 657500, 657600, 657700, 657800, 657900, 658000, 658100, 658201, 658202, 658310, 658401, 658402, 658403, 658404, 658500, 658600, 658700, 658801, 658802, 658901, 658902, 659000, 659100, 659210, 659220, 659300, 659400, 659500, 659601, 659602, 659701, 659800, 659901, 660000, 660100, 660200, 660400, 660501, 660502, 660600 és 660800, valamint 652400, 652500 és 652800 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Hajdú-Bihar megye 900150, 900250, 900350, 900450, 900550, 900650, 900660, 900670, 901850, 900850, 900860, 900930, 900950, 901050, 901150, 901450, 901750, 901950, 902050, 902150, 902250, 902350, 902850, 902860, 902950, 902960, 903050, 903150, 903250, 903350, 903360, 903370, 903450, 903550, 904450, 904460, 904550 és 904650, 904750, 904760, 904850, 904860, 905350, 905360, 905450 és 905550 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Heves megye 700150, 700250, 700260, 700350, 700450, 700460, 700550, 700650, 700750, 700850, 700860, 700950, 701050, 701111, 701150, 701250, 701350, 701550, 701560, 701650, 701750, 701850, 701950, 702050, 702150, 702250, 702260, 702350, 702450, 702750, 702850, 702950, 703050, 703150, 703250, 703350, 703370, 703450, 703550, 703610, 703750, 703850, 703950, 704050, 704850, 704950, 705050, 705150,705250, 705450,705510 és 705610 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750550, 750650, 750750, 750850, 750970, 750980, 751050, 751150, 751160, 751350, 751360, 751450, 751460, 751470, 751550, 751650, 751750, 7151850, 751950, 752150, 752250, 752350, 752450, 752460, 752550, 752560, 752650, 752750, 752850, 752950, 753060, 753070, 753150, 753250, 753310, 753450, 753550, 753650, 753660, 753750, 753850, 753950, 753960, 754050, 754150, 754250, 754360, 754370, 754850, 755550, 755650 és 755750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Nógrád megye 550110, 550120, 550130, 550210, 550310, 550320, 550450, 550460, 550510, 550610, 550710, 550810, 550950, 551010, 551150, 551160, 551250, 551350, 551360, 551450, 551460, 551550, 551650, 551710, 551810, 551821,552360 és 552960 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Pest megye 570950, 571850, 571950, 572050, 573550, 573650, 574250 és 580150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Szabolcs-Szatmár-Bereg megye 850950, 851050, 851150, 851250, 851350, 851450, 851550, 851560, 851650, 851660, 851751, 851752, 852850, 852860, 852950, 852960, 853050, 853150, 853160, 853250, 853260, 853350, 853360, 853450, 853550, 854450, 854550, 854560, 854650, 854660, 854750, 854850, 854860, 854870, 854950, 855050, 855150, 855250, 855460, 855750, 855950, 855960, 856051, 856150, 856250, 856260, 856350, 856360, 856450, 856550, 856650, 856750, 856760, 856850, 856950, 857050, 857150, 857350, 857450, 857650, valamint 850150, 850250, 850260, 850350, 850450, 850550, 852050, 852150, 852250, 857550, 850650, 850850, 851851 és 851852 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe. |
5. Il-Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
— |
Ādažu novads, |
— |
Aizputes novads, |
— |
Aglonas novads, |
— |
Aizkraukles novads, |
— |
Aknīstes novads, |
— |
Alojas novads, |
— |
Alūksnes novads, |
— |
Amatas novads, |
— |
Apes novads, |
— |
Auces novads, |
— |
Babītes novads, |
— |
Baldones novads, |
— |
Baltinavas novads, |
— |
Balvu novads, |
— |
Bauskas novads, |
— |
Beverīnas novads, |
— |
Brocēnu novads, |
— |
Burtnieku novads, |
— |
Carnikavas novads, |
— |
Cēsu novads, |
— |
Cesvaines novads, |
— |
Ciblas novads, |
— |
Dagdas novads, |
— |
Daugavpils novads, |
— |
Dobeles novads, |
— |
Dundagas novads, |
— |
Durbes novads, |
— |
Engures novads, |
— |
Ērgļu novads, |
— |
Garkalnes novads, |
— |
Gulbenes novads, |
— |
Iecavas novads, |
— |
Ikšķiles novads, |
— |
Ilūkstes novads, |
— |
Inčukalna novads, |
— |
Jaunjelgavas novads, |
— |
Jaunpiebalgas novads, |
— |
Jaunpils novads, |
— |
Jēkabpils novads, |
— |
Jelgavas novads, |
— |
Kandavas novads, |
— |
Kārsavas novads, |
— |
Ķeguma novads, |
— |
Ķekavas novads, |
— |
Kocēnu novads, |
— |
Kokneses novads, |
— |
Krāslavas novads, |
— |
Krimuldas novads, |
— |
Krustpils novads, |
— |
Kuldīgas novada Ēdoles, Īvandes, Padures, Rendas, Kabiles, Rumbas, Kurmāles, Pelču, Snēpeles, Turlavas, Laidu un Vārmes pagasts, Kuldīgas pilsēta, |
— |
Lielvārdes novads, |
— |
Līgatnes novads, |
— |
Limbažu novads, |
— |
Līvānu novads, |
— |
Lubānas novads, |
— |
Ludzas novads, |
— |
Madonas novads, |
— |
Mālpils novads, |
— |
Mārupes novads, |
— |
Mazsalacas novads, |
— |
Mērsraga novads, |
— |
Naukšēnu novads, |
— |
Neretas novads, |
— |
Ogres novads, |
— |
Olaines novads, |
— |
Ozolnieku novads, |
— |
Pārgaujas novads, |
— |
Pļaviņu novads, |
— |
Preiļu novads, |
— |
Priekules novads, |
— |
Priekuļu novads, |
— |
Raunas novads, |
— |
republikas pilsēta Daugavpils, |
— |
republikas pilsēta Jelgava, |
— |
republikas pilsēta Jēkabpils, |
— |
republikas pilsēta Jūrmala, |
— |
republikas pilsēta Rēzekne, |
— |
republikas pilsēta Valmiera, |
— |
Rēzeknes novads, |
— |
Riebiņu novads, |
— |
Rojas novads, |
— |
Ropažu novads, |
— |
Rugāju novads, |
— |
Rundāles novads, |
— |
Rūjienas novads, |
— |
Salacgrīvas novads, |
— |
Salas novads, |
— |
Salaspils novads, |
— |
Saldus novads, |
— |
Saulkrastu novads, |
— |
Sējas novads, |
— |
Siguldas novads, |
— |
Skrīveru novads, |
— |
Skrundas novads, |
— |
Smiltenes novads, |
— |
Stopiņu novada daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes, |
— |
Strenču novads, |
— |
Talsu novads, |
— |
Tērvetes novads, |
— |
Tukuma novads, |
— |
Vaiņodes novads, |
— |
Valkas novads, |
— |
Varakļānu novads, |
— |
Vārkavas novads, |
— |
Vecpiebalgas novads, |
— |
Vecumnieku novads, |
— |
Ventspils novada Ances, Tārgales, Popes, Vārves, Užavas, Piltenes, Puzes, Ziru, Ugāles, Usmas un Zlēku pagasts, Piltenes pilsēta, |
— |
Viesītes novads, |
— |
Viļakas novads, |
— |
Viļānu novads, |
— |
Zilupes novads. |
6. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
— |
Alytaus miesto savivaldybė, |
— |
Alytaus rajono savivaldybė: Alytaus, Alovės, Butrimonių, Daugų, Nemunaičio, Pivašiūnų, Punios, Raitininkų seniūnijos, |
— |
Anykščių rajono savivaldybė, |
— |
Akmenės rajono savivaldybė, |
— |
Biržų miesto savivaldybė, |
— |
Biržų rajono savivaldybė, |
— |
Druskininkų savivaldybė, |
— |
Elektrėnų savivaldybė, |
— |
Ignalinos rajono savivaldybė, |
— |
Jonavos rajono savivaldybė, |
— |
Joniškio rajono savivaldybė, |
— |
Jurbarko rajono savivaldybė, |
— |
Kaišiadorių rajono savivaldybė, |
— |
Kalvarijos savivaldybė, |
— |
Kauno miesto savivaldybė, |
— |
Kauno rajono savivaldybė: Domeikavos, Garliavos, Garliavos apylinkių, Karmėlavos, Lapių, Linksmakalnio, Neveronių, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Vandžiogalos ir Vilkijos seniūnijos, Babtų seniūnijos dalis į rytus nuo kelio A1, Užliedžių seniūnijos dalis į rytus nuo kelio A1 ir Vilkijos apylinkių seniūnijos dalis į vakarus nuo kelio Nr. 1907, |
— |
Kelmės rajono savivaldybė, |
— |
Kėdainių rajono savivaldybė, |
— |
Kupiškio rajono savivaldybė, |
— |
Lazdijų rajono savivaldybė, |
— |
Marijampolės savivaldybė: Degučių, Marijampolės, Mokolų, Liudvinavo ir Narto seniūnijos, |
— |
Mažeikių rajono savivaldybė, |
— |
Molėtų rajono savivaldybė, |
— |
Pagėgių savivaldybė, |
— |
Pakruojo rajono savivaldybė, |
— |
Panevėžio rajono savivaldybė, |
— |
Panevėžio miesto savivaldybė, |
— |
Pasvalio rajono savivaldybė, |
— |
Radviliškio rajono savivaldybė, |
— |
Rietavo savivaldybė, |
— |
Prienų rajono savivaldybė: Stakliškių ir Veiverių seniūnijos, |
— |
Plungės rajono savivaldybė: Žlibinų ir Stalgėnų seniūnijos, |
— |
Raseinių rajono savivaldybė, |
— |
Rokiškio rajono savivaldybė, |
— |
Šakių rajono savivaldybė, |
— |
Šalčininkų rajono savivaldybė, |
— |
Šiaulių miesto savivaldybė, |
— |
Šiaulių rajono savivaldybė, |
— |
Šilutės rajono savivaldybė, |
— |
Širvintų rajono savivaldybė, |
— |
Šilalės rajono savivaldybė, |
— |
Švenčionių rajono savivaldybė, |
— |
Tauragės rajono savivaldybė, |
— |
Telšių rajono savivaldybė, |
— |
Trakų rajono savivaldybė, |
— |
Ukmergės rajono savivaldybė, |
— |
Utenos rajono savivaldybė, |
— |
Varėnos rajono savivaldybė, |
— |
Vilniaus miesto savivaldybė, |
— |
Vilniaus rajono savivaldybė, |
— |
Vilkaviškio rajono savivaldybė: Bartninkų, Gražiškių, Keturvalakių, Kybartų, Klausučių, Pajevonio, Šeimenos, Vilkaviškio miesto, Virbalio, Vištyčio seniūnijos, |
— |
Visagino savivaldybė, |
— |
Zarasų rajono savivaldybė. |
7. Il-Polonja
Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
w województwie podlaskim:
|
w województwie mazowieckim:
|
w województwie lubelskim:
|
w województwie podkarpackim:
|
w województwie pomorskim:
|
w województwie świętokrzyskim:
|
w województwie lubuskim:
|
w województwie dolnośląskim:
|
8. Is-Slovakkja
Iż-żoni li ġejjin fis-Slovakkja:
— |
fid-distrett ta’ Košice – okolie, il-muniċipalitajiet kollha ta’ Ďurkov, Kalša, Košický Klečenov, Nový Salaš, Rákoš, Ruskov, Skároš, Slančík, Slanec, Slanská Huta, Slanské Nové Mesto, Svinica u Trstené pri Hornáde. |
9. Ir-Rumanija
Iż-żoni li ġejjin fir-Rumanija:
— |
Judeţul Bistrița-Năsăud. |
PARTI III
1. Il-Bulgarija
Iż-żoni li ġejjin fil-Bulgarija:
— |
ir-reġjun kollu ta' Kardzhali, |
— |
ir-reġjun kollu ta' Blagoevgrad, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Montana, |
— |
ir-reġjun kollu ta' Ruse, |
— |
ir-reġjun kollu ta' Razgrad, |
— |
ir-reġjun kollu ta' Silistra, |
— |
ir-reġjun kollu ta' Pleven, |
— |
ir-reġjun kollu ta' Vratza, |
— |
ir-reġjun kollu ta' Vidin, |
— |
ir-reġjun kollu ta' Targovishte, |
— |
ir-reġjun kollu ta' Lovech, |
— |
ir-reġjun kollu ta' Sofia l-belt, |
— |
ir-reġjun kollu ta' Sofia l-Provinċja, |
— |
fir-reġjun ta' Shumen:
|
— |
fir-reġjun ta' Varna:
|
— |
fir-reġjun ta' Veliko Tarnovo:
|
— |
fir-reġjun ta' Burgas:
|
2. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
— |
Alytaus rajono savivaldybė: Simno, Krokialaukio ir Miroslavo seniūnijos, |
— |
Birštono savivaldybė, |
— |
Kauno rajono savivaldybė: Akademijos, Alšėnų, Batniavos, Čekiškės, Ežerėlio, Kačerginės, Kulautuvos, Raudondvario, Ringaudų ir Zapyškio seniūnijos, Babtų seniūnijos dalis į vakarus nuo kelio A1, Užliedžių seniūnijos dalis į vakarus nuo kelio A1 ir Vilkijos apylinkių seniūnijos dalis į rytus nuo kelio Nr. 1907, |
— |
Kazlų Rudos savivaldybė, |
— |
Marijampolės savivaldybė: Gudelių, Igliaukos, Sasnavos ir Šunskų seniūnijos, |
— |
Prienų rajono savivaldybė: Ašmintos, Balbieriškio, Išlaužo, Jiezno, Naujosios Ūtos, Pakuonio, Prienų ir Šilavotos seniūnijos, |
— |
Vilkaviškio rajono savivaldybės: Gižų ir Pilviškių seniūnijos. |
3. Il-Polonja
Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
w województwie podlaskim:
|
w województwie mazowieckim:
|
w województwie lubelskim:
|
w województwie podkarpackim:
|
4. Ir-Rumanija
Iż-żoni li ġejjin fir-Rumanija:
— |
Zona orașului București, |
— |
Județul Constanța, |
— |
Județul Satu Mare, |
— |
Județul Tulcea, |
— |
Județul Bacău, |
— |
Județul Bihor, |
— |
Județul Brăila, |
— |
Județul Buzău, |
— |
Județul Călărași, |
— |
Județul Dâmbovița, |
— |
Județul Galați, |
— |
Județul Giurgiu, |
— |
Județul Ialomița, |
— |
Județul Ilfov, |
— |
Județul Prahova, |
— |
Județul Sălaj, |
— |
Județul Vaslui, |
— |
Județul Vrancea, |
— |
Județul Teleorman, |
— |
Judeţul Mehedinţi, |
— |
Județul Gorj, |
— |
Județul Argeș, |
— |
Judeţul Olt, |
— |
Judeţul Dolj, |
— |
Județul Arad, |
— |
Județul Timiș, |
— |
Județul Covasna, |
— |
Județul Brașov, |
— |
Județul Botoșani, |
— |
Județul Vâlcea, |
— |
Județul Iași, |
— |
Județul Hunedoara, |
— |
Județul Alba, |
— |
Județul Sibiu, |
— |
Județul Caraș-Severin, |
— |
Județul Neamț, |
— |
Județul Harghita, |
— |
Județul Mureș, |
— |
Județul Cluj, |
— |
Judeţului Maramureş. |
5. Is-Slovakkja
Iż-żoni li ġejjin fis-Slovakkja:
— |
id-distrett kollu ta’ Trebisov, |
— |
fid-distrett ta’ Michalovce, il-muniċipalitajiet sħaħ tad-distrett mhux diġà inklużi fil-Parti I. |
PARTI IV
L-Italja
Iż-żoni li ġejjin fl-Italja:
— |
it-territorju kollu ta’ Sardenja. |