ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 303

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
25 ta' Novembru 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1939 tas-7 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 fir-rigward tal-Istrateġiji Awżiljarji għall-Kontroll tal-Emissjonijiet (AES), l-aċċess għall-informazzjoni tal-OBD tal-vettura u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, il-kejl tal-emissjonijiet matul il-perjodi ta’ startjar b’magna kiesħa u l-użu ta’ sistemi portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet (PEMS) biex jitkejlu n-numri ta’ partikuli, fir-rigward ta’ vetturi heavy duty ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1940 tal-15 ta’ Novembru 2019 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti Paški sir (DOP)

25

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1941 tat-18 ta’ Novembru 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat tal-EPA stabbilit mill-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-lista ta’ arbitri

26

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1942 tat-22 ta’ Novembru 2019 li ma tapprovax il-carbendazim bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 9 ( 1 )

29

 

 

REGOLI TA' PROĊEDURA

 

*

Deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tal-1 ta’ Ottubru 2019 li tadotta regoli interni rigward restrizzjonijiet ta’ ċerti drittijiet ta’ suġġetti tad-data b’rabta mal-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-funzjonament tal-ESMA

31

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (ir-Regolament IMSOC) ( ĠU L 261, 14.10.2019 )

37

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

25.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1939

tas-7 ta’ Novembru 2019

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 fir-rigward tal-Istrateġiji Awżiljarji għall-Kontroll tal-Emissjonijiet (AES), l-aċċess għall-informazzjoni tal-OBD tal-vettura u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, il-kejl tal-emissjonijiet matul il-perjodi ta’ startjar b’magna kiesħa u l-użu ta’ sistemi portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet (PEMS) biex jitkejlu n-numri ta’ partikuli, fir-rigward ta’ vetturi heavy duty

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u ta’ magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 4(3), 5(4), 6(2) u 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-regoli għad-dikjarazzjoni u l-valutazzjoni tal-Istrateġiji Awżiljarji għall-Kontroll tal-Emissjonijiet (AES) inbidlu reċentement għall-vetturi ħfief tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (2). F’ġieħ il-konsistenza, id-dispożjonijiet diġà stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (3) għall-vetturi heavy duty jenħtieġ jiġu allinjati.

(2)

L-ittestjar tal-konformità waqt is-servizz jirrappreżenta wieħed mill-elementi kostitwenti tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura u jippermetti li r-rendiment tas-sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet jiġi vverifikat tul il-ħajja operattiva ta’ vettura. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 jirrikjedi li t-testijiet jitwettqu permezz ta’ sistema portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet (PEMS), li tivvaluta l-emissjonijiet f’kundizzjonijiet normali tal-użu. L-approċċ tal-PEMS jintuża bl-istess mod biex jiġu vverifikati l-emissjonijiet off-cycle waqt l-approvazzjoni tat-tip.

(3)

Attwalment ir-rendiment tal-emissjonijiet ta’ vetturi heavy duty fil-perjodu wara l-istartjar b’magna kiesħa ma jiġix ivvalutat bħala parti mit-test ta’ dimostrazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip jew mit-test ta’ konformità waqt is-servizz. Wara eżerċizzju ta’ monitoraġġ li matulu nġabret u ġiet analizzata d-data mit-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip u tal-konformità waqt is-servizz, instab li ammonti sinifikanti tal-emissjonijiet totali ta’ NOx kienu esklużi mill-analiżi b’riżultat tan-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-perjodu tal-istartjar b’magna kiesħa. Għaldaqstant, sabiex l-emissjonijiet fid-dinja reali jiġu rrappreżentati aħjar, jenħtieġ li l-proċedura tal-kejl tiġi reveduta biex tinkludi l-kejl tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu matul il-perjodu tal-istartjar b’magna kiesħa.

(4)

Il-kejliet tan-numru ta’ partikuli bl-użu tal-PEMS ġew implimentati b’suċċess skont ir-regoli tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet għall-vetturi ħfief għall-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali (4). Wara studju pilota miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni li fih twettqet analiżi tat-tagħmir portabbli tan-numru ta’ partikuli għall-vetturi heavy duty, jitqies li huwa xieraq li jiġi introdott rekwiżit simili fir-regoli dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet għall-vetturi heavy duty. Skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009, il-Kummissjoni se tkun obbligata żżomm taħt rieżami l-livell tal-fattur ta’ konformità finali għall-emissjonijiet tan-numru ta’ partikuli, filwaqt li tqis il-progress tekniku.

(5)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-vetturi mgħammra b’magna ta’ tqabbid bl-ispark plaggs jew b’magna li tuża żewġ tipi ta’ fjuwils tat-tip ta’ Gass Naturali Kkompressat (CNG), Gass Naturali Likwifkat (LNG) jew Gass Likwifikat miż-Żejt (LPG) jistgħu jirrikjedu adattamenti tekniċi biex jikkonformaw mal-fattur ta’ konformità tan-numru ta’ partikuli. Sabiex jiġi żgurat li l-manifatturi ta’ magni li jaħdmu bil-gass ikollhom biżżejjed żmien biex ikunu jistgħu jimmodifikaw il-prodotti tagħhom f’konformità mar-rekwiżiti stipulati b’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jitħalla perjodu tranżizzjonali biex jikkonformaw mal-fattur massimu ta’ konformità permess għall-vetturi mgħammra b’tali magni.

(6)

Jenħtieġ li r-rekwiżiti introdotti b’dan ir-Regolament għall-ittestjar tal-konformità waqt is-servizz ma japplikawx b’mod retroattiv għall-magni u għall-vetturi li saritilhom approvazzjoni tat-tip qabel l-introduzzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti. Għalhekk, l-emendi stabbiliti fl-Annessi I, II u III ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw biss għall-ittestjar tal-konformità waqt is-servizz ta’ tipi ġodda ta’ magni jew ta’ vetturi, fi kliem ieħor għal magni jew għal vetturi li tkun saritilhom approvazzjoni tat-tip f’konformità mal-emendi introdotti b’dan ir-Regolament.

(7)

Ir-regoli dwar l-aċċess għall-informazzjoni tal-OBD tal-vettura u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura ġew inkorporati fir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li japplika mill-1 ta’ Settembru 2020. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 582/2011 rigward l-aċċess għal tali informazzjoni jitħallew barra b’effett minn dik id-data.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 582/2011 jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (5), il-kliem “u informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni” jitħassru;

(b)

il-punt (43) jitħassar;

(c)

jiżdied il-punt li ġej:

“(57)

‘in-numru tal-materja partikolata’ (numru PM) tfisser in-numru totali ta’ partikuli solidi emessi mill-egżost ikkwantifikat skont il-metodi ta’ dilwizzjoni, ta’ kampjunar u ta’ kejl kif speċifikati fl-Anness 4 tar-Regolament Nru 49 tal-NU/KEE (*1).

(*1)  Ir-Regolament Nru 49 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispoizzjonijiet uniformi dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi u partikoli minn magni li jaqbdu bil-kompressjoni u minn magni li jaqbdu bl-ispark plaggs għall-użu fil-vetturi (ĠU L 171 24.6.2013 p. 1.).”;"

(2)

l-Artikoli 2a, 2b, 2c, 2d, 2e, 2f, 2 g u 2h jitħassru;

(3)

l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Sabiex jingħata approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ sistema ta’ magni jew familja ta’ magni bħala unità teknika separata, approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura b’sistema ta’ magni approvata b’rabta mal-emissjonijiet, jew approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura b’rabta mal-emissjonijiet, il-manifattur għandu, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I, juri li l-vetturi, is-sistemi ta’ magni jew il-familja ta’ magni jkunu soġġetti għat-testijiet u jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 14 u fl-Annessi III sa VIII, X, XIII u XIV. Il-manifattur għandu jiżgura wkoll li jkun hemm konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-fjuwils ta’ referenza stabbiliti fl-Anness IX. Fil-każ tal-magni u l-vetturi li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwils għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XVIII.

Sabiex jingħata approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vettura b’sistema approvata ta’ magni b’rabta mal-emissjonijiet, jew approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vettura b’rabta mal-emissjonijiet, il-manifattur għandu juri wkoll li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6 u fl-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 (*2) ġew issodisfati fir-rigward tal-grupp ikkonċernat ta’ vetturi. Madankollu, dak ir-rekwiżit ma għandux japplika meta l-manifattur jindika li l-vetturi l-ġodda tat-tip li jrid jiġi approvat mhux se jiġu rreġistrati, jitqiegħdu fis-suq jew jiddaħħlu fis-servizz fl-Unjoni fid-dati jew wara d-dati stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/2400 għall-grupp rispettiv ta’ vetturi.

(*2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L 349, 29.12.2017, p. 1).”;"

(b)

il-paragrafi 1a, 1b u 1c jitħassru;

(c)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Sabiex jingħata approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura b’sistema approvata ta’ magni b’rabta mal-emissjonijiet, jew approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura b’rabta mal-emissjonijiet, il-manifattur għandu jiżgura li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Anness I u, fil-każ ta’ vetturi li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwils, mar-rekwiżiti addizzjonali għall-installazzjoni stabbiliti fit-Taqsima 6 tal-Anness XVIII.”;

(d)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Sabiex jingħata estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura b’rabta mal-emissjonijiet b’approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament b’massa ta’ referenza li taqbeż l-2 380 kg iżda li ma taqbiżx l-2 610 kg, il-manifattur għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 5 tal-Anness VIII.”;

(e)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Sabiex jingħata approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ sistema ta’ magni jew ta’ familja ta’ magni bħala unità teknika separata, jew approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura b’rabta mal-emissjonijiet għall-finijiet li jikseb approvazzjoni tat-tip universali għal firxa ta’ fjuwils, approvazzjoni tat-tip ristretta għal firxa ta’ fjuwils jew approvazzjoni tat-tip għal fjuwil speċifiku, il-manifattur għandu jiżgura li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness I.”;

(4)

l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej:

Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ sistema ta’ magni jew ta’ familja ta’ magni bħala unità teknika separata b’rabta mal-emissjonijie t”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Flimkien mal-applikazzjoni, il-manifattur jenħtieġ li jipprovdi pakkett ta’ dokumentazzjoni li jispjega bis-sħiħ kwalunkwe element ta’ disinn li jaffettwa l-emissjonijiet, l-istrateġija ta’ kontroll tal-emissjonijiet tas-sistema tal-magna, il-mezz li bih is-sistema tal-magna tikkontrolla l-varjabbli tal-output li għandhom rilevanza fuq l-emissjonijiet, kemm jekk dak il-kontroll ikun dirett kif ukoll indirett, il-miżuri kontra t-tbagħbis u jispjega bis-sħiħ is-sistema ta’ twissija jew ta’ inċitament meħtieġa mit-Taqsimiet 4 u 5 tal-anness XIII. Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni għandu jiġi identifikat u datat mill-awtorità tal-approvazzjoni u għandu jinżamm minn dik l-awtorità għal minn tal-inqas 10 snin wara li tingħata l-approvazzjoni.

Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni għandu jikkonsisti minn dawn il-partijiet:

l-informazzjoni stabbilita fit-Taqsima 8 tal-Anness I,

il-pakkett ta’ dokumentazzjoni tal-AES, kif deskritt fl-Appendiċi 11 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament sabiex l-awtoritajiet tal-approvazzjoni jkunu jistgħu jivvalutaw l-użu xieraq tal-AES.

Fuq it-talba tal-manifattur, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha twettaq valutazzjoni preliminari tal-AES għal tipi ġodda ta’ vetturi. F’dak il-każ, il-manifattur għandu jipprovdi l-abbozz tal-pakkett ta’ dokumentazzjoni tal-AES lill-awtorità tal-approvazzjoni bejn xahrejn u 12-il xahar qabel il-bidu tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip.

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħmel valutazzjoni preliminari abbażi tal-abbozz tal-pakkett ta’ dokumentazzjoni tal-AES ipprovdut mill-manifattur. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħmel il-valutazzjoni preliminari f’konformità mal-metodoloġija deskritta fl-Appendiċi 2 tal-Anness VI. L-awtorità tal-approvazzjoni tista’ tiddevja minn dik il-metodoloġija f’każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati.

Il-valutazzjoni preliminari tal-AES għal tipi ġodda ta’ vetturi għandha tibqa’ valida għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip għal perjodu ta’ 18-il xahar. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż bi 12-il xahar oħra jekk il-manifattur jipprovdi prova lill-awtorità tal-approvazzjoni li l-ebda teknoloġija ġdida ma saret disponibbli fis-suq li tista’ tibdel il-valutazzjoni preliminari tal-AES.

Kull sena, il-Forum għall-Iskambju ta’ Informazzjoni dwar l-Infurzar għandu jħejji lista ta’ AES li tqiesu li mhumiex aċċettabbli mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni, u l-Kummissjoni għandha tagħmilha disponibbli għall-pubbliku.”

(c)

fil-paragrafu 4, il-punti (d) u (g) jitħassru;

(5)

l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej:

Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ sistema ta’ magni jew ta’ familja ta’ magni bħala unità teknika separata b’rabta mal-emissjonijie t”;

(b)

fil-paragrafu 1, l-ewwel u t-tieni subparagrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti rilevanti kollha, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ sistema ta’ magni jew ta’ familja ta’ magni bħala unità teknika separata u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip f’konformità mas-sistema ta’ numerazzjoni stabbilita fl-att ta’ implimentazzjoni applikabbli, adottat skont l-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3).

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-att ta’ implimentazzjoni, it-Taqsima 3 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip għandha titfassal f’konformità mal-Appendiċi 9 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(*3)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1)”;"

(c)

fil-paragrafu 1a, il-punt (b) jitħassar;

(6)

l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej:

Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura b’sistema ta’ magni approvata b’rabta mal-emissjonijie t”;

(b)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura b’sistema ta’ magna approvata b’rabta mal-emissjonijiet lill-awtorità tal-approvazzjoni.”;

(c)

fil-paragrafu 4, il-punti (c) u (d) jitħassru;

(7)

l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej:

Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura b’sistema ta’ magni approvata b’rabta mal-emissjonijie t”;

(b)

fil-paragrafu 1, l-ewwel u t-tieni subparagrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti rilevanti kollha, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura b’sistema ta’ magni approvata b’rabta mal-emissjonijiet u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip f’konformità mas-sistema ta’ numerazzjoni stabbilita fl-att ta’ implimentazzjoni applikabbli, adottat skont l-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) 2018/858.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-att ta’ implimentazzjoni, it-Taqsima 3 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip għandha titfassal f’konformità mal-Appendiċi 9 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.”;

(c)

il-paragrafu 1a huwa emendat kif ġej:

(i)

il-kliem introduttiv huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Bħala alternattiva għall-proċedura prevista fil-paragrafu 1, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura b’sistema ta’ magni approvata b’rabta mal-emissjonijiet jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:”;

(ii)

il-punt (b) jitħassar;

(8)

l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej:

Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura b’rabta mal-emissjonijie t”;

(b)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura b’rabta mal-emissjonijiet lill-awtorità tal-approvazzjoni.”;

(9)

l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej:

“Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura b’rabta mal-emissjonijiet”;

(b)

fil-paragrafu 1, l-ewwel u t-tieni subparagrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti rilevanti kollha, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura b’rabta mal-emissjonijiet u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip f’konformità mas-sistema ta’ numerazzjoni stabbilita fl-att ta’ implimentazzjoni applikabbli, adottat skont l-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) 2018/858.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-att ta’ implimentazzjoni, it-Taqsima 3 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip għandha titfassal f’konformità mal-Appendiċi 9 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.”;

(c)

il-paragrafu 1a huwa emendat kif ġej:

(i)

il-kliem introduttiv huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Bħala alternattiva għall-proċedura prevista fil-paragrafu 1, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura b’rabta mal-emissjonijiet jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:”;

(ii)

il-punt (b) jitħassar;

(10)

fl-Artikolu 16, il-paragrafu 3 jitħassar;

(11)

fl-Artikolu 17a, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“3.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2021, minħabba raġunijiet marbuta mal-emissjonijiet, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ vetturi jew ta’ magni li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1939 (*4).

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, it-tipi ġodda ta’ magni ta’ tqabbid bl-ispark plaggs, il-magni tat-tip 1 A li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwils u l-magni tat-tip 1B li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwils (fil-modalità ta’ żewġ tipi ta’ fjuwils), u l-vetturi mgħammra b’tali magni, għandhom jikkonformaw mal-fattur ta’ konformità massimu permess għan-numru PM skont il-punt 6.3 tal-Anness II b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. Madankollu, mill-1 ta’ Jannar 2021, il-fattur ta’ konformità tat-tieqa operattiva tan-numru ta’ partikuli u l-fattur ta’ konformità tat-tieqa tal-massa ta’ CO2 għandhom jiġu ddikjarati fir-riżultati tat-test ta’ dimostrazzjoni tal-PEMS fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip għal finijiet ta’ monitoraġġ.

4.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2022, fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/1939, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità maħruġa fir-rigward ta’ dawk il-vetturi bħala li ma għadhomx validi iktar għall-finijiet tal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2018/858, u għal raġunijiet marbuta mal-emissjonijiet, għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, it-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta’ tali vetturi.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024, fil-każ ta’ vetturi ġodda mgħammra b’magni bi tqabbid bl-ispark plaggs, b’magni tat-tip 1 A li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwils u b’magni tat-tip 1B li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwils (fil-modalità ta’ żewġ tipi ta’ fjuwils) li ma jikkonformawx mal-fattur ta’ konformità massimu permess għan-numru PM skont il-punt 6.3 tal-Anness II u mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/1939, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità maħruġa fir-rigward ta’ dawk il-vetturi bħala li ma għadhomx validi iktar għall-finijiet tal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2018/858, u għal raġunijiet marbuta mal-emissjonijiet, għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, it-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta’ tali vetturi. Madankollu, mill-1 ta’ Jannar 2022, il-fattur ta’ konformità tat-tieqa operattiva tan-numru ta’ partikuli u l-fattur ta’ konformità tat-tieqa tal-massa ta’ CO2 għandhom jiġu ddikjarati fir-riżultati tat-test ta’ dimostrazzjoni tal-PEMS fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip għal finijiet ta’ monitoraġġ.

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2022 u għajr fil-każ ta’ magni ta’ sostituzzjoni għal vetturi fis-servizz, għal raġunijiet marbuta mal-emissjonijiet, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta’ magni ġodda li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/1939.

B’deroga mit-tielet subparagrafu, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024 u għajr fil-każ ta’ magni ta’ sostituzzjoni għal vetturi fis-servizz, għal raġunijiet marbuta mal-emissjonijiet, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta’ magni ġodda bi tqabbid bl-ispark plaggs, ta’ magni ġodda tat-tip 1 A li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwils u ta’ magni ġodda tat-tip 1B li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwils (fil-modalità ta’ żewġ tipi ta’ fjuwils) li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/1939.

(*4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1939 tas-7 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 fir-rigward tal-Istrateġiji Awżiljarji għall-Kontroll tal-Emissjonijiet (AES), l-aċċess għall-informazzjoni tal-OBD tal-vettura u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, il-kejl tal-emissjonijiet matul il-perjodi ta’ startjar b’magna kiesħa u l-użu ta’ sistemi portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet (PEMS) biex jitkejlu n-numri ta’ partikuli, fir-rigward ta’ vetturi heavy duty (ĠU L 303, 25.11.2019, p. 1).”;"

(12)

l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(13)

l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(14)

l-Anness VI huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

(15)

fl-Anness VIII, il-punt 5.1.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.1.2.

Il-paragrafu A.1.2.1 tal-Appendiċi 1 tal-Anness 12 tar-Regolament Nru 49 tal-NU/KEE għandu jinftiehem kif ġej:

‘A.1.2.1.

Sabiex jingħata estensjoni ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vettura fir-rigward tal-magna tagħha b’approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u dan ir-Regolament għal vettura b’massa ta’ referenza li taqbeż l-2 380 kg iżda li ma taqbiżx l-2 610 kg, il-manifattur għandu jissodisfa r-rekwiżiti marbuta mal-kejl tal-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil stabbiliti bil-proċeduri tal-ittestjar tal-emissjonijiet stabbiliti fis-subanness 6 tal-Anness XXI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 bil-korrezzjonijiet ta’ RCB u tat-traċċa tal-veloċità biss. L-emissjonijiet ta’ CO2 għandhom jiġu ddeterminati skont it-tabella A6/2 bla ma jitqiesu r-riżultati tat-test ta’ riferiment tal-emissjonijiet, fejn il-vettura ma għandha tapplika ebda AES waqt l-ittestjar u titqies bħala VH. Ir-rapporti tat-test speċifikati fl-Anness I, Appendiċi 8a, il-parti I, sal-punt 2.1. inkluż, u fl-Anness I, l-Appendiċi 8b, tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151, għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u jinkludu r-riżultati tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu.

Il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip b’dikjarazzjoni ffirmata li l-varjanti u l-verżjonijiet kollha li għalihom qed tintalab din l-estensjoni huma f’konformità mar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u li t-test tat-tip 1 twettaq f’konformità mal-paragrafu preċedenti.

L-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE eżistenti għal vettura b’massa ta’ referenza li taqbeż l-2 380 kg iżda li ma taqbiżx l-2 610 kg, fir-rigward tal-magna tagħha b’approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009, jistgħu jiġu estiżi sa mhux aktar tard mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Għal magni apposta bi tqabbid bil-kompressjoni li jaħdmu bl-etanol (ED95), għandu jintuża proporzjon fiss ta’ karbonju-idroġenu-ossiġenu għall-finijiet tal-kalkolu tal-valuri tal-konsum tal-fjuwil, li għandu jkun C1H2,92O0,46’”;

(16)

fl-Anness X, il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 2.4.1.3.:

“2.4.1.4.

L-istandard OBD EUR 6-2 fit-Tabella 1 tal-Appendiċi 6 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 għandu jitqies ekwivalenti għall-ittra E tat-Tabella 1 tal-Appendiċi 9 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.”;

(17)

fl-Anness XI, fl-Appendiċi 1, fil-mudell tad-dokument ta’ informazzjoni, jitħassru l-punti 2 sa 2.3;

(18)

fl-Anness XIII, it-tieni paragrafu tal-punt 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dan l-Appendiċi japplika meta l-manifattur tal-vettura jitlob għal approvazzjoni tat-tip ta’ vettura b’magna approvata b’rabta mal-emissjonijiet f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u ma’ dan ir-Regolament.”;

(19)

l-Anness XVII jitħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

L-Artikolu 1(15) għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy duty (Euro VI) u li jemenda l-Annessi I u III tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt 3.1, il-kliem introduttiv huwa sostitwit b’dan li ġej:

Fil-każ ta’ magna b’approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata jew fil-każ ta’ vettura b’approvazzjoni tat-tip b’rabta mal-emissjonijiet, il-magna għandu jkollha fuqha:”;

(2)

il-punt 3.4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.4.

Fil-każ ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura b’magna approvata b’rabta mal-emissjonijiet jew għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura b’rabta mal-emissjonijiet, it-tikketta speċifikata fit-Taqsima 3.3 għandha titpoġġa wkoll qrib l-apertura għall-mili tal-fjuwil.”;

(3)

it-Taqsima 8 hija sostitwita b’dan li ġej:

“8.

DOKUMENTAZZJONI

8.1.

Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni meħtieġ skont l-Artikoli 5, 7 u 9 li jippermettu lill-awtorità tal-approvazzjoni tevalwa l-istrateġiji għall-kontroll tal-emissjonijiet u s-sistemi abbord il-vettura u l-magna biex tiżgura l-applikazzjoni korretta tal-miżuri ta’ kontroll tal-NOx, kif ukoll il-pakketti ta’ dokumentazzjoni meħtieġa skont l-Anness VI (emissjonijiet off-cycle), l-Anness X (OBD) u l-Anness XVIII (magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwils) għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni sħiħa tas-sistema ta’ inċitament meħtieġa mill-Anness XIII, inkluż l-istrateġiji ta’ monitoraġġ assoċjati;

(b)

id-deskrizzjoni tal-miżuri kontra t-tbagħbis imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5(4) u fil-punt (a) tal-Artikolu 7(4).

(4)

l-Appendiċi 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

 

“rigward:

 

l-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ magna jew ta’ familja ta’ magni bħala unità teknika separata,

 

l-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura b’magna approvata b’rabta mal-emissjonijiet,

 

l-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura b’rabta mal-emissjonijiet.”;

(b)

taħt l-intestatura “Noti ta’ spjegazzjoni (dwar kif għandha timtela t-tabella)”, ir-raba’, il-ħames u s-sitt paragrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Fil-każ ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ magna jew ta’ familja ta’ magni bħala unità teknika separata, għandhom jimtlew il-parti ġenerali u l-Parti 1.

Fil-każ ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura b’magna approvata b’rabta mal-emissjonijiet, għandhom jimtlew il-parti ġenerali u l-Parti 2.

Fil-każ ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura b’rabta mal-emissjonijiet, għandhom jimtlew il-parti ġenerali u l-Partijiet 1 u 2.”;

(c)

fil-“parti ġenerali” tat-tabella, il-ħames ringiela hija sostitwita b’dan li ġej:

“0.2.0.3.

Tip ta’ magna bħala unità teknika separata/familja ta’ magni bħala unità teknika separata/vettura b’magna approvata b’rabta mal-emissjonijiet/vettura b’rabta mal-emissjonijiet(1)”

 

(d)

taħt il-“parti ġenerali” tat-tabella, il-kliem “Parti 3: AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IT-TISWIJA U L-MANUTENZJONI TAL-VETTURI” jitħassar;

(e)

il-Parti 3 tat-tabella titħassar;

(5)

fl-Appendiċi 5, fit-Tabella 6a (it-test ta’ dimostrazzjoni tal-PEMS) taħt il-punt 1.4.4 tal-Addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, ir-ringieli li jikkonċernaw “Riżultati jekk il-vettura/il-magna għaddietx jew le” għall-“Fattur ta’ konformità waqt it-tieqa tax-xogħol” u għall-“Fattur ta’ konformità tat-tieqa tal-massa CO2” huma sostitwiti b’dan li ġej:

Riżultati jekk il-vettura/il-magna għaddietx jew le(7)

CO

THC

NMHC

CH4

NOx

Numru PM

“Fattur ta’ konformità tat-tieqa operattiva (11)

 

 

 

 

 

 

Fattur ta’ konformità tat-tieqa tal-massa ta’ CO2(11)”

 

 

 

 

 

 

(6)

fl-Appendiċi 7, fit-Tabella 6a (it-test ta’ dimostrazzjoni tal-PEMS) taħt il-punt 1.4.4 tal-Addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, ir-ringieli li jikkonċernaw “Riżultati jekk il-vettura/il-magna għaddietx jew le” għall-“Fattur ta’ konformità waqt it-tieqa tax-xogħol” u għall-“Fattur ta’ konformità tat-tieqa tal-massa CO2” huma sostitwiti b’dan li ġej:

Riżultati jekk il-vettura/il-magna għaddietx jew le(7)

CO

THC

NMHC

CH4

NOx

Numru PM

“Fattur ta’ konformità tat-tieqa operattiva (11)

 

 

 

 

 

 

Fattur ta’ konformità tat-tieqa tal-massa ta’ CO2(11)”

 

 

 

 

 

 

(7)

fl-Appendiċi 9, it-Tabella 1 u d-Didaskalija li takkumpanjaha huma sostitwiti b’dan li ġej:

Tabella 1

Ittra

NO (1) OTL1

PM OTL (2)

CO OTL (3)

IUPR (4)

Kwalità tar-reaġent

Monitors addizzjonali tal-OBD (5)

Rekwiżiti tal-livell limitu tal-potenza (6)

Startjar b’magna kiesħa u numru PM

Dati tal-implimentazzjoni: tipi ġodda

Dati tal-implimentazzjoni: il-vetturi kollha

L-aħħar data tar-reġistrazzjoni

A (7)  (8)

B (8)

Ir-ringiela “Perjodu tad-dħul gradwali” tat-Tabella 1 jew tat-Tabella 2

Monitoraġġ tar-Rendiment (9)

Mhux Applikabbli

Dħul gradwali (10)

Dħul gradwali (11)

Mhux Applikabbli

20 %

Mhux Applikabbli

31.12.2012

31.12.2013

31.8.2015 (7)

30.12.2016 (8)

B (12)

Ir-ringiela “Perjodu tad-dħul gradwali” tat-Tabelli 1 u 2

 (Mhux applikabbli)

Ir-ringiela “Perjodu tad-dħul gradwali” tat-Tabella 2

 (Mhux applikabbli)

Dħul gradwali (11)

 (Mhux applikabbli)

20 %

 (Mhux applikabbli)

1.9.2014

1.9.2015

30.12.2016

C

Ir-ringiela “Rekwiżiti ġenerali” tat-Tabella 1 jew tat-Tabella 2

Ir-ringiela “Rekwiżiti ġenerali” tat-Tabella 1

Ir-ringiela “Rekwiżiti ġenerali” tat-Tabella 2

Ġenerali (13)

Ġenerali (14)

Iva

20 %

 (Mhux applikabbli)

31.12.2015

31.12.2016

31.8.2019

D

Ir-ringiela “Rekwiżiti ġenerali” tat-Tabella 1 jew tat-Tabella 2

Ir-ringiela “Rekwiżiti ġenerali” tat-Tabella 1

Ir-ringiela “Rekwiżiti ġenerali” tat-Tabella 2

Ġenerali (13)

Ġenerali (14)

Iva

10 %

 (Mhux applikabbli)

1.9.2018

1.9.2019

31.12.2021

E

Ir-ringiela “Rekwiżiti ġenerali” tat-Tabella 1 jew tat-Tabella 2

Ir-ringiela “Rekwiżiti ġenerali” tat-Tabella 1

Ir-ringiela “Rekwiżiti ġenerali” tat-Tabella 2

Ġenerali (13)

Ġenerali (14)

Iva

10 %

Iva

1.1.2021 (15)

1.1.2022 (15)

 

(8)

fl-Appendiċi 10, tiddaħħal in-nota ta’ spjegazzjoni li ġejja:

“(11)

Is-CFfinali jeħtieġ li jiġi ddikjarat, jekk applikabbli.”;

(9)

jiżdied l-Appendiċi li ġej:

“Appendiċi 11

Il-Pakkett ta’ Dokumentazzjoni tal-AES

Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni tal-AES għandu jinkludi dan li ġej:

Informazzjoni dwar l-AES kollha:

(a)

dikjarazzjoni mill-manifattur li s-sistema tal-magna jew it-tip ta’ familja ta’ magni b’approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata, jew il-vettura b’sistema tal-magna b’approvazzjoni tat-tip b’rabta mal-emissjonijiet, jew vettura b’approvazzjoni tat-tip b’rabta mal-emissjonijiet, ma fiha ebda strateġija ta’ tbagħbis;

(b)

deskrizzjoni tal-magna u tal-istrateġiji għall-kontroll tal-emissjonijiet u tal-apparati li ntużaw, kemm jekk softwer kif ukoll jekk ħardwer, u kwalunkwe kundizzjoni(jiet) li biha/bihom l-istrateġiji u l-apparati ma jaħdmux bħalma jaħdmu matul l-ittestjar għall-Approvazzjoni tat-Tip;

(c)

dikjarazzjoni tal-verżjonijiet tas-softwer li ntużaw biex jiġu kkontrollati l-AES/il-BES, inkluż iċ-checksums xierqa ta’ dawn il-verżjonijiet tas-softwer u l-istruzzjonijiet lill-awtorità dwar kif għandhom jinqraw iċ-checksums; id-dikjarazzjoni għandha tiġi aġġornata u għandha tintbagħat lill-awtorità tal-approvazzjoni li jkollha dan il-pakkett ta’ dokumentazzjoni kull meta jkun hemm verżjoni ġdida tas-softwer li jkollha impatt fuq l-AES/il-BES;

(d)

raġunament tekniku dettaljat ta’ kwalunkwe AES, inkluż valutazzjoni tar-riskju li tagħti stima tar-riskju bl-AES u mingħajrha, u inkluż dan li ġej:

(i)

l-informazzjoni dwar l-element(i) tal-ħardwer li jeħtieġ li jiġu protetti mill-AES, jekk applikabbli;

(ii)

prova ta’ ħsara f’daqqa u irreparabbli fil-magna li ma tistax tiġi evitata permezz ta’ manutenzjoni regolari u li sseħħ fin-nuqqas tal-AES, fejn applikabbli;

(iii)

spjegazzjoni motivata għalfejn jeħtieġ li tintuża AES malli l-magna tiġi startjata jew imsaħħna, fejn applikabbli;

(e)

deskrizzjoni tal-loġika tal-kontroll tas-sistema tal-fjuwil, tal-istrateġiji tat-timing u l-punti ta’ swiċċjar fil-modalitajiet kollha ta’ tħaddim;

(f)

deskrizzjoni tar-relazzjonijiet ġerarkiċi fost l-AES (jiġifieri, meta iktar minn AES waħda jaf ikunu attivi fl-istess ħin, indikazzjoni ta’ liema AES hija dik ewlenija biex tirreaġixxi l-ewwel, il-metodu li bih jinteraġixxu l-istrateġiji, inkluż id-dijagrammi tal-fluss tad-data, il-loġika tad-deċiżjonijiet u kif il-ġerarkija taċċerta li l-emissjonijiet mill-AES kollha jiġu kkontrollati sal-inqas livell prattiku;

(g)

lista ta’ parametri li jitkejlu u/jew li jiġu kkalkulati mill-AES, flimkien mal-iskop ta’ kull parametru mkejjel u/jew ikkalkulat u kif kull wieħed minn dawk il-parametri huwa relatat mal-ħsara tal-magna; inkluż il-metodu ta’ kalkolu u kemm dawn il-parametri kkalkulati jikkorrelataw mal-istat reali tal-parametru li jkun qed jiġi kkontrollat u kwalunkwe tolleranza jew fattur ta’ sikurezza li jirriżultaw u li huma inkorporati fl-analiżi;

(h)

lista ta’ parametri tal-magna/tal-kontroll tal-emissjonijiet li huma modulati bħala funzjoni tal-parametri li jitkejlu jew li jiġu kkalkulati u l-firxa ta’ modulazzjoni għal kull parametru tal-magna/tal-kontroll tal-emissjonijiet; flimkien mar-relazzjoni bejn il-parametri tal-magna/tal-kontroll tal-emissjonijiet u l-parametri li jitkejlu jew li jiġu kkalkulati;

(i)

evalwazzjoni dwar kif l-AES se tikkontrolla l-emissjonijiet waqt is-sewqan reali sal-inqas livell prattiku, inkluż analiżi dettaljata taż-żieda mistennija tat-total ta’ sustanza niġġiesa rregolati u ta’ emissjonijiet ta’ CO2 bl-użu tal-AES, meta mqabbla mal-BES;

Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni tal-AES għandu jkun limitat għal 100 paġna u għandu jinkludi l-elementi prinċipali kollha li permezz tagħhom l-awtorità tal-approvazzjoni tkun tista’ tivvaluta l-AES (skont ir-rekwiżiti tal-Appendiċi 2 tal-Anness VI), l-effettività tas-sistema ta’ inċitament u l-miżuri kontra t-tbagħbis. Il-pakkett jista’ jkun ikkomplementat b’annessi u b’dokumenti mehmuża oħra, li jkun fihom elementi addizzjonali u komplementari, jekk ikunu meħtieġa. Il-manifattur għandu jibgħat verżjoni ġdida tal-pakkett ta’ dokumentazzjoni tal-AES lill-awtorità tal-approvazzjoni kull darba li jiddaħħlu xi bidliet fl-AES. Il-verżjoni ġdida għandha tkun limitata għall-bidliet u għall-effett tagħhom. Il-verżjoni ġdida tal-AES għandha tiġi evalwata u approvata mill-awtorità tal-approvazzjoni.

Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni tal-AES għandu jkun strutturat kif ġej:

Pakkett ta’ Dokumentazzjoni tal-AES Nru YYY/OEM

Partijiet

Paragrafu

Punt

Spjegazzjoni

Introduzzjoni dokumenti

 

Ittra ta’ introduzzjoni lit-TAA

Referenza tad-dokument bil-verżjoni, id-data tal-ħruġ tad-dokument, il-firma mill-persuna rilevanti fl-organizzazzjoni tal-manifattur

 

Tabella tal-verżjonijiet

Il-kontenut tal-modifiki ta’ kull verżjoni: u liema parti hija mmodifikata

 

Deskrizzjoni tat-tipi (ta’ emissjonijiet) ikkonċernati

 

 

Tabella tad-dokumenti mehmuża

Lista tad-dokumenti mehmuża kollha

 

Kontroreferenzi

Link għall-paragrafi (a) sa (i) tal-Appendiċi 11 (fejn tista’ ssib kull rekwiżit tar-Regolament)

 

Nuqqas ta’ dikjarazzjoni tal-apparat tat-tbagħbis

+ Firma

Dokument ewlieni

0

Akronimi/abbrevjazzjonijiet

 

1

DESKRIZZJONI ĠENERALI

 

1.1

Preżentazzjoni ġenerali tal-magna

Deskrizzjoni tal-karatteristiki prinċipali: iċ-ċilindrata, wara t-trattament,...

1.2

Arkitettura tas-sistema ġenerali

Dijagramma tal-blokka tas-sistema: lista tas-sensuri u tal-attwaturi, spjegazzjoni tal-funzjonijiet ġenerali tal-magna

1.3

Qari tal-verżjoni tas-softwer u tal-ikkalibrar

Eż. spjegazzjoni tal-għodda tal-iskennjar

2

Strateġiji tal-Emissjonijiet Bażi

 

2.x

BES x

Deskrizzjoni tal-istrateġija x

2.y

BES y

Deskrizzjoni tal-istrateġija y

3

Strateġiji Awżiljarji għall-Kontroll tal-Emissjonijiet

 

3.0

Preżentazzjoni tal-AESs

Relazzjonijiet ġerarkiċi fost l-AES: deskrizzjoni u ġustifikazzjoni (eż. sikurezza, affidabbiltà, eċċ.)

3.x

AES x

3.x.1 Ġustifikazzjoni tal-AES

3.x.2 Il-parametri mkejla u/jew immudellati għal karatterizzazzjoni tal-AES

3.x.3 Il-modalità ta’ azzjoni tal-AES – Il-parametri li ntużaw

3.x.4 L-effett tal-AES fuq is-sustanza niġġiesa u s-CO2

3.y

AES y

3.y.1

3.y.2

eċċ.

4.

Deskrizzjoni tas-sistema ta’ inċitament, inkluż l-istrateġiji ta’ monitoraġġ assoċjati

 

5.

Deskrizzjoni tal-miżuri kontra t-tbagħbis

 

Il-limitu ta’ 100 paġna jintemm hawnhekk

Anness

 

Lista tat-tipi koperti b’din il-BES-AES: inkluż ir-referenza tal-Approvazzjoni tat-Tip, ir-referenza tas-softwer, in-numru tal-ikkalibrar, iċ-checksums ta’ kull verżjoni u ta’ kull unità tal-kontroll elettroniku (il-magna u/jew il-posttrattament, jekk ikun hemm)

Dokumenti mehmuża

 

Nota teknika għall-ġustifikazzjoni tal-AES nru xxx

Valutazzjoni tar-riskju jew ġustifikazzjoni permezz ta’ ttestjar jew eżempju ta’ ħsara f’daqqa, jekk ikun hemm

 

Nota teknika għall-ġustifikazzjoni tal-AES nru yyy

 

 

Rapport tat-test għall-kwantifikazzjoni speċifika tal-impatt tal-AES

Rapport tat-test tat-testijiet speċifiċi kollha mwettqa għall-ġustifikazzjoni tal-AES, id-dettalji tal-kundizzjonijiet tat-test, deskrizzjoni tal-vettura/id-data tat-testijietl-impatt tal-emissjonijiet/tas-CO2 b’attivazzjoni/mingħajr attivazzjoni tal-AES;


(1)  Ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ tal-“NOx OTL” kif stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness X għall-magni u għall-vetturi bi tqabbid bil-kompressjoni u li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwils u fit-Tabella 2 tal-Anness X għall-magni u għall-vetturi bi tqabbid bl-ispark plaggs.

(2)  Ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ tal-“PM OTL” kif stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness X għall-magni u għall-vetturi bi tqabbid bil-kompressjoni u li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwils.

(3)  Ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ “CO OTL” kif stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness X għall-magni u għall-vetturi bi tqabbid bl-ispark plaggs.

(4)  L-ispeċifikazzjonijiet tal-IUPR huma stabbiliti fl-Anness X. Il-magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u l-vetturi mgħammra b’tali magni mhumiex soġġetti għall-IUPR.

(5)  Id-dispożizzjonijiet addizzjonali dwar ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ kif stabbiliti fil-paragrafu 2.3.1.2 tal-Anness 9 A tar-Regolament Nru 49 tal-NU/KEE.

(6)  Ir-rekwiżit tal-ISC stabbilit fl-Appendiċi 1 tal-Anness II.

(7)  Għall-magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u għall-vetturi mgħammra b’tali magni.

(8)  Għall-magni bi tqabbid bil-kompressjoni u li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwils u għall-vetturi mgħammra b’tali magni.

(9)  Ir-rekwiżiti tal-“Monitoraġġ tar-rendiment” kif stabbiliti fil-punt 2.1.1 tal-Anness X.

(10)  Ir-rekwiżiti IUPR tad-“Dħul gradwali” kif stabbiliti fit-Taqsima 6 tal-Anness X.

(11)  Ir-rekwiżiti tad-“dħul gradwali” tal-kwalità tar-reaġent kif stabbiliti fil-punt 7.1 tal-Anness XIII.

(12)  Applikabbli biss għall-magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u għall-vetturi mgħammra b’tali magni.

(13)  Ir-rekwiżiti IUPR “Ġenerali” kif stabbiliti fit-Taqsima 6 tal-Anness X.

(14)  Ir-rekwiżiti “ġenerali” tal-kwalità tar-reaġent kif stabbiliti fil-punt 7.1.1 tal-Anness XIII.

(15)  Soġġett għall-miżuri tranżizzjonali stipulati fl-Artikolu 17a.

(Mhux applikabbli)  Mhux applikabbli.”


ANNESS II

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt 4.1, bejn it-tieni u t-tielet paragrafu jiddaħħal dan li ġej:

“F’każ li l-piż massimu legalment permissibbli tal-vettura jkun inqas mill-massa mgħobbija teknikament permissibbli tal-vettura, huwa permess li l-piż massimu legalment permissibbli tal-vettura jintuża biex tiġi ddeterminata t-tagħbija utli tal-vettura għall-prova tat-test.”;

(2)

il-punt 4.6.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.6.2.

Il-kampjunar tal-emissjonijiet u ta’ data oħra għandu jibda qabel ma tiġi startjata l-magna. L-emissjonijiet tal-istartjar b’magna kiesħa għandhom jiġu inklużi fl-evalwazzjoni tal-emissjonijiet, f’konformità mal-punt 2.6.1 tal-Appendiċi 1.”;

(3)

il-punt 6.3, inkluż it-Tabella 2, huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.3.

Il-fattur ta’ konformità finali għat-test (CFfinali) għal kull sustanza niġġiesa kkalkolat f’konformità mal-Appendiċi 1 ma għandux jaqbeż il-fattur ta’ konformità massimu permess għal dik is-sustanza niġġiesa stabbilit fit-Tabella 2.

Tabella 2

Fatturi ta’ konformità massimi permessi għall-ittestjar tal-konformità tal-emissjonijiet waqt is-servizz

Sustanza niġġiesa

Fattur ta’ konformità massimu permess

CO

1,50

THC (1)

1,50

NMHC (2)

1,50

CH4  (2)

1,50

NOx

1,50

Numru PM

1,63 (3)

(4)

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 10.1.8.5:

“10.1.8.5a

Konċentrazzjoni tan-numru PM [#/cm3]”;

(5)

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 10.1.9.5:

“10.1.9.5a

Fluss tan-numru PM [#/s]”;

(6)

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 10.1.9.10:

“10.1.9.10a

Numru PM [#]”;

(7)

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 10.1.9.19:

“10.1.9.19a

Fattur ta’ konformità tat-tieqa operattiva tan-numru PM [-]”;

(8)

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 10.1.9.24:

“10.1.9.24a

Fattur ta’ konformità tat-tieqa tal-massa ta’ CO2 tan-numru PM [-]”;

(9)

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 10.1.10.12:

“10.1.10.12a.

Numru PM [#]. ”;

(10)

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 10.1.11.5:

“10.1.11.5a.

Fattur ta’ konformità tat-tieqa operattiva tan-numru PM [-].”;

(11)

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 10.1.11.9.:

“10.1.11.9a

Fattur ta’ konformità tat-tieqa tal-massa ta’ CO2 tan-numru PM [-].”;

(12)

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 10.1.12.4:

“10.1.12.4a

Analizzatur żero tan-numru PM, qabel u wara t-test.”;

(13)

l-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 1, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha jiġu ddeterminati l-emissjonijiet niġġiesa mill-kejliet imwettaq fuq il-vettura waqt li qiegħda fit-triq bl-użu ta’ Sistemi Portabbli għall-Kejl tal-Emissjonijiet (minn hawn ’il quddiem “PEMS”). L-emissjonijiet niġġiesa li jridu jitkejlu mill-egżost tal-magna jinkludu l-komponenti li ġejjin: il-monossidu tal-karbonju, it-total tal-idrokarburi, l-ossidi tan-nitroġenu u n-numru PM għall-magni bi tqabbid bil-kompressjoni, u l-monossidu tal-karbonju, l-idrokarburi mhux bil-metan, il-metan, l-ossidi tan-nitroġenu u n-numru PM għall-magni bi tqabbid bl-ispark plaggs. Barra minn hekk, id-dijossidu tal-karbonju għandu jitkejjel biex ikunu jistgħu jsiru l-proċeduri ta’ kalkolu deskritti fit-Taqsima 4.”;

(b)

il-punt 2.1.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.1.1.

Analizzaturi tal-gassijiet u analizzaturi tan-numru PM għall-kejl tal-konċentrazzjonijiet ta’ sustanza niġġiesa rregolati fil-gass tal-egżost.”;

(c)

fil-punt 2.2, it-Tabella 1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 1

Parametri tat-test

Parametru

Unità

Sors

Konċentrazzjoni tat-THC (4)

ppm

Analizzatur tal-gass

Konċentrazzjoni tas-CO (4)

ppm

Analizzatur tal-gass

Konċentrazzjoni tal-NOx  (4)

ppm

Analizzatur tal-gass

Konċentrazzjoni tas-CO2  (4)

ppm

Analizzatur tal-gass

Konċentrazzjoni tas-CH4  (4)  (5)

ppm

Analizzatur tal-gass

Konċentrazzjoni tan-numru PM

#/cm3

Analizzatur tan-numru PM

Konfigurazzjoni tad-dilwizzjoni (jekk applikabbli)

-

Analizzatur tan-numru PM

Fluss tal-gass tal-egżost

kg/h

Miter għall-Kejl tal-Fluss tal-Egżost (minn hawn ’il quddiem “EFM”)

Temperatura tal-egżost

K

EFM

Temperatura ambjentali (6)

K

Sensur

Pressjoni ambjentali

kPa

Sensur

Torque tal-magna (6)

Nm

ECU jew Sensur

Spid tal-magna

rpm

ECU jew Sensur

Fluss tal-fjuwil tal-magna

g/s

ECU jew Sensur

Temperatura tal-fluwidu berried tal-magna

K

ECU jew Sensur

Temperatura tal-arja li tidħol fil-magna (5)

K

Sensur

Spid tal-vettura fuq l-art

km/h

ECU u GPS

Latitudni tal-vettura

grad

GPS

Lonġitudni tal-vettura

grad

GPS

(d)

fit-Taqsima 2.4, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“2.4.6.

Installazzjoni ta’ analizzatur tan-numru PM

L-installazzjoni u t-tħaddim tal-PEMS għandhom iseħħu mingħajr tnixxijiet u bl-inqas telf ta’ sħana. Sabiex tiġi evitata l-ġenerazzjoni ta’ partikuli, il-konnetturi għandhom ikunu termalment stabbli fit-temperaturi tal-gass tal-egżost mistennija matul it-test. Fejn jintużaw konnetturi tal-elastomeru biex iqabbdu l-iżbokk tal-egżost tal-vettura u t-tubu tal-konnessjoni, dawk il-konnetturi ma għandu jkollhom l-ebda kuntatt mal-gass tal-egżost sabiex jevitaw artefatti b’tagħbija għolja tal-magna.

2.4.7.

Kampjunar tal-emissjonijiet tan-numru PM

Il-kampjunar tal-emissjonijiet għandu jkun rappreżentattiv u għandu jitwettaq f’postijiet fejn l-egżost ikun imħallat sew u fejn l-influwenza tal-arja ambjentali ’l isfel mill-punt tal-kampjunar tkun minima. Fejn ikun applikabbli, għandu jsir kampjunar tal-emissjonijiet ’l isfel mill-miter għall-kejl tal-fluss tal-massa tal-egżost, filwaqt li tiġi rrispettata distanza ta’ mill-inqas 150 mm mill-element li jkejjel il-fluss. Is-sonda tal-kampjunar għandha titwaħħal mill-inqas tliet darbiet id-dijametru intern tal-pajp tal-egżost ’il fuq mill-punt li fih l-egżost joħroġ fl-ambjent. Għandu jsir kampjunar tal-egżost miċ-ċentru tal-fluss tal-egżost. Fejn jintużaw diversi sondi għall-kampjunar tal-emissjonijiet, is-sonda tal-kampjunar tal-partikuli għandha titqiegħed ’il fuq minn sondi tal-kampjunar oħra. Is-sonda tal-kampjunar tal-partikuli ma għandhiex tinterferixxi mal-kampjunar tas-sustanzi niġġiesa gassużi. It-tip u l-ispeċifikazzjonijiet tas-sonda u l-muntatura tagħha għandhom jiġu ddokumentati fid-dettall, jew fir-rapport tat-test tas-Servizz Tekniku (fil-każ ta’ ttestjar fl-approvazzjoni tat-tip) jew fid-dokumentazzjoni tal-manifattur tal-vettura stess (fil-każ tal-ittestjar tal-konformità waqt is-servizz).

Fejn isir kampjunar tal-partikuli u ma jiġux dilwiti fl-iżbokk tal-egżost, il-linja tal-kampjunar mill-punt tal-kampjun tal-egżost mhux trattat sal-punt ta’ dilwizzjoni jew sal-apparat tad-detezzjoni tal-partikuli għandha tissaħħan għal temperatura minima ta’ 373 K (100 °C).

Il-partijiet kollha tas-sistema ta’ kampjunar mill-pajp tal-egżost sal-apparat tad-detezzjoni tal-partikuli, li jiġu f’kuntatt mal-gass tal-egżost mhux ittrattat jew dilwit, għandhom ikunu ddisinjati b’mod li jimminimizzaw id-depożitu tal-partikuli. Il-partijiet kollha għandhom ikunu magħmulin minn materjal antistatiku biex jiġu evitati l-effetti elettrostatiċi.”;

(e)

fit-Taqsima 2.5, jiżdied il-punt li ġej:

“2.5.5.

Iċċekkjar tal-analizzatur tan-numru PM

Il-PEMS għandhom jiffunzjonaw mingħajr intoppi u twissijiet kritiċi. Il-livell żero tal-analizzatur tan-numru PM għandu jiġi rreġistrat permezz ta’ kampjunar tal-arja ambjentali ffiltrata b’effiċjenza għolja (HEPA) fil-bokka tal-linja tal-kampjunar fil-perjodu ta’ 12-il siegħa qabel ma jibda t-test. Is-sinjal għandu jiġi rreġistrat bi frekwenza kostanti medja ta’ mill-inqas 1,0 Hz fuq perjodu ta’ żewġ minuti. Il-konċentrazzjoni assoluta finali għandha tkun skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur, u barra minn hekk ma għandhiex taqbeż il-5 000 partikula għal kull ċentimetru kubu. ”;

(f)

il-punt 2.6.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.6.1.

Bidu tat-test

Għall-finijiet tal-proċedura tat-test, “bidu tat-test” għandha tfisser l-ewwel tqabbid tal-magna b’kombustjoni interna.

Il-kampjunar tal-emissjonijiet, il-kejl tal-parametri tal-egżost u r-reġistrazzjoni tad-data tal-magna u ambjentali għandhom jibdew qabel il-bidu tat-test. It-tisħin artifiċjali tas-sistemi tal-kontroll tal-emissjonijiet tal-vettura qabel il-bidu tat-test għandu jkun ipprojbit.

Fil-bidu tat-test, it-temperatura tal-fluwidu berried ma għandiex tkun ogħla mit-temperatura ambjentali b’aktar minn 5 °C, u ma għandhiex tkun aktar minn 303 K (30 °C). L-evalwazzjoni tad-data għandha tibda wara li l-fluwidu berried ikun laħaq temperatura ta’ 303 K (30 °C) għall-ewwel darba jew ladarba t-temperatura tal-fluwidu berried tkun stabbilizzat għal +/– 2 K tul perjodu ta’ ħames minuti, skont liema tiġi l-ewwel, iżda xorta waħda mhux iktar tard minn 10 minuti wara l-bidu tat-test.”;

(g)

il-punt 2.6.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.6.3.

Tmiem it-test

Tmiem it-test jintlaħaq meta l-vettura tkun lestiet it-traġitt u l-magna b’kombustjoni interna tintefa.

Il-magna b’kombustjoni interna għandha tintefa malajr kemm jista’ jkun malli jintemm it-traġitt. Id-data għandha tkompli tiġi rreġistrata sakemm il-ħin tar-rispons tas-sistemi tal-kampjunar ikun għadda.”;

(h)

fit-Taqsima 2.7, il-paragrafu (a) tal-punt 2.7.4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

jekk id-differenza bejn ir-riżultati ta’ qabel it-test u ta’ wara t-test tkun inqas minn ta’ 2 % kif speċifikat fil-punti 2.7.2 u 2.7.3, il-konċentrazzjonijiet imkejla jistgħu jintużaw bla korrezzjoni jew għandhom, fuq it-talba tal-manifattur, jiġu kkoreġuti għad-devjazzjoni skont il-punt 2.7.5.”;

(i)

fit-Taqsima 2.7, jiżdied il-punt li ġej:

“2.7.6

Iċċekkjar tal-analizzatur tan-numru PM

Il-livell żero tal-analizzatur tan-numru PM għandu jiġi ċċekkjat qabel il-bidu tat-test u wara tmiem it-test u għandu jiġi rreġistrat f’konformità mar-rekwiżiti tal-punt 2.5.5.”;

(j)

il-punti 3.1.1, 3.1.2 u 3.1.3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“3.1.1.

Data tal-analizzaturi

Id-data mill-analizzaturi tal-gassijiet għandha tiġi allinjata kif xieraq billi tintuża l-proċedura stipulata fil-paragrafu 9.3.5 tal-Anness 4 tar-Regolament Nru 49 tal-NU/KEE. Id-data mill-analizzatur tan-numru PM għandha tiġi allinjata mal-ħin tat-trasformazzjoni tiegħu stess, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-istrument.

3.1.2.

Data tal-Analizzaturi u tal-Miter tal-Fluss tal-Egżost (EFM)

Id-data mill-analizzaturi tal-gassijiet u mill-analizzaturi tan-numru PM għandha tiġi allinjata kif xieraq mad-data tal-EFM billi tintuża l-proċedura fil-punt 3.1.4.

3.1.3.

Data mill-PEMS u tal-magna

Id-data mill-PEMS (l-analizzaturi tal-gassijiet, l-analizzatur tan-numru PM u l-EFM) għandha tiġi allinjata kif xieraq mad-data tal-ECU tal-magna billi tintuża l-proċedura fil-punt 3.1.4.”;

(k)

fil-punt 3.1.4, “1: Analizzaturi tal-gassijiet (konċentrazzjonijiet THC, CO, CO2, NOx);” hija sostitwita b’dan li ġej:

“1.

:

Analizzaturi tal-gassijiet (konċentrazzjonijiet ta’ THC, ta’ CO, ta’ CO2 u ta’ NOx) u analizzatur tan-numru PM;”

(l)

fit-Taqsima 3, jiżdied il-punt li ġej:

“3.6.

Kalkolu tal-emissjonijiet istantanji tan-numru PM

L-emissjonijiet istantanji tan-numru PM (PNi) [#/s] għandhom jiġu ddeterminati billi tiġi mmultiplikata l-konċentrazzjoni istantanja tan-numru PM [#/cm3] bir-rata istantanja tal-fluss tal-massa tal-egżost [kg/s], it-tnejn li huma kkoreġuti u allinjati għall-ħin tat-trasformazzjoni, skont il-paragrafu 1.4.3 tal-Appendiċi 3. Il-valuri tal-emissjonijiet istantanji negattivi kollha għandhom jiddaħħlu f’evalwazzjonijiet sussegwenti tad-data bħala żero. Iċ-ċifri sinifikanti kollha tar-riżultati intermedji għandhom jiddaħħlu fil-kalkolu tal-emissjonijiet istantanji. Il-formula li ġejja għandha tapplika għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet istantanji tan-numru PM:

Image 1

fejn:

PNi

huwa n-numru PM tal-emissjonijiet istantanji [#/s]

cPNi

hija l-konċentrazzjoni mkejla tan-numru PM [#/m3] normalizzata għal temperatura ta’ 273 K (0 °C), inkluż dilwizzjoni interna u telf ta’ partikuli

qmewi

hija r-rata istantanja mkejla tal-fluss tal-massa tal-egżost [kg/s]

ρe

hija d-densità tal-gass tal-egżost [kg/m3] f’temperatura ta’ 273 K (0 °C).”;

(m)

il-punti 4.2.1 u 4.2.1.1 huma sostitwiti b’dan li ġej:

4.2.1.

Kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi

L-emissjonijiet speċifiċi e ([mg/kWh] jew [#/kWh]) għandhom jiġu kkalkulati għal kull tieqa u għal kull sustanza niġġiesa kif ġej:

Image 2

fejn:

m

hija l-emissjonijiet tal-massa tas-sustanza niġġiesa [mg/tieqa] jew in-numru PM [#/tieqa]

W(t2,i) – W(t1,i)

hija x-xogħol tal-magna waqt it-tieqa medja ta’ ith [kWh].

4.2.1.1.

Kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi għal fjuwil tas-suq iddikjarat

Jekk ikun twettaq test skont dan l-Anness bi fjuwil tas-suq iddikjarat fil-punt 3.2.2.2.1 tal-Parti 1 fl-Appendiċi 4 tal-Anness I, l-emissjonijiet speċifiċi e ([mg/kWh] jew [#/kWh]) għandhom jiġu kkalkulati għal kull tieqa u għal kull sustanza niġġiesa billi jiġu mmultiplikati l-emissjonijiet speċifiċi ddeterminati f’konformità mal-punt 4.2.1. bil-fattur ta’ korrezzjoni tal-potenza ddeterminat skont il-punt 1.1.2 (a1) tal-Anness I.”;

(n)

il-punt 4.2.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.2.3.

Kalkolu tal-fatturi ta’ konformità

Il-fatturi ta’ konformità għandhom jiġu kkalkulati għal kull tieqa valida individwali u għal kull sustanza niġġiesa individwali kif ġej:

Image 3

fejn:

e

hija l-emissjoni speċifika għall-brejk tas-sustanza niġġiesa gassuża [mg/kWh] jew [#/kWh];

L

huwa l-limitu applikabbli [mg/kWh] jew [#/kWh].”;

(o)

il-punt 4.3.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.3.2.

Kalkolu tal-fatturi ta’ konformità

Il-fatturi ta’ konformità għandhom jiġu kkalkulati għal kull tieqa valida individwali u għal kull sustanza niġġiesa individwali kif ġej:

Image 4

Fejn:

Image 5

fejn:

m

hija l-emissjonijiet tal-massa tas-sustanza niġġiesa gassuża [mg/tieqa], jew in-numru PM [#/tieqa];

mCO2(t2,i) – mCO2(t1,i)

hija l-massa ta’ CO2 waqt it-tieqa medja tal-ith [kg];

mCO2,ref

hija l-massa ta’ CO2 tal-magna ddeterminata għad-WHTC [kg];

mL

hija l-emissjonijiet tal-massa tas-sustanza niġġiesa gassuża jew in-numru PM li jikkorrispondi għal-limitu applikabbli fuq id-WHTC [mg] jew [#] rispettivament. ”;

(p)

fit-Taqsima 4, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“4.4.

Kalkolu tal-fattur ta’ konformità finali għat-test

4.4.1.

Il-fattur ta’ konformità finali għat-test (CFfinali) għal kull sustanza niġġiesa għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Image 6

fejn:

CFbierda

huwa l-fattur ta’ konformità tal-perjodu tat-tħaddim tat-test b’magna bierda, li għandu jkun ugwali għall-ogħla fattur ta’ konformità tat-twieqi medji mobbli li jibdew b’temperatura taħt it-343 K (70 °C) tal-fluwidu berried, iddeterminat għal dik is-sustanza niġġiesa f’konformità mal-proċeduri ta’ kalkolu speċifikati fil-punti 4.1, u 4.2 jew inkella 4.3, kif applikabbli;

CFsħuna

huwa l-fattur ta’ konformità tal-perjodu tat-tħaddim tat-test b’magna sħuna, li għandu jkun ugwali għad-90 perċentil kumulattiv tal-fatturi ta’ konformità ddeterminati għal dik is-sustanza niġġiesa f’konformità mal-proċeduri ta’ kalkolu speċifikati fil-punti 4.1, u 4.2 jew inkella 4.3, kif applikabbli, meta l-evalwazzjoni tad-data tinbeda wara li t-temperatura tal-fluwidu berried tilħaq it-343 K (70 °C) għall-ewwel darba.”;

(14)

l-Appendiċi 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

ĠENERALI

L-emissjonijiet gassużi u n-numru PM għandhom jitkejlu skont il-proċedura stabbilita fl-Appendiċi 1. Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-karatteristiki tat-tagħmir portabbli għall-kejl li għandu jintuża biex jitwettqu tali testijiet tal-kejl.”;

(b)

fit-Taqsima 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“2.5.

Analizzaturi tan-numru PM

2.5.1.

Ġenerali

2.5.1.1.

L-analizzatur tan-numru PM għandu jikkonsisti minn unità ta’ prekundizzjonament u minn apparat tad-detezzjoni tal-partikuli (ara l-Illustrazzjoni 1). L-apparat tad-detezzjoni tal-partikuli jista’ wkoll jipprekundizzjona l-aerosol. Is-sensittività tal-analizzatur għax-xokkijiet, għall-vibrazzjonijiet, għaż-żmien, għall-varjazzjonijiet fit-temperatura u fil-pressjoni tal-arja, għall-interferenzi elettromanjetiċi u għal affarijiet oħra li jistgħu jaffettwaw it-tħaddim tal-vettura jew tal-analizzatur għandha tinżamm kemm jista’ jkun minima u għandha tiġi ddikjarata b’mod ċar fid-dokumentazzjoni ta’ sostenn imfassla mill-manifattur tal-istrument. L-analizzatur tan-numru PM għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur tal-istrument.

Illustrazzjoni 1

Eżempju ta’ konfigurazzjoni ta’ analizzatur ta’ numru PM:

(il-linji bit-tikek jindikaw partijiet fakultattivi)

EFM: Miter għall-Kejl tal-Fluss tal-Massa tal-Egżost

d: dijametru intern

PND: Apparat tad-Detezzjoni tan-Numru PM

Image 7

2.5.1.2.

L-analizzatur tan-numru PM għandu jitqabbad mal-punt tal-kampjunar permezz ta’ sonda tal-kampjunar li tiġbed kampjun mil-linja tan-nofs tat-tubu tal-iżbokk tal-egżost. Jekk il-partikuli ma jiġux dilwiti fl-iżbokk tal-egżost, il-linja tal-kampjunar għandha tissaħħan għal temperatura minima ta’ 373 K (100 °C) sal-punt tal-ewwel dilwizzjoni tal-analizzatur tan-numru PM jew tal-apparat tad-detezzjoni tal-partikuli tal-analizzatur. Il-ħin ta’ permanenza tal-kampjun fil-linja tal-kampjunar tal-partikuli għandu jkun inqas minn tliet sekondi sal-punt tal-ewwel dilwizzjoni jew tal-apparat tad-detezzjoni tal-partikuli.

2.5.1.3.

Il-partijiet kollha f’kuntatt mal-kampjun tal-gass tal-egżost għandhom jinżammu dejjem f’temperatura li tevita l-kondensazzjoni ta’ kwalunkwe kompost fl-apparat. Dan jista’ jinkiseb, pereżempju, bit-tisħin sa temperatura ogħla u d-dilwizzjoni tal-kampjun jew l-ossidazzjoni tal-ispeċijiet (semi)volatili.

2.5.1.4.

L-analizzatur tan-numru PM għandu jinkludi sezzjoni msaħħna f’temperatura tas-superfiċe ta’ ≥ 573 K (300 °C). L-unità ta’ prekundizzjonament għandha tikkontrolla l-istadji msaħħna sa temperaturi operattivi nominali kostanti, b’tolleranza ta’ ±10 K u għandha tagħti indikazzjoni jekk il-partijiet imsaħħna għandhomx it-temperaturi operattivi korretti. Temperaturi iktar baxxi huma aċċettabbli diment li l-effiċjenza tat-tneħħija tal-partikuli volatili tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 2.5.4.

2.5.1.5.

Is-sensuri tal-pressjoni u tat-temperatura kif ukoll sensuri oħra għandhom jimmonitorjaw il-funzjonament tal-istrument waqt it-tħaddim tiegħu u għandhom jagħtu twissija jew iwasslu messaġġ f’każ ta’ xi ħsara.

2.5.1.6.

Il-ħin tad-dewmien ġewwa l-analizzatur tan-numru PM għandu jkun < 5 s. “Ħin tad-dewmien” tfisser id-differenza fil-ħin bejn bidla fil-konċentrazzjoni fil-punt ta’ referenza u rispons tas-sistema ta’ 10 % tal-qari finali.

2.5.1.7.

L-analizzatur tan-numru PM (u/jew tal-apparat tad-detezzjoni tal-partikuli) għandu jkollu ħin tat-tlugħ ta’ < 3,5 sekondi.

2.5.1.8.

Il-kejliet tal-konċentrazzjoni tal-partikuli għandhom jiġu rrapportati normalizzati għal 273 K (0 °C) u għal 101,3 kPa. Jekk jitqies li jkun meħtieġ li jintuża l-aħjar ġudizzju inġiniriku, il-pressjoni u/jew it-temperatura fil-bokka tal-apparat tad-detezzjoni għandhom jitkejlu u jiġu rrapportati għall-finijiet ta’ normalizzazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-partikuli.

2.5.1.9.

L-analizzaturi tan-numru PM li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ikkalibrar tar-Regolament Nru 83 jew 49 jew GTR 15 tal-NU/KEE għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ikkalibrar ta’ dan l-Anness.

2.5.2.

Rekwiżiti ta’ effiċjenza

2.5.2.1.

Is-sistema kompluta tal-analizzatur tan-numru PM u l-linja tal-kampjunar għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ effiċjenza tat-Tabella 1.

Tabella 1

ir-rekwiżiti ta’ effiċjenza tas-sistema tal-analizzatur tan-numru PM (u l-linja tal-kampjunar)

dp [nm]

sub-23

23

30

50

70

100

200

E(dp)

-- (*1)

0,2-0,6

0,3-1,2

0,6-1,3

0,7-1,3

0,7-1,3

0,5-2,0

2.5.2.2.

L-effiċjenza E(dp) hija l-proporzjon fil-qari tas-sistema tal-analizzatur tan-numru PM mal-konċentrazzjoni numerika ta’ referenza ta’ Apparat li Jgħodd il-Partikuli tal-Kondensazzjoni (CPC) (d50 = 10 nm jew inqas, iċċekkjat għal-linearità u kkalibrat b’elettrometru) jew ta’ Elettrometru li jkejjel b’mod parallel l-aerosol monodispers tad-dijametru tal-mobbiltà dp u normalizzat bl-istess kundizzjonijiet ta’ temperatura u ta’ pressjoni. Il-materjal għandu jkun bħal nugrufun u termalment stabbli (eż. grafit skarikat minn spark jew nugrufun tal-fjamma tad-diffużjoni bi trattament termali minn qabel). Jekk il-kurva tal-effiċjenza titkejjel b’aerosol differenti (eż. NaCl), il-korrelazzjoni mal-kurva simili għan-nugrufun għandha tingħata bħala ċart li tqabbel l-effiċjenzi miksuba permezz taż-żewġ aerosols tal-ittestjar. Id-differenzi fl-effiċjenzi tal-għadd għandhom jitqiesu billi jiġu aġġustati l-effiċjenzi mkejla abbażi taċ-ċart li tingħata bit-tqabbil sabiex jiġu pprovduti l-effiċjenzi tal-aerosol simili għan-nugrufun. Kwalunkwe korrezzjoni għall-partikuli ċċarġjati b’mod multiplu għandha tiġi applikata u ddokumentata, iżda ma għandhiex taqbeż l-10 %. L-effiċjenzi finali (eż. aġġustati għall-materjal differenti u għall-partikuli ċċarġjati b’mod multiplu) għandhom ikopru l-analizzatur tan-numru PM u l-linja tal-kampjunar. L-analizzatur tan-numru PM jista’ wkoll jiġi kkalibrat parti parti (jiġifieri l-unità ta’ prekundizzjonament b’mod separat mill-apparat tad-detezzjoni tal-partikuli) diment li l-analizzatur tan-numru PM u l-linja tal-kampjunar flimkien jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Tabella 1. Is-sinjal imkejjel mill-apparat tad-detezzjoni għandu jkun > 2 (darbtejn) mil-limitu tad-detezzjoni (hawnhekk definit bħala l-livell żero flimkien ma’ tliet devjazzjonijiet standard).

2.5.3.

Rekwiżiti ta’ linearità

2.5.3.1.

Ir-rekwiżiti ta’ linearità għandhom jiġu vverifikati kull meta tiġi osservata xi ħsara, kif meħtieġ mill-proċeduri tal-awditjar intern jew mill-manifattur tal-istrument, mill-inqas darba fil-perjodu ta’ 12-il xahar qabel isir it-test.

2.5.3.2.

L-analizzatur tan-numru PM, u l-linja tal-kampjunar, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ linearità stabbiliti fit-Tabella 2.

Tabella 2

Rekwiżiti ta’ linearità tal-analizzatur tan-numru PM (u tal-linja tal-kampjunar)

Parametru/strument tal-kejl

min× (a1 - 1)+ a0|

Inklinazzjoni a1

Żball standard SEE

Koeffiċjent ta’ determinazzjoni r2

Analizzatur tan-numru PM

massimu ta’ ≤ 5 %

0,85-1,15

massimu ta’ ≤ 10 %

≥ 0,950

2.5.3.3.

Is-sistema tal-analizzatur tan-numru PM u l-linja tal-kampjunar għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ linearità tat-Tabella 2 permezz ta’ partikuli monodispersi jew polidispersi simili għan-nugrufun. Id-daqs tal-partikuli (id-dijametru tal-mobbiltà jew id-dijametru medjan tal-għadd) għandu jkun ikbar minn 45 nm. L-istrument ta’ referenza għandu jkun Elettrometru jew Apparat li Jgħodd il-Partikuli tal-Kondensazzjoni (CPC) b’d50 = 10 nm jew inqas, ivverifikati għal-linearità. Alternattivament, l-istrument ta’ referenza jista’ jkun sistema ta’ numru ta’ partikuli li tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 49 tal-NU/KEE.

2.5.3.4.

Barra minn hekk, id-differenzi bejn l-analizzatur tan-numru PM u l-istrument ta’ referenza f’kull wieħed mill-punti li jiġu ċċekkjati (għajr il-punt żero) għandhom ikunu sa 15 % tal-valur medju tagħhom. Mill-inqas ħames punti mqassma b’mod ugwali (flimkien mal-punt żero) għandhom jiġu ċċekkjati. Il-konċentrazzjoni massima ċċekkjata għandha tkun il-konċentrazzjoni massima permessa tal-analizzatur tan-numru PM.

Jekk l-analizzatur tan-numru PM jiġi kkalibrat parti parti, il-linearità tista’ tiġi ċċekkjata biss għall-apparat tad-detezzjoni, iżda l-effiċjenzi tal-partijiet l-oħra u tal-linja tal-kampjunar għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-inklinazzjoni.

2.5.4.

L-effiċjenza tat-tneħħija volatili

2.5.4.1.

Is-sistema tal-analizzatur tan-numru PM għandha tikseb > 99 % tat-tneħħija ta’ ≥ 30 nm ta’ partikuli tat-tetrakontan (CH3(CH2)38CH3), b’konċentrazzjoni fil-bokka ta’ ≥ 10 000 partikuli għal kull ċentimetru kubu bid-dilwizzjoni minima.

2.5.4.2.

Barra minn hekk, is-sistema tal-analizzatur tan-numru PM għandha tikseb ukoll effiċjenza tat-tneħħija ta’ > 99 % tal-alkan polidispers (dekan jew ogħla) jew taż-żejt tal-iżmerill b’dijametru medjan tal-għadd ta’ > 50 nm u b’konċentrazzjoni fil-bokka ta’ ≥ 5 × 106 partikuli għal kull ċentimetru kubu bid-dilwizzjoni minima (massa ekwivalenti ta’ > 1 mg/m3).

2.5.4.3.

L-effiċjenza tat-tneħħija volatili bit-tetrakontan u/jew bl-alkan jew biż-żejt polidispers jeħtieġ li tiġi pprovata darba biss għall-familja tal-PEMS. Familja tal-PEMS titqies li hija grupp ta’ strumenti bl-istess analizzaturi, kampjun, kundizzjonament termali u algoritmi ta’ kumpens għas-softwer. Il-manifattur tal-istrument għandu jipprovdi l-intervall ta’ manutenzjoni jew ta’ sostituzzjoni li jiżgura li l-effiċjenza tat-tneħħija ma tkunx inqas mir-rekwiżiti tekniċi. Jekk tali informazzjoni ma tiġix ipprovduta mill-manifattur tal-istrument, l-effiċjenza tat-tneħħija volatili għandha tiġi ċċekkjata kull sena għal kull strument.”;

(15)

fl-Appendiċi 3, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“1.4.

Ikkalibrar u verifika tal-analizzatur tan-numru PM

1.4.1.

It-test tat-tnixxija tal-PEMS għandu jsir f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 9.3.4 tal-Anness 4 tar-Regolament Nru 49 tal-NU/KEE jew inkella f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-istrument.

1.4.2.

L-iċċekkjar tal-ħin tar-rispons tal-analizzatur tan-numru PM għandu jsir f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 9.3.5 tal-Anness 4 tar-Regolament Nru 49 tal-NU/KEE billi jintużaw partikuli jekk ma jistgħux jintużaw gassijiet.

1.4.3.

Il-ħin tat-trasformazzjoni tas-sistema tal-analizzatur tan-numru PM u tal-linja tal-kampjunar tagħha, għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-paragrafu A.8.1.3.7 tal-Appendiċi 8 tal-Anness 4 tar-Regolament Nru 49 tal-NU/KEE. “Ħin tat-trasformazzjoni” tfisser id-differenza fil-ħin bejn bidla fil-konċentrazzjoni fil-punt ta’ referenza u rispons tas-sistema ta’ 50 % tal-qari finali.”

(1)  Għall-magni bi tqabbid bil-kompressjoni.

(2)  Għall-magni bi tqabbid bl-ispark plaggs.

(3)  Soġġett għall-miżuri tranżizzjonali stipulati fl-Artikolu 17a”

(4)  Imkejla jew ikkoreġuti għal bażi mxarrba.

(5)  Magni li jaħdmu bil-gass biss.

(6)  Uża s-sensur tat-temperatura ambjentali jew sensur tat-temperatura tal-arja li tidħol fil-magna.

(7)  Il-valur irreġistrat għandu jkun jew (a) il-brake engine torque nett f’konformità mal-punt 2.4.4 ta’ dan l-Appendiċi jew (b) il-brake engine torque nett ikkalkulat mill-valuri tat-torque f’konformità mal-punt 2.4.4 ta’ dan l-Appendiċi.”

(*1)  Definit fi stadju iktar tard.


ANNESS III

L-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Taqsima 8, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-AES hija deskritta fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.”;

(2)

fl-Appendiċi I, it-tieni paragrafu tal-punt 3.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“It-tagħbija utli tal-vettura għandha tkun 50-60 % tat-tagħbija utli massima tal-vettura. Devjazzjoni minn dik il-firxa tista’ tiġi miftiehma mal-awtorità tal-approvazzjoni. Ir-raġuni għal tali devjazzjoni għandha tiġi indikata fir-rapport tat-test. Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fl-Anness II. “;

(3)

jiżdied l-Appendiċi li ġej:

“Appendiċi 2

Metodoloġija għall-valutazzjoni tal-AES

Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-AES, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivverifika mill-inqas jekk ir-rekwiżit stipulat f’dan l-Appendiċi ġiex issodisfat.

(1)

Iż-żieda ta’ emissjonijiet minħabba l-AES għandha tkun mill-inqas possibbli:

(a)

Iż-żieda tal-emissjonijiet totali meta tintuża AES għandha tkun mill-inqas possibbli matul l-użu normali u l-ħajja tal-vetturi;

(b)

Kull meta, fil-ħin tal-valutazzjoni preliminari tal-AES, ikun hemm teknoloġija jew disinn disponibbli fis-suq li jippermettu kontroll imtejjeb tal-emissjonijiet, dawn għandhom jintużaw mingħajr ebda modulazzjoni mhux ġustifikata

(2)

Meta l-metodoloġija/it-teknoloġija tintuża biex tiġi ġġustifikata AES, ir-riskju ta’ ħsara f’daqqa u irreparabbli fil-magna, għandu jintwera u jiġi ddokumentat b’mod xieraq, inkluż l-informazzjoni li ġejja:

(a)

Il-manifattur għandu jipprovdi prova ta’ ħsara katastrofika (jiġifieri f’daqqa u irreparabbli) fil-magna, flimkien ma’ valutazzjoni tar-riskju li tinkludi evalwazzjoni tal-probabbiltà tal-okkorrenza tar-riskju u tas-severità tal-konsegwenzi possibbli, inkluż ir-riżultati tat-testijiet imwettqa għal dan l-għan;

(b)

Meta, fil-ħin tal-applikazzjoni tal-AES, ikun hemm teknoloġija jew disinn disponibbli fis-suq li jeliminaw jew inaqqsu dak ir-riskju, dawn għandhom jintużaw bl-iktar mod teknikament wiesa’ possibbli (jiġifieri mingħajr ebda modulazzjoni mhux ġustifikata);

(c)

Id-durabbiltà u l-protezzjoni fit-tul tal-magna jew tal-komponenti tas-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet mill-użu u mill-ħsara ma għandhomx jitqiesu bħala raġuni aċċettabbli biex tiġi aċċettata AES.

(3)

Deskrizzjoni teknika adegwata għandha tiddokumenta għaliex jeħtieġ li tintuża AES għat-tħaddim sikur tal-vettura:

(a)

Il-manifattur jenħtieġ li jipprovdi prova ta’ riskju ikbar għat-tħaddim sikur tal-vettura, flimkien ma’ valutazzjoni tar-riskju li tinkludi evalwazzjoni tal-probabbiltà tal-okkorrenza tar-riskju u tas-severità tal-konsegwenzi possibbli, inkluż ir-riżultati tat-testijiet imwettqa għal dan l-għan;

(b)

Meta, fil-ħin tal-applikazzjoni tal-AES, ikun hemm teknoloġija jew disinn differenti disponibbli fis-suq li jippermettu t-tnaqqis tar-riskju għas-sikurezza, dawn għandhom jintużaw bl-iktar mod teknikament wiesa’ possibbli (jiġifieri mingħajr ebda modulazzjoni mhux ġustifikata).

(4)

Deskrizzjoni teknika adegwata għandha tiddokumenta għaliex jeħtieġ li tintuża AES waqt l-istartjar jew it-tisħin tal-magna:

(a)

Il-manifattur għandu jipprovdi prova tal-ħtieġa li tintuża AES waqt l-istartjar tal-magna, flimkien ma’ valutazzjoni tar-riskju li tinkludi evalwazzjoni tal-probabbiltà tal-okkorrenza tar-riskju u tas-severità tal-konsegwenzi possibbli, inkluż ir-riżultati tat-testijiet imwettqa għal dan l-għan;

(b)

Meta, fil-ħin tal-applikazzjoni tal-AES, ikun hemm teknoloġija jew disinn differenti disponibbli fis-suq li jippermettu kontroll imtejjeb tal-emissjonijiet mal-istartjar tal-magna, dawn għandhom jintużaw bl-iktar mod teknikament wiesa’ possibbli.


25.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1940

tal-15 ta’ Novembru 2019

li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Paški sir” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Kroazja għar-reġistrazzjoni tal-isem “Paški sir” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-isem “Paška sir” jiġi rreġistrat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Paška sir” (DOP) huwa rreġistrat.

L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-Klassi 1.3. Ġobon, kif speċifikat fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

f’isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 225, 5.7.2019, p. 33.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


DEĊIŻJONIJIET

25.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/26


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1941

tat-18 ta’ Novembru 2019

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat tal-EPA stabbilit mill-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-lista ta’ arbitri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra (1) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) ġie ffirmat f’isem l-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/152/KE (2). Huwa qiegħed jiġi applikat b’mod proviżorju mill-4 ta’ Awwissu 2014.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 85(1) tal-Ftehim, il-Kumitat tal-EPA (Economic Partnership Agreement) għandu jfassal lista ta’ individwi li huma lesti u kapaċi li jservu bħala arbitri.

(3)

Il-Kumitat tal-EPA, fil-laqgħa annwali tiegħu li jmiss, huwa mistenni jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-lista ta’ individwi li huma lesti u kapaċi li jservu bħala arbitri.

(4)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat tal-EPA, fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjoni prevista sa fejn din tkun vinkolanti fuq l-Unjoni.

(5)

Jenħtieġ għalhekk li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat tal-EPA tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni li jinsab mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat tal-EPA stabbilit mill-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat tal-EPA li tadotta l-lista ta’ arbitri, li huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

J. LEPPÄ


(1)  ĠU L 57, 28.2.2009, p. 2.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/152/KE tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u l-Parti Afrika Ċentrali, fuq in-naħa l-oħra (ĠU L 57, 28.2.2009, p. 1).


ABBOZZ TA’

DEĊIŻJONI nru ..../2019 TAL-KUMITAT TAL-EPA

stabbilit mill-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra

ta’ ...

li tadotta l-lista ta’ arbitri

IL-KUMITAT TAL-FSE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), iffirmat fi Brussell fit-22 ta’ Jannar 2009, u applikat fuq bażi proviżorja mill-4 ta’ Awwissu 2014, u b’mod partikolari l-Artikolu 85(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Taħt it-termini tal-Ftehim u ta’ din id-Deċiżjoni, il-Parti Afrika Ċentrali hija komposta mir-Repubblika tal-Kamerun.

(2)

Il-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat tal-EPA għandu jistabbilixxi lista ta’ ħmistax-il individwu li huma lesti u kapaċi li jservu bħala arbitri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim li jista’ jinqala’ bejn il-Partijiet,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-lista ta’ ħmistax-il individwu li huma lesti u kapaċi li jservu bħala arbitri hija b’dan stabbilita f’konformità mal-Artikolu 85(1) tal-Ftehim u tinstab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-lista ta’ arbitri msemmija fil-paragrafu 1 hija stabbilita mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola speċifika stabbilita fil-Ftehim jew li tista’ tiġi adottata mill-Kumitat tal-EPA.

Artikolu 2

Il-lista ta’ arbitri msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi emendata b’deċiżjoni mill-Kumitat tal-EPA f’konformità mal-Artikolu 92(4) tal-Ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li tiġi ffirmata.

Magħmul fi …, …

Għar-Repubblika tal-Kamerun

Għall-Unjoni Ewropea


ANNESS

Lista ta’ arbitri (Artikolu 85(1) tal-Ftehim)

Arbitri magħżula mill-Parti Afrika Ċentrali (il-Kamerun):

 

Is-Sinjura Mildred Alugu BEJUKA - Il-Kamerun

 

Is-Sur Jean Michel MBOCK BIUMLA - Il-Kamerun

 

Is-Sur Henri-Désiré MODI KOKO BEBEY - Il-Kamerun

 

Is-Sur David NYAMSI - Il-Kamerun

 

Is-Sur OUSMANOU - Il-Kamerun

Arbitri magħżula mill-Parti Unjoni Ewropea:

 

Is-Sur Jacques BOURGEOIS - il-Belġju

 

Is-Sur Claus – Dieter EHLERMANN - il-Ġermanja

 

Is-Sur Pieter Jan KUIJPER - in-Netherlands

 

Is-Sur Giorgio SACERDOTI - l-Italja

 

Is-Sur Ramon TORRENT - Spanja

Arbitri magħżula b’mod konġunt miż-żewġ Partijiet:

 

Is-Sur Thomas COTTIER - (l-Iżvizzera)

 

Is-Sur Fabien GÉLINAS - il-Kanada

 

Is-Sinjura Merit E. JANOW - l-Istati Uniti

 

Is-Sinjura Anna KOUYATE - Mali

 

Is-Sur Helge SELAND - in-Norveġja


25.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/29


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1942

tat-22 ta’ Novembru 2019

li ma tapprovax il-carbendazim bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 9

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi eżistenti li għandhom jiġu vvalutati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Din il-lista tinkludi l-carbendazim (Nru KE: 234-232-0; Nru CAS 10605-21-7).

(2)

Il-carbendazim ġie evalwat għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 9, preservattivi għal fibra, ġilda, gomma u materjali polimerizzati, kif deskritti fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li jikkorrispondu mat-tip ta’ prodott 9 kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

L-awtorità kompetenti ta’ evalwazzjoni tal-Ġermanja ppreżentat ir-rapport tal-valutazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha lill-Kummissjoni fit-2 ta’ Awwissu 2013.

(4)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014, il-Kumitat tal-Prodotti Bijoċidali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (4) adotta l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi fis-27 ta’ Frar 2019, filwaqt li qies il-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(5)

Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 9 li fihom il-carbendazim jistgħu ma jkunux mistennija li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 peress li x-xenarji ambjentali evalwati identifikaw riskji mhux aċċettabbli għall-ambjent u ma seta’ jiġi identifikat l-ebda użu sikur.

(6)

Filwaqt li titqies l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, mhuwiex xieraq li l-użu tal-carbendazim għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 9 jiġi approvat, peress li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 mhumiex issodisfati.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Carbendazim (Nru KE: 234-232-0; Nru CAS: 10605-21-7) mhuwiex approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 9.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(4)  Opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPC) fir-rigward tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva Carbendazim, Tip ta’ prodott: 9, ECHA/BPC/218/2019, Adottat fis-27 ta’ Frar 2019.


REGOLI TA' PROĊEDURA

25.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/31


DEĊIŻJONI TAL-BORD MANIĠERJALI TAL-AWTORITÀ EWROPEA TAT-TITOLI U S-SWIEQ

tal-1 ta’ Ottubru 2019

li tadotta regoli interni rigward restrizzjonijiet ta’ ċerti drittijiet ta’ suġġetti tad-data b’rabta mal-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-funzjonament tal-ESMA

Il-Bord Maniġerjali

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (2) kif jista’ jiġi emendat ulterjorment, imħassar jew sostitwit, u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-EDPS tal-20 ta’ Ġunju 2019 u tal-Gwida tal-EDPS dwar l-Artikolu 25 tar-Regolament il-ġdid u r-regoli interni,

Wara li kkonsulta mal-Kumitat tal-Persunal,

Billi:

(1)

L-ESMA twettaq l-attivitajiet tagħha f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 (ir-“Regolament tal-ESMA” u l-“ESMA”), kif jista’ jiġi emendat ulterjorment, imħassar jew sostitwit.

(2)

L-ESMA tipproċessa diversi kategoriji ta’ data personali, inkluża data oġġettiva (bħal data ta’ identifikazzjoni, data ta’ kuntatt, data professjonali, dettalji amministrattivi, data riċevuta minn sorsi speċifiċi, komunikazzjonijiet elettroniċi u data dwar it-traffiku) u/jew data“suġġettiva” (relatata mal-każ bħal data dwar ir-raġunament, data komportamentali u dwar l-imġiba, u data relatata ma’ jew ippreżentata b’konnessjoni mas-suġġett tal-proċedura jew attività.

(3)

L-ESMA, irrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, taġixxi bħala l-kontrollur tad-data irrispettivament minn delegazzjonijiet ulterjuri tar-rwol tal-kontrollur fi ħdan l-ESMA biex jiġu riflessi r-responsabbiltajiet operazzjonali għal operazzjonijiet speċifiċi ta’ pproċessar tad-data personali.

(4)

Id-data personali tinħażen b’mod sigur f’ambjent elettroniku jew fuq il-karti, filwaqt li jiġi evitat aċċess jew trasferiment illegali ta’ data lil persuni li ma jkollhomx ħtieġa ta’ tagħrif. Id-data personali pproċessata tinżamm għal żmien mhux itwal milli jkun meħtieġ u xieraq għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-data għall-perjodu speċifikat fir-reġistri tal-protezzjoni tad-data u l-istqarrijiet ta’ privatezza tal-ESMA.

(5)

Għall-eżerċitar tal-missjonijiet tagħha, l-ESMA għandha obbligu li tirrispetta, kemm jista’ jkun, id-drittijiet fundamentali tas-suġġetti tad-data, b’mod partikolari dawk relatati mad-dritt ta’ forniment ta’ informazzjoni, ta’ aċċess u ta’ rettifika, id-dritt ta’ tħassir, ta’ restrizzjoni tal-ipproċessar, id-dritt ta’ komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data, jew il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni, kif minquxa fir-Regolament (UE) 2018/1725.

(6)

Madankollu, l-ESMA tista’ tkun obbligata tirrestrinġi l-informazzjoni lis-suġġett tad-data jew drittijiet oħra tas-suġġett tad-data biex, b’mod partikolari, tipproteġi l-kunfidenzjalità u l-effettività tal-investigazzjonijiet proprji tagħha, l-investigazzjonijiet u l-proċedimenti ta’ awtoritajiet pubbliċi oħra, kif ukoll id-drittijiet ta’ persuni oħra relatati mal-investigazzjonijiet jew il-proċeduri l-oħra tagħha.

(7)

Fi ħdan il-qafas tal-funzjonament amministrattiv tagħha, l-ESMA tista’ twettaq għadd ta’ investigazzjonijiet, bħal investigazzjonijiet amministrattivi, proċedimenti dixxiplinari, attivitajiet preliminari relatati mal-frodi finanzjarja, investigazzjonijiet relatati ma’ każijiet ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta jew ta’ fastidju, awditi interni, investigazzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data jew l-etika, investigazzjonijiet dwar tal-ICT, investigazzjonijiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni u attivitajiet imwettqa fil-kuntest ta’ riskji għas-sigurtà u l-ġestjoni ta’ inċidenti. Barra minn hekk, għall-eżerċitar tal-missjonijiet tagħha, l-ESMA twettaq investigazzjonijiet relatati mal-funzjonijiet diretti ta’ superviżjoni jew infurzar tagħha, u tista’ twettaq investigazzjonijiet dwar ksur potenzjali tal-liġi tal-Unjoni, kif ukoll investigazzjonijiet dwar tip partikolari ta’ attività finanzjarja jew tip ta’ prodott jew imġiba, sabiex tivvaluta theddid potenzjali għall-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

(8)

Ir-regoli interni għandhom japplikaw għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar kollha mwettqa mill-ESMA fit-twettiq tal-investigazzjonijiet ta’ hawn fuq. Dawn għandhom japplikaw ukoll għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa qabel il-ftuħ tal-investigazzjonijiet imsemmija hawn fuq, matul dawn l-investigazzjonijiet u matul il-monitoraġġ tas-segwitu għall-eżitu ta’ dawn l-investigazzjonijiet. Għandhom ikunu inklużi wkoll l-assistenza, il-koordinazzjoni u/jew il-kooperazzjoni mitluba mingħand l-ESMA mill-awtoritajiet nazzjonali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali fil-kuntest tal-investigazzjonijiet amministrattivi proprji tagħhom.

(9)

Qabel tagħmel użu mir-restrizzjonijiet previsti f’dawn ir-regoli interni, l-ESMA għandha tqis jekk tapplikax xi waħda mill-eżenzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1725. Fil-każijiet fejn japplikaw restrizzjonijiet skont dawn ir-regoli interni, l-ESMA trid tispjega għalfejn dawn ir-restrizzjonijiet huma strettament meħtieġa u proporzjonali f’soċjetà demokratika, u kif jirrispettaw l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali.

(10)

L-ESMA għandha timmonitorja jekk il-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw ir-restrizzjoni jkunux għadhom japplikaw u tneħħi r-restrizzjoni meta ma jkunux għadhom japplikaw.

(11)

Il-Kontrollur għandu jinforma lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data meta jirrestrinġi l-applikazzjoni ta’ ċerti drittijiet tas-suġġetti tad-data skont din id-Deċiżjoni, meta jestendi restrizzjoni bħal din u meta titneħħa r-restrizzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli interni relatati mal-kundizzjonijiet li taħthom l-ESMA, fil-qafas tal-attivitajiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 5, tista’ tirrestrinġi l-applikazzjoni tad-drittijiet imniżżlin fl-Artikoli 14 sa 21, u 35, kif ukoll l-Artikolu 4 tagħha, skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725. Dawn ir-restrizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet għad-drittijiet tas-suġġetti tad-data pprovduti fir-Regolament (UE) 2018/1725.

2.   Fi ħdan il-qafas tal-funzjonament amministrattiv tal-ESMA, ir-restrizzjonijiet previsti fil-punt 1 ta’ dan l-Artikolu japplikaw għall-ipproċessar tad-data personali mill-ESMA għall-finijiet ta’:

(a)

investigazzjonijiet amministrattivi u proċedimenti dixxiplinari;

(b)

irregolaritajiet fl-ipproċessar f’kollegament mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF);

(c)

ipproċessar ta’ każijiet ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta, każijiet ta’ fastidju (formali u informali), kif ukoll ta’ lmenti interni u esterni;

(d)

awditi interni, investigazzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data jew l-etika;

(e)

investigazzjonijiet tal-ICT, investigazzjonijiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni u attivitajiet imwettqa fil-kuntest ta’ riskji għas-sigurtà u l-ġestjoni ta’ inċidenti, indirizzati internament jew b’involviment estern.

3.   Fi ħdan l-eżerċitar tal-missjonijiet tal-ESMA, ir-restrizzjonijiet previsti fil-punt 1 ta’ dan l-Artikolu japplikaw għall-ipproċessar tad-data personali mill-ESMA għall-fini ta’:

(a)

investigazzjonijiet relatati mal-funzjonijiet diretti ta’ superviżjoni u infurzar tal-ESMA;

(b)

investigazzjonijiet ta’ ksur potenzjali tal-liġi tal-Unjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-ESMA; u

(c)

investigazzjonijiet dwar tip partikolari ta’ attività finanzjarja jew tip ta’ prodott jew tip ta’ mġiba, sabiex jiġi vvalutat theddid potenzjali għall-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja skont l-Artikolu 22 tar-Regolament tal-ESMA.

4.   Barra minn hekk, dawn ir-restrizzjonijiet japplikaw għall-assistenza, il-koordinazzjoni u/jew il-kooperazzjoni pprovduti mill-ESMA lill-awtoritajiet nazzjonali tat-titoli u s-swieq, inklużi awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-kuntest tal-investigazzjonijiet imwettqa għall-eżerċitar tal-missjonijiet statutorji tagħhom.

5.   Ir-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu japplikaw ukoll għal operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa qabel il-ftuħ tal-investigazzjonijiet jew ta’ inkjesti amministrattivi oħra msemmija fil-paragrafi 2 sa 4 hawn fuq, matul dawn l-investigazzjonijiet u matul il-monitoraġġ tas-segwitu għall-eżitu ta’ dawn l-investigazzjonijiet.

6.   Din id-Deċiżjoni tapplika għal kwalunwke kategorija ta’ data personali pproċessata fil-kuntest tal-attivitajiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 5 hawn fuq.

7.   Soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni, ir-restrizzjonijiet jistgħu japplikaw għad-drittijiet li ġejjin: il-forniment ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data, id-dritt ta’ aċċess, ir-rettifika, it-tħassir, ir-restrizzjoni tal-ipproċessar u l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data.

Artikolu 2

Kontrollur inkarigat mill-investigazzjonijiet u s-salvagwardji applikabbli

1.   Is-salvagwardji stabbiliti biex jiġi evitat ksur ta’ data personali, żvelar jew divulgazzjonijiet mhux awtorizzati fil-kuntest tal-investigazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 huma dawn li ġejjin:

(a)

Dokumenti tal-karta għandhom jinżammu f’armarji siguri u għandhom ikunu aċċessibbli għall-persunal awtorizzat biss;

(b)

Id-data elettronika kollha għandha tiġi ġestita bl-apparat, is-sistemi ta’ informazzjoni, l-applikazzjonijiet u r-riżorsi ta’ ħżin tal-midja approvati tal-ESMA. L-applikazzjonijiet tas-sistema ta’ ġestjoni tad-dokumenti tal-ESMA għandhom jintużaw biex tiġi organizzata, tinstab, tiġi kondiviża, miżmuma u protetta d-data elettronika tal-ESMA. Il-persunal awtorizzat tal-ESMA għandu jingħata aċċess għad-data elettronika abbażi ta’ ħtieġa ta’ tagħrif biss;

(c)

Il-persuni kollha li jkollhom aċċess għad-data huma marbuta bl-obbligu ta’ kunfidenzjalità.

2.   Il-Kontrollur tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar huwa l-ESMA, irrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li jista’ jiddelega l-funzjoni tal-kontrollur. Is-suġġetti tad-data għandhom jiġu infurmati dwar il-kontrollur iddelegat permezz tar-reġistri tal-protezzjoni tad-data ppubblikati fuq is-sit web tal-ESMA.

3.   Il-perjodu ta’ żamma tad-data personali pproċessata ma għandux ikun itwal milli meħtieġ u għandu jkun xieraq għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-data. Il-perjodu ta’ żamma għandu jiġi speċifikat fir-reġistri tal-protezzjoni tad-data u fl-istqarrijiet ta’ privatezza msemmija fl-Artikolu 5(1).

4.   Fejn l-ESMA tqis li tapplika restrizzjoni, ir-riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data għandhom jitqabblu, b’mod partikolari, mar-riskju għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-data oħra u r-riskju ta’ kanċellazzjoni tal-effett tal-investigazzjonijiet jew tal-proċeduri tal-ESMA, pereżempju billi tinqered l-evidenza. Ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data jikkonċernaw primarjament ir-riskji għar-reputazzjoni u r-riskji għad-dritt tad-difiża u d-dritt ta’ smigħ, iżda mhumiex limitati għal dawn.

Artikolu 3

Restrizzjonijiet

1.   Kwalunkwe restrizzjoni għandha tiġi applikata biss mill-ESMA biex jiġu salvagwardjati:

(a)

il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inklużi s-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta’ theddidiet għas-sigurtà pubblika;

(b)

objettivi importanti oħra ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari l-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni jew xi interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, inklużi kwistjonijiet monetarji, baġitarji u dawk relatati mat-tassazzjoni, mas-saħħa pubblika u mas-sigurtà soċjali;

(c)

is-sigurtà interna tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, inkluża dik tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika tagħhom;

(d)

il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ksur tal-etika għal professjonijiet regolati;

(e)

funzjoni ta’ monitoraġġ, ta’ spezzjoni jew regolatorja konnessa, anke b’mod okkażjonali, mal-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (b);

(f)

il-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.

2.   Bħala applikazzjoni speċifika tal-finijiet deskritti fil-paragrafu 1 hawn fuq, l-ESMA tista’ tapplika restrizzjonijiet relatati mad-data personali skambjata mas-servizzi tal-Kummissjoni jew ma’ istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni, ma’ awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew ma’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a)

fejn l-eżerċitar ta’ dawk id-drittijiet u l-obbligi jkun jista’ jiġi ristrett mis-servizzi tal-Kummissjoni jew minn istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni abbażi ta’ atti oħra previsti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, jew f’konformità mal-Kapitolu IX ta’ dak ir-Regolament jew mal-atti fundaturi ta’ istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni;

(b)

fejn l-eżerċitar ta’ dawk id-drittijiet u l-obbligi jkun jista’ jiġi ristrett mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri abbażi tal-atti msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jew taħt miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikoli 13(3), 15(3) jew 16(3) tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

(c)

fejn l-eżerċitar ta’ dawk id-drittijiet u l-obbligi jkunu jistgħu ifixklu l-kooperazzjoni tal-ESMA ma’ pajjiż terz jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fit-twettiq tal-kompiti tagħha jew tal-kompiti tal-pajjiż terz jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

Qabel tapplika restrizzjonijiet fiċ-ċirkustanzi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tikkonsulta s-servizzi tal-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-aġenziji, l-uffiċċji rilevanti tal-Unjoni, jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, sakemm ma jkunx ċar għall-ESMA li l-applikazzjoni ta’ restrizzjoni tkun prevista minn wieħed mill-atti msemmija f’dawk il-punti.

3.   Kwalunkwe restrizzjoni għandha tkun meħtieġa u proporzjonali, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni r-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data u tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali f’soċjetà demokratika.

4.   Jekk titqies l-applikazzjoni ta’ restrizzjoni, għandu jitwettaq test tan-neċessità u tal-proporzjonalità abbażi tar-regoli attwali. Dan għandu jiġi dokumentat permezz ta’ nota ta’ valutazzjoni interna għall-finijiet ta’ akkontabilità, fuq il-bażi ta’ każ b’każ.

5.   Ir-restrizzjonijiet għandhom jitneħħew hekk kif ma jibqgħux japplikaw iċ-ċirkustanzi li jiġġustifikawhom. B’mod partikolari, fejn jitqies li l-eżerċitar tad-dritt ristrett ma jibqax jikkanċella l-effett tar-restrizzjoni imposta jew jaffettwa b’mod avvers id-drittijiet jew il-libertajiet ta’ suġġetti tad-data oħra.

Artikolu 4

Rieżami mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

1.   Mingħajr dewmien żejjed, il-Kontrollur għandu jinforma lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (l-“UPD”) kull meta l-Kontrollur jirrestrinġi l-applikazzjoni tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data, jew jestendi r-restrizzjoni, f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Il-Kontrollur għandu jipprovdi aċċess lill-UPD għan-nota interna li tinkludi l-valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni, kif ukoll, fejn applikabbli, l-elementi fattwali u legali sottostanti, u jiddokumenta d-data meta jinforma lill-UPD.

2.   L-UPD jista’ jitlob lill-Kontrollur bil-miktub biex jirrieżamina l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet. Il-Kontrollur għandu jinforma lill-UPD bil-miktub dwar l-eżitu tar-rieżami mitlub.

3.   Il-Kontrollur għandu jinforma lill-UPD meta tkun tneħħiet ir-restrizzjoni.

4.   Il-Kontrollur għandu jiddokumenta l-involviment tal-UPD tul il-passi differenti tal-proċess, mid-data meta jinforma lill-UPD.

5.   In-nota interna u, fejn applikabbli, l-elementi fattwali u legali sottostanti għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq talba.

Artikolu 5

Forniment ta’ informazzjoni lis-suġġett tad-data

1.   L-ESMA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha r-reġistri tal-protezzjoni tad-data li jinfurmaw lis-suġġetti tad-data kollha dwar l-attivitajiet tagħha li jinvolvu l-ipproċessar tad-data personali, inkluża informazzjoni relatata mar-restrizzjoni potenzjali tad-drittijiet tas-suġġett tad-data.

2.   L-ESMA għandha tinnotifika, individwalment, lis-suġġetti tad-data li hija tqis bħala persuni kkonċernati mill-investigazzjoni jew inkjesta, dwar ir-reġistru tal-protezzjoni tad-data tal-operazzjonijiet speċifiċi ta’ pproċessar ikkonċernati, u dan mingħajr dewmien żejjed u bil-miktub.

3.   F’każijiet iġġustifikati kif xieraq u taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’dan id-deċiżjoni, l-ESMA tista’ tirrestrinġi, kompletament jew parzjalment, il-forniment ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data msemmija fil-paragrafu 2. F’dan il-każ, hija għandha tiddokumenta f’nota interna r-raġunijiet għar-restrizzjoni, il-bażi legali f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni, inkluża valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni.

4.   Ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tkompli tapplika dment li jibqgħu applikabbli r-raġunijiet li jiġġustifikawha.

Fejn ma jibqgħux japplikaw ir-raġunijiet għar-restrizzjoni, l-ESMA għandha tinnotifika lis-suġġett tad-data kkonċernat dwar ir-reġistru rilevanti tal-protezzjoni tad-data u dwar ir-raġunijiet prinċipali għar-restrizzjoni. Din in-notifika tista’ tiġi akkumpanjata minn stedina biex issir sottomissjoni dwar is-sejbiet tal-investigazzjoni jew l-inkjesta li tkun għaddejja, bħala parti mill-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ difiża tas-suġġett tad-data kkonċernat. Fl-istess ħin, l-ESMA għandha tinforma lis-suġġett tad-data dwar id-dritt li jressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’kull ħin, jew li jfittex rimedju ġudizzjarju fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

L-ESMA għandha tirrieżamina l-applikazzjoni tar-restrizzjoni kull sitt xhur wara l-adozzjoni tagħha u mal-għeluq tal-inkjesta jew l-investigazzjoni rilevanti.

Artikolu 6

Dritt ta’ aċċess mis-suġġett tad-data

1.   Wara talba mis-suġġett tad-data, l-ESMA tista’ tirrestrinġi, kompletament jew parzjalment, id-dritt ta’ dan is-suġġett tad-data li jikseb konferma dwar jekk id-data personali li tikkonċernah tkunx qed tiġi pproċessata mill-ESMA fil-kuntest ta’ investigazzjoni jew inkjesta msemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u, fejn dan ikun il-każ, id-dritt ta’ aċċess għal din id-data u għal informazzjoni oħra msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

2.   Fejn l-ESMA tirrestrinġi d-dritt ta’ aċċess, fit-tweġiba tagħha għat-talba, hija għandha tinforma lis-suġġett tad-data kkonċernat dwar ir-restrizzjoni applikata u dwar ir-raġunijiet prinċipali għaliha, kif ukoll dwar il-possibbiltà li jressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew li jfittex rimedju ġudizzjarju fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-forniment ta’ informazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 jista’ jiġi differit, jitħalla barra jew jiġi miċħud, jekk dan ikun jikkanċella l-effett tar-restrizzjoni f’konformità mal-Artikolu 25(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725. Fejn dan ikun il-każ, l-ESMA għandha tiddokumenta, f’nota ta’ valutazzjoni interna, ir-raġunijiet għar-restrizzjoni, inkluża valutazzjoni tan-neċessità, il-proporzjonalità tar-restrizzjoni u d-durata tagħha.

4.   L-ESMA għandha teżamina mill-ġdid l-applikazzjoni tar-restrizzjoni kull sitt xhur wara l-adozzjoni tagħha u mal-għeluq tal-inkjesta jew l-investigazzjoni rilevanti.

Artikolu 7

Dritt ta’ rettifika, tħassir u restrizzjoni tal-ipproċessar

1.   Wara talba mis-suġġett tad-data, l-ESMA tista’, fil-kuntest ta’ investigazzjoni jew inkjesta msemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, tirrestrinġi, kompletament jew parzjalment, id-dritt ta’ dan is-suġġett tad-data li jikseb rettifika tad-data personali relatata miegħu, li jħassar jew li jirrestrinġi l-ipproċessar tad-data personali tiegħu kif previst fl-Artikoli 18, 19 u 20 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

2.   Fejn l-ESMA tirrestrinġi l-applikazzjoni tad-dritt ta’ rettifika, ta’ tħassir jew ta’ restrizzjoni tal-ipproċessar kif imsemmi hawn fuq, hija għandha tieħu l-passi stipulati fl-Artikoli 6(2) u 6(3) ta’ din id-Deċiżjoni.

3.   L-ESMA għandha tirrieżamina l-applikazzjoni tar-restrizzjoni kull sitt xhur wara l-adozzjoni tagħha u mal-għeluq tal-inkjesta jew l-investigazzjoni rilevanti.

Artikolu 8

Komunikazzjoni dwar ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data

1.   L-ESMA għandha tikkomunika ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data kkonċernat mingħajr dewmien żejjed meta l-ksur ta’ data personali aktarx li jirriżulta f’riskju kbir għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni fiżiċi, kif previst fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

2.   F’każijiet iġġustifikati kif xieraq u taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-deċiżjoni, l-ESMA tista’ tirrestrinġi, kompletament jew parzjalment, il-forniment ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. F’dan il-każ, hija għandha tiddokumenta f’nota interna r-raġunijiet għar-restrizzjoni, il-bażi legali f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni, inkluż valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni.

3.   Ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkompli tapplika dment li jibqgħu applikabbli r-raġunijiet li jiġġustifikawha.

Fejn ma jibqgħux japplikaw ir-raġunijiet għar-restrizzjoni, l-ESMA għandha tikkomunika l-ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data kkonċernat u tinforma lis-suġġett tad-data dwar ir-raġunijiet prinċipali għar-restrizzjoni. Fl-istess ħin, l-ESMA għandha tinforma lis-suġġett tad-data dwar id-dritt li jressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’kull ħin, jew li jfittex rimedju ġudizzjarju fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

L-ESMA għandha tirrieżamina l-applikazzjoni tar-restrizzjoni kull sitt xhur wara l-adozzjoni tagħha u mal-għeluq tal-inkjesta jew l-investigazzjoni rilevanti.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak li fih tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula f’Helsinki, l-1 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Bord Maniġerjali

Steven MAIJOOR

Il-President


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(4)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).


Rettifika

25.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/37


Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (“ir-Regolament IMSOC”)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 261 tal-14 ta’ Ottubru 2019 )

Il-paġni 87–93 huma sostitwiti b’dan li ġej:

Taqsima C

CHED-PP

(għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625)

Image 8

Image 9

Image 10

Image 11

Taqsima D

CHED-D

(għall-għalf u għall-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625)

Image 12

Image 13

Image 14

Image 15