ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 297I

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
18 ta' Novembru 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1918 tat-8 ta’ Novembru 2019 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019

1

 

*

FTEHIM fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1919 tat-8 ta’ Novembru 2019 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd taħt il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania

5

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 297/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1918

tat-8 ta’ Novembru 2019

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(2) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), li ġie approvat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1801/2006 (2), daħal fis-seħħ fit-8 ta’ Awwissu 2008.

(2)

Il-Protokoll għall-Ftehim, li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim, li daħal fis-seħħ fl-istess jum għal perjodu ta’ sentejn, ġie sostitwit diversi drabi.

(3)

Il-Protokoll għall-Ftehim li bħalissa huwa fis-seħħ (3) se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019.

(4)

Fit-8 ta’ Lulju 2019, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għall-konklużjoni ta’ ftehim ġdid ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli u protokoll li jimplimenta dak il-ftehim.

(5)

Sa ma jitlestew dawk in-negozjati, il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni, Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-estensjoni, għal perjodu massimu ta’ sena, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri”). Fit-tmiem ta’ dawn in-negozjati, il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri ġie inizjalat fl-4 ta’ Settembru 2019.

(6)

L-għan tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri huwa li jippermetti lill-Unjoni u lir-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania jkomplu jaħdmu bejniethom biex jippromwovu politika tas-sajd sostenibbli u l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Mauritania kif ukoll li jippermetti lill-bastimenti tal-Unjoni jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom tas-sajd f’dawn l-ilmijiet.

(7)

Biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Mauritania, jenħtieġ li l-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri jiġi applikat b’mod provviżorju mis-16 ta’ Novembru 2019 jew minn kwalunkwe data oħra li tkun id-data tal-iffirmar tiegħu, f’konformità mal-punt (6) tiegħu.

(8)

Jenħtieġ li l-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri jiġi ffirmat, u applikat b’mod provviżorju sa meta jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019, huwa awtorizzat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina lill-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw, f’isem l-Unjoni, il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri.

Artikolu 3

Il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri għandu japplika b’mod provviżorju mis-16 ta’ Novembru 2019 jew minn kwalunkwe data oħra li tkun id-data tal-iffirmar tiegħu (4) sa meta jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

L. ANDERSSON


(1)  ĠU L 343, 8.12.2006, p. 4.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1801/2006 tat-30 ta’ Novembru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (ĠU L 343, 8.12.2006, p. 1).

(3)  Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta’ erba’ snin (ĠU L 315, 1.12.2015, p. 3 ).

(4)  Id-data li minnha l-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri jibda jkun applikat b’mod provviżorju tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 297/3


FTEHIM

fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019

A.Ittra tal-Unjoni Ewropea

Sinjuri,

Għandi l-unur li nikkonfermalkom li aħna naqblu mal-arranġamenti interim li ġejjin biex niżguraw li jiġi estiż il-Protokoll li attwalment huwa fis-seħħ (mis-16 ta’ Novembru 2015 sal-15 ta’ Novembru 2019), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”, li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, sa ma jitlestew in-negozjati dwar it-tiġdid tal-Ftehim ta’ Sħubija u tal-Protokoll.

F’dan il-kuntest, l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania qablu dwar dan li ġej:

(1)

Mis-16 ta’ Novembru 2019 jew minn kwalunkwe data oħra li tkun id-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri, l-arranġamenti li kienu japplikaw matul l-aħħar sena tal-Protokoll qed jiġu estiżi bl-istess kundizzjonijiet għal perjodu massimu ta’ sena.

(2)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-aċċess tal-bastimenti għall-ilmijiet tal-Mauritania taħt l-estensjoni għandha tikkorrispondi għall-ammont annwali previst fl-Artikolu 2 tal-Protokoll hekk kif emendat mill-Kummissjoni Konġunta fil-15 u fis-16 ta’ Novembru 2016 (1). Dan il-ħlas se jsir f’daqqa sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri.

(3)

L-appoġġ settorjali relattiv għal dan il-Ftehim ta’ estensjoni għandu jammonta għal EUR 4,125 miljun. Il-Kummissjoni Konġunta prevista fl-Artikolu 10 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd għandha tapprova l-ipprogrammar relattiv għal dan l-ammont f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(1) tal-Protokoll, sa mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri. Il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3 tal-Protokoll relattivi għall-implimentazzjoni u l-pagamenti tal-appoġġ settorjali għandhom japplikaw mutatis mutandis.

(4)

F’każ li n-negozjati għat-tiġdid tal-Ftehim ta’ Sħubija u l-Protokoll tiegħu jwasslu għall-iffirmar u, b’hekk, għall-applikazzjoni tagħhom qabel jiskadi l-perjodu ta’ sena stabbilit fil-punt (1) hawn fuq, il-pagamenti tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmijin fil-punti (2) u (3) hawn fuq għandhom jitnaqqsu pro rata temporis. L-ammont korrispondenti li jkun diġà tħallas għandu jitnaqqas mill-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja li tkun dovuta skont il-Protokoll il-ġdid.

(5)

Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim ta’ estensjoni, il-liċenzji tas-sajd għandhom jingħataw fil-limiti stabbiliti fil-Protokoll, permezz ta’ imposti jew ta’ ħlasijiet bil-quddiem li jkunu jikkorrispondu għal dawk stabbiliti fl-Appendiċi 1 tal-Anness 1 tal-Protokoll.

(6)

Dan il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri għandu japplika b’mod provviżorju mis-16 ta’ Novembru 2019 jew minn kwalunkwe data oħra li tkun id-data tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri, sa meta dan jidħol fis-seħħ. Huwa għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.

Nitlobkom ġentilment tikkonfermaw li rċevejtu din l-ittra u jekk taqblux mal-kontenut tagħha.

Nassigurakom, Sinjuri, mill-ikbar stima li għandi lejkom.

Għall-Unjoni Ewropea

B.Ittra tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania

Sinjuri,

Għandi l-unur li nikkonfermalkom li rċevejt l-ittra tagħkom tal-lum li tgħid dan li ġej:

“Sinjuri,

Għandi l-unur li nikkonfermalkom li aħna naqblu mal-arranġamenti interim li ġejjin biex niżguraw li jiġi estiż il-Protokoll li attwalment huwa fis-seħħ (mis-16 ta’ Novembru 2015 sal-15 ta’ Novembru 2019), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”, li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, sa ma jitlestew in-negozjati dwar it-tiġdid tal-Ftehim ta’ Sħubija u tal-Protokoll.

F’dan il-kuntest, l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania qablu dwar dan li ġej:

(1)

Mis-16 ta’ Novembru 2019 jew minn kwalunkwe data oħra li tkun id-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri, l-arranġamenti li kienu japplikaw matul l-aħħar sena tal-Protokoll qed jiġu estiżi bl-istess kundizzjonijiet għal perjodu massimu ta’ sena.

(2)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-aċċess tal-bastimenti għall-ilmijiet tal-Mauritania taħt l-estensjoni għandha tikkorrispondi għall-ammont annwali previst fl-Artikolu 2 tal-Protokoll hekk kif emendat mill-Kummissjoni Konġunta fil-15 u fis-16 ta’ Novembru 2016 (2). Dan il-ħlas se jsir f’daqqa sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri.

(3)

L-appoġġ settorjali relattiv għal dan il-Ftehim ta’ estensjoni għandu jammonta għal EUR 4,125 miljun. Il-Kummissjoni Konġunta prevista fl-Artikolu 10 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd għandha tapprova l-ipprogrammar relattiv għal dan l-ammont f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(1) tal-Protokoll, sa mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri. Il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3 tal-Protokoll relattivi għall-implimentazzjoni u l-pagamenti tal-appoġġ settorjali għandhom japplikaw mutatis mutandis.

(4)

F’każ li n-negozjati għat-tiġdid tal-Ftehim ta’ Sħubija u l-Protokoll tiegħu jwasslu għall-iffirmar u, b’hekk, għall-applikazzjoni tagħhom qabel jiskadi l-perjodu ta’ sena stabbilit fil-punt (1) hawn fuq, il-pagamenti tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmijin fil-punti (2) u (3) hawn fuq għandhom jitnaqqsu pro rata temporis. L-ammont korrispondenti li jkun diġà tħallas għandu jitnaqqas mill-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja li tkun dovuta skont il-Protokoll il-ġdid.

(5)

Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim ta’ estensjoni, il-liċenzji tas-sajd għandhom jingħataw fil-limiti stabbiliti fil-Protokoll, permezz ta’ imposti jew ta’ ħlasijiet bil-quddiem li jkunu jikkorrispondu għal dawk stabbiliti fl-Appendiċi 1 tal-Anness 1 tal-Protokoll.

(6)

Dan il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri għandu japplika b’mod provviżorju mis-16 ta’ Novembru 2019 jew minn kwalunkwe data oħra li tkun id-data tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri, sa meta dan jidħol fis-seħħ. Huwa għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.”.

Nikkonfermalkom li l-kontenut tal-ittra tagħkom huwa aċċettabbli għall-Gvern tiegħi.

L-ittra tagħkom u din l-ittra jikkostitwixxu ftehim skont il-proposta tagħkom.

Nassigurakom, Sinjuri, mill-ikbar stima li għandi lejkom.

Għall-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/451 tal-14 ta' Marzu 2017 li tapprova, f'isem l-Unjoni Ewropea, ċerti emendi tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas- sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (ĠU UE L 69, 15.3.2017, p. 34).

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/451 tal-14 ta' Marzu 2017 li tapprova, f'isem l-Unjoni Ewropea, ċerti emendi tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas- sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (ĠU UE L 69, 15.3.2017, p. 34).


REGOLAMENTI

18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 297/5


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2019/1919

tat-8 ta’ Novembru 2019

dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd taħt il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), li ġie approvat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1801/2006 (2), daħal fis-seħħ fit-8 ta’ Awwissu 2008.

(2)

Il-Protokoll għall-Ftehim, li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim, li daħal fis-seħħ fl-istess jum għal perjodu ta’ sentejn, ġie sostitwit diversi drabi.

(3)

Il-Protokoll għall-Ftehim li bħalissa huwa fis-seħħ (3) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019.

(4)

Fit-8 ta’ Lulju 2019, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għall-konklużjoni ta’ ftehim ġdid ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli u protokoll li jimplimenta dak il-Ftehim.

(5)

Sa ma jitlestew dawk in-negozjati, il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni, Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-estensjoni, għal perjodu massimu ta’ sena, tal-Protokoll (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri”). Fit-tmiem ta’ dawn in-negozjati, il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri ġie inizjalat fl-4 ta’ Settembru 2019.

(6)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1918 (4), il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri ġie ffirmat fit-13 ta’ Novembru 2019.

(7)

Jenħtieġ li jiġi ddefinit il-metodu għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri għall-perjodu tal-applikazzjoni tal-estensjoni tal-Protokoll.

(8)

Skont l-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), jekk ikun jidher li l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Unjoni taħt protokoll ma jintużawx kollha, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati u għandha titlobhom jikkonfermaw li mhumiex qed jagħmlu użu minn dawk l-opportunitajiet tas-sajd. In-nuqqas ta’ risposta fil-limiti tal-iskadenza li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill għandu jitqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhumiex qed jagħmlu użu mill-opportunitajiet tas-sajd tagħhom fil-perjodu speċifiku. Jenħtieġ li tiġi stabbilita din l-iskadenza.

(9)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-opportunitajiet tas-sajd

1.   L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, għall-perjodu tal-applikazzjoni tal-estensjoni tal-Protokoll, għandhom ikunu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:

(a)

il-kategorija nru 1 — bastimenti tas-sajd li jistadu għall-krustaċji ħlief għall-awwista u għall-granċ:

Spanja

4 150 tunnellata;

l-Italja

600 tunnellata;

il-Portugall

250 tunnellata.

F’din il-kategorija, fi kwalunkwe waqt jista’ jkun hemm għadd massimu ta’ 25 bastiment fl-ilmijiet tal-Mauritania;

(b)

il-kategorija nru 2 — bastimenti tat-tkarkir (mingħajr friża) u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ għall-merluzz l-iswed:

Spanja

6 000 tunnellata.

F’din il-kategorija, fi kwalunkwe waqt jista’ jkun hemm għadd massimu ta’ sitt bastimenti fl-ilmijiet tal-Mauritania;

(c)

il-kategorija nru 3 — bastimenti tas-sajd għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ minbarra l-merluzz l-iswed, b’irkaptu ieħor mhux bix-xbieki tat-tkarkir:

Spanja

3 000 tunnellata.

F’din il-kategorija, fi kwalunkwe waqt jista’ jkun hemm għadd massimu ta’ sitt bastimenti fl-ilmijiet tal-Mauritania;

(d)

il-kategorija nru 4 — bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni (12 500 tunnellata — tunnellaġġ ta’ referenza):

Spanja

17-il liċenzja annwali;

Franza

8 liċenzji annwali;

(e)

il-kategorija nru 5 — bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasba u bastimenti tas-sajd bil-konz (7 500 tunnellata — tunnellaġġ ta’ referenza):

Spanja

14-il liċenzja annwali;

Franza

liċenzja annwali waħda;

(f)

il-kategorija nru 6 — bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża użati għas-sajd għall-ħut pelaġiku:

il-Ġermanja

12 560 tunnellata;

Franza

2 615 -il tunnellata;

il-Latvja

53 913 -il tunnellata;

il-Litwanja

57 642 tunnellata;

in-Netherlands

62 592 tunnellata;

il-Polonja

26 112-il tunnellata;

ir-Renju Unit

8 531 tunnellata;

l-Irlanda

8 535 tunnellata.

Matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-estensjoni tal-Protokoll, l-Istati Membri għandu jkollhom l-għadd ta’ liċenzji ta’ tliet xhur li ġej:

il-Ġermanja

4;

Franza

2;

il-Latvja

20;

il-Litwanja

22;

in-Netherlands

16;

il-Polonja

8;

ir-Renju Unit

2;

l-Irlanda

2.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni jekk ċerti liċenzji jkunu jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ Stati Membri oħrajn.

F’din il-kategorija, fi kwalunkwe waqt jista’ jkun hemm għadd massimu ta’ 19-il bastiment fl-ilmijiet tal-Mauritania;

(g)

il-kategorija nru 7 — bastimenti tas-sajd mingħajr friża għall-ħut pelaġiku:

l-Irlanda

15 000 tunnellata.

F’każ li ma jintużawx, dawn l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu ttrasferiti għall-kategorija nru 6 skont il-metodu għall-allokazzjoni ta’ dik il-kategorija;

(h)

il-kategorija nru 2a — bastimenti tat-tkarkir (mgħammra bi friża) użati għas-sajd għall-merluzz l-iswed:

Spanja:

merluzz iswed

3 500 tunnellata;

klamar

1 450 tunnellata;

siċċ

600 tunnellata.

F’din il-kategorija, fi kwalunkwe waqt jista’ jkun hemm għadd massimu ta’ sitt bastimenti fl-ilmijiet tal-Mauritania.

2.   L-iskadenza prevista fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/2403 sa fejn l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkonfermaw li mhumiex qed jagħmlu użu mill-opportunitajiet tas-sajd li jkunu ngħatawlhom taħt il-Protokoll għandha tkun ta’ għaxart ijiem tax-xogħol mid-data meta l-Kummissjoni tgħarrafhom li l-opportunitajiet tas-sajd mhumiex qed jintużaw għal kollox.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

L. ANDERSSON


(1)  ĠU L 343, 8.12.2006, p. 4.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1801/2006 tat-30 ta’ Novembru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (ĠU L 343, 8.12.2006, p. 1).

(3)  Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta’ erba’ snin (ĠU L 315, 1.12.2015, p. 3 ).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1918 tat-8 ta’ Novembru 2019 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019 (Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 81).