ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 291

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
12 ta' Novembru 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1889 tal-11 ta’ Novembru 2019 li jemenda Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1890 tal-11 ta’ Novembru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1891 tal-11 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

13

 

*

Regolament Tal-Kummissjoni (UE) 2019/1892 tal-31 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1230/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għal ċertu vetturi bil-mutur mgħammra b’kabini elongati u għal apparat u tagħmir ajrudinamiċi għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom ( 1 )

17

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1893 tal-11 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

42

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1894 tal-11 ta’ Novembru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta' tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran

47

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1895 tas-7 ta’ Novembru 2019 li tirrikonoxxi diversi gżejjer tal-Portugall bħala ħielsa mill-varroożi u li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/503/UE (notifikata bid-dokument C(2019) 7905)  ( 1 )

54

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tal-adozzjoni definittiva (UE, Euratom) 2019/1809 tal-baġit emendatorju Nru 2 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropew L 284 tal-5 ta’ Novembru 2019)

56

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2019/1889

tal-11 ta’ Novembru 2019

li jemenda Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 (2) iġib fis-seħħ diversi miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074.

(2)

Fil-11 ta’ Novembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1893 (3) li emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 billi ddaħħal artikolu dwar l-ipproċessar ta’ data personali mill-Kunsill u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni.

(3)

Bil-għan tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2063, u sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali massima fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġu ppubblikati l-ismijiet ta’ u d-data rilevanti l-oħra dwar il-persuni, l-entitajiet u l-korpi fiżiċi u ġuridiċi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom ikunu ġew iffriżati b’konformità ma’ dak ir-Regolament. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali jrid jikkonforma mar-Regolamenti (UE) 2016/679 (4) u (UE) 2018/1725 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/2063 jiġi emendat skont dan.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-artikolu segwenti jiddaħħal fir-Regolament (UE) Nru 2017/2063:

Artikolu 18 a

(1)

Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jistgħu jipproċessaw id-data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. Dawn il-kompiti jinkludu:

(a)

fir-rigward tal-Kunsill, it-tħejjija ta’ emendi u l-emendar tal-Annessi IV u V;

(b)

fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, it-tħejjija ta’ emendi għall-Annessi IV u V;

(c)

fir-rigward tal-Kummissjoni:

(i)

iż-żieda tal-kontenut tal-Annessi IV u V fil-lista elettronika u konsolidata tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi finanzjarji tal-Unjoni u fil-mappa interattiva tas-sanzjonijiet, li huma kollha disponibbli għall-pubbliku;

(ii)

l-ipproċessar tal-informazzjoni dwar l-impatt ta’ miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament bħall-valur tal-fondi ffriżati u l-informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti.

(2)

Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw, fejn applikabbli, id-data rilevanti relatata mar-reati kriminali mwettqa mill-persuni fiżiċi elenkati, mal-kundanni kriminali ta’ tali persuni jew mal-miżuri ta’ sigurtà li jikkonċernaw lil dawn il-persuni, biss sakemm dak l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-tħejjija tal-Annessi IV u V.

(3)

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kunsill, is-servizz tal-Kummissjoni elenkat fl-Anness III għal dan ir-Regolament u r-Rappreżentant Għoli huma maħtura bħala “kontrolluri” fis-sens tal-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), sabiex jiġi żgurat li l-persuni fiżiċi kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)   ĠU L 295, 14.11.2017, p. 60.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 295, 14.11.2017, p. 21).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1893 tal-11 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (Ara paġna 42 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


12.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/3


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2019/1890

tal-11 ta’ Novembru 2019

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1894 tal-11 ta’ Novembru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-11 ta’ Novembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran. Dik id-Deċiżjoni tipprevedi l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi ta’ ċerti persuni, entitajiet jew korpi responsabbli għal jew involuti fi, inkluż permezz ta’ ppjanar, tħejjija, pereżempju permezz ta’ stħarriġ sismiku, il-parteċipazzjoni fi, it-tmexxija ta’, jew l-assistenza fi, attivitajiet ta’ tħaffir b’rabta mal-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi, jew l-estrazzjoni ta’ idrokarburi li jirriżultaw minn tali attivitajiet, jew l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju, tekniku jew materjali għal tali attivitajiet, li ma ġewx awtorizzati mir-Repubblika ta’ Ċipru, fil-baħar territorjali tagħha jew fiż-żona ekonomika esklużiva tagħha jew fuq il-blata kontinentali tagħha, kif ukoll ta’ persuni assoċjati magħhom. Dawk il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi huma elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894.

(2)

Kif iddikjarat f id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894, dawk l-attivitajiet ta’ tħaffir jiksru s-sovranità jew id-drittijiet sovrani u l-ġurisdizzjoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fil-baħar territorjali, fiż-żona ekonomika esklużiva u fil-blata kontinentali tagħha u, meta tali attivitajiet jitwettqu f’żoni fejn iż-żona ekonomika esklużiva u l-blata kontinentali ma jkunux ġew delimitati skont id-dritt internazzjonali ma’ Stat li jkollu kosta faċċata, huma jipperikolaw jew ixekklu li jintlaħaq ftehim ta’ delimitazzjoni. Dawk l-azzjonijiet imorru kontra l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż ir-riżoluzzjoni paċifika ta’ tilwim, u huma ta’ theddida għall-interessi u s-sigurtà tal-Unjoni. Dik id-Deċiżjoni ddikjarat ukoll li l-Kunsill kien laqa’ l-istedina mill-Gvern ta’ Ċipru biex jinnegozja mat-Turkija u nnota li d-delimitazzjoni ta’ żoni ekonomiċi esklużivi u tal-blata kontinentali jenħtieġ li tiġi indirizzata permezz ta’ djalogu u negozjati b’rieda tajba, b’rispett sħiħ għad-dritt internazzjonali u f’konformità mal-prinċipju ta’ relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat.

(3)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u notevolment id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat f’konformità ma’ dawk id-drittijiet.

(4)

Is-setgħa li tiġi stabbilita u emendata l-lista stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi eżerċitata mill-Kunsill sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-proċess għall-istabbiliment, l-emendar u r-rieżami tal-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894.

(5)

Jenħtieġ li l-proċedura għall-emendar tal-lista stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament tinkludi l-għoti tar-raġunijiet għall-elenkar lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi deżinjati, sabiex tagħtihom l-opportunità jippreżentaw osservazzjonijiet.

(6)

Għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u sabiex tiġi żgurata ċertezza legali massima fl-Unjoni, jenħtieġ li jsiru pubbliċi l-ismijiet ta’ u data rilevanti oħra li tikkonċerna l-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom jiġu ffriżati f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li kwalunkwe proċessar ta’ data personali jikkonforma mar-Regolamenti (UE) 2016/679 (2) u (UE) 2018/1725 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(7)

Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, speċjalment bil-għan li tiġi żgurata applikazzjoni uniformi minn operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati.

(8)

Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u dwar informazzjoni oħra rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom b’rabta ma’ dan ir-Regolament.

(9)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Jenħtieġ li dawk il-pieni jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“pretensjoni” jfisser kwalunkwe pretensjoni, kemm jekk iddikjarata bi proċedimenti legali kif ukoll jekk le, li ssir qabel jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, skont kuntratt jew tranżazzjoni, jew b’rabta magħhom, u b’mod partikolari:

(i)

pretensjoni ta’ prestazzjoni ta’ kwalunkwe obbligu li jirriżulta skont kuntratt jew tranżazzjoni, jew b’rabta magħhom;

(ii)

pretensjoni ta’ estensjoni jew ta’ ħlas ta’ bond, garanzija finanzjarja jew indennizz ta’ liema forma tkun;

(iii)

pretensjoni ta’ kumpens fir-rigward ta’ kuntratt jew tranżazzjoni;

(iv)

kontrotalba;

(v)

pretensjoni għar-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni, inkluż permezz tal-proċedura ta’ exequatur, ta’ sentenza, ta’ deċiżjoni arbitrali jew ta’ deċiżjoni ekwivalenti, tkun fejn tkun saret jew ingħatat;

(b)

“kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni ta’ liema forma tkun u tkun xi tkun il-liġi applikabbli, kemm jekk tikkonsisti f’kuntratt wieħed jew aktar jew f’obbligi simili magħmula bejn l-istess partijiet jew bejn partijiet differenti; għal dak l-iskop “kuntratt” tinkludi bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, u kreditu, kemm jekk legalment indipendenti kif ukoll jekk le, kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni relatata li tiġi mit-tranżazzjoni jew b’konnessjoni magħha;

(c)

“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fis-siti web elenkati fl-Anness II;

(d)

“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta’ kull xorta, kemm tanġibbli kif ukoll intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi, iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, beni jew servizzi;

(e)

“iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta’ riżorsi ekonomiċi biex jinkisbu fondi, beni jew servizzi bi kwalunkwe mod, inkluż, iżda mhux limitat għall-bejgħ, il-kiri jew l-użu tagħhom bħala ipoteka;

(f)

“iffriżar ta’ fondi” tfisser il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe ċaqliq, trasferiment, alterazzjoni, użu, aċċess, jew trattar ta’ fondi bi kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe bidla fil-volum, fl-ammont, fil-post, fis-sjieda, fil-pussess, fil-karattru, fid-destinazzjoni tagħhom jew fi bdil ieħor li jippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż ġestjoni ta’ portafolli;

(g)

“fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta’ kull tip, inkluż, iżda mhux limitat għal:

(i)

flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, money orders u strumenti oħra ta’ pagament;

(ii)

depożiti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, djun u obbligi ta’ dejn;

(iii)

titoli u strumenti ta’ dejn innegozjati pubblikament u privatament, inkluż l-istokks u l-ishma, iċ-ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti tad-derivattivi;

(iv)

imgħax, dividendi jew introjtu ieħor minn assi jew valur li jirriżulta minnhom jew li huwa ġġenerat minnhom;

(v)

kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, garanziji ta’ eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħrajn;

(vi)

ittri ta’ kreditu, poloz ta’ kargu, atti ta’ bejgħ;

(vii)

dokumenti li jagħtu prova ta’ interess f’fondi jew f’riżorsi finanzjarji;

(h)

“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li t-Trattat huwa applikabbli għalihom, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.

Artikolu 2

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, li huma l-proprjetà lil, jew li huma fil-pussess jew taħt il-kontroll ta’ kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness I għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I, jew għall-benefiċċju tagħhom.

3.   L-Anness I għandu jinkludi persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li, skont l-Artikoli 1(1) u 2(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894, ġew identifikati mill-Kunsill bħala li:

(a)

huma responsabbli għal jew involuti fi, inkluż bl-ippjanar, it-tħejjija, il-parteċipazzjoni fi, it-tmexxija, jew l-assistenza ta’, attivitajiet ta’ tħaffir b’rabta mal-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi, jew l-estrazzjoni ta’ idrokarburi li jirriżultaw minn tali attivitajiet, li ma ġewx awtorizzati mir-Repubblika ta’ Ċipru, fil-baħar territorjali tagħha jew fiż-żona ekonomika esklużiva tagħha jew fil-blata kontinentali tagħha, inkluż f’każijiet fejn iż-żona ekonomika esklużiva jew il-blata kontinentali ma tkunx ġiet delimitata f’konformità mad-dritt internazzjonali ma’ Stat li jkollu kosta faċċata, attivitajiet li jistgħu jipperikolaw jew ixekklu li jintlaħaq ftehim ta’ delimitazzjoni;

(b)

jipprovdu appoġġ finanzjarju, tekniku jew materjali għal attivitajiet ta’ tħaffir b’rabta mal-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi, jew l-estrazzjoni ta’ idrokarburi li jirriżultaw minn tali attivitajiet, imsemmija fil-punt (a);

(c)

huma assoċjati ma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fil-punti (a) u (b).

Artikolu 3

1.   B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, skont dawk il-kondizzjonijiet li jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:

(a)

neċessarji biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi elenkati fl-Anness I u tal-membri dipendenti tal-familji ta’ dawn il-persuni fiżiċi, inkluż ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u imposti ta’ servizzi pubbliċi;

(b)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż ta’ spejjeż assoċjati mal-għoti ta’ servizzi legali;

(c)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ tariffi jew imposti għal servizzi ta’ kustodja jew ġestjoni normali ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

(d)

neċessarji għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti rilevanti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom hija tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; jew

(e)

ser jitħallsu f’kont jew minn kont ta’ missjoni diplomatika jew konsulari jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi immunitajiet f’konformità mad-dritt internazzjonali, sa fejn tali pagamenti jkunu maħsuba biex jintużaw għal finijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma fi żmien ġimagħtejn lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.

Artikolu 4

1.   B’deroga mill-Artikolu 2(1), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma soġġetti għal deċiżjoni arbitrarja mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fl-Artikolu 2 kienu elenkati fl-Anness I, jew għal deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw esklużivament biex jiġu ssodisfati pretensjonijiet iggarantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f’tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta’ persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

(c)

id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness I; u

(d)

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma fi żmien ġimagħtejn lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.

Artikolu 5

1.   B’deroga mill-Artikolu 2(1) u bil-kondizzjoni li pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness I ikun dovut skont kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew skont obbligu li rriżulta għall-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat qabel id-data ta’ meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp iddaħħlu fl-Anness I, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw, skont il-kondizzjonijiet li jqisu li jkunu adattati, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; u

(b)

il-pagament ma jkunx bi ksur tal-Artikolu 2(2).

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma fi żmien ġimagħtejn lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.

Artikolu 6

1.   L-Artikolu 2(2) ma għandux iwaqqaf l-ikkreditar ta’ kontijiet iffriżati minn istituzzjonijiet finanzjarji jew ta’ kreditu li jirċievu fondi trasferiti minn partijiet terzi fil-kont ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness I, bil-kondizzjoni li kwalunkwe żieda f’tali kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu għandha tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti bi kwalunkwe tranżazzjoni ta’ dan it-tip, mingħajr dewmien.

2.   L-Artikolu 2(2) ma għandux japplika għaż-żieda f’kontijiet iffriżati ta’:

(a)

imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet;

(b)

pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmi fl-Artikolu 2 jkun ġie inkluż fl-Anness I; jew

(c)

pagamenti dovuti skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali mogħtija fi Stat Membru jew eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat,

bil-kondizzjoni li kwalunkwe tali mgħax, dħul u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-miżuri previsti fl-Artikolu 2(1).

Artikolu 7

1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli li jikkonċernaw ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:

(a)

jipprovdu minnufih kwalunkwe informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħall-informazzjoni fuq kontijiet u ammonti ffriżati f’konformità mal-Artikolu 2, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu residenti jew fejn ikunu jinsabu, u għandhom jibagħtu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istat Membru, lill-Kummissjoni; u

(b)

jikkooperaw mal-awtorità kompetenti fi kwalunkwe verifika ta’ din l-informazzjoni.

2.   Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni tirċievi direttament għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

3.   Kwalunkwe informazzjoni pprovduta jew li tasal f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-finijiet li tkun għalihom ingħatat jew waslet.

Artikolu 8

Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni b’mod konxju u bi ħsieb, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2.

Artikolu 9

1.   L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, imwettaq b’rieda tajba fuq il-bażi li tali azzjoni tkun konformi ma’ dan ir-Regolament, ma għandux joħloq responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jkun qed jimplimentah, jew tad-diretturi jew l-impjegati tiegħu, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b’riżultat ta’ negliġenza.

2.   Azzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma għandhom joħolqu l-ebda tip ta’ responsabbiltà min-naħa tagħhom jekk ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 10

1.   Ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ xi kuntratt jew tranżazzjoni, li l-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, inkluż pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, partikolarment pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta’ bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta’ kwalunkwe għamla, ma għandha tiġi ssodisfata, jekk din issir minn:

(a)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ddeżinjati, elenkati fl-Anness I;

(b)

kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu permezz ta’ waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi msemmija fil-punt (a) jew f’isimhom.

2.   Fi kwalunkwe proċediment għall-eżekuzzjoni ta’ pretensjoni, l-oneru tal-prova li l-issodisfar tal-pretensjoni mhux ipprojbit mill-paragrafu 1 għandu jkun fuq il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkun qed ifittex l-eżekuzzjoni ta’ dik il-pretensjoni.

3.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, tal-entitajiet u tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligi kuntrattwali f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 11

1.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin bil-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u jikkondividu kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom b’rabta ma’ dan ir-Regolament, partikolarment informazzjoni:

(a)

dwar il-fondi ffriżati skont l-Artikolu 2 u l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 3 sa 5;

(b)

dwar ksur u problemi ta’ eżekuzzjoni u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra għad-dispożizzjoni tagħhom li tista’ taffettwa l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12

1.   Meta l-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 3, għandu jemenda l-Anness I kif xieraq.

2.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, inkluż ir-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernat, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, li jipprovdi lil tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp b’opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

3.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernat skont il-każ.

4.   Il-lista fl-Anness I għandha tiġi rieżaminata f’intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar.

5.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi ta’ informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

Artikolu 13

1.   L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, tal-entitajiet jew tal-korpi kkonċernati.

2.   L-Anness I għandu jinkludi l-informazzjoni disponibbli meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward ta’ persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista’ tinkludi ismijiet u psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, il-ġeneru, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

Artikolu 14

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk ir-regoli lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti.

Artikolu 15

1.   Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“ir-Rappreżentant Għoli”) jistgħu jipproċessaw id-data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. Dawn il-kompiti jinkludu:

(a)

fir-rigward tal-Kunsill, it-tħejjija u l-emendar tal-Anness I;

(b)

fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, it-tħejjija ta’ emendi għall-Anness I;

(c)

fir-rigward tal-Kummissjoni:

(i)

iż-żieda tal-kontenut tal-Anness I fil-lista elettronika konsolidata tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi finanzjarji tal-Unjoni u fil-mappa interattiva tas-sanzjonijiet, li huma t-tnejn disponibbli għall-pubbliku;

(ii)

l-ipproċessar tal-informazzjoni dwar l-impatt tal-miżuri ta’ dan ir-Regolament, bħall-valur tal-fondi ffriżati u l-informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti.

2.   Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw, fejn applikabbli, data rilevanti relatata ma’ reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi elenkati, ma’ kundanni kriminali ta’ tali persuni jew ma’ miżuri ta’ sigurtà li jikkonċernaw lit-tali persuni, biss sa fejn tali pproċessar ikun meħtieġ għat-tħejjija tal-Anness I.

3.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kunsill, is-servizz tal-Kummissjoni elenkat fl-Anness II għal dan ir-Regolament u r-Rappreżentant Għoli huma ddeżinjati bħala “kontrolluri” fit-tifsira tal-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1725, sabiex ikun żgurat li l-persuni fiżiċi kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 16

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti u jidentifikawhom fuq is-siti web elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fl-indirizzi tas-siti web tal-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Anness II.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inkluż id-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti, mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u għandhom jinnotifikawha bi kwalunkwe emenda sussegwenti.

3.   Meta dan ir-Regolament jistipula rekwiżit li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata, infurmata, jew li ssir xi komunikazzjoni magħha b’xi mod ieħor, l-indirizz u d-dettalji l-oħra ta’ kuntatt li jridu jintużaw għal din il-komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.

Artikolu 17

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a)

fit-territorju tal-Unjoni, inkluż fl-ispazju tal-ajru tagħha;

(b)

abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew kwalunkwe bastiment fil-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru;

(c)

għal kwalunkwe persuna fiżika fit-territorju jew barra mit-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadina ta’ Stat Membru;

(d)

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp, fit-territorju jew barra mit-territorju tal-Unjoni, li jkun inkorporat jew kostitwit skont il-liġi ta’ Stat Membru;

(e)

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe negozju mwettaq, kollu kemm hu jew parti minnu, fl-Unjoni.

Artikolu 18

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Ara l-paġna 47 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS I

LISTA TA’ PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2

(…)


ANNESS II

SITI WEB B’INFORMAZZJONI DWAR L-AWTORITAJIET KOMPETENTI U L-INDIRIZZ GĦAN-NOTIFIKI LILL-KUMMISSJONI

IL-BELĠJU

https://diplomatie.belgium.be/nl/Beleid/beleidsthemas/vrede_en_veiligheid/sancties

https://diplomatie.belgium.be/fr/politique/themes_politiques/paix_et_securite/sanctions

https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions

IL-BULGARIJA

https://www.mfa.bg/en/101

IĊ-ĊEKJA

www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.exteriores.gob.es/Portal/en/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Paginas/SancionesInternacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/

IL-KROAZJA

http://www.mvep.hr/sankcije

L-ITALJA

https://www.esteri.it/mae/it/politica_estera/politica_europea/misure_deroghe

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/mfa/mfa2016.nsf/mfa35_en/mfa35_en?OpenDocument

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/mesures-restrictives.html

L-UNGERIJA

http://www.kormany.hu/download/9/2a/f0000/EU%20szankci%C3%B3s%20t%C3%A1j%C3%A9koztat%C3%B3_ 20170214_final.pdf

MALTA

https://foreignaffairs.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/Sanctions-Monitoring-Board.aspx

IN-NETHERLANDS

https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

https://www.gov.pl/web/dyplomacja

IL-PORTUGALL

http://www.portugal.gov.pt/pt/ministerios/mne/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas- restritivas.aspx

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

https://www.gov.si/teme/omejevalni-ukrepi/

IS-SLOVAKKJA

https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-IŻVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

https://www.gov.uk/guidance/uk-sanctions

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

European Commission

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: relex-sanctions@ec.europa.eu


12.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1891

tal-11 ta’ Novembru 2019

li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Novembru 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela.

(2)

Il-Kunsill issottolinja li l-miżuri restrittivi huma gradwali, immirati, flessibbli u riversibbli, ma jaffettwawx lill-popolazzjoni ġenerali u għandhom l-għan li jrawmu proċess kredibbli u sinifikattiv li jista’ jwassal għal soluzzjoni negozjata u paċifika.

(3)

Fid-dawl tad-deterjorazzjoni kontinwa tas-sitwazzjoni fil-Venezwela,fit-22 ta’ Jannar 2018 l-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/88 (2) li ddeżinja seba’ persuni fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi fl-Anness I għar-Regolament (PESK) 2017/2063.

(4)

Fit-28 ta’ Mejju 2018, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li ddikjaraw li l-elezzjonijiet presidenzjali bikrija fil-Venezwela flimkien mal-elezzjonijiet reġjonali li saru fl-20 ta’ Mejju 2018 la kienu ħielsa u lanqas ġusti. L-Unjoni appellat li jsiru elezzjonijiet presidenzjali ġodda u ddikkjarat li hija ser taġixxi malajr bil-għan li timponi miżuri restrittivi addizzjonali li jkunu mmirati u riversibbli.

(5)

Fil-25 ta’ Ġunju 2018, bħala segwitu għall-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2018, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/899 (3) li ddeżinja ħdax-il persuna.

(6)

Fil-25 ta’ Ottubru 2018, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) ħarġet dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li ddikjarat li l-Unjoni kienet għadha konvinta li jista’ jkun hemm biss soluzzjoni demokratika, politika u paċifika għall-kriżi attwali u ssottolinjat l-impenn tal-Unjoni li tuża l-istrumenti politiċi kollha tagħha biex tikkontribwixxi għall-kisba ta’ soluzzjoni bħal din.

(7)

Fis-6 ta’ Novembru 2018, fil-kuntest tar-reviżjoni annwali tal-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1653 (4) li emenda d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal persuna waħda.

(8)

F’Jannar, Frar, Marzu u April 2019, ir-Rappreżentant Għoli ħarġet dikjarazzjonijiet f’isem l-Unjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela li enfasizzaw ir-rieda tal-Unjoni li tkompli tagħmel kull sforz possibbli sabiex jerġgħu jiġu stabbiliti d-demokrazija u l-istat tad-dritt, sabiex tieħu azzjoni ulterjuri u biex tirreaġixxi permezz ta’ miżuri xierqa għal deċiżjonijiet u azzjonijiet li jkomplu jdgħajfu l-istituzzjonijiet u l-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.

(9)

Fit-8 ta’ Lulju 2019, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1169 (5) li aġġorna d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal tliet persuni elenkati.

(10)

Fis-16 ta’ Lulju 2019, ir-Rappreżentant Għoli ħarġet dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li ddikjarat li r-rapport tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem ikkonferma b’mod ċar u dettaljat il-grad u s-severità tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, l-erożjoni tal-istat tad-dritt u ż-żarmar tal-istituzzjonijiet demokratiċi fil-Venezwela. L-Unjoni indikat ukoll li lesta tibda l-ħidma lejn l-applikazzjoni ta’ miżuri mmirati għal dawk il-membri tal-forzi tas-sigurtà involuti fit-tortura u ksur serju ieħor tad-drittijiet tal-bniedem.

(11)

Fis-26 ta’ Settembru 2019, bħala segwitu għad-dikjarazzjoni tas-16 ta’ Lulju 2019 u fid-dawl tas-sitwazzjoni serja kontinwa fil-Venezwela, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1586 (6) li ddeżinja seba’ persuni.

(12)

F’dak il-kuntest, u f’konformità mal-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) 2017/2063, il-Kunsill irreveda l-miżuri restrittivi fis-seħħ fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela.

(13)

Wara li qies il-kriżi politika, ekonomika, soċjali u umanitarja li għaddejja bħalissa fil-Venezwela u b’azzjonijiet persistenti li jdgħajfu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-Kunsill iddeċieda li jġedded il-miżuri restrittivi fis-seħħ, inkluż id-deżinjazzjonijiet kollha. Dawn il-miżuri ma jaffettwawx lill-popolazzjoni ġenerali u jistgħu jitreġġgħu lura fid-dawl tal-progress li jkun sar lejn ir-restawr tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-Venezwela.

(14)

Id-deżinjazzjonijiet individwali li jinsabu fl-Anness IV għar-Regolament (UE) 2017/2063 ġew riveduti u l-informazzjoni dwar tmien persuni jenħtieġ li tiġi emendata.

(15)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness IV għar-Regolament (UE) 2017/2063 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (UE) 2017/2063 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)   ĠU L 295, 14.11.2017, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/88 tat-22 ta’ Jannar 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 16 I, 22.1.2018, p. 6).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/899 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 160 I, 25.6.2018, p. 5).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1653 tas-6 ta’ Novembru 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 276, 7.11.2018, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1169 tat-8 ta’ Lulju 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 183, 9.7.2019, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1586 tas-26 ta’ Settembru 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 248, 27.9.2019, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness IV għar-Regolament (UE) 2017/2063, l-entrati 1, 3, 6, 10, 13, 15, 19 u 21 huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“1.

Néstor Luis Reverol Torres

Data tat-twelid: 28 ta’ Ottubru 1964

Sess: raġel

Ministru għall-Intern, Ġustizzja u Paċi mill-2016. Maħtur ukoll bħala Viċi-President tax-Xogħlijiet u s-Servizzi Pubbliċi u Segretarju Eżekuttiv tal-Persunal Ġenerali għall-Elettriku f’April 2019. Eks Kmandant Ġenerali tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż it-tortura ta’ priġunieri (politiċi), u r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, inkluż il-projbizzjoni u r-repressjoni ta’ dimostrazzjonijiet politiċi, imwettqa mill-forzi tas-sigurtà taħt il-kmand tiegħu.

22.1.2018

3.

Tibisay Lucena Ramírez

Data tat-twelid: 26 ta’ April 1959

Sess: mara

President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral (CNE)). L-azzjonijiet u l-politiki tagħha dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi naqsu milli jiżguraw li s-CNE jibqa’ istituzzjoni imparzjali u indipendenti skont il-Kostituzzjoni Venezwelana u b’hekk iffaċilitat l-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti u l-elezzjoni mill-ġdid ta’ Nicolás Maduro f’Mejju 2018 permezz ta’ elezzjonijiet presidenzjali li la kienu ħielsa u lanqas ġusti.

22.1.2018

6.

Tarek William Saab Halabi

Data tat-twelid:

10 ta’ Settembru 1963 Post tat-twelid:

El Tigre, Stat ta’ Anzoátegui, Venezwela

Sess: raġel

Avukat Ġenerali tal-Venezwela maħtur mill-Assemblea Kostitwenti. F’dan ir-rwol, u fir-rwoli preċedenti bħala Ombudsman u President tal-Kunsill Morali Repubblikan, huwa dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela billi pubblikament appoġġa azzjonijiet kontra avversarji tal-Gvern tal-Venezwela u l-irtirar ta’ kompetenzi mill-Assemblea Nazzjonali.

22.1.2018

10.

Jesús Rafael Suárez Chourio

Data tat-twelid: 19 ta’ Lulju 1962

Sess: raġel

Kap Kmandant tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana Venezwelana u Kap tal-Persunal Ġenerali għall-Kap Kmandant. Eks Kmandant Ġeneral tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana Venezwelana u eks Kmandant tar-Reġjun ta’ Difiża Komprensiv tal-Venezwela taż-Żona Ċentrali (REDI Central). Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem minn forzi taħt il-kmand tiegħu matul il-mandat tiegħu bħala Kmandant Ġenerali tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana Venezwelana, inkluż l-użu ta’ forza eċċessiva u l-maltrattament tad-detenuti. Kellu fil-mira tiegħu l-oppożizzjoni demokratika u appoġġa l-użu ta’ qrati militari għall-proċessi ta’ dimostranti ċivili.

25.6.2018

13.

Elías José Jaua Milano

Data tat-twelid: 16 ta’ Diċembru 1969

Sess: raġel

Eks Ministru għas-Setgħa Popolari għall-Edukazzjoni. Eks President tal-Kummissjoni Presidenzjali għall-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali illeġittima. Responsabbli li dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela permezz tar-rwol tiegħu li wassal għall-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima.

25.6.2018

15.

Freddy Alirio Bernal Rosales

Data tat-twelid: 16 ta’ Ġunju 1962

Post tat-twelid: San Cristóbal, Stat ta’ Táchira, Venezwela

Sess: raġel

Kap taċ-Ċentru ta’ Kontroll Nazzjonali tal-Kumitat għall-Provvista u l-Produzzjoni Lokali (CLAP) u Protettur tal-Istat ta’ Táchira. Huwa ukoll Kummissarju Ġenerali tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence Bolivarjan (SEBIN). Bħala Kap tal-CLAP u Protettur tal-Istat ta’ Táchira jista’ jamar lill-Forzi Speċjali (FAES) u jista’ jinfluwenza l-ħatra ta’ mħallfin u prosekuturi. Responsabbli li dgħajjef id-demokrazija permezz tal-manipulazzjoni tad-distribuzzjonijiet tal-programm CLAP fost il-votanti. Barra minn hekk, bħala Kummissarju Ġenerali ta’ SEBIN huwa responsabbli għall-attivitajiet ta’ SEBIN li jinkludu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem bħad-detenzjoni arbitrarja.

25.6.2018

19.

Nestor Neptali Blanco Hurtado

Data tat-twelid: 26 ta’ Settembru 1982

Numru tal-ID: V-15222057

Sess: raġel

Maġġur fil-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana (GNB), opera flimkien ma’ uffiċjali fid-Direttorat Ġenerali tal-Counter-Intelligence Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) tal-inqas minn Diċembru 2017. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura, użu eċċessiv tal-forza u maltrattament tad-detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM.

27.9.2019

21.

Carlos Alberto Calderon Chirinos

Numru tal-ID: V-10352300

Sess: raġel

Uffiċjal għoli (imsejjaħ Kummissarju, Direttur u Direttur Ġenerali) fis-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali Bolivarjan (SEBIN). Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura, użu eċċessiv tal-forza u maltrattament tad-detenuti fil-faċilitajiet tas-SEBIN. B’mod partikolari, huwa pparteċipa u kien responsabbli għal atti ta’ tortura u għat-trattament krudili, inuman u degradanti tad-detenuti f’El Helicoide, ħabs tas-SEBIN.

27.9.2019”


12.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1892

tal-31 ta’ Ottubru 2019

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1230/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għal ċertu vetturi bil-mutur mgħammra b’kabini elongati u għal apparat u tagħmir ajrudinamiċi għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati maħsuba għalihom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 (2) jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 billi jistabbilixxi rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-mases u d-dimensjonijiet tagħhom.

(2)

Apparat u tagħmir ajrudinamiċi, bħal pereżempju flaps imwaħħla mal-parti ta’ wara tat-trakkijiet u tat-trejlers tagħhom u li jistgħu jiġu miġbuda lura jew li jintwew, kif ukoll apparat u tagħmir ajrudinamiċi għal kabini huma teknoloġiji li huma disponibbli bħalissa u li għandhom potenzjal li jtejbu l-prestazzjoni ajrudinamika tal-vetturi. Madankollu, minħabba d-disinn tagħhom, jista’ jkun li dak l-apparat u tagħmir jisporġu ’l barra mill-parti li tinsab l-iktar ’il barra fuq in-naħa ta’ quddiem, ta’ wara jew tal-ġnub tal-vetturi li jiġu mwaħħla fuqhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-vetturi mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ta’ dak it-tip jiġu eżentati mir-rekwiżiti marbuta mad-dimensjonijiet standard.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (3) ġiet emendata bid-Direttiva (UE) 2015/719 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u bir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) biex tipprevedi deroga mir-restrizzjonijiet fuq it-tul massimu u l-piż massimu sabiex ikun permess l-użu ta’ vetturi bil-mutur b’karatteristiċi ajrudinamiċi mtejba u ta’ vetturi bil-mutur li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew b’emissjonijiet żero, rispettivament, fi traffiku transfruntiera.

(4)

Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-koerenza bejn il-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE u r-regoli armonizzati għall-vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fl-Unjoni, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għal vetturi bil-mutur b’kabini elongati u għal tagħmir jew apparat ajrudinamiċi sabiex jiġi żgurat li dawn jipprovdu benefiċċji f’termini ta’ prestazzjoni tal-enerġija, viżibbiltà aħjar għas-sewwieqa, sikurezza għal utenti oħra tat-triq kif ukoll f’termini ta’ sikurezza u kumdità għas-sewwieqa.

(5)

Mhuwiex possibbli li awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li tip ta’ apparat u ta’ tagħmir ajrudinamiku jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi rilevanti b’mod indipendenti minn vettura. Apparat u tagħmir ajrudinamiċi bħal dawn għandhom għalhekk jingħataw l-approvazzjoni tat-tip fir-rigward ta’ tip speċifiku wieħed jew aktar ta’ vettura jew fir-rigward ta’ vetturi ġeneriċi li għalihom huma definiti d-dimensjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet materjali preċiżi fil-post tal-installazzjoni. Għal dik ir-raġuni, għandhom jingħataw l-approvazzjoni tat-tip bħala unitajiet tekniċi separati, filwaqt li r-rekwiżiti speċifiċi għall-approvazzjoni tagħhom għandhom jiġu stabbiliti qabel ma jiġu introdotti fis-suq. Il-kabini elongati jenħtieġ li jkunu soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-vetturi, rispettivament, kif meħtieġ mid-Direttiva 96/53/KE.

(6)

Il-konformità mal-istandards futuri tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi heavy-duty se teħtieġ l-applikazzjoni ta’ diversi teknoloġiji biex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Waħda mill-aktar miżuri effiċjenti biex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija hija li titnaqqas ir-reżistenza tal-arja tal-vetturi bil-mutur.

(7)

L-apparat ajrudinamiku mwaħħal mal-parti ta’ wara tat-trakkijiet u tat-trejlers tagħhom u li jista’ jiġi miġbud lura jew li jintewa u l-apparat u tagħmir ajrudinamiċi tal-kabini jenħtieġ li jkunu mibnija b’tali mod li jiżgura li ma jfixklux il-kapaċità tal-użu tal-vettura għat-trasport intermodali. Għalhekk, il-wisa’ massima ta’ 2,60 m għandha tapplika għall-vetturi kollha, inklużi l-vetturi refriġerati. Barra minn hekk, it-tagħmir ajrudinamiku għandu jkun kapaċi jirreżisti l-ispostament tal-arja ġġenerat minn ċirkostanzi operattivi fit-trasport intermodali.

(8)

Il-vetturi bil-mutur li jaħdmu bi fjuwils alternattivi jew b’emissjonijiet żero jenħtieġ li jibbenefikaw minn provvediment ta’ piż żejjed. Il-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija tal-fjuwil alternattiv jew tal-emissjonijiet żero jenħtieġ li jiġi indikat b’mod ċar fuq il-pjanċa statutorja tal-manifattur.

(9)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1230/2012 jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1230/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-mases u d-dimensjonijiet tagħhom, kif ukoll ta’ ċertu unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dawk il-vetturi.”;

(2)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti (25) u (26) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(25)

‘bażi tar-roti’ tfisser dan li ġej:

(a)

għal vetturi bil-mutur u trejlers bl-iżbarra tal-irmonk, id-distanza orizzontali bejn iċ-ċentru tal-ewwel u l-aħħar fus;

(b)

għat-trejlers b’fus ċentrali, għas-semitrejlers u għat-trejlers bi żbarra tal-irmonk riġida, id-distanza bejn l-assi vertikali tal-agganċ u ċ-ċentru tal-aħħar fus;

(26)

‘spazju tal-fusien’ tfisser id-distanza bejn żewġ fusien konsekuttivi; għat-trejlers b’fus ċentrali, għas-semitrejlers u għat-trejlers bi żbarra tal-irmonk riġida, l-ewwel spazju tal-fusien huwa d-distanza orizzontali bejn l-assi vertikali tal-agganċ ta’ quddiem u ċ-ċentru tal-ewwel fus;”;

(b)

il-punt (33) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(33)

‘tperpir fuq wara’ tfisser id-distanza bejn il-punt inizjali u l-punt estrem reali milħuq mill-parti ta’ wara ta’ vettura waqt l-immanuvrar fil-kundizzjonijiet speċifikati fit-Taqsima 8 tal-Parti B tal-Anness I jew fit-Taqsima 7 tal-Parti C ta’ dak l-Anness;”;

(c)

jiżdied il-punt (41) li ġej:

“(41)

‘apparat u tagħmir ajrudinamiċi’ tfisser apparat jew tagħmir iddisinjat biex inaqqas ir-reżistenza ajrudinamika tal-arja tal-vetturi tat-triq, bl-eċċezzjoni tal-kabini elongati.”

(3)

jiddaħħlu l-Artikoli 4a u 4b li ġejjin:

“Artikolu 4a

Approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ unità teknika separata ta’ apparat u tagħmir ajrudinamiċi

1.   Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom jippreżentaw l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ apparat jew tagħmir ajrudinamiċi lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata.

L-applikazzjoni għandha tiġi fformulata skont il-mudell tad-dokument ta’ informazzjoni stabbilit fil-Parti C tal-Anness V.

2.   Jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti rilevanti stipulati f’dan ir-Regolament, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta’ numerazzjoni stabbilita fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.

Stat Membru ma għandux jagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ unità teknika separata.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tagħti ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilit skont il-mudell stipulat fil-Parti D tal-Anness V.

Artikolu 4b

Marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata

Kull unità teknika separata konformi ma’ tip li għalih tkun ingħatat approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata skont dan ir-Regolament għandu jkollha marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata kif stipulat fil-Parti E tal-Anness V.”;

(4)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(5)

L-Anness V huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 tat-12 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-mases u d-dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 353, 21.12.2012, p. 31).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).

(4)  Id-Direttiva (UE) 2015/719 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 115, 6.5.2015, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1230/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti A, il-punt 1.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.3.

L-apparat u t-tagħmir imsemmija fl-Appendiċi 1 ma għandhomx jitqiesu għad-determinazzjoni tat-tul, tal-wisa’ u tal-għoli.”;

(2)

Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt 1.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.3.

L-apparat u t-tagħmir imsemmija fl-Appendiċi 1 ma għandhomx jitqiesu għad-determinazzjoni tat-tul, tal-wisa’ u tal-għoli.”;

(b)

jiddaħħlu l-punti 1.3.1. sa 1.3.1.3. li ġejjin:

“1.3.1.

Rekwiżiti addizzjonali għall-apparat ajrudinamiku msemmi fl-Appendiċi 1

1.3.1.1.

L-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi ta’ tul ta’ mhux aktar minn 500 mm fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu ma għandhomx iżidu l-ispazju ġenerali tat-tagħbija li jista’ jintuża. Dawn għandhom jinbnew b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu maqfula f’pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija u f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu. Barra minn hekk, tali apparat u tagħmir għandhom jinbnew b’mod li jistgħu jinġibdu lura jew jintwew meta l-vettura tkun wieqfa b’tali mod li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura msemmija fil-punt 1.1.2. ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura, u li t-tul massimu awtorizzat tal-vettura msemmi fil-punt 1.1.1. ma jinqabiżx b’aktar minn 200 mm kif permess biss minn għoli ’l fuq mill-art ta’ mill-inqas 1 050 mm biex b’hekk ma tiġix imfixkla l-kapaċità tal-użu tal-vettura għat-trasport intermodali. Apparti dan, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1.3.1.1.1. u 1.3.1.1.3.

1.3.1.1.1.

L-apparat u t-tagħmir għandhom ikunu approvati għat-tip skont dan ir-Regolament.

1.3.1.1.2.

Għandu jkun possibbli għall-operatur li jvarja l-pożizzjoni tal-apparat u tat-tagħmir ajrudinamiċi, u li jiġbidhom lura jew jitwihom, billi tiġi applikata forza manwali li ma taqbiżx l-40 daN. Barra minn hekk, dan jista’ wkoll isir b’mod awtomatiku.

1.3.1.1.3.

Mhuwiex meħtieġ li apparat u tagħmir ikunu jistgħu jinġibdu lura jew jintwew jekk ikun hemm konformità sħiħa mar-rekwiżiti dimensjonali massimi fil-kundizzjonijiet kollha.

1.3.1.2.

L-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi ta’ tul ta’ aktar minn 500 mm fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu ma għandhomx iżidu l-ispazju ġenerali tat-tagħbija li jista’ jintuża. Dawn għandhom jinbnew b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu maqfula kemm f’pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu. Barra minn hekk, dak l-apparat għandu jinbena b’tali mod li jista’ jiġi miġbud lura jew jintewa meta l-vettura tkun wieqfa b’tali mod li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura msemmija fil-punt 1.1.2. ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura, u li t-tul massimu awtorizzat tal-vettura msemmi fil-punt 1.1.1. ma jinqabiżx b’aktar minn 200 mm kif permess biss minn għoli ’l fuq mill-art ta’ mill-inqas 1 050 mm biex b’hekk ma tiġix imfixkla l-kapaċità tal-użu tal-vettura għat-trasport intermodali. Apparti dan, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1.3.1.2.1. sa 1.3.1.2.4.

1.3.1.2.1.

L-apparat u t-tagħmir għandhom ikunu approvati għat-tip skont dan ir-Regolament.

1.3.1.2.2.

Għandu jkun possibbli għall-operatur li jvarja l-pożizzjoni tal-apparat u tat-tagħmir ajrudinamiċi, u li jiġbidhom lura jew jitwihom, billi tiġi applikata forza manwali li ma taqbiżx l-40 daN. Barra minn hekk, dan jista’ wkoll isir b’mod awtomatiku.

1.3.1.2.3.

Meta jiġu installati fuq il-vettura u fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu, l-elementi vertikali ewlenin kollha jew kull kombinament ta’ elementi vertikali u l-elementi orizzontali ewlenin kollha jew kull kombinament ta’ elementi orizzontali li minnhom jikkonsistu l-apparat u t-tagħmir, għandhom ikunu jifilħu għal forzi ta’ trazzjoni u ta’ imbuttar vertikali u orizzontali applikati b’mod sekwenzjali fid-direzzjoni ’l fuq, ’l isfel, lejn ix-xellug u lejn il-lemin, ta’ 200 daN ± 10 % applikati b’mod statiku fiċ-ċentru ġeometriku tas-superfiċje projettata perpendikolari rilevanti, bi pressjoni massima ta’ 2,0 MPa. L-apparat u t-tagħmir jistgħu jiddeformaw ruħhom, iżda s-sistema għall-aġġustament u għall-qfil ma għandhiex tirrilaxxahom bħala riżultat tal-forzi applikati. Id-deformazzjoni għandha tkun limitata sabiex jiġi żgurat li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura, kemm waqt kif ukoll wara t-test.

1.3.1.2.4.

Meta jkunu miġbudin lura jew f’pożizzjoni mitwija, l-elementi vertikali ewlenin kollha jew kull kombinament ta’ elementi vertikali u l-elementi orizzontali ewlenin kollha jew kull kombinament ta’ elementi orizzontali li minnhom jikkonsistu l-apparat u t-tagħmir, għandhom ikunu jifilħu għal forza ta’ trazzjoni orizzontali ta’ 200 daN ± 10 % applikata f’direzzjoni lonġitudinali lejn in-naħa ta’ wara b’mod statiku fiċ-ċentru ġeometriku tas-superfiċje projettata perpendikolari rilevanti, bi pressjoni massima ta’ 2,0 MPa. L-apparat u t-tagħmir jistgħu jiddeformaw ruħhom, iżda s-sistema għall-aġġustament u għall-qfil ma għandhiex tirrilaxxahom bħala riżultat tal-forzi applikati. Id-deformazzjoni għandha tkun limitata sabiex jiġi żgurat li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura u li t-tul massimu awtorizzat tal-vettura ma jinqabiżx b’aktar minn 200 mm.

1.3.1.3.

Għandu jiġi vverifikat mis-servizz tekniku, għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, li l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi ppożizzjonati kemm f’pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu, ma jnaqqsux b’mod sinifikanti t-tkessiħ u l-ventilazzjoni tas-sistema tal-motopropulsjoni, tas-sistema tal-egżost u tal-kabina tal-passiġġieri. Ir-rekwiżiti applikabbli l-oħra kollha relatati mas-sistemi tal-vettura għandhom jiġu osservati bis-sħiħ meta l-apparat u t-tagħmir jitqiegħdu fil-pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, fil-pożizzjoni mitwija, kif ukoll fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu.

Permezz ta’ deroga li tikkonċerna r-rekwiżiti applikabbli relatati mal-protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun, id-distanzi orizzontali bejn in-naħa ta’ wara tal-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun u l-estremità ta’ wara tal-vettura kif mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi jistgħu jitkejlu mingħajr ma jitqiesu l-apparat u t-tagħmir, bil-kundizzjoni li jkollhom tul ta’ aktar minn 200 mm, li jkunu f’kundizzjoni ta’ waqt l-użu u li s-sezzjonijiet fundamentali tal-elementi li jitqiegħdu f’għoli ta’ ≤ 2,0 m ’il fuq mill-art imkejla f’kundizzjoni bla tagħbija jkunu magħmula minn materjal b’ebusija ta’ < 60 Shore (A). Is-sezzjonijiet strutturali dojoq, it-tubi u l-wajers tal-metall li jiffurmaw qafas jew sottostrat bħala appoġġ għat-taqsimiet fundamentali tal-elementi ma għandhomx jitqiesu meta tiġi ddeterminata l-ebusija. Madankollu, sabiex jiġu eliminati r-riskji ta’ korrimenti u ta’ penetrazzjoni ta’ vetturi oħra f’każ ta’ kolliżjoni, it-truf tas-sezzjonijiet strutturali dojoq, tat-tubi u tal-wajers tal-metall ma għandhomx ikunu diretti lejn in-naħa ta’ wara, bl-apparat u bit-tagħmir kemm miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu.

Bħala alternattiva għad-deroga msemmija fil-paragrafu ta’ qabel, id-distanzi orizzontali bejn in-naħa ta’ wara tal-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun u l-estremità ta’ wara tal-vettura kif mgħammra b’apparat u b’tagħmir ajrudinamiċi jistgħu jitkejlu mingħajr ma jitqiesu l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi, bil-kundizzjoni li jkollhom tul ta’ aktar minn 200 mm, li jkunu f’kundizzjoni ta’ waqt l-użu u li l-istess apparat jew tagħmir ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet dwar l-ittestjar stabbiliti fl-Appendiċi 4.

Madankollu d-distanzi orizzontali bejn in-naħa ta’ wara tal-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun u l-estremità ta’ wara tal-vettura għandhom jitkejlu bl-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi miġbudin lura jew f’pożizzjoni mitwija, jew għandhom iqisu t-tul li jirriżulta tal-projezzjoni skont il-punt 1.6.1. tal-Appendiċi 4, jekk dak it-tul ikun jaqbeż it-tul tal-pożizzjoni tat-tagħmir ajrudinamiċi miġbudin lura jew f’pożizzjoni mitwija.”;

(c)

jiddaħħlu l-punti 2.1.3., 2.1.3.1. u 2.1.3.2. li ġejjin:

“2.1.3.

Fil-każ ta’ vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew vetturi b’emissjonijiet żero:

2.1.3.1.

Il-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija tal-fjuwil alternattiv jew tal-emissjonijiet żero skont il-punti 2.3. u 2.4. tal-Anness I tad-Direttiva 96/53/KE għandu jiġi definit abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta mill-manifattur. Il-korrettezza tal-informazzjoni ddikjarata għandha tiġi vverifikata mis-Servizz Tekniku, għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.

2.1.3.2.

Il-manifattur għandu jindika s-simbolu addizzjonali li ġej, kif ukoll il-valur tal-piż addizzjonali, taħt jew maġenb l-iskrizzjonijiet obbligatorji fuq il-pjanċa statutorja tal-manifattur, barra minn rettangolu mmarkat b’mod ċar li fih għandha tidher biss l-informazzjoni obbligatorja.

“96/53/KE ARTICLE 10B COMPLIANT – XXXX KG”

L-għoli tal-karattri tas-simbolu u tal-valur iddikjarat ma għandux ikun inqas minn 4 mm.

Barra minn hekk, sakemm tiġi introdotta entrata dedikata fiċ-Ċertifikat ta’ Konformità, il-valur tal-piż addizzjonali għandu jiġi ddikjarat bħala parti mir-“rimarki” fiċ-Ċertifikat ta’ Konformità, sabiex tkun permessa l-inklużjoni ta’ din l-informazzjoni fid-dokumenti ta’ reġistrazzjoni abbord il-vettura.”;

(d)

jiddaħħal il-punt 2.2.5.1. li ġej:

“2.2.5.1.

Fil-każ ta’ vettura artikolata b’minn tal-inqas erba’ fusien tal-klassi I b’żewġ fusien direzzjonali, il-massa korrispondenti għat-tagħbija fuq il-fus(ien) direzzjonali ta’ quddiem fl-ebda każ ma għandha tkun inqas minn 15 % tal-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli “M”.”;

(e)

fil-punt 6.1., tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Ir-rekwiżiti f’dan il-punt ma għandhomx japplikaw għall-modalità ta’ sewqan bl-elettriku biss ta’ vetturi elettriċi ibridi.”;

(f)

il-punt 6.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.2.

Il-potenza tal-magna għandha titkejjel skont ir-Regolament UNECE Nru 85 (*1).

(*1)   ĠU L 326, 24.11.2006, p. 55.”;"

(g)

fil-punt 7.1.1., tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Jekk il-vettura tkun mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi msemmija fil-punti 1.3.1.1. u 1.3.1.2., l-apparat u t-tagħmir għandhom ikunu fil-pożizzjoni attiva u ta’ waqt l-użu”;

(h)

jiddaħħal il-punt 7.4. li ġej:

“7.4.

Bi qbil mas-Servizz Tekniku u mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, tista’ tingħata prova tar-rekwiżiti tal-manuvrabbiltà permezz ta’ simulazzjoni numerika skont l-Anness XVI tad-Direttiva 2007/46/KE. F’każ ta’ dubju, jista’ jagħti l-każ li s-Servizz Tekniku jew l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip ikunu jeħtieġu li jitwettaq test fiżiku fuq skala sħiħa.”;

(i)

fil-punt 8.1.1., tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Jekk il-vettura tkun mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi msemmija fil-punti 1.3.1.1. u 1.3.1.2., l-apparat u t-tagħmir għandhom ikunu fil-pożizzjoni attiva u ta’ waqt l-użu”;

(j)

jiżdied il-punt 8.3. li ġej:

“8.3.

Bi qbil mas-Servizz Tekniku u mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, tista’ tingħata prova tar-rekwiżiti ta’ tperpir massimu fuq wara permezz ta’ simulazzjoni numerika skont l-Anness XVI tad-Direttiva 2007/46/KE. F’każ ta’ dubju, jista’ jagħti l-każ li s-Servizz Tekniku jew l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip ikunu jeħtieġu li jitwettaq test fiżiku fuq skala sħiħa.”;

(3)

Il-Parti C hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 1.1.2., il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

2,60 m għall-vetturi mgħammra b’karozzerija b’ħitan iżolati ta’ ħxuna ta’ mill-inqas 45 mm, b’kodiċi tal-karozzerija 04 jew 05 tal-Appendiċi 2 tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.”;

(b)

il-punt 1.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.3.

L-apparat u t-tagħmir imsemmija fl-Appendiċi 1 ma għandhomx jitqiesu għad-determinazzjoni tat-tul, tal-wisa’ u tal-għoli.”;

(c)

jiddaħħlu l-punti 1.3.1. sa 1.4.2. li ġejjin:

“1.3.1.

Rekwiżiti addizzjonali għall-apparat ajrudinamiku msemmi fl-Appendiċi 1

1.3.1.1.

L-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi ta’ tul ta’ mhux aktar minn 500 mm fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu ma għandhomx iżidu t-tul li jista’ jintuża taż-żona tat-tagħbija. Dawn għandhom jinbnew b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu maqfula kemm f’pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu. Barra minn hekk, tali apparat u tagħmir għandhom jinbnew b’mod li jistgħu jiġu miġbudin lura jew jintwew meta l-vettura tkun wieqfa b’tali mod li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura, u li t-tul massimu awtorizzat tal-vettura ma jinqabiżx b’aktar minn 200 mm kif permess biss minn għoli ’l fuq mill-art ta’ mill-inqas 1 050 mm biex b’hekk ma tiġix imfixkla l-kapaċità tal-użu tal-vettura għat-trasport intermodali. Apparti dan, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1.3.1.1.1. u 1.3.1.1.3.

1.3.1.1.1.

L-apparat u t-tagħmir għandhom ikunu approvati għat-tip skont dan ir-Regolament.

1.3.1.1.2.

Għandu jkun possibbli għall-operatur li jvarja l-pożizzjoni tal-apparat u tat-tagħmir ajrudinamiċi, u li jiġbidhom lura jew jitwihom, billi tiġi applikata forza manwali li ma taqbiżx l-40 daN. Barra minn hekk, dan jista’ wkoll isir b’mod awtomatiku.

1.3.1.1.3.

Mhuwiex meħtieġ li apparat u tagħmir ikunu jistgħu jinġibdu lura jew jintwew jekk ikun hemm konformità sħiħa mar-rekwiżiti dimensjonali massimi fil-kundizzjonijiet kollha.

1.3.1.2.

L-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi ta’ tul ta’ aktar minn 500 mm fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu ma għandhomx iżidu t-tul li jista’ jintuża taż-żona tat-tagħbija. Dawn għandhom jinbnew b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu maqfula kemm f’pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu. Barra minn hekk, tali apparat għandu jinbena b’mod li jista’ jinġibed lura jew jintewa meta l-vettura tkun wieqfa b’tali mod li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura, u li t-tul massimu awtorizzat tal-vettura ma jinqabiżx b’aktar minn 200 mm kif permess biss minn għoli ’l fuq mill-art ta’ mill-inqas 1 050 mm biex b’hekk ma tiġix imfixkla l-kapaċità tal-użu tal-vettura għat-trasport intermodali. Apparti dan, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1.3.1.2.1. sa 1.3.1.2.4 ta’ hawn taħt.

1.3.1.2.1.

L-apparat u t-tagħmir għandhom ikunu approvati għat-tip skont dan ir-Regolament.

1.3.1.2.2.

Għandu jkun possibbli għall-operatur li jvarja l-pożizzjoni tal-apparat u tat-tagħmir ajrudinamiċi, u li jiġbidhom lura jew jitwihom, billi tiġi applikata forza manwali li ma taqbiżx l-40 daN. Barra minn hekk, dan jista’ wkoll isir b’mod awtomatiku.

1.3.1.2.3.

Meta jiġu installati fuq il-vettura u fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu, l-elementi vertikali ewlenin kollha jew kull kombinament ta’ elementi vertikali u l-elementi orizzontali ewlenin kollha jew kull kombinament ta’ elementi orizzontali li minnhom jikkonsistu l-apparat u t-tagħmir, għandhom ikunu jifilħu għal forzi ta’ trazzjoni u ta’ imbuttar vertikali u orizzontali applikati b’mod sekwenzjali fid-direzzjoni ’l fuq, ’l isfel, lejn ix-xellug u lejn il-lemin, ta’ 200 daN 10 % applikati b’mod statiku fiċ-ċentru ġeometriku tas-superfiċje projettata perpendikolari rilevanti, bi pressjoni massima ta’ 2,0 MPa. L-apparat u t-tagħmir jistgħu jiddeformaw ruħhom, iżda s-sistema għall-aġġustament u għall-qfil ma għandhiex tirrilaxxahom bħala riżultat tal-forzi applikati. Id-deformazzjoni għandha tkun limitata sabiex jiġi żgurat li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura, kemm waqt kif ukoll wara t-test.

1.3.1.2.4.

Meta jkunu miġbudin lura jew f’pożizzjoni mitwija, l-elementi vertikali ewlenin kollha jew kull kombinament ta’ elementi vertikali u l-elementi orizzontali ewlenin kollha jew kull kombinament ta’ elementi orizzontali li minnhom jikkonsistu l-apparat u t-tagħmir, għandhom ikunu jifilħu għal forza ta’ trazzjoni orizzontali ta’ 200 daN ± 10 % applikata f’direzzjoni lonġitudinali lejn in-naħa ta’ wara b’mod statiku fiċ-ċentru ġeometriku tas-superfiċje projettata perpendikolari rilevanti, bi pressjoni massima ta’ 2,0 MPa. L-apparat u t-tagħmir jistgħu jiddeformaw ruħhom, iżda s-sistema għall-aġġustament u għall-qfil ma għandhiex tirrilaxxahom bħala riżultat tal-forzi applikati. Id-deformazzjoni għandha tkun limitata sabiex jiġi żgurat li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura u li t-tul massimu awtorizzat tal-vettura ma jinqabiżx b’aktar minn 200 mm.

1.3.1.3.

Kemm meta jkunu f’pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu, l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi, fejn applikabbli, għandhom jinbnew b’tali mod li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura u li ma tiġix imfixkla l-kapaċità tal-użu tal-vettura għat-trasport intermodali. Apparti dan, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1.3.1.3.1. sa 1.3.1.3.4 ta’ hawn taħt.

1.3.1.3.1.

L-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi għall-kabini għandhom ikunu approvati għat-tip skont dan ir-Regolament.

1.3.1.3.2.

Meta jiġu installati fuq vettura u kemm meta jkunu f’pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu, fejn applikabbli, l-ebda parti mill-apparat u mit-tagħmir ma għandha tkun ogħla mix-xifer ta’ taħt tal-windscreen, sakemm ma tkunx viżibbli direttament għas-sewwieq minħabba l-pannell tal-istrumenti jew minħabba aċċessorji interni standard oħra.

1.3.1.3.3.

L-apparat u t-tagħmir għandhom ikunu koperti b’materjal li jassorbi l-enerġija. Alternattivament, l-apparat u t-tagħmir għandhom jikkonsistu minn materjal b’ebusija ta’ < 60 Shore (A) skont il-punt 1.3.1.4.

1.3.1.3.4.

L-apparat u t-tagħmir ma għandhomx ikunu magħmula minn materjal li jkun suxxettibbli li jinkiser fi frammenti li jaqtgħu jew fi xfar bil-ponta.

1.3.1.4.

Għandu jiġi vverifikat mis-servizz tekniku, għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, li l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi msemmija fil-punti 1.3.1.1., 1.3.1.2. u 1.3.1.3. ippożizzjonati kemm f’pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu, ma jtellfu la mill-erja tal-viżjoni ta’ quddiem tas-sewwieq u lanqas mill-funzjonijiet tal-ħasil u tal-imsiħ tal-windscreen bil-wajpers, u li dawn ma jfixklux b’mod sinifikanti t-tkessiħ u l-ventilazzjoni tas-sistema tal-motopropulsjoni, tas-sistema tal-egżost, tas-sistema tal-ibbrejkjar, tal-kabina tal-okkupanti u taż-żona tat-tagħbija. Ir-rekwiżiti applikabbli l-oħra kollha relatati mas-sistemi tal-vettura għandhom jiġu osservati bis-sħiħ meta l-apparat u t-tagħmir jitqiegħdu fil-pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, fil-pożizzjoni mitwija, kif ukoll fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu.

Permezz ta’ deroga li tikkonċerna r-rekwiżiti applikabbli relatati mal-protezzjoni ta’ quddiem kontra l-underrun, id-distanzi orizzontali bejn il-parti tal-vettura li tinsab l-aktar ’il quddiem kif mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi u l-protezzjoni ta’ quddiem kontra l-underrun tagħha kif ukoll in-naħa ta’ wara tal-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun u l-estremità ta’ wara tal-vettura kif mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi jistgħu jitkejlu mingħajr ma jitqiesu l-apparat u t-tagħmir, bil-kundizzjoni li fuq wara jkollhom tul ta’ aktar minn 200 mm, li jkunu f’kundizzjoni ta’ waqt l-użu u li fuq quddiem u fuq wara s-sezzjonijiet fundamentali tal-elementi li jitqiegħdu f’għoli ta’ ≤ 2,0 m ’il fuq mill-art imkejla f’kundizzjoni bla tagħbija jkunu magħmula minn materjal b’ebusija ta’ < 60 Shore (A). Is-sezzjonijiet strutturali dojoq, it-tubi u l-wajers tal-metall li jiffurmaw qafas jew sottostrat bħala appoġġ għat-taqsimiet fundamentali tal-elementi ma għandhomx jitqiesu meta tiġi ddeterminata l-ebusija. Madankollu, sabiex jiġu eliminati r-riskji ta’ korrimenti u ta’ penetrazzjoni ta’ vetturi oħra f’każ ta’ kolliżjoni, it-truf tas-sezzjonijiet strutturali dojoq, tat-tubi u tal-wajers tal-metall ma għandhomx ikunu diretti ’l quddiem fuq in-naħa ta’ quddiem tal-vettura u diretti lura fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura, bl-apparat u bit-tagħmir kemm miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu.

Bħala alternattiva għad-deroga dwar l-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun imsemmija fil-paragrafu ta’ qabel, id-distanzi orizzontali bejn in-naħa ta’ wara tal-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun u l-estremità ta’ wara tal-vettura kif mgħammra b’apparat u b’tagħmir ajrudinamiċi jistgħu jitkejlu mingħajr ma jitqiesu l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi, bil-kundizzjoni li jkollhom tul ta’ aktar minn 200 mm, li jkunu f’kundizzjoni ta’ waqt l-użu u li l-istess apparat jew tagħmir ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet dwar l-ittestjar stabbiliti fl-Appendiċi 4.

Madankollu d-distanzi orizzontali bejn in-naħa ta’ wara tal-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun u l-estremità ta’ wara tal-vettura għandhom jitkejlu bl-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi miġbudin lura jew f’pożizzjoni mitwija, jew għandhom iqisu t-tul li jirriżulta tal-projezzjoni skont il-punt 1.6.1. tal-Appendiċi 4, jekk dak it-tul ikun jaqbeż it-tul tal-pożizzjoni tat-tagħmir ajrudinamiċi miġbudin lura jew f’pożizzjoni mitwija.

1.4.

Kabini elongati

1.4.1.

Meta l-fascia ta’ quddiem ta’ fejn tinsab il-kabina tal-vettura bil-mutur, inklużi l-projezzjonijiet esterni kollha ta’ pereżempju x-xażi, il-bumper, il-parafangi u r-roti, tkun konformi bis-sħiħ mal-parametri tal-involukru tridimensjonali kif stabbilit fl-Appendiċi 5 u t-tul taż-żona tat-tagħbija ma jaqbiżx l-10,5 m, il-vettura tista’ taqbeż it-tul massimu awtorizzat stipulat fil-punt 1.1.1.

1.4.2.

Fil-każ imsemmi fil-punt 1.4.1., il-manifattur għandu jindika s-simbolu addizzjonali li ġej taħt jew maġenb l-iskrizzjonijiet obbligatorji fuq il-pjanċa statutorja tal-manifattur, barra minn rettangolu mmarkat b’mod ċar li fih għandha tidher biss l-informazzjoni obbligatorja.

“96/53/KE ARTICLE 9 A COMPLIANT”

L-għoli tal-karattri tas-simbolu ma għandux ikun inqas minn 4 mm. It-test “96/53/KE ARTICLE 9 A COMPLIANT” għandu wkoll jiżdied mar-“rimarki” fiċ-Ċertifikat ta’ Konformità sabiex tkun permessa l-inklużjoni ta’ din l-informazzjoni fid-dokumenti ta’ reġistrazzjoni abbord il-vettura.”;

(d)

jiddaħħlu l-punti 2.1.4., 2.1.4.1. u 2.1.4.2. li ġejjin:

“2.1.4.

Fil-każ ta’ vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew vetturi b’emissjonijiet żero:

2.1.4.1.

Il-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija tal-fjuwil alternattiv jew tal-emissjonijiet żero skont il-punt 2.3. tal-Anness I tad-Direttiva 96/53/KE għandu jiġi definit abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta mill-manifattur. Il-korrettezza tal-informazzjoni ddikjarata għandha tiġi vverifikata mis-Servizz Tekniku, għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.

2.1.4.2.

Il-manifattur għandu jindika s-simbolu addizzjonali li ġej, kif ukoll il-valur tal-piż addizzjonali, taħt jew maġenb l-iskrizzjonijiet obbligatorji fuq il-pjanċa statutorja tal-manifattur, barra minn rettangolu mmarkat b’mod ċar li fih għandha tidher biss l-informazzjoni obbligatorja.

“96/53/KE ARTICLE 10B COMPLIANT – XXXX KG”

L-għoli tal-karattri tas-simbolu u tal-valur iddikjarat ma għandux ikun inqas minn 4 mm.

Barra minn hekk, sakemm tiġi introdotta entrata dedikata fiċ-Ċertifikat ta’ Konformità, il-valur tal-piż addizzjonali għandu jiġi ddikjarat bħala parti mir-“rimarki” fiċ-Ċertifikat ta’ Konformità, sabiex tkun permessa l-inklużjoni ta’ din l-informazzjoni fid-dokumenti ta’ reġistrazzjoni abbord il-vettura.”;

(e)

jiddaħħal il-punt 5.1.2. li ġej:

“5.1.2.

Ir-rekwiżiti tal-punti 5.1. u 5.1.1. ma għandhomx japplikaw għall-modalità ta’ sewqan bl-elettriku biss ta’ vetturi elettriċi ibridi.”;

(f)

il-punt 5.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.2.

Il-potenza tal-magna għandha titkejjel skont ir-Regolament UNECE Nru 85.”;

(g)

fil-punt 6.1.1., tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Jekk il-vettura tkun mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi msemmija fil-punti 1.3.1.1, 1.3.1.2 u 1.3.1.3, l-apparat u t-tagħmir għandhom ikunu fil-pożizzjoni attiva u ta’ waqt l-użu jew fil-pożizzjoni fissa ta’ waqt l-użu, fejn applikabbli, għall-apparat u għat-tagħmir koperti mill-punt 1.3.1.3.”;

(h)

jiddaħħal il-punt 6.4. li ġej:

“6.4.

Bi qbil mas-Servizz Tekniku u mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, tista’ tingħata prova tar-rekwiżiti tal-manuvrabbiltà permezz ta’ simulazzjoni numerika skont l-Anness XVI tad-Direttiva 2007/46/KE. F’każ ta’ dubju, jista’ jagħti l-każ li s-Servizz Tekniku jew l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip ikunu jeħtieġu li jitwettaq test fiżiku fuq skala sħiħa.”;

(i)

fil-punt 7.1., tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Jekk il-vettura tkun mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi msemmija fil-punti 1.3.1.1, 1.3.1.2 u 1.3.1.3, l-apparat u t-tagħmir għandhom ikunu fil-pożizzjoni attiva u ta’ waqt l-użu”;

(j)

jiżdied il-punt 7.3. li ġej:

“7.3.

Bi qbil mas-Servizz Tekniku u mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, tista’ tingħata prova tar-rekwiżiti ta’ tperpir massimu fuq wara permezz ta’ simulazzjoni numerika skont l-Anness XVI tad-Direttiva 2007/46/KE. F’każ ta’ dubju, jista’ jagħti l-każ li s-Servizz Tekniku jew l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip ikunu jeħtieġu li jitwettaq test fiżiku fuq skala sħiħa.”;

(4)

Il-Parti D hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 1.1.2., il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

2,60 m għall-vetturi mgħammra b’karozzerija b’ħitan iżolati ta’ ħxuna ta’ mill-inqas 45 mm, b’kodiċi tal-karozzerija 04 jew 05 tal-Appendiċi 2 tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.”;

(b)

il-punt 1.4. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.4.

L-apparat u t-tagħmir imsemmija fl-Appendiċi 1 ma għandhomx jitqiesu għad-determinazzjoni tat-tul, tal-wisa’ u tal-għoli.”;

(c)

jiddaħħlu l-punti 1.4.1. sa 1.4.1.3. li ġejjin:

“1.4.1.

Rekwiżiti addizzjonali għall-apparat ajrudinamiku msemmi fl-Appendiċi 1

1.4.1.1.

L-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi ta’ tul ta’ mhux aktar minn 500 mm fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu ma għandhomx iżidu t-tul li jista’ jintuża taż-żona tat-tagħbija. Dawn għandhom jinbnew b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu maqfula kemm f’pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu. Barra minn hekk, tali apparat u tagħmir għandhom jinbnew b’mod li jistgħu jiġu miġbudin lura jew jintwew meta l-vettura tkun wieqfa b’tali mod li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura, u li t-tul massimu awtorizzat tal-vettura ma jinqabiżx b’aktar minn 200 mm kif permess biss minn għoli ’l fuq mill-art ta’ mill-inqas 1 050 mm biex b’hekk ma tiġix imfixkla l-kapaċità tal-użu tal-vettura għat-trasport intermodali. Apparti dan, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1.4.1.1.1. sa 1.4.1.1.3.

1.4.1.1.1.

L-apparat u t-tagħmir għandhom ikunu approvati għat-tip skont dan ir-Regolament.

1.4.1.1.2.

Għandu jkun possibbli għall-operatur li jvarja l-pożizzjoni tal-apparat u tat-tagħmir ajrudinamiċi, u li jiġbidhom lura u jitwihom, billi tiġi applikata forza manwali li ma taqbiżx l-40 daN. Barra minn hekk, dan jista’ wkoll isir b’mod awtomatiku.

1.4.1.1.3.

Mhuwiex meħtieġ li apparat u tagħmir ikunu jistgħu jinġibdu lura jew jintwew jekk ikun hemm konformità sħiħa mar-rekwiżiti dimensjonali massimi fil-kundizzjonijiet kollha.

1.4.1.2.

L-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi ta’ tul ta’ aktar minn 500 mm fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu ma għandhomx iżidu t-tul li jista’ jintuża taż-żona tat-tagħbija. Dawn għandhom jinbnew b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu maqfula kemm f’pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu. Barra minn hekk, tali apparat għandu jinbena b’mod li jista’ jinġibed lura jew jintewa meta l-vettura tkun wieqfa b’tali mod li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura, u li t-tul massimu awtorizzat tal-vettura ma jinqabiżx b’aktar minn 200 mm kif permess biss minn għoli ’l fuq mill-art ta’ mill-inqas 1 050 mm biex b’hekk ma tiġix imfixkla l-kapaċità tal-użu tal-vettura għat-trasport intermodali. Apparti dan, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1.4.1.2.1. sa 1.4.1.2.4.

1.4.1.2.1.

L-apparat u t-tagħmir għandhom ikunu approvati għat-tip skont dan ir-Regolament.

1.4.1.2.2.

Għandu jkun possibbli għall-operatur li jvarja l-pożizzjoni tal-apparat u tat-tagħmir ajrudinamiċi, u li jiġbidhom lura jew jitwihom, billi tiġi applikata forza manwali li ma taqbiżx l-40 daN. Barra minn hekk, dan jista’ wkoll isir b’mod awtomatiku.

1.4.1.2.3.

Meta jiġu installati fuq il-vettura u fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu, l-elementi vertikali ewlenin kollha jew kull kombinament ta’ elementi vertikali u l-elementi orizzontali ewlenin kollha jew kull kombinament ta’ elementi orizzontali li minnhom jikkonsistu l-apparat u t-tagħmir, għandhom ikunu jifilħu għal forzi ta’ trazzjoni u ta’ imbuttar vertikali u orizzontali applikati b’mod sekwenzjali fid-direzzjoni ’l fuq, ’l isfel, lejn ix-xellug u lejn il-lemin, ta’ 200 daN ± 10 % applikati b’mod statiku fiċ-ċentru ġeometriku tas-superfiċje projettata perpendikolari rilevanti, bi pressjoni massima ta’ 2,0 MPa. L-apparat u t-tagħmir jistgħu jiddeformaw ruħhom, iżda s-sistema għall-aġġustament u għall-qfil ma għandhiex tirrilaxxahom bħala riżultat tal-forzi applikati. Id-deformazzjoni għandha tkun limitata sabiex jiġi żgurat li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura, kemm waqt kif ukoll wara t-test.

1.4.1.2.4.

Meta jkunu miġbudin lura jew f’pożizzjoni mitwija, l-elementi vertikali ewlenin kollha jew kull kombinament ta’ elementi vertikali u l-elementi orizzontali ewlenin kollha jew kull kombinament ta’ elementi orizzontali li minnhom jikkonsistu l-apparat u t-tagħmir, għandhom ikunu jifilħu għal forza ta’ trazzjoni orizzontali ta’ 200 daN ± 10 % applikata f’direzzjoni lonġitudinali lejn in-naħa ta’ wara b’mod statiku fiċ-ċentru ġeometriku tas-superfiċje projettata perpendikolari rilevanti, bi pressjoni massima ta’ 2,0 MPa. L-apparat u t-tagħmir jistgħu jiddeformaw ruħhom, iżda s-sistema għall-aġġustament u għall-qfil ma għandhiex tirrilaxxahom bħala riżultat tal-forzi applikati. Id-deformazzjoni għandha tkun limitata sabiex jiġi żgurat li l-wisa’ massima awtorizzata tal-vettura ma tinqabiżx b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura u li t-tul massimu awtorizzat tal-vettura ma jinqabiżx b’aktar minn 200 mm.

1.4.1.3.

Għandu jiġi vverifikat mis-servizz tekniku, għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, li l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi ppożizzjonati kemm f’pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu, ma jimblukkawx għalkollox il-ventilazzjoni taż-żona tat-tagħbija. Ir-rekwiżiti applikabbli l-oħra kollha relatati mas-sistemi tal-vettura għandhom jiġu osservati bis-sħiħ meta l-apparat u t-tagħmir jitqiegħdu fil-pożizzjoni fejn ikunu miġbudin lura, fil-pożizzjoni mitwija, kif ukoll fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu.

Permezz ta’ deroga li tikkonċerna r-rekwiżiti applikabbli relatati mal-protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun, id-distanzi orizzontali bejn in-naħa ta’ wara tal-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun u l-estremità ta’ wara tal-vettura kif mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi jistgħu jitkejlu mingħajr ma jitqiesu l-apparat u t-tagħmir, bil-kundizzjoni li jkollhom tul ta’ aktar minn 200 mm, li jkunu f’kundizzjoni ta’ waqt l-użu u li s-sezzjonijiet fundamentali tal-elementi li jitqiegħdu f’għoli ta’ ≤ 2,0 m ’il fuq mill-art imkejla f’kundizzjoni bla tagħbija jkunu magħmula minn materjal b’ebusija ta’ < 60 Shore (A). Is-sezzjonijiet strutturali dojoq, it-tubi u l-wajers tal-metall li jiffurmaw qafas jew sottostrat bħala appoġġ għat-taqsimiet fundamentali tal-elementi ma għandhomx jitqiesu meta tiġi ddeterminata l-ebusija. Madankollu, sabiex jiġu eliminati r-riskji ta’ korrimenti u ta’ penetrazzjoni ta’ vetturi oħra f’każ ta’ kolliżjoni, it-truf tas-sezzjonijiet strutturali dojoq, tat-tubi u tal-wajers tal-metall ma għandhomx ikunu diretti lura fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura, bl-apparat u bit-tagħmir kemm miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu.

Bħala alternattiva għad-deroga msemmija fil-paragrafu ta’ qabel, id-distanzi orizzontali bejn in-naħa ta’ wara tal-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun u l-estremità ta’ wara tal-vettura kif mgħammra b’apparat u b’tagħmir ajrudinamiċi jistgħu jitkejlu mingħajr ma jitqiesu l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi, bil-kundizzjoni li jkollhom tul ta’ aktar minn 200 mm, li jkunu f’kundizzjoni ta’ waqt l-użu u li l-istess apparat jew tagħmir ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet dwar l-ittestjar stabbiliti fl-Appendiċi 4.

Madankollu d-distanzi orizzontali bejn in-naħa ta’ wara tal-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun u l-estremità ta’ wara tal-vettura għandhom jitkejlu bl-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi miġbudin lura jew f’pożizzjoni mitwija, jew għandhom iqisu t-tul li jirriżulta tal-projezzjoni skont il-punt 1.6.1. tal-Appendiċi 4, jekk dak it-tul ikun jaqbeż it-tul tal-pożizzjoni tat-tagħmir ajrudinamiċi miġbudin lura jew f’pożizzjoni mitwija.”;

(d)

il-punt 2.2.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.2.1.

L-ammont totali tal-massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċ ta’ quddiem flimkien mal-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fusien waħedhom u/jew fuq grupp(i) ta’ fusien flimkien mal-massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċ ta’ wara ma għandux ikun inqas mill-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-vettura.

M ≤ Σ [m0 + mi + mc] jew M ≤ Σ [m0 + μj + mc]”;

(e)

fil-punt 3.1., tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Jekk it-trejler jew is-semitrejler ikun mgħammar b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi msemmija fil-punti 1.4.1.1. jew 1.4.1.2., l-apparat u t-tagħmir għandhom ikunu fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu u fil-pożizzjoni attiva.

(f)

il-punt 3.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.2.

Semitrejler mhux mgħammar b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi msemmija fil-punti 1.4.1.1. jew 1.4.1.2. għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżit stipulat fil-punt 3.1. jekk il-bażi tar-roti ta’ referenza tiegħu “RWB” tissodisfa r-rekwiżit li ġej:

RWB ≤ [(12,50 – 2,04)2 - (5,30 + ½ W)2]1/2

fejn:

RW B

hija d-distanza bejn l-assi kingpin u l-linja taċ-ċentru tal-fusien mhux direzzjonali.

W

hija l-wisa’ tas-semitrejler”;

(5)

L-Appendiċi 1 hija emendata kif ġej:

(a)

il-punti 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.

Soġġett għar-restrizzjonijiet addizzjonali pprovduti fit-tabelli li ġejjin, mhuwiex meħtieġ li l-apparat u t-tagħmir elenkati fit-Tabelli I, II u III jiġu kkunsidrati għad-determinazzjoni u għall-kalkolu tad-dimensjonijiet ta’ barra nett meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

meta l-apparat ikun imwaħħal fuq quddiem, bl-eċċezzjoni ta’ apparat u ta’ tagħmir ajrudinamiċi tal-kabini, il-protrużjoni totali ta’ dak l-apparat ma għandhiex tkun aktar minn 250 mm;

(b)

il-protrużjoni totali ta’ apparat u ta’ tagħmir miżjuda mat-tul tal-vettura, bl-eċċezzjoni ta’ apparat u ta’ tagħmir ajrudinamiċi, ma għandhiex tkun aktar minn 750 mm;

(c)

il-protrużjoni totali ta’ apparat u ta’ tagħmir miżjuda mal-wisa’ tal-vettura ma għandhiex tkun aktar minn 100 mm.

2.

Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-punt 1 ma għandhomx japplikaw għal apparat għall-viżjoni indiretta.”;

(b)

It-Tabella I hija emendata kif ġej:

(a)

ir-ringiela bl-entrata numru 6 hija sostitwita b’dan li ġej:

“6.

Agganċi mekkaniċi

X

X

X

X

X

X

-

-

-

-”;

(b)

ir-ringiela bl-entrata numru 18 hija sostitwita b’dan li ġej:

“18.

Apparat u tagħmir ajrudinamiċi

-

X

X

-

X

X

-

-

X

X”;

(c)

tiżdied ir-ringiela li ġejja bl-entrata numru 19:

“19.

Antenni użati għall-komunikazzjoni bejn vettura u vettura jew bejn vettura u infrastruttura

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X”;

(c)

It-Tabella II hija emendata kif ġej:

(a)

ir-ringiela bl-entrata numru 11 hija sostitwita b’dan li ġej:

“11.

Apparat u tagħmir ajrudinamiċi

Il-wisa’ tal-vettura, inkluża dik tal-karozzerija kondizzjonata b’ħitan iżolati, ma għandhiex tkun aktar minn 2 600 mm, bl-inklużjoni tal-projezzjonijiet imkejla, bl-apparat u bit-tagħmir kemm miġbudin lura, f’pożizzjoni mitwija, kif ukoll f’pożizzjoni ta’ waqt l-użu.

-

X

X

-

X

X

-

-

X

X”;

(b)

tiżdied ir-ringiela li ġejja bl-entrata numru 18:

“18.

Antenni użati għall-komunikazzjoni bejn vettura u vettura jew bejn vettura u infrastruttura

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X”;

(c)

tiżdied ir-ringiela li ġejja bl-entrata numru 19:

“19.

Pajpijiet flessibbli ta’ sistemi ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers bil-kundizzjoni li ma jisporġux b’aktar minn 70 mm fuq kull naħa mill-parti tal-vettura li tinsab l-iktar ’il barra.

 

 

 

 

 

X

 

 

X

X”;

(d)

It-Tabella III hija sostitwita b’dan li ġej:

“TABELLA III

Għoli tal-vettura

 

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

1.

Antenni użati għall-komunikazzjoni bir-radju, għan-navigazzjoni, għall-komunikazzjoni bejn vettura u vettura jew bejn vettura u infrastruttura

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

2.

Pantografi jew driegħ fil-pożizzjoni elevata tagħhom

-

-

X

-

-

X

-

-

-

-”;

(6)

jiżdiedu l-Appendiċijiet 4 u 5 li ġejjin:

“Appendiċi 4

Test tal-ħbit tal-apparat u tat-tagħmir ajrudinamiċi

1.

Kundizzjonijiet tat-test għall-apparat u għat-tagħmir ajrudinamiċi

1.1.

Fuq talba tal-manifattur, it-test għandu jitwettaq fuq waħda minn dawn li ġejjin:

1.1.1.

fuq tip ta’ vettura li għaliha l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi huma maħsuba;

1.1.2.

fuq parti tal-karozzerija tat-tip ta’ vettura li għaliha l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi huma maħsuba; dik il-parti għandha tkun rappreżentattiva tat-tip(i) ta’ vettura inkwistjoni;

1.1.3.

fuq ħajt riġidu.

1.2.

Meta t-test isir kif imsemmi fil-punti 1.1.2. u 1.1.3., il-partijiet li jintużaw biex l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi jiġu konnessi ma’ parti tal-karozzerija tal-vettura jew ma’ ħajt riġidu għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk li jintużaw biex jitwaħħlu l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi meta jiġu installati fuq il-vettura. L-apparat kollu għandu jkun akkumpanjat minn struzzjonijiet għall-installazzjoni u għat-tħaddim li jagħtu informazzjoni biżżejjed biex kwalunkwe persuna kompetenti tinstallah b’mod korrett.

1.3.

Fuq talba tal-manifattur, il-proċedura tat-test deskritta fil-punt 1.5. tista’ titwettaq permezz ta’ simulazzjoni numerika skont l-Anness XVI tad-Direttiva 2007/46/KE.

Il-mudell matematiku għandu jiġi vvalidat biss jekk ikun komparabbli mal-kundizzjonijiet tat-test fiżiku. Għal dan il-għan, għandu jsir test fiżiku għall-finijiet li r-riżultati miksuba meta jintuża l-mudell matematiku jiġu mqabbla mar-riżultati ta’ test fiżiku. Għandha tingħata prova tal-komparabbiltà tar-riżultati tat-test. Il-manifattur għandu jabbozza rapport ta’ validazzjoni.

Kwalunkwe bidla li ssir fil-mudell matematiku jew fis-software li x’aktarx tinvalida r-rapport ta’ validazzjoni għandha teħtieġ validazzjoni ġdida skont il-paragrafu ta’ qabel.

1.4.

Kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ testijiet jew simulazzjonijiet.

1.4.1.

Il-vettura għandha tkun wieqfa fuq art invellata, ċatta, riġida u lixxa.

1.4.2.

Jekk ikun hemm roti ta’ quddiem, dawn għandhom jippuntaw dritt ’il quddiem.

1.4.3.

It-tajers għandhom jintefħu sal-pressjoni rakkomandata mill-manifattur tal-vettura.

1.4.4.

Il-vettura ma għandhiex tkun mgħobbija.

1.4.5.

Jekk dan ikun meħtieġ biex tinkiseb il-forza tat-test stipulata fil-punt 1.5.1.2., il-vettura tista’ tiġi mrażżna bi kwalunkwe metodu. Dan il-metodu għandu jkun speċifikat mill-manifattur tal-vettura.

1.4.6.

Il-vetturi mgħammra b’sospensjoni idropnewmatika, idrawlika jew pnewmatika jew b’tagħmir għall-invellar awtomatiku skont it-tagħbija għandhom jiġu ttestjati bis-sospensjoni jew bit-tagħmir fil-kundizzjoni normali tat-tħaddim speċifikata mill-manifattur.

1.5.

Proċedura tat-test

1.5.1.

It-testijiet għandhom jitwettqu biex jiġi vvalutat li l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi joffru livell speċifikat ta’ deformazzjoni lil forzi applikati b’mod parallel għall-assi lonġitudinali tal-vettura kif imsemmi fil-punt 1.6.1. B’mod alternattiv, l-apparat jista’ jintewa jew jinġibed lura taħt l-influwenza tal-forza. L-issodisfar tar-rekwiżit imsemmi fil-punt 1.6.2. għandu jiġi vverifikat permezz ta’ mandrini għall-ittestjar adattati għall-fini tat-test tal-ħbit. L-apparat li jintuża biex jiddistribwixxi l-forza tat-test fuq is-superfiċje ċatta msemmija għandu jitqabbad mal-attwatur tal-forza permezz ta’ ġonta tat-tornikett. F’każijiet ta’ inkompatibbiltajiet ġeometriċi, jista’ jintuża adapter minflok apparat b’superfiċje ċatta.

1.5.1.1.

Għandha tiġi applikata forza parallela mal-assi lonġitudinali tal-vettura permezz ta’ superfiċje jew adapter b’għoli ta’ mhux aktar minn 250 mm u b’wisa’ ta’ 200 mm, b’raġġ tal-kurvatura ta’ 5 ± 1 mm fix-xfar vertikali. Is-superfiċje ma għandhiex tkun imwaħħla b’mod riġidu mal-apparat u mat-tagħmir ajrudinamiċi, u għandha tkun artikolata fid-direzzjonijiet kollha. Meta t-test isir fuq vettura kif imsemmi fil-punt 1.1.1., l-għoli tax-xifer ta’ isfel tas-superfiċje jew tal-adapter għandu jkun speċifikat mill-manifattur f’żona bejn ix-xifer l-aktar baxx tal-apparat u tat-tagħmir ajrudinamiċi u punt tax-xifer ta’ fuq tas-superfiċje jew tal-adapter li ma jkunx aktar minn 2,0 m ’il fuq mill-art f’kundizzjoni ta’ vettura mmuntata (ara l-figura 1). Dan il-punt irid jiġi speċifikat fuq vettura mgħobbija bil-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli.

Meta t-test jitwettaq fuq parti tal-karozzerija tat-tip ta’ vettura kif imsemmi fil-punt 1.1.2. jew fuq ħajt riġidu kif imsemmi fil-punt 1.1.3., l-għoli taċ-ċentru tas-superfiċje jew tal-adapter għandu jiġi speċifikat mill-manifattur f’żona bejn ix-xifer l-aktar baxx tal-apparat u tat-tagħmir ajrudinamiċi u l-punt li jirrappreżenta l-għoli ta’ mhux aktar minn 2,0 m ’il fuq mill-art f’kundizzjoni ta’ vettura mmuntata fuq vettura mgħobbija bil-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli (ara l-figura 2).

Il-post eżatt taċ-ċentru tas-superfiċje jew tal-adapter fiż-żona tal-applikazzjoni tal-forzi għandu jiġi speċifikat mill-manifattur. Fejn l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi jkollhom gradi differenti ta’ ebusija fiż-żona tal-applikazzjoni tal-forzi (eż. minħabba rinforzi, materjali jew ħxuna differenti, eċċ.), il-post taċ-ċentru tas-superfiċje jew tal-adapter għandu jkun fiż-żona bl-ogħla reżistenza kontra l-forzi esterni fid-direzzjoni lonġitudinali tal-vettura.

Figura 1

L-għoli tal-punti tat-test

Image 1

Figura 2

Eżempju ta’ konfigurazzjoni tat-test

Image 2

1.5.1.2.

Forza orizzontali ta’ massimu ta’ 4000 N ± 400 N għandha tiġi applikata b’mod konsekuttiv fuq żewġ punti li jinsabu b’mod simetriku madwar il-linja taċ-ċentru tal-vettura jew il-linja taċ-ċentru tal-apparat fix-xifer ta’ barra fuq in-naħa ta’ wara tal-apparat u tat-tagħmir ajrudinamiċi fil-pożizzjoni miftuħa għalkollox jew fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu (ara l-figura 3). L-ordni li fiha l-forzi jiġu applikati tista’ tiġi speċifikata mill-manifattur.

Figura 3

Applikazzjoni tal-forzi

Image 3

Image 4

1.6.

Rekwiżiti

1.6.1.

L-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi għandhom jitwaħħlu b’tali mod li, waqt l-applikazzjoni tal-forzi tat-test kif speċifikat fil-punt 1.5.1.2., l-apparat u t-tagħmir jiġu deformati, jinġibdu lura jew jintwew b’mod li jirriżulta tul ta’ projezzjoni ta’ ≤ 200 mm imkejjel f’direzzjoni lonġitudinali orizzontali fil-punti tal-applikazzjoni tal-forzi. It-tul li jirriżulta tal-projezzjoni għandu jiġi rreġistrat.

1.6.2.

L-apparat u t-tagħmir ajrudinamiċi ma għandhomx jipperikolaw l-okkupanti ta’ vetturi oħrajn f’kolliżjoni minn wara, u ma għandhomx jaffettwaw it-tħaddim tal-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun.

Appendiċi 5

Involukru tridimensjonali tal-kabina

1.

Proċedura ġenerali għall-verifika tal-konformità tal-vettura bil-mutur mal-parametri relatati mal-involukru tridimensjonali tal-kabina

1.1.

Konfini vertikali taż-żona tal-valutazzjoni tal-kabina tal-vettura bil-mutur

1.1.1.

Il-wisa’ massima tal-vettura fil-post fejn tinsab il-kabina Wc għandha tittieħed ’il quddiem mill-pjan trasversali vertikali li jinsab fuq il-fus ta’ quddiem nett tal-vettura bil-mutur. L-oġġetti elenkati fl-Appendiċi 1 ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet ta’ dan il-kejl.

1.1.2.

Iż-żona tal-valutazzjoni tal-post fejn tinsab il-kabina tal-vettura bil-mutur għandha tiġi kkunsidrata b’tali mod li tikkorrispondi mal-wisa’ massima Wc . Iż-żona għandha tkun konfinata minn pjani lonġitudinali vertikali li jkunu paralleli mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura bil-mutur u li huma ’l bogħod minn xulxin b’distanza ta’ Wc .

1.1.3.

Id-distanza lonġitudinali orizzontali Lt għandha tiġi stabbilita mill-punt l-aktar ’il quddiem tal-post fejn tinsab il-kabina tal-vettura bil-mutur, meħud f’għoli ta’ ≤ 2 000 mm mill-art u mkejjel f’kundizzjoni ta’ bla tagħbija.

Id-distanza Lt għandha tiġi stabbilita għal 200 mm għall-fini ta’ din il-valutazzjoni (ara l-figura 1).

In-naħa ta’ wara taż-żona tal-valutazzjoni għandha tkun konfinata minn pjan trasversali vertikali, li jkun perpendikolari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, li jinsab lejn in-naħa ta’ wara tal-punt l-aktar ’il quddiem imsemmi hawn fuq b’distanza ta’ Lt .

Figura 1

Involukru 3D

Image 5

1.1.4.

L-intersezzjonijiet tal-pjan ta’ wara li jiffurmaw il-ġenb taż-żona tal-valutazzjoni biż-żewġ pjani esterni angolati Tleft u Tright , għandhom jitqiesu għall-fini tal-punt 1.3.3.2. (ara l-figura 2).

Figura 2

Involukru 3D

Image 6

1.2.

Konfini orizzontali taż-żona tal-valutazzjoni tal-kabina tal-vettura bil-mutur

1.2.1.

Fiż-żona tal-valutazzjoni, il-linja tal-konfini ta’ isfel tal-fascia ta’ quddiem għandha tkun stabbilita għal-livell tal-art filwaqt li l-linja tal-konfini ta’ fuq tal-fascia ta’ quddiem għandha tkun stabbilita għal 2 000 mm ’il fuq mill-art kif imkejla f’kundizzjoni ta’ bla tagħbija.

1.3.

Dispożizzjonijiet speċifiċi għaż-żona tal-valutazzjoni tal-kabina tal-vettura bil-mutur

1.3.1.

Għall-finijiet ta’ din l-Appendiċi, il-fascia ta’ quddiem ta’ fejn tinsab il-kabina tal-vettura għandha tiġi kkunsidrata, irrispettivament mit-tip ta’ materjal. Madankollu, l-oġġetti elenkati fl-Appendiċi 1 ma għandhomx jitqiesu.

1.3.2.

L-inklinazzjoni tal-parti ta’ quddiem tal-kabina

1.3.2.1.

Għall-finijiet ta’ din l-Appendiċi, għandha tiġi kkunsidrata l-“inklinazzjoni”, jiġifieri l-inklinazzjoni lura tal-fascia ta’ quddiem tal-vettura fejn tinsab il-kabina mil-linja vertikali, irrispettivament mit-tip ta’ materjal, fejn kwalunkwe punt li jinsab fuq punt ieħor ikun jinsab lura minn dak il-punt l-ieħor.

1.3.2.2.

Għaż-żona tal-valutazzjoni tal-inklinazzjoni, għandu jiġi kkunsidrat il-punt l-aktar ’il quddiem tal-post fejn tinsab il-kabina tal-vettura bil-mutur kif imsemmi fil-punt 1.1.3.

Il-pjan trasversali vertikali li jgħaddi mill-punt li jinsab l-aktar ’il quddiem tal-kabina, meħud f’għoli ta’ ≤ 2 000 mm mill-art imkejjel f’kundizzjoni ta’ bla tagħbija għandu jitqies fir-rigward tal-intersezzjoni tiegħu mal-pjan orizzontali li jinsab fl-għoli ta’ 1 000 mm. Il-linja ta’ intersezzjoni għandha mbagħad tittieħed bħala l-linja bażi tal-involukru biex tiġi vvalutata l-inklinazzjoni tal-kabina tal-vettura fiż-żona speċifika tal-valutazzjoni.

1.3.2.3.

Għandu jittieħed pjan li jdur madwar il-linja bażi tal-involukru imsemmija fit-tieni paragrafu tal-punt 1.3.2.2., inklinat lura mil-linja vertikali bi 3° (ara l-figura 3).

Figura 3

Inklinazzjoni

Image 7

1.3.2.4.

L-ebda punt tas-superfiċje proprja tal-fascia ta’ quddiem, kif jinsab fiż-żona tal-valutazzjoni tal-inklinazzjoni, ma għandu jinsab ’il quddiem mill-pjan inklinat lura msemmi fil-punt 1.3.2.3. meta l-punt l-aktar ’il quddiem tal-post fejn tinsab il-kabina tal-vettura bil-mutur imiss il-pjan trasversali vertikali.

1.3.3.

Tnaqqis gradwali tal-ġnub tal-kabina tal-vettura bil-mutur.

1.3.3.1.

Fiż-żona tal-valutazzjoni tal-kabina, il-fascia ta’ quddiem għandha titnaqqas b’mod gradwali b’tali mod li s-superfiċji nominali rilevanti jikkonverġu b’mod ġenerali lejn żona komuni li tinsab ’il quddiem mill-kabina u fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura bil-mutur.

1.3.3.2.

Għandhom jiġu kkunsidrati żewġ pjani simetriċi, waħda fuq in-naħa tax-xellug u oħra fuq in-naħa tal-lemin, it-tnejn li huma taħt angolu orizzontali ta’ 20° b’rabta mal-pjan medjan lonġitudinali, u għalhekk 40° bogħod minn xulxin. Dawn il-pjani huma ppożizzjonati b’tali mod li jiltaqgħu wkoll mal-linji Tleft u Tright imsemmija fil-punt 1.1.3., rispettivament.

1.3.3.3.

L-ebda punt tas-superfiċje proprja tal-fascia ta’ quddiem, kif jinsab fiż-żona esterna tax-xellug u tal-lemin, ma għandu jinsab ’il quddiem mill-pjan vertikali rispettiv imsemmi fil-punt 1.3.3.2. bil-punt l-aktar ’il quddiem tal-post fejn tinsab il-kabina tal-vettura bil-mutur imiss il-pjan trasversali vertikali msemmi fil-punt 1.3.2.4.

2.

Jekk kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stipulati f’din l-Appendiċi ma tiġix issodisfata, għandu jitqies li l-kabina tal-vettura bil-mutur ma tikkonformax mal-parametri tal-involukru tridimensjonali kif imsemmi fil-punt 1.4.1. tal-Parti C ta’ dan l-Anness.
.

(*1)   ĠU L 326, 24.11.2006, p. 55.”;”


ANNESS II

L-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 1230/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“PARTI A

Approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-mases u d-dimensjonijiet ta’ vettura

Dokument ta’ informazzjoni

MUDELL

(b)

jiddaħħal il-punt 2.4.2.1.3. li ġej:

2.4.2.1.3.

Kabina elongata konformi mal-Artikolu 9a tad-Direttiva 96/53/KE: iva/le (1)

(c)

jiddaħħal il-punt 2.6.4. li ġej:

2.6.4.

Massa addizzjonali għal propulsjoni alternattiva: … kg

(d)

jiddaħħal il-punt 3.9. li ġej:

3.9.

Lista ta’ tagħmir għal propulsjoni alternattiva (u indikazzjoni tal-massa tal-partijiet): …

(e)

jiddaħħlu l-punti 9.25. sa 9.27.3. li ġejjin:

9.25.

Kabini elongati konformi mal-Artikolu 9a tad-Direttiva 96/53/KE

9.25.1.

Deskrizzjoni teknika dettaljata (inklużi ritratti u illustrazzjonijiet, kif ukoll deskrizzjoni tal-materjali) tal-partijiet tal-vettura rilevanti għall-Parti C, il-punt 1.4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1230/2012: ...

9.26.

Apparat jew tagħmir ajrudinamiċi fuq il-parti ta’ quddiem tal-vettura

9.26.1.

Vettura mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi fuq il-parti ta’ quddiem: iva/le (1)

9.26.2.

Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-apparat jew tagħmir ajrudinamiċi, jekk disponibbli: … jew, jekk mhux disponibbli:

9.26.3.

Deskrizzjoni dettaljata tal-apparat jew tat-tagħmir ajrudinamiċi

9.26.3.1.

Kostruzzjoni u materjali: …

9.26.3.2.

Sistema ta’ qfil u ta’ aġġustament: …

9.26.3.3.

Twaħħil u mmuntar mal-vettura: …

9.27.

Apparat jew tagħmir ajrudinamiċi fuq il-parti ta’ wara tal-vettura

9.27.1.

Vettura mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi fuq il-parti ta’ wara: iva/le (1)

9.27.2.

Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-apparat jew tagħmir ajrudinamiċi, jekk disponibbli … jew, jekk mhux disponibbli:

9.27.3.

Deskrizzjoni dettaljata tal-apparat jew tat-tagħmir ajrudinamiċi:

9.27.3.1.

Kostruzzjoni u materjali: …

9.27.3.2.

Sistema ta’ qfil u ta’ aġġustament: …

9.27.3.3.

Twaħħil u mmuntar mal-vettura: …

(2)

Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“PARTI B

Ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-mases u d-dimensjonijiet tal-vetturi

MUDELL

Il-format: A4 (210 × 297 mm)

ĊERTIFIKAT GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE ”;

(b)

il-kliem “fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru …/…” huwa sostitwit bil-kliem “fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1230/2012, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) 2019/1892”;

(c)

l-Addendum huwa sostitwit b’dan li ġej:

Addendum

taċ-ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru...

1.   

Derogi

1.1.   

Il-vettura ngħatat approvazzjoni tat-tip skont l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament (jiġifieri d-dimensjonijiet ta’ barra nett tal-vettura huma akbar mid-dimensjonijiet massimi msemmija fil-Parti A, B, C jew D tal-Anness I): iva/le  (1)

1.2.   

Il-vettura ngħatat approvazzjoni tat-tip għall-finijiet tal-Artikolu 8b tad-Direttiva 96/53/KE (jiġifieri apparat jew tagħmir ajrudinamiċi fuq wara tal-vettura): iva/le  (1)

1.3.   

Il-vettura ngħatat approvazzjoni tat-tip għall-finijiet tal-Artikolu 9a tad-Direttiva 96/53/KE (jiġifieri kabina elongata jew kabina mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi): iva/le  (1)

1.4.   

Il-vettura ngħatat approvazzjoni tat-tip għall-finijiet tal-Artikolu 10b tad-Direttiva 96/53/KE:

1.4.1.   

Piż addizzjonali ta’ vetturi li jaħdmu bi fjuwils alternattivi: iva/le  (1)

1.4.2.   

Piż addizzjonali ta’ vetturi b’emissjonijiet żero: iva/le  (1)

2.   

Il-vettura hija mgħammra b’sospensjoni tal-arja: iva/le  (1)

3.   

Il-vettura hija mgħammra b’sospensjoni li hija rikonoxxuta bħala ekwivalenti għal sospensjoni tal-arja: iva/le  (1)

4.   

Il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti għal vettura off-road: iva/le  (1)

5.   

Rimarki: …

;

(1)  Ħassar fejn mhux applikabbli."

(1)  Ħassar fejn mhux applikabbli."

(1)  Ħassar fejn mhux applikabbli."

(1)  Ħassar fejn mhux applikabbli."

(1)  Ħassar fejn mhux applikabbli."

(1)  Ħassar fejn mhux applikabbli."

(1)  Ħassar fejn mhux applikabbli."

(1)  Ħassar fejn mhux applikabbli."

(3)

jiżdiedu l-Partijiet C, D u E li ġejjin:

“PARTI C

Approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ apparat jew ta’ tagħmir ajrudinamiċi bħala unità teknika separata

Dokument ta’ informazzjoni

MUDELL

Dokument ta’ informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ apparat jew ta’ tagħmir ajrudinamiċi bħala unità teknika separata.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u għandha tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn għandu jiġi pprovdut fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4, jew fuq folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru biżżejjed dettalji.

Jekk l-unitajiet tekniċi separati msemmija f’dan id-dokument ta’ informazzjoni jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta wkoll informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0.

ĠENERALI

0.1.

Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.

It-tip: …

0.3.

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq l-unità teknika separata (b): …

0.3.1.

Fejn tinsab dik il-marka: …

0.5.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

0.7.

Fejn u kif għandha titwaħħal il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE: …

0.8.

L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …

0.9.

L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): …

9.26.

Apparat jew tagħmir ajrudinamiċi fuq il-parti ta’ quddiem tal-vettura

9.26.1.

Vettura mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi fuq il-parti ta’ quddiem: iva/le (1)

9.26.2.

Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-apparat jew tagħmir ajrudinamiċi, jekk disponibbli: … jew, jekk mhux disponibbli:

9.26.3.

Deskrizzjoni dettaljata tal-apparat jew tat-tagħmir ajrudinamiċi:

9.26.3.1.

Kostruzzjoni u materjali: …

9.26.3.2.

Sistema ta’ qfil u ta’ aġġustament: …

9.26.3.3.

Twaħħil u mmuntar mal-vettura: …

9.27.

Apparat jew tagħmir ajrudinamiċi fuq il-parti ta’ wara tal-vettura

9.27.1.

Vettura mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ajrudinamiċi fuq il-parti ta’ wara: iva/le (1)

9.27.2.

Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-apparat jew tagħmir ajrudinamiċi, jekk disponibbli … jew, jekk mhux disponibbli:

9.27.3.

Deskrizzjoni dettaljata tal-apparat jew tat-tagħmir ajrudinamiċi:

9.27.3.1.

Kostruzzjoni u materjali: …

9.27.3.2.

Sistema ta’ qfil u ta’ aġġustament: …

9.27.3.3.

Twaħħil u mmuntar mal-vettura: …

Noti ta’ spjegazzjoni

(b)

Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri mhux rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tip ta’ unità teknika separata kopert minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(1)

Ħassar fejn mhux applikabbli.

PARTI D

Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal apparat jew tagħmir ajrudinamiċi bħala unità teknika separata

MUDELL

Il-format: A4 (210 × 297 mm)

ĊERTIFIKAT GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip

Komunikazzjoni dwar:

- Approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

- estensjoni ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

- ċaħda ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

- irtirar ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

Image 8

ta’ tip ta’ apparat jew ta’ tagħmir ajrudinamiċi bħala unità teknika separata

fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1230/2012, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) 2019/1892

Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE: …

Raġuni għall-estensjoni: …

TAQSIMA I

0.1.

Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.

It-tip: …

0.3.

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq l-unità teknika separata (3): …

0.3.1.

Fejn tinsab dik il-marka: …

0.5.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

0.7.

Fejn u kif għandha titwaħħal il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE: …

0.8.

L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …

0.9.

L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): …

TAQSIMA II

1.

Informazzjoni addizzjonali: ara l-Addendum.

2.

Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: …

3.

Id-data tar-rapport tat-test: …

4.

In-numru tar-rapport tat-test: …

5.

Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum.

6.

Post: …

7.

Data: …

8.

Firma: …

Dokumenti mehmużin: Pakkett ta’ informazzjoni

Rapport tat-test

Addendum

taċ-ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru...

1.   

Deskrizzjoni qasira tat-tip ta’ unità teknika separata: …

2.   

Deskrizzjoni dettaljata tal-apparat jew tat-tagħmir ajrudinamiċi:

2.1.   

Numru ta’ elementi separati: …

2.2.   

Deskrizzjoni tal-kostruzzjoni u tal-materjali: …

2.3.   

Deskrizzjoni tas-sistema ta’ qfil u ta’ aġġustament: …

2.4.   

Deskrizzjoni tat-twaħħil u tal-immuntar mal-vettura: …

2.5.   

Unità teknika separata: semiuniversali/speċifika għall-vettura (1)

3.   

Lista ta’ tipi speċifiċi ta’ vetturi li għalihom ġiet approvata l-unità teknika separata (jekk applikabbli): …

4.   

Deskrizzjoni dettaljata tal-ispeċifikazzjonijiet speċifiċi taż-żona ta’ mmuntar fuq il-vetturi fil-każ ta’ apparat jew ta’ tagħmir ajrudinamiċi semiuniversali (jekk applikabbli): …

5.   

Rimarki: …

6.   

Marka tal-approvazzjoni tat-tip u fejn tinsab: …

PARTI E

Marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata

1.

Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata għandha tikkonsisti minn:

1.1.

L-ittra żgħira “e” mdawra b’rettangolu, segwita min-numru distintiv tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata:

1

għall-Ġermanja

19

għar-Rumanija

2

għal Franza

20

għall-Polonja

3

għall-Italja

21

għall-Portugall

4

għan-Netherlands

23

għall-Greċja

5

għall-Iżvezja

24

għall-Irlanda

6

għall-Belġju

25

għall-Kroazja

7

għall-Ungerija

26

għas-Slovenja

8

għar-Repubblika Ċeka

27

għas-Slovakkja

9

għal Spanja

29

għall-Estonja

11

għar-Renju Unit

32

għal-Latvja

12

għall-Awstrija

34

għall-Bulgarija

13

għal-Lussemburgu

36

għal-Litwanja

17

għall-Finlandja

49

għal Ċipru

18

għad-Danimarka

50

għal Malta

1.2.

Qrib ir-rettangolu n-“numru ta’ approvazzjoni bażi” fit-Taqsima 4 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip preċedut miż-żewġ ċifri li jindikaw in-numru ta’ sekwenza assenjat lil dan ir-Regolament jew l-aħħar emenda teknika ewlenija għal dan ir-Regolament. In-numru ta’ sekwenza bħalissa huwa “00”.

1.3.

Fil-każ ta’ apparat jew ta’ tagħmir ajrudinamiċi, in-numru ta’ sekwenza għandu jkun preċedut mis-simbolu “96/53/KE ARTICLE 9 A COMPLIANT”.

1.4.

Fil-każ ta’ apparat jew ta’ tagħmir ajrudinamiċi li jridu jitwaħħlu fuq wara ta’ vettura, in-numru ta’ sekwenza għandu jkun preċedut mis-simbolu “96/53/KE ARTICLE 8B COMPLIANT”.

2.

Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip KE għal unità teknika separata għandha titwaħħal ma’ parti ewlenija tal-apparat jew tat-tagħmir ajrudinamiċi b’tali mod li ma titħassarx, u għandha tkun ta’ tip li jinqara faċilment u b’mod ċar anki jekk l-apparat jiġi mmuntat fuq vettura.

3.

Eżempju ta’ marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata huwa muri fil-Figura 1.

Figura 1

Eżempju ta’ marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata

Image 9

Nota ta’ spjegazzjoni

L-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata ta’ apparat jew ta’ tagħmir ajrudinamiċi li jridu jiġu installati fuq wara ta’ vettura (għall-fini ta’ konformità mal-Artikolu 8b tad-Direttiva 96/53/KE) inħarġet mir-Rumanija bin-numru 0046. L-ewwel żewġ numri “00” jindikaw li l-unità teknika separata kienet approvata skont dan ir-Regolament.


(1)  Ħassar fejn mhux applikabbli.”


(2)  Ħassar fejn mhux applikabbli.

(3)  Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri mhux rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tip ta’ unità teknika separata kopert minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).


DEĊIŻJONIJIET

12.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/42


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1893

tal-11 ta’ Novembru 2019

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Novembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela.

(2)

Il-Kunsill issottolinja li l-miżuri restrittivi huma gradwali, immirati, flessibbli u riversibbli, ma jaffettwawx lill-popolazzjoni ġenerali u għandhom l-għan li jrawmu proċess kredibbli u sinifikattiv li jista’ jwassal għal soluzzjoni negozjata u paċifika.

(3)

Fid-dawl tad-deterjorazzjoni kontinwa tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, fit-22 ta’ Jannar 2018 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/90 (2) li ddeżinjat seba’ persuni fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074.

(4)

Fit-28 ta’ Mejju 2018, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li ddikjaraw li l-elezzjonijiet presidenzjali bikrija fil-Venezwela flimkien mal-elezzjonijiet reġjonali li saru fl-20 ta’ Mejju 2018 la kienu ħielsa u lanqas ġusti. L-Unjoni appellat li jsiru elezzjonijiet presidenzjali ġodda u ddikkjarat li hija ser taġixxi malajr bil-għan li timponi miżuri restrittivi addizzjonali li jkunu mmirati u riversibbli.

(5)

Fil-25 ta’ Ġunju 2018, bħala segwitu għall-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/901 (3) li ddeżinjat ħdax-il persuna.

(6)

Fil-25 ta’ Ottubru 2018, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) ħarġet dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li ddikjarat li l-Unjoni kienet għadha konvinta li jista’ jkun hemm biss soluzzjoni demokratika, politika u paċifika għall-kriżi attwali u ssottolinjat l-impenn tal-Unjoni li tuża l-istrumenti politiċi kollha tagħha biex tikkontribwixxi għall-kisba ta’ soluzzjoni bħal din.

(7)

Fis-6 ta’ Novembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1656 (4) li ġeddiet il-miżuri restrittivi fis-seħħ minħabba s-sitwazzjoni fil-Venezwela fid-dawl tal-kriżi politika, ekonomika u soċjali kontinwa u li qed taggrava f’dak il-pajjiż.

(8)

F’Jannar, Frar, Marzu u April 2019, ir-Rappreżentant Għoli ħarġet dikjarazzjonijiet f’isem l-Unjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela li enfasizzaw ir-rieda tal-Unjoni li tkompli tagħmel kull sforz possibbli sabiex jerġgħu jiġu stabbiliti d-demokrazija u l-istat tad-dritt, sabiex tieħu azzjoni ulterjuri u biex tirreaġixxi permezz ta’ miżuri xierqa għal deċiżjonijiet u azzjonijiet li jkomplu jdgħajfu l-istituzzjonijiet u l-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.

(9)

Fit-8 ta’ Lulju 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1171 (5) li aġġornat id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal tliet persuni elenkati.

(10)

Fis-16 ta’ Lulju 2019, ir-Rappreżentant Għoli ħarġet dikjarazzjoni f’isem l-UE li ddikjarat li r-rapport tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem ikkonferma b’mod ċar u dettaljat il-grad u s-severità tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, l-erożjoni tal-istat tad-dritt u ż-żarmar tal-istituzzjonijiet demokratiċi fil-Venezwela. L-Unjoni indikat ukoll li lesta tibda l-ħidma lejn l-applikazzjoni ta’ miżuri mmirati għal dawk il-membri tal-forzi tas-sigurtà involuti fit-tortura u ksur serju ieħor tad-drittijiet tal-bniedem.

(11)

Fis-26 ta’ Settembru 2019, bħala segwitu għad-dikjarazzjoni tas-16 ta’ Lulju 2019 u fid-dawl tas-sitwazzjoni serja kontinwa fil-Venezwela, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1596 (6) li ddeżinjat seba’ persuni.

(12)

F’dak il-kuntest, u f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074, il-Kunsill irreveda l-miżuri restrittivi fis-seħħ fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela.

(13)

Wara li qies il-kriżi politika, ekonomika, soċjali u umanitarja li għaddejja bħalissa fil-Venezwela u b’azzjonijiet persistenti li jdgħajfu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi fis-seħħ, inkluż id-deżinjazzjonijiet kollha, jiġġeddu sal-14 ta’ Novembru 2020. Dawn il-miżuri ma jaffettwawx lill-popolazzjoni ġenerali u jistgħu jitreġġgħu lura fid-dawl tal-progress li jkun sar lejn ir-restawr tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-Venezwela.

(14)

Id-deżinjazzjonijiet individwali li jinsabu fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 ġew riveduti u l-informazzjoni dwar tmien persuni jenħtieġ li tiġi emendata.

(15)

Barra minn hekk, jenħtieġ li tiżdied dispożizzjoni fid-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 li tispeċifika li l-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dik id-Deċiżjoni.

(16)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 hija emendata kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 9a

1.   Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jistgħu jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari:

(a)

ir-rigward tal-Kunsill, għat-tħejjija ta’ emendi u għall-emendar tal-Annessi I u II;

(b)

fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, għat-tħejjija ta’ emendi għall-Annessi I u II.

2.   Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw, fejn applikabbli, data rilevanti marbuta ma’ reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi elenkati, ma’ kundanni kriminali ta’ tali persuni jew ma’ miżuri ta’ sigurtà li jikkonċernaw lit-tali persuni, biss sa fejn tali pproċessar ikun meħtieġ għat-tħejjija tal-Annessi I u II.

3.   Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli huma nnominati bħala “kontrolluri” fis-sens tal-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), sabiex ikun żgurat li l-persuni fiżiċi kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1725.

(*1)  Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).”."

(2)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:

”Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-14 ta’ Novembru 2020.”.

(3)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 295, 14.11.2017, p. 60).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/90 tat-22 ta’ Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 16 I, 22.1.2018, p. 14).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/901 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 160 I, 25.6.2018, p. 12).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1656 tas-6 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 276, 7.11.2018, p. 10).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1171 tat-8 ta’ Lulju 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 183, 9.7.2019, p. 9).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1596 tas-26 ta’ Settembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 248, 27.9.2019, p. 74).


ANNESS

Fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074, l-entrati 1, 3, 6, 10, 13, 15, 19 u 21 huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

”1.

Néstor Luis Reverol Torres

Data tat-twelid: 28 ta’ Ottubru 1964

Sess: raġel

Ministru għall-Intern, Ġustizzja u Paċi mill-2016. Maħtur ukoll bħala Viċi-President tax-Xogħlijiet u s-Servizzi Pubbliċi u Segretarju Eżekuttiv tal-Persunal Ġenerali għall-Elettriku f’April 2019. Eks Kmandant Ġenerali tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż it-tortura ta’ priġunieri (politiċi), u r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, inkluż il-projbizzjoni u r-repressjoni ta’ dimostrazzjonijiet politiċi, imwettqa mill-forzi tas-sigurtà taħt il-kmand tiegħu.

22.1.2018

3.

Tibisay Lucena Ramírez

Data tat-twelid: 26 ta’ April 1959

Sess: mara

President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral (CNE)). L-azzjonijiet u l-politiki tagħha dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi naqsu milli jiżguraw li s-CNE jibqa’ istituzzjoni imparzjali u indipendenti skont il-Kostituzzjoni Venezwelana u b’hekk iffaċilitat l-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti u l-elezzjoni mill-ġdid ta’ Nicolás Maduro f’Mejju 2018 permezz ta’ elezzjonijiet presidenzjali li la kienu ħielsa u lanqas ġusti.

22.1.2018

6.

Tarek William Saab Halabi

Data tat-twelid: 10 ta’ Settembru 1963

Post tat-twelid:

El Tigre, Stat ta’ Anzoátegui, Venezwela

Sess: raġel

Avukat Ġenerali tal-Venezwela maħtur mill-Assemblea Kostitwenti. F’dan ir-rwol, u fir-rwoli preċedenti bħala Ombudsman u President tal-Kunsill Morali Repubblikan, huwa dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela billi pubblikament appoġġa azzjonijiet kontra avversarji tal-Gvern tal-Venezwela u l-irtirar ta’ kompetenzi mill-Assemblea Nazzjonali.

22.1.2018

10.

Jesús Rafael Suárez Chourio

Data tat-twelid: 19 ta’ Lulju 1962

Sess: raġel

Kap Kmandant tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana Venezwelana u Kap tal-Persunal Ġenerali għall-Kap Kmandant. Eks Kmandant Ġeneral tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana Venezwelana u eks Kmandant tar-Reġjun ta’ Difiża Komprensiv tal-Venezwela taż-Żona Ċentrali (REDI Central). Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem minn forzi taħt il-kmand tiegħu matul il-mandat tiegħu bħala Kmandant Ġenerali tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana Venezwelana, inkluż l-użu ta’ forza eċċessiva u l-maltrattament tad-detenuti. Kellu fil-mira tiegħu l-oppożizzjoni demokratika u appoġġa l-użu ta’ qrati militari għall-proċessi ta’ dimostranti ċivili.

25.6.2018

13.

Elías José Jaua Milano

Data tat-twelid: 16 ta’ Diċembru 1969

Sess: raġel

Eks Ministru għas-Setgħa Popolari għall-Edukazzjoni. Eks President tal-Kummissjoni Presidenzjali għall-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali illeġittima. Responsabbli li dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela permezz tar-rwol tiegħu li wassal għall-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima.

25.6.2018

15.

Freddy Alirio Bernal Rosales

Data tat-twelid: 16 ta’ Ġunju 1962

Post tat-twelid: San Cristóbal, Stat ta’ Táchira, Venezwela

Sess: raġel

Kap taċ-Ċentru ta’ Kontroll Nazzjonali tal-Kumitat għall-Provvista u l-Produzzjoni Lokali (CLAP) u Protettur tal-Istat ta’ Táchira. Huwa ukoll Kummissarju Ġenerali tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence Bolivarjan (SEBIN). Bħala Kap tal-CLAP u Protettur tal-Istat ta’ Táchira jista’ jamar lill-Forzi Speċjali (FAES) u jista’ jinfluwenza l-ħatra ta’ mħallfin u prosekuturi. Responsabbli li dgħajjef id-demokrazija permezz tal-manipulazzjoni tad-distribuzzjonijiet tal-programm CLAP fost il-votanti. Barra minn hekk, bħala Kummissarju Ġenerali ta’ SEBIN huwa responsabbli għall-attivitajiet ta’ SEBIN li jinkludu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem bħad-detenzjoni arbitrarja.

25.6.2018

19.

Nestor Neptali Blanco Hurtado

Data tat-twelid: 26 ta’ Settembru 1982

Numru tal-ID: V-15222057

Sess: raġel

Maġġur fil-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana (GNB), opera flimkien ma’ uffiċjali fid-Direttorat Ġenerali tal-Counter-Intelligence Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) tal-inqas minn Diċembru 2017. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura, użu eċċessiv tal-forza u maltrattament tad-detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM.

27.9.2019

21.

Carlos Alberto Calderon Chirinos

Numru tal-ID: V-10352300

Sess: raġel

Uffiċjal għoli (imsejjaħ Kummissarju, Direttur u Direttur Ġenerali) fis-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali Bolivarjan (SEBIN). Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura, użu eċċessiv tal-forza u maltrattament tad-detenuti fil-faċilitajiet tas-SEBIN. B’mod partikolari, huwa pparteċipa u kien responsabbli għal atti ta’ tortura u għat-trattament krudili, inuman u degradanti tad-detenuti f’El Helicoide, ħabs tas-SEBIN.

27.9.2019”.


12.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/47


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1894

tal-11 ta’ Novembru 2019

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta' tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l‐Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Ġunju 2019, il-Kunsill fakkar u afferma mill-ġdid konklużjonijiet preċedenti tal‐Kunsill u tal-Kunsill Ewropew, inkluż il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta' Marzu 2018 li jikkundannaw bil-qawwa l-azzjonijiet illegali kontinwi tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran u fil-Baħar Eġew. Il-Kunsill esprima tħassib serju dwar l-attivitajiet ta' tħaffir illegali tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran u ddeplora li t-Turkija kienet għada ma weġbitx għas-sejħiet ripetuti tal-Unjoni biex twaqqaf dawn l-attivitajiet. Stieden ukoll lill-Kummissjoni u s‐Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex iressqu possibilitajiet għal miżuri xierqa mingħajr dewmien.

(2)

Fl-20 ta' Ġunju 2019, il-Kunsill Ewropew fakkar u afferma mill-ġdid il-konklużjonijiet preċedenti tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew li jikkundannaw bil-qawwa l-azzjonijiet illegali kontinwi tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran u fil-Baħar Eġew. Barra minn hekk, approva l-istedina lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex iressqu possibilitajiet għal miżuri xierqa mingħajr dewmien, inkluż miżuri mmirati.

(3)

Fil-15 ta' Lulju 2019, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li fihom ddeplora li, minkejja l‐appelli ripetuti mill-Unjoni biex twaqqaf l-attivitajiet illegali tagħha fil-Lvant tal‐Mediterran, it-Turkija kienet kompliet l-operazzjonijiet ta' tħaffir tagħha lejn il-punent ta' Ċipru u kienet nediet it-tieni operazzjoni ta' tħaffir lejn il-grigal ta' Ċipru fl-ilmijiet territorjali Ċiprijotti. Tenna l-impatt negattiv immedjat serju li tali azzjonijiet illegali għandhom fuq il-firxa tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija u appella mill-ġdid lit-Turkija biex toqgħod lura minn tali azzjonijiet, taġixxi fi spirtu ta' viċinat tajjeb u tirrispetta s‐sovranità u d-drittijiet sovrani ta' Ċipru f'konformità mad-dritt internazzjonali. Il-Kunsill, filwaqt li jilqa' l-istedina mill-Gvern ta' Ċipru biex jinnegozja mat-Turkija, innota li jenħtieġ li d-delimitazzjoni ta' żoni ekonomiċi esklużivi u tal-blata kontinentali tiġi indirizzata permezz ta' djalogu u negozjati b'rieda tajba, b'rispett sħiħ għad-dritt internazzjonali u f'konformità mal-prinċipju ta' relazzjonijiet tajbin ta' viċinat.

(4)

Barra minn hekk, fid-dawl tal-attivitajiet ta' tħaffir illegali li għaddejjin u dawk ġodda min‐naħa tat-Turkija, il-Kunsill iddeċieda li jissospendi n-negozjati dwar il-Ftehim Komprensiv dwar it-Trasport bl-Ajru u qabel li għalissa ma jorganizzax il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u laqgħat oħrajn tad-djalogi ta' livell għoli bejn l-UE u t-Turkija. Barra minn hekk, il-Kunsill approva l-proposta tal-Kummissjoni li titnaqqas l-għajnuna ta' qabel l-adeżjoni għat‐Turkija għall-2020 u stieden lill-Bank Ewropew tal-Investiment jirrieżamina l‐attivitajiet ta' self tiegħu fit-Turkija, partikolarment b'rabta ma' self kopert minn bonds sovrani.

(5)

Barra minn hekk, dawk il-konklużjonijiet issottolinjaw li l-Kunsill baqa' jsegwi l-kwistjoni u stieden lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ("ir-Rappreżentant Għoli") u lill-Kummissjoni biex ikomplu jaħdmu fuq possibilitajiet għal miżuri mmirati fid-dawl tal-attivitajiet ta' tħaffir li għaddejjin mit-Turkija fil-Lvant tal‐Mediterran.

(6)

Fl-14 ta' Ottubru 2019, fid-dawl tat-tkomplija tal-attivitajiet ta' tħaffir illegali mit-Turkija fil‐Lvant tal-Mediterran, il-Kunsill afferma mill-ġdid is-solidarjetà sħiħa tiegħu ma' Ċipru, fir-rigward tar-rispett tas-sovranità u tad-drittijiet sovrani tiegħu skont id-dritt internazzjonali. Fakkar fil-konklużjonijiet tiegħu tal-15 ta' Lulju 2019, partikolarment li jenħtieġ li d-delimitazzjoni taż-żoni ekonomiċi esklużivi u tal-blata kontinentali tiġi indirizzata permezz ta' djalogu u negozjati b'rieda tajba, b'rispett sħiħ tad‐dritt internazzjonali u f'konformità mal-prinċipju ta' relazzjonijiet tajbin mal-ġirien.

(7)

Barra minn hekk, il-Kunsill qabel li joħloq qafas għal miżuri restrittivi kontra persuni fiżiċi u ġuridiċi responsabbli mill-attività ta' tħaffir illegali ta' idrokarburi fil-Lvant tal-Mediterran, jew involuti fiha, u stieden lir-Rappreżentant Għoli u lill-Kummissjoni biex jippreżentaw malajr proposti b'dak il-għan.

(8)

Fit-18 ta' Ottubru 2019, il-Kunsill Ewropew approva l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Ottubru 2019 dwar l-attivitajiet ta' tħaffir illegali tat-Turkija fiż-żona ekonomika esklużiva ta' Ċipru u afferma mill-ġdid is-solidarjetà tiegħu ma' Ċipru u ddikjara li ser jibqa' jsegwi l‐kwistjoni.

(9)

L-attivitajiet ta' tħaffir imsemmija hawn fuq jiksru s-sovranità jew id-drittijiet sovrani u l‐ġurisdizzjoni tar-Repubblika ta' Ċipru fil-baħar territorjali, fiż-żona ekonomika esklussiva u fil-blata kontinentali tagħha u, meta tali attivitajiet jitwettqu f'żoni fejn iż-żona ekonomika esklużiva u l-blata kontinentali ma jkunux ġew delimitati skont id-dritt internazzjonali ma' Stat li jkollu kosta faċċata, huma jipperikolaw jew ixekklu li jintlaħaq ftehim ta' delimitazzjoni. Dawn l-azzjonijiet imorru kontra l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż ir‐riżoluzzjoni paċifika ta' tilwim, u huma ta' theddida għall-interessi u s-sigurtà tal-Unjoni.

(10)

F'dak il-kuntest, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri restrittivi mmirati kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi responsabbli għal, involuti fi, inkluż bl-ippjanar, it-tħejjija, pereżempju permezz ta' stħarriġ sismiku, il-parteċipazzjoni, it-tmexxija, jew l-assistenza, attivitajiet ta' tħaffir b'rabta mal-esplojtazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi, jew l‐estrazzjoni ta' idrokarburi li jirriżultaw minn attivitajiet bħal dawn jew li jipprovdu appoġġ finanzjarju, tekniku jew materjali għal tali attivitajiet, li ma jkunux ġew awtorizzati mir‐Repubblika ta' Ċipru, fil-baħar territorjali tagħha jew fiż-żona ekonomika esklużiva tagħha jew fil-blata kontinentali tagħha. Dan jinkludi, f'każijiet fejn iż-żona ekonomika esklużiva jew il-blata kontinentali ma tkunx ġiet delimitata f'konformità mad-dritt internazzjonali ma' Stat li jkollu kosta faċċata, attivitajiet li jistgħu jipperikolaw jew ixekklu li jintlaħaq ftehim ta' delimitazzjoni.

(11)

Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li ma timpedixxix it-twassil u l-faċilitazzjoni tal-forniment ta' għajnuna umanitarja. Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tiġi emendata sabiex tinkludi deroga kif adatt, jekk jidher li l-applikazzjoni ta' miżuri restrittivi kontra persuna jew entità deżinjata tista' timpedixxi t-twassil ta' għajnuna umanitarja.

(12)

Hi meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, minn:

(a)

persuni fiżiċi li huma responsabbli għal, jew li huma involuti fi, inkluż permezz ta' ppjanar, tħejjija, parteċipazzjoni, jew assistenza, attivitajiet ta' tħaffir b'rabta mal‐esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi, jew l-estrazzjoni ta' idrokarburi li jirriżultaw minn tali attivitajiet, li ma ġewx awtorizzati mir-Repubblika ta' Ċipru, fil-baħar territorjali tagħha jew fiż-żona ekonomika esklużiva tagħha jew fuq il-blata kontinentali tagħha.

Dak għandu jinkludi, f'każijiet fejn iż-żona ekonomika esklużiva jew il-blata kontinentali ma tkunx ġiet delimitata f'konformità mad-dritt internazzjonali ma' Stat li jkollu kosta faċċata, attivitajiet li jistgħu jipperikolaw jew ixekklu li jintlaħaq ftehim ta' delimitazzjoni;

(b)

persuni fiżiċi li jipprovdu appoġġ finanzjarju, tekniku jew materjali għal attivitajiet ta' tħaffir marbuta ma' attivitajiet ta' esplorazzjoni u ta' produzzjoni ta' idrokarburi, jew l‐estrazzjoni tal-idrokarburi li tirriżulta minn tali attivitajiet, imsemmija fil-punt (a);

(c)

persuni fiżiċi assoċjati mal-persuni fiżiċi msemmija mill-punti (a) u (b),

kif elenkati fl-Anness.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga lil Stat Membru li jirrifjuta d-dħul fit-territorju tiegħu taċ-ċittadini tiegħu stess.

3.   Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b'obbligu skont id-dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a)

bħala pajjiż ospitanti ta' organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b)

bħala pajjiż ospitanti ta' konferenza internazzjonali mlaqqa' min-Nazzjonijiet Uniti jew taħt il-patroċinju tagħha;

(c)

taħt ftehim multilaterali li jagħti privileġġi u immunitajiet; jew

(d)

skont it-Trattat ta' Konċiljazzjoni (il-Patt tal-Lateran) tal-1929 konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

4.   Il-paragrafu 3 għandu jitqies bħala li japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru jkun il-pajjiż ospitanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

5.   Il-Kunsill għandu jiġi debitament infurmat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafu 3 jew 4.

6.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti skont il-paragrafu 1 fejn l‐ivvjaġġar ikun ġustifikat għal raġunijiet ta' bżonn umanitarju urġenti, jew għal raġunijiet ta' attendenza għal laqgħat intergovernattivi u laqgħat promossi jew ospitati mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza attwali tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi direttament l-objettivi ta' politika tal-miżuri restrittivi.

7.   L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti skont il-paragrafu 1 fejn id-dħul jew it-transitu jkun neċessarju għall-fini ta' proċess ġudizzjarju.

8.   Stat Membru li jixtieq jagħti eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 jew 7 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha titqies li tkun ingħatat sakemm ma joġġezzjonax membru wieħed jew aktar tal-Kunsill bil-miktub fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta tasal in-notifika dwar l-eżenzjoni proposta. Fil-każ li membru wieħed jew aktar tal-Kunsill iqajmu oġġezzjoni, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

9.   Fejn, skont il-paragrafu 3, 4, 6, 7 jew 8, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, minn persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun strettament limitata għall-iskop li għalih tkun ingħatat u għall-persuni direttament ikkonċernati minnha.

Artikolu 2

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, li huma l-proprjetà ta', jew li huma miżmuma jew ikkontrollati minn:

(a)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li huma responsabbli għal, jew li huma involuti, fi, inkluż permezz ta' ppjanar, tħejjija, parteċipazzjoni, jew assistenza, attivitajiet ta' tħaffir b'rabta mal-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi, jew l-estrazzjoni ta' idrokarburi li jirriżultaw minn tali attivitajiet, li ma ġewx awtorizzati mir-Repubblika ta' Ċipru, fil-baħar territorjali tagħha jew fiż-żona ekonomika esklużiva tagħha jew fuq il-blata kontinentali tagħha.

Dak għandu jinkludi, f'każijiet fejn iż-żona ekonomika esklużiva jew il-blata kontinentali ma tkunx ġiet delimitata f'konformità mad-dritt internazzjonali ma' Stat li jkollu kosta faċċata, attivitajiet li jistgħu jipperikolaw jew ixekklu li jintlaħaq ftehim ta' delimitazzjoni;

(b)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jipprovdu appoġġ finanzjarju, tekniku jew materjali għal attivitajiet ta' tħaffir marbuta mal-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' idrokarburi, jew l-estrazzjoni tal-idrokarburi li tirriżulta minn tali attivitajiet, imsemmija fil-punt (a);

(c)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati mal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l‐entitajiet jew il-korpi msemmija mill-punti (a) u (b),

kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, direttament jew indirettament, tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi elenkati fl-Anness, jew għall-benefiċċju tagħhom.

3.   B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, skont dawk il-kondizzjonijiet li hi tqis xierqa, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:

(a)

neċessarji biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness u l-membri tal-familja dipendenti ta' tali persuni fiżiċi, inkluż pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u imposti ta' servizzi pubbliċi;

(b)

maħsuba esklużivament għall-pagament ta' tariffi professjonali raġonevoli u għar‐rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-għotia ta' servizzi legali;

(c)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi jew imposti għal servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

(d)

neċessarji għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill‐awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom hija tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; jew

(e)

ser jitħallsu f'kont jew minn kont ta' missjoni diplomatika jew konsulari jew ta' organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi immunitajiet f'konformità mad-dritt internazzjonali, sa fejn tali pagamenti jkunu maħsuba biex jintużaw għal finijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.

4.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir‐rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, bil-kondizzjoni li jkunu ssodisfati l‐kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma s-suġġett ta' deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id‐data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fil-paragrafu 1 kienu elenkati fl-Anness, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl‐Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw esklużivament biex jiġu ssodisfati pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil‐limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

(c)

id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness; u

(d)

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.

5.   Il-paragrafu 1 ma għandux iżomm lil persuna fiżika jew ġuridika, lil entità jew korp elenkati fl-Anness milli jagħmlu pagament dovut taħt kuntratt konkluż qabel id-data li fiha tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikunu ġew elenkati fih, bil-kondizzjoni li l-Istat Membru kkonċernat ikun iddetermina liil-pagament mhuwiex, direttament jew indirettament, riċevut minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmija fil-paragrafu 1.

6.   Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':

(a)

imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;

(b)

pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet ikunu saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2; jew

(c)

pagamenti dovuti skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali mogħtija fl‐Unjoni jew li huma eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat,

bil-kondizzjoni li kwalunkwe tali imgħax, dħul u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.

Artikolu 3

1.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'unanimità fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli, għandu jistabbilixxi u jemenda l-lista stabbilita fl-Anness.

2.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjonijiet msemmija fil-paragrafu 1, inkluż ir-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernati, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, li jipprovdi lil tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp b'opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

3.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernati skont il-każ.

Artikolu 4

1.   L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikoli 1 u 2.

2.   L-Anness għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi ismijiet u psewdonimi, id-data u l-post tat‐twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, il-ġeneru; l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

Artikolu 5

Ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni li l-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont din id-Deċiżjoni, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' liema forma tkun, ma għandha tiġi sodisfatta, jekk din issir minn:

(a)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi deżinjati elenkati fl-Anness;

(b)

kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu permezz ta' waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi imsemmijin fil-punt (a) jew f'isimhom.

Artikolu 6

1.   Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l‐kompiti tagħhom skont din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari:

(a)

fir-rigward tal-Kunsill, it-tħejjija u l-emendar tal-Anness;

(b)

fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, it-tħejjija ta' emendi għall-Anness.

2.   Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw, fejn applikabbli, data rilevanti relatata ma' reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi elenkati, ma' kundanni kriminali ta' tali persuni jew ma' miżuri ta' sigurtà li jikkonċernaw lit-tali persuni, biss sa fejn tali pproċessar ikun meħtieġ għat-tħejjija tal-Anness.

3.   Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli huma ddeżinjati bħala "kontrolluri" fit-tifsira tal-punt 8 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), sabiex ikun żgurat li l-persuni fiżiċi kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1725.

Artikolu 7

Sabiex l-impatt tal-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni jkun kemm jista' jkun qawwi, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk previsti f'din id‐Deċiżjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-12 ta’ Novembru 2019 u għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l‐objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill‐istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 1 U 2

[…]


12.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/54


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1895

tas-7 ta’ Novembru 2019

li tirrikonoxxi diversi gżejjer tal-Portugall bħala ħielsa mill-varroożi u li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/503/UE

(notifikata bid-dokument C(2019) 7905)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 15 tad-Direttiva 92/65/KEE jipprevedi li meta jikkonsidra li t-territorju tiegħu jew parti mit-territorju tiegħu ikun ħieles minn waħda mill-mardiet imniżżla fl-Anness B tagħha, irid jippreżenta d-dokumentazzjoni x-xierqa lill-Kummissjoni li abbażi tagħha tiġi adottata Deċiżjoni li tirrikonoxxi lil dak l-Istat Membru jew parti mit-territorju tiegħu bħala ħielsa, u jrid jiddefinixxi l-garanziji addizzjonali għall-kummerċ li jistgħu jkunu meħtieġa.

(2)

Fl-Anness B tad-Direttiva 92/65/KEE, il-varroożi fin-naħal tal-għasel hija elenkata bl-isem preċedenti tagħha ta’ “varroażi” u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/503/UE (2) diġà rrikonoxxiet diversi territorji ta’ Stati Membri bħala ħielsa minnha. Dawk it-territorji huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/503/UE, flimkien mal-garanziji addizzjonali għall-kummerċ.

(3)

Il-Portugall talab lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi l-gżejjer ta’ Corvo, Graciosa, São Jorge, Santa Maria, São Miguel u Terceira tal-Arċipelagu tal-Açores bħala ħielsa mill-varroożi, talab li l-garanziji addizzjonali għall-kummerċ jiġu ddefiniti b’mod li jikkorrispondu ma’ dawk li huma implimentati nazzjonalment u ppreżenta d-dokumentazzjoni dettaljata x-xierqa ddefinita fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 92/65/KEE biex isostni t-talba tiegħu.

(4)

Jenħtieġ li abbażi tad-dokumentazzjoni dettaljata li ppreżenta l-Portugall, il-gżejjer ta’ Corvo, Graciosa, São Jorge, Santa Maria, São Miguel u Terceira jitqiesu bħala territorji tal-Portugall li huma ħielsa mill-varroożi u jiġu elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/503/UE, flimkien mal-garanżiji addizzjonali għall-kummerċ.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/503/UE tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-entrata ta’ hawn taħt għandha tiddaħħal fit-tabella stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/503/UE, bejn l-entrata tal-Finlandja u dik tar-Renju Unit:

PT

Il-Portugall

Il-Gżira ta’ Corvo

PT01300

FLORES (SANTA CRUZ)

In-naħal (Apis mellifera) f’kull stadju ta’ ħajjithom, ukoll il-ferħ, l-irġejjen, il-kolonji u l-kaxxi tan-naħal u t-tilari użati

Il-Gżira ta’ Graciosa

PT05200

GRACIOSA (SANTA CRUZ DA GRACIOSA)

Il-Gżira ta’ São Jorge

PT02700

SAO JORGE (VELAS)

Il-Gżira ta’ Santa Maria

PT02500

SANTA MARIA (VILA DO PORTO)

Il-Gżira ta’ São Miguel

PT02600

SAO MIGUEL (PONTA DELGADA)

Il-Gżira ta’ Terceira

PT02800

TERCEIRA (ANGRA DO HEROISMO)

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/503/UE tal-11 ta’ Ottubru 2013 li tirrikonoxxi partijiet tal-Unjoni bħala ħielsa mill-varroażi fin-naħal u li tistabbilixxi garanziji addizzjonali mitluba fil-kummerċ fl-Unjoni u fl-importazzjonijiet biex titħares il-qagħda ħielsa mill-varroażi tagħhom (ĠU L 273, 15.10.2013, p. 38).


Rettifika

12.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/56


Rettifika tal-adozzjoni definittiva (UE, Euratom) 2019/1809 tal-baġit emendatorju Nru 2 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019

(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropew L 284 tal-5 ta’ Novembru 2019)

F’paġna 21, l-Artikolu uniku,

minflok:

“Vienīgais pants”,

aqra:

“Artikolu uniku” .