ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 261I

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
14 ta' Ottubru 2019


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 ( 1 )

1

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 261/1


REGOLAMENT (UE) 2019/1700 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Ottubru 2019

li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Id-data u l-indikaturi statistiċi huma s-sinsla ta’ politika responsabbli bbażata fuq l-evidenza. Fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020 u t-tisħiħ tal-governanza ekonomika, l-indikaturi soċjali jaqdu rwol essenzjali billi jinfurmaw u jappoġġaw il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni. Dawk il-prijoritajiet jirrigwardaw b’mod partikolari t-tkabbir inklużiv u sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi; il-koeżjoni soċjali; it-tnaqqis tal-faqar, tal-inugwaljanzi u tal-esklużjoni soċjali; l-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità, u t-trattament ugwali; u l-ħiliet, il-mobbiltà u l-ekonomija diġitali. B’mod partikolari, huma meħtieġa indikaturi soċjali biex jipprovdu bażi statistika soda għall-iżvilupp u l-monitoraġġ tal-politiki introdotti mill-Unjoni u mill-Istati Membri biex jindirizzaw dawk il-prijoritajiet. L-istatistika soċjali ta’ kwalità għolja hija meħtieġa biex l-Unjoni u l-miri tagħha tal-koeżjoni jkunu aktar reżiljenti u biex jinżammu l-livelli tagħha fil-ħarsien soċjali. Id-data ta’ kwalità hija wkoll ta’ importanza fundamentali bħala tarka kontra informazzjoni qarrieqa.

(2)

Għat-tisħiħ tal-għanijiet soċjali fis-semestru Ewropew, l-istatistika soċjali taqdi rwol fundamentali, u huwa essenzjali li ntejbu d-disponibbiltà tal-indikaturi soċjali sabiex niżguraw li dawn jiġu pprovduti fi żmien debitu għall-oqfsa tal-politika rilevant. Bit-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tas-semestru Ewropew, l-Unjoni u l-miri tagħha ta’ koeżjoni jsiru aktar reżiljenti, u ż-żamma tal-livelli fil-ħarsien soċjali tkun iggarantita.

(3)

Konformement mal-inizjattiva "Beyond GDP" ("Lil hinn mill-PDG"), huwa importanti li nindirizzaw l-aspetti soċjali tal-progress permezz ta’ indikaturi sodi li jiffukaw fuq is-sitwazzjoni taċ-ċittadini, jiddeskrivu d-distribuzzjoni tal-kondizzjonijiet materjali tal-għajxien u l-inugwaljanzi kif ukoll jinvestigaw aħjar id-dimensjonijiet differenti tal-kwalità tal-ħajja.

(4)

Jenħtieġ li l-istatistika soċjali Ewropea tiġi pprovduta abbażi ta’ trattament ugwali ta’ kull tip ta’ utent, pereżempju min ifassal il-politika, amministrazzjonijiet pubbliċi, riċerkaturi, trade unions, studenti, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili inklużi organizzazzjonijiet mhux governattivi, u ċittadini, li jenħtieġ li jkollhom aċċess liberu u faċli għall-istatistika permezz tal-bażijiet ta’ data tal-Kummissjoni (Eurostat) fuq is-sit web u fil-pubblikazzjonijiet tagħha. F’dak ir-rigward, il-puntwalità u l-faċilità tal-użu tas-sit web tal-Kummissjoni (Eurostat) jenħtieġ li jittejbu aktar.

(5)

Huwa għalhekk ta’ importanza fundamentali li l-indikaturi soċjali jkunu tal-kwalità għolja meħtieġa, b’mod partikolari f’termini tal-akkuratezza, il-puntwalità, il-possibbiltà tal-użu u l-aċċessibbiltà tagħhom, ir-rilevanza tagħhom, l-adattabbiltà tagħhom għat-talbiet ta’ utenti ġodda, kif ukoll il-komparabbiltà, il-koerenza u l-effiċjenza tagħhom. B’mod partikolari, huwa essenzjali li titjieb il-puntwalità tal-indikaturi soċjali sabiex ikunu disponibbli fi żmien debitu għall-oqfsa tal-politika rilevanti, inkluż is-Semestru Ewropew. Barra minn hekk, aktar akkuratezza u puntwalità fl-indikaturi jistgħu jkunu ta’ benefiċċju sinifikanti għall-monitoraġġ tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti.

(6)

Biex wieħed jivvaluta s-sitwazzjoni tal-unitajiet domestiċi u tal-persuni, importanti li jitkejjel id-dħul u jiġi stmat il-livell minimu tar-riżorsi meħtieġa għal parteċipazzjoni xierqa fis-soċjetà. Huwa għalhekk essenzjali li jitjiebu l-ġbir tad-data u l-metodoloġija tal-indikaturi standardizzati biex jipprovdu stimi ta’ baġit ta’ referenza fuq bażi reġjonali, kif ukoll li tiġi żgurata kopertura aħjar tal-popolazzjonijiet konċernati. Jenħtieġ li d-data statistika tipprovdi bażi b’saħħitha għall-istabbiliment ta’ indikaturi adattati għall-utenti varji possibbli.

(7)

Id-dħul jintuża ħafna meta tiġi valutata s-sitwazzjoni tal-unitajiet domestiċi. Madankollu, huwa importanti wkoll li jitkejlu l-konsum, il-ġid u d-djun, inklużi d-djun possibbli f’munita barranija, kemm minn perspettiva ta’ unità domestika kif ukoll minn perspettiva makroekonomika. Barra minn hekk, il-faqar, inkluż il-faqar tat-tfal, hu fenomenu multidimensjonali li jinvolvi mhux biss il-kondizzjonijiet materjali tal-għajxien, bħal-livell tad-dħul, il-konsum, il-ġid u d-dejn, iżda wkoll is-saħħa, l-edukazzjoni, u l-aċċess għas-servizzi u l-użu tagħhom. Barra minn hekk, biex wieħed jindirizza b’mod xieraq il-qgħad, b’mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ, u xejriet ġodda fl-impjiegi, speċjalment fil-kuntest tal-ekonomija diġitali, huwa importanti li jkollu data statistika estensiva, soda u komparabbli.

(8)

L-istatistika Ewropea marbuta mal-persuni u l-unitajiet domestiċi bħalissa tinġabar abbażi ta’ numru ta’ atti leġislattivi li jkopru stħarriġ dwar persuni u unitajiet domestiċi, statistika demografika, ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar, u data miġbura l-aktar minn sorsi amministrattivi. Xi data tinġabar ukoll minn stħarriġ tan-negozji. Minkejja titjib sostanzjali f’dawn l-aħħar snin, jenħtieġu aktar integrazzjoni u simplifikazzjoni tal-ġbir ta’ data għall-istatistika b’mod aktar olistiku, abbażi ta’ stħarriġ imwettaq fuq persuni u unitajiet domestiċi fl-Unjoni kollha. Biex tinkiseb data soda għar-riċerka u t-tfassil tal-politika, huwa essenzjali li jiżdied l-investiment fi ġbir ta’ data ta’ kwalità għolja, aktar akkurata u olistika, għaliex id-data soda hija prerekwiżit għal tfassil ta’ politika responsabbli.

(9)

Sabiex jittejbu l-kwalità u l-effiċjenza tad-data, jenħtieġ li jitħeġġeġ kemm jista’ jkun l-użu ta’ rekords amministrattivi. Il-possibilità li jintużaw sorsi amministrattivi għal skopijiet ta’ statistika diġà twessgħet sostanzjalment, bis-saħħa tal-progress teknoloġiku. L-użu ta’ sorsi amministrattivi jenħtieġ li tingħatalu aktar promozzjoni attiva fil-qasam tal-istatistika soċjali, filwaqt li dejjem tiġi żgurata l-kwalità, b’mod partikolari l-akkuratezza, il-puntwalità u l-komparabbiltà ta’ dik l-istatistika. Sorsi oħra ta’ data adattati għal persuni jew suġġetti rilevanti li ma hemmx aċċess għalihom minn rekords amministrattivi jenħtieġ li jinżammu, filwaqt li jitħares id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali.

(10)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-10 ta’ Awwissu 2009, dwar il-metodu ta’ produzzjoni tal-istatistika tal-UE: viżjoni għad-deċennju li ġej, enfasizzat l-użu dejjem jiżdied ta’ sorsi differenti ta’ data u metodi innovattivi ta’ ġbir ta’ data kif ukoll l-importanza dejjem ikbar tal-armonizzazzjoni tal-kunċetti u l-metodi tal-istatistika bejn dominji differenti. Hija appellat għal ġenerazzjoni ġdida ta’ leġislazzjoni statistika li tkun tindirizza oqsma aktar mifruxa.

(11)

Fl-2011, il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESSC, European Statistical System Committee) stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) approva l-Memorandum ta’ Wiesbaden dwar Disinn Kunċettwali Ġdid għall-Istatistika Soċjali u tal-Unitajiet Domestiċi, fejn jingħad li l-istħarriġ Ewropew li jipprovdi data dwar persuni u unitajiet domestiċi għandu jiġi simplifikat, u barra minn hekk li għandu jintuża ġbir anqas frekwenti ta’ mikrodata biex jikkomplementa dak l-istħarriġ soċjali ċentrali. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitjieb l-aċċess għad-data amministrattiva, u jenħtieġ li l-użu mill-ġdid ta’ sorsi ta’ data eżistenti u l-aċċess għal sorsi ta’ data ġodda jiġu żviluppati fil-livell tal-Unjoni u fil-livell nazzjonali.

(12)

Is-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS, European Statistical System) hija impenjata li tinvolvi lill-utenti kollha b’mod proattiv billi tissodisfa t-talbiet tagħhom b’mod reattiv u li ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni (Eurostat), l-istituti nazzjonali tal-istatistika (NSIs, national statistical institutes), il-banek ċentrali nazzjonali, il-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika u l-aġenziji tal-Unjoni. Għalhekk huwa ta’ importanza kruċjali li l-kontribut mill-partijiet ikkonċernati kollha, inkluż min ifassal il-politika, riċerkaturi u akkademiċi, produtturi ta’ data, is-soċjetà ċivili u gruppi oħrajn ta’ interess, jitqies b’mod xieraq meta jiġi adattat u modernizzat l-istħarriġ soċjali.

(13)

Dawk l-iżviluppi jeħtieġ li jiġu simplifikati gradwalment u l-liġi statistika fil-qasam tal-istatistika soċjali jeħtieġ li tiġi modernizzata, biex tkun żgurata l-produzzjoni ta’ indikaturi soċjali ta’ kwalità għolja b’mod aktar integrat, adattabbli, flessibbli, effiċjenti u puntwali, sabiex tirrispondi għall-iżviluppi fis-soċjetà. Fl-istess ħin, trid tingħata konsiderazzjoni dovuta lill-ħtiġijiet tal-utenti, lill-piż fuq ir-rispondenti, lill-kapaċitajiet u r-riżorsi tal-Istati Membri, lill-affidabbiltà u l-akkuratezza tal-metodi użati, lill-fattibbiltà teknika tal-produzzjoni tal-istatistika, liż-żmien li fih l-istatistika tista’ tkun disponibbli u lill-affidabilità tar-riżultati.

(14)

B’mod partikolari, jenħtieġ li ebda waħda mill-miżuri meħuda għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma timponi spejjeż addizzjonali sostanzjali li jirriżultaw f’piż sproporzjonat jew inġustifikat fuq ir-rispondenti u l-Istati Membri.

(15)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jipprovdi l-qafas legali ġenerali għall-Istatistika Ewropea u l-Artikolu 13 tiegħu jistabbilixxi l-Programm Ewropew tal-Istatistika. Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas speċifiku għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi bbażata fuq data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni. Jispeċifika d-data u l-informazzjoni li jridu jinġabru mill-Istati Membri u jintbagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat), u r-rekwiżiti fundamentali tal-kwalità li jridu jiġu ssodisfati. Jipprevedi speċifikazzjonijiet tekniċi aktar dettaljati li jenħtieġ li jingħataw f’atti delegati u ta’ implimentazzjoni. Jippermetti li l-ġabriet ta’ data differenti jiġu integrati flimkien u mal-użu ta’ rekords amministrattivi, filwaqt li jikkonsolida u jissimplifika l-liġi eżistenti, f’konformità mal-programm Ewropew tal-istatistika.

(16)

Il-liġi tal-Unjoni dwar l-istatistika soċjali bbażata fuq data fuq livell individwali ġiet adottata biex twieġeb għal ċerti ħtiġijiet ta’ politika li kienu jeżistu meta ġiet adottata. Il-qasam soċjali huwa, madankollu, ikkaratterizzat minn realtajiet ġodda u li qed jinbidlu malajr. Qed ifiġġu ċirkostanzi u fenomeni soċjali ġodda, li qed joħolqu l-ħtieġa li jiġi aġġornat il-qafas legali eżistenti fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi bażi statistika rikka li tkopri u tirrifletti b’mod adegwat il-ħtiġijiet attwali u tippermetti l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ data statistika li tkun reattiva għall-ħtiġijiet futuri ta’ min ifassal il-politika, l-utenti u l-pubbliku ġenerali, waqt li titqies il-komparabbiltà statistika fil-livell internazzjonali. Jenħtieġ, b’mod partikolari, li dan ir-Regolament jipprevedi flessibbiltà kbira għal aktar żviluppi fil-qasam tal-istatistika relatata mal-persuni u l-unitajiet domestiċi. Huwa wkoll essenzjali li l-ġbir tad-data ssir bl-użu tal-aħħar tibdil teknoloġiku.

(17)

Sabiex jiġi simplifikat u razzjonalizzat aħjar il-qafas ta’ referenza għall-istatistika soċjali Ewropea bbażata fuq data miġbura minn kampjuni, l-istatistika Ewropea eżistenti relattiva għal persuni u unitajiet domestiċi bbażata fuq data fil-livell individwali għandha tinġabar flimkien taħt qafas wieħed. Dan jiggarantixxi li l-istatistika soċjali Ewropea bbażata fuq data miġbura minn kampjuni, inklużi l-oqsma tal-forza tax-xogħol, tad-dħul u l-kondizzjonijiet tal-għajxien, tas-saħħa, tal-edukazzjoni u t-taħriġ, tal-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, tal-użu tal-ħin u tal-konsum, tiġi prodotta b’mod aktar konsistenti u koordinat.

(18)

F’konformità mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq studji ta’ fattibbiltà u studji pilota maħsuba biex itejbu l-kwalità tas-settijiet tad-data u l-indikaturi soċjali. Tali studji jenħtieġ li jkunu jkopru l-komparabbiltà tad-data, l-iżvilupp ta’ metodoloġiji ġodda, il-modernizzazzjoni tal-ġbir tad-data u s-sodisfaċiment tat-talbiet il-ġodda tal-utenti, speċjalement l-indirizzar ta’ popolazzjonijiet li huma diffiċli biex jintlaħqu, data dwar subpopolazzjonijiet speċifiċi, b’mod partikolari dawk li huma l-aktar vulnerabbli, it-tqegħid għad-disponibbiltà tal-istatistika f’livell territorjali NUTS 2, u l-produzzjoni ta’ data f’livell lokali dettaljat b’mod kosteffettiv u reattiv. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkooperaw fir-rigward ta’ dawk l-istudji ta’ fattibbiltà u studji pilota u li l-Kummissjoni tkun kapaċi tipprovdi appoġġ finanzjarju biex dawn jiġu implimentati.

(19)

Għall-oqsma tal-forza tax-xogħol u tad-dħul u l-kondizzjonijiet tal-għajxien, bil-għan tal-adattament għall-ħtiġijiet u l-aspettattivi l-ġodda tal-utenti, jenħtieġ li jkun possibbli li tinġabar data fuq suġġetti ad hoc, f’mument speċifiku sabiex jippermettu li l-varjabbli miġbura fuq bażi regolari jiġu ssupplimentati minn varjabbli kumplimentari, filwaqt li jiġu enfasizzati aspetti mhux esplorati tal-forza tax-xogħol u tad-dħul u l-kondizzjonijiet tal-għajxien. F’każijiet ġustifikati, jenħtieġ li jkun possibbli li dik id-data tkopri wkoll temi mhux previsti f’dan ir-Regolament.

(20)

Jenħtieġ li għal kull qasam jiġi pprovdut sett prinċipali ta’ varjabbli armonizzati, bil-għan li d-data disponibbli għall-Kummissjoni (Eurostat) tintuża u tinxtered aħjar kif ukoll, b’mod partikolari, bħala prerekwiżit għat-tqabbil tad-data u għal analiżijiet trażversali. Dik il-prattika x’aktarx tgħin biex jiżdied il-potenzjal analitiku ta’ settijiet tad-data bl-applikazzjoni ta’ tekniki ta’ mudellar u biex jinkisbu ekonomiji ta’ skala.

(21)

Il-ġbir ta’ data fl-oqsma tal-użu tal-ħin u tal-konsum fil-livell tal-Unjoni jipprovdi data importanti b’diversi għanijiet għall-politiki tal-Unjoni li jaffettwaw il-ħajja taċ-ċittadini. Id-data dwar l-użu tal-ħin affermat l-importanza fundamentali tagħha fil-valutazzjoni ta’, inter alia, l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qsim tar-responsabbiltajiet tax-xogħol u tal-kura jew biex jitkejjel ix-xogħol mhux imħallas. Il-konsum huwa wkoll element importanti tal-kondizzjonijiet materjali tal-għajxien taċ-ċittadini. Il-ġbir ta’ data, li fiż-żewġ oqsma jsir volontarjament minn bosta Stati Membri, abbażi ta’ ftehimiet u linji gwida ġenerali, jenħtieġ li jiġi żviluppat u modernizzat aktar. Jenħtieġ li l-ġbir tad-data jkun obbligatorju għall-qasam tal-konsum u fakultattiv għall-qasam tal-użu tal-ħin. Jenħtieġ, madankollu, li fejn jiġi implimentat, tali ġbir isir f’konformità ma’ dan ir-Regolament, biex jiżgura l-komparabbiltà. Fuq terminu twil ta’ żmien, jenħtieġ li kull Stat Membru jimmira sabiex jipparteċipa fil-ġbir ta’ data fil-qasam tal-użu tal-ħin. Fejn ikun possibbli, jenħtieġ li l-Unjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-modernizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-ġbir ta’ data fl-oqsma tal-użu tal-ħin u tal-konsum.

(22)

Minħabba l-ispeċifiċitajiet tagħhom, l-istatistika demografika fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 1260/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar fis-sens tar-Regolament (KE) 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-istħarriġ tan-negozji, u l-istatistika bbażata l-aktar fuq sorsi amministrattivi, mhumiex koperti minn dan ir-Regolament u jenħtieġ li jkunu regolati separatament minn oqfsa speċifiċi adattati għall-karatteristiċi tagħhom.

(23)

L-istatistika ma għadhiex titqies bħala wieħed biss minn ħafna sorsi ta’ informazzjoni għal skopijiet ta’ tfassil tal-politika, iżda, minflok, għandha rwol ċentrali fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. It-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza jirrikjedi statistika li tissodisfa kriterji ta’ kwalità għolja, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 223/2009, skont l-iskopijiet li tkun qed isservi.

(24)

Id-data soċjali ta’ kwalità għolja hija meħtieġa mhux biss għal skopijiet ta’ politika, iżda wkoll għar-riċerka u bħala komponent ta’ infrastruttura soda tal-informazzjoni. Ir-riċerkaturi li jiksbu aċċess għal mikrodata għal skopijiet xjentifiċi, mogħti abbażi tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 557/2013 (5) fir-rigward tal-aċċess għal data kunfidenzjali mingħajr identifikaturi diretti għal skopijiet xjentifiċi, jibbenefikaw bil-kbir jekk ikollhom settijiet ta’ data statistika li jkunu konnessi aħjar.

(25)

Id-dħul, il-konsum u l-ġid huma tliet dimensjonijiet li jiddeterminaw il-benessri materjali tal-unitajiet domestiċi. Huwa importanti li jsir sforz biex, fost is-sorsi tad-data eżistenti, issir deskrizzjoni aħjar ta’ dawk id-dimensjonijiet, id-distribuzzjoni ta’ kull waħda minnhom kif ukoll id-distribuzzjoni konġunta tagħhom fost l-unitajiet domestiċi, waqt li titqies b’aktar akkuratezza l-eżistenza ta’ diversi sorsi ta’ data u jsir sforz biex jissaħħaħ l-użu konġunt tagħhom. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jinkludi u jtejjeb il-qasam tal-konsum u l-konnessjonijiet bejn dawk it-tliet dimensjonijiet.

(26)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jesiġi li l-Istati Membri jikkonformaw mal-prinċipji tal-istatistika u l-kriterji tal-kwalità speċifikati f’dak ir-Regolament. Ir-rapporti dwar il-kwalità huma essenzjali għall-valutazzjoni, it-titjib u l-komunikazzjoni dwar il-kwalità tal-istatistika Ewropea. L-ESSC approva Standard tal-ESS għall-Istruttura tar-Rapporti dwar il-Kwalità, skont l-Artikolu 12 ta’ dak ir-Regolament. Il-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea huwa s-sinsla tal-qafas tal-kwalità komuni tal-ESS, u jistabbilixxi l-istandards għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea. Dan huwa mistenni jikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tar-rappurtaġġ dwar il-kwalità taħt dan ir-Regolament.

(27)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jinkludi regoli dwar it-trażmissjoni ta’ data mill-Istati Membri lill-Kummissjoni (Eurostat) u dwar l-użu tagħha, inklużi regoli dwar it-trażmissjoni u l-protezzjoni ta’ data kunfidenzjali. Jenħtieġ li l-miżuri meħuda f’konformità ma’ dan ir-Regolament jiżguraw li data kunfidenzjali tintbagħat u tintuża esklużivament għal finijiet ta’ statistika skont l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

(28)

Ir-Regolamenti (UE) 2016/679 (6) u (UE) 2018/1725 (7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) japplikaw għad-data personali koperta minn dan ir-Regolament. B’mod partikolari, jenħtieġ li d-data statistika meħtieġa għall-iżvilupp u l-monitoraġġ ta’ azzjonijiet u strateġiji tal-Unjoni u nazzjonali fl-oqsma tas-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol titqies bħala data pproċessata għal raġunijiet ta’ interess pubbliku sostanzjali.

(29)

Statistika affidabbli hi meħtieġa f’livell nazzjonali kif ukoll f’livell reġjonali fejn tkun meħtieġa komparabbiltà aħjar. Huwa importanti li d-data aggregata ssir disponibbli għall-unitajiet territorjali komparabbli bħan-NUTS 2, b’kunsiderazzjoni tal-ispejjeż u billi l-Istati Membri jiġu pprovduti bir-riżorsi finanzjarji xierqa. Skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), jenħtieġ li l-istatistika kollha tal-Istati Membri li tintbagħat lill-Kummissjoni (Eurostat) u li trid tiġi kkategorizzata skont l-unitajiet territorjali tuża l-klassifikazzjoni tan-NUTS. Għaldaqstant, sabiex tiġi stabbilita statistika reġjonali komparabbli, jenħtieġ li d-data dwar l-unitajiet territorjali tkun ipprovduta skont il-klassifika NUTS. Fuq medda ta’ żmien twila, jenħtieġ li jsiru sforzi biex tinkiseb data lokali aktar dettaljata, ibbażata fuq l-infrastruttura stabbilita bid-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(30)

Bil-għan li jitqiesu l-iżviluppi ekonomiċi, soċjali u tekniċi, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) sabiex temenda t-temi dettaljati li jinsabu fl-Anness I, tistabbilixxi jew tadatta l-ippjanar kontinwu multiannwali ta’ tmien snin għall-ġbir tad-data koperta minn dan ir-Regolament f’konformità mal-perjodiċità speċifikata fl-Anness IV, u tistabbilixxi n-numru u t-titlu tal-varjabbli. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni jkollha konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (11). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(31)

Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw lill-Kummissjoni setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-deskrizzjoni tal-varjabbli, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-settijiet ta’ data partikolari, l-elementi tekniċi meta dawn ikunu komuni għal diversi settijiet ta’ data, il-formati tekniċi meħtieġa biex jiffaċilitaw it-trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni (Eurostat), l-oqfsa tal-kampjunar, b’mod partikolari l-istabbiliment tar-rekwiżiti minimi tal-oqfsa tal-kampjunar, l-arranġamenti għal, u l-kontenut ta’, ir-rapporti dwar il-kwalità, u kwalunkwe deroga. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(32)

Fejn l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament tkun tirrikjedi adattamenti kbar għas-sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ Stat Membru, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’, f’każijiet debitament ġustifikati u għal perijodu limitat ta’ żmien, tagħti derogi lill-Istati Membri kkonċernati. Tali adattamenti kbar jistgħu jirriżultaw b’mod partikolari mill-ħtieġa li tittejjeb il-puntwalità, jiġi adattat it-tfassil tal-ġbir tad-data, inkluż l-aċċess għal sorsi amministrattivi, jew jiġu żviluppati għodod ġodda innovattivi għall-produzzjoni tad-data. Fejn ikun xieraq, jenħtieġ ukoll li l-Unjoni tipprovdi kontribut finanzjarju lill-Istati Membri fil-forma ta’ għotjiet, b’mod partikolari għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

(33)

Il-kollaborazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet fil-qafas tal-ESS jenħtieġ li jissaħħu biex jiġu żgurati l-koerenza u l-komparabbiltà tal-istatistika soċjali Ewropea prodotta skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 338(2) TFUE. Hemm ukoll il-ġbir ta’ data minn korpi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari aġenziji tal-Unjoni, kif ukoll mill-komunità akkademika, minbarra dawk imsemmija f’dan ir-Regolament,. Għalhekk jenħtieġ li l-kooperazzjoni bejn tali atturi u dawk involuti fl-ESS tissaħħaħ biex jittieħed vantaġġ mis-sinerġiji.

(34)

Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-twaqqif ta’ qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata mal-persuni u l-unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, minħabba raġuni ta’ armonizzazzjoni, kwalità tad-data u komparabbiltà, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, u minħabba li l-istatistika ta’ kwalità għolja li tinġabar b’mod armonizzat tipprovdi valur miżjud kbir lit-tfassil tal-politika fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv.

(35)

Jenħtieġ li l-istatistika soċjali Ewropea bbażata fuq data miġbura minn kampjuni u l-proċess tal-ġbir ta’ data jsiru aktar effiċjenti u rilevanti. L-istatistika Ewropea relattiva għal persuni u unitajiet domestiċi, ibbażata fuq data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, bħalissa hija regolata f’għadd ta’ atti leġislattivi separati li jenħtieġ li jiġu sostitwiti minn dan ir-Regolament. Għalhekk huwa meħtieġ li jitħassru r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (14) u r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u li jiġu emendati partijiet rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 808/2004 (16), (KE) Nru 452/2008 (17) u (KE) Nru 1338/2008 (18) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(36)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) u ta opinjoni fl-1 ta’ Marzu 2017 (20).

(37)

L-ESSC ġie kkonsultat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata mal-persuni u l-unitajiet domestiċi, ibbażat fuq data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni ta’ dawk il-persuni u unitajiet domestiċi.

2.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar kif imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 763/2008.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

"mikrodata" tfisser osservazzjonijiet jew kejl mhux aggregati ta’ karatteristiċi ta’ unitajiet individwali, mingħajr identifikatur dirett;

(2)

"data aggregata verifikata minn qabel" jew "mikrodata verifikata minn qabel" tfisser data jew mikrodata mingħajr identifikaturi diretti, verifikata mill-Istati Membri abbażi ta’ regoli komuni ta’ validazzjoni fejn disponibbli;

(3)

"qasam" tfisser sett wieħed jew aktar ta’ data li tkopri temi partikolari;

(4)

"unità ta’ osservazzjoni" tfisser entità identifikabbli li dwarha tista’ tinkiseb data;

(5)

" tema" tfisser il-kontenut tal-informazzjoni li tinġabar dwar l-unitajiet ta’ osservazzjoni, fejn kull tema tkopri għadd ta’ temi dettaljati;

(6)

" tema dettaljata" tfisser il-kontenut dettaljat tal-informazzjoni li tinġabar dwar l-unitajiet ta’ osservazzjoni relatata ma’ tema, fejn kull tema dettaljata tkopri għadd ta’ varjabbli;

(7)

"varjabbli" tfisser karatteristika ta’ unità ta’ osservazzjoni li tista’ tassumi aktar minn sett wieħed ta’ valuri;

(8)

"rekords amministrattivi" tfisser data ġġenerata minn sors mhux statistiku, normalment korp pubbliku, li l-għan prinċipali tiegħu mhuwiex li jipprovdi statistika;

(9)

"suġġetti ad hoc" tfisser temi li huma ta’ interess partikolari għal utenti f’mument speċifiku iżda li mhumiex inklużi fis-settijiet ta’ data regolari;

(10)

"indikatur primarju" tfisser informazzjoni użata b’mod ġenerali li sservi għall-monitoraġġ ta’ objettiv ċentrali tal-politika tal-Unjoni;

(11)

"residenza abitwali" tfisser il-post fejn persuna normalment tqatta’ l-perijodu tal-mistrieħ tagħha ta’ kuljum, irrispettivament minn assenzi temporanji għall-finijiet ta’ rikreazzjoni, btajjel, żjarat lill-ħbieb u lill-qraba, negozju, kura medika jew pellegrinaġġ reliġjuż, sakemm il-persuni li ġejjin jitqiesu bħala residenti abitwali ta’ żona ġeografika speċifika:

(a)

dawk li għexu fil-post tar-residenza abitwali tagħhom għal perijodu kontinwu ta’ mill-inqas 12-il xahar qabel iż-żmien ta’ referenza; jew

(b)

dawk li jkunu waslu fil-post tar-residenza abitwali tagħhom matul it-12-il-xahar qabel iż-żmien ta’ referenza bil-ħsieb li joqogħdu hemm għal mill-inqas sena.

Fejn iċ-ċirkostanzi deskritti fil-punt (a) jew (b) ma jistgħux jiġu stabbiliti, "residenza abitwali" tista’ titqies li tfisser il-post ta’ residenza legali jew reġistrata;

(12)

"metadata" tfisser informazzjoni li tkun meħtieġa biex tintuża u tiġi interpretata l-istatistika u li tiddeskrivi d-data b’mod strutturat;

(13)

"rapport dwar il-kwalità" tfisser rapport li jagħti informazzjoni dwar il-kwalità ta’ prodott statistiku jew proċess statistiku;

(14)

"oqsfa tal-kampjunar" tfisser lista, mappa jew speċifikazzjoni oħra tal-unitajiet li jiddeterminaw popolazzjoni li kompletament ser tiġi enumerata jew jittieħed kampjun minnha;

(15)

"unità domestika privata" tfisser persuna li tgħix waħedha jew grupp ta’ persuni li jgħixu flimkien, fejn tali persuna jew persuni jipprovdu għalihom stess l-essenzjali għall-għajxien.

Artikolu 3

Oqsma u settijiet ta’ data

1.   Il-ġbir ta’ data, kif imsemmi fl-Artikolu 1, li jsir mill-Istati Membri, għandu jkun organizzat fl-oqsma li ġejjin:

(a)

il-forza tax-xogħol;

(b)

id-dħul u l-kondizzjonijiet tal-għajxien;

(c)

is-saħħa;

(d)

l-edukazzjoni u t-taħriġ;

(e)

l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

(f)

l-użu tal-ħin;

(g)

il-konsum.

2.   Fir-rigward tal-qasam tal-użu tal-ħin, il-ġbir ta’ data, kif imsemmi fl-Artikolu 1, li jsir mill-Istati Membri, għandu jkun fakultattiv. Fejn Stat Membru jiġbor data għall-qasam tal-użu tal-ħin, huwa għandu jagħmel dan f’konformità ma’ dan ir-Regolament biex jiżgura l-komparabbiltà. Fuq medda ta’ żmien twila, l-Istati Membri kollha għandhom jimmiraw li jwettqu l-ġbir ta’ data għall-qasam tal-użu tal-ħin.

3.   Għall-oqsma kollha msemmija fil-paragrafu 1, is-settijiet tad-data għandhom ikopru t-temi komuni li ġejjin, kif aktar dettaljati fl-Anness I:

(a)

elementi tekniċi;

(b)

il-karatteristiċi tal-persuni u tal-unitajiet domestiċi;

(c)

is-saħħa: l-istatus tas-saħħa u diżabilità, l-aċċess għal, id-disponibbiltà u l-użu ta’, il-kura tas-saħħa u d-determinanti tas-saħħa;

(d)

il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol;

(e)

kwalifiki edukattivi u l-isfond edukattiv.

Għal xi oqsma, is-settijiet tad-data għandhom jagħtu aktar dettall dwar dawk it-temi komuni, kif stabbilit fl-Anness I.

4.   Minbarra t-temi komuni għall-oqsma kollha msemmija fil-paragrafu 3, is-settijiet tad-data għandhom ikopru t-temi li ġejjin, kif aktar dettaljati fl-Anness I:

(a)

żamma ta’ impjieg, bijografija professjonali u esperjenza ta’ xogħol preċedenti;

(b)

il-kondizzjonijiet tax-xogħol inklużi s-sigħat tax-xogħol u arranġamenti tal-ħinijiet tax-xogħol;

(c)

il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ;

(d)

id-dħul, il-konsum u l-elementi tal-ġid, inkluż id-dejn;

(e)

il-kondizzjonijiet tal-għajxien, inklużi privazzjoni materjali, abitazzjoni, l-ambjent tal-għajxien u l-aċċess għal servizzi;

(f)

il-kwalità tal-ħajja, inklużi parteċipazzjoni soċjali, ċivili, ekonomika u kulturali, inklużjoni u benessri;

(g)

il-parteċipazzjoni fis-soċjetà tal-informazzjoni; u

(h)

l-allokazzjoni tal-ħin (fakultattiva).

5.   Ir-rekwiżiti tal-preċiżjoni u l-karatteristiċi tal-kampjuni li jintużaw għall-oqsma differenti għandhom ikunu kif speċifikat, rispettivament, fl-Annessi II u III.

6.   Il-ġbir ta’ data li jsir taħt dan l-Artikolu għandu jinkludi informazzjoni li tippermeti li tinqasam sabiex tiddeskrivi subpopolazzjonijiet ta’ interess, u għandu, fejn rilevanti, jirrifletti l-inugwaljanzi.

Ħlief fejn debitament ġustifikat għal raġunijiet ta’ kwalità, l-Istati Membri u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom ukoll jipproduċu informazzjoni li tippermetti li l-informazzjoni valida fil-livell territorjali NUTS 2 tiġi derivata sabiex jippermettu komparabbiltà tad-data aħjar bejn l-Istati Membri, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż.

7.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 abbażi ta’ studju tal-fattibbiltà sabiex temenda t-temi dettaljati elenkati fl-Anness I biex jirriflettu l-iżviluppi leġislattivi, tekniċi, soċjali, ta’ politika u ekonomiċi rilevanti u jwieġbu għall-ħtiġijiet il-ġodda tal-utenti. Fl-eżerċizzju ta’ dik is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li:

(a)

tali atti delegati ma jimponux piż jew spiża addizzjonali sostanzjali fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti;

(b)

sakemm mhux debitament ġustifikat minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, għall-qasam tal-forza tax-xogħol u l-qasam tad-dħul u l-kondizzjonijiet tal-għajxien, ma jinbidlux, fi kwalunkwe perijodu ta’ erba’ snin, iktar minn 5 fil-mija tat-temi dettaljati elenkati fl-Anness I għal kull qasam;

(c)

għal oqsma oħra elenkati fil-paragrafu 1 iżda mhux fil-punt (b) ta’ dan is-subparagrafu, ma jinbidlux iktar minn 10 % tat-temi dettaljati elenkati fl-Anness I għal kull qasam fil-perijodu bejn żewġ ġabriet ta’ data konsekuttivi;.

(d)

kwalunkwe tema dettaljata li mhijiex elenkata fl-Anness I tiġi valutata kif dovut fir-rigward tal-fattibbiltà tagħha permezz ta’ studji pilota magħmula mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14;

(e)

in-numru totali ta’ varjabbli li għandhom jiġu pprovduti ma jaqbiżx l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2) u (3).

Għall-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, in-numru ta’ temi dettaljati li jistgħu jinbidlu għandu jitqarreb lejn l-eqreb numru sħiħ.

Artikolu 4

Ippjanar kontinwu multiannwali

1.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi jew tadatta ppjanar kontinwu multiannwali.

2.   L-ippjanar kontinwu multiannwali għandu:

(a)

jiġi adottat għal perijodu ta’ tmien snin;

(b)

japplika għall-ġbir ta’ data kopert minn dan ir-Regolament;

(c)

jikkonforma mal-perjodiċità speċifikata fl-Anness IV;

(d)

jispeċifika l-perijodu li matulu tinġabar data:

(i)

għat-temi dettaljati marbuta mal-oqsma elenkati fl-Anness I;

(ii)

għal suġġetti ad hoc mitluba mill-utenti, għall-oqsma tal-forza tax-xogħol u tad-dħul u l-kondizzjonijiet tal-għajxien, kif previst fl-Anness IV.

Fir-rigward tal-punt (d)(ii) tal-ewwel subparagrafu, dawk is-suġġetti ad hoc jistgħu, f’każijiet ġustifikati, ikopru temi dettaljati oħra minbarra dawk elenkati fl-Anness I.

3.   L-adattamenti tal-ippjanar multiannwali kontinwu msemmi fil-paragrafu 1 għandhom jidħlu fis-seħħ mhux iktar tard minn 24 xahar qabel il-bidu ta’ kull perijodu ta’ ġbir ta’ data kif speċifikat fl-ippjanar għall-ġbir annwali jew infra-annwali ta’ data, u mhux aktar tard minn 36 xahar qabel il-bidu ta’ tali perijodu ta’ ġbir ta’ data għall-ġbir ieħor ta’ data. Dawk l-adattamenti għandu jkollhom l-għan li jiżguraw l-effikaċja u l-konsistenza tal-ippjanar mal-ħtiġijiet tal-utenti.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu jikkonformaw mal-prinċipju tal-proporzjonalità u ma jimponux piż jew spiża addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti.

Artikolu 5

Popolazzjonijiet statistiċi u unitajiet ta’ osservazzjoni

1.   Il-popolazzjoni statistika għandha tikkonsisti mill-persuni kollha li għandhom ir-residenza abitwali tagħhom f’unitajiet domestiċi privati f’kull Stat Membru.

2.   Il-ġbir ta’ data għandu jsir f’kull Stat Membru għal kampjun ta’ unitajiet ta’ osservazzjoni magħmula minn unitajiet domestiċi privati jew minn persuni li jappartjenu għal unitajiet domestiċi privati li għandhom ir-residenza abitwali tagħhom f’dak l-Istat Membru.

3.   Kull Stat Membru għandu jimmira li jestendi, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-kopertura tal-ġbir tad-data għal unitajiet ta’ osservazzjoni li mhumiex parti minn unità domestika privata, dment li d-data mibgħuta tippermetti l-identifikazzjoni ta’ tali unitajiet ta’ osservazzjoni, u tal-persuni konċernati li għandhom ir-residenza abitwali tagħhom f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 6

Speċifikazzjonijiet tas-settijiet tad-data

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-elementi li ġejjin tas-settijiet tad-data differenti, inkluż meta dawk l-elementi jkunu komuni għal diversi settijiet ta’ data, sabiex tkopri l-ħtiġijiet identifikati fit-temi dettaljati rilevanti:

(a)

in-numru ta’ varjabbli; u

(b)

it-titlu tal-varjabbli.

2.   Fir-rigward tal-atti delegati adottati skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, in-numru ta’ varjabbli ma għandux jaqbeż b’aktar minn 5 % n-numru ta’ varjabbli għal kull qasam ta’ dawk diġà meħtieġa, fuq bażi obbligatorja, mill-Kummissjoni (Eurostat) fit-3 ta’ Novembru 2019.

3.   Għall-qasam tal-konsum, in-numru ta’ varjabbli ma għandux jaqbeż b’aktar minn 5 % n-numru ta’ varjabbli stipulat fl-ewwel att delegat adottat għal dak il-qasam skont il-paragrafu 1.

4.   Biex twieġeb għall-ħtiġijiet tal-utenti u tipprevedi ċertu grad ta’ flessibbiltà, il-Kummissjoni tista’, fejn tkun meħtieġa data ġdida, tibdel b’mhux iktar minn 10 % l-varjabbli meħtieġa skont l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għal kull qasam elenkat fl-Artikolu 3(1).

B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’, għall-qasam tal-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, tibdel b’iktar minn 10 % l-varjabbli meħtieġa skont l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sakemm tali bidla tkun konformi ma’ miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 qabel l-1 ta’ Jannar 2021.

Il-perċentwali massima msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tapplika fi kwalunkwe perijodu ta’ erba’ snin għall-oqsma tal-forza tax-xogħol u tad-dħul u l-kondizzjonijiet tal-għajxien u matul il-perijodu bejn żewġ ġabriet ta’ data konsekuttivi għall-oqsma l-oħra. Fil-każijiet kollha, in-numru ta’ varjabbli ma għandux jaqbeż il-limiti msemmija fil-paragrafi 2 u 3.

Artikolu 7

Speċifikazzjonijiet tekniċi tas-settijiet tad-data

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-elementi tekniċi li ġejjin tas-settijiet tad-data individwali:

(a)

id-deskrizzjoni tal-varjabbli;

(b)

il-klassifikazzjonijiet statistiċi;

(c)

il-karatteristiċi preċiżi tal-popolazzjonijiet statistiċi, l-unitajiet ta’ osservazzjoni u r-regoli għal rispondenti;

(d)

il-perijodi ta’ referenza u d-dati ta’ referenza;

(e)

ir-rekwiżiti relattivi għal kopertura ġeografika, karatteristiċi dettaljati tal-kampjun, inkluż is-sottokampjunar, f’konformità mal-Anness III, perijodi komuni tal-ġabriet tad-data, standards komuni għall-editjar u l-imputazzjoni, ponderazzjoni, stima u stima tal-varjanza;

(f)

il-metodoloġija li tipprevedi l-komparabbiltà tad-data miġbura, li tista’ tinkludi, f’każijiet debitament ġustifikati, flowcharts dwar l-ordni tal-mistoqsijiet sabiex jinkiseb, fejn meħtieġ, l-objettiv komuni ta’ livell għoli ta’ komparabbiltà tad-data dwar l-impjiegi u l-qgħad fil-qasam tal-forza tax-xogħol.

2.   Meta l-elementi jkunu komuni għal għadd ta’ settijiet ta’ data, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-karatteristiċi tekniċi li ġejjin tas-settijiet tad-data:

(a)

id-deskrizzjoni tal-varjabbli;

(b)

il-klassifikazzjonijiet statistiċi;

(c)

il-karatteristiċi preċiżi tal-popolazzjonijiet statistiċi u tal-unitajiet ta’ osservazzjoni.

3.   Għas-settijiet ta’ data dwar il-qgħad ta’ kull xahar li jirrigwardaw il-qasam tal-forza tax-xogħol, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni għall-iskop li tiddeskrivi l-varjabbli u t-tul, ir-rekwiżiti tal-kwalità u l-livell ta’ dettall tas-serje tal-ħin li għandhom jintbagħtu.

4.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

Huma għandhom jiġu adottati mill-inqas 12-il xahar qabel il-bidu tal-perijodu tal-ġbir tad-data, ħlief għall-qasam tal-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, li għalih l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mill-inqas sitt xhur qabel il-bidu tal-perijodu tal-ġbir tad-data.

Artikolu 8

Il-formati tat-trasmissjoni tal-informazzjoni

1.   Għandhom jiġu stabbiliti formati tekniċi biex jiffaċilitaw it-trażmissjoni ta’ informazzjoni mingħand l-Istati Membri lill-Kummissjoni (Eurostat), b’mod partikolari bħala appoġġ għall-ġestjoni tal-kwalità u d-dokumentazzjoni tal-proċess relatati mal-istatistika koperta minn dan ir-Regolament.

2.   Il-formati tekniċi għandhom ikopru kunċetti, proċessi u prodotti statistiċi, inklużi data u metadata.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-formati tekniċi msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

L-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mill-inqas 12-il xahar qabel il-bidu tal-perijodu tal-ġbir tad-data, ħlief għall-qasam tal-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, li għalih l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mill-inqas sitt xhur qabel il-bidu tal-perijodu tal-ġbir tad-data.

Artikolu 9

Sorsi ta’ data u metodi

1.   L-Istati Membri għandhom jiġbru d-data msemmija fl-Artikolu 1 li għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni (Eurostat) bl-użu ta’ wieħed mis-sorsi li ġejjin, jew iktar minn wieħed minnhom flimkien, dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 13:

(a)

informazzjoni pprovduta direttament mir-rispondenti;

(b)

rekords amministrattivi u sorsi oħra, metodi oħra jew approċċi innovattivi sa fejn dawn jippermettu l-produzzjoni ta’ data li tkun komparabbli u konformi mar-rekwiżiti speċifiċi applikabbli stipulati f’dan ir-Regolament.

Il-metodi msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jistgħu jinkludu stimi ta’ żoni żgħar, maħsuba biex ikopru d-diversità territorjali, dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ preċiżjoni stabbiliti fl-Anness II.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) informazzjoni dettaljata dwar is-sorsi u l-metodi użati f’konformità mal-Artikolu 13(5).

Artikolu 10

Perjodiċità

L-Istati Membri għandhom jiġbru d-data msemmija fl-Artikolu 1 f’konformità mal-perjodiċità speċifikata fl-Anness IV.

Artikolu 11

Trażmissjoni ta’ data u skadenzi

1.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu d-data msemmija fl-Artikolu 1 lill-Kummissjoni (Eurostat) f’konformità mal-Anness V.

2.   Għal kull sett ta’ data, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat), permezz ta’ mezzi siguri ta’ trażmissjoni, mikrodata verifikata minn qabel mingħajr identifikazzjoni diretta.

3.   Għall-kumpilazzjoni ta’ statistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad għandha tintbagħat data aggregata verifikata minn qabel.

4.   L-Istati Membri għandhom jiġbru u jibagħtu data skont dan ir-Regolament mill-2021.

5.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tippubblika d-data aggregata fuq is-sit web tal-Kummissjoni (Eurostat), b’mod li jiffaċilita l-użu, malajr kemm jista’ jkun u fi żmien sitt xhur mill-iskadenza tat-trażmissjoni għal ġbir ta’ data annwali u infra-annwali, u fi żmien 12-il xahar mill-iskadenza tat-trażmissjoni għal ġbir ieħor ta’ data, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati.

Artikolu 12

Oqfsa tal-kampjunar

1.   Id-data miġbura skont dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq kampjuni rappreżentattivi meħuda minn oqfsa tal-kampjunar stabbiliti f’livell nazzjonali li jippermettu li l-persuni jew l-unitajiet domestiċi jintgħażlu b’mod aleatorju, bi probabbiltà tal-għażla magħrufa. L-oqfsa tal-kampjunar għandhom ikollhom l-għan li jidentifikaw u jkopru għalkollox il-popolazzjoni fil-mira bir-rata abitwali aċċettata ta’ żball ta’ kopertura u għandhom jiġu aġġornati regolarment. L-oqfsa tal-kampjunar għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-disinn tal-kampjun, bħall-informazzjoni meħtieġa għal skopijiet ta’ stratifikazzjoni u biex jiġu kkuntattjati l-persuni jew l-unitajiet domestiċi. L-oqfsa tal-kampjunar għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni meħtieġa biex torbot lill-persuni ma’ rekords amministrattivi oħra, sa fejn l-irbit ma’ tali rekords oħra jkun meħtieġ u proporzjonat u speċifikament permess taħt il-liġi applikabbli tal-Unjoni jew nazzjonali li għaliha l-kontrollur, kif definit fir-Regolament (UE) 2016/679, ikun soġġett u li tistabbilixxi wkoll miżuri xierqa biex iħarsu d-drittijiet, il-libertajiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-data.

2.   Fejn ebda tali qafas tal-kampjunar ma jkun disponibbli fl-Istat Membru, għandhom jintużaw oqfsa tal-kampjunar oħra li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin. Tali oqfsa tal-kampjunar għandhom:

(a)

jidentifikaw l-unitajiet tal-kampjuni, li jistgħu jkunu persuni, unitajiet domestiċi, abitazzjonijiet jew indirizzi;

(b)

ikunu jistgħu jipprovdu l-probabbiltà tal-għażla;

(c)

ikunu aġġornati regolarment.

F’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, għal raġunijiet ta’ kwalità, għall-oqsma tal-użu tal-ħin u tal-konsum, jistgħu jintużaw skemi oħra ta’ kampjunar, bħall-kampjunar bil-kwota.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu kondizzjonijiet uniformi għall-oqfsa tal-kampjunar, u b’mod partikolari jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi, inkluża r-rata abitwali aċċettata ta’ żball ta’ kopertura. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 13

Kwalità

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-kwalità tad-data u l-metadata mibgħuta.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw il-kriterji tal-kwalità definiti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

3.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tal-metadata dwar l-ispeċifikazzjonijiet, tad-data mibgħuta u tal-oqfsa tal-kampjunar, bl-għan, inter alia, li tippubblikahom b’mod li jiffaċilita l-użu fuq is-sit web tal-Kummissjoni (Eurostat).

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat), fir-rigward tad-data u l-metadata msemmija fl-Artikolu 11:

(a)

metadata li tiddeskrivi l-metodoloġija użata, inklużi s-sorsi tad-data u l-metodi msemmija fl-Artikolu 9, u kif intlaħqu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi b’referenza għal dawk stipulati minn dan ir-Regolament;

(b)

informazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti minimi għall-oqfsa tal-kampjunar użati, inkluż fl-iżvilupp u l-aġġornament tagħhom, kif stipulat minn dan ir-Regolament;

(c)

informazzjoni dwar is-subpopolazzjonijiet li ma ntlaħqux mill-ġbir tad-data.

5.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-metadata u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 sa tliet xhur mill-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data u l-mikrodata. Dik l-informazzjoni addizzjonali għandha tingħata fil-forma ta’ rapporti dwar il-kwalità li juru, b’mod partikolari, kif id-data u l-mikrodata mibgħuta, u l-metadata u l-informazzjoni, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tagħmel dik l-informazzjoni pubblika f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data personali.

6.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-arranġamenti u l-kontenut tar-rapporti dwar il-kwalità, inklużi indikazzjonijiet tal-metodu tal-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tal-preċiżjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2). Huma ma għandhomx jimponu piż jew spiża addizzjonali sostanzjali fuq l-Istati Membri.

7.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) malajr kemm jista’ jkun dwar kwalunkwe informazzjoni rilevanti jew bidla fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jistgħu jinfluwenzaw il-kwalità tad-data mibgħuta.

8.   Fuq talba debitament ġustifikata mill-Kummissjoni (Eurostat), l-Istati Membri għandhom jipprovdu kjarifika addizzjonali meħtieġa biex tiġi evalwata l-kwalità tal-informazzjoni statistika.

Artikolu 14

Studji ta’ fattibilità u studji pilota

1.   Filwaqt li tosserva l-objettivi ta’ dan ir-Regolament u biex ittejjeb is-settijiet tad-data u l-indikaturi soċjali, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, fejn meħtieġ, tagħmel studji ta’ fattibbiltà u studji pilota, li fihom jistgħu jipparteċipaw l-Istati Membri.

L-Istati Membri, flimkien mal-Kummissjoni (Eurostat), għandhom jiżguraw li dawk l-istudji jkunu rappreżentattivi fil-livell tal-Unjoni. L-istudji għandu jkollhom l-għan li jevalwaw u jiżviluppaw metodoloġiji alternattivi, filwaqt li jqisu l-iżviluppi teknoloġiċi, b’mod partikolari sabiex:

(a)

jittejbu l-kwalità u l-komparabbiltà tas-settijiet tad-data;

(b)

titwessa’ l-kopertura tal-ġbir tad-data għal persuni li ma jgħixux f’unitajiet domestiċi privati jew għal subpopolazzjonijiet li diffiċilment jintlaħqu;

(c)

jiġu żviluppati, valutati u implimentati tekniki li jippermettu kopertura aħjar tad-diversità territorjali fil-livell NUTS 2 u fil-livell lokali;

(d)

ikun hemm segwitu tal-kopertura statistika ta’ ċittadini migranti li jibdlu l-pajjiż tar-residenza tagħhom;

(e)

jiġu żviluppati u ttestjati temi dettaljati ġodda għall-ġbir tad-data;

(f)

jingħata kontribut għall-modernizzazzjoni tal-oqsma tal-użu tal-ħin u tal-konsum, inkluża data dwar il-volum ta’ konsum;

(g)

jiġu esplorati u implimentati modi ġodda kif tittejjeb ir-reattività għall-ħtiġijiet tal-utenti;

(h)

jiġi integrat aħjar il-ġbir tad-data u l-użu ta’ sorsi oħra ta’ data; u

(i)

il-ġbir tad-data fl-Istati Membri jsir aktar effiċjenti u jittejbu l-istrumenti tal-ġbir tad-data biex jippermettu parteċipazzjoni sħiħa tal-persuni b’diżabilità.

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprovdi lill-Istati Membri li jagħmlu l-istudji tal-fattibbiltà jew l-istudji pilota finanzjament adegwat skont l-Artikolu 16.

2.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, fejn ikun rilevanti, tistieden lill-aġenziji tal-Unjoni li jagħmlu stħarriġ soċjali Ewropej mhux fil-qafas tal-ESS biex jikkontribwixxu l-għarfien espert tagħhom għall-iżvilupp ta’ indikaturi ġodda u għall-ġbir ta’ data pilota dwar suġġetti ad hoc kif imsemmi fl-Anness IV, jew suġġetti ta’ interess futur għall-ESS.

3.   Ir-riżultati tal-istudji tal-fattibbiltà jew l-istudji pilota msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni (Eurostat) f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-utenti prinċipali tas-settijiet ta’ data.

Artikolu 15

L-aċċess għal għanijiet xjentifici għal data kunfidenzjali

Il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ tagħti aċċess fil-bini tagħha għal data kunfidenzjali u tista’ tirrilaxxa settijiet ta’ mikrodata anonimizzata mis-settijiet ta’ data għall-oqsma msemmija fl-Artikolu 3, għal għanijiet xjentifiċi u bil-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 557/2013.

Artikolu 16

Finanzjament

1.   Għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Unjoni għandha tipprovdi għotjiet lill-NSIs u lil awtoritajiet nazzjonali oħra kif imsemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, għal:

(a)

l-iżvilupp u/jew l-implimentazzjoni, u t-titjib tal-puntwalità, ta’ ġbir ta’ data, metodi ta’ ġbir ta’ data, oqfsa tal-kampjunar u pproċessar ta’ data għall-istatistika taħt dan ir-Regolament, għall-ewwel erba’ snin tal-ġbir ta’ data għal kull qasam kopert minn dan ir-Regolament;

(b)

l-iżvilupp ta’ metodoloġiji għall-istatistika taħt dan ir-Regolament, inkluża l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fi studji tal-fattibbiltà u studji pilota rappreżentattivi msemmija fl-Artikolu 14;

(c)

il-ġbir u l-produzzjoni ta’ statistika dwar suġġetti ad hoc meħtieġa mill-utenti kif previst fl-Anness IV, settijiet ġodda jew riveduti ta’ varjabbli u karatteristiċi implimentati għall-ewwel darba.

Fejn dan ir-Regolament jagħti kompiti lill-NSIs u awtoritajiet nazzjonali oħra li ma kinux iwettqu qabel, dawn għandhom jingħataw biżżejjed riżorsi finanzjarji mill-Unjoni bil-għan li jwettqu dawk il-kompiti. Ir-riżorsi finanzjarji għandhom jerġgħu jiġu evalwati fid-dawl tal-iżviluppi fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014 sa 2020 għandha tingħata f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), il-punt (a) tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), l-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) , jew l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 2017/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26).

3.   Din il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż id-90 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Artikolu 17

L-eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(7), fl-Artikolu 4(1) u fl-Artikolu 6(1) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-3 ta’ Novembru 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(7), fl-Artikolu 4(1) u fl-Artikolu 6(1) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(7), l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 6(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni la min-naħa tal-Parlament Ewropew u lanqas tal-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 18

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-ESSC. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 19

Derogi u awtorizzazzjonijiet

1.   Fejn is-sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ Stat Membru tkun tirrikjedi adattamenti kbar għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew tal-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati taħtu, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tagħti deroga sa żmien ta’ tliet snin. Għandha tkun żgurata l-komparabbiltà tad-data tal-Istati Membri u l-kalkolu puntwali tal-aggregati rappreżentattivi u affidabbli Ewropej meħtieġa, inklużi indikaturi primarji. Tali derogi ma għandhomx jingħataw għall-istess raġunijiet bħall-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4.

2.   Fejn deroga. kif imsemmija fil-paragrafu 1, tkun għadha ġustifikata b’biżżejjed evidenza fi tmiem tal-perijodu li għalih tkun ingħatat,, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tagħti deroga sussegwenti għal perijodu massimu ta’ sentejn.

3.   Fejn l-uniku mezz li bih Stat Membru jkun jista’ jipprovdi s-settijiet ta’ data meħtieġa jkun bl-użu ta’ metodi oħra differenti minn dawk stipulati f’dan ir-Regolament jew fl-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati taħtu, il-Kummissjoni tista’, b’mod eċċezzjonali, tawtorizza, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-użu ta’ tali metodi għal perijodu massimu ta’ ħames snin. Tali awtorizzazzjonijiet ma għandhomx ikunu bbażati fuq l-istess raġunijiet bħad-derogi msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.   Fejn awtorizzazzjoni, kif imsemmija fil-paragrafu 3, tkun għadha ġustifikata b’biżżejjed evidenza fi tmiem tal-perijodu li għalih tkun ingħatat, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tagħti awtorizzazzjoni sussegwenti għal perijodu massimu ta’ tliet snin.

5.   Għall-iskop ta’ deroga jew awtorizzazzjoni kif imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4, Stat Membru għandu jissottometti talba ġustifikata kif dovut lill-Kummissjoni sal-4 ta’ Frar 2020 fi żmien tliet xhur mid-data tal-adozzjoni tal-att delegat jew ta’ implimentazzjoni kkonċernat, jew sitt xhur qabel tmiem il-perijodu li għalih tkun ingħatat deroga jew awtorizzazzjoni attwali. Meta jitlob awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiddeskrivi fid-dettall il-metodi użati u juri li dawn iwasslu għal riżultati komparabbli.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 20

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 808/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

"2.   L-istatistiċi għandhom ikunu miġbura fi gruppi skont l-Anness.";

(2)

l-Artikolu 4 jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 4

Dominju

Dan ir-Regolament għandu jkopri d-dominju tal-intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni, kif definit fl-Anness.";

(3)

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

"1.   Il-miżuri għall-implimentazzjoni tad-dominju definit fl-Anness għandhom jikkonċernaw is-selezzjoni u l-ispeċifikazzjoni, l-aġġustament u l-modifika tas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom, il-kopertura, perijodi ta’ referenza u tqassim tal-karatteristiċi, il-perjodiċità u l-iskeda taż-żmien tal-provvista tad-data u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tar-riżultati.";

(4)

l-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

l-intestatura "Anness I" tinbidel għal "Anness" u t-titolu "Modulu 1: L-intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni" jinbidel għal "Dominju: intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni";

(b)

il-punti (1) u (2) jinbidlu b’dan li ġej:

"1.

Għanijiet

L-għan tal-ġbir ta’ data taħt dan id-dominju huwa l-provvista ta’ statistiċi fil-ħin dwar l-intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni. Tali ġbir ta’ data jipprovdi qafas għar-rekwiżiti f’termini ta’ kopertura, tul ta’ żmien u perjodiċità, suġġetti koperti, tqassim tal-provvista ta’ data, tip ta’ provvista ta’ data u kwalunkwe studju pilota jew ta’ fattibbiltà meħtieġ.

2.

Kopertura

Dan id-dominju jkopri l-attivitajiet kummerċjali fit-Taqsimiet C sa N u R u d-Diviżjoni 95 tal-klassifikazzjoni tal-istatistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE REV. 2).";

(5)

l-Anness II huwa mħassar.

Artikolu 21

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 452/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 452/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 3

Setturi

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-produzzjoni ta’ statistika f’żewġ setturi:

(a)

is-Settur 1 għandu jkopri statistika dwar is-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ;

(b)

is-Settur 2 għandu jkopri statistika oħra dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, bħall-istatistika dwar il-kapital uman u dwar il-benefiċċji soċjali u ekonomiċi tal-edukazzjoni, li mhumiex koperti mis-Settur 1 jew mir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1)

Il-produzzjoni ta’ statistika f’dawk is-setturi għandha ssir f’konformità mal-Anness.

(*1)  Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 261 I, 14.10.2019).";"

(2)

fl-Artikolu 4(1), il-punti (a) u (b) jinbidlu b’dan li ġej:

"(a)

il-konsenja regolari ta’ statistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja mill-Istati Membri, fil-limiti ta’ skadenzi speċifikati għas-Settur 1;

(b)

l-użu ta’ sistemi oħra ta’ tagħrif statistiku u stħarriġ, biex jiġu pprovduti varjabbli statistiċi u indikaturi addizzjonali dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, li jikkorrispondu għas-Settur 2;";

(3)

l-Artikolu 6(2) jinbidel b’dan li ġej:

"2.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jieħdu kont ta’ dawn li ġejjin:

(a)

għaż-żewġ Setturi, il-piż potenzjali fuq istituzzjonijiet edukattivi u fuq individwi;

(b)

għaż-żewġ Setturi, ir-riżultati tal-istudji esperimentali msemmija fl-Artikolu 4(3);

(c)

għas-Settur 1, il-ftehimiet l-aktar reċenti bejn l-UIS, l-OECD u l-Kummissjoni (Eurostat) dwar kunċetti, definizzjonijiet, format ta’ ġbir ta’ data, proċessar ta’ data, perjodiċità u skadenzi għat-trażmissjoni ta’ riżultati;

(d)

għas-Settur 2, id-disponibbiltà, l-adegwatezza u l-kuntest legali ta’ sorsi Komunitarji eżistenti ta’ data wara evalwazzjoni eżawrjenti tas-sorsi ta’ data eżistenti kollha.";

(4)

l-Anness huwa emendat kif ġej:

(a)

it-taqsima intitolata: "Settur 2: Il-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja" hija mħassra;

(b)

it-taqsima intitolata: "Settur 3: Statistika oħra dwar l-edukazzjoni u tagħlim tul il-ħajja" hija emendata kif ġej:

(i)

it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

"Settur 2: Statistika oħra dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja";

(ii)

il-punt 1 jinbidel b’dan li ġej:

"1.

Għan

L-għan ta’ dan il-ġbir ta’ data għandu jkun li jipprovdi aktar data komparabbli dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja biex tappoġġa politiki speċifiċi fil-livell Komunitarju mhux inklużi fis-Settur 1.".

Artikolu 22

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1338/2008

Fir-Regolament (KE) Nru 1338/2008, l-Anness I huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

"(b)

Ambitu

Dan id-dominju jkopri l-istatistika dwar l-istatus tas-saħħa u l-fatturi determinanti tas-saħħa li huma bbażati fuq l-awtovalutazzjoni u miġbura minn surveys tal-popolazzjoni għajr dawk miġbura minn ġabriet ta’ data fir-rigward ta’ unitajiet domestiċi u individwi msemmija fir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), kif ukoll statistika oħra miġbura minn sorsi amministrattivi bħal dik dwar il-morbożità jew inċidenti u korrimenti. Persuni li jgħixu f’istituzzjonijiet kif ukoll it-tfal sal-età ta’ 14-il sena għandhom jiġu inklużi, fejn adatt u f’intervalli ad hoc rilevanti, suġġett għal studji pilota preċedenti li jkunu rnexxew.

(*2)  Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 261 I, 14.10.2019).";"

(2)

il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

"(c)

Perijodi ta’ referenza, intervalli u limiti ta’ żmien għall-forniment tad-data

Il-miżuri relatati mal-ewwel sena ta’ referenza, l-intervall u l-limitu ta’ żmien għall-forniment tad-data għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).";

(3)

fil-punt (d), it-tielet paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

"L-implimentazzjoni tas-Surveys tal-Eżami tas-Saħħa għandha tkun fakultattiva fil-qafas ta’ dan ir-Regolament. Il-ħin medju tal-intervista għal kull dar ma għandux ikun aktar minn 20 minuta għall-moduli tas-survey.".

Artikolu 23

Arranġamenti tranżizzjonali għall-miżuri ta’ implimentazzjoni

Il-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati qabel l-1 ta’ Jannar 2021 taħt ir-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 għandhom jibqgħu japplikaw sakemm jiskadu jew jiġu sostitwiti jew jitħassru.

L-obbligi stipulati f’dawk ir-Regolamenti li jikkonċernaw it-trażmissjoni ta’ data u metadata, inklużi rapporti dwar il-kwalità, fir-rigward ta’ perijodi ta’ referenza li jaħbtu, kollha kemm huma jew parti minnhom, qabel l-1 ta’ Jannar 2021 għandhom jibqgħu japplikaw.

Artikolu 24

Tħassir

1.   Ir-Regolamenti (KE) Nru 577/98 u (KE) Nru 1177/2003 huma mħassra b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2020, mingħajr preġudizzju għall-obbligi stipulati f’dawk ir-Regolamenti li jikkonċernaw it-trażmissjoni ta’ data u metadata, inklużi rapporti dwar il-kwalità, fir-rigward ta’ perijodi ta’ referenza li jaħbtu, kollha kemm huma jew parti minnhom, qabel dik id-data.

2.   Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 25

Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Madankollu, fir-rigward tal-oqsma msemmija fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 3(1) huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

T. TUPPURAINEN


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2019.

(2)  Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

(3)  Regolament (UE) Nru 1260/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar statistika demografika Ewropea (ĠU L 330, 10.12.2013, p. 39).

(4)  Regolament (KE) 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 14).

(5)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 557/2013 tas-17 ta’ Ġunju 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istatistika Ewropea fir-rigward tal-aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 (ĠU L 164, 18.6.2013, p. 16).

(6)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(7)  Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE

(8)  Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(9)  Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(10)  Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għal Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(11)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(12)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(13)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(14)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta’ Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3).

(15)  Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) (ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1).

(16)  Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 49).

(17)  Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 227).

(18)  Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70).

(19)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(20)  ĠU C 87, 21.3.2017, p. 1.

(21)  Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 (ĠU L 39 9.2.2013, p. 12).

(22)  Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali ("EaSI") u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 238).

(23)  Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

(24)  Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il- Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(25)  Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar it-twaqqif tat-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 1).

(26)  Regolament (UE) 2017/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta’ Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perijodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013 (ĠU L 129, 19.5.2017, p. 1).


ANNESS I

Temi li għandhom jiġu koperti

Qasam

Tema

Temi dettaljati

Għall-oqsma kollha

Elementi tekniċi

Informazzjoni dwar il-ġbir tad-data

Identifikazzjoni

Piżijiet

Karatteristiċi tal-intervista

Lokalizzazzjoni

Karatteristiċi tal-persuna u tal-unità domestika

Demografija

Ċittadinanza u sfond migratorju

Kompożizzjoni tal-unità domestika

Saħħa: status u diżabilità, aċċess għal, u disponibbiltà u użu ta’, il-kura tas-saħħa u determinanti tas-saħħa

Diżabilità u elementi oħra tal-Modulu Minimu tas-Saħħa fl-Ewropa

Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

Status tal-attività ewlenija (awtodefinizzjoni)

Karatteristiċi elementari tal-impjieg

Livell edukattiv milħuq u sfond edukattiv

Livell edukattiv milħuq

Forza tax-xogħol

Karatteristiċi tal-persuna u tal-unità domestika

Kompożizzjoni tal-unità domestika - dettalji speċifiċi addizzjonali

Soġġorn fil-pajjiż

Raġuni għall-migrazzjoni

Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

Status ta’ impjieg

Tul tal-kuntratt

Dettalji tal-kuntratt

Status full-time jew part-time - raġuni

Impjieg awtonomu dipendenti

Responsabbiltajiet ta’ superviżjoni

Daqs tal-istabbiliment

Post tax-xogħol

Xogħol mid-dar

Tiftix għal impjieg

Volontà għax-xogħol

Disponibbiltà

Żewġ impjiegi jew aktar

Tiftix għal impjieg ieħor

Sottoimpjieg

Rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja

Żgħażagħ fis-suq tax-xogħol

Sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol tal-migranti u d-dixxendenti immedjati tagħhom

Pensjoni u parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

Ħtiġijiet tal-kura

Żamma ta’ impjieg, bijografija professjonali u esperjenza ta’ xogħol preċedenti

Bidu ta’ impjieg

Kif instab l-impjieg

Kontinwità u pawżi fil-karriera

Karatteristiċi elementari tal-aħħar impjieg

Kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż sigħat tax-xogħol u arranġamenti tal-ħin tax-xogħol

Sigħat tax-xogħol

Arranġamenti tal-ħin tax-xogħol

Organizzazzjoni tax-xogħol u arranġamenti tal-ħin tax-xogħol

Livell edukattiv milħuq u sfond edukattiv

Livell edukattiv milħuq - dettalji, inkluża edukazzjoni interrotta jew abbandunata

Parteċipazzjoni f’edukazzjoni u taħriġ

Parteċipazzjoni f’edukazzjoni u taħriġ formali u mhux formali (4 ġimgħat)

Parteċipazzjoni f’edukazzjoni u taħriġ formali u mhux formali (12-il xahar)

Saħħa: status u diżabilità, aċċess għal, disponibbiltà u użu tal-kura tas-saħħa u determinanti tas-saħħa

Inċidenti fuq ix-xogħol u problemi oħra tas-saħħa marbuta max-xogħol

Elementi tal-Modulu Minimu tas-Saħħa fl-Ewropa

Dħul, konsum u elementi tal-ġid, inkluż djun

Dħul mix-xogħol

Dħul minn benefiċċji tal-qgħad

Dħul u kondizzjonijiet tal-għajxien

Karatteristiċi tal-persuna u tal-unità domestika

Kompożizzjoni tal-unità domestika - dettalji speċifiċi addizzjonali

Tul ta’ żmien fil-pajjiż

Parteċipazzjoni f’edukazzjoni u taħriġ

Parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ edukazzjoni formali (attwali)

Livell edukattiv milħuq u sfond edukattiv

Livell edukattiv milħuq - dettalji, inkluża edukazzjoni interrotta jew abbandunata

Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

Karatteristiċi tal-post tax-xogħol

Tul tal-kuntratt

Status ta’ impjieg

Sitwazzjoni dettaljata tas-suq tax-xogħol

Responsabbiltajiet ta’ superviżjoni

Żamma ta’ impjieg, bijografija professjonali u esperjenza ta’ xogħol preċedenti

Esperjenza ta’ xogħol preċedenti

Kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż sigħat tax-xogħol u arranġamenti tal-ħin tax-xogħol

Kalendarju ta’ attivitajiet

Sigħat tax-xogħol

Saħħa: status u diżabilità, aċċess għal, u disponibbiltà u użu ta’, il-kura tas-saħħa u determinanti tas-saħħa

Modulu Minimu tas-Saħħa fl-Ewropa

Dettalji dwar l-istatus ta’ saħħa u diżabilità

Saħħa tat-tfal

Aċċess għall-kura tas-saħħa

Kura tas-saħħa

Aċċess għall-kura tas-saħħa (tfal)

Determinanti tas-saħħa

Il-kwalità tal-ħajja, inkluż parteċipazzjoni soċjali, ċivili, ekonomika u kulturali, inklużjoni u benessri,

Kwalità tal-ħajja

Parteċipazzjoni soċjali u kulturali

Benessri

Kondizzjonijiet tal-għajxien, inkluż deprivazzjoni materjali, abitazzjoni, ambjent tal-għajxien, aċċess għas-servizzi

Deprivazzjoni materjali

Deprivazzjoni speċifika għat-tfal

Karatteristiċi ewlenin tal-abitazzjoni

Kondizzjonijiet tal-abitazzjoni, inklużi deprivazzjoni u kera imputata

Spejjeż tal-abitazzjoni inkluż spejjeż imnaqqsa tal-utilitajiet

Ambjent tal-għajxien

Diffikultajiet ta’ abitazzjoni (inkluż diffikultajiet fil-kera) u r-raġunijiet

Użu ta’ servizzi, inkluż servizzi ta’ kura u servizzi għal għajxien indipendenti

Affordabbiltà tas-servizzi

Ħtiġijiet mhux issodisfati u r-raġunijiet

Indukrar tat-tfal

Dħul, konsum u elementi tal-ġid, inkluż djun

Dħul mix-xogħol

Dħul minn trasferimenti soċjali

Dħul minn pensjonijiet

Dħul ieħor, inkluż dħul minn trasferimenti ta’ proprjetà u ta’ kapital u bejn unitajiet domestiċi

Taxxi u kontribuzzjonijiet fil-fatt imħallsa wara t-tnaqqis

Dħul totali annwali fil-livell tal-persuni u tal-unitajiet domestiċi

Dejn eċċessiv, inkluż ir-raġunijiet

Arretrati

Elementi tal-ġid, inkluża sjieda tal-abitazzjoni

Elementi ta’ konsum

Trażmissjoni interġenerazzjonali tal-vantaġġi u tal-iżvantaġġi

Valutazzjoni tal-ħtiġijiet proprji

Saħħa

Saħħa: status u diżabilità, aċċess għal, u disponibbiltà u użu ta’, il-kura tas-saħħa u determinanti tas-saħħa

Modulu Minimu tas-Saħħa fl-Ewropa

Mard u kondizzjonijiet kroniċi

Inċidenti u korrimenti

Uġigħ

Saħħa mentali, inkluż dipendenzi vizzjużi

Limitazzjonijiet funzjonali

Diffikultajiet f’attivitajiet ta’ kura personali

Diffikultajiet f’attivitajiet tad-dar

Limitazzjoni temporanja fl-attività (minħabba problemi ta’ saħħa)

Ostakli għall-parteċipazzjoni f’oqsma speċifiċi tal-ħajja

Użu tal-kura tas-saħħa u kura għal żmien twil

Użu tal-mediċina

Kura preventiva

Aċċess għall-kura tas-saħħa

Tul u piż

Attività fiżika

Drawwiet nutrittivi

Tipjip

Konsum tal-alkoħol

Fatturi soċjali u ambjentali

Dħul, konsum u elementi tal-ġid, inkluż djun

Dħul totali fix-xahar tal-unità domestika

Edukazzjoni u taħriġ

Karatteristiċi tal-persuna u tal-unità domestika

Tul ta’ żmien fil-pajjiż

Żamma ta’ impjieg, il-bijografija tal-impjieg u esperjenza ta’ xogħol preċedenti

Bidu ta’ impjieg

Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

Daqs tal-istabbiliment

Livell edukattiv milħuq u sfond edukattiv

Livell edukattiv milħuq - dettalji, inkluża edukazzjoni interrotta jew abbandunata

Sfond edukattiv

Ħiliet awtorappurtati

Parteċipazzjoni f’edukazzjoni u taħriġ

Aċċess għal informazzjoni dwar possibbiltajiet ta’ tagħlim u gwida (12-il xahar)

Parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ edukazzjoni formali (12-il xahar)

Attività ta’ edukazzjoni formali l-iktar reċenti - dettalji (12-il xahar)

Użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fl-edukazzjoni formali l-iktar reċenti (12-il xahar)

Raġunijiet għall-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni formali l-iktar reċenti (12-il xahar)

Pagament u sigħat tal-edukazzjoni formali l-iktar reċenti (12-il xahar)

Riżultati u użu ta’ ħiliet mill-edukazzjoni formali l-iktar reċenti (12-il xahar)

Parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ edukazzjoni mhux formali (12-il xahar)

Attivitajiet ta’ edukazzjoni mhux formali - dettalji (12-il xahar)

Użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni f’attivitajiet ta’ edukazzjoni mhux formali (12-il xahar)

Raġunijiet għall-parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ edukazzjoni mhux formali (12-il xahar)

Pagament u sigħat ta’ attivitajiet ta’ edukazzjoni mhux formali (12-il xahar)

Riżultati u użu ta’ ħiliet minn edukazzjoni mhux formali (12-il xahar)

Ostakli għall-parteċipazzjoni f’edukazzjoni u taħriġ (12-il xahar)

Tagħlim informali

Dħul, konsum u elementi tal-ġid, inkluż djun

Dħul totali fix-xahar tal-unità domestika

Użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

Parteċipazzjoni fis-soċjetà tal-informazzjoni

Aċċess għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

Użu u frekwenza tal-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

Ostakli u problemi għall-użu

Effett tal-użu

Sigurtà, privatezza, fiduċja

Konnessjoni mal-internet minn kwalunkwe post

Ħiliet diġitali

Attivitajiet fuq l-internet

Kummerċ elettroniku

Interaction with public authorities

Dħul, konsum u elementi tal-ġid, inkluż djun

Dħul totali fix-xahar tal-unità domestika

Użu tal-ħin

Karatteristiċi tal-persuna u tal-unità domestika

Kompożizzjoni tal-unità domestika - dettalji

Parteċipazzjoni f’edukazzjoni u taħriġ

Parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ edukazzjoni formali (attwali)

Saħħa: status u diżabilità, aċċess għal, u disponibbiltà u użu ta’, il-kura tas-saħħa u determinanti tas-saħħa

Modulu Minimu tas-Saħħa fl-Ewropa

Kondizzjonijiet tal-għajxien, inkluż deprivazzjoni materjali, abitazzjoni, ambjent tal-għajxien, aċċess għas-servizzi

Pussess ta’ oġġetti li jservu żmien twil

Indukrar tat-tfal

Indukrar tal-morda u l-anzjani

Kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż sigħat tax-xogħol u arranġamenti tal-ħin tax-xogħol

Sigħat tax-xogħol

Arranġamenti tal-ħin tax-xogħol

Dħul, konsum u elementi tal-ġid, inkluż djun

Produzzjoni għall-awtokonsum u bejgħ, riparazzjonijiet

Dħul mix-xogħol

Dħul totali fix-xahar tal-unità domestika

Allokazzjoni tal-ħin

Użu tal-ħin, tipi ta’ attivitajiet

Attivitajiet paralleli

Post tal-attività

Preżenza ta’ oħrajn waqt l-attività

Valutazzjoni tal-attività

Konsum

Karatteristiċi tal-persuna u tal-unità domestika

Kompożizzjoni tal-unità domestika - dettalji speċifiċi addizzjonali

Kondizzjonijiet tal-għajxien, inkluż deprivazzjoni materjali, abitazzjoni, ambjent tal-għajxien, aċċess għas-servizzi

Karatteristiċi ewlenin tal-abitazzjoni

Parteċipazzjoni f’edukazzjoni u taħriġ

Parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ edukazzjoni formali (attwali)

Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

Tul tal-kuntratt

Dħul, konsum u elementi tal-ġid, inkluż djun

Dħul totali fix-xahar tal-unità domestika

Dħul totali annwali fil-livell tal-persuni u tal-unitajiet domestiċi

Komponenti ewlenin tal-konsum

Taxxi u kontribuzzjonijiet

Dħul in natura minn attivitajiet mingħajr salarju

Kera imputata

Elementi tal-ġid, inkluża sjieda tal-abitazzjoni

Djun

Arretrati

Konsum skont il-klassifikazzjoni tal-konsum individwali skont l-iskop (COICOP)

Infiq fuq konsum transkonfinali skont il-COICOP

Konsum proprju


ANNESS II

Rekwiżiti ta’ preċiżjoni

1.

Ir-rekwiżiti ta’ preċiżjoni għas-settijiet kollha tad-data huma espressi fi żbalji standard u definiti bħala funzjonijiet kontinwi tal-istimi attwali u tad-daqs tal-popolazzjoni statistika f’pajjiż jew f’reġjun NUTS 2.

2.

L-iżball standard stmat ta’ stima partikolari Image 1 ma għandux ikun ikbar mill-ammont li ġej:

Image 2

3.

Il-funzjoni f(N) għandha tkun fil-forma f(N)=a√N+b

4.

Għall-parametri N, a u b għandhom jintużaw il-valuri li ġejjin:

Image 3

N

a

b

Qasam tal-forza tax-xogħol: rekwiżiti ta’ preċiżjoni

Proporzjon stmat trimestrali (nazzjonali) tal-qgħad imqabbel mal-popolazzjoni ta’ età minn 15 sa 74 sena

Popolazzjoni tal-pajjiż ta’ età minn 15 sa 74 li jgħixu f’unitajiet domestiċi privati, f’miljuni ta’ persuni u mqarrba għal 3 ċifri deċimali

7800

-4500

Proporzjon stmat trimestrali (nazzjonali) ta’ nies jaħdmu mqabbel mal-popolazzjoni ta’ età minn 15 sa 74 sena

Popolazzjoni tal-pajjiż ta’ età minn 15 sa 74 li jgħixu f’unitajiet domestiċi privati, f’miljuni ta’ persuni u mqarrba għal 3 ċifri deċimali

7800

-4500

Proporzjon stmat trimestrali tal-qgħad imqabbel mal-popolazzjoni ta’ età minn 15 sa 74 sena f’kull reġjun NUTS 2

Popolazzjoni ta’ età minn 15 sa 74 fir-reġjun NUTS 2 li jgħixu f’unitajiet domestiċi privati, f’miljuni ta’ persuni u mqarrba għal 3 ċifri deċimali

Ara l-punt 6

Qasam tad-dħul u l-kondizzjonijiet tal-għajxien

Proporzjon ta’ riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali mqabbel mal-popolazzjoni

Numru ta’ unitajiet domestiċi privati fil-pajjiż f’miljuni u mqarrba għal 3 ċifri deċimali

900

2600

Proporzjon ta’ riskju persistenti ta’ faqar matul erba’ snin imqabbel mal-popolazzjoni

Numru ta’ unitajiet domestiċi privati fil-pajjiż f’miljuni u mqarrba għal 3 ċifri deċimali

350

1000

Proporzjon ta’ riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali mqabbel mal-popolazzjoni f’kull reġjun NUTS 2 (ara l-punt 7)

Numru ta’ unitajiet domestiċi privati fir-reġjun NUTS 2 f’miljuni u mqarrba għal 3 ċifri deċimali

600

0

Qasam tas-saħħa

Perċentwal tal-popolazzjoni b’limitazzjonijiet gravi fl-attivitajiet normali minħabba problemi ta’ saħħa (età ta’ 15-il sena jew iktar)

Popolazzjoni tal-pajjiż ta’ 15-il sena jew iktar li jgħixu f’unitajiet domestiċi privati, f’miljuni ta’ persuni u mqarrba għal 3 ċifri deċimali

1200

2800

Qasam tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ

Rata ta’ parteċipazzjoni f’edukazzjoni u taħriġ formali (età minn 18 sa 24)

Popolazzjoni tal-pajjiż ta’ età minn 18 sa 24 li jgħixu f’unitajiet domestiċi privati, f’miljuni ta’ persuni u mqarrba għal 3 ċifri deċimali

200

1500

Rata ta’ parteċipazzjoni f’edukazzjoni u taħriġ mhux formali (età minn 25 sa 69)

Popolazzjoni tal-pajjiż ta’ età minn 25 sa 69 li jgħixu f’unitajiet domestiċi privati, f’miljuni ta’ persuni u mqarrba għal 3 ċifri deċimali

400

2000

Qasam tal-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

Perċentwal ta’ individwi li ordnaw oġġetti jew servizzi minn fuq l-internet għall-użu privat fl-aħħar sena

Popolazzjoni tal-pajjiż ta’ età minn 16 sa 74 li jgħixu f’unitajiet domestiċi privati, f’miljuni ta’ persuni u mqarrba għal 3 ċifri deċimali

400

1300

Qasam tal-użu tal-ħin

Perċentwal tal-popolazzjoni ta’ 15-il sena u iktar li bħala medja jgħaddu iktar minn 10 % tal-ħin kuljum fuq xogħol imħallas

Popolazzjoni tal-pajjiż ta’ 15-il sena jew iktar li jgħixu f’unitajiet domestiċi privati, f’miljuni ta’ persuni u mqarrba għal 3 ċifri deċimali

900

3500

Qasam tal-konsum

Perċentwal ta’ unitajiet domestiċi li n-nefqa tagħhom fuq kategoriji marbutin mal-abitazzjoni inkluż ilma, elettriku, gass u fjuwils oħra, hija iktar minn 50 % tan-nefqa totali (ara l-punt 8)

Għadd ta’ unitajiet domestiċi privati fil-pajjiż, f’miljuni u mqarrba għal 3 ċifri deċimali

600

1600

5.

Fejn il-pajjiżi jiksbu valuri ta’ f(N) negattivi bil-parametri espressi hawn fuq, huma għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit korrispondenti.

6.

Għall-proporzjon stmat tal-qgħad imqabbel mal-popolazzjoni ta’ età minn 15 sa 74 sena f’kull reġjun NUTS 2, il-funzjoni f(N) hija definita kif ġej:

Image 4

7.

Għall-proporzjon stmat ta’ nies f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali mqabbel mal-popolazzjoni f’kull reġjun NUTS 2, dawk ir-rekwiżiti mhumiex obbligatorji għar-reġjuni NUTS 2 b’inqas minn 0,500 miljun abitant, sakemm ir-reġjun NUTS 1 korrispondenti jikkonforma ma’ dan ir-rekwiżit. Ir-reġjuni NUTS 1 b’inqas minn 100 000 abitant huma eżentati mir-rekwiżit.

8.

Għall-oqsma tal-użu tal-ħin u tal-konsum, ir-rekwiżiti tal-preċiżjoni jistgħu jintlaħqu billi tinġabar flimkien mikrodata li tikkonċerna massimu ta’ tliet snin suċċessivi ta’ osservazzjonijiet. Għal dawk l-oqsma l-preċiżjoni tista’ tiġi stmata u valutata bl-użu ta’ metodi alternattivi rilevanti.

ANNESS III

Karatteristiċi tal-kampjun

1.

Il-karatteristiċi tal-kampjun tal-qasam tal-forza tax-xogħol għandhom jinkludu:

(a)

il-kampjun nazzjonali għat-trimestru ta’ referenza (aggregazzjoni ta’ ġimgħat ta’ referenza konsekuttivi) għandu jitqassam uniformement bejn il-ġimgħat kollha tat-trimestru. Il-kampjun għat-trimestru ta’ referenza (f’kull reġjun NUTS 2) għandu jitqassam fuq 3 xhur b’mod proporzjonali għall-għadd ta’ ġimgħat f’kull xahar;

(b)

il-kampjun għandu jkollu skema ta’ rotazzjoni infra-annwali. Irid ikun hemm trikkib minimu tal-kampjun ta’ 20 % bejn l-istess trimestri fi snin konsekuttivi u ta’ 50 % bejn trimestri konsekuttivi mingħajr ma titqies l-attrizzjoni.

Mingħajr preġudizzju għall-punt (e) tal-Artikolu 7(1), id-data għandha tiġi fornuta għall-kampjun kollu.

2.

Il-karatteristiċi tal-kampjun fil-qasam tad-dħul u l-kondizzjonijiet tal-għajxien għandhom jinkludu:

(a)

il-kampjun għandu jkollu skema ta’ rotazzjoni fuq minimu ta’ erba’ snin. Jekk jitqies possibbli mill-Istat Membru, il-kampjun għandu jkollu skema ta’ rotazzjoni fuq sitt snin jew iktar;

(b)

mingħajr ma titqies l-attrizzjoni, il-kampjun għandu jitqassam b’mod ugwali tul is-snin tal-iskema ta’ rotazzjoni, ħlief matul il-perijodu ta’ bidliet fid-daqs tal-kampjun.

3.

Il-karatteristiċi tal-kampjun tal-qasam tal-użu tal-ħin għandhom jinkludu: il-perijodi tar-rappurtar allokati lill-unitajiet tal-kampjun għandhom:

(a)

jitqassmu tul perijodu ta’ tnax-il xahar konsekuttivi;

(b)

jinkludu jiem mhux tax-xogħol;

(c)

ikunu bbażati fuq kampjun aleatorju.

4.

Il-karatteristiċi tal-kampjun tal-qasam tal-konsum għandhom jinkludu: il-perijodi tar-rappurtar allokati lill-unitajiet tal-kampjun għandhom jitqassmu fuq perijodu ta’ tnax-il xahar konsekuttivi.

ANNESS IV

Perjodiċità

1.

Għall-qasam tal-forza tax-xogħol, id-data għandha tinġabar kull trimestru, kull sena, kull sentejn u kull tmien snin. Id-data dwar il-varjabbli marbuta ma’ suġġetti ad hoc għandha tinġabar kull erba’ snin.

2.

Għall-qasam tad-dħul u l-kondizzjonijiet tal-għajxien, id-data għandha tinġabar kull sena, kull tliet snin u kull sitt snin. Id-data dwar il-varjabbli marbuta ma’ suġġeti ad hoc għandha tinġabar kull sentejn.

3.

Għall-qasam tas-saħħa, id-data għandha tinġabar kull sitt snin.

4.

Għall-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, id-data għandha tinġabar kull sitt snin.

5.

Għall-qasam tal-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, id-data għandha tinġabar kull sena.

6.

Għall-qasam tal-użu tal-ħin, id-data għandha tinġabar kull 10 snin.

7.

Għall-qasam tal-konsum, id-data għandha tinġabar kull ħames snin.

8.

Biex jiġu evitati perijodi ta’ ġbir ta’ data mgħobbija żżejjed, l-ippjanar kontinwu multiannwali stabbilit fl-Artikolu 4 għandu, fejn ikun rilevanti, jiddekorri għal massimu ta’ sena waħda mill-perijodi ta’ ġbir ta’ data għall-oqsma msemmija fil-punti 3, 4, 6 u 7 ta’ dan l-Anness.

ANNESS V

Skadenzi għat-trażmissjoni tad-data

L-Istati Membri għandhom jibagħtu d-data meħtieġa lill-Kummissjoni (Eurostat) f’konformitàmal-iskadenzi stabbiliti f’dan l-Anness.

1.

Għall-qasam tal-forza tax-xogħol:

(1)

l-Istati Membri għandhom jibagħtu mikrodata verifikata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti, skont il-proċedura f’żewġ stadji li ġejja:

(a)

matul l-ewwel tliet snin ta’ implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kif previst fl-Artikolu 11(4):

–għal data trimestrali: fi żmien għaxar ġimgħat minn tmiem il-perijodu ta’ referenza,

–għal data oħra: sal-31 ta’ Marzu tas-sena sussegwenti;

(b)

mir-raba’ sena ta’ implimentazzjoni kif ġej:

għal data trimestrali: fi żmien tmien ġimgħat minn tmiem il-perijodu ta’ referenza,

għal data oħra mibgħuta regolarment: sal-15 ta’ Marzu tas-sena sussegwenti,

għal data oħra dwar suġġetti ad hoc: sal-31 ta’ Marzu tas-sena sussegwenti.

Fejn dawk l-iskadenzi jaħbtu s-Sibt jew il-Ħadd, l-iskadenza effettiva għandha tkun it-Tnejn ta’ wara.

It-tema dettaljata "dħul mix-xogħol" tista’ tintbagħat lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien ħmistax-il xahar minn tmiem il-perijodu ta’ referenza.

(2)

ir-riżultati aggregati għall-kompilazzjoni tal-istatistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad fi żmien 25 jum mix-xahar ta’ referenza jew mix-xahar kalendarju, skont il-każ. Jekk id-data tintbagħat f’konformità mad-definizzjoni tal-ILO, dik l-iskadenza tista’ tiġi estiża għal 27 jum.

2.

Għall-qasam tal-dħul u l-kondizzjonijiet tal-għajxien, l-Istati Membri għandhom jibagħtu mikrodata verifikata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti, f’konformità mal-iskadenzi li ġejjin:

(a)

fir-rigward tal-varjabbli għall-ġbir tad-data tas-sena N, sal-aħħar tas-sena N, iżda f’każijiet eċċezzjonali tista’ tintbagħat mikrodata proviżorja dwar id-dħul sal-aħħar tas- sena N, u data riveduta sat-28 ta’ Frar tas-sena N+1;

(b)

fir-rigward tal-varjabbli marbuta mal-osservazzjoni li tkopri s-snin tal-iskema ta’ rotazzjoni li tispiċċa fis-sena N, sal-31 ta’ Ottubru tas-sena N+1.

3.

Għall-qasam tas-saħħa, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-mikrodata verifikata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti fi żmien disa’ xhur minn tmiem il-perijodu nazzjonali għall-ġbir tad-data.

4.

Għall-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-mikrodata verifikata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti fi żmien sitt xhur minn tmiem il-perijodu nazzjonali għall-ġbir tad-data.

5.

Għall-qasam tal-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-mikrodata verifikata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti sal-5 ta’ Ottubru tas-sena tal-istħarriġ N.

6.

Għall-qasam tal-użu tal-ħin, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-mikrodata verifikata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti fi żmien ħmistax-il xahar minn meta jitlesta l-ġbir tad-data.

7.

Għall-qasam tal-konsum, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-mikrodata verifikata minn qabel mingħajr identifikaturi diretti fi żmien ħmistax-il xahar minn tmiem is-sena ta’ referenza.