ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 246

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
26 ta' Settembru 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1582 tal-25 ta' Settembru 2019 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-imazalil f'ċerti prodotti jew fuqhom ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1583 tal-25 ta' Settembru 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni, fir-rigward tal-miżuri taċ-ċibersigurtà ( 1 )

15

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1584 tal-25 ta' Settembru 2019 li jibda investigazzjoni rigward il-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni ta' miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1343/2013 fuq l-importazzjonijiet ta' perossosulfati (persulfati) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jagħmel importazzjonijiet bħal dawn soġġetti għal reġistrazzjoni

19

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1585 tal-24 ta' Settembru 2019 dwar l-istabbiliment ta' regoli dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-ajruporti ta' Amsterdam Schiphol u Amsterdam Lelystad (notifikata bid-dokument C(2019) 6816)  ( 1 )

24

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura ( ĠU L 352, 24.12.2013 )

38

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/316 tal-21 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura ( ĠU L 51 I, 22.2.2019 )

41

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

26.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1582

tal-25 ta' Settembru 2019

li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-imazalil f'ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-imazalil, il-limiti massimi ta' residwu (MRLs) ġew stabbiliti fl-Anness II u l-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti għall-imazalil f'konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (2). Hija rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għall-patata, it-tadam, il-ħbub tax-xgħir, il-ħbub tal-ħafur, il-ħbub tas-segala u l-ħbub tal-qamħ. Għal ċerti prodotti oħrajn hija rrakkomandat li jiżdied il-livell tal-MRLs eżistenti.

(3)

L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward ta' ċerti MRLs, xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Mill-perspettiva tal-ġestjoni tar-riskji, huwa xieraq li jiġu stabbiliti MRLs fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità għall-frott taċ-ċitru, il-frawli, it-tut, il-lampun, il-qargħa bagħli, il-bettieħ u l-muskoli, it-tessut tax-xaħam, il-fwied u l-kliewi tal-ħnieżer, tal-bovini u tal-ekwini, kif ukoll il-ħalib tal-bhejjem tal-ifrat u l-ħalib taż-żwiemel, billi għal dawk il-prodotti, kienet disponibbli informazzjoni limitata u l-Awtorità dderivat MRLs li ma jqajmux tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Dawk l-MRLs se jiġu riveduti; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Minn perspettiva ta' ġestjoni tar-riskju, huwa xieraq li jiġu stabbiliti MRLs fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-limitu speċifiku ta' determinazzjoni jew fl-MRL prestabbilit kif stabbilit fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għall-frott taż-żerriegħa, il-kaki, il-banana u l-bżar ħelu/kapsikum, billi, għal dawk il-prodotti, l-ebda informazzjoni ma kienet disponibbli li minnha l-Awtorità setgħet tikseb MRLs li ma jqajmux tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumatur.

(4)

L-awtorità indikat li l-MRLs derivati għall-imazalil fil-grejpfrut, fil-larinġ, fit-tuffieħ, fil-lanġas, fil-banana, fil-patata u fil-fwied tal-bovini, kif ukoll il-limitu massimu ta' residwi tal-Codex (CXL) li fuqhom huwa bbażat l-MRL tal-UE għan-naspli, jistgħu jqajmu tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Filwaqt li qieset l-informazzjoni addizzjonali disponibbli għall-grejpfrut, għal-larinġ u għall-patata, hija dderivat MRLs alternattivi għall-grejpfrut, għal-larinġ, għall-patata u għall-fwied tal-bovini li ma jqajmux dan it-tħassib. Fir-rigward tal-MRLs għat-tuffieħ, il-lanġas, in-naspli u l-banana, l-Awtorità indikat li l-maniġers tar-riskju jistgħu jikkunsidraw li jissettjawhom fil-limitu speċifiku ta' determinazzjoni jew fuq l-MRL prestabbilit skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(5)

L-awtorità pproponiet definizzjonijiet riveduti tar-residwu. Jixraq li d-definizzjonijiet tar-residwu jinbidlu kif xieraq.

(6)

B'mod indipendenti mir-reviżjoni tal-MRL imwettqa skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, tressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolament biex jiġu mmodifikati l-MRLs eżistenti għall-imażalil fi frott taċ-ċitru, tuffieħ, lanġas, banana u patata u fi prodotti li joriġinaw mill-annimali.

(7)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawn l-applikazzjonijiet ġew ivvalutati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta' valutazzjoni tressqu lill-Kummissjoni.

(8)

F'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, l-Awtorità vvalutat l-applikazzjoni u r-rapport ta' evalwazzjoni, u eżaminat b'mod partikolari r-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali u tat l-opinjoni motivata (3) tagħha dwar l-MRLs proposti. Għaddiet dik l-opinjoni lill-applikanti, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u ppubblikatha.

(9)

Fl-opinjoni motivata tagħha, l-Awtorità kkonkludiet skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 li l-MRLs għall-użi maħsuba ma setgħux jiġu emendati qabel ma titlesta l-valutazzjoni tar-riskju għall-metaboliti tal-pjanti R014821, FK-772 u FK-284 fir-rigward tal-ġenotossiċità u t-tossiċità ġenerali. Ikkonkludiet ukoll li ċerta informazzjoni identifikata bħala mhux disponibbli fir-reviżjoni tal-MRL imwettqa skont l-Artikolu 12(1) ta' dak ir-Regolament tressqet mal-applikazzjoni skont l-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolament.

(10)

Minħabba l-adozzjoni tal-opinjoni motivata skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 wara l-adozzjoni tal-opinjoni motivata skont l-Artikolu 12(1) ta' dak ir-Regolament u n-natura orizzontali tat-tħassib dwar it-tossiċità identifikat għall-metaboliti tal-imazalil R014821, FK-772 u FK-284, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità biex taġġorna l-opinjoni motivata tagħha dwar l-MRLs eżistenti għall-imazalil skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(11)

L-Awtorità ressqet opinjoni motivata (4) li taġġorna r-reviżjoni tal-MRLs eżistenti għall-imazalil fuq il-bażi tal-informazzjoni tossikoloġika ġdida.

(12)

F'dik l-opinjoni motivata, l-Awtorità dderivat l-istess MRLs bħal dawk fl-opinjoni motivata tagħha skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, ħlief għall-frott taċ-ċitru, għall-bettieħ u għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali. Għal dawn il-prodotti, ma pproponietx MRLs, għaliex ma setgħetx tiffinalizza l-valutazzjoni tal-proprjetajiet tossikoloġiċi tal-metabolit R014821.

(13)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 705/2011 (5) ġedded l-approvazzjoni tal-imazalil skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Filwaqt li fil-valutazzjoni tar-riskju ta' qabel l-adozzjoni ta' dak ir-Regolament, l-Awtorità kienet identifikat inċertezzi rigward il-proprjetajiet tossikoloġiċi tal-metabolit R014821 (7), il-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni ma kinux ristretti f'dan ir-rigward fl-istadju tal-ġestjoni tar-riskju. Tagħrif addizzjonali dwar il-proprjetajiet tossikoloġiċi tal-metabolit R014821 sottomess mal-applikazzjoni skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 ma indirizzax għal kollox dawk l-inċertezzi iżda lanqas ma wassal għal żieda fil-livell ta' tħassib. Minn perspettiva ta' ġestjoni tar-riskju, huwa konsistenti u xieraq li jiġu stabbiliti MRLs għal dawk il-prodotti li għalihom l-Awtorità fl-opinjoni motivata tagħha skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 idderivat MRLs li ma jqajmux tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità.

(14)

Is-CXLs eżistenti ġew ikkunsidrati fl-opinjonijiet motivati tal-Awtorità. Is-CXLs li huma sikuri għall-konsumaturi fl-Unjoni ġew ikkunsidrati għall-iffissar tal-MRL.

(15)

Fir-rigward ta' prodotti li fuqhom mhux awtorizzat l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernat, u li għalihom ma jeżistu l-ebda tolleranzi tal-importazzjoni jew CXLs, jenħtieġ li l-MRLs jiġu stabbiliti fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni jew jenħtieġ li japplika l-MRL prestabbilit, kif stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(16)

Il-Kummissjoni kkonsultat lil-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi fir-rigward tal-bżonn li jiġu adattati ċerti limiti ta' determinazzjoni. Dawk il-laboratorji kkonkludew li għal ċerti prodotti, l-iżvilupp tekniku jirrikjedi li jiġu stabbiliti limiti speċifiċi ta' determinazzjoni.

(17)

Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifiki xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(18)

Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti tagħhom tqiesu.

(19)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan.

(20)

Sabiex il-prodotti jkunu jistgħu jiġu kkummerċjalizzati, ipproċessati u kkunsmati b'mod normali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li jkunu ġew prodotti qabel il-modifika tal-MRLs u li għalihom jintwera li jinżamm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi.

(21)

Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs immodifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu konformi mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs.

(22)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat permezz ta' dan ir-Regolament għandu jibqa' japplika għall-prodotti li ġew prodotti fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel is-16 ta' April 2020, ħlief għall-grejpfrut, il-larinġ, it-tuffieħ, il-lanġas, in-naspli, il-banana, il-patata u l-fwied tal-bovini.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-16 ta' April 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Review of the existing maximum residue levels for imazalil according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2017;15(9):4977.

(3)  European Food Safety Authority; Modification of the existing maximum residue levels for imazalil in various commodities. EFSA Journal 2018;16(6):5329.

(4)  European Food Safety Authority; Reasoned Opinion on the updated review of the existing maximum residue levels for imazalil according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005 following new toxicological information. EFSA Journal 2018;16(10):5453.

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 705/2011 tal-20 ta' Lulju 2011 li japprova s-sustanza attiva imażalil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 190, 21.7.2011, p. 43).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(7)  European Food Safety Authority; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance imazalil. EFSA Journal 2010, 8(3):1526.


ANNESS

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, il-kolonna għall-imazalil tinbidel b'dan li ġej:

Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)

Numru tal-Kodiċi

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs (1)

Imazalil (kwalunkwe proporzjon tal-isomeri kostitwenti) (R)

(1)

(2)

(3)

0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

 

0110000

Frott taċ-ċitru

 

0110010

Grejpfrut

4 (+)

0110020

Larinġ

4 (+)

0110030

Lumi

5 (+)

0110040

Xkomp

5 (+)

0110050

Mandolin

5 (+)

0110990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

0120000

Ġewż tas-siġar

0,01 (*1)

0120010

Lewż

 

0120020

Ġewż tal-Brażil

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

0120040

Qastan

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

0120060

Ġellewż

 

0120070

Macadamia

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

0120100

Pistaċċi

 

0120110

Ġewż

 

0120990

Oħrajn (2)

 

0130000

Pomu

0,01 (*1)

0130010

Tuffieħ

 

0130020

Lanġas

 

0130030

Sfarġel

 

0130040

Naspli

 

0130050

Naspli tal-Ġappun

 

0130990

Oħrajn (2)

 

0140000

Frott tal-għadma

0,01 (*1)

0140010

Berquq

 

0140020

Ċiras (ħelu)

 

0140030

Ħawħ

 

0140040

Għanbaqar

 

0140990

Oħrajn (2)

 

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

0151000

(a)

għeneb

0,01 (*1)

0151010

Għeneb tal-mejda

 

0151020

Għeneb għall-inbid

 

0152000

(b)

frawli

2

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

 

0153010

Tut

2

0153020

Tut salvaġġ

0,01 (*1)

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

2

0153990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

0154000

(d)

frott żgħir u kukku oħrajn

0,01 (*1)

0154010

Mirtill

 

0154020

Cranberries

 

0154030

Ribes (ħamra, sewda u bajda)

 

0154040

Ribes bix-xewk (ħodor, ħomor u sofor)

 

0154050

Warda skoċċiża

 

0154060

Ċawsli (iswed u abjad)

 

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

 

0154080

Frott tas-sebuqa

 

0154990

Oħrajn (2)

 

0160000

Frott ta' diversi tipi bl-affarijiet li ġejjin:

0,01 (*1)

0161000

(a)

b'qoxra li tittiekel

 

0161010

Tamal

 

0161020

Tin

 

0161030

Żebbuġ tal-mejda

 

0161040

Larinġ tal-qsari

 

0161050

Karambola

 

0161060

Kaki

 

0161070

Għanbaqar ta' Ġava

 

0161990

Oħrajn (2)

 

0162000

(b)

b'qoxra li ma tittikilx, u żgħir

 

0162010

Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar, isfar)

 

0162020

Liċċi

 

0162030

Frott tal-passjoni

 

0162040

Bajtar tax-xewk

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

0162060

Frott tal-kaki tal-Virġinja

 

0162990

Oħrajn (2)

 

0163000

(c)

b'qoxra li ma tittikilx, u kbir

 

0163010

Avokado

 

0163020

Banana

 

0163030

Mango

 

0163040

Papaja

 

0163050

Rummien

 

0163060

Ċerimoja

 

0163070

Gwava

 

0163080

Ananas

 

0163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż

 

0163100

Durian

 

0163110

Il-frotta tal-annona

 

0163990

Oħrajn (2)

 

0200000

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

 

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

0,01 (*1)

0211000

(a)

patata

 

0212000

(b)

ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

 

0212010

Għeruq tal-kassava

 

0212020

Patata ħelwa

 

0212030

Jammijiet

 

0212040

Ararut

 

0212990

Oħrajn (2)

 

0213000

(c)

ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi ħelwa

 

0213010

Pitravi

 

0213020

Zunnarija

 

0213030

Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

0213040

Għeruq tal-mustarda

 

0213050

Artiċokks

 

0213060

Zunnarija bajda

 

0213070

Tursin ta' Hamburg

 

0213080

Ravanell

 

0213090

Leħjet il-bodbod

 

0213100

Swedes

 

0213110

Lift

 

0213990

Oħrajn (2)

 

0220000

Ħxejjex tal-basla

0,01 (*1)

0220010

Tewm

 

0220020

Basal

 

0220030

Xalotti

 

0220040

Basal tar-Rebbiegħa/basal aħdar u basal ta' Wales

 

0220990

Oħrajn (2)

 

0230000

Ħxejjex tal-frott

 

0231000

(a)

Ħxejjex tal-frott tal-familja tas-Solanaceae u tal-familja tal-Malvaceae

 

0231010

Tadam

0,3

0231020

Bżar ħelu

0,01 (*1)

0231030

Brunġiel

0,01 (*1)

0231040

Bamja

0,01 (*1)

0231990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

0232000

(b)

kukurbiti b'qoxra li tittiekel

 

0232010

Ħjar

0,5

0232020

Ħjar tal-pikles

0,5

0232030

Zukkini

0,1 (+)

0232990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

0233000

(c)

kukurbiti b'qoxra li ma tittikilx

 

0233010

Bettieħ

2 (+)

0233020

Qara' aħmar

0,01 (*1)

0233030

Dulliegħ

0,01 (*1)

0233990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

0234000

(d)

qamħirrum ħelu

0,01 (*1)

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

0,01 (*1)

0240000

Ħxejjex tal-Brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

0,01 (*1)

0241000

(a)

Brassika li tagħmel il-fjuri

 

0241010

Brokkli

 

0241020

Pastard

 

0241990

Oħrajn (2)

 

0242000

(b)

kaboċċi kkapoċċati

 

0242010

Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

 

0242020

Kaboċċa kkapoċċati

 

0242990

Oħrajn (2)

 

0243000

(c)

brassika bil-weraq

 

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

 

0243020

Kaboċċi (‘kales’)

 

0243990

Oħrajn (2)

 

0244000

(d)

ġdur

 

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0251000

(a)

ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

0,01 (*1)

0251010

Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ

 

0251020

Ħass

 

0251030

Skalora/indivja bil-weraq wesgħin

 

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

 

0251050

Krexxuni tal-art

 

0251060

Aruka

 

0251070

Mustarda ħamra

 

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

 

0251990

Oħrajn (2)

 

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

0,01 (*1)

0252010

Spinaċi

 

0252020

Burdlieq

 

0252030

Weraq tas-selq

 

0252990

Oħrajn (2)

 

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u speċijiet simili

0,01 (*1)

0254000

(d)

krexxuni

0,01 (*1)

0255000

(e)

ċikwejra

0,01 (*1)

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

0,02 (*1)

0256010

Maxxita

 

0256020

Kurrat selvaġġ

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

0256040

Tursin

 

0256050

Salvja

 

0256060

Klin

 

0256070

Timu

 

0256080

Ħabaq u fjuri li jittieklu

 

0256090

Weraq tar-rand

 

0256100

Stregun

 

0256990

Oħrajn (2)

 

0260000

Legumi

0,01 (*1)

0260010

Fażola (bl-imżiewed)

 

0260020

Fażola (bla mżiewed)

 

0260030

Piżelli (bl-imżiewed)

 

0260040

Piżelli (bla mżiewed)

 

0260050

Għads

 

0260990

Oħrajn (2)

 

0270000

Ħxejjex biz-zokk

0,01 (*1)

0270010

Spraġ

 

0270020

Kardun

 

0270030

Krafes

 

0270040

Bużbież ta' Firenze

 

0270050

Qaqoċċ

 

0270060

Kurrat

 

0270070

Rabarbru

 

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

 

0270090

Qlub tal-palm

 

0270990

Oħrajn (2)

 

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

0,01 (*1)

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

 

0280990

Ħażiż u likeni

 

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

0,01 (*1)

0300000

BUS U ĦEMES

0,01 (*1)

0300010

Fażola

 

0300020

Għads

 

0300030

Piżelli

 

0300040

Lupini/fażola tal-lupini

 

0300990

Oħrajn (2)

 

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

0,01 (*1)

0401000

Żrieragħ taż-żejt

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

 

0401020

Karawett

 

0401030

Żerriegħa tal-peprin

 

0401040

Ġulġlien

 

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

 

0401060

Żerriegħa tal-lift

 

0401070

Fażola tas-sojja

 

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

 

0401090

Żerriegħa tal-qoton

 

0401100

Żerriegħa tal-qara' aħmar

 

0401110

Żrieragħ tal-għosfor

 

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

 

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

 

0401140

Qannebusa

 

0401150

Fażola tar-riġnu

 

0401990

Oħrajn (2)

 

0402000

Frott taż-żejt

 

0402010

Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

 

0402020

Qlub tal-palm taż-żejt

 

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

 

0402040

Kapok

 

0402990

Oħrajn (2)

 

0500000

ĊEREALI

0,01 (*1)

0500010

Xgħir

 

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

 

0500030

Qamħirrum

 

0500040

Millieġ komuni

 

0500050

Ħafur

 

0500060

Ross

 

0500070

Segala

 

0500080

Sorgu

 

0500090

Qamħ

 

0500990

Oħrajn (2)

 

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

0,05 (*1)

0610000

Tejiet

 

0620000

Kafeni

 

0630000

Infużjonijiet erbali mill-affarijiet li ġejjin:

 

0631000

(a)

mill-fjuri

 

0631010

Kamumella

 

0631020

Ibisku

 

0631030

Ward

 

0631040

Ġiżimin

 

0631050

Tilju

 

0631990

Oħrajn (2)

 

0632000

(b)

mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi

 

0632010

Frawla

 

0632020

Rooibos

 

0632030

Matè/Te tal-Paragwaj

 

0632990

Oħrajn (2)

 

0633000

(c)

mill-għeruq

 

0633010

Valerjana

 

0633020

Ġinseng

 

0633990

Oħrajn (2)

 

0639000

(d)

minn kull parti oħra tal-pjanta

 

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

 

0650000

Ħarrub

 

0700000

ĦOPS

0,05 (*1)

0800000

ĦWAWAR

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

0,05 (*1)

0810010

Ħlewwa

 

0810020

Kemmun iswed

 

0810030

Karfus

 

0810040

Kosbor

 

0810050

Kemmun

 

0810060

Xibt

 

0810070

Bużbież

 

0810080

Fienu

 

0810090

Noċemuskata

 

0810990

Oħrajn (2)

 

0820000

Ħwawar tal-frott

0,05 (*1)

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

0820030

Karwija

 

0820040

Kardamomu

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

0820060

Boċċi tal-bżar (suwed, ħodor u bojod)

 

0820070

Vanilja

 

0820080

Tamar tal-Indja/tamarindi

 

0820990

Oħrajn (2)

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,05 (*1)

0830010

Kannella

 

0830990

Oħrajn (2)

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

0840010

Għud is-sus

0,05 (*1)

0840020

Ġinġer (10)

0,05 (*1)

0840030

Żagħfran tal-Indja/kurkuma

0,05 (*1)

0840040

Għerq tal-mustarda (11)

 

0840990

Oħrajn (2)

0,05 (*1)

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,05 (*1)

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

0850020

Kappar

 

0850990

Oħrajn (2)

 

0860000

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

0,05 (*1)

0860010

Żagħfran

 

0860990

Oħrajn (2)

 

0870000

Ħwawar tal-aril

0,05 (*1)

0870010

Il-qoxra ta' barra tan-noċemuskata

 

0870990

Oħrajn (2)

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,01 (*1)

0900010

Pitravi ħelu

 

0900020

Kannamieli

 

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

 

0900990

Oħrajn (2)

 

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

 

1010000

Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin:

 

1011000

(a)

mill-ħnieżer

0,02 (*1)

1011010

Muskoli

(+)

1011020

Xaħam

(+)

1011030

Fwied

(+)

1011040

Kliewi

(+)

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1011990

Oħrajn (2)

 

1012000

(b)

mill-annimali bovini

 

1012010

Muskoli

0,02 (*1) (+)

1012020

Xaħam

0,02 (*1) (+)

1012030

Fwied

0,03 (+)

1012040

Kliewi

0,02 (*1) (+)

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02 (*1)

1012990

Oħrajn (2)

0,02 (*1)

1013000

(c)

min-nagħaġ

0,01 (*1)

1013010

Muskoli

 

1013020

Xaħam

 

1013030

Fwied

 

1013040

Kliewi

 

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1013990

Oħrajn (2)

 

1014000

(d)

mill-mogħoż

0,01 (*1)

1014010

Muskoli

 

1014020

Xaħam

 

1014030

Fwied

 

1014040

Kliewi

 

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1014990

Oħrajn (2)

 

1015000

(e)

mill-ekwini

 

1015010

Muskoli

0,02 (*1) (+)

1015020

Xaħam

0,02 (*1) (+)

1015030

Fwied

0,03 (+)

1015040

Kliewi

0,02 (*1) (+)

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02 (*1)

1015990

Oħrajn (2)

0,02 (*1)

1016000

(f)

mill-pollam

0,01 (*1)

1016010

Muskoli

 

1016020

Xaħam

 

1016030

Fwied

 

1016040

Kliewi

 

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1016990

Oħrajn (2)

 

1017000

(g)

minn annimali terrestri mrobbijin oħrajn

0,01 (*1)

1017010

Muskoli

 

1017020

Xaħam

 

1017030

Fwied

 

1017040

Kliewi

 

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1017990

Oħrajn (2)

 

1020000

Ħalib

 

1020010

Bhejjem tal-ifrat

0,02 (*1) (+)

1020020

Nagħaġ

0,01 (*1)

1020030

Mogħoż

0,01 (*1)

1020040

Żwiemel

0,02 (*1) (+)

1020990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

1030000

Bajd tal-għasafar

0,01 (*1)

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papri

 

1030030

Wiżż

 

1030040

Summien

 

1030990

Oħrajn (2)

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura (7)

0,05 (*1)

1050000

Amfibji u Rettili

0,01 (*1)

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,01 (*1)

1070000

Annimali vertebrati terrestri slavaġ

0,01 (*1)

1100000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

1200000

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

1300000

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 

(**)

Il-kombinazzjoni tal-pestiċida u n-numru tal-kodiċi li għaliha japplika l-MRL stabbilit fil-Parti B tal-Anness III.

Imazalil (kwalunkwe proporzjon tal-isomeri kostitwenti) (R)

(R)

=

Id-definizzjoni ta' residwu tvarja għall-kombinazzjonijiet li ġejjin tal-pestiċida u n-numru tal-kodiċi: imazalil - il-kodiċi 1000000 ħlief 1040000 : is-somma ta' imazalil u l-metaboli FK-772 (kwalunkwe proporzjon tal-isomeri kostitwenti), expressa bħala imazalil

(+)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar it-tossiċità tal-metaboliti bħala mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk din tintbagħat sa tas-26 ta' Settembru 2021, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tintbagħatx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.

0110010

Grejpfrut

0110020

Larinġ

0110030

Lumi

0110040

Xkomp

0110050

Mandolin

(+)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat nuqqas ta' disponibbiltà ta' xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwu. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk din tintbagħat sa tas-26 ta' Settembru 2021, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tintbagħatx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.

0232030

Qargħa bagħli

(+)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar it-tossiċità tal-metaboliti bħala mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk din tintbagħat sa tas-26 ta' Settembru 2021, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tintbagħatx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.

0233010

Bettieħ

(+)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar it-tossiċità tal-metaboliti u l-istabbiltà għall-ħżin bħala mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk din tintbagħat sa tas-26 ta' Settembru 2021, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tintbagħatx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.

1011010

Muskoli

1011020

Xaħam

1011030

Fwied

1011040

Kliewi

1012010

Muskoli

1012020

Xaħam

1012030

Fwied

1012040

Kliewi

1015010

Muskoli

1015020

Xaħam

1015030

Fwied

1015040

Kliewi

1020010

Bhejjem tal-ifrat

1020040

Żwiemel

(2)

Fil-Parti B tal-Anness III, il-kolonna għall-imazalil titħassar.


(*1)  Limitu tal-kwantifikazzjoni analitika

(1)  Il-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, tinsab fl-Anness I.


26.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1583

tal-25 ta' Settembru 2019

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni, fir-rigward tal-miżuri taċ-ċibersigurtà

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 1 u 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Wieħed mill-objettivi ewlenin tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 huwa li jipprovdi l-bażi għal interpretazzjoni komuni tal-Anness 17 (l-Anness dwar is-Sigurtà) tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (2) tas-7 ta' Diċembru 1944, l-10 edizzjoni, 2017 li għaliha l-Istati Membri kollha tal-UE huma firmatarji.

(2)

Il-mezzi biex jintlaħqu l-objettivi huma (a) l-istabbiliment ta' regoli komuni u ta' standards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni u (b) mekkaniżmi għall-monitoraġġ tal-konformità.

(3)

L-iskop tal-emenda tal-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni huwa li jiġu appoġġati l-Istati Membri fl-iżgurar tal-konformità sħiħa mal-aktar emenda reċenti (l-Emenda 16) tal-Anness 17 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, li introduċiet standards ġodda skont il-Kapitolu 3.1.4 relatat mal-organizzazzjoni nazzjonali u l-awtorità xierqa u l-Kapitolu 4.9.1 relatat mal-miżuri preventivi taċ-ċibersigurtà.

(4)

Bit-traspożizzjoni ta' dawn l-istandards fil-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni mifruxa fl-UE kollha, se jiġi żgurat li l-awtoritajiet xierqa jistabbilixxu u jimplimentaw proċeduri biex, kif xieraq u b'mod prattiku u f'waqtu, jikkondividu informazzjoni rilevanti biex jgħinu lil awtoritajiet u aġenziji nazzjonali oħra, operaturi tal-ajruporti, trasportaturi tal-ajru u entitajiet oħra kkonċernati, iwettqu valutazzjonijiet effettivi tar-riskju tas-sigurtà relatati mal-operazzjonijiet tagħhom u b'dak il-mod jappoġġaw lil dawn l-entitajiet fit-twettiq ta' valutazzjonijiet effettivi tar-riskju tas-sigurtà relatati, fost l-oħrajn, maċ-ċibersigurtà u jimplimentaw miżuri li jindirizzaw it-theddid ċibernetiku.

(5)

Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (id-Direttiva NIS) tistabbilixxi miżuri bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni fl-Unjoni (3) sabiex jitjieb il-funzjonament tas-suq intern. Il-miżuri li jirriżultaw mid-Direttiva NIS u dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkoordinati fil-livelli nazzjonali sabiex jiġu evitati l-lakuni u d-duplikazzjonijiet tal-obbligi.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 (4) jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili stabbilit skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)  https://icao.int/publications/pages/doc7300.aspx

(3)  Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 tal-5 ta' Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 299, 14.11.2015, p. 1).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 huwa emendat kif ġej:

(1)

Jiżdied il-punt 1.0.6 li ġej:

“1.0.6.

L-awtorità xierqa għandha tistabbilixxi u timplimenta proċeduri biex, kif xieraq u b'mod prattiku u f'waqtu, tikkondividi informazzjoni rilevanti biex tgħin lil awtoritajiet u aġenziji nazzjonali oħra, operaturi tal-ajruporti, trasportaturi tal-ajru u entitajiet oħra kkonċernati, iwettqu valutazzjonijiet effettivi tar-riskju tas-sigurtà relatati mal-operazzjonijiet tagħhom.”;

(2)

Jiżdied il-punt 1.7 li ġej:

“1.7   IDENTIFIKAZZJONI U PROTEZZJONI TAS-SISTEMI TAT-TEKNOLOĠIJA TAL-INFORMAZZJONI U TAL-KOMUNIKAZZJONI TAL-AVJAZZJONI ĊIVILI U TAD-DATA KRITIĊI MIT-THEDDIDIET ĊIBERNETIĊI

1.7.1.

L-awtorità xierqa għandha tiżgura li l-operaturi tal-ajruporti, it-trasportaturi tal-ajru u l-entitajiet kif definit fil-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili jidentifikaw u jipproteġu s-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u d-data kritiċi tagħhom miċ-ċiberattakki li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili.

1.7.2.

Fil-programm tas-sigurtà tagħhom, jew fi kwalunkwe dokument rilevanti b'kontroreferenza fil-programm tas-sigurtà, l-operaturi tal-ajruporti, it-trasportaturi tal-ajru u l-entitajiet għandhom jidentifikaw is-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u d-data kritiċi deskritti fil-punt 1.7.1.

Il-programm tas-sigurtà, jew kwalunkwe dokument rilevanti b'kontroreferenza fil-programm tas-sigurtà għandu jippreżenta l-miżuri fid-dettall li jiżguraw il-protezzjoni miċ-ċiberattakki, id-detezzjoni tagħhom, ir-rispons għalihom u l-irkupru minn dawn iċ-ċiberattakki, kif deskritt fil-punt 1.7.1.

1.7.3.

Il-miżuri dettaljati li jipproteġu dawn is-sistemi u d-data minn interferenza illegali għandhom jiġu identifikati, żviluppati u implimentati skont valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur tal-ajruport, mit-trasportatur tal-ajru jew mill-entità kif xieraq.

1.7.4.

Meta awtorità jew aġenzija speċifika tkun kompetenti għal miżuri relatati mat-theddid ċibernetiku fi Stat Membru wieħed, din l-awtorità jew din l-aġenzija tista' tiġi nnominata bħala kompetenti għall-koordinazzjoni u/jew il-monitoraġġ tad-dispożizzjonijiet relatati maċ-ċibernetika f'dan ir-Regolament.

1.7.5.

Meta l-operaturi tal-ajruporti, it-trasportaturi tal-ajru u l-entitajiet kif definiti fil-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili jkunu soġġetti għal rekwiżiti separati dwar iċ-ċibersigurtà li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-UE oħra, l-awtorità xierqa tista' tissostitwixxi l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament bil-konformità mal-elementi fil-leġiżlazzjoni tal-UE jew fil-leġiżlazzjoni nazzjonali l-oħra. L-awtorità xierqa għandha tikkoordina ma' kwalunkwe awtorità kompetenti rilevanti oħra sabiex tiżgura reġimi tas-sorveljanza koordinati jew kompatibbli.”;

(3)

Il-punt 11.1.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“11.1.2

Il-persunal li ġej għandu jkun wettaq b'suċċess kontroll tal-isfond imtejjeb jew standard:

(a)

Il-persuni li jiġu rreklutati biex jimplimentaw, jew biex ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-iskrinjar, il-kontroll fuq l-aċċess jew kontrolli tas-sigurtà oħra f'post ieħor għajr f'żona ristretta tas-sigurtà;

(b)

Il-persuni li jkollhom aċċess mingħajr skorta għall-merkanzija u l-posta tal-ajru, għall-posta tat-trasportaturi tal-ajru u għall-materjal tat-trasportaturi tal-ajru, għall-provvisti għal matul it-titjira u għall-provvisti tal-ajruporti li għalihom ikunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa;

(c)

Il-persuni li jkollhom drittijiet ta' amministratur jew aċċess mhux sorveljat u mhux limitat għas-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u d-data kritiċi użati għall-iskopijiet ta' sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kif deskritt fil-punt 1.7.1 skont il-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni, jew li jkunu ġew identifikati b'mod ieħor fil-valutazzjoni tar-riskju skont il-punt 1.7.3.

Sakemm ma jkunx ġie speċifikat mod ieħor f'dan ir-Regolament, l-awtorità xierqa għandha tiddetermina jekk għandux isir kontroll tal-isfond imtejjeb jew standard skont ir-regoli nazzjonali applikabbli.”;

(4)

Jiżdied il-punt 11.2.8 li ġej:

“11.2.8.   It-taħriġ tal-persunal bi rwoli u responsabbiltajiet relatati mat-theddidiet ċibernetiċi

11.2.8.1.

Il-persuni li jimplimentaw il-miżuri kif stipulat fil-punt 1.7.2 għandu jkollhom il-ħiliet u l-aptitudnijiet meħtieġa biex iwettqu l-kompiti mogħtija lilhom b'mod effettiv. Għandhom jiġu mgħarrfa dwar ir-riskji ċibernetiċi rilevanti fuq bażi ta' ħtieġa ta' għarfien.

11.2.8.2.

Il-persuni li jkollhom aċċess għad-data jew għas-sistemi għandhom jirċievu taħriġ xieraq u speċifiku relatat mal-impjieg li jkun proporzjonat mar-rwol u mar-responsabbiltajiet tagħhom, inkluż li jiġu mgħarrfa dwar ir-riskji rilevanti meta l-funzjoni tal-impjieg tagħhom teħtieġ dan. L-awtorità xierqa, jew l-awtorità jew l-aġenzija kif stabbilit fil-punt 1.7.4 għandha tispeċifika jew tapprova l-kontenut tal-kors.”.

26.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1584

tal-25 ta' Settembru 2019

li jibda investigazzjoni rigward il-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni ta' miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1343/2013 fuq l-importazzjonijiet ta' perossosulfati (persulfati) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jagħmel importazzjonijiet bħal dawn soġġetti għal reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi li m'humiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikoli 13(3) u 14(5) tiegħu,

Wara li infurmat lill-Istati Membri,

Billi:

A.   INVESTIGAZZJONI EX OFFICIO

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ddeċidiet fuq inizjattiva tagħha, skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036, li tinvestiga ċ-ċirkomvenzjoni possibbli tal-miżuri antidumping imposti fuq importazzjonijiet ta' perossosulfati (persulfati) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u biex tagħmel importazzjonijiet bħal dawn soġġetti għal reġistrazzjoni.

B.   PRODOTT

(2)

Il-prodott ikkonċernat mill-evażjoni possibbli huwa perossosulfati (persulfati), inkluż il-potassju perossimonosulfat sulfat, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċijiet NM 2833 40 00 u ex 2842 90 80 (TARIC 2842908020), u li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”).

(3)

Il-prodott li qed jiġi investigat għal ċirkomvenzjoni possibbli huwa l-istess bħal dak definit fil-premessa preċedenti, li attwalment jaqa' taħt l-istess kodiċijiet bħall-prodott ikkonċernat, importat taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC A820 (“il-prodott li qed jiġi investigat”).

C.   IL-MIŻURI EŻISTENTI

(4)

Il-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ u possibbilment qed jiġu evitati huma l-miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1343/2013 (2). Reviżjoni ta' skadenza li tikkonċerna dawn il-miżuri nbdiet fis-17 ta' Diċembru 2018 u għadha pendenti (3).

D.   BAŻI

(5)

L-investigazzjoni preżenti ta' ċirkomvenzjoni possibbli ta' miżuri eżistenti hija bbażata fuq evidenza suffiċjenti li l-miżuri antidumping fis-seħħ qed jiġu evitati permezz ta' riorganizzazzjoni ta' xejriet u mezzi ta' bejgħ tal-prodott ikkonċernat.

(6)

Il-miżuri fis-seħħ ivarjaw minn 24,5 % sa 71,8 %. Wieħed mill-produtturi esportaturi, ABC Chemicals Co Shanghai (“ABC”), huwa soġġett għal dazju ta' 0 %. L-istatistika tal-importazzjoni turi bidla fix-xejra tal-kummerċ wara l-impożizzjoni tad-dazju antidumping definittiv fuq il-prodott ikkonċernat. Dik l-istatistika turi wkoll li l-importazzjonijiet Ċiniżi issa deħlin prinċipalment fl-Unjoni permezz tal-ABC. Madankollu, l-evidenza li għandha l-Kummissjoni turi li l-ABC ma għadux jipproduċi l-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, jidher li l-liċenzja tal-produzzjoni tal-ABC ġiet irtirata f'Lulju 2017, li ma nħarġet l-ebda liċenzja ġdida, u li l-kumpanija hija kategorizzata bħala intrapriża ta' distribuzzjoni, mhux bħala manifattur.

(7)

Jidher li ma hemm l-ebda raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika għal din l-allokazzjoni ta' esportazzjonijiet għajr id-dazju eżistenti ta' 0 % għall-ABC.

(8)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha biżżejjed evidenza li l-effetti ta' rimedju tal-miżuri antidumping eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat qed jiġu mminati kemm fil-kwantità kif ukoll fil-prezz. L-importazzjonijiet ta' volumi sinifikanti tal-prodott investigat jidher li ħadu post l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha biżżejjed evidenza li turi li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat qed isiru bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz mhux dannuż stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti.

(9)

Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni kisbet biżżejjed evidenza li l-prezzijiet tal-prodott investigat qed jiġu ddumpjati fir-rigward tal-valur normali stabbilit qabel.

(10)

Jekk il-prattiki ta' ċirkumvenzjoni li huma koperti bl-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, għajr dawk imsemmija hawn fuq, jiġu identifikati fl-andament tal-investigazzjoni, l-investigazzjoni tista' tkopri dawn il-prattiki wkoll.

E.   PROĊEDURA

(11)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku u li tagħmel l-importazzjonijiet tal-prodotti li qed jiġu investigati soġġetti għal reġistrazzjoni, b'konformità mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

(12)

L-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina se jiġu nnotifikati bil-bidu tal-investigazzjoni.

(a)   Limiti ta' żmien

(13)

Sabiex ikun hemm amministrazzjoni tajba, jenħtieġ li jiġu ddikjarati l-limiti ta' żmien li fihom:

il-partijiet jkunu jistgħu jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-eżistenza tagħhom, jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub u jippreżentaw it-tweġibiet għall-kwestjonarju jew kull tagħrif ieħor li għandu jitqies matul l-investigazzjoni,

il-partijiet jistgħu jagħmlu talba bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni.

(14)

Ta' min jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċitar tad-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-partijiet jippreżentaw lilhom infushom fil-limiti ta' żmien indikati fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

(b)   Kwestjonarji

(15)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarju lill-ABC, li huwa mistieden iwieġeb għal dak il-kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament.

(c)   Ġbir ta' tagħrif u seduti ta' smigħ

(16)

Il-partijiet interessati jridu jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament.

(17)

Il-partijiet kollha inkluż l-industrija tal-Unjoni, l-importaturi u kwalunkwe assoċjazzjoni rilevanti huma mistiedna jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta' sostenn dment li dawn is-sottomissjonijiet isiru fi żmien l-iskadenza prevista fl-Artikolu 3(2). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet, bil-kundizzjoni li jagħmlu talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn jenħtieġ li jinstemgħu.

F.   REĠISTRAZZJONI

(18)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni sabiex ikun żgurat li, jekk l-investigazzjoni tikkonkludi li jkun hemm ċirkomvenzjoni, ikun jista' jiġi impost ammont xieraq ta' dazji antidumping mid-data li fiha tkun ġiet imposta r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet bħal dawn.

(19)

Ir-responsabilità għall-ġejjieni tista' toħroġ mis-sejbiet tal-investigazzjoni. Bit-tagħrif disponsibbli f'dan l-istadju, b'mod partikolari l-indikazzjoni li ċerti kumpaniji attwalment soġġetti għad-dazju residwu ta' 71,8 % (kodiċi addizzjonali TARIC A999) jew kumpaniji soġġetti għal rata ta' dazju individwali qed ibigħu l-prodotti tagħhom permezz tal-ABC (li huwa soġġett għal dazju ta' 0 %), l-ammont ta' responsabbiltà eventwali fil-futur huwa stabbilit fil-livell tad-dazju residwu, jiġifieri 71,8 % ad valorem fuq il-valur ta' importazzjoni CIF tal-prodott li qed jiġi investigat, importat taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC A820.

G.   NUQQAS TA' KOOPERAZZJONI

(20)

Jekk xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti ta' skadenza stipulati, jew tfixkel b'mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(21)

Jekk jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet tagħrif falz jew qarrieq, it-tagħrif ma għandux jitqies u jista' jsir użu mill-fatti disponibbli b'mod konformi mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(22)

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

H.   SKEDA TAL-INVESTIGAZZJONI

(23)

L-investigazzjoni se tintemm, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, fi żmien disa' xhur mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

I.   IPPROĊESSAR TA' DATA PERSONALI

(24)

Ta' min jinnota li kwalunkwe data personali miġbura f'din l-investigazzjoni sejra tiġi ttrattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data.

(25)

Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/”

J.   L-UFFIĊJAL TAS-SEDUTA

(26)

Il-partijiet jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-iskadenzi u kull talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet u tal-partijiet terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment.

(27)

L-Uffiċjal tas-Seduta jista' jorganizza seduti ta' smigħ u jagħmilha ta' medjatur bejn il-parti/jiet u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ.

(28)

Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li dawn is-seduti ta' smigħ isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.

(29)

Kull talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f'qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan il-għan, il-partijiet għandhom jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista' jkun, wara li jseħħ il-każ li jiġġustifika tali intervent. Fil-prinċipju, l-iskedi ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament sabiex jintalbu seduti ta' smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni japplikaw mutatis mutandis għal talbiet għal seduti ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta. Meta t-talbiet għal seduti ta' smigħ jiġu ppreżentati lil hinn mill-iskedi ta' żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għalfejn tali talbiet saru daqshekk tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta' dawn il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi ta' amministrazzjoni tajba u t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin.

(30)

Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-Internet tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'dan qed titnieda investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, sabiex jiġi ddeterminat jekk l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-perossosulfati (persulfati), inkluż il-potassju perossimonosulfat sulfat, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċijiet NM 2833 40 00 u ex 2842 90 80 (il-kodiċi TARIC 2842908020), u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, importati taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC A820, humiex qed jevadu l-miżuri imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1343/2013.

Artikolu 2

(1)   L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni identifikati fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

(2)   Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

(1)   Il-partijiet jridu jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(2)   Jekk il-kummenti tagħhom għandhom jiġu kkunsidrati waqt l-investigazzjoni, il-partijiet jridu jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jressqu t-tweġibiet jew xi tagħrif ieħor fi żmien 37 jum mid-data meta ġie ppubblikat dan ir-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

(3)   Il-partijiet jistgħu wkoll japplikaw sabiex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 37 jum.

(4)   L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Qabel ma jippreżentaw informazzjoni u/jew data lill-Kummissjoni soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta' parti terza, il-partijiet iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jippermetti b'mod espliċitu (a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-data għall-fini ta' dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u (b) li tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet f'din l-investigazzjoni f'għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

(5)   Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan ir-Regolament, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet li jkun intalab trattament kunfidenzjali għalihom għandhom jiġu mmarkati “Limited” (5). Il-partijiet li jippreżentaw tagħrif matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġuni għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

(6)   Il-partijiet li jipprovdu tagħrif “Limited” huma mitluba jfasslu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties”. Jenħtieġ li dawk is-sommarji jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tat-tagħrif ppreżentat b'mod kunfidenzjali tinftiehem b'mod raġonevoli.

(7)   Jekk parti li tipprovdi tagħrif kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta' trattament kunfidenzjali jew ma tfassalx sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista' tinjora tali tagħrif sakemm ma jkunx jista' jintwera b'mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li t-tagħrif huwa korrett.

(8)   Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta' TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI), inklużi d-dokumenti skennjati ta' prokuri u ta' ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' tweġibiet voluminużi li għandhom jiġu ppreżentati fuq CD-R jew fuq DVD bl-idejn jew permezz tal-posta rreġistrata.

Sabiex ikollhom aċċess għal TRON.tdi, il-partijiet interessati jeħtieġu kont tal-EU Login. L-istruzzjonijiet kollha dwar kif wieħed għandu jirreġistra u juża TRON.tdi huma disponibbli fuq https://webgate.ec.europa.eu/tron/resources/documents/gettingStarted.pdf.

Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES (KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F'KAŻIJIET TA' DIFIŻA TAL-KUMMERĊ)” ippubblikat fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu u jridu jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali li jaħdem u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta' kuntatt, il-Kummissjoni se tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b'mezz ieħor ta' komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta reġistrata. Għal aktar regoli u tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta' komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

Direttorat H

Uffiċċju: CHAR 04/039

1049 Brussell

IL-BELĠJU

TRON.tdi: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI

Email: TRADE-R707@ec.europa.eu

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1343/2013 tat-12 ta' Diċembru 2013 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' perossosulfati (persulfati) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta' skadenza taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 338, 17.12.2013, p. 11).

(3)  Notifika ta' tnedija ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' perossosulfati (persulfati) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (2018/C 454/06), ĠU C 454, 17.12.2018, p. 7.

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il- protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(5)  “Limited” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Antidumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).


DEĊIŻJONIJIET

26.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/24


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1585

tal-24 ta' Settembru 2019

dwar l-istabbiliment ta' regoli dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-ajruporti ta' Amsterdam Schiphol u Amsterdam Lelystad

(notifikata bid-dokument C(2019) 6816)

(It-test bin-Netherlandiż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Wara notifika preċedenti, li sussegwentement ġiet irtirata (2), l-awtoritajiet Netherlandiżi informaw lill-Kummissjoni bil-posta elettronika tal-25 ta' Marzu 2019 (3), skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, bil-ħsieb tagħhom li jistabbilixxu ċerti regoli dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku għall-ajruporti ta' Amsterdam Schiphol u Amsterdam Lelystad fin-Netherlands (minn hawn 'il quddiem l-Ajruport ta' Schiphol jew Schiphol, jew l-Ajruport ta' Lelystad jew Lelystad, rispettivament) bl-adozzjoni tal-Abbozz tal-Ordni Ministerjali u l-Abbozz tal-Ordni tal-Ministru għall-Infrastruttura u l-Ilma. Bil-posta elettronika tad-29 ta' Marzu 2019 (4), l-awtoritajiet Netherlandiżi ppreżentaw verżjoni emendata tal-Abbozz tal-Ordni Ministerjali u tal-Abbozz tal-Ordni tal-Ministru għall-Infrastruttura u l-Ilma (5), flimkien mal-elementi l-oħra li diġà kienu inklużi fin-notifika tal-25 ta' Marzu 2019.

(2)

L-informazzjoni ppreżentata b'dan il-mod mill-awtoritajiet Netherlandiżi kienet tinkludi erba' studji bħala annessi: (1) Id-domanda għall-kapaċità f'Schiphol fl-2023; (2) Id-domanda għall-kapaċità f'Schiphol fl-2030; (3) In-negozjar sekondarju f'Schiphol (6) u (4) L-operazzjonijiet maqsuma tal-linji tal-ajru.

(3)

Il-Kummissjoni ppubblikat sommarju tar-regoli maħsuba dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' April 2019 (7) u stiednet lill-partijiet interessati jippreżentaw il-kummenti tagħhom.

(4)

Permezz tal-ittri tat-3 ta' Lulju 2019 (8) u tal-11 ta' Lulju 2019 (9), l-awtoritajiet Netherlandiżi ressqu emenda għan-notifika, bil-għan li jitqies it-tħassib li tqajjem mis-servizzi tal-Kummissjoni. Permezz tal-istess ittra datata l-11 ta' Lulju 2019 kif ukoll permezz tal-posta elettronika datata s-16 ta' Lulju 2019 (10), l-awtoritajiet Netherlandiżi nnotifikaw elementi fattwali ulterjuri rilevanti għan-notifika, rigward l-aċċessibbiltà tal-ajruporti, kif ukoll l-intenzjonijiet ta' dawk l-awtoritajiet rigward il-perjodu ta' żmien li fih l-ajruport ta' Lelystad ikun miftuħ għal operazzjonijiet kummerċjali.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA U L-OBJETTIV STABBILIT MILL-AWTORITAJIET NETHERLANDIŻI

2.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

(5)

L-abbozz tat-TDR għad-distribuzzjoni tat-traffiku bejn l-ajruporti ta' Schiphol u Lelystad jikkonsisti mill-elementi li ġejjin:

(a)

L-Ajruport ta' Lelystad, li l-gvern Netherlandiż jippjana li jiftaħ għal operazzjonijiet kummerċjali qabel tmiem l-2020, se jiġi nnominat bħala ajruport ikkoordinat skont it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 (11) (minn hawn 'il quddiem ir-“Regolament dwar is-Slots”) mid-dħul fis-seħħ tal-Ordni Ministerjali. L-Ajruport ta' Lelystad.

(b)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament dwar is-Slots, trasportatur tal-ajru jikseb prijorità biex jirrikjedi slots fl-Ajruport ta' Lelystad sabiex jitla' jew jinżel sa fejn dak it-trasportatur tal-ajru:

Ikun ittrasferixxa slots storiċi fl-Ajruport ta' Schiphol lil trasportatur ieħor tal-ajru jew ikun irritornahom lill-koordinatur tas-slots; jew

Jimpenja ruħu li minn issa 'l quddiem juża slots storiċi fl-Ajruport ta' Schiphol biex jopera titjiriet ta' trasferiment.

(c)

Ir-regola deskritta fil-punt (b) ta' hawn fuq tapplika biss għal slots fl-ajruport ta' Schiphol li ntużaw fil-perjodu ta' skedar korrispondenti preċedenti jew f'mill-inqas tlieta mill-erba' perjodi ta' skedar korrispondenti preċedenti biex isiru titjiriet minn punt għal ieħor

(6)

“Titjiriet ta' trasferiment” u “titjiriet minn punt għal ieħor” għandhom jiġu ddefiniti permezz ta' Ordni tal-Ministru għall-Infrastruttura u l-Ilma. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar il-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati minn dawn it-titjiriet. It-titjiriet għandhom jiġu kklassifikati kull sentejn skont dawk il-kriterji, u kwalunkwe klassifikazzjoni ġdida għandha titħabbar mill-inqas sena qabel ma tidħol fis-seħħ. Abbozz ta' Ordni bbażat fuq din is-setgħa jifforma parti mill-miżura nnotifikata [ara l-premessi 13 sa 21 ta' hawn taħt].

(7)

L-abbozz tat-TDR ma jirrikjedix li l-jiem u l-ħinijiet tal-kapaċità li tintuża fl-Ajruport ta' Lelystad, minn naħa waħda, u tas-slots rilevanti fl-Ajruport ta' Schiphol, min-naħa l-oħra, li jiġu ttrasferiti, jingħataw lura jew li jintużaw b'mod differenti skont ir-regola deskritta fil-premessa 5(b) ta' hawn fuq għandhom jikkorrispondu.

(8)

Trasportatur tal-ajru li jiddependi fuq l-Artikolu 2(2) tal-abbozz tad-Digriet [jiġifieri r-regola deskritta fil-premessa 5(b) ta' hawn fuq] għandu jinforma lill-Ministru, lill-koordinatur tas-slots u, fejn applikabbli, lit-trasportatur tal-ajru riċevitur dwar dan, filwaqt li jiddikjara liema slots fl-Ajruport ta' Schiphol huma kkonċernati. Meta jinforma lill-Ministru, it-trasportatur tal-ajru għandu juri li r-rekwiżiti deskritti fl-Artikolu 2(5) tal-abbozz tad-Digriet [il-premessa 5(c) ta' hawn fuq] ġew issodisfati.

(9)

Skont l-Artikolu 3(1) tal-abbozz tad-Digriet, is-slots storiċi koperti mill-Artikolu 2(2) tiegħu [deskritti fil-premessa (5)(b) ta' hawn fuq] għandhom jintużaw esklussivament għal titjiriet ta' trasferiment.

(10)

Il-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 3 tal-abbozz tal-Ordni Ministerjali jżidu d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

“(2)

Matul il-perjodu tal-applikazzjoni ta' dan id-digriet, trasportatur tal-ajru li jkollu slots storiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandu jservi mill-inqas l-istess għadd ta' titjiriet ta' trasferiment bħal dawk fil-perjodu ta' skedar korrispondenti qabel ma jkun kiseb dawk is-slots, wara t-trasferiment tagħhom skont l-Artikolu 2(2)(a), jew qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(2)(b) għal dawk is-slots, skont il-każ, miżjud b'għadd ugwali għall-għadd ta' dawk is-slots.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3, tali trasportatur jista' jnaqqas l-għadd ta' titjiriet ta' trasferiment f'każ li l-għadd totali ta' slots li jkollu jonqos.

(3)

Trasportatur tal-ajru li jkollu slots storiċi msemmija fil-paragrafu 1, u mingħajr preġudizzju għal dak il-paragrafu, ma jista' fl-ebda ħin inaqqas il-proporzjon tat-titjiriet ta' trasferiment bejn it-titjiriet kollha operati bis-saħħa ta' slots oħra fl-ajruport ta' Schiphol, vis-à-vis il-proporzjon li kien jeżisti qabel ma t-trasportatur kiseb is-slots storiċi inkwistjoni, wara t-trasferiment tagħhom skont l-Artikolu 2(2)(a), jew qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(2)(b), skont il-każ, għal dawk is-slots.

(4)

Meta l-islots fl-Ajruport ta' Schiphol jinżammu minn aktar minn kumpanija waħda f'sett partikolari li jkun jikkonsisti minn

kumpanija omm u l-kumpaniji sussidjarji kollha tagħha jew, b'mod ieħor,

is-sussidjarji kollha tal-istess kumpanija omm,

kull tali sett ta' kumpaniji għandu jitqies bħala trasportatur tal-ajru wieħed għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3.”

(11)

Skont l-Artikolu 2(3) u (4) tal-abbozz tal-Ordni Ministerjali, il-prijorità msemmija fl-Artikolu 2(2) tiegħu [il-premessa 5(b) ta' hawn fuq] tapplika għal żewġ segmenti ta' slots fl-ajruport ta' Lelystad, jiġifieri sa, u inklużi, 10 000 slot u minn 10 001 sa 25 000 slot.

(12)

Skont l-Artikolu 7 tiegħu, id-Digriet jidħol fis-seħħ f'data li għandha tiġi stipulata minn Deċiżjoni rjali, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 2(4), li tidħol fis-seħħ mill-jum li fih il-Kummissjoni Ewropea tapprova dan il-paragrafu partikolari skont sottomissjoni separata skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 u tkun ippubblikat id-deċiżjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(13)

L-abbozz tal-Ordni tal-Ministru jiddefinixxi “titjiriet ta' trasferiment” b'referenza għad-destinazzjoni ta' kull titjira. Il-kriterji huma dawn li ġejjin:

perċentwal medju ta' trasferiment tat-titjiriet kollha mill-Ajruport ta' Schiphol ta' mill-inqas 10 %, imkejjel matul il-ħames snin kalendarji qabel il-pubblikazzjoni tal-klassifikazzjoni u ta' iktar minn għaxar titjiriet fis-sena fit-tliet snin qabel il-pubblikazzjoni tal-klassifikazzjoni, jew

destinazzjonijiet f'żoni ddefiniti fl-Artikolu 1(1) tal “Aanwitzingsregeling risicoluchten”, li jindika l-hekk imsejħa “titjiriet ta' riskju” li jirrikjedu kontroll doganali.

(14)

L-Anness 1 tal-abbozz tal-Ordni jelenka d-destinazzjonijiet li jikkorrispondu għal dawk il-kriterji.

(15)

Skont l-Artikolu 1(3) tal-abbozz tal-Ordni, destinazzjoni mhux inkluża fl-Anness 1 se titqies bħala “destinazzjoni ta' trasferiment” għal perjodu mitlub, sa massimu ta' ħames snin, jekk linja tal-ajru tkun tista' tissostanzja lill-Ministru ex ante li d-destinazzjoni se tinqeda mit-titjiriet tagħha b'perċentwal medju ta' trasferiment ta' mill-inqas 10 % għall-għadd mitlub ta' staġuni.

(16)

Skont l-Artikolu 1(4) tal-abbozz tal-Ordni, linja tal-ajru tista', fi kwalunkwe każ, tissodisfa r-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 3 billi turi li destinazzjoni qed tinqeda minn titjiriet b'perċentwal medju ta' trasferiment ta' mill-inqas 10 % imkejjel matul il-ħames snin kalendarji ta' qabel it-talba msemmija fil-paragrafu 3, f'ajruport fl-Unjoni Ewropea.

(17)

Id-destinazzjonijiet li se jitqiesu bħala destinazzjoni ta' trasferiment skont il-paragrafu 3, se jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.

(18)

L-abbozz tal-Ordni tal-Ministru jelenka wkoll, fl-Anness 2, id-destinazzjonijiet indikati bħala “titjiriet minn punt għal ieħor” abbażi tal-kriterji li ġejjin:

perċentwal medju ta' trasferiment tat-titjiriet kollha mill-Ajruport ta' Schiphol ta' inqas minn 10 %, imkejjel matul il-ħames snin kalendarji qabel il-pubblikazzjoni tal-klassifikazzjoni;

aktar minn għaxar titjiriet fis-sena fit-tliet snin qabel il-pubblikazzjoni tal-klassifikazzjoni.

(19)

L-Artikolu 3 tal-abbozz ta' Ordni jikkonċerna r-regoli dwar il-valutazzjoni tal-evidenza tal-perċentwal ta' trasferiment rilevanti għall-applikazzjoni tal-Ordni.

(20)

Skont l-Artikolu 3(1), kwalunkwe data verifikabbli relatata mal-perċentwal ta' trasferiment ta' titjiriet u destinazzjonijiet tista' tiġi ppreżentata lill-Ministru u se titqies meta t-titjiriet jiġu nnominati bħala titjiriet ta' trasferiment jew titjiriet minn punt għal ieħor.

(21)

L-Artikolu 3(2) jistipula li, fi kwalunkwe każ, fir-rigward tad-data msemmija fil-paragrafu 1, il-passiġġieri li jaslu fl-Ajruport ta' Schiphol u jitilqu, fi żmien 24 siegħa mill-wasla tagħhom, lejn destinazzjoni oħra li ma tkunx minn fejn tkun oriġinat it-titjira preċedenti, se jitqiesu bħala passiġġieri fi tranżitu.

2.2.   L-objettiv tal-miżura stabbilita mill-awtoritajiet Netherlandiżi

(22)

Skont l-awtoritajiet Netherlandiżi, l-objettiv tal-abbozz tat-TDR huwa li jagħti privileġġ lit-titjiriet ta' trasferiment fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapaċità fl-Ajruport ta' Schiphol. In-netwerk estensiv ta' destinazzjonijiet interkontinentali ma setax jinqeda kieku Schiphol ma kienx ċentru kontinentali u interkontinentali. Iż-żewġ funzjonijiet, li jaqdu d-destinazzjonijiet interkontinentali u li joperaw f'netwerk Ewropew għall-passiġġieri fi tranżitu, huma inseparabbli u flimkien jiffurmaw il-funzjoni ta' ċentru kontinentali u interkontinentali ta' Schiphol.

(23)

Il-kuntest ta' dan l-objettiv huwa l-limitu ta' 500 000 moviment fis-sena fl-ajruport ta' Schiphol sa tmiem l-2020, stabbilit fil-“Ftehim ta' Alders”. Dak il-ftehim intlaħaq fl-2008 bejn il-partijiet ikkonċernati (jiġifieri l-industrija tal-avjazzjoni, l-awtoritajiet pubbliċi u r-residenti). L-għan tiegħu huwa li jikseb bilanċ bejn it-tkabbir tas-settur tal-avjazzjoni u l-vijabbiltà u s-sikurezza u s-sostenibbiltà ambjentali.

(24)

Il-limitu ta' 500 000 moviment fis-sena fl-Ajruport ta' Schiphol kien diġà ntlaħaq fl-2018. B'konsegwenza ta' dan, l-awtoritajiet Netherlandiżi huma tal-fehma li l-kapaċità disponibbli biex jiġi ttrasferit it-traffiku fl-ajruport ta' Schiphol tista' tiżdied biss billi jiġi ddistribwit it-traffiku bejn dak l-ajruport u l-ajruport ta' Lelystad, b'dan tal-aħħar ikun jista' jakkomoda t-traffiku li ma jkollux bżonn kundizzjonijiet u faċilitajiet bħal dawk disponibbli fl-ajruport ta' Schiphol.

(25)

Għal dan il-għan, l-Ajruport ta' Lelystad jakkomoda t-traffiku minn punt għal ieħor li jiġi mill-Ajruport ta' Schiphol, u b'hekk itejjeb il-funzjoni tat-trasferiment ta' dan l-aħħar ajruport.

(26)

L-abbozz tat-TDR ma jisforzax lit-trasportaturi tal-ajru jirrilokaw it-titjiriet tagħhom minn Schiphol, iżda minflok jiddependi fuq inċentivi għar-rilokazzjoni tat-traffiku minn punt għal ieħor.

(27)

Skont l-awtoritajiet Netherlandiżi, il-miżura notifikata għandha titqies fl-isfond tal-importanza ekonomika u strateġika kbira li jinżammu ċentri ewlenin fl-Unjoni. Skont l-awtoritajiet Netherlandiżi, l-Ajruport ta' Schiphol huwa wieħed mill-akbar ċentri fil-parti tal-Majjistral tal-Unjoni, u pilastru ewlieni għall-ekonomija u l-konnettività tan-Netherlands. Fl-2017, 48,6 miljun passiġġier mill-ibliet Ewropej ivvjaġġaw minn/lejn l-Ajruport ta' Schiphol, u 31 % minnhom ġew ittrasferiti għal titjira oħra f'Schiphol. Barra minn hekk, 19,7 miljun passiġġier mhux Ewropew ivvjaġġaw minn/lejn Schiphol. Minn dawk il-passiġġieri, madwar 60 % kienu passiġġieri fi tranżitu. L-awtoritajiet Netherlandiżi jirreferu għall-importanza rikonoxxuta mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-eżistenza ta' ċentri ewlenin fit-territorju tal-UE fil-politika esterna tagħha dwar l-avjazzjoni (12).

(28)

L-awtoritajiet Netherlandiżi jqisu li netwerk Ewropew tar-rotot minn Schiphol li jaqdi d-destinazzjonijiet kontinentali u interkontinentali huwa essenzjali biex jinżamm u jiġi żviluppat dan iċ-ċentru b'saħħtu tal-UE. Huma jemmnu li l-funzjoni taċ-ċentru ta' Schiphol hija interess pubbliku essenzjali li għandu jinżamm u jissaħħaħ (13). Dan huwa importanti minħabba l-vulnerabilità taċ-ċentru għal tnaqqis fin-netwerk tar-rotot kontinentali u interkontinentali.

(29)

Skont l-awtoritajiet Netherlandiżi, din il-vulnerabilità hija dovuta b'mod aktar speċifiku għall-fatt li s-suq domestiku, f'termini ta' passiġġieri li jgħixu fin-Netherlands, għat-traffiku interkontinentali u ta' trasferiment huwa żgħir. It-tieni, hija meħtieġa infrastruttura speċjalizzata għat-trasportaturi li jwettqu traffiku interkontinentali u ta' trasferiment, li għalihom f'ċerti sitwazzjonijiet, bħal titjiriet ta' riskju, ma tkun teżisti l-ebda alternattiva raġonevoli oħra f'ajruport ieħor li jinsab fin-Netherlands. It-tielet, l-awtoritajiet Netherlandiżi jsostnu li jekk l-ajruport jitlef il-funzjoni ta' ċentru tiegħu, il-kapaċità tas-sits u l-frekwenzi jbatu għal snin sħaħ.

(30)

L-awtoritajiet Netherlandiżi jirreferu wkoll għall-pakkett komprensiv ta' miżuri li ġie adottat biex jiġi implimentat l-hekk imsejjaħ “approċċ ibbilanċjat” stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 598/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). L-awtoritajiet Netherlandiżi jispjegaw li dawk il-miżuri huma riflessi fil-“Ftehim ta' Alders” tal-2008, imsemmi hawn fuq, u ġew ikkonfermati mill-ġdid fil-White Paper dwar l-Avjazzjoni Netherlandiża (2009), fl-Aġenda ta' Azzjoni ta' Schiphol (2016) u fil-Ftehim ta' Koalizzjoni (2017).

(31)

Kif imsemmi hawn fuq, il-limitu ta' 500 000 moviment ta' inġenji tal-ajru f'Schiphol diġà ntlaħaq fl-2018. Barra minn hekk, skont l-awtorità Netherlandiża, il-kapaċità disponibbli fl-Ajruport ta' Eindhoven ġiet assorbita malajr minn traffiku addizzjonali li ma ġiex ittrasferit mill-Ajruport ta' Schiphol. Ma kienx hemm biżżejjed inċentivi għat-trasportaturi tal-ajru li ċċaqilqu lejn Eindhoven biex jagħtu lura fuq inizjattiva tagħhom stess is-slots ta' Schiphol lill-koordinatur tas-slots.

(32)

F'dan l-isfond, l-awtoritajiet Netherlandiżi jqisu li l-pakkett ta' miżuri jeħtieġ li jiġi żviluppat u implimentat ulterjorment. Din l-implimentazzjoni hija strutturata madwar għadd ta' elementi, jiġifieri: (a) il-viżjoni fit-tul tat-trasport bl-ajru; (b) miżura ta' sikurezza; (c) miżuri tal-ispazju tal-ajru; (d) miżuri operazzjonali; (e) miżuri għat-tnaqqis ta' inkonvenjenzi; (f) miżuri ta' sostenibbiltà u (g) miżuri ta' selettività.

(33)

It-TDR jagħmlu parti minn pjan usa' ta' żvilupp tal-Ajruport ta' Lelystad b'kapaċità massima ta' 45 000 moviment ta' inġenji tal-ajru fis-sena. Din il-kapaċità se tintlaħaq f'żewġ stadji: l-ewwel stadju se jkun ta' 25 000 moviment fis-sena, li għandu jintlaħaq madwar l-2033. Fil-ftuħ tal-Ajruport ta' Lelystad fl-2020, l-ajruport se jakkomoda massimu annwali ta' 4 000 qtugħ mill-art u nżul l-art. Dan l-għadd huwa mistenni li jiżdied għal massimu ta' 7 000 fl-2021 u għal 10 000 fl-2022. It-tieni stadju se jippermetti li jintlaħaq tkabbir sa 45 000 moviment annwali sal-2043.

2.3.   L-osservazzjonijiet tal-awtoritajiet Netherlandiżi dwar il-kompatibbiltà tal-abbozz tat-TDR mal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 u mar-Regolament dwar is-Slots

(34)

L-awtoritajiet Netherlandiżi jqisu li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 ġew issodisfati.

(35)

L-awtoritajiet Netherlandiżi wettqu konsultazzjoni bbażata fuq l-Internet dwar l-abbozz tat-TDR bejn is-16 ta' Jannar u s-6 ta' Frar 2019. Il-memorandum ta' spjegazzjoni u l-istudji rilevanti ġew ippubblikati wkoll għall-benefiċċju tal-partijiet ikkonċernati. It-tħassib ewlieni dwar l-abbozz tat-TDR li rriżulta mill-konsultazzjoni kien: (a) il-proporzjonalità tiegħu fir-rigward tal-kapaċità limitata fl-ajruport ta' Lelystad li tillimita l-opportunitajiet kummerċjali tat-trasportaturi tal-ajru, (b) l-impatt diskriminatorju possibbli tiegħu fuq it-tip ta' traffiku u l-identità tat-trasportaturi tal-ajru, u (c) id-distribuzzjoni tal-forzi tas-suq.

(36)

L-awtoritajiet Netherlandiżi jenfasizzaw li, wara l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, huma rrevedew l-abbozz tat-TDR f'għadd ta' oqsma: (a) l-introduzzjoni ta' “dispożizzjoni kontra l-użu ħażin”, biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv li tiżdied il-konnettività internazzjonali; (b) it-trattament speċifiku tat-“titjiriet ta' riskju”, jiġifieri titjiriet minn ċerti destinazzjonijiet li jirrikjedu kontroll doganali sħiħ mal-wasla fin-Netherlands u li konsegwentement għandhom jiġu akkomodati fl-Ajruport ta' Schiphol; u (c) kjarifiki rigward l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi ssostanzjat is-sehem tat-trasferiment ta' destinazzjoni ġdida.

(37)

Fir-rigward tal-aċċessibbiltà u l-infrastruttura, l-awtoritajiet Netherlandiżi jqisu li ż-żewġ ajruporti jaqdu lil Amsterdam u l-konurbazzjoni ta' Randstad, u li d-distanza bejn iż-żewġ ajruporti hija ta' 57 km bl-awtostrada A6 u tista' tiġi koperta f'90 minuta. Iż-żewġ ajruporti huma kollegati wkoll bit-trasport pubbliku. Il-ħin tal-vjaġġ bil-ferrovija bejn l-Istazzjon Ċentrali ta' Lelystad u l-Istazzjon Ċentrali ta' Amsterdam huwa ta' 38 minuta, u dak bejn l-Istazzjon Ċentrali ta' Lelystad u Schiphol huwa ta' 42 minuta. Il-vjaġġ mill-Istazzjon Ċentrali ta' Lelystad lejn l-Ajruport ta' Lelystad jieħu 15-il minuta bix-xarabank. Ladarba jinfetaħ l-Ajruport ta' Lelystad, se jiġi introdott servizz ta' shuttle bus bejn l-Istazzjon Ċentrali ta' Lelystad u l-Ajruport ta' Lelystad li jieħu 10 minuti. Skont l-iskedi tat-titjiriet tal-ajruport, ix-shuttle bus se titlaq kull 30 minuta. Barra minn hekk, kien diġà ġie deċiż li l-awtostrada A6 lejn l-Ajruport ta' Lelystad titwessa' minn żewġ korsiji għal tliet korsiji u li mill-2021 jinbena ħruġ mill-ajruport.

(38)

L-awtoritajiet Netherlandiżi jindikaw li l-Ajruport ta' Lelystad joffri s-servizzi meħtieġa u huwa adattat għall-ġestjoni tat-traffiku tal-KAT C tal-ICAO/EASA (15). Barra minn hekk, huma disponibbli erba' pożizzjonijiet ta' parkeġġ. Il-kontroll tat-traffiku tal-ajru se jkun żgurat permezz ta' LVNL. L-ajruport se jipprovdi servizzi fuq l-art u servizzi ta' mmaniġġjar tal-passiġġieri. L-ajruport mhux se jkun miftuħ għal titjiriet ta' billejl, u l-ebda faċilità ma ġiet maħsuba għal operazzjonijiet ta' titjiriet ta' merkanzija u għal titjiriet interkontinentali b'inġenji kbar tal-ajru.

(39)

L-awtoritajiet Netherlandiżi jqisu li l-abbozz tat-TDR ma jippreġudikax b'mod inġust l-opportunitajiet kummerċjali, billi, b'mod partikolari, it-trasportaturi tal-ajru m'għandhom l-ebda obbligu li jirrilokaw l-operat tagħhom minn Schiphol lejn Lelystad. Barra minn hekk, id-destinazzjonijiet kollha jistgħu jinqdew mill-Ajruport ta' Lelystad, u l-iskeda ta' bejn is-6:00 u l-23:00 (ħin lokali) tippermetti l-flessibbiltà biex jintuża l-perjodu kollu.

(40)

Skont l-awtoritajiet Netherlandiżi, l-abbozz tat-TDR jipprevedi l-possibbiltà li t-trasportaturi tal-ajru jiżviluppaw rotot ġodda. Meta trasportatur tal-ajru jkun jista' jissostanzja li se jopera lejn destinazzjoni ġdida mill-Ajruport ta' Schiphol b'titjiriet li jkollhom sehem ta' mill-inqas 10 % ta' passiġġieri fi tranżitu, tali destinazzjoni se titqies bħala parti mil-lista ta' destinazzjonijiet ta' trasferiment.

(41)

L-awtoritajiet Netherlandiżi jissottomettu l-istudju li sar mill-konsulent, SEO Amsterdam Economics. L-istudju huwa maħsub biex jgħin lill-awtoritajiet Netherlandiżi jistabbilixxu l-aktar limitu xieraq għad-definizzjoni ta' titjira bħala titjira ta' trasferiment, sabiex jinkiseb bilanċ bejn l-objettiv li jitnaqqas l-impatt fuq is-suq u tittejjeb l-effikaċja tar-regola. L-analiżi tinkludi l-għadd totali ta' destinazzjonijiet u l-movimenti ta' inġenji tal-ajru, il-movimenti u r-rotot tal-inġenji tal-ajru affettwati fir-rigward ta' kull linja tal-ajru li bħalissa qed topera mill-ajruport ta' Schiphol. L-istudju jeżamina l-effetti ta' limiti differenti fuq l-ilħuq tal-objettiv tal-miżura u l-possibbiltà li d-diversi trasportaturi tal-ajru jagħmlu użu minnha bil-għan li jiksbu prijorità fl-Ajruport ta' Lelystad.

(42)

Fir-rigward ta' parteċipanti ġodda, il-kriterji tar-Regolament dwar is-Slots se japplikaw mill-ftuħ tal-Ajruport ta' Lelystad għat-traffiku kummerċjali, bil-fehim li l-Ajruport ta' Lelystad se jkun ajruport ikkoordinat minn dak il-mument. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dawk il-kriterji, l-abbozz tat-TDR jistabbilixxi prijorità fl-allokazzjoni tas-slots fl-Ajruport ta' Lelystad għat-trasportaturi li jkunu għamlu użu mill-Artikolu 2(2) tad-Digriet.

(43)

L-abbozz tat-TDR ma jinvolvi l-ebda diskriminazzjoni diretta jew indiretta bejn it-trasportaturi tal-ajru għal raġunijiet ta' nazzjonalità u identità jew bejn id-destinazzjonijiet. L-abbozz tat-TDR huwa bbażat fuq kriterji oġġettivi u t-trasportaturi kollha tal-ajru li joperaw lejn destinazzjoni speċifika huma ttrattati b'mod ugwali, mingħajr diskriminazzjoni. L-abbozz tat-TDR ma jobbligax lit-trasportaturi tal-ajru jittrasferixxu t-titjiriet mill-ajruport ta' Schiphol lejn l-ajruport ta' Lelystad.

(44)

L-awtoritajiet Netherlandiżi jindikaw li d-differenza bejn id-destinazzjonijiet ma timplikax per se xi diskriminazzjoni. Id-differenza tista' tiġi ġġustifikata b'mod oġġettiv, abbażi tal-għanijiet leġittimi tal-kwalità tan-netwerk u l-promozzjoni tal-funzjonijiet ta' ċentru ta' Schiphol.

(45)

L-awtoritajiet Netherlandiżi jqisu li l-abbozz tat-TDR huwa proporzjonat. L-Ajruport ta' Lelystad se jkun ajruport ikkoordinat mill-ftuħ tiegħu għall-operazzjonijiet kummerċjali u l-prijorità stabbilita fit-TDR se tiġi applikata wara l-applikazzjoni tal-kriterji ta' prijorità tar-Regolament dwar is-Slots. Ladarba l-ajruport ta' Lelystad ikun laħaq livell ta' 10 000 moviment ta' titjiriet fis-sena, se ssir evalwazzjoni tat-TDR sabiex jiġu vvalutati l-impatti tagħhom. Ir-regola ta' prijorità tiġi estiża għal segment ulterjuri ta'15 000 moviment ta' titjiriet (u għalhekk għal total ta' 25 000 moviment ta' titjiriet fis-sena) biss jekk tali estensjoni tiġi approvata mill-Kummissjoni.

(46)

L-awtoritajiet Netherlandiżi jqisu li r-regoli nnotifikati fihom salvagwardji li jiżguraw li t-TDR jilħqu l-għanijiet tagħhom fil-ġejjieni.

(47)

Skont l-awtoritajiet Netherlandiżi, il-miżura ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv stabbilit, peress li r-regola tapplika biss għall-kapaċità ta' Schiphol li tinkiseb permezz ta' din il-miżura, u mhux għal kwalunkwe kapaċità oħra disponibbli għall-ewwel darba/reċentement fl-Ajruport ta' Schiphol.

(48)

Skont l-awtoritajiet Netherlandiżi, it-trasparenza tal-abbozz tat-TDR hija żgurata mill-forma ġuridika li tintgħażel, jiġifieri Ordni Ministerjali u Ordni tal-Ministru għall-Infrastruttura u l-Ilma.

(49)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Netherlandiżi jikkonkludu li l-abbozz tat-TDR mhuwiex inkompatibbli mar-Regolamenti (KEE) Nru 95/93 u (KE) Nru 1008/2008. Ir-Regolament dwar is-Slots se jiġi rrispettat bis-sħiħ. Il-fatt li TDR jistgħu jintervjenu fil-mod ta' kif jintużaw is-slots jidher mid-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni.

3.   L-OSSERVAZZJONIJIET PPREŻENTATI LILL-KUMMISSJONI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

(50)

Bi tweġiba għall-pubblikazzjoni ta' sommarju tal-emendi maħsuba f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn 10 ċittadini u 5 trasportaturi tal-ajru u ajruport wieħed bħala partijiet interessati, li l-parti l-kbira tagħhom xtaqu jibqgħu anonimi.

(51)

Il-biċċa l-kbira tal-partijiet interessati sostnew li l-miżura hija diskriminatorja: l-abbozz tat-TDR huwa bbażat fuq distinzjoni fundamentali bejn “titjiriet ta' trasferiment” u “titjiriet minn punt għal ieħor”. Il-limitu ta' 10 % ta' passiġġieri fi tranżitu mhuwiex ibbażat fuq kriterji oġġettivi, u jqis biss l-informazzjoni dwar il-passiġġieri fi tranżitu pprovduta mill-ajruport. Il-partijiet interessati qajmu d-diffikultà li tiġi pprovduta data biex tiġġustifika l-perċentwal ta' passiġġieri fi tranżitu u n-nuqqas ta' kriterji pprovduti mill-awtoritajiet Netherlandiżi dwar kif għandhom juru dak il-perċentwal, li jagħmel il-miżura inapplikabbli.

(52)

Barra minn hekk, il-partijiet interessati jsostnu li l-abbozz tat-TDR għandu effetti diskriminatorji fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru, billi huma biss il-Grupp KLM (16), l-alleanza tagħha tal-Linja tal-Ajru SkyTeam (17) u s-sħab tal-codeshare li se jibbenefikaw mill-abbozz tat-TDR minħabba d-distinzjoni bejn id-destinazzjonijiet. Id-definizzjoni ta' “titjira ta' trasferiment” tikkorrispondi għal kważi 86 % tad-destinazzjonijiet tal-Grupp KLM. Bl-iffissar ta' dawn ir-regoli, ċerti mudelli ta' negozju, bħall-mudell bi prezz baxx u tal-btajjel, huma limitati fil-possibbiltajiet tagħhom biex ikabbru n-negozju. Għalhekk, il-partijiet interessati jqisu li l-abbozz tat-TDR mhuwiex oġġettiv u proporzjonat, u jmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq objettiv potenzjalment leġittimu.

(53)

Il-partijiet interessati jsostnu wkoll li l-abbozz tat-TDR għandu effetti diskriminatorji b'rabta mad-destinazzjonijiet, billi huwa de facto ta' benefiċċju għad-destinazzjonijiet tal-grupp KLM, li se jkunu jistgħu jiżdiedu mill-Ajruport ta' Schiphol u mill-Ajruport ta' Lelystad. Madankollu, billi kważi 86 % (18) tad-destinazzjonijiet tal-Grupp KLM huma nnominati bħala “titjiriet ta' trasferiment”, dawn se jkunu jistgħu jkomplu jiżdiedu f'dawn ir-rotot, u jiftħu rotot ġodda. Barra minn hekk, l-abbozz tat-TDR jirriżulta fil-prattika f'sitwazzjoni fejn it-trasportaturi tal-ajru se jkunu jeħtieġu jikkompetu mal-Grupp KLM/Sky Team f'dawk id-destinazzjonijiet fejn il-pożizzjoni tal-Grupp KLM/SkyTeam hija l-aktar b'saħħitha minħabba t-traffiku li jwassal lill-passiġġieri fl-Ajruport ta' Schiphol.

(54)

Il-partijiet interessati jqisu wkoll li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 ma ġewx issodisfati. L-ajruporti rregolati mill-abbozz tat-TDR ma jaqdux l-istess konurbazzjoni, peress li skont il-partijiet interessati: “(i) hemm żoni agrikoli u naturali kbar u miftuħa (Natura 2000) bejn Amsterdam u Lelystad, u għalhekk, mhijiex żona mibnija kontinwament; (ii) b'madwar 80 000 abitant, Lelystad hija kbira wisq biex tifforma parti minn agglomerazzjoni”. Fil-livell amministrattiv, iż-żewġt ibliet huma koperti biss mill-istess gvern fil-livell nazzjonali.

(55)

Barra minn hekk, qed jiġi sostnut li l-Ajruport ta' Lelystad bħalissa ma jissodisfax ir-rekwiżiti b'rabta ma' infrastruttura tat-trasport adegwata u ta' servizzi tat-trasport pubbliku, speċifikament f'ċerti perjodi ta' żmien tal-jum (is-6:00 ta' filgħodu u l-11:00 ta' filgħaxija) fejn ma teżisti l-ebda konnessjoni tat-trasport pubbliku suffiċjenti. Barra minn hekk, fl-aktar sigħat intensivi, it-trasferiment bejn iż-żewġ ajruporti jirrikjedi aktar minn 90 minuta. Il-limitazzjoni tal-għadd ta' movimenti fl-Ajruport ta' Lelystad (4 000 fl-2020) u l-fatt li l-ajruport mhuwiex miftuħ għat-trasportaturi tal-ajru speċjalizzati fit-traffiku minn punt għal ieħor li attwalment m'għandhomx slots fl-Ajruport ta' Schiphol, tippreġudika l-opportunitajiet kummerċjali tagħhom.

(56)

Xi partijiet interessati jsostnu li l-abbozz tat-TDR imur kontra r-Regolament dwar is-Slots minħabba li dan ir-regolament jippermetti biss li jingħataw prijoritajiet fl-allokazzjoni tas-slots permezz ta' regoli lokali, u li t-TDR ma jistgħux joħolqu prijoritajiet. Barra minn hekk, ir-Regolament dwar is-Slots ma jippermettix li s-slots ikunu marbuta mad-destinazzjonijiet.

(57)

Il-parti l-kbira tal-partijiet interessati jirreferu għall-impatt tal-istorbju li se jkollu l-iżvilupp ulterjuri tal-Ajruport ta' Lelystad, minħabba li l-ispazju tal-ajru tan-Netherlands huwa mimli u minħabba l-ħtieġa li jiġi evitat li t-traffiku tal-ajru minn ajruport wieħed jinterferixxi mat-traffiku mill-ieħor. Il-partijiet interessati jattribwixxu din is-sitwazzjoni għad-dewmien li ħadu l-awtoritajiet Netherlandiżi sabiex jikklassifikaw mill-ġdid l-ispazju tal-ajru. Għalhekk, hemm restrizzjoni fuq it-titjiriet lejn l-Ajruport ta' Lelystad li għandhom jittajru fil-baxx, u b'konsegwenza ta' dan iżidu l-livelli tal-istorbju. Barra minn hekk, qed tiġi ddubitata l-importanza ekonomika tal-funzjoni ta' ċentru tal-Ajruport ta' Schiphol, b'referenza għar-rapport tal-Kunsilli Ambjentali u tal-Infrastruttura.

(58)

Barra minn hekk, il-partijiet interessati jirreferu għall-impatt li jħallu inġenji tal-ajru kbar fuq siti protetti (speċijiet selvaġġi, b'mod partikolari l-għasafar), u r-responsabbiltà tal-awtoritajiet Netherlandiżi li jevitaw miżuri li jiddeterjoraw il-kundizzjonijiet f'ħabitats naturali.

(59)

Ħafna mill-partijiet interessati jqisu li l-abbozz tat-TDR għandu impatt sinifikanti fil-qasam tas-sostenibbiltà ambjentali. Abbażi ta' Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) li saret fl-2014, l-awtoritajiet Netherlandiżi taw permess għall-bini u mbagħad għall-operat tal-Ajruport ta' Lelystad. Madankollu, ċerta data meħtieġa biex jiġu kkalkolati l-impatti possibbli kienet żbaljata (bħat-tip ta' inġenju tal-ajru u l-livelli assoċjati tal-istorbju).

(60)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati fejn juru l-appoġġ tagħhom għall-abbozz tat-TDR.

4.   IT-TERMINI TAL-ARTIKOLU 19 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1008/2008

(61)

L-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 jistipula li l-eżerċitar tad-drittijiet tat-traffiku għandu jkun soġġett għar-regoli ppubblikati tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali relatati mas-sikurezza, is-sigurtà, il-protezzjoni tal-ambjent u l-allokazzjoni ta' slots.

(62)

L-Artikolu 19(2) jistipula li Stat Membru, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati u mingħajr diskriminazzjoni bejn id-destinazzjonijiet fl-Unjoni u għal raġunijiet tan-nazzjonalità jew tal-identità tat-trasportaturi tal-ajru, jista' jirregola d-distribuzzjoni tat-traffiku tal-ajru bejn l-ajruporti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-ajruporti jaqdu l-istess belt jew konurbazzjoni;

(b)

l-ajruporti jkunu moqdija minn infrastruttura adegwata tat-trasport li tipprovdi, sa fejn ikun possibbli, konnessjoni diretta li tagħmilha possibbli li wieħed jasal l-ajruport fi żmien 90 minuta inkluż, fejn ikun meħtieġ, fuq bażi transkonfinali;

(c)

l-ajruporti jkunu kollegati ma' xulxin u mal-belt jew mal-konurbazzjoni li jaqdu permezz ta' servizzi ta' trasport pubbliku li jkun frekwenti, affidabbli u effiċjenti; u

(d)

l-ajruporti joffru servizzi meħtieġa lit-trasportaturi tal-ajru u ma jippreġudikawx bla bżonn l-opportunitajiet kummerċjali tagħhom.

(63)

Id-distribuzzjoni tat-traffiku tal-ajru bejn l-ajruporti kkonċernati għandha tirrispetta l-prinċipji tal-proporzjonalità u tat-trasparenza, u għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi.

(64)

L-Artikolu 19(3) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 jistipula li Stat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-ħsieb tiegħu li jirregola d-distribuzzjoni tat-traffiku tal-ajru jew li jibdel regola eżistenti dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku. Dan jipprovdi wkoll li l-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni tal-Artikolu (1) u (2) u, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-informazzjoni mill-Istat Membru, u wara li tkun ikkonsultat mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 25 tar-Regolament għandha tiddeċiedi jekk l-Istat Membru jistax japplika l-miżuri. Skont l-istess dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deċiżjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-miżuri ma għandhomx jiġu applikati qabel il-pubblikazzjoni tal-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

5.   IL-VALUTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

5.1.   Rekwiżit proċedurali: konsultazzjoni mal-partijiet interessati

(65)

Skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, l-adozzjoni ta' deċiżjoni li tqassam it-traffiku tal-ajru bejn l-ajruporti tirrikjedi “konsultazzjoni mal-partijiet interessati” minn qabel. L-awtoritajiet Netherlandiżi ppubblikaw l-abbozz tat-TDR bil-possibbiltà li l-partijiet interessati, inklużi t-trasportaturi tal-ajru u l-ajruporti kkonċernati, jesprimu l-fehmiet tagħhom bejn is-16 ta' Jannar u s-6 ta' Frar 2019. L-emendi sussegwenti għall-abbozz tat-test, li jsiru bil-għan li jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni, huma limitati sabiex jitqies ċertu tħassib li jitqajjem mill-partijiet ikkonċernati.

(66)

Minn dan jirriżulta li l-Awtoritajiet Netherlandiżi ssodisfaw ir-rekwiżit ta' konsultazzjoni minn qabel mal-partijiet interessati.

5.2.   Rekwiżiti sostantivi

5.2.1.   L-eliġibbiltà tal-Ajruporti ta' Schiphol u Lelystad għad-distribuzzjoni tat-traffiku skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008

(67)

Fl-ewwel subparagrafu tiegħu, l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 jistabbilixxi għadd ta' rekwiżiti sabiex sett ta' ajruporti jkunu eliġibbli għad-distribuzzjoni tat-traffiku.

(68)

Fir-rigward tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, l-awtoritajiet Netherlandiżi jiddikjaraw li l-ajruporti jaqdu lill-konurbazzjoni ta' Randstad. Skont l-Artikolu 2(22) ta' dak ir-Regolament, “konurbazzjoni” tfisser żona urbana li tinkludi għadd ta' bliet jew irħula li, permezz tat-tkabbir tal-popolazzjoni u l-espansjoni, ingħaqdu fiżikament sabiex jiffurmaw żona waħda mibnija kontinwament. Il-konurbazzjoni ta' Randstat tinsab fil-Punent ċentrali tan-Netherlands u tikkonsisti primarjament mill-erba' l-akbar bliet Netherlandiżi (Amsterdam, Rotterdam, The Hague u Utrecht) u l-inħawi ta' madwarhom. Din tikkostitwixxi konurbazzjoni fis-sens tad-definizzjoni msemmija hawn fuq u hija moqdija miż-żewġ ajruporti. Il-fatt li ċerti żoni agrikoli jinsabu bejn iż-żona mibnija u l-ajruport ta' Lelystad huwa irrilevanti għall-finijiet tar-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008.

(69)

Fir-rigward tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(2)(b) tar-Regolament, il-Kummissjoni tinnota li l-ajruporti jkunu moqdija minn infrastrutturi adegwati tat-trasport li jipprovdu, sa fejn ikun possibbli, konnessjoni diretta li tagħmilha possibbli li wieħed jasal l-ajruport fi żmien 90 minuta inkluż, fejn ikun meħtieġ, fuq bażi transkonfinali. Kemm l-Ajruport ta' Schiphol kif ukoll l-Ajruport ta' Lelystad jistgħu jintlaħqu bit-triq mill-erba' bliet kollha tal-konurbazzjoni kważi kompletament permezz tal-awtostradi. Skont l-awtoritajiet Netherlandiżi, il-ħin tal-ivvjaġġar jibqa' fi żmien 90 minuta mill-erba' bliet kollha tal-konurbazzjoni. Minħabba d-daqs tal-konurbazzjoni, l-aċċess għal ajruport wieħed pjuttost milli l-ieħor jista' jkun aktar faċli, skont il-post inizjali tal-vjaġġatur. Madankollu, dan il-fatt ma jeskludix il-konformità mal-Artikolu 19(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008. Barra minn hekk, filwaqt li f'kundizzjonijiet partikolari tat-traffiku jista' ma jkunx possibbli li jintlaħaq ajruport wieħed jew l-ieħor fi żmien 90 minuta, l-inċertezzi ta' dan it-tip huma inevitabbli f'dan il-kuntest u ma jipprevjenux li jiġi ssodisfat wieħed mir-rekwiżiti ta' dik id-dispożizzjoni, jiġifieri li tali konnessjoni tiġi pprovduta “sa fejn ikun possibbli” (19).

(70)

Bl-istess mod, l-ajruport ta' Schiphol huwa moqdi b'konnessjoni ferrovjarja, kif inhu l-istazzjon ta' Lelystad, li minnu se tiġi stabbilita shuttle bus lejn l-Ajruport ta' Lelystad fi żmien xieraq (ara l-premessa sussegwenti ta' din id-Deċiżjoni). Pereżempju, l-awtoritajiet Netherlandiżi jżidu li l-ħin tal-ivvjaġġar bil-ferrovija bejn l-Istazzjon Ċentrali ta' Lelystad, minn naħa waħda, u l-Istazzjon Ċentrali ta' Amsterdam u l-Ajruport ta' Schiphol min-naħa l-oħra huwa ta' 42 u 38 minuta rispettivament, filwaqt li l-vjaġġ bix-xarabank bejn l-Istazzjon Ċentrali ta' Lelystad u l-Ajruport ta' Lelystand se jieħu 10 minuti.

(71)

Bħala konklużjoni jista' jitqies li r-rekwiżiti tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 ġew issodisfati.

(72)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 jirrikjedi li l-ajruporti kkonċernati jkunu kollegati ma' xulxin u ma' Amsterdam u l-konurbazzjoni tagħha permezz ta' trasport pubbliku frekwenti, affidabbli u effiċjenti. Il-konnessjonijiet ferrovjarji eżistenti jippermettu lill-passiġġieri jilħqu l-ajruport ta' Schiphol u l-Istazzjon Ċentrali ta' Lelystad permezz ta' servizzi ferrovjarji frekwenti u affidabbli. Għalhekk, fir-rigward tal-Ajruport ta' Lelystad, l-issodisfar tar-rekwiżit imsemmi hawn fuq jiddependi biss fuq l-istabbiliment ta' servizz xieraq tax-xarabank bejn l-Istazzjon Ċentrali ta' Lelystad u l-Ajruport ta' Lelystad. Skont l-awtoritajiet Netherlandiżi, dan is-servizz se jkun ġie stabbilit fil-ħin tal-ftuħ tal-Ajruport ta' Lelystad għal operazzjonijiet kummerċjali, fejn ix-xarabanks se joperaw lejn l-ajruport b'intervalli ta' tletin minuta. Għalhekk, ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 19(2)(c) għandu jitqies bħala ssodisfat.

(73)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, l-ajruporti jipprovdu s-servizzi meħtieġa lit-trasportaturi tal-ajru. B'mod partikolari, l-ajruport ta' Lelystad huwa adattat għall-ġestjoni tat-traffiku tal-KAT C tal-ICAO/EASA inklużi inġenji tal-ajru bħall-Boeing 737 u l-Airbus A320/321. Dan se jkun miftuħ għat-traffiku bejn is-6:00 u l-23:00. L-ajruport se jipprevedi servizzi fuq l-art u servizzi ta' mmaniġġjar tal-passiġġieri, kif isir normalment għal dan it-tip ta' ajruport.

(74)

Bl-istess mod, l-abbozz tat-TDR ma jippreġudikax b'mod inġust l-opportunitajiet kummerċjali tat-trasportaturi tal-ajru, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008. Minbarra l-fatti msemmija fil-premessa (73) ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tinnota li kwalunkwe trasferiment lejn l-Ajruport ta' Lelystad isir fuq bażi volontarja, peress li l-abbozz tat-TDR ma jipprevedix obbligu għal dan l-effett. Is-slots irrinunzjati fl-Ajruport ta' Schiphol jistgħu jibqgħu jintużaw mill-istess trasportatur tal-ajru jew grupp ta' trasportaturi tal-ajru għal titjira lejn destinazzjoni ta' trasferiment minn dak l-ajruport, jew tabilħaqq minn trasportatur ieħor jekk jiġu rritornati lejn il-pool tas-slots. Il-fatt li l-Ajruport ta' Lelystad huwa riżervat bi prijorità għat-traffiku speċifiku ttrasferit mill-ajruport ta' Schiphol ma jistax jitqies bħala li jippreġudika b'mod inġust l-opportunitajiet kummerċjali tat-trasportaturi tal-ajru li jkun beħsiebhom jużaw l-ajruport ta' Lelystad mingħajr tali trasferiment. Din ir-restrizzjoni tinsab fin-natura ta' dan l-abbozz tat-TDR, bil-ħsieb li ttaffi r-restrizzjonijiet fuq il-kapaċità fl-ajruport ta' Schiphol permezz tat-trasferiment volontarju tat-traffiku lejn l-ajruport ta' Lelystad (20). Il-kwistjoni dwar jekk din is-sitwazzjoni hijiex kompatibbli, b'mod partikolari, mal-prinċipju tal-proporzjonalità hija vvalutata aktar 'l isfel [ara Taqsima 5.2.2 ta' din id-deċiżjoni].

5.2.2.   Proporzjonalità, trasparenza, kriterji oġġettivi u nondiskriminazzjoni

5.2.2.1.   Kummenti preliminari

(75)

Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, li għandhom x'jaqsmu mal-proporzjonalità, it-trasparenza, il-karattru oġġettiv tal-kriterji applikati kif ukoll man-nondiskriminazzjoni, jimplikaw li t-traffiku jista' jitqassam biss bejn l-ajruporti abbażi ta' għanijiet leġittimi, madankollu mingħajr ma tiġi llimitata l-għażla tal-Istati Membri fir-rigward ta' kwalunkwe għan aktar speċifiku.

(76)

Minħabba t-termini tal-Artikolu 7 tal-abbozz tad-Digriet, din id-deċiżjoni hija limitata għad-distribuzzjoni tat-traffiku fil-limiti ta' 10 000 slot ta' prijorità fl-ajruport ta' Lelystad skont l-Artikolu 2(2) u (3) tal-abbozz tad-Digriet.

(77)

L-objettiv invokat mill-awtoritajiet Netherlandiżi b'appoġġ għall-abbozz ta' miżura tagħhom jikkonsisti fit-titjib tar-rwol tal-Ajruport ta' Schiphol bħala wieħed miċ-ċentri ewlenin fl-Unjoni, f'ċirkostanzi li fihom dak l-ajruport ikun laħaq il-limitu tal-kapaċità ta' 500 000 moviment ta' titjiriet fis-sena, stabbilit permezz tal-ftehim ta' Alders [ara l-premessa 24 ta' hawn fuq]. Dan huwa wieħed minn dawk l-objettivi li jistgħu jiġu segwiti b'mod leġittimu skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008. F'deċiżjonijiet preċedenti bbażati fuq l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 (21), jiġifieri Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 95/259/KE (22), 98/710/KE (23) u 2001/163/KE (24) kif ukoll fil-Komunikazzjoni tagħha “Il-Politika Esterna tal-UE dwar l-Avjazzjoni - Nindirizzaw l-Isfidi tal-Futur”, (25) il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-leġittimità ta' politika attiva dwar l-ippjanar tal-ajruporti, dment li tkun tikkonforma mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. Tali politika dwar l-ippjanar tista' tqis firxa kbira ta' fatturi li jitqiesu mill-awtoritajiet kompetenti bħala li jkollhom prijorità. Il-miżuri konkreti li għandhom jittieħdu għall-implimentazzjoni tal-politika dwar l-ippjanar tal-ajruporti jistgħu jvarjaw ukoll bejn ajruporti differenti. Stat Membru jista' b'mod leġittimu jkun jixtieq li jippromwovi l-iżvilupp ta' ajruport wieħed fit-territorju tiegħu għad-detriment tal-ajruporti l-oħra li jinsabu fih. F'tali każ, l-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet fuq l-aċċess għal dawk l-ajruporti l-oħra waħedha tista' tikkostitwixxi mezz raġonevoli biex jiġi segwit dak l-objettiv. Madankollu, il-prinċipji tal-proporzjonalità, tat-trasparenza u tan-nondiskriminazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 jeħtieġ li jiġu rrispettati fir-rigward tar-regoli preċiżi maħsuba biex ikomplu jiżviluppaw tali objettiv leġittimu.

5.2.2.2.   Proporzjonalità, trasparenza u kriterji oġġettivi

(78)

Ir-regoli li tressqu mill-awtoritajiet Netherlandiżi huma maħsuba biex joħolqu l-possibbiltajiet għas-sostituzzjoni ta' ċerti titjiriet fl-ajruport ta' Schiphol permezz ta' titjiriet oħra, li jkunu adattati aħjar biex itejbu Schiphol bħala ajruport ċentrali. Għal dan il-għan, dawn jiddistingwu bejn “titjiriet ta' trasferiment” u “titjiriet minn punt għal ieħor”. Skont l-abbozz tat-TDR, destinazzjoni tiġi elenkata bħala “titjira ta' trasferiment” jekk, bħala medja, mill-inqas 10 % tal-passiġġieri li jtiru mill-Ajruport ta' Schiphol lejn dik id-destinazzjoni jkunu niżlu qabel fl-Ajruport ta' Schiphol, matul il-perjodi ta' referenza msemmija ta' ħames snin, bil-kundizzjoni li jkunu ġew operati iktar minn għaxar titjiriet fis-sena fit-tliet snin qabel il-pubblikazzjoni tal-klassifikazzjoni.

(79)

Min-naħa l-oħra, “titjiriet minn punt għal ieħor” huma kkaratterizzati minn perċentwal medju ta' trasferiment tat-titjiriet kollha mill-Ajruport ta' Schiphol lejn id-destinazzjoni li jitqies bħala inqas minn 10 % matul il-perjodu msemmi ta' ħames snin kalendarji, bil-kundizzjoni li jkunu ġew operati iktar minn għaxar titjiriet fis-sena fit-tliet snin qabel il-pubblikazzjoni tal-klassifikazzjoni.

(80)

L-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 ma jeskludix il-ħolqien ta' tali limiti għad-distribuzzjoni tat-traffiku bejn l-ajruporti. Il-livell ta' limitu li jintgħażel biex jiġi ddeterminat jekk destinazzjoni tinvolvix għadd kritiku ta' passiġġieri fi tranżitu fl-ajruport, jista' fil-prinċipju jkun kapaċi jidderieġi t-traffiku rilevanti lejn l-ajruport rispettiv u mhux neċessarjament imur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dak il-għan.

(81)

Madankollu, sabiex jiġi żgurat li tali limiti jwasslu għal riżultati proporzjonati, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, jeħtieġ li jkunu bbażati fuq valutazzjoni oġġettiva dwar jekk jistgħux jilħqu l-għan inkwistjoni u kif għandhom jagħmlu dan, jiġifieri f'dan il-każ li l-Ajruport ta' Schiphol jiġi ppreservat u żviluppat bħala ċentru. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom grad ta' diskrezzjoni. Minħabba li limiti differenti jistgħu jwasslu għal effetti differenti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jeżamina bir-reqqa dawn l-effetti qabel ma jadotta limitu partikolari.

(82)

L-istudju li sar minn SEO Amsterdam Economics (26) jikkonkludi li “limiti baxxi ta' trasferiment iwasslu għal distorsjoni limitata fis-suq, filwaqt li limiti akbar iwasslu għal eżitu aktar selettiv kif ukoll aktar effettiv”. L-istudju jadotta limitu ta' 10 % bħala punt tat-tluq u jqabbel l-effetti ta' limiti alternattivi. F'każ li t-TDR jirreferu għal dan il-limitu, it-titjiriet tal-KLM ikunu jikkostitwixxu titjiriet minn punt għal ieħor sa punt sostanzjali, jiġifieri sa kważi […] movimenti tal-inġenji tal-ajru ([…] rotot) fis-sena. Limitu baxx ħafna (4 % jew inqas) ma jirriżultax f'differenza kbira għall-KLM […], filwaqt li speċjalment it-trasportaturi tat-turisti jkunu affettwati b'mod sostanzjali. Meta mqabbla ma' limitu ta' 10 % dawn jitilfu l-opportunitajiet li jiksbu prijorità fl-ajruport ta' Lelystad bil-għan li t-traffiku jitmexxa hemmhekk. B'limitu ta' 8 % jew inqas, il-KLM ikun affettwat biss moderatament meta mqabbel max-xenarju ta' 10 %, […]. F'każ li l-limitu jiġi stabbilit għal 15 %, il-KLM jaqa' taħt it-TDR b'mod ferm akbar (aktar minn […] moviment addizzjonali tal-inġenji tal-ajru), jiġifieri f'termini assoluti lil hinn mil-linji tal-ajru kollha li l-bażi tagħhom hija l-Ajruport ta' Schiphol. B'limitu ta' 15 %, madwar […] % tat-titjiriet ta' Transvia mill-Ajruport ta' Schiphol jikkwalifikaw bħala titjiriet ta' trasferiment, filwaqt li b'limitu baxx ħafna, jiġifieri 2 %, ikunu jikkwalifikaw aktar minn […] % tat-titjiriet ta' Transavia mill-ajruport ta' Schiphol, li jimplika li l-linja tal-ajru taqdi għadd relattivament kbir ta' destinazzjonijiet bi ftit destinazzjonijiet biss jagħtu lok għal titjiriet ta' trasferiment. Fir-rigward ta' kompetituri oħra, l-istudju juri li kważi […] % tat-traffiku ġġenerat mill-Easyjet fl-Ajruport ta' Schiphol jilħaq il-limitu ta' 15 %. B'limitu f'dan il-livell, Tuifly u Corendon ikollhom l-inqas opportunitajiet biex jiksbu prijorità fl-ajruport ta' Lelystad bil-għan li t-traffiku jitmexxa hemmhekk, fost it-trasportaturi kollha li jużaw l-Ajruport ta' Schiphol bħala bażi tas-servizz.

(83)

Fid-dawl ta' din l-analiżi, l-awtoritajiet Netherlandiżi kienu intitolati jikkonkludu li limitu ta' 10 % jistabbilixxi bilanċ xieraq. Għal 2 % tal-movimenti attwali fl-ajruport ta' Schiphol, dan joffri l-possibilità li t-titjiriet “minn punt għal ieħor” jiġu ttrasferiti lejn l-ajruport ta' Lelystad, b'sostituzzjoni sussegwenti fl-ajruport ta' Schiphol permezz ta' “titjiriet ta' trasferiment”. Għadd ta' trasportaturi tal-ajru se jkunu jistgħu jibbenefikaw mit-termini tiegħu b'ċertezza (27).

(84)

F'dan ir-rigward, il-limitu jista' jitqies bħala kapaċi li jilħaq l-għan stabbilit, u ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dak l-objettiv.

(85)

Fir-rigward tal-elementi l-oħra tal-Abbozz tat-TDR, huwa mfakkar, l-ewwel nett, li kwalunkwe trasferiment ta' titjiriet mill-Ajruport ta' Schiphol lejn l-Ajruport ta' Lelystad huwa ta' natura volontarja. It-tieni, il-prijorità mogħtija lit-trasportaturi kkonċernati fl-ajruport ta' Lelystad, maħsuba biex iżżid il-possibbiltà li jseħħ tali trasferiment, hija limitata għal 10 000 slot. Estensjoni possibbli għal 25 000 slot se tiġi deċiża separatament wara evalwazzjoni u se tapplika biss b'approvazzjoni ġdida mill-Kummissjoni. It-tielet, l-Artikolu 3 tal-Abbozz tad-Digriet jiżgura li l-prijorità li tingħata b'dan il-mod tkun disponibbli biss għat-trasportaturi li jikkontribwixxu għat-titjib tal-Ajruport ta' Schiphol bħala ajruport ċentrali, l-objettiv aħħari tal-abbozz tat-TDR, jiġifieri bis-saħħa tal-konverżjoni tas-slots bil-għan li jintużaw esklussivament għat-titjiriet ta' trasferiment. Speċifikament, il-paragrafi 2 sa 4 tal-Artikolu 3 jiżguraw li t-TDR jilħqu l-objettiv tagħhom indipendentement mill-mobilità tas-slot (disponibbli skont ir-Regolament dwar is-Slots) u indipendentement mill-bidliet fl-għadd ġenerali tas-slots li jkollu t-trasportatur jew il-grupp ta' trasportaturi kkonċernati.

(86)

Il-kriterji kollha stabbiliti fl-abbozz tat-TDR huma oġġettivi u trasparenti.

5.2.2.3.   In-nondiskriminazzjoni

(87)

L-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 jirrikjedi li kwalunkwe regola dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku tkun eżentata mid-diskriminazzjoni bejn id-destinazzjonijiet fl-Unjoni u mid-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' nazzjonalità jew identità tat-trasportaturi tal-ajru. Dawn iż-żewġ projbizzjonijiet huma espressjonijiet tal-prinċipju ġenerali ta' trattament indaqs. Skont il-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (28), dan il-prinċipju jirrikjedi li sitwazzjonijiet komparabbli ma jkunux ittrattati b'mod differenti u sitwazzjonijiet differenti ma jkunux ittrattati bl-istess mod sakemm tali trattament ma jkunx iġġustifikat b'mod oġġettiv.

—   Nuqqas ta' diskriminazzjoni bejn destinazzjonijiet fl-Unjoni

(88)

L-abbozz tat-TDR jiddistingwi bejn “titjiriet minn punt għal ieħor” u “titjiriet ta' trasferiment” biss sa fejn jirrigwarda l-fakultà li l-movimenti jiġu ttrasferiti mill-ajruport ta' Schiphol lejn l-Ajruport ta' Lelystad, filwaqt li dan l-aħħar ajruport jibbenefika minn grad ta' prijorità. Minbarra t-“titjiriet ta' riskju” li għal raġunijiet ta' sigurtà jistgħu jiġu mmaniġġjati biss fl-Ajruport ta' Schiphol, din id-distinzjoni hija marbuta b'mod inseparabbli mal-objettiv leġittimu li jiġi kkonsolidat l-Ajruport ta' Schiphol bħala ajruport ċentrali. Kif spjegat hawn fuq, l-abbozz tat-TDR jista' jikkontribwixxi għal dan l-objettiv u ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dawk il-finijiet, u bħala tali l-kriterji li jirriżultaw huma ta' natura oġġettiva. B'riżultat ta' dan, id-distinzjoni tista' titqies iġġustifikata oġġettivament u ma tistax titqies bħala diskriminatorja fiha nnifisha.

(89)

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li l-kriterji stabbiliti mill-awtoritajiet Netherlandiżi bil-għan li ssir distinzjoni bejn iż-żewġ tipi differenti ta' destinazzjonijiet jiżguraw li d-destinazzjonijiet kollha li għandhom l-istess effett fuq l-Ajruport ta' Schiphol bħala ċentru jiġu ttrattati bl-istess mod.

(90)

Dan japplika wkoll għal destinazzjonijiet li mhumiex inklużi fl-Anness 1 tal-Abbozz tal-Ordni minħabba l-fatt li ma jilħqux il-limitu ta' 10 % ta' passiġġieri fi tranżitu abbażi tal-informazzjoni li s'issa kienet disponibbli għall-awtoritajiet Netherlandiżi. It-trasportaturi jistgħu fil-fatt jiksbu t-trattament ta' waħda jew aktar minn dawk id-destinazzjonijiet bħala destinazzjonijiet ta' trasferiment abbażi ta' data rilevanti, inklużi previżjonijiet xierqa u inkluża data li tappartjeni għal ajruporti Ewropej oħra (ara l-Artikolu 1(3) u (4) u l-Artikolu 3 tal-abbozz tal-ordni) (29). It-termini ta' dawk ir-regoli huma tali li joffru l-akbar firxa ta' possibilitajiet għat-trasportaturi biex jissostanzjaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom f'dan ir-rigward, inkluż pereżempju permezz tal-użu ta' data dwar l-awtokonnessjoni (30), jew data li tinġabar mill-ajruport.

(91)

B'riżultat ta' dan, jista' jiġi konkluż li l-abbozz tat-TDR ma jurix diskriminazzjoni bejn id-destinazzjonijiet fl-Unjoni.

—   Nuqqas ta' diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' nazzjonalità jew identità ta' trasportaturi tal-ajru

(92)

Il-kriterji ddefiniti biex issir distinzjoni bejn id-destinazzjonijiet, li huma ta' natura oġġettiva, filwaqt li jitqies l-għan segwit mill-miżura, jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità jew tal-identità tat-trasportatur tal-ajru. It-trasportaturi tal-ajru kollha huma ttrattati bl-istess mod abbażi tal-istess kriterji.

(93)

Kif spjegat fid-dettall hawn fuq, l-Artikolu 3 tal-abbozz tad-Digriet jiżgura li l-prijorità li tingħata fl-Ajruport ta' Lelystad tkun disponibbli biss għat-trasportaturi li jikkontribwixxu għat-titjib tal-Ajruport ta' Schiphol bħala ajruport ċentrali, l-objettiv aħħari tal-abbozz tat-TDR, jiġifieri bis-saħħa tal-konverżjoni ta' slots bil-għan li jintużaw esklussivament għat-titjiriet ta' trasferiment.

5.2.3.   Konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar l-allokazzjoni tas-slots

(94)

Skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, l-eżerċitar tad-drittijiet tat-traffiku huwa soġġett għar-regoli applikabbli tal-Unjoni, b'mod partikolari, relatati mal-allokazzjoni tas-slots. Din il-kwistjoni bħalissa hija indirizzata fir-Regolament dwar is-Slots.

(95)

Skont l-awtoritajiet Netherlandiżi, l-analiżi li twettqet skont l-Artikolu 3 tar-Regolament dwar is-Slots turi li se jkun hemm nuqqas fil-kapaċità f'Lelystad mill-mument tal-operazzjonijiet kummerċjali stabbiliti f'dak l-ajruport. Konsegwentement, dan se jintgħażel bħala ajruport ikkoordinat skont dik id-dispożizzjoni.

(96)

L-allokazzjoni tas-slots f'ajruporti kkoordinati għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dak ir-Regolament, b'mod partikolari l-Artikoli 8 sa 10 tiegħu.

(97)

L-Artikolu 2(2) tal-abbozz tad-Digriet jispeċifika li l-prijorità prevista fih hija “mingħajr preġudizzju għar-Regolament dwar is-Slots”. B'riżultat ta' dan, kif spjegat fin-nota ta' spjegazzjoni tal-Abbozz tad-Digriet, dan se japplika biss fil-każ ta' talbiet li jibqgħu konfliġġenti wara l-applikazzjoni tal-kriterji applikabbli b'mod ġenerali stabbiliti f'dak ir-Regolament.

(98)

F'dan ir-rigward, issir referenza għall-Artikolu 10(6) tar-Regolament dwar is-Slots. Skont dik id-dispożizzjoni, il-prijorità stabbilita hemmhekk favur parteċipanti ġodda f'ajruport ikkoordinat hija “mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92”. L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92 ġie sostitwit bl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, li huwa l-bażi ġuridika attwali għall-istabbiliment (u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni) tar-regoli dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku. B'riżultat ta' dan, il-prijorità tista' tiġi adattata fil-kuntest tad-distribuzzjoni tat-traffiku stabbilita skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, dment li tali adattament ikun limitat għal dak li huwa strettament meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv tar-regoli inkwistjoni dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku.

(99)

F'dan il-każ, ir-regola ta' prijorità stipulata fl-Artikolu 2(2) tal-abbozz tad-Digriet tibda tapplika biss wara li jkunu ġew applikati l-kriterji ta' prijorità tar-Regolament dwar is-Slots, u hija limitata għas-slots li s'issa huma koperti mir-regoli, li jikkorrispondu għal 10 000 moviment (31). Dan l-adattament tal-prijorità ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv tal-abbozz tat-TDR u huwa għalhekk kompatibbli mar-Regolament dwar is-Slots.

(100)

Bl-istess mod, ir-regola stipulata fl-Artikolu 3 tal-abbozz tad-Digriet li bih l-islots li kienu soġġetti għall-Artikolu 2(2) fl-Ajruport ta' Schiphol jistgħu jintużaw biss għal titjiriet ta' trasferiment hija inerenti fid-distribuzzjoni tat-traffiku u tabilħaqq karatteristika tipika ta' kwalunkwe tali distribuzzjoni. Għalhekk għandha titqies kompatibbli bl-istess mod mar-Regolament dwar is-Slots.

5.2.4.   Konformità ma' regoli oħra tal-Unjoni

(101)

Il-Kummissjoni tinnota li l-uniku għan tal-valutazzjoni li għandha ssir skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 huwa r-regola nazzjonali li “tirregola d-distribuzzjoni tat-traffiku tal-ajru” [l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(3)]. Fir-rigward tal-konformità mal-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu, il-fatt li l-Ajruport ta' Lelystad se jiftaħ għall-operazzjonijiet kummerċjali f'xi żmien partikolari, kif ukoll id-daqs ta' dan il-ftuħ f'termini ta' operazzjonijiet possibbli, huma l-kundizzjonijiet meħtieġa għal dik id-distribuzzjoni tat-traffiku. Dawn l-elementi ma jiffurmawx parti mid-distribuzzjoni nnifisha. It-termini tad-distribuzzjoni tat-traffiku stess ma jista' jkollhom l-ebda inċidenza negattiva fuq il-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar is-“sikurezza”, is-“sigurtà” u l-“protezzjoni tal-ambjent” kif imsemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008. B'riżultat ta' dan, ma jirriżulta l-ebda tħassib dwar l-inkompatibbiltà ma' din id-dispożizzjoni fir-rigward ta' dawk l-elementi.

6.   KONKLUŻJONI

(102)

Bħala konklużjoni, abbażi ta' valutazzjoni tal-fatti u s-suppożizzjonijiet li jinsabu fin-notifika tal-awtoritajiet Netherlandiżi, il-Kummissjoni tqis li r-regoli maħsuba dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku huma kompatibbli mal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu uniku

Il-miżuri previsti fl-Abbozz tal-Ordni Ministerjali u fl-Abbozz tal-Ordni tal-Ministru għall-Infrastruttura u l-Ilma dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku tal-ajru fl-Ajruport ta' Lelystad u l-ajruport ta' Schiphol, kif innotifikati lill-Kummissjoni fid-29 ta' Marzu 2019, u emendati permezz tal-ittri tat-3 ta' Lulju 2019 u tal-11 ta' Lulju 2019, huma b'dan approvati.

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Netherlands.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.

(2)  Fit-12 ta' Lulju 2018, l-awtoritajiet Netherlandiżi nnotifikaw lill-Kummissjoni l-ewwel sett ta' regoli dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku (TDR) għall-ajruporti ta' Schiphol u Lelystad. Dik in-notifika ġiet irtirata mill-awtoritajiet Netherlandiżi fl-4 ta' Diċembru 2018.

(3)  Irreġistrata bl-Ares (2019)2057632

(4)  Irreġistrata bl-Ares (2019)2256246.

(5)  Aanmelding verkeersverdelingsregel voor de Nederlandse luchthavens Lelystad Airport en Schiphol.

(6)  It-tliet studji saru mill-konsulent SEO Amsterdam Economics.

(7)  ĠU C 136, 12.4.2019, p. 26.

(8)  Irreġistrata bl-Ares (2019)4236859

(9)  Irreġistrata bl-Ares (2019)4595066.

(10)  Irreġistrata bl-Ares (2019)4595552.

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta' Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Komunità (ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1).

(12)  Il-Politika Esterna tal-UE dwar l-Avjazzjoni - Nindirizzaw l-Isfidi tal-Futur, COM (2012) 556 final tas-27 ta' Settembru 2012.

(13)  L-Aġenda ta' Azzjoni ta' Schiphol (2016).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 598/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f'ajruporti tal-Unjoni fi ħdan Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 65).

(15)  Peress li r-runway se tkun wiesgħa 45 metru, l-ajruport se jkun adattat għal inġenji tal-ajru speċjali bħall-Boeing 737 u l-Airbus A320 u A321.

(16)  Il-Grupp KLM jinkludi s-sussidjarji li huma proprjetà sħiħa ta' Transavia u Martinair. Fl-2004 il-KLM ingħaqad ma' Air France.

(17)  SkyTeam hija alleanza tat-trasportaturi tal-ajru li bħalissa għandha 20 Membru u li tagħti aċċess għal 1 074 destinazzjoni madwar id-dinja.

(18)  Il-Grupp KLM għandu aktar minn 55 % tas-slots annwali totali f'Schiphol. Ċifri disponibbli minn Airport Coordination Netherlands (il-Koordinatur tas-Slots).

(19)  Barra minn hekk, l-awtoritajiet Netherlandiżi diġà ddeċidew li jwessgħu l-awtostrada A6 għall-Ajruport ta' Lelystad minn żewġ korsiji għal tliet korsiji u li mill-2021 jibnu ħruġ għall-ajruport, li lkoll kemm huma se jiffaċilitaw iktar l-aċċess għall-ajruport.

(20)  Għal sitwazzjoni simili, ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/259/KE tal-14 ta' Marzu 1995 dwar proċedura relatata mal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 (il-Każ VII/AMA/9/94 - Regoli dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku ta' Franza għas-sistema tal-ajruport ta' Pariġi) (ĠU L 162, 13.7.1995, p. 25), Taqsima VI.

(21)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8).

(22)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 20.

(23)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/710/KE tas-16 ta' Settembru 1998 dwar proċedura relatata mal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 (il-Każ VII/AMA/11/98 - Regoli dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku tal-Italja għas-sistema tal-ajruport ta' Milan) (ĠU L 337, 12.12.1998, p. 42), premessa 45.

(24)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/163/KE tal-21 ta' Diċembru 2000 dwar proċedura relatata mal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 (il-Każ TREN/AMA/12/00 — regoli dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku tal-Italja għas-sistema tal-ajruport ta' Milan) (ĠU L 58, 28.2.2001, p. 29), premessa 45.

(25)  Il-Politika Esterna tal-UE dwar l-Avjazzjoni - Nindirizzaw l-Isfidi tal-Futur, COM (2012) 556 final tas-27 ta' Settembru 2012.

(26)  Ara l-premessa ta' hawn fuq.

(27)  Is-sejbiet tal-istudju huma bbażati fuq destinazzjonijiet magħrufa u ma jqisux il-possibbiltajiet għat-trasportaturi biex jissostanzjaw li destinazzjonijiet oħra jikkwalifikaw bl-istess mod bħala destinazzjonijiet ta' trasferiment. Ara l-premessa 90 ta' hawn taħt.

(28)  Eż/. Sentenza tat-30 ta' Settembru 2010, Uzonyi, C-133/09, ECLI:EU:C:2010:563, punt 31.

(29)  Ara l-premessi 15 u 16 ta' hawn fuq.

(30)  Permezz ta' tali għodod, passiġġier jista' jipprenota żewġ titjiriet suċċessivi u jibbenefika minn assigurazzjoni fejn meħtieġ, jiġifieri għal titjira sostituta jew lukanda jekk meħtieġa minħabba dewmien, kanċellazzjoni jew skedar mill-ġdid ta' titjiriet. “Dohop”(https://www.dohop.com/) and, “Kiwi” (https://www.kiwi.com/en/pages/content/about/) huma fornituri magħrufa b'mod ġenerali.

(31)  Kif spjegat hawn fuq (il-punti 12 u 85), estensjoni tal-għadd ta' slots ikkonċernati fl-Ajruport ta' Lelystad se ssir biss wara evalwazzjoni tar-reġim u biss wara approvazzjoni separata mill-Kummissjoni. Ir-reġim li tqies f'din id-deċiżjoni huwa limitat għall-ammont imsemmi hawn fuq ta' 10 000 slot.


Rettifika

26.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/38


Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 352 tal-24 ta' Diċembru 2013 )

F'paġna 11, fil-premessa (13), l-ewwel sentenza,

minflok:

“Għall-iskopijiet ta' trasparenza, trattament ugwali u monitoraġġ effettiv, dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna de minimis li għaliha jkun possibbli li tiġi kkalkulata bi preċiżjoni l-għotja grossa ekwivalenti ex ante mingħajr il-ħtieġa li ssir valutazzjoni tar-riskju (“għajnuna trasparenti”).”,

aqra:

“Għall-iskopijiet ta' trasparenza, trattament ugwali u monitoraġġ effettiv, dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna de minimis li għaliha jkun possibbli li jiġi kkalkulat bi preċiżjoni l-ekwivalenti ta' għotja gross ex ante mingħajr il-ħtieġa li ssir valutazzjoni tar-riskju (“għajnuna trasparenti”).”;

F'paġna 11, fil-premessa (14), it-tieni u t-tielet sentenza,

minflok:

“Biex jiġi ffaċilitat il-kalkolu, jeħtieġ li l-ammont tal-għajnuna mogħtija mhux skont fil-forma ta' għotja ta' flus kontanti jkun konvertit fl-ekwivalenti ta' għotja grossa ekwivalenti. Il-kalkolu tal-għotja grossa ekwivalenti fir-rigward ta' tipi trasparenti ta' għajnuna barra minn għotjiet jew ta' għajnuna li tkun pagabbli f'għadd ta' pagamenti jeħtieġ li jiġu użati ta' rati ta' imgħax tas-suq li jkunu qed jintużaw fil-mument li tkun ingħatat tali għajnuna.”,

aqra:

“Biex jiġi ffaċilitat il-kalkolu, jeħtieġ li l-ammont tal-għajnuna mogħtija mhux fil-forma ta' għotja ta' flus kontanti jkun konvertit fl-ekwivalenti ta' għotja gross. Il-kalkolu tal-ekwivalenti tal-għotja gross fir-rigward ta' tipi trasparenti ta' għajnuna barra minn għotjiet jew ta' għajnuna li tkun pagabbli f'għadd ta' pagamenti jeħtieġ li jiġu użati rati attwali ta' imgħax tas-suq fil-mument li tkun ingħatat tali għajnuna.”;

F'paġna 11, fil-premessa (15), l-ewwel sentenza,

minflok:

“L-għajnuna fil-forma ta' self, inkluż l-għajnuna għal finanzjament ta' riskju de minimis li tieħu l-forma ta' self għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata abbażi ta' rati attwali ta' imgħax tas-suq fil-mument li fih tingħata l-għotja.”,

aqra:

“L-għajnuna fil-forma ta' self, inkluż l-għajnuna għal finanzjament ta' riskju de minimis li tieħu l-forma ta' self għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk l-ekwivalenti ta' għotja gross ikun ġie kkalkulat abbażi ta' rati attwali ta' imgħax tas-suq fil-mument li fih tingħata l-għotja.”;

F'paġna 11, fil-premessa (15), it-tielet u r-raba' sentenza,

minflok:

“Fuq il-bażi tal-esperjenza tal-Kummissjoni, self assikurat b'garanzija li tkopri mill-inqas 50 % tas-self u li ma jkunx iktar minn ' EUR 75 000 fuq perjodu ta' ħames snin jew EUR 37 500 fuq perjodu ta' għaxar snin, jista' jitqies li l-għotja grossa ekwivalenti tiegħu ma tkunx iktar mil-limitu de minimis massimu. Minħabba d-diffikultajiet biex tiġi kkalkulata l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna mogħtija lil impriżi li jistgħu ma jkunux f'pożizzjoni li jħallsu lura s-self, din ir-regola m'għandhiex tapplika għal dawk l-impriżi.”,

aqra:

“Fuq il-bażi tal-esperjenza tal-Kummissjoni, self assikurat b'garanzija li tkopri mill-inqas 50 % tas-self u li ma jkunx iktar minn EUR 75 000 fuq perjodu ta' ħames snin jew EUR 37 500 fuq perjodu ta' għaxar snin, jista' jitqies li l-ekwivalenti ta' għotja gross tiegħu ma jkunx iktar mil-limitu de minimis massimu. Minħabba d-diffikultajiet biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti ta' għotja gross tal-għajnuna mogħtija lil impriżi li jistgħu ma jkunux f'pożizzjoni li jħallsu lura s-self, din ir-regola m'għandhiex tapplika għal dawk l-impriżi.”;

F'paġna 11, fil-premessa (17), l-ewwel sentenza,

minflok:

“Għajnuna li tikkonsisti f'garanziji, inkluż l-għajnuna de minimis għal finanzjament ta' riskju li tikkonsisti f'garanziji, għandha titqies li tkun trasparenti jekk l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata fuq il-bażi ta' primjums eżentati stipulati f'Avviż tal-Garanzija (3).”,

aqra:

“Għajnuna li tikkonsisti f'garanziji, inkluż l-għajnuna de minimis għal finanzjament ta' riskju li tikkonsisti f'garanziji, għandha titqies li tkun trasparenti jekk l-ekwivalenti ta' għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi ta' primjums eżentati stipulati f'Avviż tal-Garanzija (3).”;

F'paġna 11, fil-premessa (17), ir-raba' sentenza,

minflok:

“Fejn il-garanzija ma tkunx iktar minn 80 % tas-self sottostanti, l-ammont garantit ma tkunx iktar minn EUR 112 500 u t-tul ta' żmien tal-garanziji ma jkunx iktar minn ħames snin il-garanzija tista' tiġi kkunsidrata li għandha għotja grossa ekwivalenti li ma taqbiżx il-limitu de minimis.”,

aqra:

“Fejn il-garanzija ma tkunx iktar minn 80 % tas-self sottostanti, l-ammont garantit ma jkunx iktar minn EUR 112 500 u t-tul ta' żmien tal-garanziji ma jkunx iktar minn ħames snin il-garanzija tista' tiġi kkunsidrata li għandha ekwivalenti ta' għotja gross li ma jaqbiżx il-limitu de minimis.”;

F'paġna 11, fil-premessa (17), is-sitt u s-seba' sentenza,

minflok:

“Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jużaw metodoloġija biex jikkalkulaw l-għotja grossa ekwivalenti tal-garanziji li jkunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni bis-saħħa ta' Regolament ieħor tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f'dak iż-żmien, li l-Kummissjoni tkun aċċettatu bħala konformi mal-Avviż dwar il-Garanziji, jew skont kwalunkwe avviż suċċessiv, sakemm il-metodoloġija aċċettata tindirizza b'mod espliċitu t-tip ta' garanzija u t-tip ta' tranżazzjoni sottostanti trattati fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Minħabba d-diffikultajiet biex tiġi kkalkulata l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna mogħtija lil impriżi li jistgħu ma jkunux f'pożizzjoni li jħallsu lura s-self, din ir-regola m'għandhiex tapplika għal dawk l-impriżi.”,

aqra:

“Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jużaw metodoloġija biex jikkalkulaw l-ekwivalenti ta' għotja gross ta' garanziji li tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni bis-saħħa ta' Regolament ieħor tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f'dak iż-żmien u li l-Kummissjoni tkun aċċettata bħala konformi mal-Avviż tal-Garanzija, jew skont kwalunkwe avviż suċċessiv, sakemm il-metodoloġija aċċettata tindirizza b'mod espliċitu t-tip ta' garanzija u t-tip ta' tranżazzjoni sottostanti trattati fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Minħabba d-diffikultajiet biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti ta' għotja gross tal-għajnuna mogħtija lil impriżi li jistgħu ma jkunux f'pożizzjoni li jħallsu lura s-self, din ir-regola m'għandhiex tapplika għal dawk l-impriżi.”;

F'paġna 12, fil-premessa (19),

minflok:

“Wara li ssir notifika minn Stat Membru, il-Kummissjoni tista' teżamina jekk miżura li ma tikkonsistix minn għotja, self, garanzija, injezzjoni ta' kapital jew miżuri ta' finanzjament ta' riskju fil-forma ta' investiment ta' ishma jew quais-ishma, twassalx għal għotja grossa ekwivalenti li ma taqbiżx il-limitu de minimis u tista' għalhekk tidħol fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.”,

aqra:

“Wara li ssir notifika minn Stat Membru, il-Kummissjoni tista' teżamina jekk miżura li ma tikkonsistix minn għotja, self, garanzija, injezzjoni ta' kapital jew miżuri ta' finanzjament ta' riskju fil-forma ta' investiment ta' ishma jew quasi-ishma, twassalx għal ekwivalenti ta' għotja gross li ma jaqbiżx il-limitu de minimis u tista' għalhekk tidħol fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.”;

F'paġna 13, fl-Artikolu 3(6), fit-tielet sentenza; u f'paġna 14, fit-titolu tal-Artikolu 4,

minflok:

“l-għotja grossa ekwivalenti”,

aqra:

“l-ekwivalenti ta' għotja gross”;

F'paġna 14, fl-Artikolu 4(1),

minflok:

“Dan ir-Regolament japplika biss għall-għajnuna li għaliha huwa possibbli li tiġi kkalkulata b'mod preċiż l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna ex ante mingħajr il-ħtieġa ta' valutazzjoni tar-riskju (“għajnuna trasparenti”).”,

aqra:

“Dan ir-Regolament japplika biss għall-għajnuna li għaliha huwa possibbli li jiġi kkalkulat b'mod preċiż l-ekwivalenti ta' għotja gross tal-għajnuna ex ante mingħajr il-ħtieġa ta' valutazzjoni tar-riskju (“għajnuna trasparenti”).”;

F'paġna 14, fl-Artikolu 4(3), il-punti (b) u (c),

minflok:

“(b) is-self ikun assikurat b'garanzija li tkopri mill-inqas 50 % tas-self u s-self ikun ammont ta' EUR 75 000 fuq t-tul ta' żmien ta' ħames snin jew EUR 37 500 fuq tul ta' żmien ta' għaxar snin; jekk l-ammont tas-self ikun inqas minn dawk l-ammonti u/jew jingħata għal tul ta' żmien inqas minn ħames snin jew għaxar snin rispettivament, l-għotja grossa ekwivalenti ta' dak is-self tiġi kkalkulata bħala proporzjon ekwivalenti għal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew (c) l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata fuq il-bażi tar-rata ta' referenza applikabbli fil-mument tal-għotja.”,

aqra:

“(b) is-self ikun assikurat b'garanzija li tkopri mill-inqas 50 % tas-self u s-self ikun ammont ta' EUR 75 000 fuq it-tul ta' żmien ta' ħames snin jew EUR 37 500 fuq tul ta' żmien ta' għaxar snin; jekk l-ammont tas-self ikun inqas minn dawk l-ammonti u/jew jingħata għal tul ta' żmien inqas minn ħames snin jew għaxar snin rispettivament, l-ekwivalenti ta' għotja gross ta' dak is-self jiġi kkalkulat bħala proporzjon ekwivalenti għal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew (c) l-ekwivalenti ta' għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi tar-rata ta' referenza applikabbli fil-mument tal-għotja.”;

F'paġna 14, fl-Artikolu 4(6), il-punti (b) u (c),

minflok:

“(b) il-garanzija ma taqbiżx 80 % tas-self sottostanti u jew l-ammont garantit hu ta' EUR 112 500 u t-tul ta' żmien tal-garanzija hu ta' ħames snin jew l-ammont garantit hu EUR 56 250 u t-tul ta' żmien tal-garanzija hu ta' għaxar snin; jekk l-ammont garantit hu inqas minn dawn l-ammonti u/jew il-garanzija hi għal tul ta' żmien ta' inqas minn ħames jew għaxar snin rispettivament, l-għotja grossa ekwivalenti ta' dik il-garanziji tiġi kkalkulata bħala proporzjon ekwivalenti għal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew (c) l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata fuq il-bażi ta' primjums eżentati stipulati f'avviż tal-Kummissjoni; jew”,

aqra:

“(b) il-garanzija ma taqbiżx 80 % tas-self sottostanti u jew l-ammont garantit hu ta' EUR 112 500 u t-tul ta' żmien tal-garanzija hu ta' ħames snin jew l-ammont garantit hu EUR 56 250 u t-tul ta' żmien tal-garanzija hu ta' għaxar snin; jekk l-ammont garantit hu inqas minn dawk l-ammonti u/jew il-garanzija hi għal tul ta' żmien ta' inqas minn ħames jew għaxar snin rispettivament, l-ekwivalenti ta' għotja gross ta' dik il-garanzija jiġi kkalkulat bħala proporzjon ekwivalenti għal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew (c) l-ekwivalenti ta' għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi ta' primjums eżentati stipulati f'avviż tal-Kummissjoni; jew”;

F'paġna 14, fl-Artikolu 4, il-punt 6(d)(i),

minflok:

“(i) il-metodoloġija biex tiġi kkalkulata l-għotja grossa ekwivalenti tal-garanzija tkun ġiet notifikata lill-Kummissjoni skont kwalunkwe Regolament ieħor adottat mill-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f'dak iż-żmien, u l-metodoloġija aċċettata mill-Kummissjoni bħala li hi konformi mal-Avviż ta' Garanzija jew kwalunkwe Avviż sussegwenti, u”,

aqra:

“(i) il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti ta' għotja gross tal-garanzija tkun ġiet notifikata lill-Kummissjoni skont kwalunkwe Regolament ieħor adottat mill-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f'dak iż-żmien, u l-metodoloġija tkun ġiet aċċettata mill-Kummissjoni bħala li hi konformi mal-Avviż ta' Garanzija jew kwalunkwe Avviż sussegwenti, u”;

F'paġna 15, fl-Artikolu 6(1), l-ewwel sentenza,

minflok:

“Fejn Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jagħti għajnuna de minimis skont dan ir-Regolament lil impriża, huwa jinforma lil dik l-impriża bil-miktub dwar l-ammont tal-għajnuna espressa bħala għotja grossa ekwivalenti u dwar in-natura de minimis tagħha, billi ssir referenza diretta għal dan ir-Regolament, u billi jiġi kkwotat it-titolu tiegħu u r-referenza tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea”,

aqra:

“Fejn Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jagħti għajnuna de minimis skont dan ir-Regolament lil impriża, huwa jinforma lil dik l-impriża bil-miktub dwar l-ammont tal-għajnuna espress bħala ekwivalenti ta' għotja gross u dwar in-natura de minimis tagħha, billi ssir referenza diretta għal dan ir-Regolament, u billi jiġi kkwotat it-titolu tiegħu u r-referenza tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea”.


26.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/41


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/316 tal-21 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 51 I tat-22 ta' Frar 2019 )

F'paġna 2, fil-premessa 6,

minflok:

“għotja grossa ekwivalenti”,

aqra:

“ekwivalenti ta' għotja gross”;

F'paġna 3, fl-Artikolu 1(2), fl-emenda tat-tielet sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament (UE) Nru 1408/2013,

minflok:

“għotja grossa ekwivalenti”,

aqra:

“ekwivalenti ta' għotja gross”;

F'paġna 3, fl-Artikolu 1(3), fl-emenda tal-punt (b) tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1408/2013,

minflok:

“(b)

għall-miżuri li jaqgħu taħt l-Artiklu 3(2), is-self huwa assikurat b'garanzija li tkopri mill-anqas 50 % tas-self u s-self jammonta jew għal EUR 100 000 fuq ħames snin jew EUR 50 000 fuq għaxar snin, jew, għal miżuri li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(3a), jew EUR 125 000 fuq ħames snin jew EUR 62 500 fuq għaxar snin; jekk is-self ikun inqas minn dawk l-ammonti u/jew jingħata għal perjodu iqsar minn ħames jew għaxar snin rispettivament, l-għotja grossa ekwivalenti ta' dak is-self għandha tiġi kkalkulata bħala proporzjon korrispondenti għal-limiti massimi de minimis stabbiliti fl-Artikolu 3(2) jew (3a); jew”,

aqra:

“(b)

għall-miżuri li jaqgħu taħt l-Artiklu 3(2), is-self huwa assikurat b'garanzija li tkopri mill-anqas 50 % tas-self u s-self jammonta jew għal EUR 100 000 fuq ħames snin jew EUR 50 000 fuq għaxar snin, jew, għal miżuri li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(3a), jew EUR 125 000 fuq ħames snin jew EUR 62 500 fuq għaxar snin; jekk is-self ikun inqas minn dawk l-ammonti u/jew jingħata għal perjodu iqsar minn ħames jew għaxar snin rispettivament, l-ekwivalenti ta' għotja gross ta' dak is-self għandu jiġi kkalkulat bħala proporzjon korrispondenti għal-limiti massimi de minimis stabbiliti fl-Artikolu 3(2) jew (3a); jew”;

F'paġna 4, fl-Artikolu 1(3), fl-emenda tal-punt (b) tal-paragrafu 6 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1408/2013,

minflok:

“(b)

għall-miżuri li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(2), il-garanzija ma taqbiżx it-80 % tas-self sottostanti u, jew l-ammont garantit huwa EUR 150 000 u d-durata tal-garanzija hija ħames snin jew l-ammont garantit huwa EUR 75 000 u d-durata tal-garanzija hija għaxar snin, jew, għall-miżuri li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(3a), il- garanzija ma taqbiżx 80 % tas-self sottostanti u, jew l-ammont garantit huwa EUR 187 500 u d-durata tal- garanzija hija ħames snin jew l-ammont garantit huwa EUR 93 750 u d-durata tal-garanzija hija għaxar snin; jekk l-ammont garantit ikun inqas minn dawn l-ammonti u/jew jekk il-garanzija tkun għal perjodu ta' inqas minn ħames jew għaxar snin rispettivament, l-għotja grossa ekwivalenti ta' dik il-garanzija għandha tiġi kkalkulata bħala proporzjon korrispondenti tal-limiti massimi de minimis stabbiliti fl-Artikolu 3(2) jew (3a); jew”,

aqra:

“(b)

għall-miżuri li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(2), il-garanzija ma taqbiżx it-80 % tas-self sottostanti u, jew l- ammont garantit huwa EUR 150 000 u d-durata tal-garanzija hija ħames snin jew l-ammont garantit huwa EUR 75 000 u d-durata tal-garanzija hija għaxar snin, jew, għall-miżuri li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(3a), il- garanzija ma taqbiżx 80 % tas-self sottostanti u, jew l-ammont garantit huwa EUR 187 500 u d-durata tal-garanzija hija ħames snin jew l-ammont garantit huwa EUR 93 750 u d-durata tal-garanzija hija għaxar snin; jekk l-ammont garantit ikun inqas minn dawn l-ammonti u/jew jekk il-garanzija tkun għal perjodu ta' inqas minn ħames jew għaxar snin rispettivament, l-ekwivalenti ta' għotja gross ta' dik il-garanzija għandhu jiġi kkalkulat bħala proporzjon korrispondenti tal-limiti massimi de minimis stabbiliti fl-Artikolu 3(2) jew (3a); jew”.