ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 233I

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
10 ta' Settembru 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1393 meħuda bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, tal-10 ta' Settembru 2019 li tadotta l-lista tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi għall-ħatra bħala Membri tal-Kummissjoni

1

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

10.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 233/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1393

meħuda bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni,

tal-10 ta' Settembru 2019

li tadotta l-lista tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi għall-ħatra bħala Membri tal-Kummissjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) u (5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2013/272/UE tat-22 ta' Mejju 2013 dwar in-numru ta' membri tal-Kummissjoni Ewropea (1),

Billi:

(1)

Il-mandat tal-Kummissjoni maħtura permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2014/749/UE (2) jintemm fil-31 ta' Ottubru 2019.

(2)

Kummissjoni ġdida, li tikkonsisti minn ċittadin wieħed ta' kull Stat Membru, inkluż il-President tagħha u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, jenħtieġ li tinħatar sal-31 ta' Ottubru 2024.

(3)

Il-Kunsill Ewropew innomina lis-Sinjura Ursula VON DER LEYEN bħala l-persuna proposta lill-Parlament Ewropew bħala President tal-Kummissjoni, u l-Parlament Ewropew ħatarha bħala President tal-Kummissjoni fis-Sessjoni Plenarja tiegħu tas-16 ta' Lulju 2019.

(4)

Jenħtieġ li l-Kunsill jadotta bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni l-lista tal-persuni l-oħra li huwa jipproponi għall-ħatra bħala Membri tal-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2024.

(5)

Fil-5 ta' Awwissu 2019, il-Kunsill Ewropew, bi qbil mal-President elett tal-Kummissjoni, ħatar lis-Sur Josep BORRELL FONTELLES bħala Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà skont l-Artikolu 18(1) TUE.

(6)

Fit-23 ta' Awwissu 2019, il-Kunsill irċieva ittra mir-Rappreżentant Permanenti tar-Renju Unit għall-Unjoni Ewropea li tiddikjara li:

“Billi r-Renju Unit ser joħroġ mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta' Ottubru 2019, il-Prim Ministru ħabbar fil-House of Commons fil-25 ta' Lulju li m'aħniex ser ninnominaw Kummissarju tar-Renju Unit għall-Kummissjoni l-ġdida, u li l-intenzjoni ma kinitx li twaqqaf l-UE milli taħtar Kummissjoni ġdida.

Qed nikteb formalment biex nikkonferma li, f'konformità mad-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru, ir-Renju Unit mhux ser jinnomina kandidat għall-Kulleġġ tal-Kummissarji 2019-2024”.

(7)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(7) TUE, il-President elett tal-Kummissjoni nnotifikat il-qbil tagħha.

(8)

Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(7) TUE, il-President, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Membri l-oħra tal-Kummissjoni huma soġġetti bħala korp għal vot ta' kunsens mill-Parlament Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bi qbil komuni mas-Sinjura Ursula VON DER LEYEN, il-President elett tal-Kummissjoni, il-Kunsill b'dan jipproponi l-persuni li ġejjin għall-ħatra bħala Membri tal-Kummissjoni Ewropea sal-31 ta' Ottubru 2024:

 

Is-Sinjura Helena DALLI

 

Is-Sur Valdis DOMBROVSKIS

 

Is-Sinjura Elisa FERREIRA

 

Is-Sinjura Mariya GABRIEL

 

Is-Sur Paolo GENTILONI

 

Is-Sinjura Sylvie GOULARD

 

Is-Sur Johannes HAHN

 

Is-Sur Phil HOGAN

 

Is-Sinjura Ylva JOHANSSON

 

Is-Sinjura Věra JOUROVÁ

 

Is-Sinjura Stella KYRIAKIDES

 

Is-Sur Janez LENARČIČ

 

Is-Sinjura Rovana PLUMB

 

Is-Sur Didier REYNDERS

 

Is-Sur Margaritis SCHINAS

 

Is-Sur Nicolas SCHMIT

 

Is-Sur Maroš ŠEFČOVIČ

 

Is-Sinjura Kadri SIMSON

 

Is-Sur Virginijus SINKEVIČIUS

 

Is-Sinjura Dubravka ŠUICA

 

Is-Sur Frans TIMMERMANS

 

Is-Sur László TRÓCSÁNYI

 

Is-Sinjura Jutta URPILAINEN

 

Is-Sinjura Margrethe VESTAGER

 

Is-Sur Janusz WOJCIECHOWSKI

kif ukoll:

 

Is-Sur Josep BORRELL FONTELLES, maħtur Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta ' Sigurtà.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Settembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TUPPURAINEN


(1)  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 98.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2014/749/UE tat-23 ta' Ottubru 2014 li taħtar lill-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 36).