ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 228

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
4 ta' Settembru 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1383 tat-8 ta' Lulju 2019 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tas-sistemi ta' ġestjoni tas-sikurezza fl-organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u t-tnaqqis tar-rekwiżiti għall-inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali b'rabta mal-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1384 tal-24 ta' Lulju 2019 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 965/2012 u (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tal-użu tal-inġenji tal-ajru elenkati fuq ċertifikat ta' operatur tal-ajru għal operazzjonijiet mhux kummerċjali u operazzjonijiet speċjalizzati, l-istabbiliment ta' rekwiżiti operattivi għat-twettiq ta' titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni, l-istabbiliment ta' regoli dwar operazzjonijiet mhux kummerċjali b'ekwipaġġ tal-kabina mnaqqas abbord u l-introduzzjoni ta' aġġornamenti editorjali dwar ir-rekwiżiti tal-operazzjonijiet bl-ajru ( 1 )

106

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1385 tat-3 ta' Settembru 2019 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2019) 6432)  ( 1 )

141

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

4.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1383

tat-8 ta' Lulju 2019

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tas-sistemi ta' ġestjoni tas-sikurezza fl-organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u t-tnaqqis tar-rekwiżiti għall-inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali b'rabta mal-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1) u l-Artikolu 62(14) u (15) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (2) fih regoli relatati mal-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' ċerti inġenji tal-ajru. Fl-interess tal-proporzjonalità, hemm bżonn li dawk ir-regoli jiġu adattati billi jiġu introdotti rekwiżiti simplifikati li jikkorrispondu għar-riskji inferjuri assoċjati ma' inġenji tal-ajru ħfief fl-avjazzjoni ġenerali, li mhumiex elenkati fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru ta' operatur tal-ajru li ngħata l-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għal dak l-għan, għandu jiġi introdott sett ġdid ta' rekwiżiti li jiżgura l-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru ta' dak it-tip. Dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu anqas stretti mir-rekwiżiti attwali fil-programmi ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru, ir-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u d-differiment tad-difetti. Meta t-tali rekwiżiti tal-manutenzjoni jkunu applikabbli għal inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni, is-sid tat-tali inġenji tal-ajru għandu jitħalla jagħti b'kuntratt kompiti ta' manutenzjoni lil organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont l-Anness II (Parti-145) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

(2)

Sett ġdid ta' regoli li jippermetti għal aktar flessibbiltà rigward id-definizzjoni u l-eżekuzzjoni tal-programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru għandu jiġi introdott għal inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni u li mhumiex elenkati fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru ta' operatur tal-ajru li ngħata l-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008. Konsegwentement, għandha tiġi introdotta approvazzjoni ġdida tal-organizzazzjonijiet, b'rekwiżiti anqas stretti u privileġġi kombinati għall-manutenzjoni, il-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u għar-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u l-permessi tat-titjir.

(3)

Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (4), id-detenturi ta' ċertifikat ta' operatur tal-ajru (“AOC”) bħalissa huma meħtieġa jkollhom sistema ta' ġestjoni fis-seħħ, li tinkludi l-ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza tal-attivitajiet tagħhom. Waħda minn dawn l-attivitajiet hi l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-flotta ta' inġenji tal-ajru tagħhom, li titwettaq mill-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (“CAMO”) tagħhom stess, approvata skont is-Sottoparti G tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014. Madankollu, is-Sottoparti G tal-Anness I bħalissa ma fiha ebda rekwiżit għall-ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza fi ħdan is-CAMO. Għaldaqstant, għandha tiġi introdotta sistema ta' ġestjoni tas-CAMOs, li tinkludi l-ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza għall-organizzazzjonijiet li jiġġestixxu l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru użati mid-detenturi ta' AOCs. Dik is-sistema ta' ġestjoni għandha tapplika għas-CAMOs kollha li jiġġestixxu l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà.

(4)

Għandu jiġi pprovdut perjodu ta' tranżizzjoni suffiċjenti għal organizzazzjonijiet involuti fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru u tal-komponenti biex tiġi żgurata konformità mar-regoli u l-proċeduri l-ġodda introdotti b'dan ir-Regolament.

(5)

Biex jiġu żgurati regoli proporzjonati għal inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni u li mhumiex elenkati fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru ta' operatur tal-ajru li ngħata l-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, il-prinċipji dwar il-ġestjoni tas-sikurezza m'għandhomx ikunu japplikaw għal organizzazzjonijiet kombinati tal-ajrunavigabbiltà.

(6)

Barra minn hekk, hu xieraq ukoll li r-rekwiżiti għall-awtoritajiet kompetenti jiġu allinjati mal-iżviluppi ta' kunċetti ta' ġestjoni tas-sikurezza mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-introduzzjoni tas-sistema ta' ġestjoni tal-awtorità, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-programm ta' sikurezza tal-istat u l-iżgurar tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet.

(7)

Valutazzjoni żbaljata tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru minħabba rekords mhux kompleti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tista' tippreżenta riskju għas-sikurezza tat-titjira. Għaldaqstant, ir-regoli eżistenti dwar ir-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandhom jiġu emendati.

(8)

Ċerti żbalji editorjali li jwasslu għal diffikultajiet ta' interpretazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 għandhom jiġu kkoreġuti.

(9)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 għandu jiġi emendat.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjonijiet Nru 05/2016 (5), Nru 06/2016 (6) u Nru 13/2016 (7) maħruġa mill-Aġenzija skont l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 127(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Rekwiżiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

1.   Il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1 u l-komponenti għall-installazzjoni fuqhom għandha tiġi żgurata skont ir-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-M), ħlief għal inġenji tal-ajru elenkati fl-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 2 li għalih għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness Vb (Parti-ML).

2.   Ir-rekwiżiti tal-Anness Vb (Parti-ML) għandhom japplikaw għall-inġenji tal-ajru li ġejjin ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni:

(a)

ajruplani b'massa massima waqt it-tlugħ ta' 2 730 kg jew anqas;

(b)

inġenji tal-ajru kbar li jaħdmu bir-rotors b'massa massima waqt it-tlugħ ta' 1 200 kg jew anqas, iċċertifikati għal massimu ta' 4 okkupanti;

(c)

inġenji tal-ajru oħra ELA2.

Meta l-inġenju tal-ajru msemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel sottoparagrafu jkun elenkat fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru ta' operatur tal-ajru li ngħata l-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-M).

3.   Biex jiġu elenkat fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru ta' operatur tal-ajru li ngħata l-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, l-inġenju tal-ajru msemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jkun konformi mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

il-programm ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru tiegħu jkun ġie approvat mill-awtorità kompetenti skont il-punt M.A.302 tal-Anness I (Parti-M);

(b)

il-manutenzjoni li għandha ssir u li hi meħtieġa mill-programm ta' manutenzjoni msemmi fil-punt (a) twettqet u ġiet iċċertifikata skont il-punti 145.A.48 u 145.A.50 tal-Anness II (Parti-145);

(c)

saret reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u nħareġ ċertifikat ġdid tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.901 tal-Anness I (Parti-M).

4.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1, li għalihom ikun inħareġ permess għat-titjir, għandha tiġi żgurata abbażi tal-arranġamenti speċifiċi tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà kif iddefinit fil-permess għat-titjir maħruġ skont l-Anness I (Parti-21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (*1).

5.   Il-programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru għal inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1 li jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifikati fil-punt M.A.302 tal-Anness I (Parti-M) applikabbli qabel l-20 ta' Awwissu 2019 għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti speċifikati fil-punt M.A.302 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt ML.A.302 tal-Anness Vb (Parti-ML), skont kif applikabbli, skont il-paragrafi 1 u 2.

6.   L-operaturi għandhom jiżguraw il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1 u l-komponenti għall-installazzjoni fuqhom skont ir-rekwiżiti tal-Anness Va (Parti-T).

7.   Il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' ajruplani b'massa ċċertifikata massima waqt it-tlugħ ta' 5 700 kg jew anqas li huma mgħammra b'magni turboprop multipli għandha tiġi żgurata skont ir-rekwiżiti applikabbli għal inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni kif stipulat fil-punti M.A.201, M.A.301, M.A.302, M.A.601 u M.A.803 tal-Anness I (Parti-M), il-punt 145.A.30 tal-Anness II (Parti-145), il-punti 66.A.5, 66.A.30, 66.A.70, l-Appendiċi V u VI tal-Anness III (Part-66), il-punt CAMO.A.315 tal-Anness Vc (Parti-CAMO), il-punt CAO.A.010 u l-Appendiċi I tal-Anness Vd (Parti-CAO) sa fejn dawn japplikaw għal inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni.

(*1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta' inġenji tal-ajru u ta' prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).”"

(2)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Approvazzjonijiet għal organizzazzjonijiet involuti fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

1.   L-organizzazzjonijiet involuti fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u tal-komponenti għall-installazzjoni fuqhom, inkluża l-manutenzjoni, għandhom ikunu approvati, fuq talba tagħhom, mill-awtorità kompetenti skont ir-rekwiżiti tal-Anness II (Parti-145), l-Anness Vc (Parti-CAMO) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), skont kif ikun applikabbli għall-organizzazzjonijiet rispettivi.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, sal-20 ta' Awwissu 2020 l-organizzazzjonijiet, fuq talba tagħhom, jistgħu jinħarġulhom approvazzjonijiet mill-awtorità kompetenti skont ir-rekwiżiti tas-Sottoparti F u s-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M). Dawk l-approvazzjonijiet għandhom ikunu validi sal-20 ta' Awwissu 2021.

3.   L-approvazzjonijiet tal-manutenzjoni maħruġa jew rikonoxxuti minn Stat Membru skont l-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni JAR-145 imsemmija fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (*2) u validi qabel id-29 ta' Novembru 2003 għandhom jitqiesu li nħarġu skont ir-rekwiżiti tal-Anness II (Parti-145) ta' dan ir-Regolament.

4.   L-organizzazzjonijiet li jkollhom approvazzjoni valida maħruġa skont is-Sottoparti F jew is-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M) jew skont l-Anness II (Parti-145) għandha tinħarġilhom, fuq talba tagħhom, Formola 3-CAO mill-awtorità kompetenti kif stipulat fl-Appendiċi 1 għall-Anness Vd (Parti-CAO).

Il-privileġġi tat-tali organizzazzjoni taħt l-approvazzjoni maħruġa skont l-Anness Vd (Parti-CAO) għandhom ikunu l-istess bħall-privileġġi taħt l-approvazzjoni maħruġa skont is-Sottoparti F jew is-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M) jew l-Anness II (Parti-145). Madankollu, dawk il-privileġġi m'għandhomx jisbqu l-privileġġi ta organizzazzjoni msemmija fit-Taqsima A tal-Anness Vd (Parti-CAO).

L-organizzazzjoni tista' tikkoreġi kwalunkwe sejba ta' nuqqas ta' konformità mal-Anness Vd (Parti-CAO) sal-20 ta' Awwissu 2021. Jekk wara dik id-data s-sejbiet ma jkunux għadhom ġew ikkoreġuti, l-approvazzjoni għandha tiġi rrevokata.

Sakemm l-organizzazzjoni tikkonforma mal-Anness Vd (Parti-CAO) jew sal-20 ta' Awwissu 2021, skont liema data minn dawn it-tnejn taħbat l-ewwel, din għandha tiġi ċċertifikata u ssorveljata skont is-Sottoparti F jew is-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M) jew l-Anness II (Parti-145), skont kif applikabbli.

5.   Approvazzjonijiet validi tal-organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà maħruġa skont is-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M) għandhom jitqiesu li nħarġu skont l-Anness Vc (Parti-CAMO).

L-organizzazzjoni tista' tikkoreġi kwalunkwe sejba ta' nuqqas ta' konformità mal-Anness Vc (Parti-CAMO) sal-20 ta' Awwissu 2021.

Jekk l-organizzazzjoni tikkoreġi s-sejbiet sa dik id-data, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat tal-approvazzjoni tal-Formola 14 ġdid skont l-Anness Vc (Parti-CAMO). Jekk wara dik id-data s-sejbiet ma jkunux għadhom ġew ikkoreġuti, l-approvazzjoni għandha tiġi rrevokata.

Sakemm l-organizzazzjoni tikkonforma mal-Anness Vc (Parti-CAMO) jew l-20 ta' Awwissu 2021, skont liema data minn dawn it-tnejn taħbat l-ewwel, din għandha tiġi ċċertifikata u ssorveljata skont is-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M).

6.   Ċertifikati ta' rilaxx għas-servizz u ċertifikati ta' rilaxx awtorizzat maħruġa qabel it-28 ta' Ottubru 2008 minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn hi stabbilita l-organizzazzjoni, għal inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni mhux involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru, inkluż kwalunkwe komponent għall-installazzjoni fuqhom, għandhom jitqiesu li nħarġu skont il-punti M.A.801, M.A.802 tal-Anness I (Parti-M) u l-punt 145.A.50 tal-Anness II (Parti-145).

(*2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4).”;"

(3)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-persunal taċ-ċertifikazzjoni għandu jkun kwalifikat skont ir-rekwiżiti tal-Anness III (Parti-66), ħlief kif previst fil-punti M.A.606(h), M.A.607(b), M.A.801(d) u M.A.803 tal-Anness I (Parti-M), fil-punti ML.A.801(c) u ML.A.803 tal-Anness Vb (Parti-ML), fil-punti CAO.A.035(d) u CAO.A.040(b) tal-Anness Vd (Parti-CAO) u fil-punti 145.A.30(j) tal-Appendiċi IV għall-Anness II (Parti-145).”;

(4)

jiddaħħal l-Artikolu 7a li ġej:

“Artikolu 7a

Awtoritajiet kompetenti

1.   Meta Stat Membru jaħtar aktar minn entità waħda bħala awtorità kompetenti bis-setgħat neċessarji u r-responsabbiltajiet allokati għaċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza ta' persuni u organizzazzjonijiet soġġetti għal dan ir-Regolament, għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-oqsma ta' kompetenza ta' kull awtorità kompetenti għandhom jiġu ddefiniti b'mod ċar, b'mod partikolari f'termini tar-responsabbiltajiet u l-limitazzjonijiet ġeografiċi;

(b)

għandha tiġi stabbilita koordinazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet biex jiġu żgurati ċertifikazzjoni u sorveljanza effettivi tal-organizzazzjonijiet u l-persuni kollha soġġetti għal dan ir-Regolament fil-mandati rispettivi tagħhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom ma jwettaqx attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u sorveljanza meta jkun hemm indikazzjonijiet li dawn jistgħu jwasslu, direttament jew indirettament, għal kunflitt ta' interess, b'mod partikolari meta jkunu relatati ma' interess familjari jew finanzjarju.

3.   Fejn ikun hemm bżonn li jwettqu kompiti ta' ċertifikazzjoni jew sorveljanza skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħa biex:

(a)

jeżaminaw ir-rekords, id-data, il-proċeduri u kwalunkwe materjal ieħor li jkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti ta' ċertifikazzjoni u/jew ta' sorveljanza;

(b)

jagħmlu kopji tat-tali rekords, data, proċeduri u materjal ieħor, jew jieħdu siltiet minnhom;

(c)

jitolbu spjegazzjoni orali fuq il-post mingħand kwalunkwe membru tal-persunal ta' dawk l-organizzazzjonijiet;

(d)

jidħlu fil-bini, is-siti operazzjonali jew il-mezzi tat-trasport rilevanti li jkunu proprjetà ta' dawk il-persuni jew li jintużaw minnhom;

(e)

iwettqu awditi, investigazzjonijiet, valutazzjonijiet, spezzjonijiet, li jinkludu spezzjonijiet mhux imħabbra, fir-rigward ta' dawk l-organizzazzjonijiet;

(f)

jieħdu jew jagħtu bidu għal miżuri ta' infurzar skont kif xieraq.

4.   Is-setgħat imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mad-dispożizzjonijiet legali tal-Istat Membru rilevanti.”;

(5)

L-Artikolu 9 jitħassar;

(6)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(7)

L-Anness II huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament;

(8)

L-Anness III huwa emendat f'konformità mal-Anness III ta' dan ir-Regolament;

(9)

L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament;

(10)

L-Anness Va huwa emendat skont l-Anness V ta' dan ir-Regolament;

(11)

it-test stipulat fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness Vb;

(12)

it-test stipulat fl-Anness VII ta' dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness Vc;

(13)

it-test stipulat fl-Anness VIII ta' dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness Vd.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-20 ta' Frar 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(5)  Opinjoni Nru 05/2016: Task force għar-reviżjoni tal-Parti-M għall-Avjazzjoni Ġenerali.

(6)  Opinjoni Nru 06/2016: Inkorporazzjoni tar-rekwiżiti tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza (SMS) fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 – SMS fil-Parti-M.

(7)  Opinjoni Nru 13/2016: Rekords tekniċi

(8)  Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 hu emendat kif ġej:

(1)

il-werrej huwa sostitwit kif ġej:

“WERREJ

M.1

TAQSIMA A — REKWIŻITI TEKNIĊI

SOTTOPARTI A — ĠENERALI

M.A.101

Kamp ta' applikazzjoni

SOTTOPARTI B — RESPONSABBILTÀ

M.A.201

Responsabbiltajiet

M.A.202

Rapportar ta' okkorrenza

SOTTOPARTI C — IL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

M.A.301

Kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

M.A.302

Programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru

M.A.303

Id-direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà

M.A.304

Data għal modifiki u tiswijiet

M.A.305

Sistema ta' reġistrazzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru

M.A.306

Sistema ta' reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru

M.A.307

Trasferiment ta' rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru

SOTTOPARTI D — STANDARDS TA' MANUTENZJONI

M.A.401

Data tal-manutenzjoni

M.A.402

Twettiq tal-manutenzjoni

M.A.403

Difetti tal-inġenju tal-ajru

SOTTOPARTI E — KOMPONENTI

M.A.501

Klassifikazzjoni u installazzjoni

M.A.502

Manutenzjoni tal-komponenti

M.A.503

Parts li jintużaw għal żmien limitat u komponenti kkontrollati biż-żmien

M.A.504

Segregazzjoni tal-komponenti

SOTTOPARTI F — ORGANIZZAZZJONI TAL-MANUTENZJONI

M.A.601

Kamp ta' applikazzjoni

M.A.602

Applikazzjoni

M.A.603

Termini tal-approvazzjoni

M.A.604

Manwal tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni

M.A.605

Faċilitajiet

M.A.606

Rekwiżiti tal-persunal

M.A.607

Il-persunal li jiċċertifika u l-persunal għar-reviżjoni tal-kontinwità fl-ajrunavigabbiltà

M.A.608

Komponenti, tagħmir u għodod

M.A.609

Data tal-manutenzjoni

M.A.610

Ordnijiet ta' xogħol ta' manutenzjoni

M.A.611

Standards tal-manutenzjoni

M.A.612

Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru

M.A.613

Ċertifikat għall-komponenti biex jinħarġu għall-użu

M.A.614

Rekords tal-manutenzjoni u tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà

M.A.615

Privileġġi tal-organizzazzjoni

M.A.616

Reviżjoni organizzazzjonali

M.A.617

Bidliet fl-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni

M.A.618

Validità kontinwata tal-approvazzjoni

M.A.619

Sejbiet

SOTTOPARTI G — ORGANIZZAZZJONI TAL-ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

M.A.701

Kamp ta' Applikazzjoni

M.A.702

Applikazzjoni

M.A.703

Termini tal-approvazzjoni

M.A.704

Espożizzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

M.A.705

Faċilitajiet

M.A.706

Rekwiżiti tal-persunal

M.A.707

Persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà

M.A.708

Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

M.A.709

Dokumentazzjoni

M.A.710

Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà

M.A.711

Privileġġi tal-organizzazzjoni

M.A.712

Sistema tal-kwalità

M.A.713

Bidliet fl-organizzazzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata

M.A.714

Żamma tar-rekords

M.A.715

Validità kontinwata tal-approvazzjoni

M.A.716

Sejbiet

SOTTOPARTI H — ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ (CRS)

M.A.801

Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru

M.A.802

Ċertifikat għall-komponenti biex jinħarġu għall-użu

M.A.803

Awtorizzazzjoni għall-bdot-sid

SOTTOPARTI I — ĊERTIFIKAT TAR-REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

M.A.901

Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru

M.A.902

Validità taċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà

M.A.903

Trasferiment tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru fi ħdan l-UE

M.A.904

Reviżjoni tan-navigabbiltà tal-inġenju tal-ajru importat fl-UE

M.A.905

Sejbiet

TAQSIMA B — PROĊEDURA GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

SOTTOPARTI A — ĠENERALI

M.B.101

Kamp ta' applikazzjoni

M.B.102

Awtorità kompetenti

M.B.103

Sejbiet u miżuri ta' infurzar - il-persuni

M.B.104

Żamma tar-rekords

M.B.105

Skambju reċiproku ta' informazzjoni

SOTTOPARTI B — RESPONSABBILTÀ

M.B.201

Responsabbiltajiet

M.B.202

Informazzjoni lill-Aġenzija

SOTTOPARTI C — IL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

M.B.301

Programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru

M.B.302

Eżenzjonijiet

M.B.303

Monitoraġġ tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru

M.B.304

Ir-revoka, is-sospensjoni u l-limitazzjoni

M.B.305

Sistema ta' reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru

SOTTOPARTI D — STANDARDS TA' MANUTENZJONI

SOTTOPARTI E — KOMPONENTI

SOTTOPARTI F — ORGANIZZAZZJONI TAL-MANUTENZJONI

M.B.601

Applikazzjoni

M.B.602

Approvazzjoni Inizjali

M.B.603

Ħruġ tal-approvazzjoni

M.B.604

Superviżjoni kontinwa

M.B.605

Sejbiet

M.B.606

Tibdiliet

M.B.607

Ir-revoka, is-sospensjoni u l-limitazzjoni ta' approvazzjoni

SOTTOPARTI G — ORGANIZZAZZJONI TAL-ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

M.B.701

Applikazzjoni

M.B.702

Approvazzjoni inizjali

M.B.703

Ħruġ tal-approvazzjoni

M.B.704

Superviżjoni kontinwa

M.B.705

Sejbiet

M.B.706

Tibdiliet

M.B.707

Ir-revoka, is-sospensjoni u l-limitazzjoni ta' approvazzjoni

SOTTOPARTI H — ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ (CRS)

SOTTOPARTI I — ĊERTIFIKAT TAR-REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

M.B.901

Valutazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet

M.B.902

Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà mill-awtorità kompetenti

M.B.903

Sejbiet

M.B.904

Skambju reċiproku ta' informazzjoni

Appendiċi I — Kuntratt ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

Appendiċi II — Ċertifikat għar-Rilaxx Awtorizzat — Formola 1 tal-EASA

Appendiċi III — Ċertifikat għar-Reviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà — Formola 15 tal-EASA

Appendiċi IV — Sistema ta' Klassijiet u Klassifikazzjonijiet li għandha tintuża għall-Approvazzjoni tal-Organizzazzjonijiet tal-Manutenzjoni msemmija fl-Anness I (Parti-M) Sottoparti F u fl-Anness II (Parti-145)

Appendiċi V — Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni msemmija fl-Anness I (Parti-M), Sottoparti F

Appendiċi VII — Kompiti Kumplessi ta' Manutenzjoni

Appendiċi VIII — Manutenzjoni Limitata tal-Bdot-Sid”;

(2)

Il-punt M.1 hu emendat kif ġej:

(a)

il-punt 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.

għall-approvazzjoni ta' programmi ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru (‘AMP’), waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

l-awtorità magħżula mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(ii)

jekk qabel l-approvazzjoni tal-programm ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru l-Istat Membru tar-reġistru jaqbel, waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-awtorità magħżula mill-Istat Membru fejn l-operatur għandu s-sede prinċipali tiegħu jew, f'każ li l-operatur ma jkollu ebda sede prinċipali, l-awtorità magħżula mill-Istat Membru fejn hu stabbilit l-operatur jew fejn jirresjedi l-operatur;

(b)

l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza tal-organizzazzjoni li timmaniġġja l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru jew li magħha s-sid ikun ikkonkluda kuntratt limitat skont il-punt (i)(1) tal-punt M.A.201.”

(b)

il-punt 4 hu mħassar;

(3)

il-punt M.A.101 huwa sostitwit b'dan li ġej:

M.A.101   Kamp ta' applikazzjoni

Din it-Taqsima tistabbilixxi l-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li tinżamm l-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, inkluża l-manutenzjoni tiegħu. Din tispeċifika wkoll l-kondizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati mill-persuni jew l-organizzazzjonijiet involuti fit-tali attivitajiet.”;

(4)

fil-punt M.A.201, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

Is-sid tal-inġenju tal-ajru għandu jkun responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u għandu jiżgura li ma sseħħ l-ebda titjira sakemm ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(1)

l-inġenju tal-ajru hu mantnut f'kundizzjoni tajba għat-titjir;

(2)

kwalunkwe tagħmir operattiv u ta' emerġenza mwaħħal ikun ġie installat b'mod korrett u jkun ta' tip li jista' jsir servizz fuqu jew ikun identifikat b'mod ċar bħala li ma jistax isir servizz fuqu;

(3)

iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà hu validu;

(4)

il-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru ssir skont l-AMP speċifikat fil-punt M.A.302.”;

(5)

fil-punt M.A.201, il-punti (d) sa (i) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(d)

Il-bdot fil-kmand jew, fil-każ ta' inġenju tal-ajru użat mit-trasportaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, l-operatur għandu jkun responsabbli għat-twettiq sodisfaċenti tal-ispezzjoni ta' qabel it-titjira. Dik l-ispezzjoni għandha titwettaq mill-bdot jew minn persuna oħra kwalifikata iżda m'għandux ikollha bżonn titwettaq minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata jew mill-persunal taċ-ċertifikazzjoni.

(e)

Fil-każ tal-inġenju tal-ajru użat minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, l-operatur għandu jkun responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru li jopera u għandu:

(1)

jiżgura li ma ssir l-ebda titjira sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a);

(2)

jieħu l-passi neċessarji biex jiżgura l-approvazzjoni tiegħu bħala organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (‘CAMO’) skont l-Anness Vc (Parti-CAMO), bħala parti miċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru għall-inġenju tal-ajru li jopera;

(3)

jieħu l-passi neċessarji biex jiżgura l-approvazzjoni tiegħu skont l-Anness II (Parti-145) jew jikkonkludi kuntratt bil-miktub skont il-punt (c) tal-punt CAMO.A.315 tal-Anness Vc (Parti-CAMO) ma' organizzazzjoni li ġiet approvata skont l-Anness II (Parti-145).

(f)

Għal inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni użati għal operazzjonijiet speċjalizzati kummerċjali, għal operazzjonijiet CAT għajr dawk imwettqa minn operaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 jew minn Organizzazzjonijiet tat-Taħriġ Approvati (‘ATO’) u Organizzazzjonijiet tat-Taħriġ Iddikjarati (‘DTO’) kummerċjali msemmija fl-Artikolu 10a tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, l-operatur għandu jiżgura li:

(1)

ma ssir l-ebda titjira sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a);

(2)

il-kompiti assoċjati mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jitwettqu minn CAMO approvata skont l-Anness Vc (Parti-CAMO); meta l-operatur stess ma jkunx approvat hu stess skont dik it-Taqsima, għandu jikkonkludi kuntratt bil-miktub rigward it-twettiq ta' dawk il-kompiti skont l-Appendiċi I għal dan l-Anness ma' organizzazzjoni approvata skont l-Anness Vc (Parti-CAMO);

(3)

is-CAMO imsemmija fil-punt (2) hi approvata skont l-Anness II (Parti-145) bħala organizzazzjoni biex tikkwalifika għall-ħruġ ta' approvazzjoni għall-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru u tal-komponenti għall-installazzjoni fuqu, jew li s-CAMO tkun ikkonkludiet kuntratt bil-miktub skont il-punt (c) tal-punt CAMO.A.315 tal-Anness Vc (Parti-CAMO) ma' organizzazzjonijiet approvati skont l-Anness II (Parti-145).

(g)

Għall-inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni mhux inklużi fil-punti (e) u (f), is-sid għandu jiżgura li:

(1)

ma ssir l-ebda titjira sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a);

(2)

il-kompiti assoċjati mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jitwettqu minn CAMO approvata skont l-Anness Vc (Parti-CAMO); meta s-sid ma jkunx hu stess CAMO approvata skont l-Anness Vc (Parti-CAMO), għandu jikkonkludi kuntratt bil-miktub rigward it-twettiq ta' dawk il-kompiti skont l-Appendiċi I għal dan l-Anness ma' organizzazzjoni approvata skont l-Anness Vc (Parti-CAMO);

(3)

is-CAMO imsemmija fil-punt (2) hi approvata skont l-Anness II (Parti-145) bħala organizzazzjoni biex tikkwalifika għall-ħruġ ta' approvazzjoni għall-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru u tal-komponenti għall-installazzjoni fuqu, jew li s-CAMO tkun ikkonkludiet kuntratt bil-miktub skont il-punt (c) tal-punt CAMO.A.315 tal-Anness Vc (Parti-CAMO) ma' organizzazzjonijiet approvati skont l-Anness II (Parti-145).

(h)

Għal inġenji tal-ajru ħlief dawk kumplessi li jaħdmu bil-magni użati għal operazzjonijiet speċjalizzati kummerċjali, għal operazzjonijiet CAT għajr dawk imwettqa minn operaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 jew minn ATOs u DTOs kummerċjali msemmija fl-Artikolu 10a tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, l-operatur għandu jiżgura li:

(1)

ma ssir l-ebda titjira sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a);

(2)

il-kompiti assoċjati mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jitwettqu minn CAMO approvata skont l-Anness Vc (Parti-CAMO) jew organizzazzjoni tal-ajrunavigabbiltà kombinata (‘CAO’) approvata skont l-Anness Vd (Parti-CAO); meta l-operatur ma jkunx CAMO approvata skont l-Anness Vc (Parti-CAMO) jew CAO approvat skont l-Anness Vd (Parti-CAO), għandu jikkonkludi kuntratt bil-miktub skont l-Appendiċi I għal dan l-Anness ma' CAMO approvata skont l-Anness Vc (Parti-CAMO) jew CAO approvata skont l-Anness Vd (Parti-CAO);

(3)

is-CAMO jew is-CAO imsemmija fil-punt (2) hi approvata skont l-Anness II (Parti-145) jew skont il-Parti-M, Sottoparti F ta' dan l-Anness jew bħala CAO bi privileġġi ta' manutenzjoni, jew dik is-CAMO tkun ikkonkludiet kuntratt bil-miktub skont il-punt (c) tal-punt CAMO.A.315 tal-Anness Vc (Parti-CAMO) ma' organizzazzjonijiet approvati skont l-Anness II (Parti-145) jew skont is-Sottoparti F tal-Parti-M ta' dan l-Anness jew l-Anness Vd (Parti-CAO) bi privileġġi ta' manutenzjoni.

(i)

Għal inġenji tal-ajru ħlief dawk kumplessi li jaħdmu bil-magni mhux inklużi fil-punti (e) u (h), jew użati għal operazzjonijiet limitati, is-sid għandu jiżgura li t-titjira sseħħ biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (a). Għal dak l-għan, is-sid għandu, b'mod alternattiv:

(1)

jattribwixxi l-kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt M.A. 301 lil CAMO jew CAO permezz ta' kuntratt bil-miktub konkluż skont l-Appendiċi I;

(2)

iwettaq dawk il-kompiti hu stess.

Jekk is-sid jagħżel li jwettaq dawk il-kompiti hu stess, hu jista' jiddeċiedi li ma jwettaqx il-kompiti tal-iżvilupp u tal-proċessar tal-approvazzjoni tal-AMP biss jekk dawk il-kompiti jitwettqu minn CAMO jew CAO permezz ta' kuntratt bil-miktub konkluż skont il-punt M.A.302.”

(6)

il-punt M.A.202 huwa sostitwit b'dan li ġej:

M.A.202   Rapportar ta' okkorrenza

(a)

Mingħajr ħsara għall-obbligi ta' rapportar stabbiliti fl-Anness II (Parti-145) u fl-Anness Vc (Parti-CAMO), kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni responsabbli skont il-punt M.A.201 għandha tirrapporta kwalunkwe kundizzjoni identifikata ta' inġenju tal-ajru jew komponent li tipperikola s-sikurezza tat-titjira:

(1)

lill-awtorità kompetenti ddeżinjata mill-Istat Membru tar-reġistru tal-inġenju tal-ajru, u, meta dan ikun differenti mill-Istat Membru tar-reġistru, lill-awtorità kompetenti ddeżinjata mill-Istat Membru tal-operatur;

(2)

lill-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn tat-tip jew għad-disinn tat-tip supplimentari.

(b)

Ir-rapporti msemmija fil-punt (a) għandhom isiru b'mod determinat mill-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (a) u għandu jkun fihom l-informazzjoni pertinenti kollha dwar il-kundizzjoni magħrufa għall-persuna jew għall-organizzazzjoni li tagħmel ir-rapport.

(c)

Meta l-manutenzjoni jew ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru titwettaq fuq il-bażi ta' kuntratt bil-miktub, il-persuna jew l-organizzazzjoni responsabbli għal dawk l-attivitajiet għandha tirrapporta wkoll kwalunkwe kundizzjoni msemmija fil-punt (a) lis-sid u l-operatur tal-inġenju tal-ajru u, meta din tkun differenti, lis-CAMO jew lis-CAO kkonċernata.

(d)

Il-persuna jew l-organizzazzjoni għandha tissottometti r-rapporti msemmija fil-punti (a) u (c) mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 72 siegħa mill-mument li fih il-persuna jew l-organizzazzjoni tidentifika l-kundizzjoni li magħha jkun relatat ir-rapport, sakemm ċirkustanzi eċċezzjonali ma jipprevjenuhiex.

(e)

Il-persuna jew l-organizzazzjoni tat-taħriġ għandha tissottometti rapport ta' segwitu, li jipprovdi d-dettalji tal-azzjonijiet li dik il-persuna jew l-organizzazzjoni jkun biħsiebha tieħu biex tipprevjeni okkorrenzi simili fil-ġejjieni, malli dawk l-azzjonijiet ikunu ġew identifikati. Ir-rapport ta' segwitu għandu jiġi sottomess fil-forma u l-manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti.”;

(7)

il-punti M.A.301 u M.A.302 huma sostitwiti b'dan li ġej:

M.A.301   Kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

Il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u li t-tagħmir operattiv u ta' emerġenza ikun jista' jissewwa għandhom ikunu żgurati:

(a)

bit-twettiq tal-ispezzjonijiet ta' qabel it-titjira;

(b)

bir-rettifika ta' kwalunkwe difett u ħsara li jaffettwaw l-operar sikur skont id-data speċifikata fil-punti M.A.304 u M.A.401, skont kif applikabbli, filwaqt li jitqiesu l-lista tat-tagħmir minimu (‘MEL’) u l-lista ta' devjazzjoni tal-konfigurazzjoni, meta jkunu jeżistu;

(c)

bit-tlestija tal-manutenzjoni kollha skont l-AMP imsemmi fil-punt M.A.302;

(d)

bit-twettiq tal-manutenzjoni kollha skont is-Sottoparti H;

(e)

għall-inġenji kollha tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni jew l-inġenji tal-ajru użati mit-trasportaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, bl-analiżi tal-effikaċja tal-AMP approvat imsemmi fil-punt M.A.302;

(f)

bit-twettiq ta' kwalunkwe minn dawn applikabbli:

(1)

bid-direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà (AD);

(2)

bid-direttiva operattiva tal-impatt tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà;

(3)

bir-rekwiżiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà stabbiliti mill-Aġenzija;

(4)

bil-miżuri meħtieġa mill-awtorità kompetenti b'reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza;

(g)

bit-twettiq tal-modifiki u t-tiswijiet skont l-M.A.304;

(h)

bl-għoti lill-bdot fil-kmand, jew lill-operatur fil-każ tat-trasportaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, tad-dikjarazzjoni tal-massa u l-bilanċ li tirrifletti l-konfigurazzjoni kurrenti tal-inġenju tal-ajru;

(i)

b'titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni, meta jkunu meħtieġa.

M.A.302   Programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru

(a)

Il-manutenzjoni ta' kull inġenju tal-ajru għandha tkun organizzata skont AMP.

(b)

L-AMP u kwalunkwe emenda sussegwenti tiegħu għandhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti.

(c)

Meta l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru tkun ġestita minn CAMO jew CAO, jew meta jkun hemm kuntratt bil-miktub bejn is-sid u CAMO jew CAO konkluż skont il-punt (i)(1) tal-punt M.A.201, l-AMP u l-emendi tiegħu jistgħu jiġu approvati permezz ta' proċedura ta' approvazzjoni indiretta.

F'dak il-każ, il-proċedura ta' approvazzjoni indiretta għandha tiġi stabbilita mis-CAMO jew is-CAO kkonċernata bħala parti mill-espożizzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (‘CAME’) imsemmija fil-punt CAMO.A.300 tal-Anness Vc jew bħala parti mill-espożizzjoni tal-ajrunavigabbiltà kombinata (‘CAE’) imsemmija fil-punt CAO.A.025 tal-Anness Vd u għandha tkun approvata mill-awtorità kompetenti responsabbli għal dik is-CAMO jew is-CAO.

Il-proċedura ta' approvazzjoni indiretta għandha tintuża biss meta s-CAMO jew is-CAO kkonċernata tkun taħt is-sorveljanza tal-Istat Membru tar-reġistru tal-inġenju tal-ajru, sakemm ma jkunx ġie konkluż kuntratt bil-miktub skont il-punt 3 tal-punt M.1 li jittrasferixxi r-responsabbiltà għall-approvazzjoni tal-programm ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru lill-awtorità kompetenti responsabbli għas-CAMO jew is-CAO.

(d)

L-AMP għandu juri konformità ma':

(1)

l-istruzzjonijiet maħruġa mill-awtorità kompetenti;

(2)

l-istruzzjonijiet għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà:

(i)

maħruġa mid-detenturi taċ-ċertifikat tat-tip, iċ-ċertifikat tat-tip ristrett, iċ-ċertifikat tat-tip supplimentari, l-approvazzjoni tad-disinn ta' tiswija maġġuri, l-awtorizzazzjoni tal-ETSO jew ta' kwalunkwe approvazzjoni relevanti oħra maħruġa skont l-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;

(ii)

inklużi fl-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni msemmija fil-punt 21.A.90B jew 21.A.431B tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, jekk applikabbli;

(e)

Permezz ta' deroga mill-punt (d), is-sid jew l-organizzazzjoni li jimmaniġġjaw il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru jistgħu jiddevjaw mill-istruzzjoni msemmija fil-punt (d)(2) u jipproponu intervalli eskalati fl-AMP, fuq il-bażi tad-data miksuba minn reviżjonijiet suffiċjenti mwettqa skont il-punt (h). L-approvazzjoni indiretta mhix permessa għall-eskalazzjoni ta' kompiti relatati mas-sikurezza. Is-sid jew l-organizzazzjoni li jimmaniġġjaw il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru jistgħu jipproponu wkoll struzzjonijiet addizzjonali fl-AMP.

(f)

L-AMP għandu jkun fih dettalji tal-manutenzjoni kollha li għandha titwettaq, inklużi l-frekwenza u kwalunkwe kompitu speċifiku marbut mat-tip u mal-ispeċifiċità tal-operazzjonijiet.

(g)

Għal inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni, meta l-AMP ikun ibbażat fuq loġika tal-grupp ta' tmexxija ta' manutenzjoni jew fuq monitoraġġ tal-kundizzjoni, l-AMP għandu jinkludi programm ta' affidabbiltà.

(h)

L-AMP għandu jkun soġġett għal reviżjonijiet perjodiċi u għandu jiġi emendat kif xieraq meta jkun hemm bżonn. Dawk ir-reviżjonijiet għandhom jiżguraw li l-AMP jibqa' aġġornat u validu fid-dawl tal-esperjenza operattiva u tal-istruzzjonijiet mill-awtorità kompetenti, filwaqt li jqis struzzjonijiet ta' manutenzjoni ġodda jew mibdula dwar il-manutenzjoni maħruġa mid-detenturi taċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip supplimentari u kwalunkwe organizzazzjoni oħra li tippubblika data bħal din skont l-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) 748/2012.”;

(8)

il-punt M.A.304 huwa sostitwit b'dan li ġej:

M.A.304    Data għal modifiki u tiswijiet

Persuna jew organizzazzjoni li ssewwi inġenju tal-ajru jew komponent għandha tivvaluta kwalunkwe ħsara. Il-modifiki u t-tiswijiet għandhom jitwettqu billi tintuża, kif xieraq, id-data li ġejja:

(a)

approvata mill-Aġenzija;

(b)

approvata minn organizzazzjoni tad-disinn li tikkonforma mal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;

(c)

li tinsab fir-rekwiżiti msemmija fil-punt 21.A.90B jew 21A.431B tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.”;

(9)

il-punt M.A.305 huwa sostitwit b'dan li ġej:

M.A.305   Sistema ta' reġistrazzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru

(a)

Mat-tlestija ta' kwalunkwe manutenzjoni, iċ-ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru (‘CRS’) meħtieġ mill-punt M.A.801 jew il-punt 145.A.50, skont kif applikabbli, għandu jiddaħħal fis-sistema ta' rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 30 jum wara li titlesta kwalunkwe manutenzjoni.

(b)

Is-sistema ta' rekords dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru għandu jkun fiha dawn li ġejjin:

1.

id-data tal-entrata, il-ħajja totali fis-servizz akkumulata fil-parametru applikabbli għall-inġenju tal-ajru, il-magna/i u/jew l-iskrun/iskrejjen;

2.

ir-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru deskritti fil-punti (c) u (d) hawn taħt flimkien mar-rekords dettaljati ta' sostenn dwar il-manutenzjoni deskritti fil-punt (e) hawn taħt;

3.

jekk meħtieġa mill-punt M.A.306, ir-reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru.

(c)

Ir-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru għandhom jinkludu r-rapport dwar il-massa u l-bilanċ kurrenti u l-istatus kurrenti ta':

1.

ADs u l-miżuri mandati mill-awtorità kompetenti b'reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza;

2.

modifiki u tiswijiet;

3.

il-konformità mal-AMP;

4.

il-kompiti differiti tal-manutenzjoni u r-rettifika differita tad-difetti.

(d)

Ir-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru għandhom jinkludu l-istatus kurrenti speċifiku għall-komponenti ta':

1.

parts li jintużaw għal żmien limitat, inkluża l-ħajja akkumulata minn kull part affettwata b'rabta mal-parametru applikabbli tal-limitazzjoni tal-ajrunavigabbiltà; u

2.

komponenti kkontrollati biż-żmien, inkluża l-ħajja akkumulata mill-komponenti affettwati fil-parametru applikabbli, sa mill-aħħar darba li twettqet manutenzjoni skedata, kif speċifikat fl-AMP.

(e)

Is-sid jew l-operatur għandu jistabbilixxi sistema biex iżomm id-dokumenti u d-data li ġejjin f'forma aċċettabbli għall-awtorità kompetenti u għall-perjodi speċifikati hawn taħt:

1.

sistema ta' reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru: ir-reġistrazzjoni teknika jew data oħra ekwivalenti fl-ambitu u fid-dettall, li jkopru l-perjodu ta' 36 xahar qabel l-aħħar entrata,

2.

is-CRS u r-rekords dettaljati dwar il-manutenzjoni:

(i)

li juru konformità mal-ADs u l-miżuri mandati mill-awtorità kompetenti b'reazzjoni immedjata għal problema tas-sikurezza applikabbli għall-inġenju tal-ajru, il-magna/i, l-iskrun/iskrejjen u l-komponenti mqabbda magħhom, kif xieraq, sakemm l-informazzjoni li tinsab fihom tiġi sostitwita minn informazzjoni ġdida ekwivalenti fl-ambitu u d-dettall iżda li tkopri perjodu mhux iqsar minn 36 xahar;

(ii)

li juru konformità mad-data applikabbli skont il-punt M.A.304 għal modifiki u tiswijiet kurrenti għall-inġenju tal-ajru, il-magna/i, l-iskrun/iskrejjen u kwalunkwe komponent soġġett għal limitazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà; u

(iii)

tal-manutenzjoni skedata kollha jew manutenzjoni oħra meħtieġa għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, il-magna/i, l-iskrun/iskrejjen, kif xieraq, sakemm l-informazzjoni li tinsab fihom tiġi sostitwita minn informazzjoni ġdida ekwivalenti fl-ambitu u d-dettall iżda li tkopri perjodu mhux iqsar minn 36 xahar.

3.

data speċifika għal ċerti komponenti:

(i)

rekord storiku fis-servizz għal kull part li tintuża għal żmien limitat li fuq il-bażi tiegħu jiġi ddeterminat l-istatus kurrenti tal-konformità mal-limitazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà;

(ii)

is-CRS u r-rekords dettaljati dwar il-manutenzjoni għall-aħħar darba li saret xi manutenzjoni skedata u xi manutenzjoni mhux skedata sussegwenti tal-parts kollha li jintużaw għal żmien limitat u l-komponenti kkontrollati biż-żmien sakemm il-manutenzjoni skedata tiġi sostitwita minn manutenzjoni skedata oħra b'ambitu u dettall ekwivalenti iżda li tkopri perjodu ta' mhux anqas minn 36 xahar;

(iii)

is-CRS u d-dikjarazzjoni tal-aċċettazzjoni tas-sid għal kwalunkwe komponent li jitqabbad ma' inġenju tal-ajru ELA2 mingħajr Formola 1 tal-EASA skont il-punt (c) tal-punt 21.A.307 tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 iżda li tkopri perjodu mhux iqsar minn 36 xahar.

4.

Il-perjodi ta' żamma ta' rekords meta l-inġenju tal-ajru jiġi rtirat b'mod permanenti mis-servizz:

(i)

id-data meħtieġa mill-punt (b)(1) tal-punt M.A.305 fir-rigward tal-inġenju tal-ajru, il-magna/i u l-iskrun/iskrejjen li għandha tinżamm għal tal-anqas 12-il xahar;

(ii)

l-aħħar status u rapporti effettivi kif identifikati skont il-punti (c) u (d) tal-punt M.A.305 li għandhom jinżammu għal tal-anqas 12-il xahar; u

(iii)

l-aktar CRS(s) u rekords dettaljati dwar il-manutenzjoni riċenti kif identifikati skont il-punti (e)(2)(ii) u (e)(3)(i) tal-punt M.A.305 li għandhom jinżammu għal tal-anqas 12-il xahar.

(f)

Il-persuna jew l-organizzazzjoni responsabbli mill-kompiti ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.201 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti rigward is-sistema ta' rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u tippreżenta r-rekords lill-awtorità kompetenti meta mitluba.

(g)

L-entrati kollha li jiddaħħlu fis-sistema ta' rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandhom ikunu ċari u preċiżi. Meta jinqala' l-bżonn li tiġi kkoreġuta entrata, il-korrezzjoni għandha ssir b'tali mod li turi l-entrata oriġinali.”

(10)

fil-punt M.A.306, punt (a), il-frażi introduttiva hija sostitwita b'dan li ġej:

“(a)

Minbarra r-rekwiżiti tal-punt M.A.305, għal CAT, operazzjonijiet speċjalizzati kummerċjali u operazzjonijiet ATO jew DTO kummerċjali, l-operatur għandu juża sistema ta' reġistrazzjoni teknika li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja għal kull inġenju tal-ajru.”;

(11)

fil-punt M.A.306, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

Il-ħruġ inizjali tas-sistema ta' reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru għandu jkun approvat mill-awtorità kompetenti skont il-punt CAMO.A.105 tal-Anness Vc (Parti-CAMO) jew il-punt CAO.1(1) tal-Anness Vd (Parti-CAO), skont kif applikabbli. Kwalunkwe emenda sussegwenti f'dik is-sistema għandha tkun ġestita skont il-punt CAMO.A.300(c) jew CAO.A.025(c)”;

(12)

fil-punt M.A.306, jitħassar il-punt (c).

(13)

il-punt M.A.307 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

Meta inġenju tal-ajru jiġi ttrasferit b'mod permanenti minn sid jew operatur għal ieħor, is-sid jew l-operatur li jittrasferixxi għandu jiżgura li r-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt M.A.305 u, jekk applikabbli, is-sistema ta' reġistrazzjoni teknika msemmija fil-punt M.A.306 jiġu ttrasferiti wkoll.

(b)

Meta s-sid jagħti b'kuntratt il-kompiti ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà lil CAMO jew CAO, is-sid għandu jiżgura li r-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt M.A.305 jiġu ttrasferiti lil dik l-organizzazzjoni li ngħatat il-kuntratt.

(c)

Il-perjodi ta' żmien għaż-żamma tar-rekords stabbiliti fil-punt (e) tal-punt M.A.305 għandhom jibqgħu japplikaw għas-sid, l-operatur, is-CAMO jew is-CAO il-ġodda.”;

(14)

fil-punt M.A.403, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

Kwalunkwe difett mhux rettifikat qabel it-titjira għandu jiġi rreġistrat fis-sistema tar-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt M.A.305 jew, jekk applikabbli, fis-sistema ta' reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru msemmija fil-punt M.A.306.”;

(15)

fil-punt M.A.501, il-punt 1 tal-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(1)

Komponenti li huma f'kundizzjoni sodisfaċenti, maħruġa b'Formula Nru 1 tal-EASA jew ekwivalenti u mmarkati skont is-Sottoparti Q tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 jew f'dan l-Anness (Parti M) jew l-Anness Vd (Parti-CAO).”

(16)

fil-punt M.A.501, il-punt 3 tal-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3)

Komponenti li jiġu kkategorizzati li mhumiex salvabbli minħabba li jkunu laħqu l-limitu ta' żmien obbligatorju tagħhom jew minħabba li jkollhom difett li ma jissewwiex.”

(17)

il-punt M.A.502 huwa sostitwit b'dan li ġej:

M.A.502   Manutenzjoni tal-komponenti

(a)

Il-manutenzjoni tal-komponenti għandha titwettaq minn organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati skont is-Sottoparti F ta' dan l-Anness jew l-Anness II (Parti-145) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), skont kif applikabbli.

(b)

Permezz ta' deroga mill-punt (a), meta komponent jitwaħħal fuq l-inġenju tal-ajru, il-manutenzjoni tat-tali komponent tista' ssir minn organizzazzjoni ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru approvata skont is-Sottoparti F ta' dan l-Anness jew l-Anness II (Parti-145) jew l-Anness Vd (Parti-CAO) jew mill-persunal taċ-ċertifikazzjoni msemmi fil-punt (b)(2) tal-punt M.A.801. It-tali manutenzjoni għandha ssir skont id-data tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru jew skont id-data tal-manutenzjoni tal-komponent jekk l-awtorità kompetenti tkun qablet. It-tali organizzazzjoni ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru jew persunal taċ-ċertifikazzjoni jistgħu jneħħu b'mod temporanju l-komponent għall-manutenzjoni jekk dan ikun neċessarju biex jitjieb l-aċċess għall-komponent, ħlief meta tkun meħtieġa manutenzjoni addizzjonali minħabba t-tneħħija. Il-manutenzjoni tal-komponent imwettqa skont dan il-punt m'għandhiex tkun eliġibbli għall-ħruġ ta' Formula Nru 1 tal-EASA u għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' ħruġ għall-użu ta' inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.801.

(c)

Permezz ta' deroga mill-punt (a), meta komponent jitwaħħal fuq il-magna jew l-unità ta' potenza awżiljarja (‘APU’), il-manutenzjoni tat-tali komponent tista' ssir minn organizzazzjoni ta' manutenzjoni tal-magna approvata skont is-Sottoparti F ta' dan l-Anness jew l-Anness II (Parti-145) jew l-Anness Vd (Parti-CAO). It-tali manutenzjoni għandha ssir skont id-data tal-manutenzjoni tal-magna jew l-AU jew skont id-data tal-manutenzjoni tal-komponent jekk l-awtorità kompetenti tkun qablet. It-tali organizzazzjoni bi klassifikazzjoni B tista' tneħħi b'mod temporanju l-komponent għall-manutenzjoni jekk dan ikun neċessarju biex jitjieb l-aċċess għall-komponent, ħlief meta tkun meħtieġa manutenzjoni addizzjonali minħabba t-tneħħija.

Il-punti (a) sa (c) ta' hawn fuq m'għandhomx japplikaw għal komponenti msemmija fil-punt (c) tal-punt 21.A.307 tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(d)

Il-manutenzjoni tal-komponenti msemmija fil-punt (c) tal-punt 21.A.307 tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, meta l-komponent jitwaħħal fuq l-inġenju tal-ajru jew jitneħħa b'mod temporanju biex jitjieb l-aċċess, għandha ssir minn organizzazzjoni ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru approvata skont is-Sottoparti F ta' dan l-Anness jew l-Anness II (Parti-145) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), kif applikabbli, minn persunal taċ-ċertifikazzjoni msemmi fil-punt (b)(2) tal-punt M.A.801 jew mill-bdot-sid imsemmi fil-punt (b)(3) tal-punt M.A.801. Il-manutenzjoni tal-komponent imwettqa skont dan il-punt m'għandhiex tkun eliġibbli għall-ħruġ ta' Formula Nru 1 tal-EASA u għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' ħruġ għall-użu ta' inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.801.”;

(18)

il-punt M.A.503 huwa sostitwit b'dan li ġej:

M.A.503   Parts li jintużaw għal żmien limitat u komponenti kkontrollati biż-żmien

(a)

Parts li jintużaw għal żmien limitat u komponenti kkontrollati biż-żmien li huma installati m'għandhomx jaqbżu l-limitazzjoni approvata kif speċifikata fl-AMP u l-ADs, ħlief kif previst fil-punt (c) tal-punt M.A.504.

(b)

Meta tiskadi l-limitazzjoni approvata, il-komponent għandu jitneħħa mill-inġenju tal-ajru għall-manutenzjoni, jew għar-rimi fil-każ ta' parts li jintużaw għal żmien limitat.”

(19)

fil-punt M.A.504, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

Il-komponenti li mhumiex salvabbli ma għandhomx jitħallew jidħlu mill-ġdid fis-sistema tal-forniment tal-komponenti sakemm il-limitu ta' żmien obbligatorju ma jkunx ġie estiż jew sakemm ma tkunx ġiet approvata soluzzjoni ta' tiswija skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012.”

(20)

fil-punt M.A.603, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(a)

Organizzazzjoni involuta f'attivitajiet soġġetti għal din is-Sottoparti m'għandhiex teżerċita l-attivitajiet tagħha jekk ma tkunx approvata mill-awtorità kompetenti. Għal dak l-għan, l-awtorità kompetenti għandha tuża l-mudell stabbilit fl-Appendiċi V.

(b)

L-ambitu tax-xogħol soġġett għall-approvazzjoni għandu jkun speċifikat fil-manwal tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni skont il-punt M.A.604. Il-klassijiet u l-klassifikazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni huma stabbiliti fl-Appendiċi IV ta' din il-Parti.”;

(21)

fil-punt M.A.604, il-punt 1 tal-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.

dikjarazzjoni ffirmata mill-maniġer responsabbli maħtur skont il-punt M.A.606, il-punt (a) li jikkonferma li l-organizzazzjoni f'kull ħin se twettaq l-attivitajiet tagħha skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness (Parti-M) jew l-Anness Vb (Parti-ML), skont kif applikabbli, u skont il-manwal;”;

(22)

fil-punt M.A.606, il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(i)

Jekk l-organizzazzjoni twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ iċ-ċertifikat korrispondenti tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għal inġenju tal-ajru ELA1 mhux involut f'operazzjonijiet kummerċjali skont il-punt ML.A.901 tal-Anness Vb (Parti-ML), din għandu jkollha persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà kwalifikat u organizzat skont il-punt ML.A.904 tal-Anness Vb (Parti-ML).”;

(23)

fil-punt M.A.606, jitħassar il-punt (j);

(24)

fil-punt (a) tal-punt M.A.607, il-punt (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.

li l-persunal taċ-ċertifikazzjoni jkun jista' juri li hu jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt (b) tal-punt 66.A.20 tal-Anness III (Parti-66) jew, fejn dak l-Anness ikun jeħtieġ hekk, ir-rekwiżiti tal-liġi tal-Istat Membru;”

(25)

il-punt M.A.609 huwa sostitwit b'dan li ġej:

M.A.609    Data tal-manutenzjoni

L-organizzazzjoni approvata ta' manutenzjoni għandha żżomm u tuża data kurrenti applikabbli tal-manutenzjoni speċifikata fil-punt M.A.401 ta' dan l-Anness jew fil-punt ML.A.401 tal-Anness Vb (Parti-ML), skont kif applikabbli, fit-twettiq tal-manutenzjoni, inklużi l-modifiki u t-tiswijiet. Madankollu, fil-każ ta' data tal-manutenzjoni pprovduta mill-klijenti, l-organizzazzjoni għandha żżomm u tuża t-tali data biss waqt li tkun għaddejja l-ħidma ta' manutenzjoni.”;

(26)

il-punti M.A.611, M.A.612 u M.A.613 huma sostitwiti b'dan li ġej:

M.A.611   Standards tal-manutenzjoni

Il-manutenzjoni kollha għandha ssir skont ir-rekwiżiti tas-Sottoparti D, Taqsima A ta' dan l-Anness jew ir-rekwiżiti tas-Sottoparti D, Taqsima A tal-Anness Vb (Parti-ML), kif stipulat fl-Artikolu 3 paragrafu 1.

M.A.612   Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru

Malli titlesta l-manutenzjoni meħtieġa kollha tal-inġenji tal-ajru skont din is-Sottoparti, għandu jinħareġ CRS tal-inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.801 ta' dan l-Anness jew il-punt ML.A.801 tal-Anness Vb (Parti-ML), kif stipulat fl-Artikolu 3 paragrafu 1.

M.A.613   Ċertifikat għall-komponenti biex jinħarġu għall-użu

(a)

Malli titlesta l-manutenzjoni meħtieġa kollha tal-komponenti skont din is-Sottoparti, għandu jinħareġ CRS tal-komponent skont il-punt M.A.802 ta' dan l-Anness jew il-punt ML.A.802 tal-Anness Vb (Parti-ML), skont kif applikabbli. Għandha tinħareġ Formola 1 tal-EASA, ħlief għal dawk il-komponenti mantnuti skont il-punti (b) jew (d) tal-punt M.A.502, għal komponenti ffabbrikati skont il-punt (c) tal-punt M.A.603 ta' dan l-Anness u għal komponenti li fir-rigward tagħhom il-punt ML.A.502 tal-Anness Vb (Parti-ML) jipprevedi mod ieħor.

(b)

Id-dokument tas-CRS tal-komponenti, il-Formola 1 tal-EASA, jista' jiġi ġġenerat minn sistema tal-kompjuter.”;

(27)

fil-punt M.A.614, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

L-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni għandha tipprovdi kopja ta' kull CRS lis-sid jew lill-operatur tal-inġenju tal-ajru, flimkien ma' kopja ta' kwalunkwe rekord dettaljat tal-manutenzjoni assoċjat mal-ħidma mwettqa u neċessarju biex tintwera l-konformità mal-punt M.A.305.”;

(28)

il-punt M.A.615 huwa sostitwit b'dan li ġej:

M.A.615   Privileġġi tal-organizzazzjoni

L-organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata skont is-Sottoparti F, Taqsima A ta' dan l-Anness, tista':

(a)

tmantni kwalunkwe inġenju tal-ajru u/jew komponent li għalih tkun approvata fil-postijiet speċifikati fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni u l-manwal tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni;

(b)

torganizza t-twettiq ta' servizzi speċjalizzati taħt il-kontroll tal-organizzazzjoni ta' manutenzjoni f'organizzazzjoni oħra kwalifikata kif xieraq, kif deskritt fil-manwal tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni;

(c)

tmantni kwalunkwe inġenju tal-ajru jew komponent li għalih tkun approvata fi kwalunkwe post, fejn il-ħtieġa għal din il-manutenzjoni tirriżulta jew minn qagħda fejn l-inġenju tal-ajru ma jkunx jista' jissewwa jew min-neċessità ta' sostenn għal manutenzjoni okkażjonali u soġġetta għal konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fil-manwal tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni;

(d)

toħroġ ċertifikati ta' ħruġ għall-użu mat-tlestija tal-manutenzjoni, skont il-punt M.A.612 jew M.A.613 ta' dan l-Anness;

(e)

jekk tkun approvata b'mod speċifiku biex tagħmel dan għal inġenji tal-ajru ELA1 mhux involuti f'operazzjonijiet kummerċjali, twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà korrispondenti skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (Parti-ML).

L-organizzazzjoni għandha twettaq manutenzjoni biss fuq inġenju tal-ajru jew il-komponent li għalih tkun approvata meta l-faċilitajiet, it-tagħmir, l-għodda, il-materjal, id-data tal-manutenzjoni u l-persunal taċ-ċertifikazzjoni kollha jkunu disponibbli.”;

(29)

fil-punt M.A.619, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(a)

Sejba tal-livell 1 hi kull sejba ta' nuqqas ta' konformità sinifikanti mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness u l-Anness Vb (Parti-ML) li tbaxxi l-istandard tas-sikurezza u tipperikola serjament is-sigurtà tat-titjira.

(b)

Sejba tal-livell 2 hi kull sejba ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness u l-Anness Vb (Parti-ML) li tista' tbaxxi l-istandard tas-sikurezza u tista' tipperikola s-sigurtà tat-titjira.”;

(30)

il-punt M.A.801 huwa sostitwit b'dan li ġej:

M.A.801   Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru

(a)

Ħlief għal inġenji tal-ajru rilaxxati għas-servizz minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont l-Anness II (Parti-145), is-CRS għandu jinħareġ skont din is-Sottoparti.

(b)

Ebda inġenju tal-ajru m'għandu jiġi rilaxxat għas-servizz sakemm ma jinħariġx CRS meta l-kompiti ta' manutenzjoni kollha jkunu twettqu kif xieraq. Is-CRS għandu jinħareġ minn persunal awtorizzat taċ-ċertifikazzjoni tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont is-Sottoparti F ta' dan l-Anness jew l-Anness Vd (Parti-CAO), ħlief għal kompiti ta' manutenzjoni għajr dawk il-kompiti ta' manutenzjoni kumplessi elenkati fl-Appendiċi VII għal dan l-Anness meta jinħareġ is-CRS, b'mod alternattiv minn:

1.

persunal taċ-ċertifikazzjoni indipendenti li jaġixxi skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament;

2.

il-bdot-sid li jaġixxi skont il-punt M.A.803 ta' dan l-Anness.

(c)

B'deroga mill-punt (b), fil-każ ta' sitwazzjonijiet imprevisti, meta inġenju tal-ajru ma jitħalliex itir f'post fejn ma jkun hemm ebda organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont dan l-Anness, l-Anness II (Parti-145) jew l-Anness Vd (Parti-CAO) u ebda persunal taċ-ċertifikazzjoni indipendenti disponibbli, is-sid jista' jawtorizza lil kwalunkwe persuna, b'mhux anqas minn 3 snin esperjenza xierqa fil-manutenzjoni u li jkollha liċenzja ta' manutenzjoni valida konformi mal-Anness 1 tal-ICAO għat-tip ta' inġenju tal-ajru li jeħtieġ iċ-ċertifikazzjoni jew awtorizzazzjoni tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni valida għall-ħidma li teħtieġ ċertifikazzjoni maħruġa minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont l-Anness 6 tal-ICAO biex tmantni l-inġenju tal-ajru skont l-istandards stabbiliti fis-Sottoparti D ta' dan l-Anness u tirrilaxxah għas-servizz. F'dak il-każ, is-sid għandu:

1.

jikseb u jżomm fl-inġenju tal-ajru rekords li jispeċifikaw id-dettalji tal-manutenzjoni mwettqa u tal-kwalifiki tal-persuna li toħroġ is-CRS;

2.

jiżgura li kwalunkwe tali manutenzjoni aktar tard tiġi vverifikata u li jinħareġ CRS ġdid minn persuna awtorizzata kif xieraq imsemmija fil-punt (b) jew organizzazzjoni approvata skont is-Sottoparti F ta' dan l-Anness, l-Anness II (Parti-145) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien 7 ijiem tal-kalendarju mill-ħruġ ta' CRS mill-persuna awtorizzata mis-sid;

3.

jinnotifika lill-organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, meta mogħtija l-kuntratt, jew l-awtorità kompetenti fin-nuqqas ta' kuntratt bħal dan, fi żmien 7 ijiem mill-ħruġ tat-tali awtorizzazzjoni.

(d)

Fil-każ ta' ħruġ għall-użu skont il-punt (b)(2), il-persunal taċ-ċertifikazzjoni jista' jkun megħjun fit-twettiq tal-kompiti ta' manutenzjoni minn persuna jew persuni taħt il-kontroll dirett u kontinwu tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni.

(e)

CRS għandu jinkludi minn tal-anqas:

1.

id-dettalji bażiċi tal-manutenzjoni mwettqa;

2.

id-data li fiha tkun tlestiet il-manutenzjoni;

3.

l-identità tal-organizzazzjoni jew il-persuna li toħroġ is-CRS, inklużi, b'mod alternattiv:

(i)

ir-referenza tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni u l-persunal taċ-ċertifikazzjoni li joħroġ is-CRS;

(ii)

fil-każ imsemmi fil-punt (b)(2), l-identità u, fejn applikabbli, in-numru tal-liċenzja tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni li joħroġ is-CRS;

4.

il-limitazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà jew tal-operazzjoni, jekk hemm.

(f)

B'deroga mill-punt (b) u minkejja l-punt (g), meta l-manutenzjoni meħtieġa ma tkunx tista' titlesta, CRS jista' jinħareġ bil-limitazzjonijiet approvati tal-inġenju tal-ajru. F'dak il-każ, iċ-ċertifikat għandu jindika li l-manutenzjoni ma setgħetx titlesta, kif ukoll jindika kwalunkwe limitazzjoni applikabbli fl-ajrunavigabbiltà jew fl-operazzjonijiet, bħala parti mill-informazzjoni meħtieġa mill-punt (e)(4).

(g)

CRS m'għandux jinħareġ fil-każ ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità magħruf li jipperikola s-sigurtà tat-titjira;”

(31)

il-punt M.A.802 huwa sostitwit b'dan li ġej:

M.A.802   Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-komponenti

(a)

Ħlief għal inġenji tal-ajru rilaxxati għas-servizz minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont l-Anness II (Parti-145), CRS għandu jinħareġ malli titlesta kwalunkwe manutenzjoni mwettqa fuq komponent tal-inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.502.

(b)

Iċ-ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat identifikat bħala l-Formola 1 tal-EASA jikkostitwixxi s-CRS tal-komponent, ħlief meta t-tali manutenzjoni fuq il-komponenti tal-inġenji tal-ajru tkun twettqet skont il-punt (b) jew (d) tal-punt M.A.502 f'liema każ il-manutenzjoni tkun soġġetta għall-proċeduri ta' rilaxx tal-inġenji tal-ajru skont il-punt M.A.801.”;

(32)

fil-punt M.A.803, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

Għal kwalunkwe inġenju tal-ajru għajr inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magna b'MTOM ta' 2 730 kg u anqas, li ma jintużawx f'operazzjonijiet CAT, f'operazzjonijiet speċjalizzati kummerċjali jew f'operazzjonijiet kummerċjali minn ATOs jew DTOs, il-bdot-sid jista' joħroġ CRS wara li jkun wettaq il-manutenzjoni limitata tal-bdot-sid kif speċifikat fl-Appendiċi VIII għal dan l-Anness.”;

(33)

fil-punt M.A.803, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

Is-CRS irid jiddaħħal fis-sistema ta' rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u jkun fih id-dettalji bażiċi dwar il-manutenzjoni mwettqa, id-data użata fil-manutenzjoni, id-data meta tlestiet din il-manutenzjoni, kif ukoll l-identità, il-firma u n-numru tal-liċenzja tal-bdot, tal-bdot-sid li ħareġ tali ċertifikat.”;

(34)

il-punt M.A.901 huwa sostitwit b'dan li ġej:

M.A.901   Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru

Biex tkun żgurata l-validità ta' ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru, minn żmien għall-ieħor trid titwettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u tar-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tiegħu.

(a)

Ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jinħareġ skont l-Appendiċi III (Formola 15a jew 15b tal-EASA) għal dan l-Anness meta titlesta reviżjoni sodisfaċenti tal-ajrunavigabbiltà. Iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għandu jkun validu għal sena (1);

(b)

Inġenju tal-ajru f'ambjent ikkontrollat hu inġenju tal-ajru li, matul it-12-il xahar preċedenti:

1.

kellu l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tiegħu ġestita minn CAMO jew CAO unika;

2.

ikun ġie mantnut minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont is-Sottoparti F ta' dan l-Anness, l-Anness II (Parti-145) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), inklużi l-każijiet li fihom il-kompiti ta' manutenzjoni msemmija fil-punt (b) tal-punt M.A.803 jitwettqu u jiġu rilaxxati għas-servizz skont il-punt (b)(1) jew (b)(2) tal-punt M.A.801 ta' dan l-Anness.

(c)

Għall-inġenji tal-ajru kollha użati mill-operaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, u għal inġenji tal-ajru b'MTOM ta' aktar minn 2 730 kg li huma f'ambjent ikkontrollat, l-organizzazzjoni msemmija fil-punt (b)(1) li timmaniġġja l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru tista', f'konformità ma' CAMO.A.125 u l-punt (c)(1) tal-punt CAO.A.095, u soġġetta għall-konformità mal-punt (j):

1.

toħroġ iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.901;

2.

testendi mhux aktar minn darbtejn il-validità taċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li tkun ħarġet, għal perjodu ta' sena (1) kull darba, meta l-inġenju tal-ajru kkonċernat ikun baqa' fi ħdan ambjent ikkontrollat.

(d)

Iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-inġenju tal-ajru għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti wara valutazzjoni sodisfaċenti bbażata fuq rakkomandazzjoni magħmula minn CAMO jew CAO, mibgħuta flimkien mal-applikazzjoni mis-sid jew l-operatur għall-inġenji tal-ajru kollha użati mill-operaturi tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, u għal inġenji tal-ajru b'MTOM ta' aktar minn 2 730 kg li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet alternattivi li ġejjin:

1.

mhumiex f'ambjent ikkontrollat;

2.

il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tagħhom hi ġestita minn organizzazzjoni li m'għandhiex il-privileġġ li twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà.

Ir-rakkomandazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu għandha tkun ibbażata fuq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà mwettqa skont il-punt M.A.901.

(e)

Għal inġenji tal-ajru mhux użati minn operaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, u għal inġenji tal-ajru b'MTOM ta' 2 730 kg u anqas, kwalunkwe CAMO jew CAO magħżula mis-sid jew l-operatur tista', f'konformità ma' CAMO.A.125 jew CAO.A.095 u soġġett għall-punt (j):

1.

toħroġ iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.901;

2.

testendi mhux aktar minn darbtejn il-validità taċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li tkun ħarġet, għal perjodu ta' sena (1) kull darba, meta l-inġenju tal-ajru ikun baqa' fi ħdan ambjent ikkontrollat taħt il-ġestjoni tagħha.

(f)

B'deroga mill-punti (c)(2) u (e)(2) tal-punt M.A.901, għal inġenji tal-ajru li huma f'ambjent ikkontrollat, l-organizzazzjoni msemmija fil-punt (b)(1) li timmaniġġja l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru tista', soġġetta għall-konformità mal-punt (j), testendi mhux aktar minn darbtejn il-validità ta' ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li l-awtorità kompetenti jew CAMO jew CAO oħra tkun ħarġet, għal perjodu ta' sena (1) kull darba.

(g)

Kull fejn iċ-ċirkustanzi juru l-eżistenza ta' riskju potenzjali għas-sikurezza tal-avjazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà hi stess.

(h)

Mingħajr ħsara għall-punt (g), l-awtorità kompetenti tista' twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà fil-każijiet li ġejjin:

1.

meta l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru tkun ġestita minn CAMO jew CAO li jkollha s-sede prinċipali tagħha li tinsab f'pajjiż terz;

2.

għal kwalunkwe inġenju tal-ajru ieħor b'MTOM ta' 2 730 kg u anqas, jekk is-sid jitlob hekk.

(i)

Meta l-awtorità kompetenti toħroġ iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà hi stess skont il-punti (g) jew (h) jew wara li tivvaluta r-rakkomandazzjonijiet skont il-punt M.B.901, is-sid jew l-operatur tal-inġenju tal-ajru għandu, fejn ikun hemm bżonn għal dawk l-għanijiet, jipprovdi lill-awtorità kompetenti:

1.

bi kwalunkwe dokumentazzjoni meħtieġa mill-awtorità kompetenti;

2.

b'akkomodazzjoni xierqa għall-persunal tagħha fil-post xieraq;

3.

bl-appoġġ tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni.

(j)

Ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà m'għandux jinħareġ, u lanqas m'għandu jiġi estiż, jekk ikun hemm evidenza jew indikazzjonijiet li l-inġenju tal-ajru mhuwiex ajrunavigabbli.

(k)

Ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru għandha tinkludi reviżjoni dokumentata sħiħa tar-rekords tal-inġenju tal-ajru li tistabbilixxi li ġew issodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

1.

is-sigħat ta' titjir u ċ-ċikli tat-titjir assoċjati tal-qafas, il-magna u l-iskrejjen ikunu ġew irreġistrati kif suppost;

2.

il-manwal tat-titjir ikun applikabbli għall-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru u jirrifletti l-aħħar status tar-reviżjoni;

3.

il-manutenzjoni kollha li għandha ssir lill-inġenju tal-ajru skont l-AMP approvat tkun saret;

4.

id-difetti magħrufa kollha ġew ikkoreġuti jew, fejn applikabbli, riportati b'mod ikkontrollat skont M.A.403;

5.

l-ADs applikabbli kollha jkunu ġew applikati u rreġistrati kif suppost;

6.

il-modifiki u t-tiswijiet kollha applikati għall-inġenju tal-ajru ġew irreġistrati u huma konformi mal-punt M.A.304;

7.

kull part li tintuża għal żmien limitat u kull komponent ikkontrollat biż-żmien installati fuq l-inġenju tal-ajru huma identifikati u rreġistrati kif xieraq u ma qabżux il-limitazzjoni tagħhom;

8.

il-manutenzjoni kollha twettqet skont dan l-Anness;

9.

id-dikjarazzjoni attwali dwar il-massa u l-bilanċ tirrifletti l-konfigurazzjoni attwali tal-inġenju tal-ajru u hi valida;

10.

l-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-aħħar reviżjoni tad-disinn tat-tip tiegħu approvat mill-Aġenzija;

11.

jekk meħtieġ, l-inġenju tal-ajru jkollu ċertifikat akustiku li jikkorrispondi għall-konfigurazzjoni attwali tal-inġenju tal-ajru f'konformità mas-Sottoparti I tal-Anness (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(l)

Ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru għandha tinkludi stħarriġ fiżiku tal-inġenju tal-ajru. Għal dak l-istħarriġ, il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li mhuwiex ikkwalifikat kif xieraq skont l-Anness III (Parti-66) għandu jkun assistit minn dan il-persunal kwalifikat.

(m)

Permezz tal-istħarriġ fiżiku tal-inġenju tal-ajru, il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għandu jiżgura li:

1.

il-marki u l-pjanċi kollha meħtieġ jkunu installati korrettament;

2.

l-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-manwal approvat tat-tajran tiegħu;

3.

il-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru tikkonforma mad-dokumentazzjoni approvata, u

4.

ma jinstab l-ebda difett evidenti li ma jkunx ġie indirizzat skont il-punt M.A.403;

5.

ma tkun tista' tinstab ebda inkonsistenza bejn l-inġenju tal-ajru u r-reviżjoni ddokumentata tar-rekords imsemmija fil-punt (k).

(n)

B'deroga mill-punt (a), ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tista' tiġi antiċipata b'perjodu massimu ta' 90 jum mingħajr telf ta' kontinwità tax-xejra tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, biex tkun tista' ssir ir-reviżjoni fiżika waqt verifika ta' manutenzjoni.

(o)

Iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (Formola 15b tal-EASA) jew ir-rakkomandazzjoni għall-ħruġ taċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (Formola 15a tal-EASA) imsemmi fl-Appendiċi III għal dan l-Anness jista' jinħareġ biss:

1.

minn persunal awtorizzat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà f'isem l-organizzazzjoni approvata;

2.

jekk ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà twettqet fis-sħuħija tagħha.

(p)

Kopja ta' kwalunkwe ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà maħruġ jew estiż għal inġenju tal-ajru għandu jintbagħat lill-Istat Membru tar-reġistru tal-inġenju tal-ajru kkonċernat fi żmien 10 ijiem.

(q)

Il-kompiti tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà m'għandhomx jingħataw b'sottokuntratt.

(r)

Jekk l-eżitu tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jkun inkonklużiv, l-organizzazzjoni li tkun wettqet ir-reviżjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien 72 siegħa mill-mument li fih l-organizzazzjoni tidentifika r-raġuni li għaliha r-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà hi inkonklużiva.

(s)

Iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà ma jistax jinħareġ qabel ma s-sejbiet kollha jkunu ġew konklużi”;

(35)

fil-punt M.A.902, il-punt (5) tal-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.

modifika jew tiswija mhix konformi mal-punt M.A.304.”;

(36)

il-punt M.A.904 huwa sostitwit b'dan li ġej:

M.A.904   Reviżjoni tan-navigabbiltà tal-inġenju tal-ajru importat fl-UE

(a)

Meta jimporta inġenju tal-ajru f'reġistru ta' Stat Membru minn pajjiż terz jew minn sistema regolatorja fejn ma japplikax ir-Regolament (UE) 2018/1139, l-applikant għandu:

1.

jitlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għall-ħruġ ta' ċertifikat tal-kapaċità li l-inġenju tal-ajru jintuża fl-ajru ġdid skont l-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;

2.

għall-inġenji tal-ajru li mhumiex ġodda, għandha ssir reviżjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.901;

3.

titwettaq il-manutenzjoni kollha biex ikun konformi mal-AMP approvat skont il-punt M.A.302.

(b)

Meta tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru hu konformi mar-rekwiżiti rilevanti, l-organizzazzjoni li twettaq ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, jekk japplika, għandha tibgħat rakkomandazzjoni ddokumentata għall-ħruġ ta' ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru.

(c)

Is-sid tal-inġenju tal-ajru għandu jkollu aċċess għall-inġenju tal-ajru għall-ispezzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru.

(d)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru għandha toħroġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà meta tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(e)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha toħroġ ukoll iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà. Iċ-ċertifikat għandu jkun validu sa sena (1), sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeċidix li tnaqqas il-perjodu ta' validità għal raġunijiet ta' sikurezza tal-avjazzjoni.”;

(37)

fil-punt M.A.905, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(a)

Sejba tal-livell 1 hi kull sejba ta' nuqqas ta' konformità sinifikanti mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness li tbaxxi l-istandard tas-sikurezza u tipperikola serjament is-sigurtà tat-titjira.

(b)

Sejba tal-livell 2 hi kull sejba ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness li tista' tbaxxi l-istandard tas-sikurezza u tista' tipperikola s-sigurtà tat-titjira.”;

(38)

jiddaħħal il-punt M.B.103 li ġej:

M.B.103   Sejbiet u miżuri ta' infurzar — il-persuni

Jekk, matul is-sorveljanza jew b'xi mezz ieħor, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-sorveljanza skont dan l-Anness issib evidenza li turi nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139, minn persuna li jkollha liċenzja, ċertifikat, klassifikazzjoni jew attestazzjoni maħruġa skont ir-Regolament (UE) 2018/1139, l-awtorità kompetenti li tidentifika n-nuqqas ta' konformità għandha tieħu kwalunkwe miżura ta' infurzar neċessarja biex tipprevjeni l-issoktar ta' dak in-nuqqas ta' konformità.”;

(39)

il-punt M.B.104 huwa sostitwit b'dan li ġej:

M.B.104   Żamma tar-rekords

(a)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu sistema ta' żamma tar-rekords li tippermetti traċċabbiltà adegwata tal-proċess biex toħroġ, tivvalida mill-ġdid, tibdel, tissospendi jew tirrevoka kull ċertifikat.

(b)

Ir-rekords għas-sorveljanza tal-organizzazzjonijiet approvati skont dan l-Anness għandhom jinkludu bħala minimu:

1.

l-applikazzjoni għal approvazzjoni ta' organizzazzjoni;

2.

iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni ta' organizzazzjoni li jinkludi kwalunkwe tibdil;

3.

kopja tal-programm tal-awditjar li jelenka d-dati meta għandhom isiru l-awditi u meta twettqu l-awditi;

4.

ir-rekords tal-kontinwità tas-sorveljanza tal-awtorità kompetenti li jinkludu r-rekords tal-awditi kollha;

5.

kopji tal-korrispondenza relevanti kollha;

6.

dettalji ta' kwalunkwe azzjoni ta' eżenzjoni u infurzar;

7.

kwalunkwe rapport minn awtoritajiet kompetenti oħra relatat mas-sorveljanza tal-organizzazzjoni;

8.

espożizzjoni jew manwali tal-organizzazzjoni u l-emendi;

9.

kopja ta' kull dokument ieħor approvat direttament mill-awtorità kompetenti.

(c)

Il-perjodu taż-żamma għar-rekords tal-punt (b) għandu jkun ta' tal-anqas 5 snin.

(d)

Ir-rekords minimi għas-sorveljanza ta' kull inġenju tal-ajru għandhom jinkludu, tal-anqas, kopja ta':

1.

iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru;

2.

ċertifikati tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà;

3.

rakkomandazzjonijiet tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà maħruġa minn organizzazzjonijiet approvati skont il-Parti-CAO jew il-Parti-CAMO;

4.

ir-rapporti mir-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà mwettqa direttament mill-awtorità kompetenti;

5.

kull korrispondenza rilevanti relatata mal-inġenju tal-ajru;

6.

id-dettalji dwar kull eżenzjoni u azzjoni ta' infurzar;

7.

kwalunkwe dokument approvat mill-awtorità kompetenti skont dan l-Anness jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 (Parti-ARO).

(e)

Ir-rekords speċifikati fil-punt (d) għandhom jinżammu sa sentejn (2) wara li l-inġenju tal-ajru jiġi rtirat b'mod permanenti mis-servizz.

(f)

Ir-rekords kollha għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fuq talba minn Stat Membru ieħor jew l-Aġenzija.”;

(40)

il-punt M.B.201 huwa sostitwit b'dan li ġej:

M.B.201   Responsabbiltajiet

L-awtoritajiet kompetenti kif speċifikat fil-punt M.1 huma responsabbli li jwettqu awditi, spezzjonijiet u investigazzjonijiet biex jivverifikaw li hemm konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.”;

(41)

jiddaħħal il-punt M.B.202 li ġej:

M.B.202   Informazzjoni lill-Aġenzija

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tavża lill-Aġenzija, mingħajr dewmien żejjed, f'każ ta' xi problema sinifikanti bl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija bl-informazzjoni sinifikanti għas-sikurezza li toħroġ mir-rapporti ta' okkorrenza li tkun irċeviet skont il-punt M.A.202.”;

(42)

il-punt M.B.301 huwa sostitwit b'dan li ġej:

M.B.301   Programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-AMP hu konformi mal-punt M.A.302.

(b)

Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-punt (c) tal-punt M.A.302, l-AMP u l-emendi tiegħu għandhom ikunu approvati direttament mill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandu jkollha aċċess għad-data kollha meħtieġa mill-punti (d), (e) u (f) tal-punt M.A.302.

(c)

Fil-każ ta' approvazzjoni indiretta kif previst fil-punt M.A.302(c), l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-proċedura ta' approvazzjoni tal-AMP tas-CAO jew is-CAMO permezz tal-espożizzjoni tal-ajrunavigabbiltà ta' dik l-organizzazzjoni msemmija f'CAO.A.025 u CAMO.A.300.”;

(43)

jiddaħħal il-punt M.B.305 li ġej:

M.B.305   Sistema ta' reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tapprova s-sistema inizjali ta' reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru meħtieġa mill-punt M.A.306.

(b)

Biex l-organizzazzjoni tkun tista' timplimenta tibdiliet fis-sistema ta' reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-proċedura rilevanti msemmija fil-punt (c) tal-punt CAMO.A.300 jew il-punt (c) tal-punt CAO.A.025”;

(44)

fil-punt M.B.602, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(b)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi li l-proċeduri speċifikati fil-manwal tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni huma konformi mas-Sottoparti ta' dan l-Anness, u għandha tiżgura li l-maniġer responsabbli jiffirma d-dikjarazzjoni tal-impenn.

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-organizzazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fis-Sottoparti F ta' dan l-Anness.”;

(45)

fil-punt M.B.603, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

L-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta' approvazzjoni tal-Formola 3 tal-EASA (l-Appendiċi V għal dan l-Anness), li jinkludi t-termini tal-approvazzjoni, meta l-organizzazzjoni ta' manutenzjoni tkun konformi mal-punti applikabbli ta' dan l-Anness.”;

(46)

fil-punt M.B.604, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

L-awtorità kompetenti għandha żżomm u taġġorna lista tal-programmi, għal kull organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont is-Sottoparti F tat-Taqsima B ta' dan l-Anness taħt is-superviżjoni tagħha, id-dati meta ż-żjarat tal-awditi huma dovuti u meta t-tali żjarat jitwettqu.”;

(47)

fil-punt M.B.605, il-frażi introduttorja tal-punt (a) hija sostitwita b'dan li ġej:

“(a)

Meta matul l-awditi jew permezz ta' mezzi oħra, tinstab evidenza li turi n-nuqqas ta' konformità ma' rekwiżit stabbilit f'dan l-Anness jew l-Anness Vb (Parti-ML), l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:”;

(48)

fil-punt M.B.606, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

Għal kwalunkwe bidla fil-manwal tal-organizzazzjoni ta' manutenzjoni:

1.

fil-każ ta' approvazzjoni diretta tat-tibdiliet skont il-punt (b) tal-punt M.A.604, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-proċeduri speċifikati fil-manwal huma konformi ma' dan l-Anness qabel ma tinnotifika formalment lill-organizzazzjoni approvata dwar l-approvazzjoni;

2.

fil-każ ta' approvazzjoni indiretta tat-tibdiliet skont il-punt (c) tal-punt M.A.604, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:

(i)

it-tibdiliet jibqgħu minuri;

(ii)

ikollha kontroll adegwat fuq l-approvazzjoni tat-tibdiliet biex tiżgura li dawn jibqgħu konformi mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.”;

(49)

fil-punt M.B.901, il-punt 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.

Il-persuna kwalifikat kif xieraq tal-awtorità kompetenti għandu jivverifika li d-dikjarazzjoni ta' konformità fir-rakkomandazzjoni turi li twettqet reviżjoni kompluta tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.901.”;

(50)

fil-punt M.B.902, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(a)

Meta awtorità kompetenti twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ iċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (Appendiċi III (Formola 15a tal-EASA) għal dan l-Anness), l-awtorità kompetenti għandha twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà f'konformità mal-punt M.A.901.

(b)

L-awtorità kompetenti għandu jkollha staff adegwat għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà biex iwettaq ir-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà.

1.

Għal kull inġenju tal-ajru użat mill-operaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, u għal inġenju tal-ajru b'MTOM ta' aktar minn 2 730 kg, it-tali persunal għandu:

(a)

ikollu tal-anqas 5 snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà;

(b)

ikollu liċenzja xierqa f'konformità mal-Anness III (Parti-66) jew kwalifika tal-persunal ta' manutenzjoni rikonoxxuta f'livell nazzjonali xierqa skont il-kategorija tal-inġenju tal-ajru (fejn l-Artikolu 5(6) jirreferi għar-regoli nazzjonali) jew lawrja ajrunawtika jew ekwivalenti;

(c)

ikun irċieva taħriġ formali fil-manutenzjoni ajrunawtika;

(d)

ikun żamm kariga b'responsabbiltajiet xierqa.

Minkejja l-punti (a) sa (d), ir-rekwiżit stabbilit fil-punt (b)(1)(b) tal-punt M.B.902 jista' jinbidel ma' 5 snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà b'żieda ma' dawk diġà meħtieġa mill-punt (b)(1)(a) tal-punt M.B.902.

2.

Għal inġenji tal-ajru użati mill-operaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, u għal inġenju tal-ajru b'MTOM ta' 2 730 kg u anqas, it-tali persunal għandu:

(a)

ikollu tal-anqas 3 snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà;

(b)

ikollu liċenzja xierqa f'konformità mal-Anness III (Parti-66) jew kwalifika tal-persunal ta' manutenzjoni rikonoxxuta f'livell nazzjonali xierqa skont il-kategorija tal-inġenju tal-ajru fejn l-Artikolu 5(6) jirreferi għar-regoli nazzjonali, jew lawrja ajrunawtika jew ekwivalenti;

(c)

ikun irċieva taħriġ xieraq fil-manutenzjoni ajrunawtika;

(d)

ikun żamm kariga b'responsabbiltajiet xierqa.

Minkejja l-punti (a) sa (d), ir-rekwiżit stabbilit fil-punt (b)(2)(b) tal-punt M.B.902 jista' jinbidel ma' 4 snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà b'żieda ma' dawk diġà meħtieġa mill-punt (b)(2)(a) tal-punt M.B.902.”;

(51)

jiżdied il-punt M.B.904 li ġej:

M.B.904   Skambju reċiproku ta' informazzjoni

Malli tirċievi notifika ta' trasferiment ta' inġenju tal-ajru bejn l-Istati Membri skont il-punt M.A.903, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-inġenju tal-ajru jkun irreġistrat dak il-ħin għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn se jiġi rreġistrat l-inġenju tal-ajru dwar kwalunkwe problema magħrufa bl-inġenju tal-ajru li jkun qed jiġi ttrasferit. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn se jiġi rreġistrat l-inġenju tal-ajru għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-inġenju tal-ajru jkun irreġistrat dak il-ħin tkun ġiet innotifikata b'mod xieraq dwar it-trasferiment.”

(52)

L-Appendiċi I hija sostitwita b'dan li ġej:

“Appendiċi I

Kuntratt ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

1.   Meta sid jew operatur jagħti kuntratt skont il-punt M.A.201 lil CAMO jew lil CAO biex twettaq kompiti tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, fuq talba tal-awtorità kompetenti, kopja tal-kuntratt iffirmat miż-żewġ partijiet għandha tintbagħat mis-sid jew l-operatur lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru.

2.   Il-kuntratt għandu jiġi żviluppat filwaqt li jqis ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness u għandu jiddefinixxi l-obbligi tal-firmatarji fir-rigward tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru.

3.   Għandu jkollu tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

ir-reġistrazzjoni, it-tip u n-numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru;

l-isem tas-sid jew tal-lokatarju irreġistrat tal-inġenju tal-ajru jew id-dettalji tal-kumpanija, inkluż l-indirizz,

dettalji tas-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt, inkluż l-indirizz, u

it-tip ta' operazzjoni.

4.   Għandu jiddikjara dan li ġej:

‘Is-sid jew l-operatur jinkariga lis-CAMO jew lis-CAO bil-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, l-iżvilupp ta' AMP li għandu jiġi approvat mill-awtorità kompetenti kif spjegat fil-punt M.1, u l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru skont it-tali AMP.

Skont dan il-kuntratt, iż-żewġ firmatarji jintrabtu li jsegwu l-obbligi rispettivi ta' dan il-kuntratt.

Is-sid jew l-operatur jiddikjara, skont l-aħjar għarfien tiegħu, li l-informazzjoni kollha mogħtija lis-CAMO jew is-CAO dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru hi u se tkun preċiża u li l-inġenju tal-ajru mhux se jitbiddel mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tas-CAMO jew is-CAO.

F'każ ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità ma' dan il-kuntratt, minn xi wieħed mill-firmatarji, il-kuntratt isir null. F'tali każ, is-sid jew l-operatur jibqa' responsabbli għal kull kompitu marbut mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, u fi żmien ġimagħtejn (2) jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru dwar it-tali nuqqas ta' konformità mal-kuntratt.’

5.   Meta sid/operatur jagħti kuntratt lil CAMO jew CAO skont il-punt M.A.201, l-obbligi ta' kull parti għandhom jiġu assenjati kif ġej:

5.1.   Obbligi tas-CAMO jew is-CAO:

1.

ikollha t-tip ta' inġenju tal-ajru inkluż fit-termini tal-approvazzjoni tagħha;

2.

tirrispetta l-kundizzjonijiet elenkati hawn taħt fir-rigward tal-manutenzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru:

(a)

tiżviluppa AMP għall-inġenju tal-ajru, li jinkludi kwalunkwe programm ta' affidabbiltà żviluppat, jekk applikabbli;

(b)

tiddikjara l-kompiti ta' manutenzjoni (fl-AMP) li jistgħu jitwettqu mill-bdot-sid skont il-punt (c) tal-punt M.A.803;

(c)

torganizza l-approvazzjoni tal-AMP;

(d)

ladarba jiġi approvat, tipprovdi lis-sid jew lill-operatur b'kopja tal-AMP;

(e)

torganizza spezzjoni ta' tranżizzjoni mal-programm ta' manutenzjoni minn qabel tal-inġenju tal-ajru;

(f)

torganizza biex il-manutenzjoni kollha li titwettaq minn organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata;

(g)

torganizza biex jiġu applikati l-ADs applikabbli kollha;

(h)

torganizza biex id-difetti kollha li jkunu nkixfu matul manutenzjoni skedata, reviżjonijiet tal-adegwatezza għall-avjazzjoni ajrunavigabbiltà jew irrapportati mis-sid jiġu rettifikati minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata;

(i)

tikkoordina l-manutenzjoni skedata, l-applikazzjoni tal-ADs, il-bdil ta' parts li jintużaw għal żmien limitat, u r-rekwiżiti ta' spezzjonijiet tal-komponenti;

(j)

tinforma lis-sid kull darba li l-inġenju tal-ajru għandu jittieħed għand organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata;

(k)

timmaniġġja r-rekords tekniċi kollha;

(l)

tarkivja r-rekords tekniċi kollha;

3.

torganizza l-approvazzjoni ta' kwalunkwe modifika fl-inġenju tal-ajru skont l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 (Parti-21) qabel ma tiġi inkorporata;

4.

torganizza l-approvazzjoni ta' kwalunkwe tiswija fl-inġenju tal-ajru skont l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 (Parti-21) qabel ma din titwettaq;

5.

tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta l-inġenju tal-ajru ma jiġix ippreżentat mis-sid lill-organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata kif mitlub mill-organizzazzjoni approvata;

6.

tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta dan il-kuntratt mhuwiex irrispettat;

7.

tiżgura li r-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru titwettaq meta jkun meħtieġ u tiżgura li jinħareġ iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jew li tintbagħat rakkomandazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru;

8.

tibgħat fi żmien għaxart ijiem (10) kopja ta' kwalunkwe ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà maħruġ jew estiż lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru;

9.

twettaq ir-rapportar ta' kull okkorrenza b'mandat mir-regolamenti applikabbli;

10.

għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni meta l-kuntratt jiġi denunzjat minn kwalunkwe parti.

5.2.   L-obbligi tas-sid jew tal-operatur:

1.

ikollu fehim ġenerali dwar l-AMP approvat;

2.

ikollu fehim ġenerali dwar dan l-Anness;

3.

għandu jippreżenta l-inġenju tal-ajru lill-organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata miftiehma mas-CAMO jew is-CAO meta jkun xieraq kif indikat fit-talba tas-CAMO jew is-CAO;

4.

ma jagħmilx tibdiliet fl-inġenju tal-ajru mingħajr ma jikkonsulta minn qabel mas-CAMO jew is-CAO;

5.

jinforma lis-CAMO jew is-CAO dwar il-manutenzjoni kollha mwettqa bħala eċċezzjoni mingħajr l-għarfien u l-kontroll tas-CAMO jew is-CAO;

6.

jirrapporta d-difetti kollha misjuba matul l-operazzjonijiet lis-CAMO jew is-CAO permezz tal-ġurnal ta' abbord;

7.

għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta dan il-kuntratt jiġi denunzjat minn kwalunkwe parti;

8.

għandu jinforma lis-CAMO jew is-CAO u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta jinbiegħ l-inġenju tal-ajru;

9.

iwettaq ir-rapportar ta' kull okkorrenza b'mandat mir-regolamenti applikabbli;

10.

jinforma fuq bażi regolari lis-CAMO jew is-CAO dwar is-sigħat tat-tajran tal-inġenju tal-ajru u kwalunkwe data oħra dwar l-utilizzazzjoni, kif miftiehem mas-CAMO jew is-CAO;

11.

idaħħal is-CRS fil-ġurnali ta' abbord kif imsemmi fil-punt (d) tal-punt M.A.803 meta jwettaq manutenzjoni tal-bdot-sid mingħajr ma jaqbeż il-limiti tal-lista ta' kompiti ta' manutenzjoni kif iddikjarati fl-AMP approvat kif stabbilit fil-punt (c) tal-punt M.A.803;

12.

jinforma lis-CAMO jew is-CAO sa mhux aktar tard minn 30 jum wara t-tlestija ta' kwalunkwe kompitu ta' manutenzjoni tal-bdot-sid skont il-punt (a) tal-punt M.A.305.

6.   Meta sid jew operatur jagħti kuntratt lil CAMO jew CAO skont il-punt M.A.201, l-obbligi ta' kull parti fir-rigward tar-rapportar obbligatorju u volontarju ta' okkorrenzi skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandhom ikunu speċifikati b'mod ċar.

”;

(53)

L-Appendiċi II hu emendat kif ġej:

(a)

il-punt 5 hu emendat kif ġej:

(i)

fil-Blokk 12, il-punt (x) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(x)

Għal organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati skont is-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), id-dikjarazzjoni tas-CRS tal-komponent imsemmija fil-punt M.A.613 u CAO.A.070, kif applikabbli:

‘Jiċċertifika li, sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-blokk, ix-xogħol identifikat fil-blokk 11 u deskritt f'dan il-blokk twettaq skont ir-rekwiżiti tat-Taqsima A, is-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M) jew l-Anness Vd (Parti-CAO) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 u fir-rigward ta' dak ix-xogħol, l-oġġett jitqies bħala lest biex jinħareġ għall-użu. DAN MHUX RILAXX SKONT L-ANNESS II (PARTI-145) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1321/2014.’

Jekk tkun qed tiġi stampata data mill-format elettroniku tal-Formola 1 tal-EASA, kwalunkwe data li mhix xierqa għall-blokks l-oħra trid tiddaħħal f'dan il-blokk.”

(ii)

il-Blokk 14a huwa sostitwit b'dan li ġej:

Blokk 14a

Immarka l-kaxxa/kaxex ix-xierqa billi tindika liema regolamenti japplikaw għax-xogħol imlesti. Jekk il-kaxxa ‘regolamenti oħra speċifikati fil-blokk 12’ tkun immarkata, ir-regolamenti tal-awtorità/ajiet l-oħra tal-ajrunavigabbiltà jridu jiġu identifikati fil-blokk 12. Trid tiġi mmarkata mill-inqas kaxxa waħda, jew jistgħu jiġu mmarkati żewġ kaxxi, kif xieraq.

Għall-manutenzjoni kollha mwettqa minn organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati skont it-Taqsima A, is-Sottoparti F tal-Anness I (Parti M) jew l-Anness Vd (Parti-CAO) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, il-kaxxa ‘regolament ieħor speċifikat fil-blokk 12’ għandha tiġi mmarkata u d-dikjarazzjoni tas-CRS tiddaħħal fil-blokk 12. F'dak il-każ, id-dikjarazzjoni taċ-ċertifikazzjoni ‘sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-blokk’ hi maħsuba biex tindirizza l-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-manutenzjoni ma setgħetx titlesta;

(b)

fejn il-manutenzjoni kienet differenti mill-istandard mitlub mill-Anness I (Parti M) jew l-Anness Vd (Parti-CAO);

(c)

fejn il-manutenzjoni twettqet skont rekwiżit differenti minn dak speċifikat fl-Anness I (Parti M) jew l-Anness Vd (Parti-CAO); f'dan il-każ il-blokk 12 għandu jispeċifika r-regolament nazzjonali partikolari.

Għall-manutenzjoni kollha mwettqa minn organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati skont it-Taqsima A tal-Anness II (Parti-145) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, id-dikjarazzjoni taċ-ċertifikazzjoni ‘ħlief jekk speċifikat fil-kaxxa 12’ hi maħsuba biex tindirizza l-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-manutenzjoni ma setgħetx titlesta;

(b)

fejn il-manutenzjoni kienet differenti mill-istandard mitlub mill-Anness II (Parti-145);

(c)

fejn il-manutenzjoni twettqet skont rekwiżit differenti minn dak speċifikat fl-Anness II (Parti-145); f'dan il-każ il-blokk 12 għandu jispeċifika r-regolament nazzjonali partikolari.”;

(b)

fin-nota f'qiegħ il-paġna tal-Formola 1 tal-EASA (il-paġna ta' quddiem), it-test “Formola 1 tal-EASA — MF/145 Ħarġa 2” huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Formola 1 tal-EASA — MF/CAO/145 Ħarġa 3”;

(54)

L-Appendiċi III huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Appendiċi III

Ċertifikat tar-Reviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà - Il-Formola 15 tal-EASA

Image 1 Test ta 'immaġni Image 2 Test ta 'immaġni
”;

(55)

L-Appendiċi IV hu emendat kif ġej:

(i)

il-kaxxi li jikkorrispondu għall-klassifikazzjoni A2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“KLASSI

KLASSIFIKAZZJONI

LIMITAZZJONI

BAŻI

LINJA

INĠENJI TAL-AJRU

A2

Ajruplani ta' 5 700 kg u anqas

[Għandu jiddikjara l-manifattur tal-ajruplan jew il-grupp jew is-serje jew it-tip u/jew il-kompiti ta' manutenzjoni]

Eżempju: DHC-6 Serje Twin Otter

Iddikjara jekk il-ħruġ taċ-ċertifikati tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà hux awtorizzat jew le (possibbli biss għall-inġenji tal-ajru ELA1 mhux involuti f'operazzjonijiet kummerċjali)

[IVA/LE] (*)

[IVA/LE] (*)”

(ii)

il-kaxxi li jikkorrispondu għall-klassifikazzjoni A4 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“KLASSI

KLASSIFIKAZZJONI

LIMITAZZJONI

BAŻI

LINJA

INĠENJI TAL-AJRU

A4

Inġenju tal-ajru għajr A1, A2, u A3

[Għandu jiddikjara l-kategorija (glider, ballun tal-ajru, ġifen tal-ajru, eċċ.), il-manifattur jew il-grupp jew is-serje jew it-tip u/jew il-kompitu/i ta' manutenzjoni]

Iddikjara jekk il-ħruġ taċ-ċertifikati tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà hux awtorizzat jew le (possibbli biss għall-inġenji tal-ajru ELA1 mhux involuti f'operazzjonijiet kummerċjali)

[IVA/LE] (*)

[IVA/LE] (*)”;

(56)

L-Appendiċi V' huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Appendiċi V

Ċertifikat tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni – Formola 3-MF tal-EASA

Image 3 Test ta 'immaġni Image 4 Test ta 'immaġni
”;

(57)

Jitħassar l-Appendiċi VI;

(58)

fl-Appendiċi VII, il-frażi introduttorja hija sostitwita b'din li ġejja:

“Dan li ġej jikkostitwixxi l-kompiti kumplessi ta' manutenzjoni msemmija fil-punti (b)(2) u (c) tal-punt M.A.801:”;

(59)

fl-Appendiċi VIII, jitħassar il-punt (b)(9).


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).


ANNESS II

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt 145.A.30 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (k) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(k)

Jekk l-organizzazzjoni twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà korrispondenti skont il-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (Parti-ML), għandu jkollha persunal għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li jkun kwalifikat u awtorizzat skont il-punt ML.A.904 tal-Anness Vb (Parti-ML).”;

(b)

il-punt (l) jitħassar;

(2)

Fil-punt 145.A.42, il-punt 3 tal-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(iii)

Komponenti kkategorizzati bħala li ma humiex salvabbli minħabba li jkunu laħqu l-limitazzjoni ta' żmien obbligatorja tagħhom jew ikollhom difett li ma jissewwiex”;

(3)

Fil-punt 145.A.42, il-punt 2 tal-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(ii)

Il-komponenti li ma humiex salvabbli ma għandhomx jitħallew jidħlu mill-ġdid fis-sistema tal-forniment tal-komponenti sakemm il-limitazzjoni ta' żmien obbligatorja tagħhom ma tkunx ġiet estiża jew sakemm ma tkunx ġiet approvata soluzzjoni ta' tiswija skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012.”;

(4)

fil-punt 145.A.50, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għandu jinħareġ wara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa fuq komponent waqt li ma jkunx qiegħed fuq l-inġenju tal-ajru. Iċ-ċertifikat ta' ħruġ awtorizzat ‘Formola 1 tal-EASA’ imsemmi fl-Appendiċi II tal-Anness I (Parti-M) jikkostitwixxi ċ-ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz tal-komponenti għajr jekk speċifikat mod ieħor fil-punt (b) tal-punt M.A.502. Meta organizzazzjoni tagħmel manutenzjoni fuq komponent għall-użu tagħha stess, il-Formola 1 tal-EASA tista' ma tkunx meħtieġa, skont il-proċeduri interni tal-ħruġ tal-organizzazzjoni definiti fil-preżentazzjoni.”;

(5)

fil-punt 145.A.55, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(b)

L-organizzazzjoni għandha tipprovdi kopja ta' kull ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz lil sid l-inġenju tal-ajru jew lill-operatur tal-inġenju tal-ajru, flimkien ma' kopja ta' kull rekord dettaljat tal-manutenzjoni assoċjat max-xogħol imwettaq u meħtieġ bħala prova ta' konformità mal-punt M.A.305.

(c)

L-organizzazzjoni għandha żżomm kopja tar-rekords dettaljati kollha tal-manutenzjoni u kull data tal-manutenzjoni assoċjata għal tliet snin mid-data ta' meta l-organizzazzjoni tkun ħarġet iċ-ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenju tal-ajru jew għall-komponent tal-inġenju tal-ajru li fuqu jkun sar ix-xogħol.

1.

Ir-rekords skont dan il-punt għandhom jinħażnu b'tali mod li jiżgura li jitħarsu mill-ħsara, it-tibdil jew is-serq.

2.

Il-ħardwer kollu tal-kompjuter użat sabiex isiru kopji backup għandu jinżamm f'postijiet differenti minn dawk li fihom id-data dwar ix-xogħol, b'tali mod li tkun żgurata l-kondizzjoni tajba tagħhom.

3.

Meta organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont dan l-Anness ittemm l-operazzjonijiet tagħha, ir-rekords kollha tal-manutenzjoni mill-perjodu tal-aħħar tliet snin qabel it-tlestija tax-xogħlijiet għandhom jingħataw lill-aħħar sid jew klijent tal-inġenju tal-ajru jew tal-komponent rispettiv jew għandhom jinħażnu skont kif jiġi speċifikat mill-awtorità kompetenti.”;

(6)

Fil-punt 145.A.70, il-punt 6 tal-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.

lista ta' persunal li jiċċertifika, persunal ta' appoġġ u, jekk applikabbli, persunal għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, bl-ambitu tal-approvazzjoni tagħhom.”;

(7)

il-punt 145.A.75 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(f)

Jekk tkun approvata b'mod speċifiku biex tagħmel dan għall-inġenji tal-ajru koperti bl-Anness Vb (Parti-ML), tista' twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ iċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà korrispondenti skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt MLA.903 tal-Anness Vb (Parti-ML) ta' dan ir-Regolament.”;

(b)

il-punt (g) jitħassar;

(8)

fil-punt 145.A.95, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(a)

Sejba tal-livell 1 hi kwalunkwe sejba ta' nuqqas ta' konformità sinifikanti mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness li jnaqqas l-istandard ta' sikurezza u jpoġġi f'riskju serju s-sikurezza tat-titjira.

(b)

Sejba tal-livell 2 hi kwalunkwe sejba ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness li jista' jnaqqas l-istandard ta' sikurezza u jista' jpoġġi f'riskju s-sikurezza tat-titjira.”;

(9)

il-punt 145.B.60 huwa sostitwit b'dan li ġej:

145.B.60   Eżenzjonijiet

Meta Stat Membru jagħti eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' dan l-Anness skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-awtorità kompetenti għandha tirreġistra l-eżenzjoni. Għandha żżomm dawk ir-rekords għall-perjodu previst fil-punt (3) tal-punt 145.B.55”;

(10)

L-Appendiċi III hija sostitwita b'dan li ġej:

“Appendiċi III

Ċertifikat tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni — Formola 3-145 tal-EASA

Image 5 Test ta 'immaġni Image 6 Test ta 'immaġni

ANNESS III

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-punt 66.A.45, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

B'deroga mill-punti (b) u (c), għal inġenji tal-ajru tal-Grupp 2 u 3, il-klassifikazzjonijiet tat-tip ta' inġenju tal-ajru jistgħu wkoll jiġu approvati fil-liċenzja wara li jitlestew il-passi li ġejjin:

it-twettiq sodisfaċenti tal-eżami tat-tip ta' inġenju tal-ajru tal-kategorija B1, B2 jew C rilevanti f'konformità mal-Appendiċi III ta' dan l-Anness (Parti-66);

fil-każ ta' kategorija B1 u B2, it-turija ta' esperjenza prattika fuq it-tip ta' inġenju tal-ajru. F'dak il-każ, l-esperjenza prattika għandha tinkludi parti rappreżentattiva tal-attivitajiet ta' manutenzjoni rilevanti għall-kategorija tal-liċenzja.

Fil-każ ta' klassifikazzjoni ta' kategorija C, għal persuna kkwalifikata permezz tar-rotta akkademika kif imsemmija fil-punt (a)(5) tal-punt 66.A.30, l-ewwel eżami tat-tip ta' inġenju tal-ajru rilevanti għandu jkun fil-livell tal-kategorija B1 jew B2.”;

(2)

fil-punt 66.B.25, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipparteċipaw fi skambju reċiproku ta' informazzjoni skont l-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139”;

(3)

il-punt 66.B.30 huwa sostitwit b'dan li ġej:

66.B.30   Eżenzjonijiet

L-eżenzjonijiet kollha mogħtija skont l-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 għandhom jiġu rreġistrati u miżmuma mill-awtorità kompetenti”;

(4)

fl-Appendiċi II, it-tabella fil-Modulu 10 hija sostitwita b'dan li ġej:

“LIVELL

 

A

B1

B2

B3

10.1

Qafas Regolatorju

 

L-irwol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili;

 

L-irwol tal-Kummissjoni Ewropea;

 

L-irwol tal-EASA;

 

L-irwol tal-Istati Membri u l-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Avjazzjoni;

 

Ir-Regolament (UE) 2018/1139, ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 u r-Regolament (UE) Nru 1321/2014;

 

Ir-relazzjoni bejn id-diversi Annessi (Partijiet) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 u r-Regolament (UE) Nru 965/2012.

1

1

1

1”


ANNESS IV

L-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt 147.B.25, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

L-eżenzjonijiet kollha mogħtija skont l-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 għandhom jiġu rreġistrati u miżmuma mill-awtorità kompetenti.”

(2)

L-Appendiċi II hija sostitwita b'dan li ġej:

“Appendiċi II

Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni ta' Taħriġ fil-Manutenzjoni — Formola 11 tal-EASA

Image 7 Test ta 'immaġni Image 8 Test ta 'immaġni

(3)

L-Appendiċi III hija sostitwita b'dan li ġej:

“1.   Taħriġ u Eżami Bażiku

Il-mudell taċ-ċertifikat tat-taħriġ bażiku għandu jintuża għar-rikonoxximent tat-tlestija jew tat-taħriġ bażiku, tal-eżami bażiku jew kemm tat-taħriġ bażiku kif ukoll tal-eżamijiet tat-taħriġ bażiku.

Iċ-ċertifikat tat-taħriġ għandu jidentifika b'mod ċar kull eżami ta' modulu individwali bid-data ta' meta tlesta b'suċċess, flimkien mal-verżjoni korrispondenti tal-Appendiċi I tal-Anness III (Parti-66).

Image 9 Test ta 'immaġni

2.   Taħriġ u Eżami tat-Tip

Il-mudell taċ-ċertifikat tat-taħriġ tat-tip għandu jintuża jew għar-rikonoxximent tat-tlestija tal-elementi teoretiċi, tal-elementi prattiċi jew kemm tal-elementi teoretiċi kif ukoll tal-elementi prattiċi tal-kors ta' taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip.

Iċ-ċertifikat għandu jindika f'liema kombinazzjoni tal-qafas/magna tal-inġenji tal-ajru kien ingħata t-taħriġ.

Ir-referenzi xierqa għandhom jitħassru kif ikun applikabbli u l-kaxxa tat-tip tal-kors għandha tispjega jekk kinux koperti l-elementi teoretiċi biss jew l-elementi prattiċi biss jew jekk kinux koperti kemm l-elementi teoretiċi kif ukoll dawk prattiċi.

Iċ-ċertifikat tat-taħriġ irid jidentifika b'mod ċar jekk il-kors huwiex kors sħiħ jew huwiex kors parzjali (bħalma huwa kors dwar il-qafas jew l-impjant tal-enerġija (powerplant) jew kors dwar l-avjonika/elettriku ta' inġenju tal-ajru) jew kors tad-differenzi bbażat fuq l-esperjenza preċedenti tal-applikant, pereżempju kors A340 (CFM) għat-tekniċi A320. Jekk il-kors ma jkunx wieħed sħiħ, iċ-ċertifikat għandu jidentifika jekk iż-żoni tal-interfaċċa kinux koperti jew le.

Image 10 Test ta 'immaġni

ANNESS V

L-Anness Va tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-parti tal-werrej hija sostitwita b'dan li ġej:

“WERREJ

T.1   Awtorità kompetenti

Taqsima A — Rekwiżiti tekniċi

Subparti A — ĠENERALI

T.A.101

Ambitu

Subparti B — REKWIŻITI

T.A.201

Responsabbiltajiet

Subparti E — ORGANIZZAZZJONI TAL-MANUTENZJONI

T.A.501

Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni

Subparti G — REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ APPROVATI SKONT L-ANNESS Vc (Parti-CAMO)

T.A.701

Ambitu

T.A.704

Espożizzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

T.A.706

Rekwiżiti tal-persunal

T.A.708

Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

T.A.709

Dokumentazzjoni

T.A.711

Privileġġi

T.A.712

Sistema ta' ġestjoni

T.A.714

Żamma tar-rekords

T.A.715

Validità kontinwata

T.A.716

Sejbiet

Taqsima B — Proċedura addizzjonali għall-awtoritajiet kompetenti

Subparti A — Ġenerali

T.B.101

Ambitu

T.B.104

Żamma tar-rekords

Subparti B — Kontabbiltà

T.B.201

Responsabbiltajiet

T.B.202

Sejbiet

Subparti G — REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ APPROVATI SKONT L-ANNESS Vc (Parti-CAMO)

T.B.702

Proċedura ta' ċertifikazzjoni inizjali

T.B.704

Sorveljanza kontinwa

T.B.705

Sejbiet u azzjonijiet korrettivi”

(2)

It-Taqsima A hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt T.A.101 huwa sostitwit b'dan li ġej:

T.A.101   Ambitu

Din it-taqsima tistabbilixxi rekwiżiti biex jiġi żgurat li tinżamm il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1 f'konformità mar-rekwiżiti essenzjali tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Tispeċifika wkoll il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati mill-persuni u l-organizzazzjonijiet responsabbli mill-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u l-manutenzjoni ta' tali inġenji tal-ajru.”;

(b)

it-titolu tas-Subparti G huwa sostitwit b'dan li ġej:

“REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ APPROVATI SKONT L-ANNESS Vc (Parti-CAMO)”;

(c)

il-punt T.A.701 huwa sostitwit b'dan li ġej:

T.A.701   Ambitu

Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati flimkien mar-rekwiżiti tal-Anness Vc (Parti CAMO), minn organizzazzjoni approvata skont dak l-Anness, biex din tkun intitolata tikkontrolla t-twettiq tal-kompiti speċifikati fil-punt T.A.201.”;

(d)

il-punt T.A.704 huwa sostitwit b'dan li ġej:

T.A.704   Espożizzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

Minbarra r-rekwiżiti previsti fil-punt CAMO.A.300, l-espożizzjoni għandha tinkludi proċeduri li jispeċifikaw kif l-organizzazzjoni tiżgura l-konformità ma' dan l-Anness.”;

(e)

il-punt T.A.706 huwa sostitwit b'dan li ġej:

T.A.706   Rekwiżiti tal-persunal

Minbarra r-rekwiżiti previsti fil-punt CAMO.A.305, il-membri tal-persunal imsemmi fil-punti (a)(3) sa (a)(5) u (b)(2) tal-punt CAMO.A.305 għandu jkollhom għarfien xieraq tal-liġijiet applikabbli tal-pajjiżi terzi fejn huwa rreġistrat l-inġenju tal-ajru.”;

(f)

fil-punt T.A.708, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Minkejja l-punt CAMO.A.315, għall-inġenji tal-ajru li għalihom il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà hija ġestita f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness, l-organizzazzjoni għandha:”;

(g)

il-punt T.A.709 huwa sostitwit b'dan li ġej:

T.A.709   Dokumentazzjoni

Minkejja l-punt CAMO.A.325, għal kull inġenju tal-ajru li għalih il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà hija ġestita f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness, l-organizzazzjoni għandu jkollha u għandha tuża data ta' manutenzjoni applikabbli li tkun aċċettabbli għall-Istat tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru.”;

(h)

il-punti T.A.711 u T.A.712 huma sostitwiti b'dan li ġej:

T.A.711   Privileġġi

Organizzazzjoni approvata skont l-Anness Vc (Parti-CAMO) tista' twettaq il-kompiti speċifikati fil-punt T.A.708 għall-inġenju tal-ajru inkluż fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru tagħha, sakemm dik l-organizzazzjoni tkun stabbilixxiet proċeduri, approvati mill-awtorità kompetenti, biex tiżgura konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.

T.A.712   Sistema ta' ġestjoni

Minbarra r-rekwiżiti tal-punt CAMO.A.200, l-organizzazzjoni għandha tiżgura l-konformità tagħha mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.”;

(i)

il-punti T.A.714, T.A.715 u T.A.716 huma sostitwiti b'dan li ġej:

T.A.714   Żamma tar-rekords

Minbarra r-rekwiżiti tal-punt (a) tal-punt CAMO.A.220, l-organizzazzjoni għandha żżomm ir-rekords imsemmija fil-punt (1)(j) tal-punt T.A.201.

T.A.715   Validità kontinwata

Biex l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni li tiġġestixxi l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tibqa' valida, flimkien mar-rekwiżiti tal-punt CAMO.A.135 għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli ta' dan l-Anness; u

(b)

l-organizzazzjoni tiżgura li kwalunkwe persuna awtorizzata mill-awtorità kompetenti tingħata aċċess għal kwalunkwe waħda mill-faċilitajiet, inġenji tal-ajru jew dokumenti tagħha li huma relatati mal-attivitajiet tagħha, inkluż kull attività sottokuntrattata, biex tiġi stabbilita l-konformità ma' dan l-Anness.

T.A.716   Sejbiet

(a)

Wara li tkun irċeviet notifika tas-sejbiet skont il-punt T.B.705, l-organizzazzjoni għandha tagħmel dan li ġej:

(1)

tidentifika l-kawża ewlenija jew il-kawżi ewlenin tas-sejba ta' nuqqas ta' konformità, u l-fatturi li jikkontribwixxu għaliha;

(2)

tħejji, tadotta u timplimenta pjan ta' azzjoni korrettiva;

(3)

turi, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, li ttieħdet l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex tiġi indirizzata s-sejba.

(b)

L-azzjonijiet imsemmija fil-punti (1) sa (3) tal-paragrafu (a) għandhom jitwettqu fil-perjodu ta' żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti skont il-punt T.B.705.”;

(3)

It-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“PROĊEDURA ADDIZZJONALI GĦALL-AWTORITÀ KOMPETENTI”;

(b)

it-titolu tas-Subparti G huwa sostitwit b'dan li ġej:

“REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ APPROVATI SKONT L-ANNESS Vc (Parti-CAMO)”;

(c)

il-punt T.B.702 huwa sostitwit b'dan li ġej:

T.B.702   Proċedura ta' ċertifikazzjoni inizjali

Minbarra r-rekwiżiti tal-punt CAMO.B.310, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika u tistabbilixxi li dawk il-proċeduri huma konformi mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness u għandha tivverifika li l-organizzazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.”;

(d)

il-punti T.B.704 u T.B.705 huma sostitwiti b'dan li ġej:

T.B.704   Sorveljanza kontinwa

Minbarra r-rekwiżiti tal-punt CAMO.B.305, matul kull ċiklu ta' ppjanar tas-sorveljanza, l-awtorità kompetenti għandha twettaq spezzjoni ta' kampjun rilevanti tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1 ġestiti mill-organizzazzjoni.

T.B.705   Sejbiet u azzjonijiet korrettivi

Għal organizzazzjonijiet li jiġġestixxu l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1, l-awtorità kompetenti għandha tapplika r-rekwiżiti inklużi fil-punt CAMO.B.350 meta tivverifika jekk l-organizzazzjoni hijiex konformi mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.”


ANNESS VI

“ANNESS Vb

(Parti-ML)

WERREJ

ML.1

TAQSIMA A — REKWIŻITI TEKNIĊI

SOTTOPARTI A — ĠENERALI

ML.A.101

Kamp ta' applikazzjoni

SOTTOPARTI B — RESPONSABBILTÀ

ML.A.201

Responsabbiltajiet

ML.A.202

Rapportar ta' okkorrenza

SOTTOPARTI C — IL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

ML.A.301

Kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

ML.A.302

Programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru

ML.A.303

Direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà

ML.A.304

Data għal modifiki u tiswijiet

ML.A.305

Sistema ta' reġistrazzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru

ML.A.307

Trasferiment ta' rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru

SOTTOPARTI D — STANDARDS TA' MANUTENZJONI

ML.A.401

Data tal-manutenzjoni

ML.A.402

Twettiq ta' manutenzjoni

ML.A.403

Difetti tal-inġenju tal-ajru

SOTTOPARTI E — KOMPONENTI

ML.A.501

Klassifikazzjoni u installazzjoni

ML.A.502

Manutenzjoni tal-komponenti

ML.A.503

Komponenti li jistgħu jintużaw għal żmien limitat

ML.A.504

Kontroll ta' komponenti li ma jistax isir servizz fuqhom

SOTTOPARTI H — ĊERTIFIKAT GĦAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ (CRS)

ML.A.801

Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru

ML.A.802

Ċertifikat għall-komponenti għar-rilaxx għas-servizz

ML.A.803

Awtorizzazzjoni għall-pilota-sid

SOTTOPARTI I — ĊERTIFIKAT TAR-REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (ARC)

ML.A.901

Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru

ML.A.902

Validità taċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà

ML.A.903

Proċess ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà

ML.A.904

Kwalifika tal-persunal għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà

ML.A.905

Trasferiment tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru fi ħdan l-Unjoni

ML.A.906

Reviżjoni tan-navigabbiltà tal-inġenju tal-ajru importat fl-Unjoni

ML.A.907

Sejbiet

TAQSIMA B — PROĊEDURA GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

SOTTOPARTI A — ĠENERALI

ML.B.101

Kamp ta' applikazzjoni

ML.B.102

Awtorità kompetenti

ML.B.104

Żamma tar-rekords

ML.B.105

Skambju reċiproku ta' informazzjoni

SOTTOPARTI B — RESPONSABBILTÀ

ML.B.201

Responsabbiltajiet

SOTTOPARTI C — IL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

ML.B.302

Eżenzjonijiet

ML.B.303

Monitoraġġ tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru

ML.B.304

Ir-revoka, is-sospensjoni u l-limitazzjoni

SOTTOPARTI I — ĊERTIFIKAT TAR-REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (ARC)

ML.B.902

Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà mill-awtorità kompetenti

ML.B.903

Sejbiet

Appendiċi I — Kuntratt ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

Appendiċi II — Manutenzjoni limitata tal-Pilota-Sid

Appendiċi III — Kompiti ta' manutenzjoni kumplessi li m'għandhomx jitwettqu mill-Pilota-Sid

Appendiċi IV — Ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (Formola 15c tal-EASA)

ML.1

(a)

Skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3, dan l-Anness (Parti-ML) japplika għall-inġenji tal-ajru li ġejjin għajr dawk motorizzati u kumplessi mhux elenkati fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru ta' operatur tal-ajru li ngħata l-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008:

(1)

ajruplani b'massa massima waqt it-tlugħ (MTOM) ta' 2 730 kg jew anqas;

(2)

inġenji tal-ajru kbar li jaħdmu bir-rotors b'MTOM ta' 1 200 kg jew anqas, iċċertifikati għal sa massimu ta' 4 okkupanti;

(3)

inġenji tal-ajru oħra ELA2.

(b)

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, l-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru tar-reġistru tal-inġenji tal-ajru.

(c)

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni” tfisser persunal taċ-ċertifikazzjoni li ma jaħdimx f'isem organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata u li, b'mod alternattiv, jikkonforma:

(i)

mar-rekwiżiti tal-Anness III (Parti-66);

(ii)

għal inġenji tal-ajru li għalihom ma japplikax l-Anness III (Parti-66), mar-rekwiżiti dwar il-persunal ta' ċertifikazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru tar-reġistru tal-inġenji tal-ajru;

(2)

“organizzazzjoni ta' manutenzjoni” tfisser organizzazzjoni li jkollha approvazzjoni maħruġa skont, b'mod alternattiv:

(i)

is-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M);

(ii)

it-Taqsima A tal-Anness II (Parti-145);

(iii)

it-Taqsima A tal-Anness Vd (Parti-CAO).

(3)

“sid” tfisser il-persuna responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, inklużi, b'mod alternattiv:

(i)

is-sid reġistrat tal-inġenju tal-ajru;

(ii)

il-lokatarju fil-każ ta' kuntratt ta' lokazzjoni;

(iii)

l-operatur.

TAQSIMA A

REKWIŻITI TEKNIĊI

SOTTOPARTI A

ĠENERALI

ML.A.101   Kamp ta' applikazzjoni

Din it-Taqsima tistabbilixxi l-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru jkun ajrunavigabbli. Tispeċifika wkoll l-kondizzjonijiet li jridu jkunu ssodisfati mill-persuni jew l-organizzazzjonijiet involuti fl-attivitajiet relatati mal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru.

SOTTOPARTI B

RESPONSABBILTÀ

ML.A.201   Responsabbiltajiet

(a)

Is-sid tal-inġenju tal-ajru għandu jkun responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u għandu jiżgura li ma sseħħ ebda titjira sakemm ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(1)

l-inġenju tal-ajru jinżamm f'kundizzjoni tajba għat-titjir;

(2)

kwalunkwe tagħmir operattiv u ta' emerġenza mwaħħal, ġie installat b'mod korrett u jista' jsir servizz fuqu jew inkella hu identifikat b'mod ċar li ma jistax isir servizz fuqu;

(3)

iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà hu validu;

(4)

il-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru titwettaq f'konformità mal-Programm ta' Manutenzjoni tal-Inġenju tal-Ajru (“AMP”) kif speċifikat fil-punt ML.A.302.

(b)

Permezz ta' deroga mill-punt (a), meta l-inġenju tal-ajru jkun mogħti b'lokazzjoni, ir-responsabbiltajiet stabbiliti fil-punt (a) għandhom japplikaw għal-lokatarju, jekk il-lokatarju jkun identifikat fid-dokument ta' reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru jew fil-kuntratt ta' lokazzjoni.

(c)

Kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni li twettaq il-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru u tal-komponenti għandha tkun responsabbli għall-kompiti ta' manutenzjoni li jkunu qed jitwettqu.

(d)

Il-bdot fil-kmand tal-inġenju tal-ajru għandu jkun responsabbli għat-twettiq sodisfaċenti tal-ispezzjoni ta' qabel it-titjira. Dik l-ispezzjoni għandha titwettaq mill-bdot jew minn persuna oħra kwalifikata iżda ma hemmx bżonn li titwettaq minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata jew mill-persunal li jiċċertifika.

(e)

Għal inġenji tal-ajru operati minn Organizzazzjonijiet kummerċjali Approvati tat-Taħriġ (“ATO”) u minn Organizzazzjonijiet kummerċjali Ddikjarati tat-Taħriġ (“DTO”) imsemmija fl-Artikolu 10a tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew mhux operati skont l-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 (Parti-NCO) jew operat skont is-Sottoparti-ADD tal-Anness II (Parti-BOP) tar-Regolament (UE) 2018/395 jew is-Sottoparti-DEC tal-Anness II (Parti-SAO) tar-Regolament (UE) 2018/1976 (*1), l-operatur għandu:

(1)

ikun approvat bħala CAMO jew bħala CAO għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru tiegħu skont l-Anness Vc (Parti-CAMO) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), jew jikkuntratta tali organizzazzjoni billi juża l-kuntratt stabbilit fl-Appendiċi I għal dan l-Anness;

(2)

jiżgura li l-manutenzjoni kollha titwettaq minn organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati skont il-punt (c)(2) tal-punt ML.1.;

(3)

jiżgura li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti tal-punt (a).

(f)

Għal inġenji tal-ajru mhux inklużi fil-punt (e), biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt (a), is-sid tal-inġenju tal-ajru jista' jagħti b'kuntratt il-kompiti assoċjati mal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà lil organizzazzjoni approvata bħala CAMO jew CAO skont l-Anness Vc (Parti-CAMO) jew l-Anness Vd (Parti-CAO). F'dak il-każ, l-organizzazzjoni mogħtija l-kuntratt għandha tassumi r-responsabbiltà għall-eżekuzzjoni kif xieraq ta' dawk il-kompiti u għandu jiġi konkluż kuntratt bil-miktub skont l-Appendiċi I għal dan l-Anness. Jekk is-sid ma jagħtix kuntratt lil organizzazzjoni bħal din, is-sid ikun responsabbli għall-eżekuzzjoni kif xieraq tal-kompiti assoċjati mal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà.

(g)

Is-sid għandu jagħti lill-awtorità kompetenti aċċess għall-inġenju tal-ajru u għar-rekords tal-inġenji tal-ajru, biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tiddetermina jekk l-inġenju tal-ajru jikkonformax mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.

ML.A.202   Rapportar ta' okkorrenza

(a)

Mingħajr ħsara għall-obbligi ta' rapportar stabbiliti fl-Anness II (Parti-145) u fl-Anness Vc (Parti-CAMO), kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni responsabbli skont il-punt ML.A.201 għandha tirrapporta kwalunkwe kundizzjoni identifikata ta' inġenju tal-ajru jew komponent li tipperikola s-sikurezza tat-titjira:

(1)

lill-awtorità kompetenti maħtura mill-Istat Membru tar-reġistru tal-inġenju tal-ajru, u, meta dan ikun differenti mill-Istat Membru tar-reġistru, lill-awtorità kompetenti maħtura mill-Istat Membru tal-operatur;

(2)

lill-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn tat-tip jew għad-disinn tat-tip supplimentari.

(b)

Ir-rapporti msemmija fil-punt (a) għandhom isiru b'mod iddeterminat mill-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (a) u għandu jkun fihom l-informazzjoni pertinenti kollha dwar il-kundizzjoni magħrufa mill-persuna jew mill-organizzazzjoni li tagħmel ir-rapport.

(c)

Meta l-manutenzjoni jew ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru titwettaq fuq il-bażi ta' kuntratt bil-miktub, il-persuna jew l-organizzazzjoni responsabbli għal dawk l-attivitajiet għandha tirrapporta wkoll kwalunkwe kundizzjoni msemmija fil-punt (a) lis-sid tal-inġenju tal-ajru u, meta din tkun differenti, lis-CAMO jew lis-CAO ikkonċernata.

(d)

Il-persuna jew l-organizzazzjoni għandha tissottometti r-rapporti msemmija fil-punti (a) u (c) mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 72 siegħa mill-mument li fih il-persuna jew l-organizzazzjoni tidentifika l-kundizzjoni li dwarha jsir ir-rapport, sakemm ċirkustanzi eċċezzjonali ma jipprevjenux li dan isir.

SOTTOPARTI C

IL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

ML.A.301   Kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

Il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u li t-tagħmir operattiv u ta' emerġenza jista' jsir servizz fuqu għandhom ikunu żgurati:

(a)

bit-twettiq tal-ispezzjonijiet ta' qabel it-titjira;

(b)

bir-rettifika ta' kwalunkwe difett u ħsara li jaffettwaw l-operar sikur skont id-data speċifikata fil-punti ML.A.304 u ML.A.401, skont kif applikabbli, filwaqt li jitqiesu l-lista tat-tagħmir minimu (“MEL”) u l-lista ta' devjazzjoni tal-konfigurazzjoni, meta jkunu jeżistu;

(c)

bit-tlestija tal-manutenzjoni kollha skont l-AMP imsemmi fil-punt ML.A.302;

(d)

bit-twettiq ta' kwalunkwe minn dawn applikabbli:

(1)

id-direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà (“AD”);

(2)

id-direttiva operattiva b'impatt fuq il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà;

(3)

ir-rekwiżiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà stabbiliti mill-Aġenzija;

(4)

il-miżura meħtieġa mill-awtorità kompetenti bħala reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza;

(e)

it-twettiq tal-modifiki u t-tiswijiet skont l-ML.A.304;

(f)

titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni, meta jkunu meħtieġa.

ML.A.302   Programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru

(a)

Il-manutenzjoni ta' kull inġenju tal-ajru għandha tkun organizzata skont AMP.

(b)

L-AMP u kwalunkwe emenda sussegwenti għalih għandhom ikunu, b'mod alternattiv:

(1)

iddikjarati mis-sid skont il-punt (c)(7) tal-punt ML.A.302, fejn il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru ma tkunx ġestita minn CAMO jew CAO;

(2)

approvati mis-CAMO jew is-CAO responsabbli għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru.

Is-sid li jiddikjara l-AMP skont il-punt (b)(1) jew l-organizzazzjoni li tapprova l-AMP skont il-punt (b)(2) għandhom iżommu l-AMP aġġornat.

(c)

L-AMP:

(1)

għandu jidentifika b'mod ċar lil sid l-inġenju tal-ajru u lill-inġenju tal-ajru li hu relatat miegħu, inklużi kwalunkwe magna u skrun installati, skont kif applikabbli;

(2)

għandu jinkludi, b'mod alternattiv:

(a)

il-kompiti jew l-ispezzjonijiet li jinsabu fil-programm tal-ispezzjoni minima applikabbli (“MIP”) imsemmi fil-punt (d);

(b)

l-istruzzjonijiet għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (“ICA”) maħruġa mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn (“DAH”);

(3)

jista' jinkludi azzjonijiet addizzjonali ta' manutenzjoni minbarra dawk imsemmija fil-punt (c)(2) jew azzjonijiet ta' manutenzjoni alternattivi għal dawk imsemmija fil-punt (c)(2)(b) fuq il-proposta tas-sid, is-CAMO jew is-CAO, ladarba jiġu approvati jew iddikjarati skont il-punt (b). Azzjonijiet ta' manutenzjoni alternattivi għal dawk imsemmija fil-punt (c)(2)(b) m'għandhomx ikunu anqas restrittivi minn dawk stabbiliti fl-MIP applikabbli;

(4)

għandu jinkludi l-informazzjoni obbligatorja kollha dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, bħal ADs ripetittivi, it-taqsima dwar il-limitazzjoni tal-ajrunavigabbiltà (“ALS”) tal-ICAs, u r-rekwiżiti speċifiċi dwar il-manutenzjoni li jinsabu fl-iskeda tad-data taċ-ċertifikat tat-tip (“TCDS”);

(5)

għandu jidentifika kwalunkwe kompitu addizzjonali ta' manutenzjoni li għandu jitwettaq minħabba t-tip speċifiku ta' inġenju tal-ajru, il-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru u t-tip u l-ispeċifiċità tal-operazzjoni, filwaqt li l-elementi li ġejjin għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni bħala minimu:

(a)

tagħmir speċifiku installat u modifiki tal-inġenju tal-ajru;

(b)

tiswijiet imwettqa fl-inġenju tal-ajru;

(c)

komponenti li jistgħu jintużaw għal żmien limitat u komponenti kritiċi għas-sikurezza tat-titjira;

(d)

rakkomandazzjonijiet ta' manutenzjoni, bħalma huma l-intervalli taż-żmien bejn kull tiġdid maġġuri (“TBO”), maħruġa permezz ta' bullettini dwar is-servizz, ittri dwar is-servizz, u informazzjoni oħra mhux obbligatorja dwar is-servizz;

(e)

direttivi jew rekwiżiti operazzjonali applikabbli relatati mal-ispezzjoni perjodika ta' ċertu tagħmir;

(f)

approvazzjonijiet operazzjonali speċjali;

(g)

l-użu tal-inġenju tal-ajru u l-ambjent operazzjonali;

(6)

għandu jidentifika jekk il-Piloti-Sidien humiex awtorizzati jwettqu manutenzjoni;

(7)

meta ddikjarat mis-sid, għandu jkun fih dikjarazzjoni ffirmata li fiha s-sid jiddikjara li dan hu l-AMP għar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru partikolari u li hu responsabbli bis-sħiħ għall-kontenut tagħha u, b'mod partikolari għal kwalunkwe devjazzjoni mir-rakkomandazzjonijiet tad-DAH;

(8)

meta approvat mis-CAMO jew is-CAO, għandu jkun iffirmat minn din l-organizzazzjoni, li għandha żżomm rekords bil-ġustifikazzjoni għal kwalunkwe devjazzjoni introdotta fir-rakkomandazzjonijiet tad-DAH;

(9)

għandu jiġi rivedut tal-anqas kull sena biex tiġi vvalutata l-effikaċja tiegħu, u din ir-reviżjoni għandha ssir, b'mod alternattiv:

(a)

flimkien mar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru mill-persuna li twettaq tali reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà;

(b)

mis-CAMO jew is-CAO li timmaniġġja l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru f'dawk il-każijiet li fihom ir-reviżjoni tal-AMP ma titwettaqx flimkien ma' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà.

Jekk ir-reviżjoni turi nuqqasijiet fl-inġenju tal-ajru marbutin ma' nuqqasijiet fil-kontenut tal-AMP, l-AMP għandu jiġi emendat kif xieraq. F'dan il-każ, il-persuna li twettaq ir-reviżjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru jekk hi ma taqbilx mal-miżuri li jemendaw l-AMP meħuda mis-sid, mis-CAMO jew mis-CAO. L-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi liema emendi għall-AMP huma neċessarji, filwaqt li ssemmi s-sejbiet korrispondenti u, jekk ikun hemm bżonn, tirreaġixxi skont il-punt ML.B.304.

(d)

MIP:

(1)

għandu jkun fih l-intervalli ta' spezzjoni li ġejjin:

(a)

għal ajruplani, gliders motorizzati tat-touring (“TMGs”) u blalen tal-arja, kull intervall annwali jew ta' kull 100 siegħa, skont liema jaħbat l-ewwel, li għalih tista' tiġi applikata tolleranza ta' xahar jew ta' 10 sigħat. L-intervall li jmiss għandu jiġi kkalkolat mill-ħin li fih isseħħ l-ispezzjoni;

(b)

għal gliders u gliders motorizzati għajr TMGs, kull intervall annwali li għalih tista' tiġi applikata tolleranza ta' xahar (1). L-intervall li jmiss għandu jiġi kkalkolat mill-ħin li fih isseħħ l-ispezzjoni;

(2)

għandu jkun fih dan li ġej, skont kif applikabbli għat-tip ta' inġenju tal-ajru:

(a)

kompiti ta' servizzjar kif meħtieġa mir-rekwiżiti tad-DAH;

(b)

spezzjoni tal-marki;

(c)

reviżjoni tar-rekords dwar l-użin u l-użin skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012, ir-Regolament (UE) 2018/395 u r-Regolament (UE) 2018/1976;

(d)

test operazzjonali tat-transponder (jekk installat);

(e)

test funzjoni tas-sistema statika Pitot;

(f)

fil-każ tal-ajruplani:

(i)

testijiet operazzjonali għall-potenza u għar-revoluzzjonijiet fil-minuta (rpm), manjeti, pressjoni tal-fjuwil u taż-żejt, temperaturi tal-magna;

(ii)

għal magni mgħammra b'kontroll awtomatiku tal-magna, il-proċedura ppubblikata għall-kontrolli tal-aħħar;

(iii)

għall-magni dry-sump, il-magni bit-turbokompressur u l-magni mkessħa bil-likwidu, test operazzjonali għal sinjali ta' ċirkolazzjoni mfixkla tal-fluwidi;

(g)

spezzjoni tal-kondizzjoni u t-twaħħil tal-oġġetti strutturali, tas-sistemi u l-komponenti li jikkorrispondu għall-oqsma li ġejjin:

(i)

għall-ajruplani:

qafas tal-inġenju tal-ajru, kabina u kokpit, attrezzatura għall-inżul, taqsima tal-ġwienaħ u taċ-ċentru, kontrolli tat-titjir, empennage, l-elementi avjoniċi u elettriċi, l-impjant tal-enerġija, il-klaċċijiet u l-gerboksis, is-sistemi tal-iskrejjen u mixxellanji, bħas-sistema ta' salvataġġ ballistika;

(ii)

għal gliders u gliders bil-magna:

qafas tal-inġenju tal-ajru, kabina u kokpit, attrezzatura għall-inżul, taqsima tal-ġwienaħ u taċ-ċentru, empennage, l-elementi avjoniċi u elettriċi, l-impjant tal-enerġija (għal gliders bil-magna) u sistemi mixxellanji, bħas-saborra li titneħħa u/jew id-drag chute u l-kontrolli, kif ukoll is-sistema tas-saborra tal-ilma;

(iii)

għal blalen tal-arja sħuna:

envelopp, berner, basket, kontenituri tal-fjuwil, tagħmir u strumenti;

(iv)

għal blalen tal-gass:

envelopp, basket, tagħmir u strumenti.

Dment li dan l-Anness ma jispeċifikax MIP għal iġfna tal-ajru u għal inġenji tal-ajru kbar li jaħdmu bir-rotors, l-AMP tagħhom għandu jkun ibbażat fuq l-ICA maħruġa mid-DAH, kif imsemmi fil-punt (c)(2)(b).

(e)

B'deroga mill-punti (b) u (c), dikjarazzjoni mis-sid jew approvazzjoni minn CAMO jew minn CAO mhix meħtieġa, u m'hemmx bżonn li jiġi prodott dokument tal-AMP meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

l-ICA kollha maħruġa mid-DAH ikunu qed jiġu segwiti mingħajr ebda devjazzjoni;

(2)

ir-rakkomandazzjonijiet kollha dwar il-manutenzjoni, bħall-intervalli tat-TBO, maħruġa permezz tal-bullettini tas-servizz, ittri tas-servizz, u informazzjoni tas-servizz oħra mhux obbligatorja, ikunu qed jiġu segwiti mingħajr ebda devjazzjoni;

(3)

ma hemm ebda kompitu addizzjonali ta' manutenzjoni li għandu jitwettaq li jirriżulta minn kwalunkwe wieħed jew waħda minn fost dawn li ġejjin:

(a)

tagħmir speċifiku installat u modifiki tal-inġenju tal-ajru;

(b)

tiswijiet imwettqa fl-inġenju tal-ajru;

(c)

komponenti li jistgħu jintużaw għal żmien limitat u komponenti kritiċi għas-sikurezza tat-titjira;

(d)

approvazzjonijiet operazzjonali speċjali;

(e)

l-użu tal-inġenju tal-ajru u l-ambjent operazzjonali.

(4)

Il-Piloti-Sidien huma awtorizzati jwettqu manutenzjoni tal-Pilota-Sid.

Din id-deroga mhix applikabbli jekk il-pilota-sid jew, f'każ ta' inġenju tal-ajru bi sjieda konġunta, kwalunkwe wieħed mill-piloti-sidien, ma jkunx awtorizzat iwettaq manutenzjoni tal-Pilota-Sid għaliex dan irid ikun speċifikat fl-AMP iddikjarat jew approvat.

(f)

Jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha previsti fil-punti (e)(1) sa (e)(4), l-AMP applikabbli għall-inġenju tal-ajru għandu jkun jikkonsisti f'dawn li ġejjin:

(1)

l-ICA maħruġa mid-DAH;

(2)

ir-rakkomandazzjonijiet ta' manutenzjoni, bħalma huma l-intervalli tat-TBO, maħruġa permezz ta' bulettini dwar is-servizz, ittri dwar is-servizz, u informazzjoni oħra mhux obbligatorja dwar is-servizz;

(3)

l-informazzjoni obbligatorja dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, bħal ADs ripetittivi, l-ALS tal-ICA u r-rekwiżiti speċifiċi dwar il-manutenzjoni li jinsabu fit-TCDS;

(4)

il-kompiti dovuti għal direttivi jew rekwiżiti operazzjonali jew dwar l-ispazju tal-ajru b'rabta ma' strumenti u tagħmir partikolari.

ML.A.303   Direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà

Kull AD applikabbli trid titwettaq fi ħdan ir-rekwiżiti ta' dik l-AD sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-Aġenzija.

ML.A.304    Data għal modifiki u tiswijiet

Persuna jew organizzazzjoni li ssewwi inġenju tal-ajru jew komponent għandha tivvaluta kwalunkwe ħsara. Il-modifiki u t-tiswijiet għandhom jitwettqu billi tintuża, kif xieraq, id-data li ġejja:

(a)

approvata mill-Aġenzija;

(b)

approvata minn organizzazzjoni tad-disinn li tikkonforma mal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;

(c)

li tinsab fir-rekwiżiti msemmija fil-punt 21.A.90B jew fil-punt 21A.431B tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

ML.A.305   Sistema ta' reġistrazzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru

(a)

Mat-tlestija ta' kwalunkwe manutenzjoni, iċ-ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz (CRS) meħtieġ mill-punt M.A.801 għandu jiddaħħal fis-sistema tar-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru. Kull entrata għandha ssir mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn 30 jum mid-data tat-tlestija tal-kompitu ta' manutenzjoni.

(b)

Ir-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru għandu jkun fihom ġurnal ta' abbord l-inġenju tal-ajru, il-ġurnal(i) tal-magni jew il-kards tal-ġurnal tal-modulu tal-magna, il-ġurnal(i) tal-iskrun u kards tal-ġurnal għal kull komponent li jista' jintuża għal żmien limitat, kif xieraq.

(c)

It-tip tal-inġenju tal-ajru u l-marka tar-reġistrazzjoni, flimkien mal-ħin totali ta' titjiriet u ċikli ta' titjiriet u nżul, għandhom jiddaħħlu fil-ġurnali tal-inġenju tal-ajru.

(d)

Ir-rekords dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandhom jikkonsistu:

(1)

fl-istatus kurrenti tal-ADs u l-miżuri mandati mill-awtorità kompetenti f'reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza;

(2)

fl-istatus kurrenti tal-modifiki, it-tiswijiet u rakkomandazzjonijiet oħra tad-DAH dwar il-manutenzjoni;

(3)

fl-istatus kurrenti tal-konformità mal-AMP;

(4)

fl-istatus kurrenti ta' komponenti bi żmien limitat tal-użu;

(5)

fir-rapport kurrenti dwar il-massa u l-bilanċ;

(6)

fil-lista kurrenti ta' manutenzjoni differita.

(e)

Minbarra d-dokument tar-rilaxx awtorizzat, il-Formola 1 tal-EASA, kif stipulat fl-Appendiċi II tal-Anness I (Parti-M), jew ekwivalenti, għandha tiddaħħal fil-ġurnal ta' abbord tal-magna jew tal-iskrejjen u fl-iskedi tal-moduli tal-magni jew karti tar-reġistrazzjoni tal-komponenti bi żmien limitat tal-użu l-informazzjoni rilevanti li ġejja għal kwalunkwe komponent installat, bħal magna, skrejjen, modulu ta' magna jew karti tar-reġistrazzjoni tal-komponent bi żmien limitat tal-użu:

(1)

l-identifikazzjoni tal-komponent;

(2)

it-tip, in-numru tas-serje u r-reġistrazzjoni, kif xieraq, tal-inġenju tal-ajru, il-magna, l-iskrejjen, modulu ta' magna jew komponent bi żmien limitat tal-użu li ġie mmuntat fuqu l-komponent partikolari, flimkien mar-referenza għall-installazzjoni u t-tneħħija tal-komponent;

(3)

id-data flimkien mal-ħin tat-titjir totali akkumulat, iċ-ċikli ta' titjir, l-inżul u ż-żmien tal-kalendarju, kif rilevanti għall-komponent partikolari;

(4)

l-informazzjoni kurrenti msemmija fil-punt (d), applikabbli għall-komponent.

(f)

Il-persuna jew l-organizzazzjoni responsabbli mill-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u l-kompiti skont il-punt ML.A.201, għandha tikkontrolla r-rekords kif dettaljat fil-punt ML.A.305 u tippreżenta r-rekords lill-awtorità kompetenti meta mitluba.

(g)

L-entrati kollha li jiddaħħlu fir-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandhom ikunu ċari u preċiżi. Meta jinqala' l-bżonn li tiġi kkoreġuta entrata, il-korrezzjoni għandha ssir b'tali mod li turi l-entrata oriġinali.

(h)

Sid għandu jiżgura li tkun ġiet stabbilita sistema li żżomm ir-rekords li ġejjin għall-perjodi speċifikati:

(1)

ir-rekords dettaljati kollha tal-manutenzjoni fir-rigward tal-inġenju tal-ajru u kwalunkwe komponent bi żmien limitat tal-użu mmuntat fuqu, sa dak iż-żmien fejn l-informazzjoni fihom tiġi mħassra u sostitwita minn informazzjoni ġdida ekwivalenti fl-ambitu u fid-dettall, iżda mhux anqas minn 36 xahar wara li l-inġenju tal-ajru jew il-komponent ikun ġie rrilaxxat għas-servizz;

(2)

il-ħin totali tas-servizz, jiġifieri sigħat, żmien kalendarju, ċikli u nżul, tal-inġenju tal-ajru u l-komponenti kollha bi żmien limitat tal-użu, għal mill-inqas 12-il xahar wara li l-inġenju tal-ajru jew il-komponent ikun ġie irtirat għal kollox mis-servizz;

(3)

il-ħin totali tas-servizz, jiġifieri sigħat, żmien kalendarju, ċikli u nżul, kif xieraq, mill-aħħar manutenzjoni skedata tal-komponent soġġett għal limitu ta' żmien tal-użu, għallinqas sakemm il-manutenzjoni skedata tal-komponent tkun ġiet imħassra u sostitwita minn manutenzjoni skedata oħra ta' ambitu u dettall tax-xogħol ekwivalenti;

(4)

l-istatus kurrenti tal-konformità mal-AMP tal-anqas sakemm il-manutenzjoni skedata tal-inġenju tal-ajru jew il-komponent tkun ġiet imħassra u sostitwita minn manutenzjoni skedata oħra ta' ambitu u dettall tax-xogħol ekwivalenti;

(5)

l-istatus kurrenti tal-ADs applikabbli għall-inġenju tal-ajru u l-komponenti tiegħu, mill-inqas 12-il xahar wara li l-inġenju tal-ajru jew il-komponent ikun ġie rtirat għal kollox mis-servizz;

(6)

dettalji tal-modifiki u t-tiswijiet kurrenti lill-inġenju tal-ajru, il-magna/i, l-iskrun/skrejjen u kull komponent ieħor vitali għas-sikurezza tat-titjira, mill-inqas 12-il xahar wara li l-inġenju tal-ajru jew il-komponent ikun ġie rtirat għal kollox mis-servizz.

ML.A.307   Trasferiment ta' rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru

(a)

Meta inġenju tal-ajru jiġi ttrasferit b'mod permanenti minn sid għal ieħor, is-sid li jittrasferixxi għandu jiżgura li r-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt ML.A.305 jiġu ttrasferiti wkoll.

(b)

Meta s-sid jagħti b'kuntratt il-kompiti ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà lil CAMO jew CAO, is-sid għandu jiżgura li r-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt ML.A.305 jiġu ttrasferiti lill-organizzazzjoni li ngħatat il-kuntratt.

(c)

Il-perjodi ta' żmien għaż-żamma tar-rekords stabbiliti fil-punt (h) tal-punt ML.A.305 għandhom jibqgħu japplikaw għas-sid il-ġdid, is-CAMO jew is-CAO.

SOTTOPARTI D

STANDARDS TA' MANUTENZJONI

ML.A.401    Data tal-manutenzjoni

(a)

Il-persuna jew l-organizzazzjoni li tmantni inġenju tal-ajru għandha tuża data applikabbli dwar il-manutenzjoni biss waqt li tkun qed twettaq il-manutenzjoni.

(b)

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, data dwar “il-manutenzjoni applikabbli” tfisser:

(1)

kwalunkwe rekwiżit, proċedura, standard jew informazzjoni applikabbli maħruġa mill-awtorità kompetenti jew mill-Aġenzija;

(2)

kwalunkwe AD applikabbli;

(3)

ICA applikabbli maħruġa mid-detenturi taċ-ċertifikat tat-tip, detenturi taċ-ċertifikat supplimentari tat-tip u kwalunkwe organizzazzjoni oħra li tippubblika tali data f'konformità mal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;

(4)

kull data applikabbli maħruġa f'konformità mal-punt (d) tal-punt 145.A.45.

ML.A.402   Twettiq ta' manutenzjoni

(a)

Il-manutenzjoni mwettqa minn organizzazzjonijiet approvati tal-manutenzjoni għandha tkun konformi mas-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M), l-Anness II (Parti-145) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), skont kif applikabbli.

(b)

Għall-manutenzjoni mhux imwettqa skont il-punt (a), il-persuna li twettaq il-manutenzjoni għandha:

(1)

tkun kwalifikata għall-kompiti mwettqa, kif mitlub minn dan l-Anness;

(2)

tiżgura li l-erja li fiha titwettaq il-manutenzjoni tkun organizzata sewwa u nadifa b'ebda ħmieġ jew kontaminazzjoni;

(3)

tuża l-metodi, it-tekniki, l-istandards u l-istruzzjonijiet speċifikati fid-data dwar il-manutenzjoni msemmija fil-punt ML.A.401;

(4)

tuża l-għodod, it-tagħmir u l-materjal speċifikati fid-data dwar il-manutenzjoni msemmija fil-punt ML.A.401. Fejn hemm bżonn, l-għodod u t-tagħmir għandhom jiġu kkontrollati u kkalibrati skont standard rikonoxxut uffiċjalment;

(5)

tiżgura li l-manutenzjoni titwettaq fi ħdan kwalunkwe limitazzjoni ambjentali speċifikata fid-data dwar il-manutenzjoni msemmija fil-punt ML.A.401;

(6)

tiżgura li l-faċilitajiet xierqa jintużaw f'każ ta' temp ħażin u jew manutenzjoni twila;

(7)

tiżgura li jiġu minimizzati r-riskju ta' żbalji multipli matul il-manutenzjoni u r-riskju li l-iżbalji jiġu ripetuti f'kompiti ta' manutenzjoni identiċi;

(8)

tiżgura li jiġi implimentat metodu li jaqbad l-iżbalji wara t-twettiq ta' kwalunkwe kompitu kritiku ta' manutenzjoni;

(9)

twettaq verifika ġenerali, wara li titlesta l-manutenzjoni, biex jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru jew il-komponent, ma għandu l-ebda għodod, tagħmir u kwalunkwe part u materjal estranju, u li l-pannelli kollha ta' aċċess maqlugħin, ikunu twaħħlu mill-ġdid;

(10)

tiżgura li l-manutenzjoni mwettqa kollha tkun reġistrata u dokumentata kif xieraq.

ML.A.403   Difetti tal-inġenju tal-ajru

(a)

Għandu jitranġa xi difett tal-inġenju tal-ajru li jipperikola b'mod serju is-sikurezza tat-titjira qabel xi titjira oħra.

(b)

Il-persuni li ġejjin jistgħu jiddeċiedu li difett ma jipperikolax b'mod serju s-sikurezza tat-titjir, u tista' tiddiferih kif xieraq:

(1)

il-pilota fir-rigward ta' difetti li jaffettwaw tagħmir tal-inġenju tal-ajru mhux meħtieġ;

(2)

il-pilota, meta juża l-lista tat-tagħmir minimu, fir-rigward ta' difetti li jaffettwaw it-tagħmir tal-inġenju tal-ajru meħtieġ — inkella, dawn id-difetti jistgħu jiġu differiti biss minn persunal taċ-ċertifikazzjoni awtorizzat;

(3)

il-pilota, fir-rigward ta' difetti għajr dawk imsemmija fil-punti (b)(1) u (b)(2) jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

l-inġenju tal-ajru hu operat skont l-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 (Parti-NCO) jew, fil-każ ta' blalen tal-arja jew ta' gliders, mhux operat skont is-Sottoparti-ADD tal-Anness II (Parti-BOP) tar-Regolament (UE) 2018/395 jew li ma jsegwix is-Sottoparti DEC tal-Anness II (Parti-SAO) tar-Regolament (UE) 2018/1976;

(ii)

il-pilota jiddiferixxi d-difett bil-qbil tas-sid tal-inġenju tal-ajru jew, jekk applikabbli, tas-CAMO jew tas-CAO mogħtija l-kuntratt;

(4)

il-persunal taċ-ċertifikazzjoni kkwalifikat kif xieraq fir-rigward ta' difetti oħra għajr dawk imsemmija fil-punti (b)(1) u (b)(2), meta ma jkunux issodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 3(i) u (ii).

(c)

Kull difett tal-inġenju tal-ajru li ma jkunx se jipperikola b'mod serju s-sikurezza tat-titjira għandu jiġi rettifikat malli jkun prattikabbli, mid-data li fiha d-difett kien identifikat l-ewwel darba u fi ħdan il-limiti speċifikati fid-data dwar il-manutenzjoni.

(d)

Kwalunkwe difett mhux rettifikat qabel it-titjira għandu jiġi rreġistrat fis-sistema tar-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt ML.A.305 u għandu jkun hemm rekord disponibbli għall-pilota.

SOTTOPARTI E

KOMPONENTI

ML.A.501   Klassifikazzjoni u installazzjoni

(a)

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fis-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M), l-Anness II (Parti-145), l-Anness Vd (Parti-CAO) għal dan ir-Regolament u l-Anness (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, komponent jista' jitwaħħal biss jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

ikun f'kundizzjoni sodisfaċenti;

(ii)

ikun ġie rilaxxat kif xieraq għas-servizz bl-użu ta' Formola 1 tal-EASA kif stipulat fl-Appendiċi II tal-Anness I (Parti-M) jew ekwivalenti;

(iii)

ġiet immarkata skont is-Sottoparti Q tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(b)

Qabel l-istallazzjoni ta' komponent fuq inġenju tal-ajru, il-persuna jew l-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni għandha tiżgura li l-komponent partikolari hu eliġibbli biex jitwaħħal jekk ikunu applikabbli modifiki jew konfigurazzjonijiet tal-AD differenti.

(c)

Partijiet standard għandhom jitwaħħlu biss fuq inġenju tal-ajru jew komponent meta d-data dwar il-manutenzjoni tispeċifika dawk il-partijiet standard partikolari. Il-partijiet standard għandhom jitwaħħlu biss meta jkun akkumpanjati minn evidenza ta' konformità għall-istandard applikabbli u jkollhom traċċabbiltà xierqa.

(d)

Materja prima jew konsumabbli għandha tintuża biss fuq inġenju tal-ajru jew komponent dment li:

(i)

il-manifattur tal-inġenju tal-ajru jew tal-komponent jippermetti l-użu ta' materja prima jew konsumabbli fid-data rilevanti dwar il-manutenzjoni jew kif speċifikat fis-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M), fl-Anness II (Parti-145) jew fl-Anness Vd (Parti-CAO).

(ii)

tali materja tkun tissodisfa l-ispeċifikazzjoni meħtieġa tal-materja u jkollha traċċabbiltà xierqa.

(iii)

tali materja tkun akkumpanjata minn dokumenti relatati b'mod ċar mal-materja partikolari u li jinkludu dikjarazzjoni ta' konformità mal-ispeċifikazzjonijiet kif ukoll is-sors tal-manifattur u tal-fornitur.

(e)

Fil-każ ta' blalen tal-arja, fejn ikunu possibbli taħlitiet differenti ta' basktijiet, ta' berners u ta' ċilindri tal-fjuwil għal envelopp partikolari, il-persuna li tinstallahom għandha tiżgura li:

(1)

il-basket, il-berner u/jew iċ-ċilindri tal-fjuwil ikunu eliġibbli għall-installazzjoni skont it-TCDS jew dokumenti oħra msemmija fit-TCDS;

(2)

il-basket, il-berner u/jew iċ-ċilindri tal-fjuwil ikunu f'kundizzjoni li jista' jsir servizz fuqhom u jkollhom ir-rekords ta' manutenzjoni xierqa.

ML.A.502   Manutenzjoni tal-komponenti

(a)

Il-komponenti aċċettati mis-sid skont il-punt (c) tal-punt 21.A.307 tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għandhom ikunu mantnuti minn kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni, soġġett għall-aċċettazzjoni mill-ġdid mis-sid skont il-kundizzjonijiet tal-punt 21.A.307(c) ta' dak l-Anness. Din il-manutenzjoni mhix eliġibbli għall-ħruġ ta' Formola 1 tal-EASA, kif stipulat fl-Appendiċi II tal-Anness I (Parti-M), u għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti dwar ir-rilaxx tal-inġenju tal-ajru.

(b)

Il-komponenti għandhom jiġu rilaxxati skont it-tabella li ġejja:

 

Rilaxxati bl-użu ta' Formola 1 tal-EASA (kif stipulat fl-Appendiċi II tal-Anness I (Parti-M))

Rilaxxati fil-livell tal-inġenju tal-ajru skont il-punt ML.A.801 (mhux possibbli li tinħareġ Formola 1 tal-EASA)

Komponenti miżmuma skont id-data dwar il-manutenzjoni tal-komponent (data maħruġa mill-manifattur tal-komponent)

Manutenzjoni minflok tiġdid maġġuri

Organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni kklassifikati għall-magna (għall-magna) jew ikklassifikati għall-komponenti (għal komponenti oħra)

(i)

Organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni kklassifikati għall-inġenju tal-ajru; u/jew

(ii)

persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni

Tiġdid maġġuri tal-komponenti għajr il-magni u l-iskrejjen

Organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni kklassifikati għall-komponenti

Mhuwiex possibbli

Tiġdid maġġuri tal-magni u l-iskrejjen għal inġenji tal-ajru CS-VLA, CS-22 u LSA

Organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni kklassifikati għall-magna (għall-magna) jew ikklassifikati għall-komponenti (għall-iskrejjen)

(iii)

Organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni kklassifikati għall-inġenju tal-ajru; u/jew

(iv)

persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni

Tiġdid maġġuri tal-magni u l-iskrejjen għajr għal inġenji tal-ajru CS-VLA, CS-22 u LSA

Organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni kklassifikati għall-magna (għall-magna) jew ikklassifikati għall-komponenti (għall-iskrejjen)

Mhuwiex possibbli

Komponenti miżmuma skont id-data dwar il-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru (data maħruġa mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru)

Il-komponenti kollha u t-tipi kollha ta' manutenzjoni

Organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni kklassifikati għall-magna (għall-magna) jew ikklassifikati għall-komponenti (għal komponenti oħra)

Organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni kklassifikati għall-inġenju tal-ajru; u/jew

persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni

ML.A.503   Komponenti li jistgħu jintużaw għal żmien limitat

(a)

It-terminu “komponenti bi żmien limitat tal-użu” fih il-komponenti li ġejjin:

(1)

komponenti soġġetti għal żmien limitat iċċertifikat li warajh il-komponenti għandhom jiġu rtirati, u;

(2)

komponenti soġġetti għal żmien limitat tal-użu li warajh il-komponenti għandha ssirilhom manutenzjoni biex jiġu restawrati għal kundizzjoni li jista' jsir servizz fuqhom.

(b)

Komponenti mwaħħla li jistgħu jintużaw għal żmien limitat ma għandhomx jaqbżu ż-żmien limitat tal-użu approvat kif speċifikat fl-AMP u l-ADs, ħlief kif previst mill-punt ML.A.504(c).

(c)

It-tul ta' żmien tal-użu approvat espress fi żmien kalendarju, sigħat tat-titjir, inżul jew ċikli, kif xieraq.

(d)

Fi tmien il-limitu taż-żmien approvat tal-użu, il-komponent għandu jitneħħa mill-inġenju tal-ajru għall-manutenzjoni, jew għar-rimi fil-każ ta' komponenti b'limitu tal-użu ċċertifikat.

ML.A.504   Kontroll ta' komponenti li ma jistax isir servizz fuqhom

(a)

Komponent għandu jitqies li ma jistax isir servizz fuqu f'xi waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(1)

skadenza tal-limitu tal-ħajja tas-servizz tal-komponent kif definit fl-AMP;

(2)

in-nonkonformità mal-ADs applikabbli u rekwiżit ieħor dwar l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ordnata mill-Aġenzija;

(3)

l-assenza ta' informazzjoni meħtieġa biex ikun determinat l-istatus tal-ajrunavigabbiltà tal-komponent jew l-eliġibilità tiegħu għall-istallazzjoni;

(4)

evidenza tad-difetti jew il-ħsarat fil-komponent;

(5)

l-involviment tal-komponent f'inċident jew aċċident li probabbli se jaffettwa l-kontinwità tal-użu tiegħu.

(b)

Komponenti li ma jistax isir servizz fuqhom għandhom ikunu identifikati bħala wieħed minn fost dawn li ġejjin:

(1)

li ma jistax isir servizz fuqhom u maħżuna f'post sigur taħt il-kontroll ta' organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni jew persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-istatus futur ta' dawn il-komponenti;

(2)

li ma jistax isir servizz fuqhom mill-persuna jew l-organizzazzjoni li ddikjarat li l-komponent ma jistax isir servizz fuqu, u l-kustodja tiegħu għandha tiġi ttrasferita lis-sid tal-inġenji tal-ajru wara d-dokumentazzjoni tat-tali trasferiment f'sistema ta' rekords tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt ML.A.305.

(c)

Komponenti li laħqu l-limitu ċertifikat tal-ħajja tagħhom jew difett jew ħsara li ma jissewwewx għandhom jiġu kklassifikati bħala mhux salvabbli u ma għandhomx jitħallew jidħlu mill-ġdid fis-sistema tal-forniment tal-komponenti, sakemm il-limiti ċertifikati tal-ħajja ma kinux estiżi jew soluzzjoni ta' tiswija ġiet approvata skont il-punt ML.A.304.

(d)

Kif previst fil-punt (c), fil-każ ta' komponent mhux salvabbli, kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni responsabbli skont il-punt ML.A.201 għandha tieħu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

(1)

iżżomm it-tali komponent f'post imsemmi fil-punt (b)(1);

(2)

tirranġa li dan il-komponent jitkisser b'tali mod li jiġi żgurat li ma jkunx ekonomikament salvabbli jew riparabbli qabel ma ċċedi r-responsabbiltà għal tali komponent.

(e)

Minkejja l-punt (d), persuna jew organizzazzjoni responsabbli skont il-punt ML.A.201 tista' tittrasferixxi r-responsabbiltà tal-komponenti klassifikati bħala mhux salvabbli, mingħajr ma jitkissru, lil organizzazzjoni għat-taħriġ jew ir-riċerka.

SOTTOPARTI H

ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ (CRS)

ML.A.801   Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru

(a)

CRS għandu jinħareġ wara li titwettaq il-manutenzjoni meħtieġa kif xieraq fuq inġenju tal-ajru.

(b)

Is-CRS għandu jinħareġ, b'mod alternattiv:

(1)

mill-persunal xieraq taċ-ċertifikazzjoni f'isem l-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni;

(2)

mill-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni;

(3)

mill-pilota-sid f'konformità mal-punt ML.A.803.

(c)

Permezz ta' deroga mill-punt (b), f'każ ta' ċirkustanzi mhux previsti, fejn inġenju tal-ajru ma jkunx jista' jtir minn post fejn ma jkunx hemm organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni u ma jkun disponibbli l-ebda persunal adegwat taċ-ċertifikazzjoni, is-sid jista' jawtorizza lil kwalunkwe persuna, b'mhux anqas minn tliet snin ta' esperjenza xierqa fil-manutenzjoni u li jkollha l-kwalifiki xierqa, biex iżżomm l-inġenju tal-ajru skont l-istandards stipulati fis-Sottoparti D ta' dan l-Anness u tirrilaxxa l-inġenji tal-ajru. F'dak il-każ is-sid għandu:

(1)

jikseb u jżomm fl-inġenju tal-ajru, id-dettalji tar-reġistri tar-rekords tax-xogħol kollu mwettaq u tal-kwalifiki tal-persuna li ħarġet iċ-ċertifikazzjoni;

(2)

jiżgura li kwalunkwe manutenzjoni bħal din tiġi kkontrollata mill-ġdid u rilaxxata skont il-punt (b) tal-punt ML.A.801 mill-aktar fis possibbli u fi ħdan perjodu li ma jaqbiżx is-7 ijiem jew, fil-każ ta' inġenji tal-ajru operati skont l-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 (Parti-NCO) jew, fil-każ ta' blalen tal-arja, mhux operati skont is-Sottoparti-ADD tal-Anness II (Parti-BOP) tar-Regolament (UE) 2018/395 jew, fil-każ ta' gliders li ma jsegwux is-Sottoparti DEC tal-Anness II (Parti-SAO) tar-Regolament (UE) 2018/1976, fi ħdan perjodu li ma jaqbiżx it-30 jum;

(3)

jinnotifika lis-CAMO jew lis-CAO mogħtija l-kuntratt, jew lill-awtorità kompetenti fin-nuqqas ta' kuntratt, fi żmien 7 ijiem mill-ħruġ tat-tali awtorizzazzjoni.

(d)

Fil-każ ta' ħruġ għall-użu skont il-punti (b)(1) jew (b)(2), il-persunal taċ-ċertifikazzjoni jista' jkun megħjun fit-twettiq tal-kompiti ta' manutenzjoni minn persuna jew persuni taħt il-kontroll dirett u kontinwu tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni;

(e)

CRS għandu jinkludi minn tal-anqas:

(1)

id-dettalji bażiċi tal-manutenzjoni mwettqa;

(2)

id-data li fiha tkun tlestiet il-manutenzjoni;

(3)

l-identità tal-organizzazzjoni jew il-persuna li toħroġ dan ir-rilaxx għall-użu, inklużi, b'mod alternattiv:

(i)

ir-referenza tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni u l-persunal taċ-ċertifikazzjoni li joħroġ is-CRS;

(ii)

fil-każ tal-punt (b)(2), l-identità u, jekk applikabbli, in-numru tal-liċenzja tal-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni li joħroġ is-CRS;

(4)

il-limitazzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà jew l-operazzjonijiet, jekk hemm.

(f)

B'deroga mill-punt (a) u minkejja l-punt (g), meta l-manutenzjoni meħtieġa ma tkunx tista' titlesta, CRS jista' jinħareġ fi ħdan il-limitazzjonijiet approvati tal-inġenju tal-ajru. F'dak il-każ, is-CRS għandu jindika li l-manutenzjoni ma setgħetx titlesta, kif ukoll jindika kwalunkwe limitazzjoni applikabbli fl-ajrunavigabbiltà jew fl-operazzjonijiet, bħala parti mill-informazzjoni meħtieġa fil-punt (e)(4).

(g)

CRS m'għandux jinħareġ fil-każ ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità magħruf mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness li jipperikola s-sikurezza tat-titjira.

ML.A.802   Ċertifikat għall-komponenti għar-rilaxx għas-servizz

(a)

CRS ta' komponent għandu jinħareġ wara li titwettaq il-manutenzjoni meħtieġa kif xieraq fuq komponent ta' inġenju tal-ajru skont il-punt ML.A.502.

(b)

Iċ-ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat identifikat bħala l-Formola 1 tal-EASA, kif stipulata fl-Appendiċi II tal-Anness I (Parti-M), jikkostitwixxi s-CRS ta' komponent, ħlief meta t-tali manutenzjoni tiġi rilaxxata fil-livell tal-inġenji tal-ajru, kif indikat fil-punt ML.A.502(b).

ML.A.803   Awtorizzazzjoni għall-pilota-sid

(a)

Biex tikkwalifika bħala pilota-sid, il-persuna:

(1)

irid ikollha liċenzja ta' pilota valida jew liċenzja ekwivalenti maħruġa jew ivvalidata minn Stat Membru għat-tip jew rata tal-klassi tal-inġenju tal-ajru;

(2)

trid tkun proprjetarja tal-inġenju tal-ajru, waħedha jew ma' ħaddieħor; dak is-sid irid ikun, b'mod alternattiv:

(i)

waħda mill-persuni fiżiċi fil-formola tar-reġistrazzjoni;

(ii)

membru ta' entità ġuridika rikreazzjonali mingħajr skop ta' profitt, fejn l-entità ġuridika tkun speċifikata fuq id-dokument ta' reġistrazzjoni bħala sid jew operatur; il-membru jrid ikun involut b'mod dirett fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-entità ġuridika u ddeżinjat minn dik l-entità ġuridika biex iwettaq il-manutenzjoni tal-Pilota-Sid.

(b)

Għal inġenji tal-ajru operati skont l-Anness VII (Parti-NCO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 jew, fil-każ ta' blalen tal-arja, mhux operati skont is-Sottoparti-ADD tal-Anness II (Parti-BOP) tar-Regolament (UE) 2018/395 jew, fil-każ ta' gliders, li ma jsegwux is-Sottoparti DEC tal-Anness II (Parti-SAO) tar-Regolament (UE) 2018/1976, il-pilota-sid jista' joħroġ CRS wara l-manutenzjoni limitata tal-Pilota-Sid kif previst fl-Appendiċi II għal dan l-Anness.

(c)

Is-CRS irid jiddaħħal fil-ġurnali u jkun fih id-dettalji bażiċi dwar il-manutenzjoni mwettqa, id-data użata fil-manutenzjoni, id-data meta tlestiet din il-manutenzjoni, kif ukoll l-identità, il-firma u n-numru tal-liċenzja tal-pilota (jew ekwivalenti), tal-pilota-sid li ħareġ tali ċertifikat.

SOTTOPARTI I

ĊERTIFIKAT TAR-REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (“ARC”)

ML.A.901   Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru

Biex tkun żgurata l-validità ta' ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru (“ARC”), minn żmien għall-ieħor trid titwettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u tar-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tiegħu.

(a)

ARC jinħareġ skont l-Appendiċi IV (Formola 15c tal-EASA) għal dan l-Anness meta titlesta reviżjoni sodisfaċenti tal-ajrunavigabbiltà. L-ARC għandu jkun validu għal sena (1);

(b)

Ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u l-ħruġ tal-ARC għandhom jitwettqu skont il-punt ML.A.903, b'mod alternattiv:

(1)

mill-awtorità kompetenti;

(2)

minn CAMO jew CAO approvata kif xieraq;

(3)

mill-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni li twettaq l-ispezzjoni ta' kull 100 siegħa/annwali li tinsab fl-AMP;

(4)

għal inġenji tal-ajru operati skont l-Anness VII (Parti-NCO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 jew, fil-każ ta' blalen tal-arja, mhux operati skont is-Sottoparti-ADD tal-Anness II (Parti-BOP) tar-Regolament (UE) 2018/395 jew, fil-każ ta' gliders, li ma jsegwux is-Sottoparti DEC tal-Anness II (Parti-SAO) tar-Regolament (UE) 2018/1976, il-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni li jwettaq l-ispezzjoni ta' kull 100 siegħa/annwali li tinsab fl-AMP, meta jkollu:

(i)

liċenzja maħruġa skont l-Anness III (Parti-66) ikklassifikata għall-inġenju tal-ajru korrispondenti jew, jekk l-Anness III (Parti-66) ma jkunx applikabbli għall-inġenju tal-ajru partikolari, kwalifika nazzjonali tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni għal dak l-inġenju tal-ajru;

(ii)

awtorizzazzjoni maħruġa, b'mod alternattiv:

(A)

mill-awtorità kompetenti li ħarġet il-liċenzja maħruġa skont l-Anness III (Parti-66),

(B)

jekk l-Anness III (Parti-66) ma jkunx applikabbli, mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-kwalifika nazzjonali tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni.

Persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni li jkollu liċenzja maħruġa skont l-Anness III (Parti-66), jista' jwettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u joħroġ l-ARC għal inġenji tal-ajru rreġistrati fi kwalunkwe Stat Membru. Madankollu, il-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni li jkollu kwalifika nazzjonali għandu jwettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u joħroġ l-ARC biss għal inġenji tal-ajru rreġistrati fl-Istat Membru responsabbli għall-kwalifika nazzjonali.

ARCs maħruġa minn persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni li jkollu kwalifika nazzjonali m'għandhomx jibbenefikaw minn rikonoxximent reċiproku meta l-inġenju tal-ajru jiġi ttrasferit lil Stat Membru ieħor.

Kull fejn iċ-ċirkustanzi juru l-eżistenza ta' theddida potenzjali għas-sikurezza, l-awtorità kompetenti għandha twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ l-ARC hi stess.

(c)

Il-validità ta' ARC tista' tiġi estiża b'massimu ta' darbtejn wara xulxin, għal perjodu ta' sena kull darba, permezz ta' CAMO jew CAO approvata kif xieraq, soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

l-inġenju tal-ajru jkun ġie ġestiti kontinwament għat-12-il xahar ta' qabel minn din is-CAMO jew is-CAO;

(2)

l-inġenju tal-ajru jkun ġie mantnut għat-12-il xahar ta' qabel minn organizzazzjonijiet approvati tal-manutenzjoni; dan jinkludi kompiti ta' manutenzjoni tal-pilota-sid imwettqa u rilaxxati għas-servizz mill-pilota-sid jew minn persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni;

(3)

is-CAMO jew is-CAO ma jkollha ebda evidenza jew raġuni għaliex temmen li l-inġenju tal-ajru mhuwiex ajrunavigabbli.

Din l-estensjoni mis-CAO jew is-CAO tkun possibbli indipendentement minn liema persunal jew organizzazzjoni, kif previst fil-punt (b), inizjalment ikunu ħarġu l-ARC.

(d)

B'deroga mill-punt (c), l-estensjoni tal-ARC tista' tiġi antiċipata għal perjodu massimu ta' 30 jum, mingħajr telf ta' kontinwità tal-mudell tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-inġenji tal-ajru biex l-ARC oriġinali jitqiegħed abbord.

(e)

Meta l-awtorità kompetenti twettaq reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-ajrunavigabbiltà u hi stess toħroġ l-ARC, is-sid għandu jipprovdi dawn lill-awtorità kompetenti:

(1)

id-dokumentazzjoni meħtieġa mill-awtorità kompetenti;

(2)

akkomodazzjoni xierqa għall-persunal tagħha fil-post xieraq;

(3)

meta jkun hemm bżonn, l-appoġġ tal-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni.

ML.A.902   Validità taċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà

(a)

ARC isir invalidu jekk, b'mod alternattiv:

(1)

jiġi sospiż jew revokat;

(2)

iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jiġi sospiż jew revokat;

(3)

l-inġenju tal-ajru ma jkunx fir-reġistru tal-inġenji tal-ajru ta' Stat Membru;

(4)

iċ-ċertifikat tat-tip li skontu jinħareġ iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jiġi sospiż jew revokat.

(b)

Inġenju tal-ajru m'għandux itir biss jekk l-ARC ikun invalidu jew jekk tkun preżenti xi waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(1)

il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru jew kwalunkwe komponent tal-inġenju tal-ajru ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness;

(2)

l-inġenju tal-ajru ma jibqax jikkonforma mad-disinn tat-tip approvat mill-Aġenzija;

(3)

l-inġenju tal-ajru jkun ġie operat iżjed mil-limiti tal-manwal tat-titjiriet approvati jew iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà, mingħajr ma tittieħed azzjoni xierqa;

(4)

l-inġenju tal-ajru jkun involut f'aċċident jew inċident li jaffettwa l-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, mingħajr ma tittieħed azzjoni sussegwenti xierqa biex jerġa' jsir ajrunavigabbli;

(5)

modifika jew tiswija fl-inġenju tal-ajru jew fi kwalunkwe komponent imqabbad mal-inġenju tal-ajru ma jkunx konformi mal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(c)

Meta jiġi ċedut jew revokat, l-ARC għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti.

ML.A.903   Proċess ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà

(a)

Biex jissodisfa r-rekwiżit għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru msemmi fil-punt ML.A.901, il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għandu jagħmel reviżjoni ddokumentata tar-rekords tal-inġenju tal-ajru biex jivverifika li:

(1)

is-sigħat tat-titjir u ċ-ċikli tat-titjir assoċjati tal-qafas, il-magna u l-iskrejjen ikunu ġew irreġistrati kif suppost;

(2)

il-manwal tat-titjir ikun applikabbli għall-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru u jirrifletti l-aħħar status tar-reviżjoni;

(3)

il-manutenzjoni kollha li għandha ssir lill-inġenju tal-ajru skont l-AMP tkun saret;

(4)

kull difett magħruf ikun issewwa jew ġie differit b'mod ikkontrollat;

(5)

l-ADs applikabbli kollha jkunu ġew applikati u rreġistrati kif suppost;

(6)

il-modifiki u t-tiswijiet kollha applikati għall-inġenju tal-ajru jkunu ġew irreġistrati u huma konformi mal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;

(7)

il-komponenti kollha bi żmien limitat tal-użu installati fuq l-inġenju tal-ajru jkunu identifikati u rreġistrati kif suppost u ma jkunux qabżu l-limitu approvat taż-żmien tal-użu tagħhom;

(8)

il-manutenzjoni kollha tkun ġiet iċċertifikata skont dan l-Anness;

(9)

jekk meħtieġa, id-dikjarazzjoni attwali dwar il-massa u l-bilanċ tirrifletti l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru u hi valida;

(10)

l-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-aħħar reviżjoni tad-disinn tat-tip tiegħu approvat mill-Aġenzija;

(11)

jekk meħtieġ, l-inġenju tal-ajru jkollu ċertifikat akustiku li jikkorrispondi għall-konfigurazzjoni attwali tal-inġenju tal-ajru f'konformità mas-Sottoparti I tal-Anness (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(b)

Il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà msemmi fil-punt (a) għandu jwettaq stħarriġ fiżiku tal-inġenju tal-ajru. Għal dan l-istħarriġ, il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li mhuwiex ikkwalifikat kif xieraq skont l-Anness III (Parti-66) għandu jkun assistit minn dan il-persunal kwalifikat.

(c)

Permezz tal-istħarriġ fiżiku tal-inġenju tal-ajru, il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għandu jiżgura li:

(1)

il-marki u l-pjanċi kollha meħtieġa jkunu installati b'mod korrett;

(2)

l-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-manwal approvat tat-titjir tiegħu;

(3)

il-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru tikkonforma mad-dokumentazzjoni approvata, u

(4)

l-ebda difett evidenti ma jinstab li ma jkunx ġie indirizzat skont il-punt ML.A.403;

(5)

ma tkun tista' tinstab ebda inkonsistenza bejn l-inġenju tal-ajru u r-reviżjoni ddokumentata tar-rekords kif imsemmi fil-punt (a).

(d)

B'deroga mill-punt ML.A.901(a), ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tista' tiġi antiċipata b'perjodu massimu ta' 90 jum mingħajr telf ta' kontinwità tax-xejra tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, sabiex tkun tista' ssir ir-reviżjoni fiżika waqt verifika ta' manutenzjoni.

(e)

L-ARC (Formola 15c tal-EASA) stabbilit fl-Appendiċi IV għandu jinħareġ biss:

(1)

minn persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà awtorizzat kif xieraq;

(2)

meta r-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tkun twettqet bis-sħiħ, bis-sejbiet kollha li jkunu ngħalqu;

(3)

meta kwalunkwe diskrepanza individwata fl-AMP skont il-punt (h) tkun ġiet indirizzata b'mod sodisfaċenti.

(f)

Kopja ta' kwalunkwe ARC maħruġ jew estiż għal inġenju tal-ajru għandu jintbagħat lill-Istat Membru tar-reġistru ta' dak l-inġenju tal-ajru fi żmien 10 ijiem.

(g)

Il-kompiti tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà m'għandhomx jingħataw b'sottokuntratt.

(h)

L-effikaċja tal-AMP tista' tiġi riveduta flimkien mar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt (c)(9) tal-punt ML.A.302. Din ir-reviżjoni għandha ssir mill-persuna li tkun wettqet ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà. Jekk ir-reviżjoni turi nuqqasijiet fl-inġenju tal-ajru marbutin ma' nuqqasijiet fil-kontenut tal-AMP, l-AMP għandu jiġi emendat kif xieraq. Il-persuna li twettaq ir-reviżjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru jekk hi ma taqbilx mal-miżuri li jemendaw l-AMP meħuda mis-sid, mis-CAMO jew mis-CAO. F'dan il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi liema emendi għall-AMP huma neċessarji, filwaqt li ssemmi s-sejbiet korrispondenti definiti fil-punt ML.B.903 u, jekk ikun hemm bżonn, tirreaġixxi skont il-punt ML.B.304.

ML.A.904   Kwalifika tal-persunal għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà

(a)

Il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li jaġixxi f'isem l-awtorità kompetenti għandu jkun kwalifikat skont il-punt ML.B.902.

(b)

Il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li jaġixxi f'isem organizzazzjoni msemmija fis-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M), l-Anness II (Parti-145), l-Anness Vc (Parti-CAMO) jew l-Anness Vd (Parti-CAO) għandu jkun kwalifikat skont is-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M), l-Anness II (Parti-145), l-Anness Vc (Parti-CAMO) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), rispettivament.

(c)

Il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li jaġixxi f'ismu stess, kif permess skont il-punt ML.A.901(b)(4), għandu:

(1)

ikollu liċenzja maħruġa skont l-Anness III (Parti-66) ikklassifikata għall-inġenju tal-ajru korrispondenti jew, jekk l-Anness III (Parti-66) ma jkunx applikabbli għall-inġenju tal-ajru partikolari, ikollu kwalifika nazzjonali tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni għal dak l-inġenju tal-ajru; u

(2)

ikollu awtorizzazzjoni maħruġa, b'mod alternattiv:

(i)

mill-awtorità kompetenti li ħarġet il-liċenzja skont l-Anness III (Parti-66);

(ii)

jekk l-Anness III (Parti-66) ma jkunx applikabbli, mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-kwalifika nazzjonali tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni.

(d)

L-awtorizzazzjoni meħtieġa skont il-punt (c)(2) għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti meta:

(1)

l-awtorità kompetenti vvalutat li l-persuna għandha l-għarfien dwar il-partijiet ta' dan l-Anness rilevanti għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, it-twettiq tar-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u l-ħruġ tal-ARCs;

(2)

il-persuna tkun wettqet b'mod sodisfaċenti reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti.

Din l-awtorizzazzjoni għandha tibqa' valida għal durata ta' 5 snin dment li d-detentur ikun wettaq tal-anqas reviżjoni 1 tal-ajrunavigabbiltà kull 12-il xahar. Jekk dan ma jkunx il-każ, għandha ssir b'mod sodisfaċenti reviżjoni ġdida tal-ajrunavigabbiltà taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti.

Malli tiskadi l-validità tagħha, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi mġedda għal 5 snin oħra soġġetta għal konformità ġdida mal-punti (d)(1) u (d)(2). Ma hemm ebda limitu fuq in-numru ta' tiġdid.

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jżomm rekords tar-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà kollha mwettqa u għandu jqegħedhom għad-dispożizzjoni, fuq talba, ta' kwalunkwe awtorità kompetenti u ta' kwalunkwe sid tal-inġenju tal-ajru li għalihom ikun qed iwettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà.

Din l-awtorizzazzjoni tista' tiġi rrevokata mill-awtorità kompetenti fi kwalunkwe waqt jekk din ma tkunx sodisfatta bil-kompetenza tad-detentur jew bl-użu tat-tali awtorizzazzjoni.

ML.A.905   Trasferiment tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru fi ħdan l-Unjoni

(a)

Meta reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru tiġi trasferita fi ħdan l-Unjoni, l-applikant għandu:

(1)

l-ewwel, jipprovdi lill-eks Stat Membru bl-isem tal-Istat Membru li fih ser ikun irreġistrat l-inġenju tal-ajru;

(2)

u mbagħad japplika għall-ħruġ ta' ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ġdid f'konformità mal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 mill-Istat Membru l-ġdid.

(b)

Minkejja l-punt (a)(3) tal-punt ML.A.902, l-ARC preċedenti għandu jibqa' validu sad-data ta' skadenza tiegħu, ħlief meta l-ARC ikun inħareġ mill-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni li jkollu kwalifika nazzjonali tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni skont il-punt (b)(4) tal-punt ML.A.901, f'liema każ għandu jkun japplika l-punt ML.A.906.

(c)

Minkejja l-punti (a) u (b), f'dawk il-każijiet li fihom l-inġenju tal-ajru kien f'kundizzjoni mhux ajrunavigabbli fl-eks Stat Membru jew fejn l-istatus tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru ma jistax jiġi ddeterminat bl-użu tar-rekords eżistenti, għandu jkun japplika l-punt ML.A.906.

ML.A.906   Reviżjoni tan-navigabbiltà tal-inġenju tal-ajru importat fl-Unjoni

(a)

Meta jimporta inġenju tal-ajru minn pajjiż terz f'reġistru ta' Stat Membru, l-applikant għandu:

(1)

jitlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għall-ħruġ ta' ċertifikat tal-kapaċità li l-inġenju tal-ajru jintuża fl-ajru ġdid skont l-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;

(2)

għall-inġenji tal-ajru li mhumiex ġodda, għandha ssir reviżjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt ML.A.901;

(3)

titwettaq il-manutenzjoni kollha biex ikun konformi mal-AMP approvat jew iddikjarat.

(b)

Jekk l-inġenju tal-ajru jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti, l-awtorità kompetenti, is-CAMO jew is-CAO, l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni jew il-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni li jwettqu r-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, kif previst fil-punt (b) tal-punt ML.A.901, għandhom joħorġu ARC u għandhom jissottomettu kopja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru.

(c)

Is-sid għandu jkollu aċċess għall-inġenju tal-ajru għall-ispezzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

(d)

Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ġdid għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru jekk l-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

ML.A.907   Sejbiet

(a)

Is-sejbiet huma mqassma f'kategoriji kif ġej:

(1)

Sejba tal-Livell 1 hi kull sejba ta' nuqqas ta' konformità sinifikanti mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness li tbaxxi l-istandard tas-sikurezza u tipperikola serjament is-sikurezza tat-titjira.

(2)

Sejba tal-Livell 2 hi kull sejba ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness li tista' tbaxxi l-istandard tas-sikurezza u tista' tipperikola s-sikurezza tat-titjira.

(b)

Wara li tkun waslet in-notifika tas-sejbiet skont il-punt ML.B.903, il-persuna jew l-organizzazzjoni, li jkollha responsabbiltajiet skont il-punt ML.A.201, għandha tiddefinixxi u turi lill-awtorità kompetenti fi żmien perjodu maqbul ma' din l-awtorità pjan ta' azzjoni korrettiva, li jkollu l-għan li jipprevjeni l-okkorrenza mill-ġdid tas-sejba u l-għeruq ta' dak li jikkawżaha.

TAQSIMA B

PROĊEDURI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

SOTTOPARTI A

ĠENERALI

ML.B.101   Kamp ta' applikazzjoni

Din it-Taqsima tistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet kompetenti li jieħdu ħsieb l-implimentazzjoni u l-infurzar tat-Taqsima A ta' dan l-Anness.

ML.B.102   Awtorità kompetenti

(a)   Ġenerali

Stat Membru għandu jaħtar lil awtorità kompetenti b'responsabbiltajiet allokati għall-ħruġ, il-kontinwazzjoni, il-bidla, is-sospensjoni jew ir-revoka ta' ċertifikati u għas-sorveljanza tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà. Din l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri dokumentati u struttura organizzazzjonali.

(b)   Riżorsi

In-numru tal-persunal għandu jkun xieraq biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kif spjegati f'din it-Taqsima.

(c)   Kwalifika u taħriġ

Il-persunal kollu involut fl-attivitajiet koperti minn dan l-Anness għandu jkun kwalifikat kif xieraq u jkollu għarfien, esperjenza, taħriġ inizjali u taħriġ ta' kontinwazzjoni xierqa biex iwettaq il-kompiti allokati lilu.

(d)   Proċeduri

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċedura li tispjega kif tintlaħaq konformità ma' dan l-Anness.

Il-proċeduri għandhom jiġu riveduti u emendati biex tiġi żgurata l-konformità kontinwata.

ML.B.104   Żamma tar-rekords

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta' żamma ta' rekords li tippermetti traċċabbiltà adegwata tal-proċess biex toħroġ, tissokta, tibdel, tissospendi jew tirrevoka kull ċertifikat u awtorizzazzjoni.

(b)

Ir-rekords għas-sorveljanza ta' kull inġenju tal-ajru għandhom jinkludu, tal-anqas, kopja ta':

(1)

iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru;

(2)

ARCs;

(3)

rapporti mir-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà mwettqa direttament mill-Istat Membru;

(4)

kull korrispondenza rilevanti relatata mal-inġenju tal-ajru;

(5)

dettalji dwar kull eżenzjoni u azzjoni(jiet) ta' infurzar;

(6)

kull dokument approvat mill-awtorità kompetenti skont dan l-Anness jew skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(c)

Ir-rekords speċifikati fil-punt (b) għandhom jinżammu sa sentejn (2) wara li l-inġenju tal-ajru jiġi rtirat b'mod permanenti mis-servizz.

(d)

Ir-rekords kollha speċifikati fil-punt ML.B.104 għandhom isiru disponibbli għal kwalunkwe Stat Membru ieħor jew għall-Aġenzija fuq talba tagħhom.

ML.B.105   Skambju reċiproku ta' informazzjoni

(a)

Biex jikkontribwixxu għat-titjib fis-sikurezza tal-avjazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipparteċipaw fi skambju reċiproku ta' kull informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 72 tar-Regolament (KE) 2018/1139.

(b)

Bla ħsara għall-kompetenzi tal-Istati Membri, fil-każ ta' theddida potenzjali għas-sikurezza li tinvolvi lil bosta Stati Membri, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jgħinu lil xulxin fit-twettiq tal-azzjoni ta' sorveljanza meħtieġa.

SOTTOPARTI B

RESPONSABBILTÀ

ML.B.201   Responsabbiltajiet

L-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (b) tal-punt ML.1 għandhom ikunu responsabbli li jwettqu spezzjonijiet u investigazzjonijiet biex jivverifikaw li hemm konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.

SOTTOPARTI C

IL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

ML.B.302   Eżenzjonijiet

L-eżenzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) 2018/1139 għandhom jiġu reġistrati u miżmuma mill-awtorità kompetenti.

ML.B.303   Monitoraġġ tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa programm ta' stħarriġ li jsegwi approċċ ibbażat fuq ir-riskji biex tissorvelja l-istatus tal-ajrunavigabbiltà tal-flotta tal-inġenji tal-ajru fir-reġistru tagħha.

(b)

Programm ta' stħarriġ għandu jinkludi kampjuni ta' stħarriġ fuq il-prodotti tal-inġenji tal-ajru u għandu jkopri l-aspetti kollha tal-elementi tar-riskji ewlenin tal-ajrunavigabbiltà.

(c)

Stħarriġ fuq il-prodotti għandu jieħu kampjuni tal-istandards tal-ajrunavigabbiltà miksubin, fuq il-bażi tar-rekwiżiti applikabbli, u għandu jidentifika kwalunkwe sejba.

(d)

Kwalunkwe sejba identifikata għandha tiġi kategorizzata skont il-punt ML.B.903 u kkonfermata bil-miktub lill-persuna jew lill-organizzazzjoni responsabbli skont il-punt ML.A.201. L-awtorità kompetenti għandu jkollha proċedura fis-seħħ biex tanalizza s-sejbiet għall-importanza tagħhom għas-sikurezza.

(e)

L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra s-sejbiet u l-azzjonijiet ta' għeluq kollha.

(f)

Jekk matul il-monitoraġġ tal-inġenju tal-ajru, tinstab evidenza li turi nuqqas ta' konformità ma' dan l-Anness jew ma' oħrajn, is-sejba għandha tiġi indirizzata kif previst fl-Anness rilevanti.

(g)

Jekk tkun meħtieġa tiżgura azzjoni xierqa ta' infurzar, l-awtorità kompetenti għandha tiskambja informazzjoni dwar nuqqasijiet ta' konformità identifikati skont il-punt (f) ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn.

ML.B.304   Ir-revoka, is-sospensjoni u l-limitazzjoni

L-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tissospendi ARC għal raġunijiet validi fil-każ ta' theddida potenzjali għas-sikurezza; jew

(b)

tissospendi jew tirrevoka ARC skont il-punt (a) tal-punt ML.B.903.

L-awtorità kompetenti li ħarġet l-awtorizzazzjoni tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt (c) tal-punt ML.A.904 għall-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni għandha tirrevoka t-tali awtorizzazzjoni jekk id-detentur juri prestazzjoni batuta fir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jew juża t-tali awtorizzazzjoni b'mod mhux xieraq.

SOTTOPARTI I

ĊERTIFIKAT TAR-REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (“ARC”)

ML.B.902   Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà mill-awtorità kompetenti

(a)

Meta awtorità kompetenti twettaq ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ l-ARC stipulat fl-Appendiċi IV għal dan l-Anness (Formola 15c tal-EASA), l-awtorità kompetenti għandha twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà f'konformità mal-punt ML.A.903.

(b)

L-awtorità kompetenti għandu jkollha persunal adegwat għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà biex iwettaq ir-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà. Dan il-persunal għandu jkollu dawn kollha li ġejjin:

(1)

tal-anqas 3 snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà;

(2)

liċenzja xierqa f'konformità mal-Anness III (Parti 66) jew kwalifika tal-persunal ta' manutenzjoni rikonoxxuta f'livell nazzjonali xierqa għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru (fejn l-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jirreferi għar-regoli nazzjonali) jew lawrja ajrunawtika jew ekwivalenti;

(3)

taħriġ xieraq fil-manutenzjoni ajrunawtika;

(4)

kariga li tawtorizza lil dik il-persuna tiffirma f'isem l-awtorità kompetenti.

Minkejja l-punti (1) sa (4) hawn fuq, ir-rekwiżit tal-punt ML.B.902(b)(2) jista' jinbidel ma' erba' snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, b'żieda ma' dawk diġà meħtieġa mill-punt ML.B.902(b)(1).

(c)

L-awtorità kompetenti għandha żżomm rekord tal-persunal kollu tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, li għandu jinkludi d-dettalji ta' kwalunkwe kwalifika adegwata li jkollu l-persunal flimkien ma' sommarju tal-esperjenza u t-taħriġ rilevanti fil-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà.

(d)

Matul l-eżekuzzjoni tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, l-awtorità kompetenti għandu jkollha aċċess għad-data applikabbli kif speċifikat fil-punti ML.A.305, ML.A.306 u ML.A.401.

(e)

Il-persunal li jwettaq ir-reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-ajrunavigabbiltà għandu joħroġ ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (Formola 15c tal-EASA), kif stipulat fl-Appendiċi IV, wara t-tlestija sodisfaċenti tar-reviżjoni tal-avjazzjoni.

(f)

Kull fejn iċ-ċirkustanzi juru l-eżistenza ta' theddida potenzjali għas-sikurezza, l-awtorità kompetenti għandha twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ l-ARC hi stess.

ML.B.903   Sejbiet

Jekk waqt l-istħarriġ tal-inġenju tal-ajru jew permezz ta' mezzi oħra tinstab evidenza li hemm nuqqas ta' konformità mar-rekwiżit ta' dan l-Anness, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

għal sejbiet tal-Livell 1, teħtieġ it-teħid ta' azzjoni korrettiva xierqa qabel titjira ulterjuri, u minnufih tirrevoka jew tissospendi l-ARC; u

(b)

għal sejbiet tal-Livell 2, timponi l-azzjoni korrettiva xierqa għan-natura tas-sejba.

Appendiċi I

Kuntratt ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

(a)

Meta sid jagħti kuntratt skont il-punt ML.A.201 lil CAMO jew lil CAO biex twettaq kompiti tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, fuq talba tal-awtorità kompetenti, kopja tal-kuntratt iffirmat miż-żewġ partijiet għandha tintbagħat mis-sid lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru.

(b)

Il-kuntratt għandu jiġi żviluppat filwaqt li jqis ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness u għandu jiddefinixxi l-obbligi tal-firmatarji fir-rigward tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru.

(c)

Għandu jkollu tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(1)

ir-reġistrazzjoni, it-tip u n-numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru;

(2)

l-isem tas-sid jew tal-kerrej irreġistrat tal-inġenju tal-ajru jew id-dettalji tal-kumpanija, inkluż l-indirizz;

(3)

dettalji tas-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt, inkluż l-indirizz;

(4)

it-tip ta' operazzjoni.

(d)

Għandu jiddikjara dan li ġej:

‘Is-sid jinkariga lis-CAMO jew lis-CAO bil-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, l-iżvilupp u l-approvazzjoni ta' programm ta' manutenzjoni, u l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru skont it-tali programm ta' manutenzjoni.

Skont dan il-kuntratt, iż-żewġ firmatarji jintrabtu li jsegwu l-obbligi rispettivi ta' dan il-kuntratt.

Is-sid jiddikjara, skont l-aħjar għarfien tiegħu li l-informazzjoni kollha mogħtija lis-CAMO jew is-CAO dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru hi u se tkun preċiża u li l-inġenju tal-ajru mhux se jitbiddel mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tas-CAMO jew is-CAO.

F'każ ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità ma' dan il-kuntratt, minn xi wieħed mill-firmatarji, il-kuntratt isir null. F'tali każ, is-sid jibqa' responsabbli għal kull kompitu marbut mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, u fi żmien ġimagħtejn (2) jinforma lill-awtorità(jiet) kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru dwar it-terminazzjoni tal-kuntratt.’

(e)

Meta sid jagħti kuntratt lil CAMO jew CAO skont il-punt ML.A.201, l-obbligi ta' kull parti għandhom jiġu assenjati kif ġej:

(1)

Obbligi tas-CAMO jew is-CAO:

(i)

ikollha t-tip ta' inġenju tal-ajru inkluż fit-termini tal-approvazzjoni tagħha;

(ii)

tirrispetta l-kundizzjonijiet kollha elenkati hawn taħt fir-rigward tal-manutenzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru:

(A)

tiżviluppa u tapprova l-AMP għall-inġenju tal-ajru;

(B)

ladarba dan jiġi approvat, tipprovdi lis-sid b'kopja tal-AMP, kif ukoll kopja tal-ġustifikazzjonijiet għal kwalunkwe devjazzjoni mir-rakkomandazzjonijiet tad-DAH;

(Ċ)

torganizza spezzjoni li timla l-vojt billi tuża l-AMP preċedenti tal-inġenju tal-ajru;

(D)

torganizza b'mod li l-manutenzjoni kollha titwettaq minn organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni jew, jekk ikun permess, minn persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni;

(E)

torganizza b'mod li jiġu applikati l-ADs applikabbli kollha;

(F)

torganizza b'mod li d-difetti kollha li jkunu nkixfu matul il-manutenzjoni, reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà jew li jiġu rrapportati mis-sid jiġu kkoreġuti minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata jew, jekk ikun permess, minn persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni;

(G)

tikkoordina l-manutenzjoni skedata, l-applikazzjoni tal-ADs, il-bdil ta' partijiet li jistgħu jintużaw għal żmien limitat, u r-rekwiżiti ta' spezzjoni tal-komponenti;

(H)

tinforma lis-sid kull meta l-inġenju tal-ajru jkollu jinġieb għand organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata jew, jekk ikun permess, għand persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni;

(I)

timmaniġġja u tarkivja r-rekords tekniċi kollha;

(iii)

torganizza l-approvazzjoni ta' kwalunkwe modifika fl-inġenju tal-ajru skont l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 (Parti-21) qabel ma tiġi inkorporata din il-modifika;

(iv)

torganizza l-approvazzjoni ta' kwalunkwe tiswija fl-inġenju tal-ajru skont l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 (Parti-21) qabel ma titwettaq din it-tiswija;

(v)

tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta l-inġenju tal-ajru mis-sid għall-manutenzjoni kif mitlub mis-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt;

(vi)

tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta dan il-kuntratt ma jkunx ġie rrispettat;

(vii)

tiżgura li ssir ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, meta tkun neċessarja, u tiżgura li jinħareġ l-ARC;

(viii)

tibgħat fi żmien 10 ijiem kopja ta' kull ARC maħruġ jew estiż lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru;

(ix)

twettaq ir-rapportar ta' kull okkorrenza b'mandat mir-regolamenti applikabbli;

(x)

tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta dan il-kuntratt jiġi denunzjat minn kwalunkwe parti.

(2)

L-obbligi tas-sid:

(i)

ikollu fehim ġenerali dwar l-AMP;

(ii)

ikollu fehim ġenerali dwar dan l-Anness;

(iii)

jippreżenta l-inġenju tal-ajru għall-manutenzjoni kif ordnat mis-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt;

(iv)

ma jagħmilx tibdiliet fl-inġenju tal-ajru mingħajr ma jikkonsulta minn qabel mas-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt;

(v)

jinforma lis-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt dwar il-manutenzjoni kollha mwettqa bħala eċċezzjoni mingħajr l-għarfien u l-kontroll tas-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt;

(vi)

jirrapporta lis-CAMO jew is-CAO mogħtija kuntratt permezz tal-ġurnal ta' abbord id-difetti kollha misjuba matul l-operazzjonijiet;

(vii)

għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta dan il-kuntratt jiġi denunzjat minn kwalunkwe parti;

(viii)

jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru u s-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt kull meta jinbiegħ l-inġenju tal-ajru;

(ix)

iwettaq ir-rapportar ta' kull okkorrenza b'mandat mir-regolamenti applikabbli;

(x)

jinforma fuq bażi regolari lis-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt dwar is-sigħat tat-titjir tal-inġenju tal-ajru u kwalunkwe data oħra dwar l-utilizzazzjoni, kif miftiehem mas-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt;

(xi)

idaħħal is-CRS fil-ġurnali ta' abbord, kif imsemmi fil-punt ML.A.803(c), meta jwettaq manutenzjoni tal-pilota-sid;

(xii)

jinforma lis-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt mhux aktar tard minn 30 jum wara t-tlestija ta' kwalunkwe kompitu ta' manutenzjoni tal-Pilota-Sid.

Appendiċi II

Manutenzjoni limitata tal-pilota-sid

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Anness, il-pilota-sid għandu jikkonforma mal-prinċipji bażiċi li ġejjin qabel ma jwettaq kwalunkwe kompitu ta' manutenzjoni:

(a)   Kompetenza u responsabbiltà

(1)

Il-pilota-sid dejjem għandu jkun responsabbli għal kull manutenzjoni li jwettaq.

(2)

Il-pilota-sid għandu jkollu livell sodisfaċenti ta' kompetenza biex iwettaq il-kompitu. Hi r-responsabbiltà ta' pilota-sid li jiffamiljarizza ruħu mal-prattiki standard ta' manutenzjoni għall-inġenju tal-ajru tiegħu u mal-AMP.

(b)   Kompiti

Il-Pilota-Sid jista' jwettaq spezzjonijiet viżwali jew operazzjonijiet sempliċi biex jikkontrolla l-qafas tal-inġenju tal-ajru, il-magni, is-sistemi u l-komponenti għall-kundizzjoni ġenerali, ħsara evidenti u operazzjoni normali.

Kompitu ta' manutenzjoni m'għandux jitwettaq mill-pilota-sid jekk isseħħ xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

hu kompitu ta' manutenzjoni kritika;

(2)

jeħtieġ it-tneħħija ta' komponenti ewlenin jew armar ta' komponenti ewlenin;

(3)

jitwettaq f'konformità ma' AD jew oġġett ta' limitazzjoni tal-ajrunavigabbiltà (ALI) ħlief meta permess b'mod speċifiku fl-AD jew l-ALI;

(4)

jeħtieġ l-użu ta' għodod speċjali jew għodod kkalibrati (minbarra torque wrench u crimping tool);

(5)

jeħtieġ l-użu ta' tagħmir għat-testijiet jew testijiet speċjali (pereżempju ttestjar mhux qerriedi (NDT), testijiet tas-sistema jew testijiet operattivi ta' tagħmir avjoniku);

(6)

ikun kompost minn xi spezzjonijiet speċjali mhux skedati (pereżempju test ta' nżul f'daqqa);

(7)

jaffettwa sistemi essenzjali għall-operazzjonijiet skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR);

(8)

hu kompitu kumpless ta' manutenzjoni skont l-Appendiċi III, jew hu kompitu ta' manutenzjoni ta' komponenti skont il-punt (a) jew (b) tal-punt ML.A.502;

(9)

hu parti minn kontroll kull 100 siegħa/annwali (għal dawk il-każijiet li fihom il-kompitu ta' manutenzjoni jkun kombinat mar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà mwettqa mill-organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni jew mill-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni).

Il-kriterji msemmija fil-punti (1) sa (9) ma jistgħux jingħelbu minn struzzjonijiet anqas restrittivi maħruġa skont l-AMP imsemmi fil-punt ML.A.302.

Kwalunkwe kompitu deskritt fil-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (jew manwali operazzjonali oħra), pereżempju t-tħejjija tal-inġenju tal-ajru għat-titjir (assemblaġġ tal-ġwienaħ tal-gliders, jew it-twettiq ta' spezzjoni ta' qabel it-titjira, l-assemblaġġ ta' kombinazzjoni ta' basket, berner, ċilindri tal-fjuwil u envelopp għal ballun tal-arja, eċċ.), ma jitqiesx bħala kompitu ta' manutenzjoni u, għalhekk, ma jeħtieġx CRS. Minkejja dan, il-persuna li tagħmel l-assemblaġġ ta dawk il-partijiet hi responsabbli biex tiżgura li dawk il-partijiet ikunu eliġibbli għall-installazzjoni u f'kundizzjoni tajba għall-użu.

(c)   It-twettiq u r-rekords tal-kompiti ta' manutenzjoni tal-pilota-sid

Id-data tal-manutenzjoni kif speċifikata fil-punt ML.A.401 dejjem trid tkun disponibbli matul it-twettiq tal-manutenzjoni tal-pilota-sid u trid tkun sodisfatta. Id-dettalji tad-data msemmija fit-twettiq ta' manutenzjoni ta' pilota-sid iridu jkunu inklużi fis-CRS skont il-punt (d) tal-punt ML.A.803.

Il-pilota-sid irid jinforma lis-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt (jekk jeżisti t-tali kuntratt) dwar it-tlestija tal-kompiti ta' manutenzjoni tal-pilota-sid mhux aktar tard minn 30 jum wara li jitlestew dawn il-kompiti skont il-punt (a) tal-punt ML.A.305.

Appendiċi III

Kompiti ta' manutenzjoni kumplessi li m'għandhomx jitwettqu mill-pilota-sid

Dawn kollha li ġejjin jikkostitwixxu l-kompiti ta' manutenzjoni kumplessi li, skont l-Appendiċi II, m'għandhomx jitwettqu mill-pilota-sid. Dawn il-kompiti għandhom jitwettqu mis-CAO jew minn persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni:

(a)

il-modifika, it-tiswija jew il-bdil permezz ta' rbattir, twaħħil, laminar, jew iwweldjar ta' kwalunkwe mill-partijiet tal-qafas tal-inġenju tal-ajru li ġejjin:

(1)

travu kwadru;

(2)

virga tal-ġewnaħ jew element tal-membratura;

(3)

spar;

(4)

flanġ tal-ispar;

(5)

element ta' travu kompost;

(6)

l-ispalla ta' travu;

(7)

element tal-propella jew tas-sinsla (chine) ta' buq ta' żgiċċ jew flowt;

(8)

element ta' kompressjoni ta' folja mmewġa;

(9)

kustilja prinċipali tal-ġewnaħ;

(10)

puntal tal-wiċċ tal-ġewnaħ jew tad-denb;

(11)

muntatura tal-magna;

(12)

longeron jew qafas ta' żaqq l-ajruplan;

(13)

element ta' puntal tal-ġenb, puntal orizzontali jew paratija;

(14)

brace jew brakit li tirfed is-siġġu;

(15)

sostituzzjoni tal-binarji tas-siġġijiet;

(16)

attrezzatura għall-inżul b'tirant jew puntal;

(17)

fus;

(18)

rota; u

(19)

ski jew pedestall ski, minbarra s-sostituzzjoni ta' kisja ta' frizzjoni baxxa;

(b)

il-modifika jew it-tiswija ta' kwalunkwe mill-partijiet li ġejjin:

(1)

kisja tal-inġenju tal-ajru, jew kisja tal-flowt tal-ajruplan, jekk ix-xogħol jeħtieġ l-użu ta' rfid, ġig jew attrezzatura;

(2)

kisja tal-inġenju tal-ajru li hi soġġetta għal tagħbijiet ta' pressurizzazzjoni jekk il-ħsara lill-kisja tkun akbar minn 15-il cm (sitt pulzieri) fi kwalunkwe direzzjoni;

(3)

parti soġġetta għat-tagħbija f'sistema ta' kontroll, inkluż kolonna ta' kontroll, pedala, xaft, kwadrant, krank qanpiena, tubu tat-torque, ħorn tal-kontroll u brakit fonduta, iżda esklużi:

(i)

it-tgħawwiġ ta' ċombar ta' tiswija jew iffittjar ta' kejbil; u

(ii)

is-sostituzzjoni tal-agganċ terminali ta' tubu push-pull li jitwaħħal bl-irbattir;

(4)

kull struttura oħra, li mhix elenkata fil-punt (a), li manifattur identifika bħala struttura primarja fil-manwal ta' manutenzjoni tiegħu, il-manwal ta' tiswija strutturali jew l-istruzzjonijiet għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà;

(c)

it-twettiq tal-manutenzjoni kollha li ġejja fuq magna bil-pistuni:

(1)

iż-żarmar u l-armar mill-ġdid sussegwenti ta' magna bil-pistuni għajr:

(i)

biex jinkiseb aċċess għall-assemblaġġi tal-pistuni/ċilindri; jew

(ii)

biex jitneħħa l-għatu tal-aċċessorji ta' wara għal spezzjoni u/jew il-bdil tal-immontaturi tal-pompa taż-żejt, fejn xogħol bħal dan ma jinvolvix it-tneħħija u t-twaħħil mill-ġdid ta' gerijiet interni;

(2)

żarmar u armar mill-ġdid sussegwenti ta' gerijiet ta' tnaqqis;

(3)

iwweldjar u bbrejżjar ta' ġonot, barra minn tiswijiet minuri bil-welding f'unitajiet tal-egżost imwettqa minn welder approvat jew awtorizzat kif jixraq imma mhux it-tibdil ta' komponenti;

(4)

it-taħwid ta' partijiet individwali ta' unitajiet li huma fornuti bħala unitajiet ittestjati fuq il-bank tax-xogħol, minbarra t-tibdil jew l-aġġustament ta' oġġetti li normalment jinbidlu jew ikunu aġġustati waqt l-użu;

(d)

l-ibbilanċjar tal-iskrun, ħlief:

(1)

għaċ-ċertifikazzjoni ta' bbilanċjar statiku fejn meħtieġ mill-manwal tal-manutenzjoni; u

(2)

ibbilanċjar dinamiku fuq skrejjen imwaħħla bl-użu ta' tagħmir għall-ibbilanċjar elettroniku fejn ikun permess mill-manwal tal-manutenzjoni jew data oħra tal-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-ajrunavigabbiltà approvata;

(e)

kwalunkwe xogħol kompitu addizzjonali li jeħtieġ:

(1)

għodda, tagħmir jew faċilitajiet speċjalizzati; jew

(2)

proċeduri ta' koordinament sinifikanti minħabba ż-żmien imtawwal tax-xogħlijiet tal-kompiti u l-involviment ta' diversi persuni.

Appendiċi IV

Ċertifikat tar-Reviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà - Formola 15c tal-EASA

NOTA:

persuni u organizzazzjonijiet li jwettqu r-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà flimkien mal-ispezzjoni kull 100 siegħa/annwali jistgħu jużaw il-faċċata l-oħra ta' din il-formola biex joħorġu s-CRS imsemmi fil-punt ML.A.801 li jikkorrispondi għall-ispezzjoni ta' kull 100 siegħa/annwali.
Image 11 Test ta 'immaġni

(*1)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 tal-14 ta' Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat ta' gliders skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 326, 20.12.2018, p. 64)


ANNESS VII

“ANNESS Vc

(Parti-CAMO)

WERREJ

TAQSIMA A — REKWIŻITI TAL-ORGANIZZAZZJONI

CAMO.A.005

Kamp ta' applikazzjoni

CAMO.A.105

Awtorità kompetenti

CAMO.A.115

Applikazzjoni għal ċertifikat ta' organizzazzjoni

CAMO.A.120

Mezzi ta' konformità

CAMO.A.125

Termini tal-approvazzjoni u privileġġi

CAMO.A.130

Tibdiliet fl-organizzazzjoni

CAMO.A.135

Validità kontinwa

CAMO.A.140

Aċċess

CAMO.A.150

Sejbiet

CAMO.A.155

Reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza

CAMO.A.160

Rapportar ta' okkorrenza

CAMO.A.200

Is-sistema ta' ġestjoni

CAMO.A.202

Skema ta' rapportar tas-sikurezza interna

CAMO.A.205

Kuntrattar u sottokuntrattar

CAMO.A.215

Faċilitajiet

CAMO.A.220

Żamma tar-rekords

CAMO.A.300

Espożizzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

CAMO.A.305

Rekwiżiti tal-persunal

CAMO.A.310

Kwalifiki tal-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà

CAMO.A.315

Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

CAMO.A.320

Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà

CAMO.A.325

Data ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

TAQSIMA B — REKWIŻITI TAL-AWTORITÀ

CAMO.B.005

Kamp ta' applikazzjoni

CAMO.B.115

Dokumentazzjoni tas-superviżjoni

CAMO.B.120

Mezzi ta' konformità

CAMO.B.125

Informazzjoni lill-Aġenzija

CAMO.B.135

Reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza

CAMO.B.200

Is-sistema ta' ġestjoni

CAMO.B.205

Allokazzjoni tal-kompiti lil entitajiet ikkwalifikati

CAMO.B.210

Bidliet fis-sistema ta' ġestjoni

CAMO.B.220

Żamma tar-rekords

CAMO.B.300

Prinċipji ta' superviżjoni

CAMO.B.305

Programm ta' superviżjoni

CAMO.B.310

Proċedura ta' ċertifikazzjoni inizjali

CAMO.B.330

Tibdiliet

CAMO.B.350

Sejbiet u azzjonijiet korrettivi

CAMO.B.355

Sospensjoni, limitazzjoni u revoka

TAQSIMA A

REKWIŻITI TAL-ORGANIZZAZZJONI

CAMO.A.005   Kamp ta' applikazzjoni

Din it-Taqsima tistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati minn organizzazzjoni biex tikkwalifika għall-ħruġ jew għall-kontinwazzjoni ta' ċertifikat għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru u tal-komponenti għall-installazzjoni.

CAMO.A.105   Awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, l-awtorità kompetenti għandha tkun:

(a)

l-awtorità maħtura mill-Istat Membru fejn hi lokalizzata s-sede prinċipali tal-organizzazzjoni, jekk l-approvazzjoni mhix inkluża fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru;

(b)

l-awtorità maħtura mill-Istat Membru tal-operatur jekk l-approvazzjoni hi inkluża f'ċertifikat tal-operatur tal-ajru;

(c)

l-Aġenzija, jekk is-sede prinċipali tal-organizzazzjoni tinsab f'pajjiż terz.

CAMO.A.115   Applikazzjoni għal ċertifikat ta' organizzazzjoni

(a)

L-applikazzjoni għal ċertifikat jew emenda għal ċertifikat eżistenti skont dan l-Anness għandha ssir b'forma u b'mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti, billi jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti applikabbli tal-Anness I (Parti-M), l-Anness Vb (Parti-ML) u dan l-Anness.

(b)

L-applikanti għal ċertifikat inizjali skont dan l-Anness għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti:

(1)

ir-riżultati ta' preawditu mwettaq mill-organizzazzjoni abbażi tar-rekwiżiti applikabbli previsti fl-Anness I (Parti-M), l-Anness Vb (Parti-ML) u dan l-Anness;

(2)

dokumentazzjoni li turi kif se jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Tali dokumentazzjoni għandha tinkludi, kif previst fil-punt CAMO.A.130, proċedura li tiddeskrivi kif il-bidliet li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel sejrin jiġu ġestiti u nnotifikati lill-awtorità kompetenti.

CAMO.A.120   Mezzi ta' konformità

(a)

Mezzi ta' konformità alternattivi għall-AMC adottati mill-Aġenzija jistgħu jintużaw minn organizzazzjoni biex tistabbilixxi l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.

(b)

Fejn organizzazzjoni tkun tixtieq tuża mezz alternattiv ta' konformità, qabel ma tużah, għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti b'deskrizzjoni sħiħa tal-mezz alternattiv ta' konformità. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi kwalunkwe reviżjoni fil-manwali jew fil-proċeduri li jistgħu jkunu rilevanti, kif ukoll valutazzjoni li turi konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.

L-organizzazzjoni tista' tuża dawn il-mezzi alternattivi ta' konformità soġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti, u meta din tirċievi n-notifika kif previst fil-punt CAMO.B.120.

CAMO.A.125   Termini tal-approvazzjoni u privileġġi tal-organizzazzjoni

(a)

L-approvazzjoni hi indikata fuq iċ-ċertifikat, li hu inkluż fl-Appendiċi I, u tinħareġ mill-awtorità kompetenti.

(b)

Minkejja l-punt (a), għat-trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja, skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, l-approvazzjoni għandha tkun parti miċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru maħruġ mill-awtorità kompetenti, għall-inġenju tal-ajru li qed jiġi operat.

(c)

L-ambitu tax-xogħol għandu jkun speċifikat fl-espożizzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (CAME) skont il-punt CAMO.A.300.

(d)

Organizzazzjoni approvata skont dan l-Anness tista':

(1)

tiġġestixxi l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru, ħlief għal dawk użati minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, kif imniżżel fiċ-ċertifikat;

(2)

tiġġestixxi l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru użati minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, meta dan ikun imniżżel kemm fiċ-ċertifikat tagħha kif ukoll fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru;

(3)

tirranġa biex twettaq kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà limitati ma' kwalunkwe organizzazzjoni mogħtija sottokuntratt, li tkun qiegħda taħdem skont is-sistema ta' ġestjoni tagħha, kif elenkat fiċ-ċertifikat;

(4)

testendi ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-kundizzjonijiet tal-punt (f) tal-punt M.A.901 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (Parti-ML), skont kif applikabbli.

(e)

Organizzazzjoni approvata skont dan l-Anness u li jkollha s-sede prinċipali tagħha f'wieħed mill-Istati Membri tista' tkun approvata wkoll biex tagħmel reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.901 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (Parti-ML) kif applikabbli, u:

(1)

toħroġ iċ-ċertifikat relatat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u testendih fi żmien xieraq skont il-kundizzjonijiet tal-punt (c)(2) tal-punt M.A.901 u l-punt (e)(2) tal-punt M.A.901 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (Parti-ML), skont kif applikabbli;

(2)

toħroġ rakkomandazzjoni għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru, skont il-kundizzjonijiet tal-punt (d) tal-punt M.A.901 jew il-punt (b) tal-punt M.A.904 tal-Anness I (Parti-M).

(f)

Organizzazzjoni li tkun id-detentur tal-privileġġi msemmija fil-punt (e) tista' tiġi approvata wkoll biex toħroġ permess għat-titjir skont il-punt (d) tal-punt 21.A.711 tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għall-inġenju tal-ajru partikolari li għalih l-organizzazzjoni tkun approvata toħroġ iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, meta l-organizzazzjoni tkun qed tattesta l-konformità mal-kundizzjonijiet approvati tat-titjir, soġġett għal proċedura adegwata fis-CAME imsemmija fil-punt CAMO.A.300.

CAMO.A.130   Tibdiliet fl-organizzazzjoni

(a)

It-tibdiliet li ġejjin fl-organizzazzjoni għandhom ikunu jeħtieġu approvazzjoni minn qabel:

(1)

tibdiliet li jaffettwaw l-ambitu taċ-ċertifikat jew it-termini tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni;

(2)

tibdiliet fil-persunal nominat skont il-punti (a)(3) sa (a)(5) u (b)(2) tal-punt CAMO.A.305;

(3)

tibdiliet fil-linji ta' rapportar bejn il-persunal nominat skont il-punti (a)(3) sa (a)(5) u (b)(2) tal-punt CAMO.A.305, u l-maniġer responsabbli;

(4)

il-proċedura rigward it-tibdiliet li ma jeħtiġux approvazzjoni minn qabel imsemmija fil-punt (c).

(b)

Għal kwalunkwe bidla li teħtieġ l-approvazzjoni minn qabel skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, l-organizzazzjoni għandha tapplika għal approvazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti, u tiksibha. L-applikazzjoni għandha titressaq qabel ma ssir il-bidla, biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tiddetermina t-tkomplija tal-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, u biex temenda, jekk ikun meħtieġ, iċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni u t-termini tal-approvazzjoni relatati mehmuża miegħu.

L-organizzazzjoni għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti.

Il-bidla għandha tkun implimentata biss mal-wasla tal-approvazzjoni formali mill-awtorità kompetenti skont il-punt CAMO.B.330.

L-organizzazzjoni għandha topera skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti matul it-tibdiliet, skont kif applikabbli.

(c)

It-tibdiliet kollha li ma jeħtiġux approvazzjoni minn qabel għandhom jiġu ġestiti u notifikati lill-awtorità kompetenti kif definit fil-proċedura msemmija fil-punt (b) tal-punt CAMO.A.115 u approvata mill-awtorità kompetenti skont il-punt (h) tal-punt CAMO.B.310.

CAMO.A.135   Validità kontinwa

(a)

Iċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni għandu jibqa' validu soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

l-organizzazzjoni tibqa' konformi mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet relatati għat-trattament ta' sejbiet kif speċifikat taħt il-punt CAMO.B.350;

(2)

l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni kif speċifikat fil-punt CAMO.A.140;

(3)

iċ-ċertifikat ma jiġix ċedut jew irrevokat.

(b)

Għall-operaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, it-terminazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru awtomatikament tinvalida ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni b'rabta mar-reġistrazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru speċifikati fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru, sakemm ma jkunx stipulat espliċitament mod ieħor mill-awtorità kompetenti.

(c)

Meta jingħata lura jew jitħassar, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

CAMO.A.140   Aċċess

Biex tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, l-organizzazzjoni għandha tagħti aċċess, fi kwalunkwe ħin, għal kwalunkwe faċilità, inġenju tal-ajru, dokument, rekord, data, proċedura jew kwalunkwe materjal ieħor li hu rilevanti għall-attività tiegħu li hi soġġetta għaċ-ċertifikazzjoni, kemm jekk din hi mogħtija b'kuntratt/sottokuntratt kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna awtorizzata minn waħda mill-awtoritajiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti ddefinita fil-punt CAMO.A.105;

(b)

l-awtorità li taġixxi skont id-dispożizzjonijiet tal-punt (d) tal-punt CAMO.B.300 jew il-punt (e) tal-punt CAMO.B.300.

CAMO.A.150   Sejbiet

(a)

Wara li tkun irċeviet notifika ta' sejbiet skont il-punt CAMO.B.350, l-organizzazzjoni għandha:

(1)

tidentifika l-kawża jew il-kawżi li jwasslu u l-fatturi li jikkontribwixxu għan-nuqqas ta' konformità;

(2)

tfassal pjan ta' azzjoni korrettiva;

(3)

turi li implimentat l-azzjoni korrettiva b'mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti.

(b)

L-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a)(1), (a)(2) u (a)(3) għandhom jitwettqu fi ħdan il-perjodu miftiehem ma' dik l-awtorità kompetenti kif definit fil-punt CAMO.B.350.

CAMO.A.155   Reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza

L-organizzazzjoni għandha timplimenta:

(a)

kwalunkwe miżuri ta' sikurezza li l-awtorità kompetenti awtorizzat skont il-punt CAMO.B.135;

(b)

kwalunkwe informazzjoni ta' sikurezza obbligatorja maħruġa mill-Aġenzija.

CAMO.A.160   Rapportar ta' okkorrenza

(a)

Bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni tagħha, l-organizzazzjoni għandha timplimenta sistema ta' rapportar tal-okkorrenzi li tissodisfa r-rekwiżiti definiti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1018 (*1).

(b)

Mingħajr ħsara għall-punt (a), l-organizzazzjoni għandha tiżgura li kwalunkwe inċident, ħsara teknika, difett tekniku, qbiż tal-limiti tekniċi, jew okkorrenza li jistgħu jitfgħu dawl fuq informazzjoni skorretta, mhux kompleta jew ambigwa inkluża fid-data stabbiliti skont l-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, jew ċirkostanza irregolari oħra li tkun jew setgħet ipperikolat l-operat sikur tal-inġenju tal-ajru, u li ma tkunx irriżultat f'aċċident jew inċident serju, jiġu rrapportati lill-awtorità kompetenti u lill-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn tal-inġenju tal-ajru.

(c)

Mingħajr ħsara għar-Regolament (UE) Nru 376/2014, u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1018, ir-rapporti msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom isiru f'forma u f'mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti, u għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha pertinenti dwar il-kundizzjoni magħrufa mill-organizzazzjoni.

(d)

Ir-rapporti għandhom isiru kemm jista' jkun malajr, iżda dejjem fi żmien 72 siegħa minn meta l-organizzazzjoni tkun identifikat il-kundizzjoni li dwarha jkun ir-rapport, sakemm dan ma jiġix ipprevjenut minn ċirkostanzi ta' eċċezzjoni.

(e)

Fejn rilevanti, l-organizzazzjoni għandha tipproduċi rapport ta' segwitu biex tipprovdi d-dettalji tal-azzjonijiet li tkun beħsiebha tieħu biex tipprevjeni okkorrenzi simili fil-ġejjieni, hekk kif dawn l-azzjonijiet ikunu ġew identifikati. Dan ir-rapport għandu jsir fil-forma u fil-mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti.

CAMO.A.200   Is-sistema ta' ġestjoni

(a)

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm sistema ta' ġestjoni li tinkludi:

(1)

linji ta' responsabbiltà u obbligu ta' rendikont fl-organizzazzjoni definiti b'mod ċar, inkluż ir-rendikont dirett fir-rigward tas-sikurezza, min-naħa tal-maniġer responsabbli;

(2)

deskrizzjoni tal-filosofiji u l-prinċipji ġenerali tal-organizzazzjoni fir-rigward tas-sikurezza, magħrufa bħala l-politika ta' sikurezza;

(3)

l-identifikazzjoni ta' perikli għas-sikurezza tal-avjazzjoni li jistgħu jiġu kkawżati mill-attivitajiet tal-organizzazzjoni, il-valutazzjoni tagħhom u l-ġestjoni tar-riskji assoċjati, inkluż it-teħid ta' azzjonijiet biex jittaffew ir-riskji u biex tiġi vverifikata l-effiċjenza tagħhom;

(4)

iż-żamma ta' persunal imħarreġ u kompetenti biex jaqdi l-kompiti tiegħu;

(5)

id-dokumenti tal-proċessi ewlenin kollha tas-sistema ta' ġestjoni, inkluż proċess biex il-membri tal-persunal ikunu jafu r-responsabbiltajiet tagħhom, u l-proċedura għall-emendar ta' dawn id-dokumenti;

(6)

funzjoni biex tkun sorveljata l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti rilevanti. Il-monitoraġġ tal-konformità għandu jinkludi sistema ta' rispons għas-sejbiet lill-maniġer responsabbli biex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijiet korrettivi hekk kif ikun meħtieġ;

(7)

kwalunkwe rekwiżit addizzjonali li hu stabbilit f'dan ir-Regolament.

(b)

Is-sistema ta' ġestjoni għandha tikkorrispondi għad-daqs tal-organizzazzjoni u n-natura u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, b'kunsiderazzjoni għall-perikli u r-riskji assoċjati inerenti f'dawn l-attivitajiet.

(c)

Meta l-organizzazzjoni jkollha ċertifikat tal-organizzazzjoni addizzjonali wieħed jew aktar fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, is-sistema ta' ġestjoni tista' tiġi integrata ma' dik meħtieġa skont iċ-ċertifikat(i) addizzjonali miżmum(a).

(d)

Minkejja l-punt (c), għal operaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, is-sistema ta' ġestjoni prevista f'dan l-Anness għandha tkun parti integrata mis-sistema ta' ġestjoni tal-operatur.

CAMO.A.202   Skema ta' rapportar tas-sikurezza interna

(a)

Bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni tagħha, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi skema ta' rapportar tas-sikurezza interna biex ikunu jistgħu jinġabru u jiġu evalwati t-tali okkorrenzi li għandhom jiġu rapportati skont il-punt CAMO.A.160.

(b)

L-iskema għandha tippermetti wkoll il-ġbir u l-evalwazzjoni ta' dawk l-iżbalji, il-kważi aċċidenti, u l-perikli rapportati internament li ma jaqgħux taħt il-punt (a).

(c)

Permezz ta' din l-iskema, l-organizzazzjoni għandha:

(1)

tidentifika l-kawżi ta' u l-fatturi li jikkontribwixxu għal kwalunkwe żball, kważi aċċident u periklu rrapportat u tindirizzahom bħala parti mill-ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza skont il-punt (a)(3) tal-punt CAMO.A.200;

(2)

tiżgura l-evalwazzjoni tal-informazzjoni rilevanti u magħrufa kollha relatata mal-iżbalji, man-nuqqas ta' ħila biex jiġu segwiti l-proċeduri, mal-kważi aċċidenti, u mal-perikli, u metodu biex l-informazzjoni tiġi ċċirkolata kif ikun hemm bżonn.

(d)

L-organizzazzjoni għandha tipprovdi aċċess għall-iskema ta' rapportar tas-sikurezza interna tagħha lil kwalunkwe organizzazzjoni mogħtija sottokuntratt.

(e)

L-organizzazzjoni għandha tikkoopera fl-investigazzjonijiet tas-sikurezza ma' kwalunkwe organizzazzjoni oħra li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għas-sikurezza tal-attivitajiet ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tagħha stess.

CAMO.A.205   Kuntrattar u sottokuntrattar

(a)

L-organizzazzjoni għandha tiżgura li meta tagħti b'kuntratt kompiti ta' manutenzjoni jew meta tagħti b'sottokuntratt kwalunkwe parti mill-attivitajiet ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tagħha:

(1)

dawn l-attivitajiet ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli; u

(2)

kwalunkwe periklu relatat mas-sikurezza tal-avjazzjoni assoċjat mat-tali kuntrattar jew sottokuntrattar jitqies bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni tal-organizzazzjoni.

(b)

Meta l-organizzazzjoni tagħti b'sottokuntratt kwalunkwe parti mill-attivitajiet ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tagħha lil organizzazzjoni oħra, l-organizzazzjoni mogħtija sottokuntratt għandha taħdem soġġett għall-approvazzjoni tal-organizzazzjoni. L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni li tkun ingħatat is-sottokuntratt, biex tistabbilixxi l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli.

CAMO.A.215   Faċilitajiet

L-organizzazzjoni għandha tipprovdi akkomodazzjoni tal-uffiċċju xierqa f'postijiet xierqa għall-persunal speċifikat fil-punt CAMO.A.305.

CAMO.A.220   Żamma tar-rekords

(a)

Rekords tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

(1)

L-organizzazzjoni għandha tiżgura li jinżammu r-rekords meħtieġa mill-punti M.A.305, ML.A.305 u, jekk applikabbli, mill-punt M.A.306.

(2)

L-organizzazzjoni għandha tirreġistra d-dettalji kollha tal-ħidma mwettqa.

(3)

Jekk l-organizzazzjoni jkollha l-privileġġ imsemmi fil-punt (e) tal-punt CAMO.A.125, hi għandha żżomm kopja ta' kull ċertifikat u rakkomandazzjoni ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà maħruġ jew, skont kif applikabbli, estiż, flimkien mad-dokumenti ta' sostenn kollha. Barra minn hekk, l-organizzazzjoni għandha żżomm kopja ta' kull ċertifikat tal-ġestjoni tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li tkun estendiet bil-privileġġ imsemmi fil-punt (d)(4) tal-punt CAMO.A.125.

(4)

Biex l-organizzazzjoni jkollha l-privileġġ imsemmi fil-punt (f) tal-punt CAMO.A.125, għandha żżomm kopja ta' kull permess għat-titjir maħruġ skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 21.A.729 tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(5)

L-organizzazzjoni għandha żżomm kopja tar-rekords kollha msemmija fil-punti (a)(2) sa (a)(4) sa 3 snin wara li r-responsabbiltà għall-inġenju tal-ajru skont il-punti M.A.201 jew ML.A.201 tkun ġiet trasferita b'mod permanenti lil persuna jew organizzazzjoni oħra.

(6)

Meta l-organizzazzjoni ttemm l-operazzjoni tagħha, ir-rekords miżmuma kollha għandhom jiġu ttrasferiti lis-sid tal-inġenju tal-ajru.

(b)

Is-sistema ta' ġestjoni, ir-rekords tal-kuntrattar u tas-sottokuntrattar

(1)

L-organizzazzjoni għandha tiżgura li jinżammu r-rekords li ġejjin:

(i)

ir-rekords tal-proċessi ewlenin tas-sistema ta' ġestjoni kif definiti fil-punt CAMO.A.200;

(ii)

il-kuntratti, kemm għall-kuntrattar kif ukoll għas-sottokuntrattar, kif definiti fil-punt CAMO.A.205;

(2)

Ir-rekords tas-sistema ta' ġestjoni, kif ukoll kwalunkwe kuntratt skont il-punt CAMO.A.205, għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta' 5 snin.

(c)

Rekords tal-persunal

(1)

L-organizzazzjoni għandha tiżgura li jinżammu r-rekords li ġejjin:

(i)

rekords tal-kwalifika u l-esperjenza tal-persunal involut fil-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, il-monitoraġġ tal-konformità u l-ġestjoni tas-sikurezza;

(ii)

rekords tal-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal kollu tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, kif ukoll tal-persunal li joħroġ rakkomandazzjonijiet u permessi għat-titjir.

(2)

Ir-rekords tal-persunal kollu tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, tal-persunal li joħroġ rakkomandazzjonijiet u tal-persunal li joħroġ permessi għat-titjir għandhom jinkludu dettalji ta' kwalunkwe kwalifika xierqa miżmuma flimkien ma' sommarju tal-esperjenza u t-taħriġ rilevanti fil-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u kopja tal-awtorizzazzjoni.

(3)

Ir-rekords tal-persunal għandhom jinżammu sakemm il-persuna tibqa' taħdem mal-organizzazzjoni, u għandhom jinżammu sa 3 snin wara li l-persuna titlaq mill-organizzazzjoni.

(d)

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi sistema ta' żamma tar-rekords li tippermetti ħażna xierqa u traċċabbiltà affidabbli tal-attivitajiet żviluppati kollha.

(e)

Il-format tar-rekords għandu jkun speċifikat fil-proċeduri tal-organizzazzjoni.

(f)

Ir-rekords għandhom jinħażnu b'mod li jiżgura l-protezzjoni mill-ħsara, mill-modifiki u mis-serq.

CAMO.A.300   Espożizzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (CAME)

(a)

L-organizzazzjoni għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti b'CAME u, fejn applikabbli, bi kwalunkwe manwal u proċedura assoċjati referenzjati, li jkun fihom l-informazzjoni kollha li ġejja:

(1)

dikjarazzjoni ffirmata mill-maniġer responsabbli li tikkonferma li l-organizzazzjoni f'kull ħin se taħdem skont dan l-Anness, l-Anness I (Parti-M) u l-Anness Vb (Parti-ML), kif applikabbli, u skont is-CAME approvata. Meta maniġer responsabbli ma jkunx l-uffiċjal kap eżekuttiv tal-organizzazzjoni, tali uffiċjal kap eżekuttiv għandu jikkontrofirma d-dikjarazzjoni;

(2)

il-politika tas-sikurezza tal-organizzazzjoni kif definita fil-punt (a)(2) tal-punt CAMO.A.200;

(3)

l-ambitu tax-xogħol tal-organizzazzjoni rilevanti għat-termini tal-approvazzjoni;

(4)

deskrizzjoni ġenerali tar-riżorsi tal-forza tax-xogħol u tas-sistema fis-seħħ biex tiġi ppjanata d-disponibbiltà tal-persunal kif meħtieġ mill-punt (d) tal-punt CAMO.A.305;

(5)

il-kariga/i u l-isem/ismijiet tal-persuna/i responsabbli msemmija fil-punti (a)(3) sa (a)(5), (b)(2) u (f) tal-punt CAMO.A.305;

(6)

id-dmirijiet, l-obbligi ta' rendikont, ir-responsabbiltajiet u l-awtoritajiet tal-persuni nominati skont il-punti (a)(3) sa (a)(5), (b)(2), (e) u (f) tal-punt CAMO.A.305;

(7)

organigramma li turi l-ktajjen assoċjati tal-obbligu ta' rendikont u tar-responsabbiltà bejn il-persuna/i kollha msemmija fil-punti (a)(3) sa (a)(5), (b)(2), (e) u (f) tal-punt CAMO.A.305, u relatati mal-punt (a)(1) tal-punt CAMO.A.200;

(8)

lista tal-persunal awtorizzat biex joħroġ ċertifikati jew rakkomandazzjonijiet tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt (e) tal-punt CAMO.A.305, li jispeċifikaw, fejn applikabbli, il-persunal awtorizzat biex joħroġ permessi għat-titjir skont il-punt (c) tal-punt CAMO.A.125;

(9)

deskrizzjoni ġenerali tal-faċilitajiet u l-post fejn jinsabu;

(10)

id-deskrizzjoni tal-iskema ta' rapportar tas-sikurezza interna kif meħtieġa mill-punt CAMO.A.202;

(11)

il-proċeduri li jispeċifikaw kif l-organizzazzjoni tiżgura l-konformità ma' dan l-Anness, l-Anness I (Parti-M) u l-Anness Vb (Parti-ML), kif applikabbli, inklużi b'mod partikolari:

(i)

id-dokumentazzjoni tal-proċessi ewlenin tas-sistema ta' ġestjoni kif meħtieġ mill-punt CAMO.A.200;

(ii)

il-proċeduri li jiddefinixxu kif l-organizzazzjoni tikkontrolla kwalunkwe attività mogħtija b'kuntratt u b'sottokuntratt kif meħtieġ mill-punt CAMO.A.205 u l-punt (c) tal-punt CAMO.A.315);

(iii)

il-proċeduri tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u l-permess għat-titjir, kif applikabbli;

(iv)

il-proċedura li tiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni tat-tibdiliet li ma jeħtiġux approvazzjoni minn qabel u li jiddeskrivu kif it-tali tibdil se jiġi ġestiti u notifikat, kif meħtieġ mill-punt (b) tal-punt CAMO.A.115 u l-punt (c) tal-punt CAMO.A.130;

(v)

il-proċeduri ta' emendar tas-CAME.

(12)

il-lista ta' programmi approvati ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru għal dawk l-inġenji tal-ajru li għalihom jeżisti kuntratt għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.201 jew ML.A.201;

(13)

il-lista ta' kuntratti ta' manutenzjoni skont il-punt (c) tal-punt CAMO.A.315;

(14)

il-lista ta' mezzi alternattivi ta' konformità approvati bħalissa.

(b)

Il-ħarġa inizjali tas-CAME għandha tkun approvata mill-awtorità kompetenti. Għandha tiġi emendata kif ikun hemm bżonn biex tibqa' deskrizzjoni aġġornata tal-organizzazzjoni.

(c)

L-emendi għas-CAME għandhom jiġu ġestiti kif definit fil-proċedura msemmija fil-punt (11)(iv). Kwalunkwe emenda mhux inkluża fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-proċedura, kif ukoll emendi relatati mat-tibdiliet elenkati fil-punt (a) tal-punt CAMO.A.130, għandhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti.

CAMO.A.305   Rekwiżiti tal-persunal

(a)

L-organizzazzjoni għandha taħtar maniġer responsabbli, li jkollu awtorità korporattiva biex jiżgura li l-attivitajiet kollha ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jkunu jistgħu jiġu ffinanzjati u mwettqa skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati fuq il-bażi tiegħu. Il-maniġer responsabbli għandu:

(1)

jiżgura li r-riżorsi neċessarji kollha jkunu disponibbli għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont dan l-Anness, l-Anness I (Parti-M) u l-Anness Vb (Parti-ML), kif applikabbli, bħala sostenn għaċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tal-organizzazzjoni;

(2)

jistabbilixxi u jippromwovi l-politika dwar is-sikurezza speċifikata fil-punt CAMO.A.200;

(3)

jinnomina persuna jew grupp ta' persuni bir-responsabbiltà li jiżguraw li l-organizzazzjoni dejjem tkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u l-permess għat-titjir ta' dan l-Anness, l-Anness I (Parti-M) u l-Anness Vb (Parti-ML);

(4)

jinnomina persuna jew grupp ta' persuni bir-responsabbiltà li jimmaniġġjaw il-funzjoni ta' monitoraġġ tal-konformità bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni;

(5)

jinnomina persuna jew grupp ta' persuni bir-responsabbiltà li jimmaniġġjaw l-iżvilupp, l-amministrazzjoni u ż-żamma ta' proċessi effettivi ta' ġestjoni tas-sikurezza bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni;

(6)

jiżgura li l-persuna jew il-grupp ta' persuni nominati skont il-punti (a)(3) sa (a)(5) u (b)(2) tal-punt CAMO.A.305 ikollhom aċċess dirett biex iżommuh informat kif xieraq dwar il-kwistjonijiet relatati mal-konformità u mas-sikurezza;

(7)

juri għarfien ġenerali ta' dan ir-Regolament.

(b)

Għall-organizzazzjonijiet approvati wkoll bħala operaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, il-maniġer responsabbli barra minn hekk għandu:

(1)

ikun il-persuna maħtura bħala maniġer responsabbli għall-operatur tal-ajru kif meħtieġ mill-punt (a) tal-punt ORO.GEN.210 tal-Anness III (Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012;

(2)

jinnomina persuna responsabbli għall-ġestjoni u għas-superviżjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, li m'għandhiex tkun impjegata minn organizzazzjoni approvata skont l-Anness II (Parti-145) taħt kuntratt mal-operatur, sakemm dan ma jkunx maqbul b'mod speċifiku mill-awtorità kompetenti.

(c)

Il-persuna jew il-persuni nominati skont il-punti (a)(3) sa (a)(5) u (b)(2) tal-punt CAMO.A.305 għandhom ikunu kapaċi juru għarfien, sfond u esperjenza sodisfaċenti rilevanti b'rabta mal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru u juru għarfien operazzjonali ta' dan ir-Regolament. Finalment, tali persuna/i għandha/għandhom taqa'/jaqgħu taħt l-awtorità tal-maniġer responsabbli.

(d)

L-organizzazzjoni għandu jkollha fis-seħħ sistema biex tippjana d-disponibbiltà tal-persunal bl-għan li tiżgura li l-organizzazzjoni jkollha biżżejjed persunal kwalifikat kif xieraq biex jippjana, iwettaq, jissorvelja, jispezzjona u jwettaq il-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni skont it-termini tal-approvazzjoni.

(e)

Biex tkun approvata sabiex twettaq ir-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà jew ir-rakkomandazzjonijiet skont il-punt (e) tal-punt CAMO.A.125 u, jekk applikabbli, toħroġ permessi għat-titjir skont il-punt (f) tal-punt CAMO.A.125, l-organizzazzjoni għandu jkollha persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà kwalifikat u awtorizzat skont il-punt CAMO.A.310.

(f)

Għall-organizzazzjonijiet li jestendu ċ-ċertifikati tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt (d)(4) tal-punt CAMO.A.125, l-organizzazzjoni għandha tinnomina l-persuni awtorizzati biex jagħmlu dan.

(g)

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u tikkontrolla l-kompetenza tal-persunal involut fil-monitoraġġ tal-konformità, il-ġestjoni tas-sikurezza, il-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, ir-reviżjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà, u, jekk applikabbli, il-ħruġ tal-permessi għat-titjir, skont proċedura u standard miftiehma mill-awtorità kompetenti. Barra mill-ispeċjalizzazzjoni meħtieġa marbuta mal-funzjoni tal-impjieg, il-kompetenza trid tinkludi għarfien dwar il-ġestjoni tas-sikurezza u l-prinċipji tal-fatturi umani xierqa għall-funzjoni u r-responsabbiltajiet ta' dik il-persuna fl-organizzazzjoni.

CAMO.A.310   Kwalifiki tal-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà

(a)

Il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li joħroġ iċ-ċertifikati tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jew ir-rakkomandazzjonijiet skont il-punt (e) tal-punt CAMO.A.125 u, jekk applikabbli, li joħroġ permessi għat-titjir skont il-punt (f) tal-punt CAMO.A.125 għandu:

(1)

ikollu tal-inqas ħames snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà;

(2)

ikun kiseb liċenzja xierqa konformi mal-Anness (III) Parti-66 jew grad ajrunawtiku jew ekwivalenti;

(3)

ikun irċieva taħriġ formali fil-manutenzjoni ajrunawtika;

(4)

ikun okkupa kariga fl-organizzazzjoni approvata b'responsabbiltajiet xierqa.

(b)

Minkejja l-punti (a)(1), (a)(3) u (a)(4), ir-rekwiżit stabbilit fil-punt (a)(2) jista' jinbidel ma' ħames snin esperjenza fil-manutenzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà b'żieda ma' dawk diġà meħtieġa mill-punt (a)(1).

(c)

Il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà nominat mill-organizzazzjoni tista' tinħariġlu biss awtorizzazzjoni minn dik l-organizzazzjoni meta tiġi aċċettata formalment mill-awtorità kompetenti wara t-tlestija sodisfaċenti ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti, jew taħt is-superviżjoni tal-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà awtorizzat tal-organizzazzjoni, skont proċedura approvata mill-awtorità kompetenti bħala parti mis-CAME.

(d)

L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-persunal għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru jista' juri esperjenza ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà riċenti xierqa.

CAMO.A.315   Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

(a)

L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-ġestjoni kollha tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà titwettaq skont it-Taqsima A, Sottoparti C tal-Anness I (Parti-M), jew it-Taqsima A Sottoparti C tal-Anness Vb (Parti-ML), skont kif applikabbli.

(b)

Għal kull inġenju tal-ajru ġestit, l-organizzazzjoni għandha b'mod partikolari:

(1)

tiżgura li jiġi żviluppat u kkontrollat programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru li jinkludi kwalunkwe programm tal-affidabbiltà applikabbli, kif meħtieġ mill-punt M.A.302 jew ML.A.302 kif applikabbli;

(2)

għal inġenju tal-ajru li ma jintużax minn operaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, tipprovdi kopja tal-programm ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru lis-sid jew lill-operatur responsabbli skont il-punt M.A.201 jew ML.A.201, kif applikabbli;

(3)

tiżgura li d-data użata għal kwalunkwe modifika u tiswija tikkonforma mal-punti M.A.304 jew ML.A.304 kif applikabbli;

(4)

għal kull inġenju tal-ajru motorizzat kumpless jew inġenju tal-ajru użat minn operaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, tistabbilixxi proċedura għall-valutazzjoni ta' modifiki u/jew spezzjonijiet mhux obbligatorji u tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni tagħhom, filwaqt li tuża l-proċess ta' ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza tal-organizzazzjoni kif meħtieġ mill-punt (a)(3) tal-punt CAMO.A.200;

(5)

tiżgura li l-inġenju tal-ajru, il-magna/i, l-iskrun/skrejjen u l-komponenti tagħhom jittieħdu għand organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata kif xieraq imsemmija fis-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M), l-Anness II (Parti-145) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), kull meta dan ikun neċessarju;

(6)

tordna manutenzjoni, tissorvelja attivitajiet, u tikkoordina deċiżjonijiet relatati biex tiżgura li kwalunkwe manutenzjoni titwettaq kif xieraq u tiġi rilaxxata kif xieraq għad-determinazzjoni tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru.

(c)

Meta l-organizzazzjoni ma tkunx approvata kif xieraq skont is-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M), l-Anness II (Parti-145) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), din, f'konsultazzjoni mal-operatur, għandha tiġġestixxi l-kuntratti ta' manutenzjoni bil-miktub meħtieġa mill-punti (e)(3), (f)(3), (g)(3) u (h)(3) ta' M.A.201 jew il-punt ML.A.201 biex tiżgura li:

(1)

il-manutenzjoni kollha finalment titwettaq minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata kif xieraq;

(2)

il-funzjonijiet meħtieġa fil-punti (a)(2), (a)(3), (a)(6) u (a)(7) tal-punt M.A.301 jew il-punt ML.A.301, kif applikabbli, jkunu speċifikati b'mod ċar.

(d)

Minkejja l-punt (c), il-kuntratt jista' jkun fil-forma ta' ordnijiet tax-xogħol individwali indirizzati lill-organizzazzjoni tal-manutenzjoni fil-każ ta':

(1)

inġenju tal-ajru li jeħtieġ manutenzjoni bil-linja mhux skedata;

(2)

manutenzjoni ta' komponent, li tinkludi manutenzjoni tal-magna u tal-iskrun, kif applikabbli.

(e)

L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-fatturi umani u l-limitazzjonijiet tal-prestazzjoni umana jitqiesu matul il-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, inklużi l-attivitajiet kollha mogħtija b'kuntratt jew b'sottokuntratt.

CAMO.A.320   Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà

Meta l-organizzazzjoni approvata skont il-punt (e) tal-punt CAMO.A.125 twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà, dawn għandhom jitwettqu skont il-punt M.A.901 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (Parti-ML), kif applikabbli.

CAMO.A.325    Data ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

L-organizzazzjoni għandha żżomm u tuża data kurrenti applikabbli dwar il-manutenzjoni skont il-punt M.A.401 tal-Anness I (Parti-M) għat-twettiq tal-kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt CAMO.A.315. Din id-data għandha tkun ipprovduta mis-sid jew mill-operatur, sakemm kuntratt xieraq ikun stabbilit ma' dan is-sid jew l-operatur. F'każ bħal dan, l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandha żżomm din id-data għat-tul tal-kuntratt biss, minbarra meta mitlub mod ieħor mill-punt (a) tal-punt CAMO.A.220.

TAQSIMA B

REKWIŻITI TAL-AWTORITÀ

CAMO.B.005   Kamp ta' applikazzjoni

Din it-Taqsima tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-sistemi amministrattivi u ta' ġestjoni li għandhom jiġu segwiti mill-awtorità kompetenti responsabbli mill-implimentazzjoni u l-infurzar tat-Taqsima A ta' dan l-Anness.

CAMO.B.115   Dokumentazzjoni tas-superviżjoni

L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-atti leġiżlattivi, l-istandards, ir-regoli, il-pubblikazzjonijiet tekniċi u d-dokumenti relatati kollha lill-persunal rilevanti sabiex dawn ikunu jistgħu jaqdu l-kompiti tagħhom u jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom.

CAMO.B.120   Mezzi ta' konformità

(a)

L-Aġenzija għandha tiżviluppa Mezzi Aċċettabbli ta' Konformità (AMC) li jistgħu jintużaw biex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.

(b)

Mezzi alternattivi ta' konformità jistgħu jintużaw biex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema biex tevalwa b'mod konsistenti li l-mezzi alternattivi kollha ta' konformità użati minnha jew minn organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt is-sorveljanza tagħha jippermettu li tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.

(d)

L-awtorità kompetenti għandha tevalwa l-mezzi alternattivi ta' konformità kollha proposti minn organizzazzjoni skont il-punt CAMO.A.120, billi tanalizza d-dokumentazzjoni pprovduta u, jekk ikun meqjus neċessarju, billi tagħmel spezzjoni tal-organizzazzjoni.

Meta l-awtorità kompetenti ssib li l-mezzi alternattivi ta' konformità huma skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, din għandha, mingħajr dewmien żejjed:

(1)

tinnotifika lill-applikant li l-mezzi alternattivi ta' konformità jistgħu jiġu implimentati u, jekk ikun applikabbli, temenda l-approvazzjoni jew iċ-ċertifikat tal-applikant kif meħtieġ;

(2)

tinnotifika lill-Aġenzija bil-kontenut tagħhom, u tinkludi kopji tad-dokumentazzjoni rilevanti kollha.

(e)

Meta l-awtorità kompetenti stess tuża mezzi alternattivi ta' konformità biex tikseb konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, din għandha:

(1)

tagħmilhom disponibbli għall-organizzazzjonijiet u l-persuni kollha li jkunu taħt is-superviżjoni tagħha;

(2)

tavża lill-Aġenzija b'dan mingħajr dewmien żejjed.

L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija b'deskrizzjoni sħiħa tal-mezzi alternattivi ta' konformità, inkluż bi kwalunkwe reviżjoni għall-proċeduri li jistgħu jkunu rilevanti, kif ukoll b'valutazzjoni li turi li dawn jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.

CAMO.B.125   Informazzjoni lill-Aġenzija

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tavża lill-Aġenzija, mingħajr dewmien żejjed, f'każ ta' xi problema sinifikanti bl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija bl-informazzjoni sinifikanti għas-sikurezza li toħroġ mir-rapporti ta' okkorrenza li tkun irċeviet skont il-punt CAMO.A.160.

CAMO.B.135   Reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza

(a)

Mingħajr ħsara għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1018 (*2), l-awtorità kompetenti għandha timplimenta sistema biex tiġbor, tanalizza u xxerred informazzjoni ta' sikurezza b'mod xieraq.

(b)

L-Aġenzija għandha timplimenta sistema biex tanalizza b'mod xieraq kwalunkwe informazzjoni rilevanti marbuta mas-sikurezza li din tkun irċeviet u biex tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed, bi kwalunkwe informazzjoni, inklużi rakkomandazzjonijiet jew azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu, li huma jkunu jeħtieġu biex jirreaġixxu fil-ħin għal problema tas-sikurezza li tkun tinvolvi prodotti, partijiet, apparat, persuni jew organizzazzjonijiet li huma soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 u għall-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.

(c)

Hekk kif tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b), l-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri adegwati biex tindirizza l-problema tas-sikurezza.

(d)

Il-miżuri meħuda skont il-punt (c) għandhom jiġu nnotifikati minnufih lill-persuni jew lill-organizzazzjonijiet kollha li jeħtieġ li jkunu konformi magħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika wkoll dawk il-miżuri lill-Aġenzija u, meta tkun meħtieġa azzjoni kkombinata, lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

CAMO.B.200   Is-sistema ta' ġestjoni

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u tmantni sistema ta' ġestjoni, li tkun tinkludi mill-anqas:

(1)

politiki u proċeduri ddokumentati biex jiddeskrivu l-organizzazzjoni tagħha, il-mezzi u l-metodi biex ikun hemm konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. Il-proċeduri għandhom jinżammu aġġornati u għandhom iservu bħala d-dokumenti bażiċi ta' ħidma f'dik l-awtorità kompetenti għall-kompiti relatati kollha;

(2)

numru suffiċjenti ta' persunal biex jaqdu l-kompiti tagħha u jwettqu r-responsabbiltajiet tagħha. Għandu jkun hemm sistema fis-seħħ biex tkun tista' tiġi ppjanata d-disponibbiltà tal-persunal, biex ikun żgurat it-twettiq xieraq tal-kompiti kollha;

(3)

persunal kwalifikat biex iwettaq il-kompiti allokati lilu u jkollu l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa, kif ukoll it-taħriġ inizjali u rikorrenti meħtieġ biex jiżgura kompetenza kontinwa;

(4)

faċilitajiet u akkomodazzjoni tal-uffiċċju adegwati għat-twettiq tal-kompiti allokati;

(5)

funzjoni għas-sorveljanza tal-konformità tas-sistema ta' ġestjoni mar-rekwiżiti rilevanti u l-adegwatezza tal-proċeduri, inkluż it-tfassil ta' proċess tal-awditjar intern u proċess ta' ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza. Il-monitoraġġ tal-konformità għandu jinkludi sistema ta' feedback tas-sejbiet tal-awditjar lill-maniġment superjuri tal-awtorità kompetenti biex jiżgura l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi kif ikun il-bżonn;

(6)

persuna jew grupp ta' persuni li jkunu responsabbli għall-funzjoni ta' monitoraġġ tal-konformità u li fl-aħħar mill-aħħar iwieġbu biss lill-maniġment superjuri tal-awtorità kompetenti b'rabta ma' dan.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha, għal kull qasam ta' attività, inkluża s-sistema ta' ġestjoni, taħtar persuna waħda jew iktar li tkun/ikunu responsabbli b'mod ġenerali għall-ġestjoni tal-kompitu(i) rilevanti.

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri għall-parteċipazzjoni fi skambju reċiproku tal-informazzjoni u l-għajnuna kollha meħtieġa ma' awtoritajiet kompetenti oħra kkonċernati, inkluż skambju dwar is-sejbiet kollha identifikati u l-azzjonijiet kollha ta' segwitu mwettqa bħala riżultat tas-sorveljanza ta' persuni u organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet fit-territorju ta' Stat Membru, iżda li jkunu ċċertifikati mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor jew mill-Aġenzija.

(d)

Kopja tal-proċeduri marbutin mas-sistema ta' ġestjoni u tal-emendi tagħhom għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija għall-għanijiet tal-istandardizzazzjoni u tal-organizzazzjonijiet soġġetti għal dan ir-Regolament, jekk jintalab hekk.

CAMO.B.205   Allokazzjoni tal-kompiti lil entitajiet ikkwalifikati

(a)

Il-kompiti marbutin maċ-ċertifikazzjoni inizjali jew mas-sorveljanza kontinwa tal-persuni jew tal-organizzazzjonijiet soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 u għall-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu jistgħu jiġu allokati mill-Istati Membri biss lil entitajiet ikkwalifikati. Meta talloka l-kompiti, l-awtorità kompetenti għandha tiżġura:

(1)

li tkun daħħlet fis-seħħ sistema biex tivverifika, fil-bidu u b'mod kontinwu, li l-entità kkwalifikata hi konformi mal-Anness VI ‘Rekwiżiti essenzjali għall-entitajiet ikkwalifikati’ tar-Regolament (UE) 2018/1139. Din is-sistema u r-riżultati tal-valutazzjonijiet għandhom jiġu ddokumentati;

(2)

li hi tkun stabbiliet ftehim iddokumentat mal-entità kkwalifikata, li jkun approvat miż-żewġ partijiet fil-livell maniġerjali xieraq, li jiddefinixxi b'mod ċar:

(i)

il-kompiti li għandhom jitwettqu;

(ii)

id-dikjarazzjonijiet, ir-rapporti u r-rekords li għandhom jiġu pprovduti;

(iii)

il-kundizzjonijiet tekniċi li jridu jiġu ssodisfati fit-twettiq ta' dawn il-kompiti;

(iv)

il-kopertura tar-responsabbiltà relatata;

(v)

il-protezzjoni mogħtija lill-informazzjoni miksuba huma u jitwettqu t-tali kompiti.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-proċess ta' verifika interna u l-proċess ta' ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza, li huma meħtieġa mill-punt (a)(5) tal-punt CAMO.B.200 ikopru l-kompiti kollha ta' ċertifikazzjoni jew ta' sorveljanza kontinwa li jitwettqu f'isimha.

CAMO.B.210   Bidliet fis-sistema ta' ġestjoni

(a)

L-awtorità kompetenti għandu jkollha sistema fis-seħħ sabiex tidentifika l-bidliet li jaffettwaw il-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha kif iddefinit fir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. Din is-sistema għandha tippermettilha tieħu azzjoni xierqa biex tiżgura li s-sistema ta' ġestjoni tagħha tibqa' adegwata u effettiva.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha taġġorna s-sistema ta' ġestjoni tagħha biex tirrifletti kwalunkwe bidla fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fl-atti ta' implimentazzjoni tiegħu fil-ħin, biex tiżgura implimentazzjoni effettiva tagħhom.

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-Aġenzija bi kwalunkwe tibdil li jaffettwa l-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha kif iddefinit fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fl-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.

CAMO.B.220   Żamma tar-rekords

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta' żamma tar-rekords li tippermetti l-ħażna adegwata, l-aċċessibbiltà u t-traċċabbiltà affidabbli:

(1)

tal-politiki u l-proċeduri ddokumentati tas-sistema ta' mmaniġġjar;

(2)

tat-taħriġ, il-kwalifiki u l-awtorizzazzjoni tal-persunal tagħha;

(3)

tal-allokazzjoni tal-kompiti, li tkopri l-elementi meħtieġa skont il-punt CAMO.B.205, kif ukoll id-dettalji tal-kompiti allokati;

(4)

tal-proċessi ta' ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza kontinwa tal-organizzazzjonijiet iċċertifikati, inklużi:

(i)

l-applikazzjoni għal ċertifikat ta' organizzazzjoni;

(ii)

il-programm ta' sorveljanza kontinwa tal-awtorità kompetenti, inklużi r-rekords kollha tal-valutazzjonijiet, tal-awditjar u tal-ispezzjonijiet;

(iii)

iċ-ċertifikat ta' organizzazzjoni inkluż kwalunkwe tibdil li jsirlu;

(iv)

kopja tal-programm ta' sorveljanza li jelenka d-dati meta jmisshom isiru l-verifiki u meta twettqu l-verifiki;

(v)

kopji tal-korrispondenza formali kollha;

(vi)

dettalji tas-sejbiet, tal-azzjonijiet korrettivi, tad-data tal-għeluq tal-azzjoni, ta' kwalunkwe azzjoni ta' eżenzjoni u ta' infurzar;

(vii)

kwalunkwe rapport ta' valutazzjoni, tal-awditjar u ta' spezzjoni maħruġ minn awtorità kompetenti oħra skont il-punt (d) tal-punt CAMO.B.300;

(viii)

kopji tas-CAMEs jew tal-manwali kollha tal-organizzazzjoni u tal-emendi għal dawn;

(ix)

kopji ta' kull dokument ieħor approvat mill-awtorità kompetenti;

(5)

l-evalwazzjoni u n-notifika lill-Aġenzija ta' mezzi alternattivi ta' konformità proposti minn organizzazzjonijiet u l-valutazzjoni tal-mezzi alternattivi ta' konformità użati mill-awtorità kompetenti nfisha;

(6)

informazzjoni dwar is-sikurezza u miżuri ta' segwitu skont il-punt CAMO.B.125;

(7)

l-użu tad-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha żżomm lista taċ-ċertifikati kollha tal-organizzazzjonijiet li tkun ħarġet.

(c)

Ir-rekords kollha msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta' 5 snin soġġett għal-liġi nazzjonali applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

(d)

Ir-rekords kollha msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fuq talba lil awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor jew lill-Aġenzija.

CAMO.B.300   Prinċipji ta' superviżjoni

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika:

(1)

il-konformità tal-organizzazzjonijiet mar-rekwiżiti applikabbli għalihom qabel ma toħroġ ċertifikat tal-organizzazzjoni, skont kif applikabbli;

(2)

il-konformità kontinwa tal-organizzazzjonijiet li tkun iċċertifikat mar-rekwiżiti applikabbli għalihom;

(3)

l-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sikurezza xierqa awtorizzati mill-awtorità kompetenti kif iddefinit fil-punti (c) u (d) tal-punt CAMO.B.135.

(b)

Din il-verifika għandha:

(1)

tkun appoġġata minn dokumentazzjoni li tkun maħsuba speċifikament biex tipprovdi lill-persunal responsabbli għas-sorveljanza tas-sikurezza bi gwida dwar kif għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu;

(2)

tipprovdi lill-organizzazzjonijiet ikkonċernati bir-riżultati tal-attività tas-sorveljanza tas-sikurezza;

(3)

tkun ibbażata fuq valutazzjonijiet, awditi u spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet mhux imħabbra;

(4)

tipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-evidenza meħtieġa f'każ li tkun meħtieġa aktar azzjoni, inklużi l-miżuri previsti fil-punt CAMO.B.350 ‘Sejbiet u azzjonijiet korrettivi’.

(c)

Il-kamp ta' applikazzjoni tas-sorveljanza ddefinita fil-punti (a) u (b) għandu jqis ir-riżultati tal-attivitajiet tas-sorveljanza tal-imgħoddi, kif ukoll il-prijoritajiet tas-sikurezza.

(d)

Meta l-faċilitajiet tal-organizzazzjoni jkunu jinsabu f'aktar minn Stat wieħed, l-awtorità kompetenti kif definita fil-punt CAMO.A.105 tista' taqbel li l-kompiti ta' sorveljanza jitwettqu mill-awtorità(jiet) kompetenti tal-Istat(i) Membru fejn jinsabu l-faċilitajiet, jew mill-Aġenzija għall-faċilitajiet li jinsabu f'pajjiż terz. Kwalunkwe organizzazzjoni li tkun ikkonċernata minn ftehim bħal dan għandha tiġi infurmata dwar l-eżistenza u l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu.

(e)

Għas-sorveljanza mwettqa f'faċilitajiet li jinsabu fi Stat ieħor, l-awtorità kompetenti kif definita fil-punt CAMO.A.105 għandha tinforma lill-awtorità kompetenti dwar it-tali Stat, jew l-Aġenzija għall-faċilitajiet tal-organizzazzjonijiet li jkollhom is-sede prinċipali f'pajjiż terz, qabel ma jitwettqu awditu jew spezzjoni fuq il-post tat-tali faċilitajiet.

(f)

L-awtorità kompetenti għandha tiġbor u tipproċessa kwalunkwe informazzjoni meqjusa bħala utli għas-sorveljanza, inkluża dik għall-ispezzjonijiet mhux imħabbra.

CAMO.B.305   Programm ta' superviżjoni

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm programm ta' superviżjoni li jkopri l-attivitajiet ta' superviżjoni meħtieġa skont il-punt CAMO.B.300.

(b)

Il-programm ta' superviżjoni għandu jiġi żviluppat billi jitqiesu n-natura speċifika tal-organizzazzjoni, il-kumplessità tal-attivitajiet tagħha u r-riżultati ta' attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u/jew superviżjoni fil-passat, u għandu jissejjes fuq il-valutazzjoni tar-riskji assoċjati. F'kull ċiklu ta' ppjanar tas-sorveljanza, dan għandu jinkludi:

(1)

valutazzjonijiet, awditi u spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet mhux imħabbra u, kif applikabbli:

(i)

valutazzjonijiet tas-sistemi ta' ġestjoni u awditi tal-proċessi;

(ii)

awditi tal-prodotti ta' kampjun rilevanti ta' inġenji tal-ajru ġestiti mill-organizzazzjoni;

(iii)

kampjunar tar-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà mwettqa;

(iv)

kampjunar tal-permessi għat-titjir maħruġa;

(2)

laqgħat bejn il-maniġer responsabbli u l-awtorità kompetenti biex ikun żgurat li t-tnejn li huma jibqgħu jkunu infurmati dwar kwistjonijiet sinifikanti.

(c)

Għall-organizzazzjonijiet iċċertifikati mill-awtorità kompetenti, għandu jiġi applikat ċiklu ta' ppjanar tas-sorveljanza li ma jaqbiżx l-24 xahar.

(d)

Minkejja l-punt (c), iċ-ċiklu ta' ppjanar tas-sorveljanza jista' jiġi estiż sa 36 xahar, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet li matul l-24 xahar ta' qabel:

(1)

l-organizzazzjoni tkun uriet identifikazzjoni effettiva tal-perikli tas-sikurezza tal-avjazzjoni u ġestjoni tar-riskji assoċjati;

(2)

l-organizzazzjoni tkun uriet, b'mod kontinwu, skont il-punt CAMO.A.130, li hija għandha kontroll sħiħ fuq il-bidliet kollha;

(3)

ma tkun inħarġet ebda sejba tal-livell 1;

(4)

l-azzjonijiet korrettivi kollha ġew implimentati fi ħdan il-perjodu ta' żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti kif definit fil-punt CAMO.B.350.

Minkejja l-punt (c), iċ-ċiklu ta' ppjanar għas-superviżjoni jista' jerġa' jiġi estiż sa massimu ta' 48 xahar jekk, flimkien mal-kundizzjonijiet previsti fil-punti (1) sa (4) tal-ewwel subparagrafu, l-organizzazzjoni tkun stabbiliet, u l-awtorità kompetenti tkun approvat, sistema effettiva ta' rapportar kontinwu lill-awtorità kompetenti dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza u l-konformità regolatorja tal-organizzazzjoni nfisha.

(e)

Iċ-ċiklu ta' ppjanar tas-sorveljanza jista' jitqassar jekk ikun hemm evidenza li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni tkun naqset.

(f)

Il-programm ta' sorveljanza għandu jinkludi rekords tad-dati meta jmisshom isiru l-awditi, l-ispezzjonijiet u l-laqgħat u tad-dati meta jkunu saru t-tali verifiki, spezzjonijiet u laqgħat.

(g)

Malli jitlesta kull ċiklu ta' ppjanar ta' sorveljanza, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ rapport ta' rakkomandazzjoni dwar it-tkomplija tal-approvazzjoni li jirrifletti r-riżultati tas-sorveljanza.

CAMO.B.310   Proċedura ta' ċertifikazzjoni inizjali

(a)

Meta tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ inizjali ta' ċertifikat għal organizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli.

(b)

Laqgħa mal-maniġer responsabbli tal-organizzazzjoni għandha ssir tal-anqas darba matul l-investigazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni inizjali biex jiġi żgurat li dan jifhem bis-sħiħ is-sinifikat tal-proċess ta' ċertifikazzjoni u r-raġuni għall-iffirmar tad-dikjarazzjoni tal-organizzazzjoni biex tinżamm konformità mal-proċeduri speċifikati fis-CAME.

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra s-sejbiet, l-azzjonijiet ta' għeluq (azzjonijiet meħtieġa biex tingħalaq sejba) u r-rakkomandazzjonijiet kollha.

(d)

L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma bil-miktub is-sejbiet kollha mqajma matul il-verifika mal-organizzazzjoni. Għaċ-ċertifikazzjoni inizjali, is-sejbiet kollha jridu jkunu ġew ikkoreġuti b'mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti qabel ma jkun jista' jinħareġ iċ-ċertifikat.

(e)

Meta tkun sodisfatta li l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha:

(1)

toħroġ iċ-ċertifikat kif stabbilit fl-Appendiċi I ‘Formola 14 tal-EASA’ għal dan l-Anness;

(2)

tapprova s-CAME b'mod formali.

(f)

In-numru ta' referenza taċ-ċertifikat għandu jiġi inkluż fiċ-ċertifikat tal-Formola 14 tal-EASA bil-mod speċifikat mill-Aġenzija.

(g)

Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ għal perjodu mhux limitat. Il-privileġġi, l-ambitu tal-attivitajiet li l-organizzazzjoni tkun approvata twettaq, inkluża kwalunkwe limitazzjonijiet skont kif applikabbli, għandhom jiġu speċifikati fit-termini tal-approvazzjoni mehmużin maċ-ċertifikat.

(h)

Biex l-organizzazzjoni tkun tista' timplimenta bidliet mingħajr approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti skont il-punt (c) tal-punt CAMO.A.130, l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-proċedura rilevanti tas-CAME li tiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni tat-tali bidliet u tiddeskrivi kif dawn se jiġu ġestiti u nnotifikati.

CAMO.B.330   Tibdiliet

(a)

Meta tirċievi applikazzjoni għal bidla li tkun teħtieġ approvazzjoni minn qabel, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli qabel ma toħroġ l-approvazzjoni.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom l-organizzazzjoni tista' tiffunzjona matul it-tibdil, sakemm ma tistabbilixxix li ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni jeħtieġ li jiġi sospiż.

(c)

Meta tkun issodisfata li l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha tapprova t-tibdil.

(d)

Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura oħra ta' infurzar, meta l-organizzazzjoni timplimenta tibdiliet li jeħtieġu approvazzjoni minn qabel mingħajr ma tkun irċeviet l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti skont il-punt (c), l-awtorità kompetenti għandha tissospendi, tillimita jew tirrevoka ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni.

(e)

Għal tibdiliet li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta fin-notifika mibgħuta mill-organizzazzjoni skont il-punt (c) tal-punt CAMO.A.130 biex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli. F'każ li jkun hemm xi nuqqas ta' konformità, l-awtorità kompetenti għandha:

(1)

tinnotifika lill-organizzazzjoni dwar in-nuqqas ta' konformità u titlob li jsiru aktar tibdiliet;

(2)

fil-każ ta' sejbiet tal-livell 1 jew 2, taġixxi skont il-punt CAMO.B.350.

CAMO.B.350   Sejbiet u azzjonijiet korrettivi

(a)

L-awtorità kompetenti għandu jkollha sistema biex tanalizza s-sejbiet fir-rigward tas-sinifikat tas-sikurezza tagħhom.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sejba tal-livell 1 meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas sinifikanti ta' konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni jew mat-termini tal-approvazzjoni jew taċ-ċertifikat li jbaxxu l-livell ta' sikurezza jew li jipperikolaw b'mod serju s-sikurezza tat-titjira.

Is-sejbiet tal-livell 1 għandhom jinkludu:

(1)

in-nuqqas ta' għoti ta' aċċess lill-awtorità kompetenti għall-faċilitajiet tal-organizzazzjoni kif iddefinit fil-punt CAMO.A.140 matul il-ħinijiet normali tax-xogħol u wara żewġ talbiet bil-miktub;

(2)

il-kisba jew iż-żamma tal-validità taċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni permezz tal-falsifikazzjoni tal-evidenza dokumentata ppreżentata;

(3)

evidenza ta' prattika ħażina jew ta' użu qarrieqi taċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni;

(4)

in-nuqqas ta' maniġer responsabbli.

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sejba tal-livell 2 meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-Regoli ta' Implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni jew mat-termini tal-approvazzjoni jew taċ-ċertifikat li jistgħu jbaxxu l-livell ta' sikurezza jew jipperikolaw is-sikurezza tat-titjira.

(d)

Meta tiġi stabbilita sejba waqt is-sorveljanza jew permezz ta' mezzi oħrajn, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr ħsara għal kwalunkwe azzjoni oħra meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, tikkomunika s-sejba lill-organizzazzjoni bil-miktub u titlob għal azzjoni korrettiva biex jiġi/jiġu indirizzat(i) in-nuqqas(ijiet) ta' konformità identifikat(i). Meta sejba tkun direttament relatata ma' inġenju tal-ajru, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Istat li fih ikun reġistrat l-inġenju tal-ajru.

(1)

Fil-każ ta' sejbiet tal-livell 1, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni immedjata u xierqa biex twaqqaf jew tillimita l-attivitajiet u, jekk ikun xieraq, għandha tieħu azzjoni biex tirrevoka ċ-ċertifikat jew biex tillimitahom jew tissospendihom kompletament jew parzjalment, skont l-estent tas-sejba tal-livell 1, sa ma l-organizzazzjoni tieħu azzjoni korrettiva b'suċċess.

(2)

Fil-każ ta' sejbiet tal-livell 2, l-awtorità kompetenti għandha:

(i)

tagħti lill-organizzazzjoni perjodu ta' implimentazzjoni għal azzjoni korrettiva li jkun xieraq għan-natura tas-sejba li, fi kwalunkwe każ, fil-bidu m'għandux ikun iżjed minn 3 xhur. Dan għandu jibda mid-data tal-komunikazzjoni bil-miktub tas-sejba lill-organizzazzjoni, li titlob azzjoni korrettiva għall-indirizzar tan-nuqqas ta' konformità identifikat. Fi tmiem dak il-perjodu, u skont in-natura tas-sejba u l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni fil-passat, l-awtorità kompetenti tista' testendi l-perjodu ta' 3 xhur soġġett għal pjan ta' azzjoni korrettiva sodisfaċenti miftiehem mal-awtorità kompetenti;

(ii)

tivvaluta l-azzjoni korrettiva u l-pjan ta' implimentazzjoni proposti mill-organizzazzjoni u, jekk il-valutazzjoni tikkonkludi li dawn ikunu biżżejjed biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' konformità, din għandha taċċettahom.

(3)

Meta organizzazzjoni tonqos milli tissottometti pjan aċċettabbli ta' azzjoni korrettiva, jew milli twettaq l-azzjoni korrettiva fil-perjodu taż-żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti, is-sejba għandha tittella' għal waħda tal-livell 1 u għandha tittieħed azzjoni skont kif stabbilit fil-punt (d)(1).

(4)

L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra s-sejbiet kollha li tkun stabbiliet jew li jkunu ġew ikkomunikati lilha skont il-punt (e) u, fejn ikun japplika, il-miżuri ta' infurzar li tkun applikat, kif ukoll l-azzjonijiet korrettivi kollha u d-data tal-għeluq tal-azzjoni għas-sejbiet.

(e)

Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura ta' infurzar oħra, meta l-awtorità ta' Stat Membru li tkun qed taġixxi skont id-dispożizzjonijiet tal-punt (d) tal-punt CAMO.B.300 tidentifika kwalunkwe nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu min-naħa ta' organizzazzjoni ċċertifikata mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor jew mill-Aġenzija, din għandha tinforma lil dik l-awtorità kompetenti u tagħtiha indikazzjoni dwar il-livell tas-sejba.

CAMO.B.355   Sospensjoni, limitazzjoni u revoka

L-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tissospendi ċertifikat għal raġunijiet validi fil-każ ta' theddida potenzjali għas-sikurezza;

(b)

tissospendi, tirrevoka jew tillimita ċertifikat skont il-punt CAMO.B.350;

(c)

tissospendi ċertifikat f'każ li l-ispetturi tal-awtorità kompetenti ma jkunux jistgħu jirrilaxxaw, tul perjodu ta' 24 xahar, ir-responsabbiltajiet ta' sorveljanza tagħhom permezz tal-awditu/i fuq il-post minħabba s-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Istat fejn jinsabu l-faċilitajiet.

Appendiċi I

Ċertifikat tal-Organizzazzjoni ta' Ġestjoni tal-Kontinwità tal-Ajrunavigabbiltà - Formola 14 tal-EASA

Image 12 Test ta 'immaġni Image 13 Test ta 'immaġni

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2015/1018 tad-29 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi lista ta' klassifikazzjoni tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li għandhom jiġu rapportati b'mod mandatorju skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 30.6.2015, p. 1).

(*2)  Ir-Regolament (UE) 2015/1018 tad-29 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi lista ta' klassifikazzjoni tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li għandhom jiġu rapportati b'mod mandatorju skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 30.6.2015, p. 1).


ANNESS VIII

“ANNESS Vd

(Parti-CAO)

WERREJ

CAO.1

Ġenerali

TAQSIMA A — REKWIŻITI TAL-ORGANIZZAZZJONI

CAO.A.010

Kamp ta' applikazzjoni

CAO.A.015

Applikazzjoni

CAO.A.017

Mezzi ta' konformità

CAO.A.020

Termini tal-approvazzjoni

CAO.A.025

Espożizzjoni tal-ajrunavigabbiltà kombinata

CAO.A.030

Faċilitajiet

CAO.A.035

Rekwiżiti tal-persunal

CAO.A.040

Persunal taċ-ċertifikazzjoni

CAO.A.045

Persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà

CAO.A.050

Komponenti, tagħmir u għodod

CAO.A.055

Data tal-manutenzjoni u ordnijiet ta' xogħol

CAO.A.060

Standards tal-manutenzjoni

CAO.A.065

Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru

CAO.A.070

Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-komponenti

CAO.A.075

Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

CAO.A.080

Data ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

CAO.A.085

Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà

CAO.A.090

Żamma tar-rekords

CAO.A.095

Privileġġi tal-organizzazzjoni

CAO.A.100

Reviżjoni tas-sistema tal-kwalità u organizzazzjonali

CAO.A.105

Tibdiliet fl-organizzazzjoni

CAO.A.110

Validità kontinwa

CAO.A.115

Sejbiet

TAQSIMA B — REKWIŻITI TAL-AWTORITÀ

CAO.B.010

Kamp ta' applikazzjoni

CAO.B.015

Awtorità kompetenti

CAO.B.017

Mezzi ta' konformità

CAO.B.020

Żamma tar-rekords

CAO.B.025

Skambju reċiproku ta' informazzjoni

CAO.B.030

Responsabbiltajiet

CAO.B.035

Eżenzjonijiet

CAO.B.040

Applikazzjoni

CAO.B.045

Approvazzjoni inizjali

CAO.B.050

Ħruġ tal-approvazzjoni

CAO.B.055

Superviżjoni kontinwa

CAO.B.060

Sejbiet

CAO.B.065

Tibdiliet

CAO.B.070

Sospensjoni, limitazzjoni u revoka

Appendiċi I — Ċertifikat tal-organizzazzjoni tal-ajrunavigabbiltà kombinata (CAO)

CAO.1   Ġenerali

Għall-finijiet ta' dan l-Anness (Parti-CAO):

(1)

l-awtorità kompetenti għandha tkun:

(a)

għal organizzazzjonijiet li s-sede prinċipali tagħhom tinsab fi Stat Membru, l-awtorità maħtura mill-istess Stat Membru;

(b)

għal organizzazzjonijiet li s-sede prinċipali tagħhom tinsab f'pajjiż terz, l-Aġenzija.

(2)

‘sid’ tfisser il-persuna responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, li tinkludi l-persuni li ġejjin:

(i)

is-sid reġistrat tal-inġenju tal-ajru;

(ii)

il-lokatarju fil-każ ta' kuntratt ta' lokazzjoni;

(iii)

l-operatur.

TAQSIMA A

REKWIŻITI TAL-ORGANIZZAZZJONI

CAO.A.010   Kamp ta' applikazzjoni

Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati minn organizzazzjoni tal-ajrunavigabbiltà kombinata (CAO) biex tinħareġ, wara applikazzjoni, approvazzjoni għall-manutenzjoni u għall-kontinwità tal-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u ta' komponenti għall-installazzjoni fuqhom, u biex ikomplu jitwettqu dawk l-attivitajiet, fejn it-tali inġenji tal-ajru ma jkunux klassifikati bħala inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni u ma jkunux elenkati fiċ-ċertifikat ta' operatur tal-ajru ta' operatur tal-ajru li ngħata l-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008.

CAO.A.015   Applikazzjoni

Is-CAOs għandhom japplikaw għall-ħruġ ta' approvazzjoni tas-CAO, jew għat-tibdil ta' din, mal-awtorità kompetenti f'forma u b'mod stabbiliti minn dik l-awtorità.

CAO.A.017   Mezzi ta' konformità

(a)

Mezzi ta' konformità alternattivi għall-Mezzi Aċċettati ta' Konformità adottati mill-Aġenzija jistgħu jintużaw minn organizzazzjoni biex turi l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.

(b)

Fejn organizzazzjoni tkun tixtieq tuża mezzi alternattivi ta' konformità, qabel ma tużahom, għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti b'deskrizzjoni sħiħa ta' dawk il-mezzi alternattivi ta' konformità. Dik id-deskrizzjoni għandha tinkludi valutazzjoni li turi l-konformità tal-mezzi alternattivi ta' konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.

L-organizzazzjoni tista' tuża dawk il-mezzi alternattivi ta' konformità soġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti, u meta din tirċievi n-notifika kif previst fil-punt CAO.B.017.

CAO.A.020   Termini tal-approvazzjoni

(a)

Is-CAO għandha tispeċifika l-ambitu tal-ħidma approvat fl-espożizzjoni tal-ajrunavigabbiltà kombinata (CAE) tagħha, kif previst fil-punt CAO.A.025.

(1)

Għal ajruplani b'massa massima waqt it-tlugħ (MTOM) ta' 2 730 kg u għal ħelikopters b'MTOM ta' aktar minn 1 200 kg jew iċċertifikati għal aktar minn 4 okkupanti, l-ambitu tax-xogħol għandu jindika t-tipi ta' inġenji tal-ajru partikolari. Tibdiliet f'dan l-ambitu tax-xogħol għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti skont il-punt (a) tal-punt CAO.A.105 u l-punt (a) tal-punt CAO.B.065.

(2)

Għal magni bit-turbini kompluti, l-ambitu tax-xogħol għandu jindika l-manifattur jew il-grupp jew is-sensiela jew it-tip tal-magna jew il-kompitu/i ta' manutenzjoni. Tibdiliet f'dan l-ambitu tax-xogħol għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti skont il-punt (a) tal-punt CAO.A.105 u l-punt (a) tal-punt CAO.B.065.

(3)

CAO li tħaddem biss persuna waħda kemm għall-ippjanar kif ukoll għat-twettiq tal-kompiti ta' manutenzjoni kollha ma jistax ikollha privileġġi għall-manutenzjoni ta':

a)

ajruplani mgħammra b'magna bit-turbini (fil-każ ta' organizzazzjonijiet klassifikati għall-inġenji tal-ajru);

b)

ħelikopters mgħammra b'magna bit-turbini jew b'aktar minn magna bil-pistuni waħda (fil-każ ta' organizzazzjonijiet klassifikati għall-inġenji tal-ajru);

c)

magni kompluti bil-pistuni ta' 450 HP u aktar (fil-każ ta' organizzazzjonijiet klassifikati għall-magni); u

d)

magni bit-turbini kompluti (fil-każ ta' organizzazzjonijiet klassifikati għall-magni).

(4)

Għal inġenji tal-ajru li mhumiex dawk imsemmija fil-punt (1), għal komponenti differenti minn magni bit-turbini kompluti u għal servizzi speċjalizzati b'test mhux distruttiv (NDT), l-ambitu tax-xogħol għandu jkun ikkontrollat mis-CAO skont il-proċedura stabbilita fil-punt (a)(11) tal-punt CAO.A.025. Għall-manutenzjoni ta' komponenti differenti minn magni kompluti, l-ambitu tax-xogħol għandu jiġi kklassifikat skont il-klassifikazzjonijiet li ġejjin tas-sistemi:

(i)

C1: kundizzjonament u pressurizzazzjoni tal-arja;

(ii)

C2: pilota awtomatiku;

(iii)

C3: komunikazzjonijiet u navigazzjoni;

(iv)

C4: bibien u sportelli;

(v)

C5: enerġija elettrika u dwal;

(vi)

C6: tagħmir;

(vii)

C7: magna;

(viii)

C8: kontrolli tat-titjira;

(ix)

C9: fjuwil;

(x)

C10: ħelikopter u rotors;

(xi)

C11: trażmissjoni tal-ħelikopter;

(xii)

C12: enerġija idrawlika;

(xiii)

C13: sistema ta' indikazzjoni u ta' reġistrazzjoni;

(xiv)

C14: attrezzatura għall-inżul;

(xv)

C15: ossiġenu;

(xvi)

C16: skrejjen;

(xvii)

C17: sistemi pnewmatiċi u tal-vakwu;

(xviii)

C18: protezzjoni kontra silġ/xita/nirien;

(xix)

C19: twieqi;

(xx)

C20: strutturali;

(xxi)

C21: saborra tal-ilma; u

(xxii)

C22: żieda fil-propulsjoni.

Organizzazzjonijiet li jiksbu approvazzjoni skont dan l-Anness fuq il-bażi ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni eżistenti maħruġa skont is-Sottoparti G jew is-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M) jew l-Anness II (Parti-145) skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 4, għandhom jinkludu fl-ambitu tax-xogħol id-dettalji neċessarji kollha biex jiżguraw li l-privileġġi jkunu l-istess bħal dawk inklużi fl-approvazzjoni eżistenti.

(b)

L-approvazzjoni tas-CAO għandha tinħareġ fuq il-bażi tal-mudell stabbilit fl-Appendiċi I għal dan l-Anness.

(c)

CAO tista' tiffabbrika, f'konformità mad-data tal-manutenzjoni, firxa ristretta ta' partijiet għall-użu matul it-twettiq tal-ħidma fi ħdan il-faċilitajiet tagħha stess, kif indikat fis-CAE tagħha.

CAO.A.025   Espożizzjoni tal-ajrunavigabbiltà kombinata

(a)

Is-CAO għandha tipprovdi manwal li jkun fih tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(1)

dikjarazzjoni ffirmata mill-maniġer responsabbli li tikkonferma li l-organizzazzjoni f'kull ħin se taħdem skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness u s-CAE;

(2)

l-ambitu tax-xogħol tas-CAE;

(3)

il-kariga/i u l-isem/ismijiet tal-persuna/i responsabbli msemmija fil-punti (a) u (b) tal-punt CAO.A.035;

(4)

organigramma li turi l-ktajjen ta' responsabbiltà bejn il-persuna/i msemmija fil-punti (a) u (b) ta' CAO.A.035;

(5)

lista tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni bl-ambitu tal-approvazzjoni tiegħu, jekk jeżisti t-tali persunal;

(6)

lista tal-persunal responsabbli għall-iżvilupp u l-approvazzjoni tal-programmi ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru (AMPs) bl-ambitu tal-approvazzjoni tiegħu, jekk jeżisti t-tali persunal;

(7)

lista tal-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà bl-ambitu tal-approvazzjoni tiegħu, jekk jeżisti t-tali persunal;

(8)

lista tal-persunal responsabbli għall-ħruġ tal-permessi għat-titjir, jekk jeżisti t-tali persunal;

(9)

deskrizzjoni ġenerali tal-faċilitajiet u l-post fejn jinsabu;

(10)

proċeduri li jispeċifikaw kif is-CAO għandha tiżgura konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness;

(11)

il-proċedura ta' emendar tas-CAE, kif previst fil-punt (b) tal-punt CAO.A.105.

(b)

Is-CAE inizjali għandha tkun approvata mill-awtorità kompetenti.

(c)

L-emendi għas-CAE għandhom jiġu mmaniġġjati skont il-punt CAO.A.105.

CAO.A.030   Faċilitajiet

Is-CAO għandha tiżgura li l-faċilitajiet neċessarji kollha, li jinkludu akkomodazzjoni adegwata tal-uffiċċju, ikunu pprovduti biex hi tkun tista' twettaq il-ħidma ppjanata kollha.

Barra minn hekk, fejn l-ambitu tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni jkun jinkludi attivitajiet ta' manutenzjoni, is-CAO għandha tiżgura li:

(a)

workshops, ħangars u bays speċjalizzati jipprovdu protezzjoni adegwata kontra kontaminazzjoni u l-ambjent;

(b)

huma pprovduti faċilitajiet ta' ħżin siguri għal komponenti, tagħmir, għodod u materjali, f'kundizzjonijiet li jiżguraw li komponenti u materjali li ma jistgħux jintużaw jiġu ssegregati mill-komponenti, il-materjali, it-tagħmir u l-għodod l-oħra kollha, li l-istruzzjonijiet tal-manifattur għall-ħżin jiġu rrispettati u li l-aċċess għall-faċilitajiet ta' ħżin ikun ristrett għal persunal awtorizzat.

CAO.A.035   Rekwiżiti tal-persunal

(a)

Is-CAO għandha taħtar maniġer responsabbli, li għandu jkollu awtorità li jiżgura li l-attivitajiet kollha tal-organizzazzjoni jkunu jistgħu jiġu ffinanzjati b'tali mod li dawk l-attivitajiet jitwettqu skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness.

(b)

Il-maniġer responsabbli għandu jinnomina persuna jew grupp ta' persuni li għandhom ikunu responsabbli għall-iżgurar li s-CAO dejjem tkun konformi mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness. Dik/dawk il-persuna/i għandha/għandhom fl-aħħar mill-aħħar taqa'/jaqgħu taħt l-awtorità tal-maniġer responsabbli.

(c)

Il-persuni kollha msemmija fil-punt (b) għandu jkollhom l-għarfien, l-isfond u l-esperjenza rilevanti relatati mal-kontinwità tal-ġestjoni jew tal-manutenzjoni tal-ajrunavigabbiltà, kif ikun xieraq għall-funzjonijiet tagħhom.

(d)

Is-CAO għandu jkollha biżżejjed persunal kwalifikat kif xieraq biex tkun tista' twettaq il-ħidma ppjanata. Is-CAO għandha tkun intitolata tuża persunal sottokuntrattat b'mod temporanju.

(e)

Is-CAO għandha tivvaluta u tirreġistra l-kwalifiki tal-persunal kollu.

(f)

Il-persunal li jwettaq kompiti speċjalizzati bħalma hu l-iwweldjar jew spezzjoni b'test mhux distruttiv (‘NDT’) ħlief għall-ispezzjonijiet tal-kuntrast tal-kuluri għandu jkun kwalifikat f'konformità mal-istandard uffiċjalment rikonoxxut

CAO.A.040   Persunal taċ-ċertifikazzjoni

(a)

Il-persunal taċ-ċertifikazzjoni għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5. Dan għandu jeżerċita l-privileġġi tiegħu ta' rilaxx tal-manutenzjoni biss jekk is-CAO tkun żgurat:

(1)

li dan il-persunal taċ-ċertifikazzjoni jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt (b) tal-punt 66.A.20 tal-Anness III (Parti-66) ħlief meta l-paragrafu 6 tal-Artikolu 5 jirreferi għal regolament nazzjonali ta' Stat Membru, f'liema każ dan għandu jkun jissodisfa r-rekwiżiti tat-tali regolament;

(2)

li dan il-persunal taċ-ċertifikazzjoni jkollu għarfien adegwat dwar l-inġenju tal-ajru jew il-komponent(i) tal-inġenju tal-ajru rilevanti li jkunu se jiġu mantnuti, jew dwar it-tnejn, kif ukoll dwar il-proċeduri ta' organizzazzjoni meħtieġa biex issir it-tali manutenzjoni.

(b)

B'deroga mill-punt (a), f'ċirkustanzi mhux previsti li fihom inġenju tal-ajru jinżamm milli jtir f'post differenti mill-bażi prinċipali fejn ma jkun hemm ebda persunal taċ-ċertifikazzjoni xieraq disponibbli, is-CAO mogħtija l-kuntratt biex tipprovdi appoġġ għall-manutenzjoni tista' toħroġ awtorizzazzjoni ta' ċertifikazzjoni ta' darba, b'mod alternattiv:

(1)

lil wieħed mill-impjegati tagħha li jkollu l-kwalifiki tat-tip għal inġenju tal-ajru b'teknoloġija, kostruzzjoni u sistemi simili;

(2)

lil kwalunkwe persuna b'mhux anqas minn 3 snin esperjenza fil-manutenzjoni u li jkollha liċenzja valida tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru tal-ICAO ikklassifikata għat-tip ta' inġenju tal-ajru li jeħtieġ iċ-ċertifikazzjoni, dment li ma jkun hemm ebda organizzazzjoni approvata skont dan l-Anness f'dak il-post u s-CAO mogħtija l-kuntratt tikseb u jkollha evidenza fil-fajl tal-esperjenza u l-liċenzja ta' dik il-persuna.

Il-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' ċertifikazzjoni ta' darba għandu jiġi rrapportat mis-CAO lill-awtorità kompetenti fi żmien 7 ijiem mill-ħruġ. Is-CAO li toħroġ l-awtorizzazzjoni ta' ċertifikazzjoni ta' darba għandha tiżgura li kwalunkwe manutenzjoni ta' dan it-tip li tista' taffettwa s-sigurtà tat-titjira terġa' tiġi verifikata.

(c)

Permezz ta' deroga mill-punt (a), is-CAO tista' tuża persunal taċ-ċertifikazzjoni kkwalifikat skont ir-rekwiżiti li ġejjin meta tipprovdi appoġġ ta' manutenzjoni lil operaturi involuti f'operazzjonijiet kummerċjali, soġġett għal proċeduri xierqa li għandhom jiġu approvati bħala parti mis-CAE:

(1)

għal direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà (AD) ta' qabel it-titjira ripetittiva li tiddikjara b'mod speċifiku li l-ekwipaġġ tat-titjira jista' jwettaq AD bħal din, is-CAO tista' toħroġ awtorizzazzjoni limitata ta' persunal taċ-ċertifikazzjoni lill-bdot fil-kmand fuq il-bażi tal-liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira miżmuma, dment li s-CAO tiżgura li jkun ġie riċevut taħriġ prattiku suffiċjenti mill-bdot fil-kmand biex hu jkun jista' jwettaq l-AD sal-istandard meħtieġ;

(2)

fil-każ ta' inġenju tal-ajru li jopera lil hinn minn post appoġġjat, is-CAO tista' toħroġ awtorizzazzjoni limitata ta' persunal taċ-ċertifikazzjoni lill-bdot fil-kmand, fuq il-bażi tal-liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira miżmuma, dment li l-organizzazzjoni tiżgura li jkun ingħata biżżejjed taħriġ prattiku biex it-tali kmandant ikun jista' jwettaq il-kompitu skont l-istandard meħtieġ.

(d)

Is-CAO għandha tirreġistra d-dettalji li jikkonċernaw il-persunal taċ-ċertifikazzjoni u żżomm lista aġġornata tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni kollu, flimkien mad-dettalji dwar l-ambitu tal-approvazzjoni tiegħu, bħala parti mill-espożizzjoni tal-organizzazzjoni.

CAO.A.045   Persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà

(a)

Biex tkun approvata twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u, jekk applikabbli, toħroġ permessi għat-titjir, CAO għandu jkollha persunal xieraq tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(1)

ikun kiseb tal-anqas sena (1) esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għal gliders u blalen tal-arja u tal-anqas 3 snin esperjenza għal kull inġenju tal-ajru ieħor;

(2)

ikollu liċenzja xierqa maħruġa skont l-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament jew lawrja ajrunawtika jew ekwivalenti jew tal-anqas sentejn (2) esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà minbarra dik imsemmija fil-punt (1) għal gliders u blalen tal-arja u tal-anqas 4 snin esperjenza għal kull inġenju tal-ajru ieħor;

(3)

ikun kiseb taħriġ xieraq fil-manutenzjoni ajrunawtika.

(b)

Qabel ma s-CAO toħroġ awtorizzazzjoni lil persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, is-CAO għandha tinnomina lill-persuna li tkun se twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti jew taħt is-superviżjoni ta' persuna diġà awtorizzata bħala persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tas-CAO. Jekk din is-superviżjoni tkun sodisfaċenti, l-awtorità kompetenti għandha taċċetta formalment lill-persunal bħala persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà.

(c)

Is-CAO għandha tiżgura li l-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tagħha jista' juri esperjenza riċenti xierqa fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà.

(d)

Kull membru tal-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għandu jkun identifikat fis-CAE f'lista li jkun fiha l-awtorizzazzjoni tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt (b).

(e)

Is-CAO għandha żżomm rekord tal-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà kollu tagħha, li għandu jinkludi dettalji ta' kwalunkwe kwalifika xierqa u sommarju tal-esperjenza u t-taħriġ rilevanti fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-persuna kkonċernata, kif ukoll kopja tal-awtorizzazzjoni tagħha. Għandha żżomm dak ir-rekord għal perjodu minimu ta' sentejn (2) wara d-data li fiha l-persuna kkonċernata ma tibqax taħdem għas-CAO.

CAO.A.050   Komponenti, tagħmir u għodod

(a)

Is-CAO:

(1)

għandha żżomm it-tagħmir u l-għodod speċifikati fid-data tal-manutenzjoni pprovduta fil-punt CAO.A.055, jew l-ekwivalenti vverifikati kif elenkati fis-CAE, kif ikun meħtieġ għall-manutenzjoni ta' kuljum fl-ambitu tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni;

(2)

għandu jkollha proċedura biex tiżgura li jkollha aċċess għal kull tagħmir u għodda oħrajn neċessarji biex twettaq ħidmietha, użati biss fuq bażi okkażjonali, fejn ikun hemm bżonn.

(b)

Is-CAO għandha tiżgura li l-għodod u t-tagħmir li tuża jkunu kkontrollati u kkalibrati skont standard rikonoxxut b'mod uffiċjali. Għandha żżomm rekords tat-tali kalibrar u l-istandards użati u tikkonforma mal-punt CAO.A.090.

(c)

Is-CAO għandha tispezzjona, tikklassifika u tissegrega kif xieraq kull komponent li jidħol skont il-punti M.A.501 u M.A.504 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punti ML.A.501 u ML.A.504 tal-Anness Vb (Parti-ML), kif applikabbli.

CAO.A.055    Data tal-manutenzjoni u ordnijiet ta' xogħol

(a)

Is-CAO għandha żżomm u tuża data kurrenti applikabbli tal-manutenzjoni speċifikata fil-punt M.A.401 tal-Anness I (Parti-M) jew fil-punt ML.A.401 tal-Anness Vb (Parti-ML), kif ikun applikabbli, fit-twettiq tal-manutenzjoni, inklużi l-modifiki u t-tiswijiet. Madankollu, fil-każ ta' data tal-manutenzjoni pprovduta mill-klijenti, din għandha tkun meħtieġa żżomm it-tali data biss waqt li tkun għaddejja l-ħidma.

(b)

Qabel tibda l-manutenzjoni, għandha tkun miftehma ordni ta' xogħol bil-miktub bejn is-CAO u l-persuna jew l-organizzazzjoni li titlob il-manutenzjoni, b'mod li tkun stabbilita b'mod ċar il-manutenzjoni li għandha ssir.

CAO.A.060   Standards tal-manutenzjoni

Meta tagħmel il-manutenzjoni, is-CAO għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

tiżgura li kwalunkwe persuna li twettaq il-manutenzjoni tkun kwalifikata skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness;

(b)

tiżgura li l-erja li fiha titwettaq il-manutenzjoni tkun organizzata sewwa u nadifa (b'ebda ħmieġ jew kontaminazzjoni);

(c)

tuża l-metodi, it-tekniki, l-istandards u l-istruzzjonijiet speċifikati fid-data tal-manutenzjoni u l-ordnijiet ta' xogħol msemmija fil-punt CAO.A.055;

(d)

tuża l-għodod, it-tagħmir u l-materjal speċifikati fil-punt CAO.A.050;

(e)

tiżgura li l-manutenzjoni titwettaq skont kwalunkwe limitazzjoni ambjentali speċifikata fid-data dwar il-manutenzjoni msemmija fil-punt CAO.A.055;

(f)

tiżgura li l-faċilitajiet xierqa jintużaw f'każ ta' temp ħażin u jew manutenzjoni twila;

(g)

tiżgura li jiġu minimizzati r-riskju ta' żbalji multipli matul il-manutenzjoni u r-riskju li l-iżbalji jiġu ripetuti f'kompiti ta' manutenzjoni identiċi;

(h)

tiżgura li jiġi implimentat metodu li jaqbad l-iżbalji wara t-twettiq ta' kwalunkwe kompitu kritiku ta' manutenzjoni;

(i)

twettaq verifika ġenerali, wara li titlesta l-manutenzjoni, biex tiżgura li l-inġenju tal-ajru jew il-komponent ma għandu l-ebda għodda, tagħmir u kwalunkwe part u materjal estranju u li l-pannelli kollha ta' aċċess maqlugħin ikunu twaħħlu mill-ġdid;

(j)

tiżgura li l-manutenzjoni mwettqa kollha tkun reġistrata u dokumentata kif xieraq.

CAO.A.065   Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru

Meta titlesta kwalunkwe manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru mwettqa skont dan l-Anness, għandu jinħareġ CRS ta' inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.801 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt ML.A.801 tal-Anness Vb (Parti-ML), kif ikun applikabbli.

CAO.A.070   Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-komponenti

(a)

Meta titlesta l-manutenzjoni tal-komponenti kollha skont dan l-Anness, għandu jinħareġ CRS ta' inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.802 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt ML.A.802 tal-Anness Vb (Parti-ML), kif ikun applikabbli. Għandha tinħareġ Formola 1 tal-EASA skont l-Appendiċi II għall-Anness I (Parti-M), ħlief kif previst fil-punti (b) jew (d) tal-punt M.A.502 jew M.A.502 tal-Anness I (Parti-M) u l-punt ML.A.502 tal-Anness Vb (Parti-ML) u għall-komponenti ffabrikati skont il-punt (c) tal-punt CAO.A.020.

(b)

Il-Formola 1 tal-EASA msemmija fil-punt (a) tista' tiġi ġġenerata minn bażi ta' data kompjuterizzata.

CAO.A.075   Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

(a)

Il-ġestjoni kollha tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandha titwettaq skont ir-rekwiżiti tas-Sottoparti Ċ tal-Anness I (Parti-M) jew is-Sottoparti Ċ tal-Anness Vb (Parti-ML), kif ikun applikabbli.

(b)

Għal kull inġenju tal-ajru ġestit, is-CAO għandha:

(1)

tiżviluppa u tikkontrolla l-AMP għall-inġenju tal-ajru ġestit u:

(i)

fil-każ ta' inġenju tal-ajru li jikkonforma mal-Anness Vb (Parti-ML), tapprova l-AMP u l-emendi tiegħu, jew

(ii)

fil-każ ta' inġenju tal-ajru li jikkonforma mal-Anness I (Parti-M), tippreżenta l-AMP u l-emendi tiegħu lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni, sakemm l-approvazzjoni ma tkunx koperta minn proċedura ta' approvazzjoni indiretta skont il-punt (c) tal-punt M.A.302 tal-Anness I (Parti-M);

(2)

tipprovdi kopja tal-AMP lis-sid;

(3)

tiżgura li d-data użata għal kwalunkwe modifika u tiswija tikkonforma mal-punti M.A.304 jew ML.A.304, kif ikun applikabbli;

(4)

tiżgura li l-manutenzjoni kollha titwettaq skont l-AMP u tiġi rilaxxata skont it-Taqsima A, Sottoparti H tal-Anness I (Parti-M), it-Taqsima A tal-Anness II (Part-145) jew it-Taqsima A, Sottoparti H tal-Anness Vb (Parti-ML), kif ikun applikabbli;

(5)

tiżgura li jiġu implimentati l-ADs applikabbli kollha u d-direttivi operazzjonali kollha b'impatt fuq il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà;

(6)

tiżgura li d-difetti kollha li jkunu nkixfu matul manutenzjoni jew irrapportati jiġu kkoreġuti minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata kif xieraq jew minn persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni;

(7)

tiżgura li l-inġenju tal-ajru jinġieb għall-manutenzjoni għand organizzazzjoni approvata kif xieraq jew għand persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni, kull meta jkun hemm bżonn;

(8)

tikkoordina l-manutenzjoni skedata, l-applikazzjoni tal-ADs, il-bdil ta' partijiet li jistgħu jintużaw għal żmien limitat u l-ispezzjoni tal-komponenti biex tiżgura li l-ħidma ssir kif xieraq;

(9)

timmaniġġja u tarkivja kull rekord dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u, jekk applikabbli, ir-reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru;

(10)

tiżgura li d-dikjarazzjoni dwar il-massa u l-bilanċ tirrifletti l-istat attwali tal-inġenju tal-ajru.

CAO.A.080    Data ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

Is-CAO għandha żżomm u tuża data kurrenti applikabbli tal-manutenzjoni speċifikata fil-punt M.A.401 tal-Anness I (Parti-M) jew fil-punt ML.A.401 tal-Anness Vb (Parti-ML), kif ikun applikabbli, għat-twettiq tal-kompiti tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punti CAMO.A.315 u CAO.A.075, rispettivament. Din id-data tista' tiġi pprovduta mis-sid, soġġett għal kuntratt kif imsemmi fil-punti (h)(2), (i)(1), (e) jew (f) tal-punt M.A.201, f'liema każ is-CAO jkollha bżonn iżżomm it-tali data biss għad-durata tal-kuntratt, ħlief fejn ikollha bżonn iżżomm id-data skont il-punt (b) tal-punt CAO.A.090.

CAO.A.085   Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà

Is-CAO għandha twettaq kwalunkwe reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.903 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (Parti-ML), kif ikun applikabbli.

CAO.A.090   Żamma tar-rekords

(a)

Is-CAO għandha żżomm ir-rekords li ġejjin:

(1)

ir-rekords tal-manutenzjoni neċessarji biex jintwera li r-rekwiżiti kollha ta' dan l-Anness ġew issodisfati għall-ħruġ tas-CRS, inklużi d-dokumenti tar-rilaxx tas-sottokuntrattur; is-CAO għandha tipprovdi kopja ta' kull CRS lis-sid tal-inġenju tal-ajru, flimkien ma' kopja ta' kwalunkwe data speċifika tat-tiswija jew tal-modifika użata għat-tiswijiet jew għall-modifiki mwettqa;

(2)

ir-rekords dwar il-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà meħtieġa minn kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

il-punt M.A.305 u, jekk applikabbli, il-punt M.A.306 tal-Anness I (Parti-M);

(ii)

il-punt ML.A.305 tal-Anness Vb (Parti-ML);

(3)

meta s-CAO jkollha l-privileġġ imsemmi fil-punt (c) tal-punt CAO.A.095, hi għandha żżomm kopja ta' kull ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (ARC) maħruġ skont il-punt (a) tal-punt ML.A.901 tal-Anness Vb (Parti-ML) u rakkomandazzjoni maħruġa jew, jekk ikun applikabbli, estiża, flimkien mad-dokumenti ta' sostenn kollha;

(4)

meta s-CAO jkollha l-privileġġ imsemmi fil-punt (d) tal-punt CAO.A.095, għandha żżomm kopja ta' kull permess għat-titjir maħruġ skont il-punt 21.A.729 tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(b)

Is-CAO għandha żżomm kopja tar-rekords deskritti fil-punt (a)(1), u kwalunkwe data tal-manutenzjoni assoċjata, għal perjodu ta' 3 snin mid-data li fiha din tkun irrilaxxat għas-servizz l-inġenju tal-ajru jew il-komponent tal-inġenju tal-ajru li miegħu tkun relatata l-ħidma.

(c)

Is-CAO għandha żżomm kopja tar-rekords imsemmija fil-punti (a)(2) sa (a)(4) għal perjodu ta' sentejn (2) mid-data li fiha l-inġenju tal-ajru jkun ġie rtirat b'mod permanenti mis-servizz.

(d)

Ir-rekords kollha għandhom jinħażnu b'tali mod li jiżgura li jitħarsu mill-ħsara, it-tibdil jew is-serq.

(e)

Kull ħardwer tal-kompjuter użat għal kopja ta' riżerva tar-rekords tal-manutenzjoni għandu jinħażen f'post differenti minn dak li fih dik id-data u f'ambjent li jiżgura li jibqa' f'kundizzjoni tajba.

(f)

Meta l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru tiġi ttrasferita lil organizzazzjoni jew persuna oħra, ir-rekords kollha miżmuma skont il-punti (a)(2) sa (a)(4) għandhom jiġu ttrasferiti lil dik l-organizzazzjoni jew il-persuna. Mill-mument tat-trasferiment, il-punti (b) u (c) għandhom japplikaw għal dik l-organizzazzjoni jew il-persuna.

(g)

Meta s-CAO ttemm l-operazzjoni tagħha, ir-rekords miżmuma kollha għandhom jiġu ttrasferiti kif ġej:

(1)

ir-rekords imsemmija fil-punt (a)(1) għandhom jiġu ttrasferiti lill-aħħar sid jew klijent tal-inġenju tal-ajru jew tal-komponent rispettiv jew għandhom jinħażnu kif speċifikat mill-awtorità kompetenti;

(2)

ir-rekords imsemmija fil-punt (a)(2) sa (a)(4) għandhom jiġu ttrasferiti lil sid l-inġenju tal-ajru.

CAO.A.095   Privileġġi tal-organizzazzjoni

Is-CAO għandu jkollha l-privileġġi li ġejjin:

(a)

Manutenzjoni

(1)

Tmantni kwalunkwe inġenju tal-ajru jew komponent li għalih tkun approvata fil-postijiet speċifikati fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni u s-CAE.

(2)

Torganizza t-twettiq ta' servizzi speċjalizzati f'organizzazzjoni oħra kwalifikata kif xieraq taħt il-kontroll tas-CAO, skont il-proċeduri xierqa stabbiliti fis-CAE u approvati mill-awtorità kompetenti.

(3)

Tmantni kwalunkwe inġenju tal-ajru jew komponent li għalih tkun approvata fi kwalunkwe post, fejn il-ħtieġa għal din il-manutenzjoni tirriżulta jew minn qagħda fejn l-inġenju tal-ajru ma jkunx jista' jissewwa jew mill-ħtieġa ta' sostenn għal manutenzjoni okkażjonali, skont il-kundizzjonijiet speċifikati fis-CAE.

(4)

Toħroġ ċertifikati ta' ħruġ għall-użu mat-tlestija tal-manutenzjoni, skont il-punt CAO.A.065 jew CAO.A.070.

(b)

Ġestjoni tal-kontinwità tan-navigabbiltà

(1)

Timmaniġġja l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' kwalunkwe inġenju tal-ajru li tkun approvata għalih.

(2)

Tapprova l-AMP, skont il-punt (b)(2) tal-punt ML.A.302, għal inġenji tal-ajru ġestiti skont l-Anness Vb (Parti-ML).

(3)

Twettaq kompiti limitati tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ma' kwalunkwe organizzazzjoni mogħtija l-kuntratt li tkun qiegħda taħdem taħt is-sistema tal-kwalità tagħha, kif elenkat fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni.

(4)

Testendi, skont il-punt (f) tal-punt M.A.901 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt (c) tal-punt ML.A.901 tal-Anness Vb (Parti-ML), ARC li jkun inħareġ mill-awtorità kompetenti, CAO oħra jew CAMO.

(c)

Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà:

(1)

CAO bis-sede prinċipali tagħha f'wieħed mill-Istati Membri, li l-approvazzjoni tagħha tkun tinkludi l-privileġġi msemmija fil-punt (b), tista' tkun approvata biex twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.901 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (Parti-ML), skont kif applikabbli, u:

(i)

toħroġ l-ARC relatat jew ir-rakkomandazzjoni għall-ħruġ tal-ARC;

(ii)

testendi l-validità ta' ARC eżistenti.

(2)

CAO bis-sede prinċipali tagħha f'wieħed mill-Istati Membri, li l-approvazzjoni tagħha tkun tinkludi l-privileġġi msemmija fil-punt (a), tista' tkun approvata biex twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (Parti-ML) u toħroġ l-ARC relatat.

(d)

Permess għat-titjir

CAO bis-sede prinċipali tagħha f'wieħed mill-Istati Membri, li l-approvazzjoni tagħha tinkludi l-privileġġi msemmija fil-punt (c), tista' tkun approvata toħroġ permess għat-titjir skont il-punt (d) tal-punt 21.A.711 tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għal dawk l-inġenji tal-ajru li għalihom hi tista' toħroġ l-ARC meta tattesta l-konformità mal-kundizzjonijiet tat-titjira approvati, skont proċedura adegwata prevista fis-CAE.

(e)

CAO tista' tkun approvata għal privileġġ wieħed jew aktar.

CAO.A.100   Reviżjoni tas-sistema tal-kwalità u organizzazzjonali

(a)

Biex tiżgura li s-CAO tkompli tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan l-Anness, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi sistema tal-kwalità u tqabbad maniġer tal-kwalità.

(b)

Is-sistema tal-kwalità għandha tissorvelja t-twettiq tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni koperti minn dan l-Anness. B'mod partikolari, din għandha tissorvelja:

(1)

li dawk l-attivitajiet kollha jitwettqu skont il-proċeduri approvati;

(2)

li l-kompiti ta' manutenzjoni kollha mogħtija b'kuntratt jitwettqu skont il-kuntratt;

(3)

li l-organizzazzjoni tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.

(c)

Għandhom jinżammu rekords ta' dak il-monitoraġġ tal-anqas għas-sentejn (2) preċedenti.

(d)

Meta l-organizzazzjoni li jkollha approvazzjoni tas-CAO tiġi approvata wkoll skont Anness li ma jkunx dan l-Anness, is-sistema tal-kwalità tista' tiġi kombinata ma' dik meħtieġa mill-Anness l-ieħor.

(e)

CAO tista' titqies CAO żgħira meta tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

L-ambitu tas-CAO ma jkunx fiha biss inġenji tal-ajru koperti mill-Parti-ML.

(2)

Is-CAO ma taqbiżx l-10 membri tal-persunal ekwivalenti għal full-time involuti fil-manutenzjoni.

(3)

Is-CAO ma taqbiżx il-5 membri tal-persunal ekwivalenti għal full-time involuti fil-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà.

(f)

Fil-każ ta' CAO żgħira, is-sistema tal-kwalità tista' tiġi ssostitwita minn reviżjonijiet organizzazzjonali regolari, soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti. F'dak il-każ, is-CAO m'għandhiex tagħti b'kuntratt kompiti tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà lil partijiet oħra.

CAO.A.105   Tibdiliet fl-organizzazzjoni

(a)

Biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tiddetermina l-konformità kontinwata ma' din il-Parti, l-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni għandha tavżaha b'xi proposta biex twettaq it-tibdiliet li ġejjin, qabel tali tibdiliet iseħħu:

(1)

tibdiliet li jaffettwaw l-informazzjoni li tinsab fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni stabbilit fl-Appendiċi I u t-termini tal-approvazzjoni ta' dan l-Anness;

(2)

tibdiliet fil-persuni msemmija fil-punti CAO.A.035 (a) u (b);

(3)

tibdiliet fit-tipi ta' inġenji tal-ajru koperti mill-ambitu tax-xogħol imsemmi fil-punt (a)(1) tal-punt CAO.A.020 fil-każ ta' ajruplani b'massa massima waqt it-tlugħ (MTOM) ta' aktar minn 2 730 kg u fil-każ ta' ħelikopters b'MTOM ta' aktar minn 1 200 kg jew iċċertifikati għal aktar minn 4 okkupanti;

(4)

tibdiliet fl-ambitu tax-xogħol imsemmija fil-punt (a)(2) ta' CAO.A.020 fil-każ ta' magni bit-turbini kompluti;

(5)

tibdiliet fil-proċedura ta' kontroll stabbilita fil-punt (b) tal-punt CAO.A.105.

(b)

Kwalunkwe tibdil ieħor fil-postijiet, il-faċilitajiet, it-tagħmir, l-għodod, il-materjal, il-proċeduri, l-ambitu tax-xogħol u l-persunal għandu jkun ikkontrollat mis-CAO permezz ta' proċedura ta' kontroll prevista fis-CAE. Is-CAO għandha tissottometti deskrizzjoni ta' dawk it-tibdiliet u l-emendi korrispondenti tas-CAE lill-awtorità kompetenti fi żmien 15-il jum mill-jum li fih iseħħ it-tibdil.

CAO.A.110   Validità kontinwa

(a)

Approvazzjoni għandha tinħareġ għal durata illimitata u għandha tibqa' valida soġġetta għal dawn il-kundizzjonijiet:

(1)

l-organizzazzjoni tibqa' konformi mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness, b'mod partikolari kif inhuma mmaniġġjati s-sejbiet skont il-punt CAO.A.115;

(2)

l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni biex tiddetermina l-kontinwità tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness;

(3)

l-awtorità kompetenti ma tkunx ċediet jew irrevokat l-approvazzjoni.

(b)

Malli ċċedi jew tirrevoka l-approvazzjoni, l-organizzazzjoni għandha tirritorna ċ-ċertifikat tal-approvazzjoni lill-awtorità kompetenti.

CAO.A.115   Sejbiet

(a)

Sejba ta' Livell 1 hi kull nuqqas ta' konformità sinifikanti mar-rekwiżiti tal-Parti-CAO li jbaxxi l-istandard tas-sikurezza u jipperikola s-sigurtà tat-titjira serjament.

(b)

Sejba tal-Livell 2 hi kwalunkwe nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-Parti-CAO li jista' jnaqqas l-istandard ta' sikurezza u possibilment jipperikola s-sigurtà tat-titjira.

(c)

Wara li tirċievi notifika ta' sejba skont il-punt CAO.B.060, is-CAO għandha tadotta pjan ta' azzjoni korrettiva u turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li hi tkun ħadet l-azzjoni korrettiva neċessarja biex tindirizza s-sejba fi ħdan il-perjodu ta' żmien stabbilit minn dik l-awtorità.

TAQSIMA B

REKWIŻITI TAL-AWTORITÀ

CAO.B.010   Kamp ta' applikazzjoni

Din it-Taqsima tistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi li għandhom jiġu ssodisfati mill-awtoritajiet kompetenti b'rabta mar-rekwiżiti għall-organizzazzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima A.

CAO.B.017   Mezzi ta' konformità

(a)

L-Aġenzija għandha tiżviluppa Mezzi Aċċettabbli ta' Konformità (AMC) li jistgħu jintużaw biex tintwera l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.

(b)

Mezzi alternattivi ta' konformità jistgħu jintużaw biex tintwera l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema biex tevalwa b'mod konsistenti li l-mezzi alternattivi kollha ta' konformità użati minn organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt is-sorveljanza tagħha jippermettu li tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) Nru 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.

(d)

L-awtorità kompetenti għandha tevalwa l-mezzi alternattivi ta' konformità kollha proposti minn organizzazzjoni skont il-punt CAO.A.017, billi tanalizza d-dokumentazzjoni pprovduta u, jekk ikun meqjus neċessarju, billi tagħmel spezzjoni tal-organizzazzjoni.

Meta l-awtorità kompetenti ssib li l-mezzi alternattivi ta' konformità huma skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, din għandha, mingħajr dewmien żejjed:

(1)

tgħarraf lill-applikant li l-mezzi alternattivi ta' konformità jistgħu jintużaw u, jekk ikun applikabbli, temenda l-approvazzjoni jew iċ-ċertifikat tal-applikant kif meħtieġ;

(2)

tinnotifika lill-Aġenzija bil-kontenut tagħhom, inklużi kopji tad-dokumentazzjoni rilevanti kollha.

CAO.B.020   Żamma tar-rekords

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta' żamma ta' rekords li tippermetti traċċabbiltà adegwata tal-proċess ta' żamma tar-rekords biex toħroġ, tissokta, tibdel, tissospendi jew tirrevoka kull ċertifikat maħruġ.

(b)

Ir-rekords tal-awtorità kompetenti għas-sorveljanza tal-organizzazzjonijiet approvati skont dan l-Anness għandhom jinkludu, bħala minimu:

(1)

l-applikazzjoni għal approvazzjoni ta' organizzazzjoni;

(2)

iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni ta' organizzazzjoni, inkluż kwalunkwe tibdil fih;

(3)

kopja tal-programm tal-awditjar tal-organizzazzjoni, li telenka d-dati li fihom twettqu l-awditi u meta ser isiru;

(4)

ir-rekords tal-kontinwità tas-sorveljanza, inklużi r-rekords tal-awditjar kollha, kif previst fil-punt CAO.B.055;

(5)

is-sejbiet kollha, l-azzjonijiet meħtieġa biex jingħalqu s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet;

(6)

kopji tal-korrispondenza rilevanti kollha mal-organizzazzjoni;

(7)

dettalji ta' kwalunkwe eżenzjoni skont il-punt CAO.B.035 u l-azzjonijiet ta' infurzar;

(8)

kwalunkwe rapport minn awtoritajiet kompetenti oħra relatat mas-sorveljanza tal-organizzazzjoni;

(9)

is-CAE u l-emendi għalih;

(10)

kopji ta' kull dokument ieħor approvat mill-awtorità kompetenti.

(c)

Il-perjodu ta' żamma għar-rekords elenkati taħt il-punt (b) għandu jkun tal-anqas ta' 5 snin.

(d)

Ir-rekords kollha għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor jew lill-Aġenzija fuq talba.

CAO.B.025   Skambju reċiproku ta' informazzjoni

(a)

Fejn ikun hemm għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw informazzjoni.

(b)

Fil-każ ta' theddida potenzjali għas-sikurezza li tinvolvi lil bosta Stati Membri, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jgħinu lil xulxin fit-twettiq tal-azzjoni ta' sorveljanza meħtieġa.

CAO.B.030   Responsabbiltajiet

L-awtorità kompetenti għandha twettaq l-ispezzjonijiet u l-investigazzjonijiet neċessarji biex tivverifika u tiżgura li l-organizzazzjonijiet li għalihom hi responsabbli skont il-punt CAO.1 jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Taqsima A ta' dan l-Anness.

CAO.B.035   Eżenzjonijiet

Meta Stat Membru jagħti eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' dan l-Anness skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1139, l-awtorità kompetenti għandha żżomm rekord tal-eżenzjoni. Għandha tikseb dawk ir-rekords kif previst fil-punt (b)(6) tal-punt CAO.B.020.

CAO.B.040   Applikazzjoni

Meta faċilitajiet tas-CAO jkunu jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed, il-proċedura ta' ċertifikazzjoni inizjali u s-sorveljanza kontinwata tal-approvazzjoni għandhom jitwettqu f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri li fit-territorju tagħhom jinsabu l-faċilitajiet l-oħra. M.B.

CAO.B.045   Proċedura ta' ċertifikazzjoni inizjali

(a)

Meta jkun ġie stabbilit li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta' CAO.A.035, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika b'mod formali lill-applikant dwar l-aċċettazzjoni tal-persunal.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-proċeduri speċifikati fis-CAE jikkonformaw mat-Taqsima A, u li l-maniġer responsabbli ffirma d-dikjarazzjoni ta' impenn imsemmija fil-punt (a)(1) ta' CAO.A.025.

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-organizzazzjoni tikkonforma mat-Taqsima A.

(d)

L-awtorità kompetenti għandha torganizza laqgħa mal-maniġer responsabbli tal-anqas darba matul l-investigazzjoni għall-approvazzjoni biex tiżgura li hu jkun jifhem bis-sħiħ is-sinifikat tal-approvazzjoni u d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (a)(1) ta' CAO.A.025

(e)

Is-sejbiet kollha skont il-punt CAO.B.060 għandhom jiġu kkonfermati bil-miktub lill-organizzazzjoni applikanti.

(g)

Qabel ma toħroġ l-approvazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tagħlaq is-sejbiet kollha wara li l-organizzazzjoni tkun ikkoreġiethom.

(h)

Permezz ta' deroga mill-punti (a) sa (g) u mill-punt (a) tal-punt CAO.B.50, għal organizzazzjonijiet li japplikaw għal approvazzjoni skont dan l-Anness fuq il-bażi ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni eżistenti maħruġa skont is-Sottoparti F jew is-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M) jew l-Anness II (Parti-145), skont il-punt (4) tal-Artikolu 4, l-awtorità kompetenti għandha:

(1)

toħroġ approvazzjoni skont dan l-Anness billi tuża l-Formola 3-CAO tal-EASA stabbilita fl-Appendiċi I għal dan l-Anness;

(2)

fi żmien sentejn (2) mid-data li fiha tkun ħarġet l-approvazzjoni msemmija fil-punt (1), tivverifika li l-organizzazzjoni kkonċernata tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness għall-privileġġi miżmuma.

CAO.B.050   Ħruġ taċ-ċertifikat inizjali

(a)

Meta l-awtorità kompetenti tkun stabbilixxiet li l-applikant jikkonforma ma' CAO.B.45, din għandha toħroġ iċ-ċertifikat, billi tuża l-mudell tal-Formola 3-CAO tal-EASA stabbilit fl-Appendiċi I u tispeċifika t-termini tal-approvazzjoni.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tinkludi n-numru ta' referenza tas-CAO kif speċifikat fil-mudell tal-Formola 3-CAO tal-EASA stabbilit fl-Appendiċi I.

CAO.B.055   Superviżjoni kontinwa

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornat programm ta' sorveljanza li jispeċifika s-CAOs kollha li għalihom hi tkun ħarġet ċertifikat u d-dati li fihom hi tkun awditjat u hi skedata li tawditja dawk is-CAOs.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tawditja, f'perjodi li ma jaqbżux l-24 xahar, lil kull CAO li għaliha tkun ħarġet approvazzjoni. Dawk l-awditi għandhom jikkonċentraw, b'mod partikolari, fuq it-tibdiliet fl-organizzazzjoni nnotifikati lilha skont il-proċedura speċifikata fil-punt (b) tal-punt CAO.A.105.

(c)

Kampjun rilevanti tal-inġenju tal-ajru ġestit mis-CAO, jekk l-organizzazzjoni tkun approvata tagħmel dan, għandu jkun mistħarreġ f'kull perjodu ta' 24 xahar. Id-daqs tal-kampjun għandu jiġi deċiż mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi tar-riżultat tal-awditi preċedenti u l-istħarriġiet dwar il-prodotti li twettqu qabel.

(d)

L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma bil-miktub kwalunkwe sejba matul dawk l-awditi lis-CAO.

(e)

L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra kwalunkwe sejba matul dawk l-awditi, kwalunkwe azzjoni meħtieġa biex jingħalqu s-sejbiet u kwalunkwe rakkomandazzjoni maħruġa.

(f)

L-awtorità kompetenti għandha torganizza laqgħa mal-maniġer responsabbli tas-CAO tal-anqas kull 24 xahar.

CAO.B.060   Sejbiet

(a)

Meta waqt l-awditi jew b'xi mezz ieħor, tinstab evidenza li turi nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-Parti-CAO, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:

(1)

għal sejbiet ta' Livell 1, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni immedjata biex tirrevoka, tillimita jew tissospendi kompletament jew parzjalment, skont il-firxa tas-sejba ta' Livell 1, l-approvazzjoni tas-CAO, sakemm l-organizzazzjoni jirnexxilha tieħu azzjoni korrettiva; u

(2)

għal sejbiet ta' Livell 2, l-awtorità kompetenti għandha tagħti perjodu ta' azzjoni korrettiva ta' mhux aktar minn 3 xhur, adattat skont in-natura tas-sejba — f'ċerti ċirkustanzi, fi tmiem dan l-ewwel perjodu u soġġetta għan-natura tas-sejba, l-awtorità kompetenti tista' testendi dan il-perjodu ta' 3 xhur soġġetta għal pjan ta' azzjoni korrettiva sodisfaċenti.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni biex tissospendi l-approvazzjoni kollha, jew parti minnha, f'każ li ma tiġix rispettata l-iskeda ta' żmien stabbilita mill-awtorità kompetenti.

CAO.B.065   Tibdiliet

(a)

Meta tirċievi applikazzjoni għal tibdil skont il-punt (a) tal-punt CAO.A.105, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli qabel ma toħroġ l-approvazzjoni tat-tibdil.

(b)

L-awtorità kompetenti tista' tindika l-kundizzjonijiet li bihom is-CAO għandha topera matul it-tibdil, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeterminax li ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni għandu jiġi sospiż minħabba n-natura jew il-firxa tat-tibdiliet.

(c)

Għal tibdiliet li ma jeħtiġux approvazzjoni minn qabel, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta matul l-attivitajiet ta' sorveljanza li s-CAO tikkonforma mal-proċedura ta' kontroll approvata prevista fil-punt (b) tal-punt CAO.A.105 u tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli.

CAO.B.070   Sospensjoni, limitazzjoni u revoka

L-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tissospendi approvazzjoni għal raġunijiet validi fil-każ ta' theddida potenzjali għas-sikurezza; jew

(b)

tissospendi, tirrevoka jew tillimita approvazzjoni skont il-punt CAO.B.060.

Appendiċi I

Ċertifikat tal-organizzazzjoni tal-ajrunavigabbiltà kombinata (CAO) – Formola 3-CAO tal-EASO

(a)

Fi ħdan il-klassi(jiet) ta' approvazzjoni u l-klassifikazzjoni(jiet) stabbiliti mill-awtorità kompetenti, l-ambitu tax-xogħol speċifikat fis-CAE jiddefinixxi l-limiti eżatti tal-approvazzjoni. Huwa għalhekk essenzjali li l-klassi(jiet) u l-valutazzjoni(jiet) tal-approvazzjoni u l-ambitu tax-xogħol tal-organizzazzjonijiet ikunu jaqblu.

(b)

Klassifikazzjoni għal inġenju tal-ajru, b'rabta mal-privileġġi ta' manutenzjoni, tfisser li s-CAO tista' twettaq manutenzjoni fuq inġenji tal-ajru u kwalunkwe komponent (inklużi magni) skont id-data tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru jew, bi qbil mal-awtorità kompetenti, skont id-data tal-manutenzjoni tal-komponenti, biss sakemm dawn il-komponenti jkunu mmuntati fuq l-inġenju tal-ajru. Madanakollu, it-tali CAOs ikklassifikati skont l-inġenju tal-ajru jistgħu jneħħu temporanjament komponent għall-manutenzjoni biex itejbu l-aċċess għal dak il-komponent ħlief għal meta din it-tneħħija toħloq il-ħtieġa ta' manutenzjoni addizzjonali li ma tkunx eliġibbli għar-rekwiżiti tal-punt (b). Dan ikun soġġett għal proċedura ta' kontroll fis-CAE li għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti.

(c)

Klassifikazzjoni għal magna (magna bit-turbini, b'pistuni jew elettrika) tfisser li s-CAO tista' twettaq manutenzjoni fuq il-magna mhux installata u fuq il-komponenti tal-magna mhux installati, skont id-data tal-manutenzjoni tal-magna jew, bi qbil mal-awtorità kompetenti, skont id-data tal-manutenzjoni tal-komponenti, biss sakemm dawn il-komponenti jkunu mmuntati fuq il-magna. Madanakollu, it-tali CAOs ikklassifikati skont il-magna jistgħu jneħħu temporanjament komponent għall-manutenzjoni biex itejbu l-aċċess għal dak il-komponent ħlief għal meta din it-tneħħija toħloq il-ħtieġa ta' manutenzjoni addizzjonali li ma tkunx eliġibbli għar-rekwiżiti tal-punt (c). CAO ikklassifikata skont il-magna tista' twettaq ukoll manutenzjoni fuq magna installata matul il-manutenzjoni bażi u tal-linja soġġetta għal proċedura ta' kontroll fis-CAE li għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti.

(d)

Klassifikazzjoni għal komponenti (għajr magni kompluti) tfisser li s-CAO tista' twettaq manutenzjoni fuq komponenti mhux installati (esklużi magni kompluti) maħsuba għat-twaħħil fuq l-inġenji tal-ajru jew il-magna. Din is-CAO tista' twettaq ukoll manutenzjoni fuq komponent installat (għajr magni kompluti) matul il-manutenzjoni bażi u tal-linja jew f'faċilità ta' manutenzjoni tal-magni soġġett għal proċedura ta' kontroll fis-CAE li għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti.

(e)

Klassifikazzjoni għal test mhux distruttiv (NDT) hi klassifikazzjoni awtonoma li mhux bilfors tkun relatata ma' inġenju tal-ajru, magna jew komponent ieħor speċifiċi. Il-klassifikazzjoni għal NDT hi neċessarja biss għal CAO li twettaq NDT bħala kompitu partikolari għal organizzazzjoni oħra. CAO approvata bi klassifikazzjoni għal inġenju tal-ajru, magna jew komponent tista' twettaq NDT fuq prodotti li tkun qed tmantni soġġetta għas-CAE li jkun fih il-proċeduri tal-NDT, mingħajr il-bżonn ta' klassifikazzjoni għal NDT.

Image 14 Test ta 'immaġni Image 15 Test ta 'immaġni Image 16 Test ta 'immaġni

4.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/106


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1384

tal-24 ta' Lulju 2019

li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 965/2012 u (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tal-użu tal-inġenji tal-ajru elenkati fuq ċertifikat ta' operatur tal-ajru għal operazzjonijiet mhux kummerċjali u operazzjonijiet speċjalizzati, l-istabbiliment ta' rekwiżiti operattivi għat-twettiq ta' titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni, l-istabbiliment ta' regoli dwar operazzjonijiet mhux kummerċjali b'ekwipaġġ tal-kabina mnaqqas abbord u l-introduzzjoni ta' aġġornamenti editorjali dwar ir-rekwiżiti tal-operazzjonijiet bl-ajru

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1) u l-Artikolu 31 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati għal operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru (“CAT”), għal operazzjonijiet mhux kummerċjali ta' inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni, u għal inġenji tal-ajru mhux kumplessi li jaħdmu bil-magni, għal operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati u operazzjonijiet mhux kummerċjali speċjalizzati, kif ukoll għal ċerti operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati ta' riskju għoli. Dawk ir-regoli ma jqisux il-fatt li l-istess inġenju tal-ajru jista' jwettaq diversi tipi ta' operazzjonijiet matul il-ħajja operattiva tiegħu.

(2)

Għalhekk, għall-bidla fl-użu tal-inġenju tal-ajru minn operazzjonijiet CAT għal operazzjonijiet mhux kummerċjali jew operazzjonijiet speċjalizzati, jenħtieġ li jiġu introdotti regoli ġodda għall-użu kontinwu ta' inġenji tal-ajru bħal dawn. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jkunu flessibbli biżżejjed biex jippermettu l-użu tal-istess inġenju tal-ajru minn operaturi li jwettqu operazzjonijiet mhux kummerċjali jew operazzjonijiet speċjalizzati, mingħajr ma jneħħu l-inġenju tal-ajru miċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru (“AOC”). Dan il-qafas operazzjonali ġdid jenħtieġ li jiżgura wkoll implimentazzjoni bla xkiel u sorveljanza effettiva ta' dawk l-operazzjonijiet mingħajr ma tiġi affettwata s-sikurezza tagħhom.

(3)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012, l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-proċeduri operazzjonali differenti li detentur ta' AOC japplika għad-diversi operazzjonijiet mhux kummerċjali tiegħu. Dak ir-rekwiżit jikkostitwixxi trattament mhux ugwali bejn id-detenturi tal-AOC u l-operaturi mhux kummerċjali għall-istess tip ta' operazzjonijiet u għalhekk jenħtieġ li jitneħħa biex tiġi żgurata konsistenza regolatorja.

(4)

Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza u l-feedback mill-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati, inkluż minn spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li r-Regolament (UE) Nru 965/2012 jenħtieġ li jiġi aġġornat biex jirrifletti l-ogħla livell ta' żvilupp tekniku u l-aħjar prattiki fir-rigward ta' diversi rekwiżiti tal-operazzjonijiet tal-ajru. Jenħtieġ li jiġu introdotti bidliet editorjali sabiex jiġu aġġornati diversi referenzi għar-regolamenti mħassra, jiġifieri għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2042/2003 (3) u r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Barra minn hekk, jenħtieġ li jiżdied kliem ġdid biex jiġu ċċarati diversi dispożizzjonijiet eżistenti.

(5)

Għadd ta' aċċidenti jew inċidenti tal-ajru seħħew f'titjiriet imwettqa b'inġenji tal-ajru li kien għad kif saritilhom manutenzjoni mhux kompluta jew inadegwata jew f'titjiriet imwettqa biex jiġi vverifikat jekk il-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru kinitx adegwata (“titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni”). Fid-dawl tal-aċċident tal-Airbus A320–232 fis-27 ta' Novembru 2008 'l barra mill-kosta ta' Canet-Plage (Franza), ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 jenħtieġ li jiġi emendat sabiex jiddefinixxi b'mod preċiż dik il-kategorija ta' titjiriet u biex jistabbilixxi, fejn meħtieġ, ir-rekwiżiti minimi għall-ekwipaġġ tat-titjira u l-proċeduri li għandhom jiġu osservati fit-tħejjija u t-twettiq ta' dawk it-titjiriet.

(6)

Barra minn hekk, rekwiżiti inqas rigorużi għal operazzjonijiet mhux kummerċjali bl-ebda ekwipaġġ tal-kabina operattiv abbord jenħtieġ li jiġu introdotti għal inġenji tal-ajru li jkollhom konfigurazzjoni massima operattiva ta' sits tal-passiġġieri (MOPSC) ogħla minn 19 u b'massimu ta' 19-il passiġġier, sakemm jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. L-operaturi jenħtieġ li jitħallew japplikaw dawk ir-rekwiżiti inqas rigorużi biss flimkien ma' miżuri xierqa li jtaffu r-riskji ta' operazzjonijiet bħal dawn.

(7)

Ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 jeħtieġ li l-operaturi ta' CAT jagħtu struzzjonijiet lill-passiġġieri u jagħtuhom karta bl-informazzjoni dwar is-sikurezza li jkun fiha struzzjonijiet bl-istampi li jindikaw l-operazzjoni tat-tagħmir ta' emerġenza u ta' postijiet ta' ħruġ ta' emerġenza li x'aktarx jintużaw mill-passiġġieri. Ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 jenħtieġ li jkun fih definizzjoni ġdida ta' ħruġ ta' emerġenza.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 965/2012 għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(9)

Wara bidla fl-użu tal-inġenju tal-ajru minn operazzjonijiet CAT għal operazzjonijiet mhux kummerċjali jew għal operazzjonijiet speċjalizzati, ir-responsabbiltà għall-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenji tal-ajru soġġetta għal dik il-bidla jenħtieġ li tinżamm fil-livell tad-detentur tal-AOC. Għalhekk l-Annessi I (Parti-M) u Vb (Parti-ML) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (5) jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(10)

L-Aġenzija ħejjiet abbozz ta' regoli ta' implimentazzjoni u ressqithom lill-Kummissjoni bħala opinjonijiet (6) skont l-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament (UE) Nru 965/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, il-punt (7) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“7.

‘Operazzjoni speċjalizzata’ tfisser kwalunkwe operazzjoni minbarra operazzjoni tat-trasport kummerċjali bl-ajru li fiha l-inġenju tal-ajru jintuża għal attivitajiet speċjalizzati bħal agrikoltura, kostruzzjoni, fotografija, servejing, osservazzjoni u pattulja, riklamar fl-ajru, titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni;”;

(2)

fl-Artikolu 6(3), il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

titjiriet li ma jġorru l-ebda passiġġier jew merkanzija, meta l-ajruplan jew il-ħelikopter jiġi ttrasportat għal rinnovament, tiswija, spezzjonijiet, kunsinna, esportazzjoni jew għanijiet simili, sakemm l-inġenju tal-ajru ma jkunx elenkat fuq ċertifikat tal-operatur tal-ajru jew fuq dikjarazzjoni.”;

(3)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 9aa li ġej:

“Artikolu 9aa

Rekwiżiti tal-ekwipaġġ tat-titjira għal titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni

Bdot li jkun aġixxa, qabel l-20 ta' Awwissu 2019, bħala bdot fil-kmand fuq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni li skont id-definizzjoni fil-punt SPO.SPEC.MCF.100 fl-Anness VIII hija kategorizzata bħala titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' Livell A, għandu jingħata kreditu għall-fini ta' konformità mal-punt SPO.SPEC.MCF.115(a)(1) ta' dak l-Anness. F'dak il-każ, l-operatur għandu jiżgura li l-bdot fil-kmand jirċievi struzzjoni dwar kwalunkwe differenza identifikata bejn il-prattiki operattivi stabbiliti qabel l-20 ta' Awwissu 2019 u l-obbligi previsti fit-Taqsimiet 5 u 6 tas-Subparti E tal-Anness VII ta' dan ir-Regolament inklużi dawk derivati mill-proċeduri relatati stabbiliti mill-operatur.”;

(4)

L-Annessi I, II, III, IV, V, VI, VII u VIII huma emendati skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament;

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1321/2014

L-Anness I (il-Parti-M) u l-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huma emendati skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 tal-20 ta' Novembru 2003 dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).

(6)  L-opinjoni Nru 04/2017 tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tad-29 ta' Ġunju 2017 għal abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tar-regoli dwar l-operazzjonijiet bl-ajru u l-ajrunavigabbiltà kontinwa u l-Opinjoni Nru 01/2017 tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tas-07 ta' Marzu 2017 għal abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tar-regoli dwar l-operazzjonijiet bl-ajru rigward titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni.


ANNESS I

L-Annessi I, II, III, IV, V, VI, VII u VIII għar-Regolament (UE) Nru 965/2012 huma emendati kif ġej:

(1)

l-Anness I (il-Parti-DEF) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (17) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(17)

‘kategorija A għall-ħelikopters’ tfisser ħelikopter b'diversi magni ddisinjat b'karatteristiċi ta' iżolament tal-magna u tas-sistema li huma speċifikati fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli u li hu kapaċi jwettaq operazzjonijiet permezz ta' data tat-tlugħ u tal-inżul li jkunu skedati taħt il-kunċett ta' ħsara kritika fil-magna li tiżgura żona tal-wiċċ awtorizzata adegwata u kapaċità ta' prestazzjoni adegwata għal titjir sikur kontinwu jew għat-tlugħ interrott sikur f'każ li tiżviluppa ħsara fil-magna;”;

(b)

jiddaħħal il-punt (45a) li ġej:

“(45a)

‘ħruġ ta' emerġenza’ tfisser punt ta' ħruġ installat fuq l-inġenju tal-ajru tat-tip li jippermetti l-evakwazzjoni massima possibbli tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tal-kabina u tal-ekwipaġġ tat-titjira f'perjodu ta' żmien xieraq u jinkludi l-bieb fil-livell tal-art, il-ħruġ mit-twieqi jew kwalunkwe tip ta' ħruġ ieħor, pereżempju l-bokkaport fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira u l-ħruġ mill-koni tad-denb;”;

(c)

jiddaħħal il-punt (48 a) li ġej:

“(48a)

‘membru tal-ekwipaġġ tat-titjira’ tfisser membru tal-ekwipaġġ liċenzjat inkarigat bi dmirijiet essenzjali għall-operat ta'inġenju tal-ajru waqt perjodu ta' servizz ta' titjir;”;

(d)

jiddaħħal il-punt (49 a) li ġej:

“(49a)

‘uffiċjal tal-operazzjonijiet tat-titjir’ jew ‘dispatcher tat-titjira’ tfisser persuna magħżula mill-operatur biex tinvolvi ruħha fil-kontroll u s-superviżjoni tal-operazzjonijiet tat-titjir, li hija kkwalifikata kif xieraq, li tappoġġa, permezz ta' struzzjonijiet jew għajnuna, jew tat-tnejn, lill-bdot fil-kmand fit-twettiq sikur tat-titjira;”;

(e)

jiddaħħal il-punt (76 a) li ġej:

“(76a)

‘titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni (“MCF”)’ tfisser titjira ta' inġenju tal-ajru b'ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew b'permess għat-titjir li titwettaq għal skopijiet ta' sejbien ta' problemi jew biex jiġi kkontrollat il-funzjonament ta' sistema, partijiet jew tagħmir wieħed jew aktar wara l-manutenzjoni, jekk il-funzjonament tas-sistemi, partijiet jew tagħmir ma jistax jiġi stabbilit matul il-kontrolli fuq l-art u li titwettaq fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

kif meħtieġ skont il-manwal tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru (‘AMM’) jew kwalunkwe data oħra ta' manutenzjoni maħruġa minn detentur tal-approvazzjoni tad-disinn li jkun responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru;

(b)

wara l-manutenzjoni, kif mitlub mill-operatur jew propost mill-organizzazzjoni responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru;

(c)

kif mitlub mill-organizzazzjoni ta' manutenzjoni għall-verifika ta' rettifika ta' difett b'suċċess;

(d)

għal-għajnuna f'iżolazzjoni jew individwazzjoni ta' problemi;”;

(f)

jiddaħħlu l-punti (95a) u (95b) li ġejjin:

“(95a)

‘sistema ta' apparat għall-ġarr ta' persunal (PCDS)’ tfisser sistema li tinkludi apparat(i) li jkunu(u) jew imwaħħal/imwaħħlin ma' parank jew ma' ganċ tal-merkanzija jew immuntat(i) fuq l-inġenju tal-ajru bir-rotors waqt operazzjonijiet ta' rfigħ ta' merkanzija umana esterna (HEC) jew ta' rfigħ bil-ħelikopter (HHO). L-apparati jkollhom il-kapaċità strutturali u l-karatteristiċi meħtieġa biex iġorru l-okkupanti minn barra lejn il-ħelikopter eż. harness tas-sigurtà bi jew mingħajr rilaxx ta' malajr u ċinga b'anell konnettur, basket jew gaġġa riġidi;

(95b)

‘sistema ta' apparat sempliċi għall-ġarr ta' persunal (“PCDS sempliċi”)’ tfisser PCDS li tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jissodisfa standard armonizzat skont ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) jew id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2);

(b)

ikun iddisinjat biex iġorr mhux aktar minn persuna waħda biss (pereżempju, operatur tal-parank jew tal-ganċ tal-merkanzija, speċjalist fil-kompitu jew fotografu) fil-kabina, jew biex iġorr mhux aktar minn żewġ persuni barra mill-kabina;

(c)

mhux struttura riġida bħal gaġġa, pjattaforma jew basket;

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar tagħmir ta' protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51)."

(*2)  Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).”;"

(g)

jiddaħħal il-punt (103b) li ġej:

“(103b)

‘regoli tal-ajru’ tfisser ir-regoli stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 (*3);

(*3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).”;"

(2)

L-Anness II (il-Parti-ARO) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt ARO.GEN.120 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punti (a), (b) u (c) huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

“(a)

L-Aġenzija għandha tiżviluppa Mezzi Aċċettabbli ta' Konformità (‘AMC’) li jistgħu jintużaw biex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.

(b)

Mezzi ta' konformità alternattivi jistgħu jintużaw biex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema biex tevalwa b'mod konsistenti jekk il-mezzi ta' konformità alternattivi użati minnha jew minn organizzazzjonijiet jew persuni li jaqgħu taħt is-sorveljanza tagħha humiex konformi mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. Dik is-sistema għandha tinkludi proċeduri biex jiġu limitati, revokati jew emendati mezzi ta' konformità alternattivi approvati, jekk l-awtorità kompetenti turi li dawk il-mezzi ta' konformità alternattivi ma jikkonformawx mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.”;

(ii)

fit-tielet paragrafu tal-punt (d), il-punt (3) huwa mħassar;

(b)

fil-punt ARO.GEN.135, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4), l-awtorità kompetenti għandha timplimenta sistema biex tiġbor, tanalizza u xxerred informazzjoni ta' sikurezza b'mod xieraq.

(*4)  Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).”;"

(c)

fil-punt ARO.GEN.300(a), il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(2)

il-konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli tal-organizzazzjonijiet li hija ċċertifikat, tal-operazzjonijiet speċjalizzati li hija awtorizzat u tal-organizzazzjonijiet li mingħandhom irċeviet dikjarazzjoni;”;

(d)

fil-punt ARO.GEN.350(d), il-punt (4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(4)

L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra s-sejbiet kollha li tkun stabbiliet jew li jkunu ġew ikkomunikati lilha skont il-punt (e) u, fejn applikabbli, il-miżuri ta' infurzar li tkun applikat, kif ukoll l-azzjonijiet korrettivi kollha u d-data tal-għeluq tal-azzjoni għas-sejbiet.”;

(e)

il-punt ARO.OPS.110 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3)

ORO.AOC.110 (e), għal kiri ta' inġenji tal-ajru mingħajr l-ekwipaġġ lil kwalunkwe operatur, għajr għall-każijiet speċifikati fil-punt ORO.GEN.310 tal-Anness III;”;

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(2)

is-sid ikun suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5);

jiżdied il-punt (3) li ġej:

“(3)

l-awtorizzazzjoni maħruġa skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 (*6) ġiet sospiża, revokata jew ċeduta.

(iii)

fil-punt (d), il-punti (1) u (2) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(1)

koordinazzjoni xierqa mal-awtorità kompetenti li hi responsabbli għas-sorveljanza kontinwa tal-inġenju tal-ajru, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (*7), jew għall-operazzjoni tal-inġenju tal-ajru, f'każ li din ma tkunx l-istess awtorità;

(2)

li l-inġenju tal-ajru jitneħħa f'waqtu mill-AOC tal-operatur għajr għall-każijiet speċifikati fil-punt ORO.GEN.310 tal-Anness III.

(*7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).”;"

(f)

fil-punt ARO.OPS.150, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

Meta tkun sodisfatta bil-valutazzjoni tar-riskju u l-SOP, l-awtorità kompetenti tal-operatur għandha toħroġ l-awtorizzazzjoni, kif stabbilit fl-Appendiċi IV. L-awtorizzazzjoni tista' tinħareġ għal tul ta' żmien limitat jew mhux limitat. Il-kundizzjonijiet li skonthom operatur huwa awtorizzat iwettaq operazzjoni kummerċjali speċjalizzata ta' riskju għoli jew aktar għandhom jiġu speċifikati fl-awtorizzazzjoni.”;

(g)

fil-punt ARO.OPS.200(b), il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(2)

il-lista ta' approvazzjonijiet speċifiċi, kif stabbilit fl-Appendiċi III, għal operazzjonijiet mhux kummerċjali u operazzjonijiet speċjalizzati.”;

(h)

fil-punt ARO.RAMP.105(b), il-punt (5) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(5)

inġenji tal-ajru użati minn operatur minn pajjiż terz li jopera għall-ewwel darba lejn, fi jew mit-territorju li huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat jew li l-awtorizzazzjoni tiegħu maħruġa skont ir-Regolament (UE) Nru 452/2014 tkun limitata jew maħruġa mill-ġdid wara sospensjoni jew revoka.”;

(i)

fil-punt ARO.RAMP.115(b), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3)

għandhom iżommu l-validità tal-kwalifiki tagħhom billi jieħdu taħriġ rikorrenti u billi jwettqu mill-inqas tnax-il (12) spezzjoni f'kull perjodu ta' sena kalendarja.”;

(j)

il-punt ARO.RAMP.125 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

L-ispezzjonijiet fir-rampa għandhom jitwettqu b'mod standardizzat.”;

(ii)

il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

Meta titlesta l-ispezzjoni fir-rampa, il-bdot fil-kmand jew, fl-assenza tiegħu, membru ieħor tal-ekwipaġġ tat-titjira jew rappreżentant tal-operatur, għandhom jiġu infurmati bir-riżultati tal-ispezzjoni fir-rampa.”;

(k)

fil-punt ARO.RAMP.140, il-punt (d)(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(2)

kiseb permess għat-titjir skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, għal inġenji tal-ajru rreġistrati fi Stat Membru;”;

(l)

fil-punt ARO.RAMP.150, il-punt (a)(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(1)

l-informazzjoni msemmija fil-punt ARO.RAMP.145.”;

(m)

L-Appendiċijiet I sa IV huma sostwiti b'dan li ġej:

“Appendiċi I

ĊERTIFIKAT TAL-OPERATUR TAL-AJRU

(Skeda ta' approvazzjoni għall-operaturi tat-trasport bl-ajru)

Tipi ta' operazzjoni:

Trasport kummerċjali bl-ajru (CAT)

☐ Passiġġieri; ☐ Merkanzija;

☐ Oħrajn (1): …

 (4)

Stat tal-operatur (2)

 (5)

Awtorità emittenti (3)

AOC # (6):

Isem l-Operatur (7)

Isem kummerċjali li jopera bih (8)

Indirizz tal-Operatur (10):

Telefon (11):

Fax

Email:

Punti ta' kuntatt operattivi: (9)

Id-dettalji ta' kuntatt, li bihom il-maniġment operattiv jista' jiġi kkuntattjat mingħajr dewmien żejjed, huma elenkati fi … (12).

 

 

 

Dan iċ-ċertifikat jiċċertifika li … (13) huwa awtorizzat li jwettaq operazzjonijiet kummerċjali bl-ajru, kif definit fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet mehmużin, skont il-manwal tal-operat, l-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.

Data tal-ħruġ (14):

Isem u firma (15):

Titolu:

FORMOLA 138 tal-EASA, Ħarġa 2

Appendiċi II

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-OPERAZZJONIJIET

(soġġetti għall-kundizzjonijiet approvati fil-manwal tal-operat)

Dettalji ta' kuntatt tal-awtorità emittenti

Telefon (16): …; Fax …;

Email: …

AOC (17):

Isem l-operatur (18):

Data (19):

Firma:

 

Isem kummerċjali li jopera bih

 

 

Speċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet#:

Mudell tal-inġenju tal-ajru (20):

Marki ta' reġistrazzjoni (21):

Tipi ta' operazzjonijiet: Trasport kummerċjali bl-ajru

☐ Passiġġieri

☐ Merkanzija

☐ Oħrajn (22): …

Żona ta' operazzjoni (23):

Limitazzjonijiet speċjali (24):

Approvazzjonijiet speċifiċi:

Iva

Le

Speċifikazzjoni (25)

Rimarki

Oġġetti perikolużi

 

 

Operazzjonijiet f'viżibilità baxxa

CAT (26) ….

 

Tlugħ

 

 

RVR (27): m

Avviċinament u nżul

 

 

DA/H: RVR f'piedi (ft): m

RVSM (28)

☐ Mhux Applikabbli

 

 

ETOPS (29)

☐ Mhux Applikabbli

Ħin massimu ta' devjazzjoni (30): minimu

 

Speċifikazzjonijiet tan-navigazzjoni kumplessa għall-operazzjonijiet PBN (31)

 

 (32)

Speċifikazzjoni minima tal-prestazzjoni tan-navigazzjoni

 

 

Operazzjonijiet bl-ajruplani b'magna waħda bit-turbini billejl jew f'IMC (SET-IMC)

 (33)

 

Operazzjonijiet bil-ħelikopter bl-għajnuna ta' sistemi ta' viżjoni ta' billejl

 

 

Operazzjonijiet ta' rfigħ bil-ħelikopter

 

 

Operazzjonijiet ta' servizzi mediċi ta' emerġenza bil-ħelikopter

 

 

Operazzjonijiet lil hinn mill-kosta bil-ħelikopter

 

 

Taħriġ ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina (34)

 

 

Ħruġ ta' attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina (35)

 

 

Użu tal-applikazzjonijiet tat-tip B EFB

 (36)

 

Ajrunavigabbiltà kontinwa

 (37)

 

Oħrajn (38)

 

 

 

 

Formola 139 tal-EASA, Ħarġa 5

Appendiċi III

Lista ta' approvazzjonijiet speċifiċi

Operazzjonijiet mhux kummerċjali

Operazzjonijiet speċjalizzati

(soġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati fl-approvazzjoni u li hemm fil-manwal tal-operat jew fil-manwal operattiv tal-bdot)

Awtorità emittenti (39):

Lista ta' approvazzjonijiet speċifiċi # (40):

Isem l-operatur:

Data (41):

Firma:

Mudell tal-inġenju tal-ajru u marki ta' reġistrazzjoni (42):

Tipi ta' operazzjoni speċjalizzata (SPO), jekk applikabbli:

 (43)

Approvazzjonijiet Speċifiċi (44):

Speċifikazzjoni (45)

Rimarki

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FORMOLA 140 tal-EASA, Ħarġa 2

Appendiċi IV

AWTORIZZAZZJONI TA' OPERAZZJONIJIET KUMMERĊJALI SPEĊJALIZZATI TA' RISKJU GĦOLI

Awtorità emittenti: (46)

Nru tal-Awtorizzazzjoni: (47)

Isem l-Operatur: (48)

Indirizz tal-Operatur: (49)

Telefon: (50)

Fax

Email:

Mudell tal-inġenju tal-ajru u marki ta' reġistrazzjoni: (51)

Operazzjoni Speċjalizzata Awtorizzata: (52)

Żona awtorizzata jew sit tal-operat: (53)

Limitazzjonijiet speċjali: (54)

Dan sabiex jiġi kkonfermat li … hu/hi awtorizzat(a) j/twettaq operazzjoni(jiet) kummerċjali speċjalizzata/i ta' riskju għoli skont din l-awtorizzazzjoni, il-Proċeduri Operattivi Standard tal-operatur, l-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.

Data tal-ħruġ (55):

Isem u firma (56):

Titolu:

FORMOLA 151 tal-EASA, Ħarġa 2

;

(n)

L-Appendiċijiet V u VI huma mħassra;

(3)

L-Anness III (il-Parti-ORO) huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt ORO.GEN.110, il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(h)

L-operatur għandu jistabbilixxi lista ta' kontroll għal kull tip ta' inġenju tal-ajru li l-membri tal-ekwipaġġ għandhom jużaw, għall-fażijiet kollha tat-titjira f'kundizzjonijiet normali, anormali u ta' emerġenza, sabiex ikun żgurat li l-proċeduri operattivi mogħtija fil-manwal tal-operat jiġu segwiti. Id-disinn u l-użu tal-listi ta' kontroll għandhom iħarsu l-prinċipji tal-fatturi umani u għandhom iqisu l-aktar dokumentazzjoni riċenti rilevanti mogħtija mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn.”;

(b)

fil-punt ORO.GEN.135, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

Iċ-ċertifikat tal-operatur għandu jibqa' validu soġġett għal dan kollu li ġej:

(1)

l-operatur jibqa' konformi mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet marbuta mat-trattament tas-sejbiet kif speċifikat fil-punt ORO.GEN.150 ta' dan l-Anness;

(2)

l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-operatur kif definit fil-punt ORO.GEN.140 ta' dan l-Anness sabiex tiddetermina l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu;

(3)

iċ-ċertifikat ma jiġix irtirat jew irrevokat.”;

(c)

fil-punt ORO.GEN.140, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

Sabiex tiġi ddeterminata l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, l-operatur għandu jagħti aċċess, fi kwalunkwe ħin, għal kwalunkwe faċilità, inġenju tal-ajru, dokument, rekords, data, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor li huwa rilevanti għall-attività tiegħu li hija suġġetta għal ċertifikazzjoni, awtorizzazzjoni SPO jew dikjarazzjoni, kemm jekk din hija mogħtija b'kuntratt kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna awtorizzata minn waħda mill-awtoritajiet li ġejjin:

(1)

l-awtorità kompetenti ddefinita fil-punt ORO.GEN.105 tal-Anness III ta' dan ir-Regolament;

(2)

l-awtorità li taġixxi skont id-dispożizzjonijiet tal-punti ARO.GEN.300(d), ARO.GEN.300(e) jew is-Subparti RAMP tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.”;

(d)

il-punt ORO.GEN.160 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

L-operatur għandu jirrapporta lill-awtorità kompetenti u lil kwalunkwe organizzazzjoni oħra li l-Istat tal-operatur jeżiġi li għandha tkun infurmata dwar kwalunkwe aċċident, inċident serju u okkorrenza kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8) u fir-Regolament (UE) Nru 376/2014.

(*8)  Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35).”;"

(ii)

il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 996/2010, u r-Regolament (UE) Nru 376/2014, ir-rapporti msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom isiru f'forma u f'mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti, u għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha pertinenti dwar il-kundizzjonijiet magħrufa mill-operatur.”;

(e)

fil-punt ORO.GEN.205, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

Meta jagħti b'sottokuntratt jew jixtri kwalunkwe servizz jew prodott bħala parti mill-attivitajiet tiegħu, l-operatur għandu jiżgura dan kollu li ġej:

(1)

li s-servizzi jew il-prodotti sottokuntrattati jew mixtrija ikunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli;

(2)

li kwalunkwe periklu għas-sikurezza tal-avjazzjoni assoċjat ma' servizzi jew prodotti sottokuntrattati jew mixtrija jitqies mis-sistema ta' ġestjoni tal-operatur.”;

(f)

Fis-Subparti GEN, tiżdied it-Taqsima 3 li ġejja:

Taqsima 3

Rekwiżiti organizzazzjonali addizzjonali

ORO.GEN.310   Użu ta' inġenji tal-ajru elenkati f'AOC għal operazzjonijiet mhux kummerċjali u operazzjonijiet speċjalizzati

(a)

Inġenji tal-ajru elenkati fl-AOC ta' operatur jistgħu jibqgħu fuq l-AOC jekk dawn ikunu operat fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(1)

mid-detentur tal-AOC innifsu, għal operazzjonijiet speċjalizzati skont l-Anness VIII (il-Parti-SPO);

(2)

minn operaturi oħra, għal operazzjonijiet mhux kummerċjali b'inġenji tal-ajru li jaħdmu bil-magni jew għal operazzjonijiet speċjalizzati mwettqa skont l-Anness VI (il-Parti-NCC), l-Anness VII (il-Parti-NCO) jew l-Anness VIII (il-Parti-SPO), sakemm l-inġenju tal-ajru jintuża għal perjodu kontinwu ta' mhux aktar minn 30 jum.

(b)

Meta l-inġenju tal-ajru jintuża skont il-punt (a)(2), id-detentur tal-AOC li jipprovdi l-inġenju tal-ajru u l-operatur li juża l-inġenju tal-ajru għandhom jistabbilixxu proċedura:

(1)

li tidentifika b'mod ċar liema operatur huwa responsabbli għall-kontroll operazzjonali ta' kull titjira u li tiddeskrivi kif il-kontroll operazzjonali jiġi trasferit bejniethom;

(2)

li tiddeskrivi l-proċedura ta' handover tal-inġenju tal-ajru meta jiġi ritornat lid-detentur tal-AOC.

Dik il-proċedura għandha tiġi inkluża fil-manwal tal-operat ta' kull operatur jew fil-kuntratt ta' bejn id-detentur tal-AOC u l-operatur li juża l-inġenju tal-ajru skont il-punt (a)(2). Id-detentur tal-AOC għandu jistabbilixxi mudell ta' dan il-kuntratt. Il-punt ORO.GEN.220 għandu japplika għaż-żamma ta' rekords ta' dawk il-kuntratti.

Id-detentur tal-AOC u l-operatur li juża l-inġenju tal-ajru skont il-punt (a)(2) għandhom jiżguraw li l-proċedura tiġi kkomunikata lill-persunal rilevanti.

(c)

Id-detentur tal-AOC għandu jippreżenta l-proċedura msemmija fil-punt (b) lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni minn qabel.

Id-detentur tal-AOC għandu jaqbel mal-awtorità kompetenti dwar il-mezzi u dwar il-frekwenza li bihom huwa jipprovdilha l-informazzjoni dwar it-trasferimenti tal-kontroll operazzjonali skont il-punt ORO.GEN.130(c).

(d)

Il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru użat skont il-punt (a) għandha tkun immaniġġjata mill-organizzazzjoni responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru inklużi fl-AOC, skont ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

(e)

Id-detentur tal-AOC li jipprovdi l-inġenju tal-ajru skont il-punt (a) għandu:

(1)

jindika fil-manwal tal-operat tiegħu l-marki tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru pprovdut u t-tip ta' operazzjonijiet imwettqa ma' dak l-inġenji tal-ajru;

(2)

jibqa' infurmat f'kull ħin u jżomm rekord ta' kull operatur li jkollu l-kontroll operazzjonali tal-inġenju tal-ajru f'kull ħin sakemm l-inġenju tal-ajru jiġi ritornat lid-detentur tal-AOC;

(3)

jiżgura li l-identifikazzjoni tal-periklu, il-valutazzjoni tar-riskju u l-miżuri ta' mitigazzjoni tiegħu jindirizzaw l-operazzjonijiet kollha mwettqa ma' dak l-inġenju tal-ajru.

(f)

Għall-operazzjonijiet skont l-Anness VI (il-Parti-NCC) u l-Anness VIII (il-Parti-SPO), l-operatur li juża l-inġenju tal-ajru skont il-punt (a) għandu jiżgura dan kollu li ġej:

(1)

li kull titjira mwettqa taħt il-kontroll operazzjonali tiegħu tkun irreġistrata fis-sistema tar-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru;

(2)

li ma jsir l-ebda tibdil fis-sistemi jew fil-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(3)

li kwalunkwe difett jew ħsara teknika li jseħħu waqt li l-inġenju tal-ajru jkun taħt il-kontroll operazzjonali tiegħu jiġu rrappurtati lill-CAMO tad-detentur tal-AOC;

(4)

li d-detentur tal-AOC jirċievi kopja ta' kwalunkwe rapport ta' okkorrenzi relatat mat-titjiriet imwettqa bl-inġenju tal-ajru, mimli skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1018 (*9).

(*9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1018 tad-29 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi lista ta' klassifikazzjoni tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li għandhom jiġu rapportati b'mod mandatorju skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 30.6.2015, p. 1).”;"

(g)

fil-punt ORO.AOC.110, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Kiri ta' inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ mingħand ħaddieħor

(c)

L-applikant għall-approvazzjoni tal-kiri ta' inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ mingħand operatur minn pajjiż terz għandu juri lill-awtorità kompetenti dan kollu li ġej:

(1)

li l-operatur minn pajjiż terz għandu AOC validu, maħruġ skont l-Anness 6 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;

(2)

li l-istandards tas-sikurezza tal-operatur minn pajjiż terz fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà kontinwa u l-operazzjonijiet tal-ajru huma ekwivalenti għar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 u minn dan ir-Regolament;

(3)

li l-inġenju tal-ajru għandu CofA standard, maħruġ skont l-Anness 8 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.”;

(h)

il-punt ORO.AOC.125 huwa sostitwit b'dan li ġej:

ORO.AOC.125   Operazzjonijiet mhux kummerċjali ta' detentur ta' AOC b'inġenju tal-ajru elenkat fl-AOC tiegħu

(a)

Id-detentur tal-AOC jista' jwettaq operazzjonijiet mhux kummerċjali skont l-Anness VI (il-Parti-NCC) jew l-Anness VII (il-Parti-NCO) b'inġenji tal-ajru elenkati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet tal-AOC tiegħu jew fil-manwal tal-operat tiegħu, diment li d-detentur tal-AOC jiddeskrivi dawn l-operazzjonijiet fid-dettall fil-manwal tal-operat, inkluż dan li ġej:

(1)

identifikazzjoni tar-rekwiżiti applikabbli;

(2)

deskrizzjoni ta' kwalunkwe differenzi bejn il-proċeduri operattivi użati fit-twettiq tal-operazzjonijiet CAT u tal-operazzjonijiet mhux kummerċjali;

(3)

mezz biex ikun żgurat li l-persunal kollu involut fl-operazzjonijiet ikun kompletament familjari mal-proċeduri assoċjati magħhom.

(b)

Id-detentur ta' AOC għandi jkun konformi ma':

(1)

L-Anness VIII (il-Parti-SPO) meta jkun qed iwettaq titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni b'inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni;

(2)

L-Anness VII (il-Parti-NCO) meta jkun qed iwettaq titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni b'inġenji tal-ajru oħra li mhumiex inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni.

(c)

Id-detentur ta' AOC li jwettaq l-operazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) ma għandux l-obbligu li jippreżenta dikjarazzjoni skont dan l-Anness.

(d)

Id-detentur ta' AOC għandu jispeċifika t-tip ta' titjira, kif elenkat fil-manwal tal-operat tiegħu, fid-dokumenti relatati mat-titjir (il-pjan operattiv tat-titjira, l-iskeda tat-tagħbija u dokumenti oħra ekwivalenti).”;

(i)

fil-punt ORO.AOC.135, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

Skont il-punt ORO.GEN.210(b), l-operatur għandu jaħtar il-persuni li jkunu responsabbli għall-ġestjoni u s-supervizzjoni tal-oqsma li ġejjin:

(1)

l-operazzjonijiet tat-titjir;

(2)

it-taħriġ ta' membri tal-ekwipaġġ;

(3)

l-operazzjonijiet ta' fuq l-art;

(4)

il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jew il-kuntratt għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, skont il-każ.”;

(j)

fil-punt ORO.SPO.100, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

Operatur kummerċjali speċjalizzat għandu jikseb l-approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti u jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

għall-kiri ta' inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ mingħand operatur minn pajjiż terz bl-ekwipaġġ:

(i)

li l-istandards tas-sikurezza ta' operatur minn pajjiż terz fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà kontinwa u l-operazzjonijiet tal-ajru huma ekwivalenti għar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 (*10) u minn dan ir-Regolament;

(ii)

li l-inġenju tal-ajru tal-operatur minn pajjiż terz għandu CofA standard, maħruġ skont l-Anness 8 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;

(iii)

li t-tul ta' żmien tal-kirja bl-ekwipaġġ ma jaqbiżx is-seba' xhur fi kwalunkwe perjodu ta' 12-il xahar konsekuttivi;

(2)

għall-kiri ta' inġenju tal-ajru mingħajr ekwipaġġ ta' inġenju tal-ajru minn pajjiż:

(i)

li tkun ġiet identifikata ħtieġa operazzjonali li ma tistax tiġi ssodisfata permezz ta' kiri ta' inġenju tal-ajru rreġistrat fl-Unjoni;

(ii)

li t-tul ta' żmien tal-kirja mingħajr ekwipaġġ ma jaqbiżx is-seba' xhur fi kwalunkwe perjodu ta' 12-il xahar konsekuttivi;

(iii)

li l-istandards tas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru minn pajjiż terz fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà kontinwa huma ekwivalenti għar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1321/2014;

(iv)

li l-inġenju tal-ajru huwa mgħammar skont l-Anness VIII (il-Parti SPO).

(*10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).”;"

(k)

il-punt ORO.CC.100 huwa sostitwit b'dan li ġej:

ORO.CC.100   Numru u kompożizzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina

(a)

Għall-operazzjonijiet ta' inġenju tal-ajru li jkollu MOPSC ta' iktar minn 19-il sit, meta dan ikun qed iġorr passiġġier wieħed jew aktar, għandu jiġi assenjat mill-inqas membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina.

(b)

Għall-iskop tal-konformità mal-punt (a), l-għadd minimu ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina għandu jkun l-akbar għadd minn fost dawn li ġejjin:

(1)

l-għadd ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina stabbilit matul il-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli, għall-konfigurazzjoni tal-kabina tal-inġenju tal-ajru li l-operatur juża;

(2)

jekk l-għadd imsemmi fil-punt (1) ma jkunx ġie stabbilit, l-għadd ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina stabbilit matul il-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru għall-konfigurazzjoni massima ċċertifikata ta' sits tal-passiġġieri, imnaqqas b'wieħed (1) għal kull numru sħiħ ta' sits tal-passiġġieri tal-konfigurazzjoni tal-kabina tal-inġenju tal-ajru li l-operatur juża li jidħol bl-eżatt f'50 u li jkun inqas mill-kapaċità massima ċċertifikata ta' sits tal-passiġġieri;

(3)

membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina għal kull 50 sit tal-passiġġier, jew frazzjoni ta' 50, installati fl-istess kabina tal-inġenju tal-ajru li għandu jitħaddem.

(c)

Għall-operazzjonijiet li jkollhom aktar minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina, l-operatur għandu jaħtar membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina li jagħti rendikont lill-bdot fil-kmand jew lill-kmandant.

(d)

B'deroga mill-punt (a), l-operazzjonijiet mhux kummerċjali b'inġenju tal-ajru li jkollu MOPSC ta' iktar minn 19 jistgħu jitwettqu mingħajr membru operattiv tal-ekwipaġġ tal-kabina, soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti. Biex jikseb l-approvazzjoni, l-operatur għandu jiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

ikun hemm massimu ta' 19-il passiġġier abbord;

(2)

l-operatur ikun żviluppa proċeduri għal dik l-operazzjoni.”

(l)

il-punt ORO.CC.205 huwa sostitwit b'dan li ġej:

ORO.CC.205   Tnaqqis tal-għadd ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina waqt l-operazzjonijiet ta' fuq l-art u f'ċirkostanzi mhux mistennija

(a)

Kull meta l-passiġġieri jkunu abbord inġenju tal-ajru, l-għadd minimu ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġ skont il-punt ORO.CC.100 għandu jkun preżenti fl-inġenju tal-ajru u għandu jkun lest biex jaġixxi.

(b)

B'deroga mill-punt (a), l-għadd minimu ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina jista' jitnaqqas fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(1)

waqt l-operazzjonijiet normali ta' fuq l-art li ma jinvolvux l-għoti ta' fjuwil mill-ġdid lill-inġenju tal-ajru jew it-tneħħija tal-fjuwil minnu, meta l-inġenju tal-ajru jkun jinsab fl-istazzjon tal-parkeġġ tiegħu;

(2)

f'ċirkustanzi mhux mistennija f'każ li jitnaqqas l-għadd ta' passiġġieri li se jinġarru fuq dik it-titjira. F'dan il-każ għandu jiġi ppreżentat rapport lill-awtorità kompetenti wara li tintemm it-titjira;

(3)

għall-fini ta' mistrieħ waqt it-titjira fil-fażi tal-cruising, jew skont il-punt ORO.FTL.205(e) jew bħala mitigazzjoni tal-għeja implimentata mill-operatur.

(c)

Għall-finijiet tal-punti (b)(1) u (b)(2), il-proċeduri tal-operatur tal-manwal tal-operat għandhom jiżguraw li:

(1)

jintlaħaq livell ekwivalenti ta' sikurezza bl-għadd imnaqqas ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina, b'mod partikolari għall-evakwazzjoni tal-passiġġieri;

(2)

minkejja l-għadd imnaqqas ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina, ikun hemm preżenti membru għoli tal-ekwipaġġ tal-kabina skont il-punt ORO.CC.200;

(3)

tal-inqas membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina hu meħtieġ għal kull 50 passiġġier, jew frazzjoni ta' 50, li jkunu preżenti fl-istess kabina tal-inġenju tal-ajru;

(4)

fil-każ ta' operazzjonijiet normali ta' fuq l-art, b'inġenji tal-ajru li jeħtieġu iktar minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina, l-għadd stabbilit skont il-punt (3) għandu jiżdied b'membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina għal kull par ta' ħruġ ta' emerġenza fil-livell tal-art.

(d)

Għall-finijiet tal-punt (b)(3), l-operatur għandu:

(1)

iwettaq valutazzjoni tar-riskju biex jiddetermina l-għadd ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina li jridu jkunu preżenti u lesti li jaġixxu l-ħin kollu waqt il-fażi tal-cruising;

(2)

jidentifika miżuri biex jittaffew l-effetti li jkun hemm għadd iżgħar ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina preżenti u lesti biex jaġixxu waqt il-fażi tal-cruising;

(3)

jistabbilixxi proċeduri speċifiċi fil-manwal tal-operat, inkluż għall-mistrieħ tal-membru għoli tal-ekwipaġġ tal-kabina waqt it-titjira, li jiżguraw li f'kull ħin ikun hemm l-immaniġġjar xieraq tal-passiġġieri u l-ġestjoni effiċjenti ta' kwalunkwe sitwazzjoni anormali jew ta' emerġenza;

(4)

jispeċifika, fl-iskema tal-ispeċifikazzjoni tal-ħin tat-titjira, f'konformità mal-punt ORO.FTL.125, il-kundizzjonijiet li taħthom il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina jistgħu jieħdu l-mistrieħ tagħhom waqt it-titjira.”;

(m)

L-Appendiċi I huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Appendiċi I

DIKJARAZZJONI

skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 dwar l-operazzjonijiet bl-ajru

Operatur

Isem:

Il-post li fih l-operatur ikollu s-sede prinċipali tiegħu jew, jekk l-operatur ma jkollu ebda sede prinċipali, il-post li fih l-operatur huwa stabbilit jew jirrisjedi u l-post li minnu jiġu diretti l-operazzjonijiet:

Isem u dettalji ta' kuntatt tal-maniġer responsabbli:

Operazzjoni tal-inġenju tal-ajru

Data tal-bidu tal-operazzjoni jew data tal-applikabbiltà tal-bidla:

Informazzjoni dwar l-inġenju tal-ajru, l-operat u l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa (57):

MSN tal-inġenju tal-ajru

Tip ta' inġenju tal-ajru

Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru (58)

Bażi ewlenija

Tip(i) ta' operazzjoni (59)

Organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa (60)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Fejn applikabbli, dettalji tal-approvazzjonijiet fil-pussess (mad-dikjarazzjoni ehmeż lista ta' approvazzjonijiet speċifiċi, inklużi approvazzjonijiet speċifiċi mogħtija minn pajjiż terz, jekk applikabbli).

Fejn applikabbli, dettalji tal-awtorizzazzjoni ta' operazzjonijiet speċjalizzati fil-pussess (ehmeż l-awtorizzazzjonijiet, jekk applikabbli).

Fejn applikabbli, lista ta' mezzi ta' konformità alternattivi b'referenzi għall-AMCs assoċjati li huma jissostitwixxu (ehmeż l-AltMoC).

Stqarrijiet

☐ L-operatur jikkonforma, u se jkompli jikkonforma, mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

☐ Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni, inkluż il-manwal tal-operat, hija konformi mar-rekwiżiti tal-Anness III (il-Parti-ORO), tal-Anness V (il-Parti-SPA), tal-Anness VI (il-Parti-NCC), jew tal-Anness VIII (il-Parti-SPO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 u t-titjiriet kollha se jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet tal-manwal tal-operat kif meħtieġ mill-punt ORO.GEN.110(b) tal-Anness III ta' dak ir-Regolament.

☐ L-inġenji tal-ajru kollha li jitħaddmu għandhom ċertifikat validu tal-ajrunavigabbiltà skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 jew jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ajrunavigabbiltà applikabbli għall-inġenji tal-ajru rreġistrati f'pajjiż terz u soġġetti għal ftehim ta' kiri.

☐ Il-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom liċenzja skont l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 kif meħtieġ skont il-punt ORO.FC.100(c) tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 u l-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina, fejn applikabbli, huma mħarrġa skont is-Subparti CC tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

☐ (Jekk applikabbli)

L-operatur implimenta u wera l-konformità ma' standard tal-industrija rikonoxxut.

Referenza tal-istandard:

Korp taċ-ċertifikazzjoni:

Data tal-aħħar approvazzjoni tal-konformità:

☐ L-operatur irid jinnotifika lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi li taffettwa l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 kif iddikjarat lill-awtorità kompetenti permezz ta' din id-dikjarazzjoni u bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni u fil-listi tal-AltMoC inklużi fi u annessi ma' din id-dikjarazzjoni, kif meħtieġ mill-punt ORO.GEN.120(a) tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

☐ L-operatur jikkonferma li l-informazzjoni żvelata f'din id-dikjarazzjoni hija korretta.

Data, isem u firma tal-maniġer responsabbli

;

(4)

L-Anness IV (il-Parti-CAT) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt CAT.GEN.MPA.105 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

il-punti (12) u (13) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(12)

jiżgura li l-ispezzjoni ta' qabel it-titjira twettqet skont ir-rekwiżiti tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014;

(13)

ikun issodisfat li t-tagħmir ta' emerġenza rilevanti għadu faċilment aċċessibbli biex jintuża minnufih;”;

jiżdied il-punt (14) li ġej:

“(14)

jirrekordja, fit-tmiem tat-titjira, id-data dwar l-utilizzazzjoni u d-difetti kollha magħrufa jew suspettati tal-inġenju tal-ajru fir-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru jew fir-reġistru tal-vjaġġ tal-inġenju tal-ajru biex tiġi żgurata s-sikurezza kontinwa tat-titjira.”;

(ii)

jiddaħħal il-punt (e) li ġej:

“(e)

Il-kmandant għandu, malajr kemm jista' jkun, jirrapporta lill-unità xierqa tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS) dwar kwalunkwe kundizzjoni perikoluża tat-temp jew tat-titjira li magħha huwa ltaqa' u li x'aktarx taffettwa s-sikurezza ta' inġenji tal-ajru oħrajn.”;

(b)

il-punt CAT.GEN.MPA.150 huwa sostitwit b'dan li ġej:

CAT.GEN.MPA.150   Inżul ta' emerġenza — l-ajruplani

L-operatur għandu jħaddem ajruplan b'konfigurazzjoni ta' sits tal-passiġġieri ta' iktar minn 30 sit f'titjiriet fuq l-ilma, f'distanza mill-art li tkun xierqa gћal inżul ta' emerġenza, li tkun ta' iktar minn dik magħmula f'120 minuta b'veloċità regolari, jew ta' iktar minn 400 mil nawtiku, skont liema minn dawn ikun l-inqas, biss jekk l-ajruplan ikun konformi mad-dispożizzjonijiet għall-inżul ta' emerġenza preskritti fl-ispeċifikazzjoni(jiet) ta' ċertifikazzjoni applikabbli.”;

(c)

fil-punt CAT.GEN.MPA.180(a), il-punt (10) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(10)

ir-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru skont l-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014;”;

(d)

il-punt CAT.GEN.MPA.210 huwa sostitwit b'dan li ġej:

CAT.GEN.MPA.210   Fejn ikun jinsab l-inġenju tal-ajru f'diffikultà — Ajruplani

L-ajruplani li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b'mezzi awtomatiċi u robusti biex, wara li b'inċident l-ajruplan ikun ġarrab ħsara konsiderevoli, jiddeterminaw il-punt eżatt fejn tkun intemmet it-titjira:

(1)

l-ajruplani kollha b'MCTOM ta' iktar minn 27 000 kg, b'MOPSC ta' iktar minn 19 u li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fl-1 ta' Jannar 2023 jew wara;

(2)

l-ajruplani kollha b'MCTOM ta' aktar minn 45 500 kg u li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fl-1 ta' Jannar 2023 jew wara.”;

(e)

fil-punt CAT.OP.MPA.170, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

jingћataw karta bl-informazzjoni dwar is-sikurezza, li fuqha jkun hemm struzzjonijiet mogħtija f'forma ta' stampi, li jindikaw kif għandhom jitħaddmu t-tagћmir ta' sikurezza u emerġenza u l-ћruġ ta' emerġenza li x'aktarx jintużaw mill-passiġġieri.”;

(f)

il-punt CAT.OP.MPA.320 huwa sostitwit b'dan li ġej:

CAT.OP.MPA.320   Kategoriji ta' ajruplani

(a)

Il-kategoriji ta' ajruplani għandhom ikunu bbażati fuq il-veloċità tal-ajru indikata fil-limitu (VAT), li tkun hija ugwali għall-veloċità ta' meta l-magna tieqaf taћdem (VSO) immultiplikata b'1.3 jew għall-veloċità ta' waqfien g-wieħed (il-gravità) (VS1 g) immultiplikata b'1.23 fil-konfigurazzjoni tal-inżul bil-massa massima ċċertifikata waqt l-inżul. Jekk VSO u VS1 g ikunu t-tnejn disponibbli, għandha tintuża l-ogħla VAT riżultanti.

(b)

Għandhom jintużaw il-kategoriji tal-ajruplani li huma speċifikati fit-tabella ta' hawn taħt.

Tabella 1: Kategoriji ta' ajruplani li jikkorrispondu għall-valuri ta' VAT

Kategorija tal-ajruplan

VAT

A

Inqas minn 91 kt

B

Minn 91 sa 120 kt

C

Minn 121 sa 140 kt

D

Minn 141 sa 165 kt

E

Minn 166 sa 210 kt

(c)

Il-konfigurazzjoni tal-inżul li għandha titqies għandha tkun speċifikata fil-manwal tal-operat.

(d)

L-operatur jista' japplika massa tal-inżul iktar baxxa biex jistabbilixxi l-VAT, jekk dan ikun approvat mill-awtorità kompetenti. Din il-massa tal-inżul iktar baxxa għandha tkun valur permanenti u għandha tkun indipendenti mill-kundizzjonijiet li jinbidlu tal-operazzjonijiet ta' kuljum.”;

(g)

fil-punt CAT.IDE.A.100, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

Strumenti u tagħmir mhux meħtieġa skont dan l-Anness (il-Parti-CAT) kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont dan ir-Regolament, iżda li qed jinġarr fuq titjira, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(1)

l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti, tagħmir jew aċċessorji ma għandhiex tintuża mill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew il-punti CAT.IDE.A.330, CAT.IDE.A.335, CAT.IDE.A.340 u CAT.IDE.A.345 ta' dan l-Anness;

(2)

l-istrumenti u t-tagħmir ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ajruplan, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.”;

(h)

fil-punt CAT.IDE.A.105, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

l-operatur ikun approvat mill-awtorità kompetenti biex jopera l-ajruplan fil-limiti tal-lista tat-tagħmir minimu ta' referenza (‘MMEL’) skont il-punt ORO.MLR.105(j) tal-Anness III.”;

(i)

il-punt CAT.IDE.A.125 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a)(1), il-punt (iii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(iii)

l-altitudni barometrika;”;

(ii)

fil-punt (b), il-punt (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(1)

l-altitudni barometrika;”;

(j)

il-punt CAT.IDE.A.130 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

b'żewġ mezzi għall-kejl u l-wiri tal-altitudni barometrika.”;

(ii)

fil-punt (h), il-punt (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(1)

l-altitudni barometrika;”;

(k)

il-punt CAT.IDE.A.205 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3)

ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta' trażżin għan-naħa ta' fuq tat-torso f'kull sit tal-passiġġieri u ċinturini tas-sikurezza f'kull post fil-każ ta' ajruplani li jkollhom MCTOM ta' 5 700 kilogramma jew inqas u MOPSC ta' disgħa jew inqas, wara li jkun inħarġilhom CofA għall-ewwel darba fit-8 ta' April 2015 jew wara dik id-data;”;

(ii)

fil-punt (b), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3)

fuq is-sits tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u fuq kwalunkwe sit li jkun ħdejn sit ta' bdot, kwalunkwe wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin:

(i)

żewġ ċineg tal-ispalel u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti;

(ii)

ċinga tal-ispalel dijagonali u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti għall-ajruplani li ġejjin:

(A)

l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta' 5 700 kg jew inqas u MOPSC ta' disgħa jew inqas, u li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-inżul ta' emerġenza ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli;

(B)

l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta' 5 700 kg jew inqas u MOPSC ta' disgħa jew inqas, u li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-inżul ta' emerġenza ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli u li jkollhom CofA maħruġ għall-ewwel darba qabel it-28 ta' Ottubru 2014;

(C)

ajruplani ċċertifikati f'konformità ma' CS-VLA jew ekwivalenti u CS-LSA jew ekwivalenti.”;

(l)

fil-punt CAT.IDE.A.245, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b'PBE portabbli addizzjonali, li jkun installat ħdejn iċ-ċilindru jew il-pompa tal-idejn għat-tifi tan-nar imsemmija fil-punti CAT.IDE.A.250 b) u (c), jew ħdejn id-daħla tal-kompartiment tal-merkanzija, f'każ li ċ-ċilindru jew il-pompa tal-idejn għat-tifi tan-nar ikunu installati fil-kompartiment tal-merkanzija.”;

(m)

fil-punt CAT.IDE.A.275, il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(c)

Għall-ajruplani li jkollhom MOPSC ta' 19-il sit jew inqas u li jkollhom ċertifikat tat-tip abbażi tal-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni tal-Aġenzija, is-sistema ta' dawl tal-emerġenza msemmija fil-punt (a) għandha tinkludi t-tagħmir imsemmi fil-punti (1), (2) u (3) tal-punt (b).

(d)

Għall-ajruplani li jkollhom MOPSC ta' 19-il sit jew inqas u li mhumiex ċertifikati abbażi tal-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni tal-Aġenzija, is-sistema ta' dawl tal-emerġenza msemmija fil-punt (a) għandha tinkludi t-tagħmir imsemmi fil-punt (b)(1).”;

(n)

fil-punt CAT.IDE.A.285, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

L-idroplani li jitħaddmu fuq l-ilma għandhom ikunu mgħammra b'dan li ġej:

(1)

ankra tal-wiċċ u tagħmir ieħor meħtieġ sabiex jiffaċilita l-irmiġġ, l-ankrar jew l-immanuvrar tal-idroplan fuq l-ilma, li jkunu adattati għad-daqs, il-massa u l-karatteristiċi tal-immaniġġjar tiegħu;

(2)

tagħmir biex jagħmel is-sinjali tal-ħoss kif preskritt fl-International Regulations for Preventing Collisions at Sea (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħabtiet Fil-Baħar), fejn dan ikun applikabbli.”;

(o)

fil-punt CAT.IDE.A.345, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

Minkejja l-punt (b), l-ajruplani li jitħaddmu għal operazzjonijiet fuq distanza qasira fl-ispazju tal-ajru fil-livell għoli tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NAT HLA) u li ma jaqsmux l-Atlantiku tat-Tramuntana għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b'sistema waħda għall-komunikazzjoni fuq distanza twila, f'każ li jkunu ppubblikati proċeduri alternattivi għall-komunikazzjoni għall-ispazju tal-ajru kkonċernat.”;

(p)

il-punt CAT.IDE.H.100 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli, għajr għall-oġġetti li ġejjin:

(1)

dwal portabbli indipendenti;

(2)

arloġġ preċiż;

(3)

il-kontenitur tal-mapep;

(4)

il-kaxxa għall-ewwel għajnuna;

(5)

il-megafoni;

(6)

it-tagħmir tas-sopravivenza u tas-sinjalar;

(7)

l-ankri tal-wiċċ u t-tagħmir għall-irmiġġ;

(8)

it-tagħmir ta' trażżin għat-tfal.”;

(ii)

il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

Strumenti u tagħmir mhux meħtieġa skont dan l-Anness (il-Parti-CAT) kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont dan ir-Regolament, iżda li qed jinġarr fuq titjira, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(1)

l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti, tagħmir jew aċċessorji ma għandhiex tintuża mill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew il-punti CAT.IDE.H.330, CAT.IDE.H.335, CAT.IDE.H.340 u CAT.IDE.H.345 ta' dan l-Anness;

(2)

l-istrumenti u t-tagħmir ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ħelikopter, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.”;

(q)

fil-punt CAT.IDE.H.105, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

l-operatur ikun approvat mill-awtorità kompetenti biex jopera l-ħelikopter fil-limiti tal-MMEL skont il-punt ORO.MLR.105(j) tal-Anness III.”;

(r)

il-punt CAT.IDE.H.125 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a)(1), il-punt (iii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(iii)

l-altitudni barometrika;”;

(ii)

fil-punt (b), il-punt (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(1)

l-altitudni barometrika;”;

(s)

il-punt CAT.IDE.H.130 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

b'żewġ mezzi għall-kejl u l-wiri tal-altitudni barometrika. Għall-operazzjonijiet bi bdot wieħed imwettqin skont il-VFR billejl, altimetru wieħed tal-pressjoni wieħed jista' jinbidel b'altimetru bir-radju.”;

(ii)

fil-punt (h), il-punt (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(1)

l-altitudni barometrika;”;

(t)

fil-punt CAT.IDE.H.315, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

ankra tal-wiċċ u tagħmir ieħor meħtieġ sabiex jiffaċilita l-irmiġġ, l-ankrar jew l-immanuvrar tal-ħelikopter fuq l-ilma, li jkunu adattati għad-daqs, il-massa u l-karatteristiċi tal-immaniġġjar tiegħu; u”;

(u)

il-punt CAT.IDE.H.320 huwa sostitwit b'dan li ġej:

CAT.IDE.H.320   Il-ħelikopters kollha li jkunu qed iwettqu titjiriet fuq l-ilma — inżul ta' emerġenza

(a)

Il-ħelikopters għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jkunu jistgħu jinżlu fuq l-ilma jew ikunu ċċertifikati biex iwettqu nżul ta' emerġenza skont l-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni rilevanti meta jitħaddmu fil-kategorija tal-prestazzjoni 1 jew 2 għal titjira fuq l-ilma f'ambjent ostili f'distanza li tkun tikkorrispondi għal iktar minn 10 minuti ta' titjir b'veloċità regolari normali 'l bogħod mill-art.

(b)

Il-ħelikopters għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jkunu jistgħu jinżlu fuq l-ilma jew ikunu ċċertifikati biex iwettqu nżul ta' emerġenza skont l-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni rilevanti jew ikunu mgħammra b'tagħmir ta' emerġenza li jżomm f'wiċċ l-ilma, meta jitħaddmu:

(1)

fil-kategorija tal-prestazzjoni 1 jew 2 f'titjira fuq l-ilma f'ambjent mhux ostili f'distanza li tkun tikkorrispondi għal iktar minn 10 minuti ta' titjir b'veloċità regolari normali 'l bogħod mill-art;

(2)

fil-kategorija tal-prestazzjoni 2 meta jkunu qed jitilgħu minn, jew jinżlu fuq l-ilma, ħlief fil-każ ta' operazzjonijiet ta' servizzi mediċi ta' emerġenza bil-ħelikopter (‘HEMS’) li fihom, biex jitnaqqas kemm jista' jkun l-esponiment, l-inżul jew it-tlugħ f'sit tal-operat tal-HEMS li jkun jinsab f'ambjent ikkonġestjonat jitwettaq fuq l-ilma;

(3)

fil-kategorija tal-prestazzjoni 3 f'titjira fuq l-ilma f'distanza li tkun tmur lil hinn mid-distanza ta' nżul ta' emerġenza sikur fuq l-art.”;

(5)

L-Anness V (il-Parti-SPA) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt SPA.GEN.100 huwa sostitwit b'dan li ġej:

SPA.GEN.100   Awtorità kompetenti

(a)

L-awtorità kompetenti għall-ħruġ ta' approvazzjoni speċifika għandha tkun:

(1)

għall-operatur kummerċjali, l-awtorità tal-Istat Membru li fih l-operatur ikollu s-sede prinċipali tiegħu;

(2)

għall-operatur mhux kummerċjali, l-awtorità tal-Istat Membru li fih l-operatur ikollu s-sede prinċipali tiegħu, huwa stabbilit jew jirrisjedi.

(b)

Minkejja l-punt (a)(2), għall-operatur mhux kummerċjali li juża inġenji tal-ajru rreġistrati f'pajjiż terz, ir-rekwiżiti applikabbli skont dan l-Anness għall-approvazzjoni tal-operazzjonijiet li ġejjin ma għandhomx japplikaw jekk dawk l-approvazzjonijiet ikunu maħruġa minn Stat tar-Reġistrazzjoni ta' pajjiż terz:

(1)

navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN);

(2)

speċifikazzjonijiet minimi tal-prestazzjoni operattiva (MNPS);

(3)

spazju tal-ajru b'valuri minimi ta' separazzjoni vertikali mnaqqsa (RVSM);

(4)

operazzjonijiet f'viżibilità baxxa (LVO).”;

(b)

fil-punt SPA.DG.110, il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(e)

jiżgura li tinżamm kopja fuq l-art tal-informazzjoni mogħtija lill-bdot fil-kmand jew lill-kmandant u li l-uffiċjal tal-operazzjonijiet tat-titjir, id-dispatcher tat-titjira, jew il-persunal maħtur ta' fuq l-art responsabbli għall-parti tiegħu tal-operazzjonijiet ta' titjir ikunu jistgħu jaċċessaw faċilment din il-kopja, jew l-informazzjoni li jkun fiha, sa ma tintemm it-titjira li għaliha tirreferi l-informazzjoni;”;

(c)

fil-punt SPA.NVIS.110, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

Altimetru bir-radju. Il-ħelikopter għandu jkun mgħammar b'altimetru bir-radju li jista' jagħmel ħoss ta' twissija taħt għoli stabbilit minn qabel u ħoss ta' twissija kif ukoll twissija viżwali f'għoli li jista' jintgħażel mill-bdot, li jkunu jintgħarfu mill-ewwel waqt il-fażijiet kollha ta' titjira bin-NVIS.”;

(d)

il-punt SPA.HHO.110 huwa sostitwit b'dan li ġej:

SPA.HHO.110   Rekwiżiti tat-tagħmir għall-HHO

(a)

L-installazzjoni tat-tagħmir kollu tal-irfigħ bil-ħelikopter għajr PCDS sempliċi, inkluż kwalunkwe tagħmir bir-radju sabiex tinżamm il-konformità mal-punt SPA.HHO.115, u kwalunkwe modifika sussegwenti, għandhom ikollhom approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà li tkun xierqa għall-funzjoni ppjanata. It-tagħmir sekondarju għandu jkun iddisinjat u ttestjat għall-istandards ix-xierqa, kif meħtieġ mill-awtorità kompetenti.

(b)

L-operatur, b'kollaborazzjoni mal-manifattur, għandu jistabbilixxi struzzjonijiet ta' manutenzjoni għat-tagħmir u s-sistemi tal-HHO, li għandhom ikunu inklużi fil-programm ta' manutenzjoni tal-ħelikopter ippreparat mill-operatur, kif previst bir-Regolament (UE) Nru 1321/2014.”;

(6)

L-Anness VI (il-Parti-NCC) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt NCC.GEN.100 huwa sostitwit b'dan li ġej:

NCC.GEN.100   Awtorità kompetenti

L-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fih l-operatur għandu s-sede prinċipali tiegħu, huwa stabbilit jew jirrisjedi.”;

(b)

jiddaħħal il-punt NCC.GEN.101 li ġej:

NCC.GEN.101   Rekwiżiti addizzjonali għall-organizzazzjonijiet ta' taħriġ fit-titjir

L-organizzazzjonijiet ta' taħriġ approvati li huma meħtieġa jikkonformaw ma' dan l-Anness għandhom ukoll jikkonformaw mal-punt ORO.GEN.310 tal-Anness III, kif applikabbli.”;

(c)

fil-punt NCC.IDE.A.100, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

Strumenti u tagħmir jew aċċessorji mhux meħtieġa skont dan l-Anness kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont dan ir-Regolament, iżda li qed jinġarr fuq titjira, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(1)

l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti, tagħmir jew aċċessorji ma għandhiex tintuża mill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew il-punti NCC.IDE.A.245 u NCC.IDE.A.250 ta' dan l-Anness;

(2)

l-istrumenti u t-tagħmir ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ajruplan, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.”;

(d)

fil-punt NCC.IDE.A.105, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

l-operatur ikun approvat mill-awtorità kompetenti biex jopera l-ajruplan fil-limiti tal-lista tat-tagħmir minimu ta' referenza (‘MMEL’) skont il-punt ORO.MLR.105(j) tal-Anness III; jew”;

(e)

il-punt NCC.IDE.A.120 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3)

l-altitudni barometrika;”;

(ii)

fil-punt (c), il-punt (1) hu sostitwit b'dan li ġej:

“(1)

l-altitudni barometrika;”;

(f)

il-punt NCC.IDE.A.125 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3)

l-altitudni barometrika;”;

(ii)

fil-punt (c), il-punt (1) hu sostitwit b'dan li ġej:

“(1)

l-altitudni barometrika;”;

(iii)

il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(h)

bi provvista tal-enerġija ta' emerġenza, li tkun indipendenti mis-sistema tal-ġenerazzjoni tal-elettriku prinċipali, għall-fini tat-tħaddim u tal-illuminazzjoni ta' sistema li tindika l-attitudni għal perjodu minimu ta' 30 minuta. Il-provvista tal-enerġija ta' emerġenza għandha tkun operattiva awtomatikament wara li s-sistema tal-ġenerazzjoni tal-elettriku prinċipali tieqaf taħdem għalkollox u għandha tingħata indikazzjoni ċara fuq l-istrument jew fuq il-panel tal-istrument li l-indikatur tal-attitudni jkun qed jitħaddem bil-potenza ta' emerġenza.”;

(g)

fil-punt NCC.IDE.A.180, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

Ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta' trażżin għan-naħa ta' fuq tat-torso għandu ikollu:

(1)

ftuħ permezz ta' molla waħda;

(2)

fis-sits għall-għadd minimu ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa, żewġ ċineg tal-ispalel u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti;

(3)

fuq is-sits tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u fuq kwalunkwe sit li jkun ħdejn sit ta' bdot, kwalunkwe wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin:

(i)

żewġ ċineg tal-ispalel u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti;

(ii)

ċinga tal-ispalel dijagonali u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti għall-ajruplani li ġejjin:

(A)

l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta' 5 700 kg jew inqas u MOPSC ta' disgħa jew inqas, u li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-inżul ta' emerġenza ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli;

(B)

l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta' 5 700 kg jew inqas u MOPSC ta' disgħa jew inqas, u li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-inżul ta' emerġenza ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli u li jkollhom CofA maħruġ għall-ewwel darba qabel il-25 ta' Awwissu 2016.”;

(h)

fil-punt NCC.IDE.A.250, jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e)

L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir ta' sorveljanza skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.”;

(i)

fil-punt NCC.IDE.H.100, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

Strumenti u tagħmir jew aċċessorji mhux meħtieġa skont dan l-Anness kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont dan ir-Regolament, iżda li qed jinġarr fuq titjira, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(1)

l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti, tagħmir jew aċċessorji ma għandhiex tintuża mill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew il-punti NCC.IDE.H.245 u NCC.IDE.H.250 ta' dan l-Anness;

(2)

l-istrumenti u t-tagħmir ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ħelikopter, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.”;

(j)

fil-punt NCC.IDE.H.105, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

l-operatur ikun approvat mill-awtorità kompetenti biex jopera l-ħelikopter fil-limiti tal-lista tat-tagħmir minimu ta' referenza (‘MMEL’) skont il-punt ORO.MLR.105(j) tal-Anness III; jew”;

(k)

il-punt NCC.IDE.H.120 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3)

l-altitudni barometrika;”;

(ii)

fil-punt (c), il-punt (1) hu sostitwit b'dan li ġej:

“(1)

l-altitudni barometrika;”;

(l)

il-punt NCC.IDE.H.125 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3)

l-altitudni barometrika;”;

(ii)

fil-punt (c), il-punt (1) hu sostitwit b'dan li ġej:

“(1)

l-altitudni barometrika;”;

(m)

il-punt NCC.IDE.H.235 huwa sostitwit b'dan li ġej:

NCC.IDE.H.235   Il-ħelikopters kollha li jkunu qed iwettqu titjiriet fuq l-ilma — inżul ta' emerġenza

Il-ħelikopters għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jkunu jistgħu jinżlu fuq l-ilma jew ikunu ċċertifikati biex iwettqu nżul ta' emerġenza skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni rilevanti jew ikunu mgħammru b'apparat li jżomm f'wiċċ l-ilma meta jitħaddmu għal titjira fuq l-ilma f'ambjent ostili minn distanza 'l bogħod mill-art li tkun tikkorrispondi għal iktar minn 10 minuti ta' titjir f'veloċità regolari normali.”;

(n)

fil-punt NCC.IDE.H.250, jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e)

Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir ta' sorveljanza skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.”;

(7)

L-Anness VII (il-Parti-NCO) huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt NCO.GEN.100, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

Jekk l-inġenju tal-ajru jkun reġistrat f'pajjiż terz, l-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fih l-operatur għandu s-sede prinċipali tiegħu, huwa stabbilit jew jirrisjedi.”;

(b)

jiddaħħal il-punt NCO.GEN.104 li ġej:

NCO.GEN.104   Użu tal-inġenji tal-ajru inklużi f'AOC minn operatur tal-NCO

(a)

Operatur tal-NCO jista' juża inġenji tal-ajru differenti minn inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni elenkati fuq l-AOC ta' operatur sabiex iwettaq operazzjonijiet mhux kummerċjali skont dan l-Anness.

(b)

L-operatur tal-NCO li juża l-inġenju tal-ajru skont il-punt (a) għandu jistabbilixxi proċedura:

(1)

li tiddeskrivi b'mod ċar kif il-kontroll operazzjonali tal-inġenju tal-ajru jiġi ttrasferit bejn id-detentur tal-AOC u l-operatur tal-NCO, kif imsemmi fil-punt ORO.GEN.310 tal-Anness III;

(2)

li tiddeskrivi l-proċedura ta' handover tal-inġenju tal-ajru meta jiġi ritornat lid-detentur tal-AOC.

Dik il-proċedura għandha tiġi inkluża f'kuntratt ta' bejn id-detentur tal-AOC u l-operatur tal-NCO.

L-operatur tal-NCO għandu jiżgura li l-proċedura tiġi kkomunikata lill-persunal rilevanti.

(c)

Il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru użat skont il-punt (a) għandha tkun immaniġġjata mill-organizzazzjoni responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għall-inġenji tal-ajru inklużi fl-AOC, skont ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

(d)

L-operatur tal-NCO li juża l-inġenju tal-ajru skont il-punt (a) għandu jiżgura dan li ġej:

(1)

li kull titjira mwettqa taħt il-kontroll operazzjonali tiegħu tkun irreġistrata fis-sistema tar-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru;

(2)

li ma jsir l-ebda tibdil fis-sistemi jew fil-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(3)

li kwalunkwe difett jew malfunzjonament tekniku li jseħħ waqt li l-inġenju tal-ajru jkun taħt il-kontroll operazzjonali tiegħu jiġi rrappurtat lill-organizzazzjoni msemmija fil-punt (c) immedjatament wara t-titjira;

(4)

li d-detentur tal-AOC jirċievi kopja ta' kwalunkwe rapport ta' okkorrenzi relatat mat-titjiriet imwettqa bl-inġenju tal-ajru, mimli skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 u r-Regolament (UE) 2015/1018.”;

(d)

fil-punt NCO.IDE.A.100, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(b)

L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa skont din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta' tagħmir:

(1)

spare fuses;

(2)

dwal portabbli indipendenti;

(3)

arloġġ preċiż;

(4)

il-kaxxa għall-ewwel għajnuna;

(5)

it-tagħmir tas-sopravivenza u tas-sinjalar;

(6)

ankri tal-wiċċ u tagħmir għall-irmiġġ;

(7)

tagħmir ta' trażżin għat-tfal;

(8)

PCDS sempliċi użata minn speċjalist fil-kompitu bħala apparat ta' trażżin.

(c)

Strumenti u tagħmir mhux meħtieġa skont l-Anness VII (il-Parti-NCO) kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont dan ir-Regolament, iżda li qed jinġarr fuq titjira, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(1)

l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti jew tagħmir ma għandhiex tintuża mill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew il-punti NCO.IDE.A.190 u NCO.IDE.A.195 tal-Anness VII;

(2)

l-istrumenti u t-tagħmir ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ajruplan, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.”;

(e)

fil-punt NCO.IDE.A.120(a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3)

l-altitudni barometrika;”;

(f)

fil-punt NCO.IDE.A.125(a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3)

l-altitudni barometrika;”;

(g)

fil-punt NCO.IDE.A.140(a), il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(2)

b'ċinturin tas-sikurezza f'kull sit u ċinturini ta' trażżin għal kull post;”;

(h)

fil-punt NCO.IDE.A.195, jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e)

L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir ta' sorveljanza skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.”;

(i)

fil-punt NCO.IDE.H.100, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(b)

L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa skont din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta' tagħmir:

(1)

dwal portabbli indipendenti;

(2)

arloġġ preċiż;

(3)

il-kaxxa għall-ewwel għajnuna;

(4)

it-tagħmir tas-sopravivenza u tas-sinjalar;

(5)

ankri tal-wiċċ u tagħmir għall-irmiġġ;

(6)

tagħmir ta' trażżin għat-tfal;

(7)

PCDS sempliċi użata minn speċjalist fil-kompitu bħala apparat ta' trażżin.

(c)

Strumenti u tagħmir jew aċċessorji mhux meħtieġa skont l-Anness VII (il-Parti-NCO), kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont dan ir-Regolament, iżda li jinġarr fuq titjira, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(1)

l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti, tagħmir jew aċċessorji ma għandhiex tintuża mill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew il-punti NCO.IDE.H.190 u NCO.IDE.H.195 tal-Anness VII;

(2)

l-istrumenti u t-tagħmir jew l-aċċessorji ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ħelikopter, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.”;

(j)

fil-punt NCO.IDE.H.120(a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3)

l-altitudni barometrika;”;

(k)

fil-punt NCO.IDE.H.125(a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3)

l-altitudni barometrika;”;

(l)

fil-punt NCO.IDE.H.140(a), il-punti (1) u (2) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(1)

b'sit jew post għal kull persuna abbord li jkollha 24 xahar jew aktar, jew stazzjon għal kull membru tal-ekwipaġġ jew speċjalist fil-kompitu abbord;

(2)

b'ċinturin tas-sikurezza f'kull sit tal-passiġġieri u ċinturini ta' trażżin għal kull post, u apparat tat-trażżin għal kull stazzjon;”;

(m)

il-punt NCO.IDE.H.185 huwa sostitwit b'dan li ġej:

NCO.IDE.H.185   Il-ħelikopters kollha li jkunu qed iwettqu titjiriet fuq l-ilma — inżul ta' emerġenza

Il-ħelikopters fuq titjira fuq l-ilma f'ambjent ostili u f'distanza ta' 50 mil nawtiku mill-art għandhom ikunu wieħed minn dawn it-tipi li ġejjin:

(a)

iddisinjati għall-inżul fuq l-ilma skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni rilevanti;

(b)

iċċertifikati għall-inżul ta' emerġenza skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni rilevanti;

(c)

mgħammra b'tagħmir ta' emerġenza li jżomm f'wiċċ l-ilma.”;

(n)

fil-punt NCO.IDE.H.195, jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e)

Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir ta' sorveljanza skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.”;

(o)

fil-punt NCO.SPEC.HEC.105, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

L-installazzjoni tat-tagħmir kollu tal-parank u tal-ganċ tal-merkanzija għajr PCDS sempliċi, u kwalunkwe modifika sussegwenti għandu jkollha approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà xierqa għall-funzjoni maħsuba.”;

(p)

il-punt NCO.SPEC.PAR.120 huwa sostitwit b'dan li ġej:

NCO.SPEC.PAR.120   Trasport u rilaxx ta' oġġetti perikolużi

Minkejja l-punt NCO.SPEC.160, dawk li jużaw il-paraxut jistgħu jġorru apparati li jħallu d-duħħan warajhom u joħorġu mill-inġenju tal-ajru għall-fini ta' wirja bil-paraxut fuq żoni f'konġestjoni ta' bliet, irħula jew insedjamenti jew fuq ġemgħa fil-miftuħ ta' persuni diment li dawn l-apparati jkunu manifatturati għal dak l-għan.”;

(q)

Fis-Subparti E, tiżdied it-Taqsima 6 li ġejja:

“TAQSIMA 6

Titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni

NCO.SPEC.MCF.100   Livelli tat-titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni

Qabel ma jwettaq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni, l-operatur għandu jiddetermina l-livell applikabbli tat-titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni kif ġej:

(a)

titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’, għal titjira fejn ikun mistenni li jsir l-użu ta' proċeduri anormali jew ta' emerġenza, kif definit fil-manwal tat-titjira tal-inġenju tal-ajru, jew meta tkun meħtieġa titjira biex jiġi pprovat il-funzjonament ta' sistema ta' backup jew ta' apparati tas-sikurezza oħra;

(b)

titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell B’, għal kwalunkwe titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni għajr titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’.

NCO.SPEC.MCF.105   Limitazzjonijiet operattivi

(a)

B'deroga mill-punt NCO.GEN.105(a)(4) ta' dan l-Anness, tista' ssir titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni b'inġenju tal-ajru li jkun inħareġ għas-servizz b'manutenzjoni mhux kompluta skont il-punt M.A.801(g) jew il-punt 145.A.50(e) tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014.

(b)

B'deroga mill-punt NCO.IDE.A.105 jew NCO.IDE.H.105, il-bdot fil-kmand jista' jwettaq titjira b'elementi ta' tagħmir u funzjonijiet mhux operattivi jew nieqsa li jkunu meħtieġa għat-titjira jekk dawk l-elementi ta' tagħmir u funzjonijiet mhux operattivi jew nieqsa jkunu ġew identifikati fil-lista ta' kontroll imsemmija fil-punt NCO.SPEC.MCF.110.

NCO.SPEC.MCF.110   Lista ta' kontroll u struzzjonijiet dwar is-sikurezza

(a)

Il-lista ta' kontroll imsemmija fil-punt NCO.SPEC.105 għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ qabel kull titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni u għandha tqis il-proċeduri operattivi li huma ppjanati li jiġu segwiti matul it-titjira partikolari ta' kontroll tal-manutenzjoni.

(b)

Minkejja l-punt NCO.SPEC.125(b), qabel kull titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni, għandhom jingħataw struzzjonijiet dwar is-sikurezza minn speċjalista fil-kompitu.

NCO.SPEC.MCF.120   Rekwiżiti tal-ekwipaġġ tat-titjira

Meta jagħżel membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni, l-operatur għandu jqis il-kumplessità tal-inġenju tal-ajru u l-livell tat-titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni kif definit fil-punt NCO.SPEC.MCF.100.

NCO.SPEC.MCF.125   Kompożizzjoni tal-ekwipaġġ u l-persuni abbord

(a)

Il-bdot fil-kmand għandu jidentifika l-ħtieġa għal membri tal-ekwipaġġ u/jew speċjalisti fil-kompitu addizzjonali qabel kull titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni maħsuba, filwaqt li jqis l-ammont ta' xogħol mistenni tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira jew tal-ispeċjalista fil-kompitu u l-valutazzjoni tar-riskju.

(b)

Il-bdot fil-kmand ma għandux jippermetti lill-persuni abbord ħlief dawk meħtieġa skont il-punt (a) matul titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’.

NCO.SPEC.MCF.130   Simulazzjoni ta' proċeduri anormali jew ta' emerġenza waqt it-titjira

B'deroga mill-punt NCO.SPEC.145, il-bdot fil-kmand jista' jissimula sitwazzjonijiet li jeħtieġu l-applikazzjoni ta' proċeduri ta' emerġenza anormali bi speċjalista fil-kompitu abbord jekk is-simulazzjoni tkun meħtieġa biex tiġi ssodisfata l-intenzjoni tat-titjira u jekk tkun ġiet identifikata fil-lista ta' kontroll imsemmija fil-punt NCO.SPEC.MCF.110 jew fil-proċeduri operattivi.

NCO.SPEC.MCF.140   Sistemi u tagħmir

Meta titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni tkun maħsuba biex tivverifika l-funzjonament xieraq ta' sistema jew tagħmir, dik is-sistema jew dak it-tagħmir għandhom jiġu identifikati bħala potenzjalment mhux affidabbli, u għandhom jiġu miftiehma miżuri ta' mitigazzjoni xierqa qabel it-titjira sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji għas-sikurezza tat-titjira.”;

(8)

L-Anness VIII (il-Parti-SPO) huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt SPO.GEN.005, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

Dan l-Anness japplika għal kwalunkwe operazzjoni speċjalizzata li fiha l-inġenju tal-ajru jintuża għall-attivitajiet speċjalizzati bħal agrikoltura, kostruzzjoni, fotografija, surveying, osservazzjoni u pattulja, riklamar fl-ajru jew titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni.”;

(b)

il-punt SPO.GEN.100 huwa sostitwit b'dan li ġej:

SPO.GEN.100   Awtorità kompetenti

L-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fih l-operatur għandu s-sede prinċipali tiegħu, huwa stabbilit jew jirrisjedi.”;

(c)

fil-punt SPO.POL.110, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

L-operatur għandu jistabbilixxi sistema ta' massa u bilanċ sabiex jiddetermina għal kull titjira jew serje ta' titjiriet dan li ġej:

(1)

il-massa operattiva tal-inġenju tal-ajru mingħajr tagħbija;

(2)

il-massa tat-traffiku;

(3)

il-massa tat-tagħbija tal-fjuwil;

(4)

it-tagħbija tal-inġenju tal-ajru u d-distribuzzjoni tat-tagħbija;

(5)

il-massa waqt it-tlugħ, il-massa tal-inżul u l-massa mingħajr fjuwil;

(6)

il-pożizzjonijiet applikabbli taċ-ċentru tal-gravità tal-inġenju tal-ajru.”;

(d)

fil-punt SPO.IDE.A.100, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(b)

L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa skont din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta' tagħmir:

(1)

spare fuses;

(2)

dwal portabbli indipendenti;

(3)

arloġġ preċiż;

(4)

il-kontenitur tal-mapep;

(5)

il-kaxex għall-ewwel għajnuna;

(6)

it-tagħmir tas-sopravivenza u tas-sinjalar;

(7)

ankri tal-wiċċ u tagħmir għall-irmiġġ;

(8)

PCDS sempliċi użata minn speċjalist fil-kompitu bħala apparat ta' trażżin.

(c)

Strumenti, tagħmir jew aċċessorji mhux meħtieġa skont dan l-Anness (il-Parti-SPO) kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont dan ir-Regolament, iżda li qed jinġarr fuq titjira, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(1)

l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti, tagħmir jew aċċessorji ma għandhiex tintuża mill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew il-punti SPO.IDE.A.215 u SPO.IDE.A.220 ta' dan l-Anness;

(2)

l-istrumenti, it-tagħmir jew l-aċċessorji ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ajruplan, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.”;

(e)

il-punt SPO.IDE.A.105 huwa sostitwit b'dan li ġej:

SPO.IDE.A.105   Tagħmir minimu għat-titjira

Meta kwalunkwe wieħed mill-istrumenti tal-ajruplan, mill-elementi ta' tagħmir jew mill-funzjonijiet meħtieġa għat-titjira maħsuba ma jkunx qed jaħdem jew ikun nieqes, it-titjira m'għandhiex tinbeda, sakemm ma tiġix issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-ajruplan ma jkunx qed jitħaddem skont il-lista ta' tagħmir minimu (MEL), jekk stabbilita;

(b)

għal ajruplani kumplessi li jaħdmu bil-magni u għal kwalunkwe ajruplan użat f'operazzjonijiet kummerċjali, l-operatur ikun approvat mill-awtorità kompetenti biex jopera l-ajruplan fil-limiti tal-lista tat-tagħmir minimu ta' referenza (MMEL) skont il-punt ORO.MLR.105(j) tal-Anness III;

(c)

l-ajruplan ikun soġġett għal permess għat-titjir maħruġ skont ir-rekwiżit tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.”;

(f)

il-punt SPO.IDE.A.120 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3)

l-altitudni barometrika,”;

(ii)

fil-punt (e), il-punt (1) hu sostitwit b'dan li ġej:

“(1)

l-altitudni barometrika,”;

(g)

il-punt SPO.IDE.A.125 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3)

l-altitudni barometrika,”;

(ii)

fil-punt (c), il-punt (1) hu sostitwit b'dan li ġej:

“(1)

l-altitudni barometrika,”;

(iii)

fil-punt (e), il-punt (4) hu sostitwit b'dan li ġej:

“(4)

bi provvista tal-enerġija ta' emerġenza, li tkun indipendenti mis-sistema tal-ġenerazzjoni tal-elettriku prinċipali, għall-fini tat-tħaddim u tal-illuminazzjoni ta' sistema li tindika l-attitudni għal perjodu minimu ta' 30 minuta. Il-provvista tal-enerġija ta' emerġenza għandha tkun operattiva awtomatikament wara li s-sistema tal-ġenerazzjoni tal-elettriku prinċipali tieqaf taħdem għalkollox u għandha tingħata indikazzjoni ċara fuq l-istrument jew fuq il-panel tal-istrument li l-indikatur tal-attitudni jkun qed jitħaddem bil-potenza ta' emerġenza.”;

(h)

fil-punt SPO.IDE.A.160, il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(e)

Iċ-ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta' trażżin għan-naħa ta' fuq tat-torso meħtieġa skont il-punt (d) għandu jkollu:

(1)

ftuħ permezz ta' molla waħda;

(2)

fuq is-sits tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u fuq kwalunkwe sit li jkun ħdejn sit ta' bdot, kwalunkwe wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin:

(i)

żewġ ċineg tal-ispalel u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti;

(ii)

ċinga tal-ispalel dijagonali u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti għall-ajruplani li ġejjin:

(A)

l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta' 5 700 kg jew inqas u MOPSC ta' disgħa jew inqas, u li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-inżul ta' emerġenza ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli;

(B)

l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta' 5 700 kg jew inqas u MOPSC ta' disgħa jew inqas, u li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-inżul ta' emerġenza ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli u li jkollhom CofA maħruġ għall-ewwel darba qabel il-25 ta' Awwissu 2016.”;

(i)

fil-punt SPO.IDE.A.220, jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e)

L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir ta' sorveljanza skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.”;

(j)

il-punt SPO.IDE.H.100 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa minn din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta' tagħmir:

(1)

dwal portabbli indipendenti;

(2)

arloġġ preċiż;

(3)

il-kaxxa għall-ewwel għajnuna;

(4)

it-tagħmir tas-sopravivenza u tas-sinjalar;

(5)

ankri tal-wiċċ u tagħmir għall-irmiġġ;

(6)

tagħmir ta' trażżin għat-tfal;

(7)

PCDS sempliċi użata minn speċjalist fil-kompitu bħala apparat ta' trażżin.”;

(ii)

il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

Strumenti, tagħmir jew aċċessorji mhux meħtieġa skont dan l-Anness (il-Parti-SPO) kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont dan ir-Regolament, iżda li qed jinġarr fuq titjira, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(1)

l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti, tagħmir jew aċċessorji ma għandhiex tintuża mill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew il-punti SPO.IDE.H.215 u SPO.IDE.H.220 ta' dan l-Anness;

(2)

l-istrumenti, it-tagħmir jew l-aċċessorji ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ħelikopter, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.”;

(k)

il-punt SPO.IDE.H.105 huwa sostitwit b'dan li ġej:

SPO.IDE.H.105   Tagħmir minimu għat-titjira

Meta kwalunkwe wieħed mill-istrumenti tal-ħelikopter, mill-elementi ta' tagħmir jew mill-funzjonijiet meħtieġa għat-titjira maħsuba ma jkunx qed jaħdem jew ikun nieqes, it-titjira m'għandhiex tinbeda, sakemm ma tiġix issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-ħelikopter ma jkunx qed jitħaddem skont il-lista ta' tagħmir minimu (MEL), jekk stabbilita;

(b)

għal ħelikopters kumplessi li jaħdmu bil-magni u għal kwalunkwe ħelikopter użat f'operazzjonijiet kummerċjali, l-operatur ikun approvat mill-awtorità kompetenti biex jopera l-ħelikopter fil-limiti tal-lista tat-tagħmir minimu ta' referenza (MMEL) skont il-punt ORO.MLR.105(j) tal-Anness III;

(c)

il-ħelikopter ma jkunx soġġett għal permess għat-titjir maħruġ skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.”;

(l)

il-punt SPO.IDE.H.120 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3)

l-altitudni barometrika,”;

(ii)

fil-punt (d), il-punt (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(1)

l-altitudni barometrika,”;

(m)

il-punt SPO.IDE.H.125 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3)

l-altitudni barometrika,”;

(ii)

fil-punt (c), il-punt (1) hu sostitwit b'dan li ġej:

“(1)

l-altitudni barometrika,”;

(n)

fil-punt SPO.IDE.H.220, jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e)

Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir ta' sorveljanza skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.”;

(o)

il-punt SPO.SPEC.HESLO.100 huwa sostitwit b'dan li ġej:

SPO.SPEC.HESLO.100   Proċeduri operattivi standard

Il-proċeduri operattivi standard għall-HESLO għandhom jispeċifikaw:

(a)

it-tagħmir li għandu jinġarr, inklużi l-limitazzjonijiet operattivi u l-entrati xierqa tiegħu fil-MEL, kif applikabbli;

(b)

il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ u r-rekwiżiti tal-esperjenza tal-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu;

(c)

it-taħriġ teoretiku u prattiku rilevanti għall-membri tal-ekwipaġġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom, it-taħriġ rilevanti għall-ispeċjalisti fil-kompitu biex iwettqu l-kompiti tagħhom, u l-kwalifika u n-nomina ta' persuni li jipprovdu tali taħriġ lill-membri tal-ekwipaġġ u lill-ispeċjalisti fil-kompitu;

(d)

ir-responsabilitajiet u d-dmirijiet tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ispeċjalisti fil-kompitu;

(e)

il-kriterji tal-prestazzjoni tal-ħelikopter li jridu jiġu ssodisfati għat-twettiq ta' operazzjonijiet HESLO;

(f)

il-proċeduri normali, anormali u ta' emerġenza.”;

(p)

il-punt SPO.SPEC.HEC.100 huwa sostitwit b'dan li ġej:

SPO.SPEC.HEC.100   Proċeduri operattivi standard

Il-proċeduri operattivi standard għall-HEC għandhom jispeċifikaw:

(a)

it-tagħmir li għandu jinġarr, inklużi l-limitazzjonijiet operattivi u l-entrati xierqa tiegħu fil-MEL, kif applikabbli;

(b)

il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ u r-rekwiżiti tal-esperjenza tal-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu;

(c)

it-taħriġ teoretiku u prattiku rilevanti għall-membri tal-ekwipaġġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom, it-taħriġ rilevanti għall-ispeċjalisti fil-kompitu biex iwettqu l-kompiti tagħhom, u l-kwalifika u n-nomina ta' persuni li jipprovdu tali taħriġ lill-membri tal-ekwipaġġ u lill-ispeċjalisti fil-kompitu;

(d)

ir-responsabilitajiet u d-dmirijiet tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ispeċjalisti fil-kompitu;

(e)

il-kriterji tal-prestazzjoni tal-ħelikopter li jridu jiġu ssodisfati għat-twettiq ta' operazzjonijiet HEC;

(f)

il-proċeduri normali, anormali u ta' emerġenza.”;

(q)

fil-punt SPO.SPEC.HEC.105, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

L-installazzjoni tat-tagħmir kollu tal-parank u tal-ganċ tal-merkanzija għajr PCDS sempliċi, u kwalunkwe modifika sussegwenti għandu jkollha approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà xierqa għall-funzjoni maħsuba.”;

(r)

il-punt SPO.SPEC.PAR.125 huwa sostitwit b'dan li ġej:

SPO.SPEC.PAR.125   Rilaxx ta' oġġetti perikolużi

Minkejja l-punt SPO.GEN.155, dawk li jużaw il-paraxut jistgħu joħorġu mill-inġenju tal-ajru għall-fini ta' wirja bil-paraxut fuq żoni f'konġestjoni ta' bliet, irħula jew insedjamenti jew fuq ġemgħa fil-miftuħ ta' persuni filwaqt li jġorru apparati li jħallu d-duħħan warajhom, diment li dawn huma manifatturati għal dan l-għan.”;

(s)

Fis-Subparti E, tiżdied it-Taqsima 5 li ġejja:

TAQSIMA 5

Titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni

SPO.SPEC.MCF.100   Livelli tat-titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni

Qabel ma jwettaq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni, l-operatur għandu jiddetermina l-livell applikabbli tat-titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni kif ġej:

(a)

Titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’, għal titjira fejn ikun mistenni li jsir l-użu ta' proċeduri anormali jew ta' emerġenza kif definit fil-manwal tat-titjira tal-inġenju tal-ajru jew meta tkun meħtieġa titjira biex jiġi pprovat il-funzjonament ta' sistema ta' backup jew ta' apparati tas-sikurezza oħra;

(b)

titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell B’, għal kwalunkwe titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni għajr titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’.

SPO.SPEC.MCF.105   Programm tat-titjira għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni tal-‘Livell A’

Qabel ma jwettaq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' Livell A b'inġenju tal-ajru kumpless li jaħdem bil-magni, l-operatur għandu jiżviluppa u jiddokumenta programm tat-titjira.

SPO.SPEC.MCF.110   Manwal tat-titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni tal-‘Livell A’

L-operatur li jwettaq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’ għandu:

(a)

jiddeskrivi dawk l-operazzjonijiet u l-proċeduri assoċjati fil-manwal tal-operat imsemmi fil-punt ORO.MLR.100 tal-Anness III jew f'manwal tat-titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni speċifiku;

(b)

jaġġorna l-manwal meta jkun meħtieġ;

(c)

jinforma lill-persunal ikkonċernat kollu bil-manwal u bil-bidliet tiegħu li huma rilevanti għad-dmirijiet tagħhom;

(d)

jipprovdi lill-awtorità kompetenti l-manwal u l-aġġornamenti tiegħu.

SPO.SPEC.MCF.115   Rekwiżiti tal-ekwipaġġ tat-titjira għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni tal-‘Livell A’

(a)

L-operatur għandu jagħżel membri tal-ekwipaġġ tat-titjira adegwati b' kunsiderazzjoni tal-kumplessità tal-inġenju tal-ajru u tal-livell tat-titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni. Meta jagħżel il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’ b'inġenju tal-ajru kumpless li jaħdem bil-magni, l-operatur għandu jiżgura dan kollu li ġej:

(1)

li l-bdot fil-kmand segwa kors ta' taħriġ skont il-punt SPO.SPEC.MCF.120; jekk it-taħriġ ikun sar f'simulatur, il-bdot għandu jwettaq mill-inqas titjira waħda ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’ bħala bdot ta' monitoraġġ jew bħala osservatur qabel jopera bħala bdot fil-kmand fuq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’;

(2)

li l-bdot kmandant ikun lesta, fuq inġenju tal-ajru tal-istess kategorija ta' inġenji tal-ajru bħall-inġenju tal-ajru li għandu jittajjar, mill-inqas 1 000 siegħa ta' titjir, li mill-inqas 400 siegħa minnhom ikunu bħala bdot fil-kmand f'inġenju tal-ajru kumpless li jaħdem bil-magni u mill-inqas 50 siegħa fuq dak it-tip partikolari ta' inġenju tal-ajru.

Minkejja l-punt (2) tal-ewwel paragrafu, jekk l-operatur jintroduċi tip ġdid ta' inġenju tal-ajru għall-operat tiegħu u jkun ivvaluta l-kwalifiki tal-bdot skont proċedura ta' valutazzjoni stabbilita, l-operatur jista' jagħżel bdot li jkollu inqas minn 50 siegħa esperjenza fuq dak it-tip partikolari ta' inġenju tal-ajru.

(b)

Il-bdoti li jkollhom klassifikazzjoni ta' test tat-titjira skont ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandhom jingħataw kreditu sħiħ għall-kors ta' taħriġ stipulat fil-punt (a)(1) ta' dan il-punt, sakemm il-bdoti li jkollhom klassifikazzjoni ta' test tat-titjira jkunu kisbu t-taħriġ meħtieġ inizjali u rikorrenti għall-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ skont il-punti ORO.FC.115 u ORO.FC.215 tal-Anness III.

(c)

Il-bdot fil-kmand ma għandux iwettaq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’ fuq inġenju tal-ajru kumpless li jaħdem bil-magni sakemm il-bdot fil-kmand ma jkunx wettaq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’ matul it-36 xahar preċedenti.

(d)

L-esperjenza reċenti bħala bdot fil-kmand fuq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’ terġa' tinkiseb wara t-twettiq ta' titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’ bħala osservatur jew bħala bdot ta' monitoraġġ, jew wara li jkun aġixxa bħala l-bdot fil-kmand f'titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’ f'simulatur.

SPO.SPEC.MCF.120   Kors tat-taħriġ tal-ekwipaġġ tat-titjira għal titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’

(a)

Il-kors tat-taħriġ meħtieġ għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’ għandu jitwettaq skont sillabu dettaljat.

(b)

It-tagħlim dwar it-titjir għall-kors tat-taħriġ għandu jitwettaq f'wieħed mill-modi li ġejjin:

(1)

f'simulatur li, għal finijiet ta' taħriġ, jirrifletti b'mod adegwat ir-reazzjoni tal-inġenju tal-ajru u s-sistemi tiegħu għall-kontrolli li jkunu qed jitwettqu;

(2)

waqt titjira f'inġenju tal-ajru li fiha jintwerew it-tekniki tat-titjir ta' kontroll tal-manutenzjoni.

(c)

Kors tat-taħriġ segwit fuq kategorija waħda ta' inġenji tal-ajru jitqies bħala validu għat-tipi kollha ta' inġenji tal-ajru ta' dik il-kategorija.

(d)

Meta jqis l-inġenju tal-ajru użat għat-taħriġ u l-inġenju tal-ajru li għandu jittajjar waqt it-titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni, l-operatur għandu jispeċifika jekk huwiex meħtieġ taħriġ dwar id-differenzi jew il-familjarizzazzjoni u jiddeskrivi l-kontenut ta' dan it-taħriġ.

SPO.SPEC.MCF.125   Kompożizzjoni tal-ekwipaġġ u l-persuni abbord

(a)

L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri biex jidentifika l-ħtieġa għal speċjalisti fil-kompitu addizzjonali.

(b)

Għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’, l-operatur għandu jiddefinixxi, fil-manwal tiegħu, il-politika dwar persuni oħra abbord.

(c)

Għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’, huwa meħtieġ speċjalista fil-kompitu jew bdot addizzjonali fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira biex jgħin lill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira, sakemm il-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru ma tippermettix li dan isir jew l-operatur ikun jista' jiġġustifika, b'qies tal-ammont ta' xogħol tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira abbażi tal-programm tat-titjira, li l-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira ma jeħtiġux għajnuna addizzjonali.

SPO.SPEC.MCF.130   Simulazzjoni ta' proċeduri anormali jew ta' emerġenza waqt it-titjira

B'deroga mill-punt SPO.OP.185, speċjalist fil-kompitu jista' jkun abbord titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’ jekk l-ispeċjalist fil-kompitu jkun meħtieġ biex jissodisfa l-intenzjoni tat-titjira u jkun ġie identifikat fil-programm tat-titjira.

SPO.SPEC.MCF.135   Limitazzjonijiet tal-ħin tat-titjira u rekwiżiti tal-mistrieħ

Meta jassenjaw il-membri tal-ekwipaġġ għal titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni, l-operaturi soġġetti għas-Subparti FTL tal-Anness III (il-Parti-ORO) għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dik is-Subparti.

SPO.SPEC.MCF.140   Sistemi u tagħmir

Meta titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni tkun maħsuba biex tivverifika l-funzjonament xieraq ta' sistema jew tagħmir, dik is-sistema jew dak it-tagħmir għandhom jiġu identifikati bħala potenzjalment mhux affidabbli, u għandhom jiġu miftiehma miżuri ta' mitigazzjoni xierqa qabel it-titjira sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji għas-sikurezza tat-titjira.

SPO.SPEC.MCF.145   Rekwiżiti dwar ir-reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-bdot, dwar ir-reġistratur tad-data tat-titjira u dwar ir-reġistrazzjoni tal-kollegament tad-data għad-detenturi ta' AOC

Għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru li normalment jintuża għal operazzjonijiet CAT, id-dispożizzjonijiet għar-reġistraturi tal-vuċi tal-kabina tal-bdot (CVR), għar-reġistraturi tad-data tat-titjira (FDR) u għar-reġistraturi tal-kollegament tad-data (DLR) tal-Anness IV (il-Parti-CAT) għandhom ikomplu japplikaw.”.


(*1)  Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar tagħmir ta' protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51).

(*2)  Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).”;

(*3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).”;

(*4)  Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).”;

(*5)  Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15)”;

(*6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta' April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12).”;

(*7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).”;

(*8)  Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35).”;

(*9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1018 tad-29 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi lista ta' klassifikazzjoni tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li għandhom jiġu rapportati b'mod mandatorju skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 30.6.2015, p. 1).”;

(*10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).”;’


(1)  Tip ieħor ta' trasport li għandu jiġi speċifikat.

(2)  Sostitwit bl-isem tal-Istat tal-operatur.

(3)  Sostitwit bl-identifikazzjoni tal-awtorità kompetenti emittenti.

(4)  Għall-użu tal-awtorità kompetenti.

(5)  Għall-użu tal-awtorità kompetenti.

(6)  Referenza tal-approvazzjoni, kif maħruġa mill-awtorità kompetenti.

(7)  Sostitwit bl-isem irreġistrat tal-operatur.

(8)  Isem kummerċjali tal-operatur, jekk ikun differenti. Daħħal ‘Dba’ (għal ‘li jopera bih - Doing business as’) qabel l-isem kummerċjali.

(9)  Id-dettalji ta' kuntatt jinkludu n-numri tat-telefon u tal-fax, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż, u l-email (jekk disponibbli) li bihom il-maniġment operazzjonali jista' jiġi kkuntattjat mingħajr dewmien żejjed għal kwistjonijiet relatati mal-operazzjonijiet tat-titjir, mal-ajrunavigabbiltà, mal-kompetenza tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-kabina, ma' oġġetti perikolużi u ma' kwistjonijiet oħra kif xieraq.

(10)  L-indirizz tas-sede prinċipali tal-operatur.

(11)  Id-dettalji tat-telefon u tal-fax tas-sede prinċipali tal-operatur, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż. L-email għandu jiġi pprovdut jekk ikun disponibbli.

(12)  Jiddaħħal id-dokument ikkontrollat miżmum abbord, li fih huma elenkati d-dettalji ta' kuntatt, inkluża r-referenza għall-paragrafu jew għall-paġna xierqa. Eż.: ‘Id-dettalji ta' kuntatt … huma elenkati fil-manwal tal-operat, ġen/bażiku, kapitolu 1, 1.1’; jew ‘… huma elenkati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet, paġna 1’; jew ‘… huma elenkati f'dokument mehmuż ma' dan id-dokument’.

(13)  Isem irreġistrat tal-operatur.

(14)  Id-data tal-ħruġ tal-AOC (jj-xx-ssss).

(15)  It-titlu, l-isem u l-firma ta' rappreżentant tal-awtorità kompetenti. Barra minn hekk, fuq l-AOC jista' jiġi applikat timbru uffiċjali.

(16)  Id-dettalji ta' kuntatt tat-telefon u tal-fax tal-awtorità kompetenti, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż. L-email għandu jiġi pprovdut jekk ikun disponibbli.

(17)  Jiddaħħal in-numru taċ-ċertifikat tal-operatur (AOC) assoċjat.

(18)  Jiddaħħal l-isem irreġistrat tal-operatur u l-isem kummerċjali tal-operatur, jekk differenti. Daħħal ‘Dba’ qabel l-isem kummerċjali (għal ‘Doing business as’).

(19)  Data tal-ħruġ tal-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet (jj-xx-ssss) u l-firma tar-rappreżentant tal-awtorità kompetenti.

(20)  Tiddaħħal id-deżinjazzjoni tal-ICAO tal-għamla, tal-mudell u tas-serje tal-inġenju tal-ajru, jew tas-serje ewlenija, jekk ġiet deżinjata serje (eż. Boeing-737-3K2 jew Boeing-777-232).

(21)  Il-marki tar-reġistrazzjoni huma mniżżlin fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet jew fil-manwal tal-operat. F'dan il-każ tal-aħħar, l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet relatati għandu jkollhom referenza għall-paġna relatata fil-manwal tal-operat. Fil-każ li mhux l-approvazzjonijiet speċifiċi kollha japplikaw għall-mudell tal-inġenju tal-ajru, il-marki tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru jistgħu jiddaħħlu fil-kolonna tar-rimarki fl-approvazzjoni speċifika relatata.

(22)  Tip ta' trasportazzjoni oħra li għandu jiġi speċifikat (eż. servizz mediku ta' emerġenza).

(23)  Lista taż-żona/i ġeografika/ġeografiċi ta' operazzjoni awtorizzata (permezz tal-koordinati ġeografiċi jew ir-rotot speċifiċi, ir-reġjun ta' informazzjoni dwar it-titjir jew il-fruntieri nazzjonali jew reġjonali).

(24)  Lista tal-limitazzjonijiet speċjali applikabbli (pereżempju VFR biss, Binhar biss, eċċ.).

(25)  F'din il-kolonna niżżel il-kriterji l-iktar permissivi għal kull approvazzjoni jew it-tip ta' approvazzjoni (bil-kriterji x-xierqa).

(26)  Tiddaħħal il-kategorija ta' avviċinament ta' preċiżjoni applikabbli: LTS CAT I, CAT II, OTS CAT II, CAT IIIA, CAT IIIB jew CAT IIIC. Tiddaħħal il-medda viżwali minima tar-runway (RVR) f'metri u l-għoli tad-deċiżjoni (DA/H) f'piedi. Għandha tintuża linja waħda għal kull kategorija ta' avviċinament imniżżla.

(27)  Tiddaħħal l-RVR minima għat-tlugħ approvata, f'metri. Tista' tintuża linja waħda għal kull approvazzjoni f'każ li jingħataw approvazzjonijiet differenti.

(28)  Il-kaxxa ‘Mhux Applikabbli’ tista' tiġi mmarkata biss jekk il-limitu massimu tal-inġenju tal-ajru jkun inqas minn FL290.

(29)  L-operazzjonijiet fuq distanza estiża (ETOPS) bħalissa japplikaw biss għall-inġenji tal-ajru b'żewġ magni. Għaldaqstant, il-kaxxa (Mhux Applikabbli) tista' tiġi mmarkata jekk il-mudell tal-inġenju tal-ajru jkollu iktar jew inqas minn żewġ magni.

(30)  Id-distanza tal-limitu tista' titniżżel ukoll (f'NM), kif ukoll it-tip ta' magna.

(31)  In-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN): tintuża linja waħda għal kull approvazzjoni speċifika ta' PBN kumplessa (eż. RNP AR APCH), bil-limitazzjonijiet xierqa elenkati fil-kolonna tal-‘Ispeċifikazzjonijiet’ jew fil-kolonna tar-‘Rimarki’, jew fit-tnejn. L-approvazzjonijiet speċifiċi għall-proċedura ta' proċeduri speċifiċi ta' RNP AR APCH jistgħu jitniżżlu fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet jew fil-manwal tal-operat. F'dan il-każ tal-aħħar, l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet relatati għandu jkollhom referenza għall-paġna relatata fil-manwal tal-operat.

(32)  Speċifika jekk l-approvazzjoni speċifika hijiex limitata għal ċerti estremitajiet tar-runway, għal ajrudromi, jew għat-tnejn.

(33)  Tiddaħħal il-kombinazzjoni partikolari tal-qafas jew magna tal-inġenju tal-ajru.

(34)  L-approvazzjoni biex iwettqu l-kors tat-taħriġ u l-eżaminazzjoni għandha timtela mill-applikanti għal attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina kif speċifikat fl-Anness V (il-Parti-CC) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

(35)  L-approvazzjoni għall-ħruġ ta' attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina kif speċifikat fl-Anness V (il-Parti-CC) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

(36)  Tiddaħħal il-lista tal-applikazzjonijiet tat-tip B EFB flimkien mar-referenza tal-ħardwer EFB (għall-EFBs portabbli). Dink il-lista tinsab fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet jew fil-manwal tal-operat. F'dan il-każ tal-aħħar, l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet relatati għandu jkollhom referenza għall-paġna relatata fil-manwal tal-operat.

(37)  L-isem tal-persuna jew tal-organizzazzjoni responsabbli biex tiżgura li l-ajrunavigabbiltà kontinwa hija ġestita skont ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

(38)  Hawnhekk jistgħu jiddaħħlu approvazzjonijiet jew data oħra, fejn tintuża linja waħda (jew blokka waħda b'għadd ta' linji) għal kull awtorizzazzjoni (eż. għall-operazzjonijiet ta' nżul fil-qosor, għall-operazzjonijiet ta' avviċinament wieqaf, għall-operazzjonijiet bil-ħelikopter lejn/minn sit ta' interess pubbliku, għall-operazzjonijiet bil-ħelikopter fuq ambjent ostili li jinsab 'il barra minn żona konġestjonata, għall-operazzjonijiet bil-ħelikopter mingħajr kapaċità ta' nżul ta' emerġenza sikur, għall-operazzjonijiet b'angoli ta' inklinazzjoni laterali miżjuda, għad-distanza massima minn ajrudrom xieraq għall-ajruplani b'żewġ magni mingħajr approvazzjoni tal-ETOPS).

(39)  Jiddaħħlu l-isem u d-dettalji ta' kuntatt.

(40)  Jiddaħħal in-numru assoċjat.

(41)  Id-data tal-ħruġ tal-approvazzjonijiet speċifiċi (jj-xx-ssss) u l-firma tar-rappreżentant tal-awtorità kompetenti.

(42)  Jiddaħħlu d-deżinjazzjoni tal-għamla, tal-mudell u tas-serje tal-inġenju tal-ajru, jew tas-serje ewlenija kif stabbiliti mill-Commercial Aviation Safety Team(CAST)/mill-ICAO, fil-każ li ġiet iddeżinjata serje (preżempju Boeing-737-3K2 jew Boeing-777-232). It-Tassonomija CAST/ICAO hija disponibbli fuq: http://www.intlaviationstandards.org/

Il-marki ta' reġistrazzjoni għandhom jew jiġu elenkati fil-lista ta' approvazzjonijiet speċifiċi jew fil-manwal tal-operat. F'dan il-każ tal-aħħar, il-lista tal-approvazzjonijiet speċifiċi għandha tirreferi għall-paġna relatata fil-manwal tal-operat.

(43)  Speċifika t-tip ta' operazzjoni, eż. agrikoltura, kostruzzjoni, fotografija, surveying, osservazzjoni u pattulja, riklamar fl-ajru, titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni.

(44)  Elenka f'din il-kolonna kwalunkwe operazzjoni approvata, eż., oġġetti perikolużi, LVO, RVSM, PBN, MNPS, HOFO.

(45)  Elenka f'din il-kolonna l-kriterji l-aktar permissivi għal kull approvazzjoni, eż., l-gћoli tad-deċiżjoni u l-RVR minima għall-CAT II.

(46)  Isem u dettalji ta' kuntatt tal-awtorità kompetenti

(47)  Jiddaħħal in-numru tal-awtorizzazzjoni assoċjat.

(48)  Jiddaħħal l-isem irreġistrat tal-operatur u l-isem kummerċjali tal-operatur, jekk differenti. Daħħal ‘Dba’ qabel l-isem kummerċjali (għal ‘Doing business as’).

(49)  L-indirizz tas-sede prinċipali tal-operatur.

(50)  Id-dettalji tat-telefon u tal-fax tas-sede prinċipali tal-operatur, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż. L-email għandu jiġi pprovdut jekk ikun disponibbli.

(51)  Jiddaħħlu d-deżinjazzjoni tal-għamla, tal-mudell u tas-serje tal-inġenju tal-ajru, jew tas-serje ewlenija kif stabbiliti mill-Commercial Aviation Safety Team(CAST)/mill-ICAO, fil-każ li ġiet iddeżinjata serje (preżempju Boeing-737-3K2 jew Boeing-777-232). It-Tassonomija CAST/ICAO hija disponibbli fuq: http://www.intlaviationstandards.org. Il-marki ta' reġistrazzjoni għandhom jew jiġu elenkati fil-lista ta' approvazzjonijiet speċifiċi jew fil-manwal tal-operat. F'dan il-każ tal-aħħar, il-lista tal-approvazzjonijiet speċifiċi għandha tirreferi għall-paġna relatata fil-manwal tal-operat.

(52)  Speċifika t-tip ta' operazzjoni, eż. agrikoltura, kostruzzjoni, fotografija, surveying, osservazzjoni u pattulja, riklamar fl-ajru, titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni.

(53)  Elenkar taż-żona/i jew sit(i) ġeografiku/ċi ta' operazzjoni awtorizzata (permezz ta' koordinati ġeografiċi jew ir-reġjun tal-informazzjoni dwar it-titjira jew il-fruntieri nazzjonali jew reġjonali).

(54)  Lista tal-limitazzjonijiet speċjali applikabbli (pereżempju VFR biss, Binhar biss, eċċ.).

(55)  Id-data tal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni (jj-xx-ssss).

(56)  It-titlu, l-isem u l-firma ta' rappreżentant tal-awtorità kompetenti. Barra minn hekk, fuq l-awtorizzazzjoni jista' jiġi applikat timbru uffiċjali.

(57)  Jekk ma jkunx hemm biżżejjed spazju biex l-informazzjoni tiġi elenkata fl-ispazju tad-dikjarazzjoni, l-informazzjoni għandha tiġi elenkata f'anness separat. L-anness għandu jiġi datat u ffirmat.

(58)  Jekk l-inġenju tal-ajru jkun irreġistrat ukoll b'detentur ta' AOC, speċifika n-numru tal-AOC tad-detentur tal-AOC.

(59)  ‘Tip (i) ta' operazzjoni’ tirreferi għat-tipi ta' operazzjonijiet imwettqa b'dan l-inġenju tal-ajru, eż. operazzjonijiet mhux kummerċjali jew operazzjonijiet speċjalizzati bħal titjiriet ta' fotografija mill-ajru, titjiriet ta' reklamar mill-ajru, titjiriet tal-midja tal-aħbarijiet, titjiriet tat-televiżjoni u tal-films, operazzjonijiet bil-paraxut, skydiving, titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni.

(60)  L-informazzjoni dwar l-organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tinkludi l-isem tal-organizzazzjoni, l-indirizz u r-referenza tal-approvazzjoni.


ANNESS II

L-Annessi I u Vb għar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huma emendati kif ġej:

(1)

fil-punt M.A.201 tal-Anness I (il-Parti-M), jiżdied il-punt (k) li ġej:

“(k)

Meta inġenju tal-ajru inkluż f'ċertifikat tal-operatur tal-ajru jintuża għal operazzjonijiet mhux kummerċjali jew għal operazzjonijiet speċjalizzati skont il-punt ORO.GEN.310 tal-Anness III jew il-punt NCO.GEN.104 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, l-operatur għandu jiżgura li l-kompiti assoċjati mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jitwettqu mill-CAMO approvata skont l-Anness Vc (il-Parti-CAMO) jew mill-organizzazzjoni tal-ajrunavigabbiltà kkombinata (‘CAO’), approvata skont l-Anness Vd (il-Parti-CAO), skont liema minn dawn ikun japplika, tad-detentur taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru.”;

(2)

fil-punt ML.A.201 tal-Anness Vb (il-Parti-ML), jiżdied il-punt (h) li ġej:

“(h)

F'każ li inġenju tal-ajru inkluż f'ċertifikat tal-operatur tal-ajru jintuża għal operazzjonijiet mhux kummerċjali jew speċjalizzati skont il-punt ORO.GEN.310 tal-Anness III jew il-punt NCO.GEN.104 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, l-operatur għandu jiżgura li l-kompiti assoċjati mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jitwettqu mill-CAMO approvata skont l-Anness Vc (il-Parti-CAMO) jew mill-organizzazzjoni tal-ajrunavigabbiltà kkombinata (‘CAO’), approvata skont l-Anness Vd (il-Parti-CAO), skont liema minn dawn ikun japplika, tad-detentur taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru”;

DEĊIŻJONIJIET

4.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/141


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1385

tat-3 ta' Settembru 2019

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2019) 6432)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fejn kien hemm każijiet ikkonfermati ta' dik il-marda fi ħnieżer domestiċi jew selvaġġi (l-Istati Membri kkonċernati). Fil-Partijiet I sa IV tiegħu, l-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jiddemarka u jelenka ċerti żoni tal-Istati Membri kkonċernati, skont il-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta' dik il-marda. L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE ġie emendat diversi drabi biex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer li jeħtieġ li jiġu riflessi f'dak l-Anness. L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1373 (5), wara l-okkorrenzi tad-deni Afrikan tal-ħnieżer li seħħew fil-Bulgarija, fil-Polonja u fis-Slovakkja.

(2)

Sa mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/1373, kien hemm aktar okkorrenzi tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer selvaġġi u domestiċi fil-Polonja, fil-Litwanja, fir-Rumanija, fil-Bulgarija u fl-Ungerija. Wara dawn l-okkorrenzi reċenti ta' dik il-marda, u filwaqt li tqieset is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Unjoni, ir-reġjonalizzazzjoni f'dawk il-ħames Stati Membri ġiet ivvalutata mill-ġdid u aġġornata. Barra minn hekk, ġew ivvalutati mill-ġdid u aġġornati wkoll il-miżuri ta' mmaniġġjar tar-riskji li hemm fis-seħħ. Dawn il-bidliet jeħtieġ li jiġu riflessi fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(3)

F'Awwissu 2019, ġew osservati tliet każijiet tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer selvaġġi fid-distretti ta' elblaski, giżycki u radomski fil-Polonja f'żoni li bħalissa huma elenkati fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Dawn il-każijiet ta' deni Afrikan tal-ħnieżer jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa f'dak l-Anness. Għalhekk, jenħtieġ li dawn iż-żoni tal-Polonja affettwati mid-deni Afrikan tal-ħnieżer issa jiġu elenkati fil-Parti II minflok fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(4)

F'Awwissu 2019, ġiet osservata tifqigħa waħda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi fid-distrett ta' olsztyński fil-Polonja, f'żona li bħalissa hija elenkata fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Din it-tifqigħa ta' deni Afrikan tal-ħnieżer tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa f'dak l-Anness. Għalhekk, jenħtieġ li din iż-żona tal-Polonja affettwata mid-deni Afrikan tal-ħnieżer issa tiġi elenkata fil-Parti III minflok fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(5)

F'Awwissu 2019, ġie osservat każ wieħed tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer selvaġġi fil-muniċipalità ta' Rietavas fil-Litwanja, f'żona li bħalissa hija elenkata fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Dan il-każ ta' deni Afrikan tal-ħnieżer jikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa f'dak l-Anness. Għaldaqstant, jenħtieġ li din iż-żona tal-Litwanja affettwata mid-deni Afrikan tal-ħnieżer issa tiġi elenkata fil-Parti II minflok fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(6)

F'Awwissu 2019, ġie osservat każ wieħed tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer selvaġġi fil-muniċipalità ta' Šilutė fil-Litwanja, barra miż-żoni li bħalissa huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Dan il-każ ta' deni Afrikan tal-ħnieżer jikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa f'dak l-Anness. Għaldaqstant jenħtieġ li din iż-żona tal-Litwanja affettwata mid-deni Afrikan tal-ħnieżer issa tiġi elenkata fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(7)

F'Awwissu 2019, ġiet osservata tifqigħa waħda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi fil-kontea ta' Hunedoara fir-Rumanija, f'żona li bħalissa hija elenkata fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Din it-tifqigħa ta' deni Afrikan tal-ħnieżer tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa f'dak l-Anness. Għaldaqstant, jenħtieġ li din iż-żona tar-Rumanija affettwata mid-deni Afrikan tal-ħnieżer issa tiġi elenkata fil-Parti III minflok fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(8)

F'Awwissu 2019, ġie osservat każ wieħed tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer selvaġġi fir-reġjun ta' Sofia Province fil-Bulgarija f'żona elenkata fil-Parti III, li hija qrib żona elenkata fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Dan il-każ ta' deni Afrikan tal-ħnieżer jikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa f'dak l-Anness. Għaldaqstant, jenħtieġ li din iż-żona tal-Bulgarija affettwata mid-deni Afrikan tal-ħnieżer issa tiġi elenkata fil-Parti II minflok fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(9)

F'Awwissu 2019, ġew osservati ħames każijiet tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer selvaġġi fil-kontej ta' Borsod-Abaúj-Zemplén u Heves fl-Ungerija f'żoni li bħalissa huma elenkati fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Dawn il-każijiet ta' deni Afrikan tal-ħnieżer jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa f'dak l-Anness. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawn iż-żoni tal-Ungerija affettwati mid-deni Afrikan tal-ħnieżer issa jiġu elenkati fil-Parti II minflok fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(10)

Sabiex jitqiesu l-iżviluppi riċenti fl-evoluzzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni, u biex ir-riskji marbuta mat-tixrid ta' dik il-marda jiġu miġġielda b'mod proattiv, jenħtieġ li fil-każ tal-Polonja, il-Litwanja, ir-Rumanija, il-Bulgarija u l-Ungerija jiġu demarkati żoni ġodda ta' daqs suffiċjenti li huma l-aktar fir-riskju, u li dawn jiġu elenkati kif xieraq fil-Partijiet I, II u III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Settembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1373 tat-22 ta' Awwissu 2019 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (ĠU L 220, 23.8.2019, p. 6).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS

PARTI I

1.   Il-Belġju

Iż-żoni li ġejjin fil-Belġju:

in Luxembourg province:

the area is delimited clockwise by:

Frontière avec la France,

Rue Mersinhat,

La N818jusque son intersection avec la N83,

La N83 jusque son intersection avec la N884,

La N884 jusque son intersection avec la N824,

La N824 jusque son intersection avec Le Routeux,

Le Routeux,

Rue d'Orgéo,

Rue de la Vierre,

Rue du Bout-d'en-Bas,

Rue Sous l'Eglise,

Rue Notre-Dame,

Rue du Centre,

La N845 jusque son intersection avec la N85,

La N85 jusque son intersection avec la N40,

La N40 jusque son intersection avec la N802,

La N802 jusque son intersection avec la N825,

La N825 jusque son intersection avec la E25-E411,

La E25-E411jusque son intersection avec la N40,

N40: Burnaimont, Rue de Luxembourg, Rue Ranci, Rue de la Chapelle,

Rue du Tombois,

Rue Du Pierroy,

Rue Saint-Orban,

Rue Saint-Aubain,

Rue des Cottages,

Rue de Relune,

Rue de Rulune,

Route de l'Ermitage,

N87: Route de Habay,

Chemin des Ecoliers,

Le Routy,

Rue Burgknapp,

Rue de la Halte,

Rue du Centre,

Rue de l'Eglise,

Rue du Marquisat,

Rue de la Carrière,

Rue de la Lorraine,

Rue du Beynert,

Millewée,

Rue du Tram,

Millewée,

N4: Route de Bastogne, Avenue de Longwy, Route de Luxembourg,

Frontière avec le Grand-Duché de Luxembourg,

Frontière avec la France,

La N87 jusque son intersection avec la N871 au niveau de Rouvroy,

La N871 jusque son intersection avec la N88,

La N88 jusque son intersection avec la rue Baillet Latour,

La rue Baillet Latour jusque son intersection avec la N811,

La N811 jusque son intersection avec la N88,

La N88 jusque son intersection avecla N883 au niveau d'Aubange,

La N883 jusque son intersection avec la N81 au niveau d'Aubange,

La N81 jusque son intersection avec la E25-E411,

La E25-E411 jusque son intersection avec la N40,

La N40 jusque son intersection avec la rue du Fet,

Rue du Fet,

Rue de l'Accord jusque son intersection avec la rue de la Gaume,

Rue de la Gaume jusque son intersection avec la rue des Bruyères,

Rue des Bruyères,

Rue de Neufchâteau,

Rue de la Motte,

La N894 jusque son intersection avec laN85,

La N85 jusque son intersection avec la frontière avec la France.

2.   Il-Bulgarija

Iż-żoni li ġejjin fil-Bulgarija:

the whole region of Gabrovo,

the whole region of Haskovo,

the whole region of Kardzhali,

the whole region of Sliven,

the whole region of Stara Zagora.

3.   L-Estonja

Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:

Hiiu maakond.

4.   L-Ungerija

Iż-żoni li ġejjin fl-Ungerija:

Békés megye 950150, 950250, 950350, 950450, 950750, 950850, 951460, 951550, 951650, 951750, 956, 250 956350 és 956450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe,

Hajdú-Bihar megye 900750, 901250, 901260, 901270, 901350, 901551, 901560, 901570, 901580, 901590, 901650, 901660, 902450, 902550, 902650, 902660, 902670, 902750, 903250, 903650, 903750, 903850, 903950, 903960, 904050, 904060, 904150, 904250, 904350, 904750, 904760, 904850, 904860, 904950, 904960, 905050, 905060, 905070, 905080, 905150, 905250, 905260, 905350, 905360, 905450 és 905550 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe,

Heves megye 702550, 703360, 704150, 704250, 704350, 704450, 704550, 704650, 704750 és 705350 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe,

Jász-Nagykun-Szolnok megye 750150, 750160, 750250, 750260, 750350, 750450, 750460, 750550, 750750, 750850, 751250, 751260,751850, 751950, 752850, 753550, 753650, 753660, 753750, 753850, 753950, 753960, 754050, 754150, 754250, 754360, 754370, 754450, 754550, 754560, 754570, 754650, 754750, 754850, 754950 és 755650 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe,

Nógrád megye 552010, 552150, 552250, 552350, 552450, 552460, 552520, 552550, 552610, 552620, 552710, 552850, 552860, 552950, 552970, 553050, 553110, 553250, 553260, 553350, 553650, 553750, 553850, 553910 és 554050 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe,

Pest megye 571250, 571350, 571550, 571610, 571750, 571760, 572250, 572350, 572550, 572850, 572950, 573360, 573450, 575050, 576050, 577150, 577250, 579750, 580050 és 580450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe,

Szabolcs-Szatmár-Bereg megye 851950, 852350, 852450, 852550, 852750, 853560, 853650, 853751, 853850, 853950, 853960, 854050, 854150, 854250, 854350, 855350, 855450, 855550, 855650, 855660 és 855850 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe.

5.   Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

Aizputes novada Cīravas pagasta daļa uz ziemeļiem no autoceļa 1192, Lažas pagasta daļa uz ziemeļrietumiem no autoceļa 1199 un uz ziemeļiem no Padures autoceļa,

Alsungas novads,

Durbes novada Dunalkas pagasta daļa uz rietumiem no autoceļiem P112, 1193 un 1192, un Tadaiķu pagasts,

Kuldīgas novada Gudenieku pagasts,

Pāvilostas novads,

Stopiņu novada daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes,

Ventspils novada Jūrkalnes pagasts,

Grobiņas novads,

Rucavas novada Dunikas pagasts.

6.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

Klaipėdos rajono savivaldybės: Agluonėnų, Priekulės, Veiviržėnų, Judrėnų, Endriejavo ir Vėžaičių seniūnijos,

Plungės rajono savivaldybės: Alsėdžių, Babrungo, Kulių, Nausodžio, Paukštakių, Platelių, Plungės miesto, Šateikių ir Žemaičių Kalvarijos seniūnijos,

Skuodo rajono savivaldybė,

7.   Il-Polonja

Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:

w województwie warmińsko-mazurskim:

powiat szczycieński,

powiat nidzicki,

powiat działdowski,

gminy Gietrzwałd, Purda, Stawiguda, Jonkowo, Olsztynek i miasto Olsztyn w powiecie olsztyńskim,

gminy Łukta, Miłomłyn, Dąbrówno, Grunwald i Ostróda z miastem Ostróda w powiecie ostródzkim,

gminy Kisielice, Susz, Iława z miastem Iława, Lubawa z miastem Lubawa, w powiecie iławskim,

w województwie podlaskim:

gminy Rudka, Wyszki, część gminy Brańsk położona na północ od linii od linii wyznaczonej przez drogę nr 66 biegnącą od wschodniej granicy gminy do granicy miasta Brańsk i miasto Brańsk w powiecie bielskim,

gmina Poświętne w powiecie białostockim,

gminy Kulesze Kościelne, Nowe Piekuty, Szepietowo, Wysokie Mazowieckie z miastem Wysokie Mazowieckie, Czyżew w powiecie wysokomazowieckim,

gminy Miastkowo, Nowogród, Śniadowo i Zbójna w powiecie łomżyńskim,

powiat zambrowski,

w województwie mazowieckim:

powiat ostrołęcki,

powiat miejski Ostrołęka,

gminy Bielsk, Brudzeń Duży, Drobin, Gąbin, Łąck, Nowy Duninów, Radzanowo, Słupno i Stara Biaław powiecie płockim,

powiat miejski Płock,

powiat sierpecki,

powiat żuromiński,

gminy Andrzejewo, Brok, Małkinia Górna, Stary Lubotyń, Szulborze Wielkie, Wąsewo, Zaręby Kościelne i Ostrów Mazowiecka z miastem Ostrów Mazowiecka w powiecie ostrowskim,

gminy Dzierzgowo, Lipowiec Kościelny, miasto Mława, Radzanów, Szreńsk, Szydłowo i Wieczfnia Kościelna, w powiecie mławskim,

powiat przasnyski,

powiat makowski,

gminy Gzy, Obryte, Zatory, Pułtusk i część gminy Winnica położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę łączącą miejscowości Bielany, Winnica i Pokrzywnica w powiecie pułtuskim,

gminy Brańszczyk, Długosiodło, Rząśnik, Wyszków, Zabrodzie i część gminy Somianka położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 62 w powiecie wyszkowskim,

gminy Puszcza Mariańska, Wiskitki i miasto Żyrardów w powiecie żyrardowskim,

gminy Błędów, Nowe Miasto nad Pilicą i Mogielnica w powiecie grójeckim,

gminy Stara Błotnica, Wyśmierzyce i Radzanów w powiecie białobrzeskim,

gminy Iłża, Jedlińsk, Kowala, Przytyk, Skaryszew, Wierzbica, Wolanów i Zakrzew w powiecie radomskim,

powiat miejski Radom,

powiat szydłowiecki,

powiat przysuski,

gminy Kazanów i Przyłęk w powiecie zwoleńskim,

gminy Ciepielów, Chotcza, Lipsko, Rzeczniów i Sienno w powiecie lipskim,

powiat gostyniński,

w województwie lubelskim:

gminy Bełżyce, Borzechów, Bychawa, Niedrzwica Duża, Konopnica, Strzyżewice, Wysokie, Wojciechów i Zakrzew w powiecie lubelskim,

gminy Kraśnik z miastem Kraśnik, Szastarka, Trzydnik Duży, Wilkołaz, Zakrzówek i część gminy Urzędów położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 833 w powiecie kraśnickim,

gminy Batorz, Godziszów, Janów Lubelski, Modliborzyce i Potok Wielki w powiecie janowskim,

gmina Potok Górny w powiecie biłgorajskim,

w województwie podkarpackim:

gminy Wielkie Oczy i Lubaczów z miastem Lubaczów w powiecie lubaczowskim,

gminy Laszki, Wiązownica, Radymno z miastem Radymno i gmina wiejska Jarosław w powiecie jarosławskim,

gminy Bojanów, Pysznica, Zaleszany i miasto Stalowa Wola w powiecie stalowowolskim,

powiat tarnobrzeski,

gmina Sieniawa i Tryńcza w powiecie przeworskim,

powiat leżajski,

powiat niżański,

w województwie świętokrzyskim:

gminy Lipnik, Opatów, Wojciechowice, Sadowie i część gminy Ożarów położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 74 w powiecie opatowskim,

powiat sandomierski,

gmina Brody w powiecie starachowickim,

powiat ostrowiecki,

w województwie łódzkim:

gminy Kocierzew Południowy, Kiernozia, Chąśno, część gminy wiejskiej Łowicz położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 92 i Nieborów w powiecie łowickim,

gminy Biała Rawska, Regnów i Sadowice w powiecie rawskim

gminy Bolimów, Kowiesy, Nowy Kawęczyn i Skierniewice w powiecie skierniewickim,

powiat miejski Skierniewice,

w województwie pomorskim:

powiat nowodworski,

gminy Lichnowy, Miłoradz, Nowy Staw, Malbork z miastem Malbork w powiecie malborskim,

gminy Mikołajki Pomorskie, Stary Targ i Sztum w powiecie sztumskim,

powiat gdański,

Miasto Gdańsk,

powiat tczewski,

powiat kwidzyński.

8.   Ir-Rumanija

Iż-żoni li ġejjin fir-Rumanija:

Județul Alba,

Județul Cluj,

Județul Harghita,

Județul Iași cu restul comunelor care nu sunt incluse in partea II,

Județul Neamț,

Județul Suceava,

Județul Mureș,

Județul Sibiu,

Județul Caraș-Severin.

9.   Is-Slovakkja

Iż-żoni li ġejjin fis-Slovakkja:

the whole district of Kosice-okolie (including its urban areas),

the whole district of Vrenov nad Toplou,

the whole district of Humenné,

the whole district of Snina,

the whole district of Sobrance,

in the district of Michalovce, the whole municipalities of Tušice, Moravany, Pozdišovce, Michalovce, Zalužice, Lúčky,Závadka, Hnojné,, Poruba pod Vihorlatom, Jovsa, Kusín, Klokočov, Kaluža, Vinné, Trnava pri Laborci, Oreské, Staré, Zbudza, Petrovce nad Laborcom, Lesné, Suché, Rakovec nad Ondavou, Nacina Ves, Voľa, Pusté Čemerné and Strážske.

PARTI II

1.   Il-Belġju

Iż-żoni li ġejjin fil-Belġju:

in Luxembourg province:

the area is delimited clockwise by:

La frontière avec la France au niveau de Florenville,

La N85 jusque son intersection avec la N894au niveau de Florenville,

La N894 jusque son intersection avec larue de la Motte,

La rue de la Motte jusque son intersection avec la rue de Neufchâteau,

La rue de Neufchâteau,

La rue des Bruyères jusque son intersection avec la rue de la Gaume,

La rue de la Gaume jusque son intersection avec la rue de l'Accord,

La rue de l'Accord,

La rue du Fet,

La N40 jusque son intersection avec la E25-E411,

La E25-E411 jusque son intersection avec la N81 au niveau de Weyler,

La N81 jusque son intersection avec la N883 au niveau d'Aubange,

La N883 jusque son intersection avec la N88 au niveau d'Aubange,

La N88 jusque son intersection avec la N811,

La N811 jusque son intersection avec la rue Baillet Latour,

La rue Baillet Latour jusque son intersection avec la N88,

La N88 jusque son intersection avec la N871,

La N871 jusque son intersection avec la N87 au niveau de Rouvroy,

La N87 jusque son intersection avec la frontière avec la France.

2.   Il-Bulgarija

Iż-żoni li ġejjin fil-Bulgarija:

the whole region of Pernik,

the whole region of Kyustendil,

the whole region of Dobrich,

the whole region of Plovdiv,

the whole region of Pazardzhik,

the whole region of Shumen,

the whole region of Smolyan,

the whole region of Varna,

the whole region of Burgas excluding the areas in Part III,

the whole region of Veliko Tarnovo excluding the areas in Part III.

3.   L-Estonja

Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:

Eesti Vabariik (välja arvatud Hiiu maakond).

4.   L-Ungerija

Iż-żoni li ġejjin fl-Ungerija:

Borsod-Abaúj-Zemplén megye 650100, 650200, 650300, 650400, 650500, 650600, 650700, 650800, 650900, 651000, 651100, 651200, 651300, 651400, 651500, 651610, 651700, 651801, 651802, 651803, 651900, 652000, 652100, 652200, 652300, 652601, 652602, 652603, 652700, 652900, 653000, 653100,653200, 653300, 653401, 653403, 653500, 653600, 653700, 653800, 653900, 654000, 654201, 654202, 654301, 654302, 654400, 654501, 654502, 654600, 654700, 654800, 654900, 655000, 655100, 655200, 655300, 655400, 655500, 655600, 655700, 655800, 655901, 655902, 656000, 656100, 656200, 656300, 656400, 656600, 656701, 656702, 656800, 656900, 657010, 657100, 657300, 657400, 657500, 657600, 657700, 657800, 657900, 658000, 658100, 658201, 658202, 658310, 658401, 658402, 658403, 658404, 658500, 658600, 658700, 658801, 658802, 658901, 658902, 659000, 659100, 659210, 659220, 659300, 659400, 659500, 659601, 659602, 659701, 659800, 659901, 660000, 660100, 660200, 660400, 660501, 660502, 660600 és 660800, valamint 652400, 652500 és 652800 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe,

Hajdú-Bihar megye 900150, 900250, 900350, 900450, 900550, 900650, 900660, 900670, 901850,900850, 900860, 900930, 900950, 901050, 901150, 901450, 901750, 901950, 902050, 902150, 902250, 902350, 902850, 902860, 902950, 902960, 903050, 903150, 903350, 903360, 903370, 903450, 903550, 904450, 904460, 904550 és 904650 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe,

Heves megye 700150, 700250, 700260, 700350, 700450, 700460, 700550, 700650, 700750, 700850, 700860, 700950, 701050, 701111, 701150, 701250, 701350, 701550, 701560, 701650, 701750, 701850, 701950, 702050, 702150, 702250, 702260, 702350, 702450, 702750, 702850, 702950, 703050, 703150, 703250, 703350, 703370, 703450, 703550, 703610, 703750, 703850, 703950, 704050, 704850, 704950, 705050, 705150,705250, 705450, 705510 és 705610 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe,

Jász-Nagykun-Szolnok megye 750650, 750950, 751050, 751150, 751160, 751350, 751360, 751450, 751460, 751470, 751550, 751650, 751750, 752150, 752250, 752350, 752450, 752460, 752550, 752560, 752650, 752750, 752950, 753060, 753070, 753150, 753250, 753310, 753450, 755550 és 755750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe,

Nógrád megye 550110, 550120, 550130, 550210, 550310, 550320, 550450, 550460, 550510, 550610, 550710, 550810, 550950, 551010, 551150, 551160, 551250, 551350, 551360, 551450, 551460, 551550, 551650, 551710, 551810, 551821, 552360 és 552960 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe,

Szabolcs-Szatmár-Bereg megye 850950, 851050, 851150, 851250, 851350, 851450, 851550, 851560, 851650, 851660, 851751, 851752, 852850, 852860, 852950, 852960, 853050, 853150, 853160, 853250, 853260, 853350, 853360, 853450, 853550, 854450, 854550, 854560, 854650, 854660, 854750, 854850, 854860, 854870, 854950, 855050, 855150, 855250, 855460, 855750, 855950, 855960, 856051, 856150, 856250, 856260, 856350, 856360, 856450, 856550, 856650, 856750, 856760, 856850, 856950, 857050, 857150, 857350, 857450, 857650, valamint 850150, 850250, 850260, 850350, 850450, 850550, 852050, 852150, 852250, 857550, 850650, 850850, 851851 és 851852 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe.

5.   Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

Ādažu novads,

Aizputes novada Kalvenes pagasts pagasta daļa uz dienvidiem no autoceļa A9,

Aglonas novads,

Aizkraukles novads,

Aknīstes novads,

Alojas novads,

Alūksnes novads,

Amatas novads,

Apes novads,

Auces novads,

Babītes novads,

Baldones novads,

Baltinavas novads,

Balvu novads,

Bauskas novads,

Beverīnas novads,

Brocēnu novada Blīdenes pagasts, Remtes pagasta daļa uz austrumiem no autoceļa 1154 un P109,

Burtnieku novads,

Carnikavas novads,

Cēsu novads,

Cesvaines novads,

Ciblas novads,

Dagdas novads,

Daugavpils novads,

Dobeles novads,

Dundagas novads,

Durbes novada Durbes pagasta daļa uz dienvidiem no dzelzceļa līnijas Jelgava-Liepāja,

Engures novads,

Ērgļu novads,

Garkalnes novads,

Gulbenes novads,

Iecavas novads,

Ikšķiles novads,

Ilūkstes novads,

Inčukalna novads,

Jaunjelgavas novads,

Jaunpiebalgas novads,

Jaunpils novads,

Jēkabpils novads,

Jelgavas novads,

Kandavas novads,

Kārsavas novads,

Ķeguma novads,

Ķekavas novads,

Kocēnu novads,

Kokneses novads,

Krāslavas novads,

Krimuldas novads,

Krustpils novads,

Kuldīgas novada Ēdoles, Īvandes, Padures, Rendas, Kabiles, Rumbas, Kurmāles, Pelču, Snēpeles, Turlavas, Laidu un Vārmes pagasts, Kuldīgas pilsēta,

Lielvārdes novads,

Līgatnes novads,

Limbažu novads,

Līvānu novads,

Lubānas novads,

Ludzas novads,

Madonas novads,

Mālpils novads,

Mārupes novads,

Mazsalacas novads,

Mērsraga novads,

Naukšēnu novads,

Neretas novads,

Ogres novads,

Olaines novads,

Ozolnieku novads,

Pārgaujas novads,

Pļaviņu novads,

Preiļu novads,

Priekules novads,

Priekuļu novads,

Raunas novads,

republikas pilsēta Daugavpils,

republikas pilsēta Jelgava,

republikas pilsēta Jēkabpils,

republikas pilsēta Jūrmala,

republikas pilsēta Rēzekne,

republikas pilsēta Valmiera,

Rēzeknes novads,

Riebiņu novads,

Rojas novads,

Ropažu novads,

Rugāju novads,

Rundāles novads,

Rūjienas novads,

Salacgrīvas novads,

Salas novads,

Salaspils novads,

Saldus novada Novadnieku, Kursīšu, Zvārdes, Pampāļu, Šķēdes, Nīgrandes, Zaņas, Ezeres, Rubas, Jaunauces un Vadakstes pagasts,

Saulkrastu novads,

Sējas novads,

Siguldas novads,

Skrīveru novads,

Skrundas novads,

Smiltenes novads,

Stopiņu novada daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes,

Strenču novads,

Talsu novads,

Tērvetes novads,

Tukuma novads,

Vaiņodes novads,

Valkas novads,

Varakļānu novads,

Vārkavas novads,

Vecpiebalgas novads,

Vecumnieku novads,

Ventspils novada Ances, Tārgales, Popes, Vārves, Užavas, Piltenes, Puzes, Ziru, Ugāles, Usmas un Zlēku pagasts, Piltenes pilsēta,

Viesītes novads,

Viļakas novads,

Viļānu novads,

Zilupes novads.

6.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

Alytaus miesto savivaldybė,

Alytaus rajono savivaldybė: Alytaus, Alovės, Butrimonių, Daugų, Nemunaičio, Pivašiūnų, Punios, Raitininkų seniūnijos,

Anykščių rajono savivaldybė,

Akmenės rajono savivaldybė: Ventos ir Papilės seniūnijos,

Biržų miesto savivaldybė,

Biržų rajono savivaldybė,

Druskininkų savivaldybė,

Elektrėnų savivaldybė,

Ignalinos rajono savivaldybė,

Jonavos rajono savivaldybė,

Joniškio rajono savivaldybė: Kepalių, Kriukų, Saugėlaukio ir Satkūnų seniūnijos,

Jurbarko rajono savivaldybė,

Kaišiadorių rajono savivaldybė,

Kalvarijos savivaldybė: Akmenynų, Liubavo, Kalvarijos seniūnijos dalis į pietus nuo kelio Nr. 131 ir į pietus nuo kelio Nr. 200 ir Sangrūdos seniūnijos,

Kauno miesto savivaldybė,

Kauno rajono savivaldybė: Babtų, Batniavos, Čekiškės, Domeikavos, Garliavos, Garliavos apylinkių, Karmėlavos, Kulautuvos, Lapių, Linksmakalnio, Neveronių, Raudondvario, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vandžiogalos, Vilkijos ir Vilkijos apylinkių seniūnijos,

Kelmės rajono savivaldybė,Kėdainių rajono savivaldybė,

Kupiškio rajono savivaldybė,

Lazdijų rajono savivaldybė: Būdviečio, Kapčiamieščio, Kučiūnų ir Noragėlių seniūnijos,

Marijampolės savivaldybė: Degučių, Mokolų ir Narto seniūnijos,

Mažeikių rajono savivaldybė: Šerkšnėnų, Sedos ir Židikų seniūnijos,

Molėtų rajono savivaldybė,

Pagėgių savivaldybė,

Pakruojo rajono savivaldybė,

Panevėžio rajono savivaldybė,

Panevėžio miesto savivaldybė,

Pasvalio rajono savivaldybė,

Radviliškio rajono savivaldybė,

Rietavo savivaldybė,

Prienų rajono savivaldybė: Stakliškių ir Veiverių seniūnijos,

Plungės rajono savivaldybė: Žlibinų ir Stalgėnų seniūnijos,

Raseinių rajono savivaldybė,

Rokiškio rajono savivaldybė,

Šakių rajono savivaldybė: Barzdų, Griškabūdžio, Kidulių, Kudirkos Naumiesčio, Lekėčių, Sintautų, Slavikų. Sudargo, Žvirgždaičių seniūnijos ir Kriūkų seniūnijos dalis į rytus nuo kelio Nr. 3804, Lukšių seniūnijos dalis į rytus nuo kelio Nr. 3804, Šakių seniūnijos dalis į pietus nuo kelio Nr. 140 ir į pietvakarius nuo kelio Nr. 137

Šalčininkų rajono savivaldybė,

Šiaulių miesto savivaldybė,

Šiaulių rajono savivaldybė: Šiaulių kaimiškoji seniūnija,

Šilutės rajono savivaldybė,

Širvintų rajono savivaldybė,

Šilalės rajono savivaldybė,

Švenčionių rajono savivaldybė,

Tauragės rajono savivaldybė,

Telšių rajono savivaldybė,

Trakų rajono savivaldybė,

Ukmergės rajono savivaldybė,

Utenos rajono savivaldybė,

Varėnos rajono savivaldybė,

Vilniaus miesto savivaldybė,

Vilniaus rajono savivaldybė,

Vilkaviškio rajono savivaldybė: Bartninkų, Gražiškių, Keturvalakių, Kybartų, Klausučių, Pajevonio, Šeimenos, Vilkaviškio miesto, Virbalio, Vištyčio seniūnijos,

Visagino savivaldybė,

Zarasų rajono savivaldybė.

7.   Il-Polonja

Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:

w województwie warmińsko-mazurskim:

gminy Kalinowo, Prostki i gmina wiejska Ełk w powiecie ełckim,

gminy Elbląg, Gronowo Elbląskie, Milejewo, Młynary, Markusy, Rychliki i Tolkmicko w powiecie elbląskim,

powiat miejski Elbląg,

powiat gołdapski,

gmina Wieliczki w powiecie oleckim,

powiat piski,

gmina Górowo Iławeckie z miastem Górowo Iławeckie w powiecie bartoszyckim,

gminy Biskupiec, Świątki i część gminy Barczewo położona na południe od linii wyznaczonej przez linię kolejową w powiecie olsztyńskim,

gmina Miłakowo, część gminy Małdyty położona na południowy – zachód od linii wyznaczonej przez linię kolejową biegnącą od Olsztyna do Elbląga i część gminy Morąg położona na południe od linii wyznaczonej przez linię kolejową biegnącą od Olsztyna do Elbląga w powiecie ostródzkim,

część gminy Ryn położona na południe od linii wyznaczonej przez linię kolejową łączącą miejscowości Giżycko i Kętrzyn w powiecie giżyckim,

gminy Braniewo i miasto Braniewo, Frombork, Lelkowo, Pieniężno, Płoskinia oraz część gminy Wilczęta położona na pólnoc od linii wyznaczonej przez drogę nr 509 w powiecie braniewskim,

gmina Reszel, część gminy Kętrzyn położona na południe od linii kolejowej łączącej miejscowości Giżycko i Kętrzyn biegnącej do granicy miasta Kętrzyn, na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 591 biegnącą od miasta Kętrzyn do północnej granicy gminy oraz na zachód i na południe od zachodniej i południowej granicy miasta Kętrzyn, miasto Kętrzyn i część gminy Korsze położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę biegnącą od wschodniej granicy łączącą miejscowości Krelikiejmy i Sątoczno i na wschód od linii wyznaczonej przez drogę łączącą miejscowości Sątoczno, Sajna Wielka biegnącą do skrzyżowania z drogą nr 590 w miejscowości Glitajny, a następnie na wschód od drogi nr 590 do skrzyżowania z drogą nr 592 i na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 592 biegnącą od zachodniej granicy gminy do skrzyżowania z drogą nr 590 w powiecie kętrzyńskim,

gminy Lubomino, Orneta część gminy Lidzbark Warmiński położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 51 i miasto Lidzbark Warmiński w powiecie lidzbarskim,

powiat mrągowski,

gmina Zalewo w powiecie iławskim,

w województwie podlaskim:

powiat grajewski,

powiat moniecki,

powiat sejneński,

gminy Łomża, Piątnica, Jedwabne, Przytuły i Wiznaw powiecie łomżyńskim,

powiat miejski Łomża,

gminy Dziadkowice, Grodzisk, Mielnik, Nurzec-Stacja i Siemiatycze z miastem Siemiatycze w powiecie siemiatyckim,

gminy Białowieża, Czyże, Narew, Narewka, Hajnówka z miastem Hajnówka i część gminy Dubicze Cerkiewne położona na północny wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 1654B w powiecie hajnowskim,

gminy Klukowo, Kobylin-Borzymy i Sokoły w powiecie wysokomazowieckim,

powiat kolneński z miastem Kolno,

gminy Czarna Białostocka, Dobrzyniewo Duże, Gródek, Juchnowiec Kościelny, Łapy, Michałowo, Supraśl, Suraż, Turośń Kościelna, Tykocin, Wasilków, Zabłudów, Zawady i Choroszcz w powiecie białostockim,

miasto Bielsk Podlaski, część gminy Bielsk Podlaski położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 19 biegnącą od południowo-zachodniej granicy gminy do granicy miasta Bielsk Podlaski, na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 689 biegnącą od wschodniej granicy gminy do wschodniej granicy miasta Bielsk Podlaski oraz na północ i północny zachód od granicy miasta Bielsk Podlaski, część gminy Boćki położona na zachód od linii od linii wyznaczonej przez drogę nr 19 i część gminy Brańsk położona na południe od linii od linii wyznaczonej przez drogę nr 66 biegnącą od wschodniej granicy gminy do granicy miasta Brańsk w powiecie bielskim,

powiat suwalski,

powiat miejski Suwałki,

powiat augustowski,

powiat sokólski,

powiat miejski Białystok,

w województwie mazowieckim:

gminy Korczew, Kotuń, Paprotnia, Przesmyki, Wodynie, Skórzec, Mokobody, Mordy, Siedlce, Suchożebry i Zbuczyn w powiecie siedleckim,

powiat miejski Siedlce,

gminy Bielany, Ceranów, Kosów Lacki, Repki i gmina wiejska Sokołów Podlaski w powiecie sokołowskim,

powiat węgrowski,

powiat łosicki,

gminy Grudusk, Opinogóra Górna, Gołymin-Ośrodek i część gminy Glinojeck położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 7 w powiecie ciechanowskim,

powiat sochaczewski,

gminy Policzna, Tczów i Zwoleń w powiecie zwoleńskim,

gminy Garbatka – Letnisko, Gniewoszów i Sieciechów w powiecie kozienickim,

gmina Solec nad Wisłą w powiecie lipskim,

gminy Gózd, Jastrzębia, Jedlnia Letnisko i Pionki z miastem Pionki w powiecie radomskim,

gminy Bodzanów, Bulkowo, Staroźreby i Słubice w powiecie płockim,

powiat nowodworski,

powiat płoński,

gminy Pokrzywnica, Świercze i część gminy Winnica położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę łączącą miejscowości Bielany, Winnica i Pokrzywnica w powiecie pułtuskim,

powiat wołomiński,

część gminy Somianka położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 62 w powiecie wyszkowskim,

gminy Borowie, Garwolin z miastem Garwolin, Górzno, Miastków Kościelny, Parysów, Pilawa, Trojanów, Żelechów, część gminy Wilga położona na północ od linii wyznaczonej przez rzekę Wilga biegnącą od wschodniej granicy gminy do ujścia do rzeki Wisły w powiecie garwolińskim,

gmina Boguty – Pianki w powiecie ostrowskim,

gminy Stupsk, Wiśniewo i część gminy Strzegowo położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 7 w powiecie mławskim,

powiat otwocki,

powiat warszawski zachodni,

powiat legionowski,

powiat piaseczyński,

powiat pruszkowski,

gminy Belsk Duży, Goszczyn, Chynów, Grójec, Jasieniec, Pniewy i Warka w powiecie grójeckim,

powiat grodziski,

gminy Mszczonów i Radziejowice w powiecie żyrardowskim,

gminy Białobrzegi i Promna w powiecie białobrzeskim,

powiat miejski Warszawa,

w województwie lubelskim:

gminy Janów Podlaski, Kodeń, Tuczna, Leśna Podlaska, Rossosz, Łomazy, Konstantynów, Piszczac, Rokitno, Biała Podlaska, Zalesie, Terespol z miastem Terespol, Drelów, Międzyrzec Podlaski z miastem Międzyrzec Podlaski w powiecie bialskim,

powiat miejski Biała Podlaska,

gminy Aleksandrów, Biłgoraj z miastem Biłgoraj, Biszcza, Józefów, Księżpol, Łukowa, Obsza i Tarnogród część gminy Frampol położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 74, część gminy Goraj położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 835, część gminy Tereszpol położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 858, część gminy Turobin położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 835 w powiecie biłgorajskim,

gminy Chrzanów i Dzwola w powiecie janowskim,

powiat puławski,

powiat rycki,

gminy Stoczek Łukowski z miastem Stoczek Łukowski, Wola Mysłowska, Trzebieszów, Stanin, część gminy wiejskiej Łuków położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 63 biegnącą od północnej granicy gminy do granicy miasta Łuków i na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 806 biegnącą od wschodniej granicy miasta Łuków do wschodniej granicy gminy wiejskiej Łuków i miasto Łuków w powiecie łukowskim,

gminy Jabłonna, Krzczonów i Garbów w powiecie lubelskim,

gminy Rybczewice i Piaski w powiecie świdnickim,

gmina Fajsławice, część gminy Żółkiewka położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 842 i część gminy Łopiennik Górny położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 17 w powiecie krasnostawskim,

gminy Dołhobyczów, Mircze, Trzeszczany, Werbkowice i część gminy wiejskiej Hrubieszów położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 844 oraz na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 74 i miasto Hrubieszów w powiecie hrubieszowskim,

gminy Krynice, Rachanie, Tarnawatka, Łaszczów, Telatyn, Tyszowce i Ulhówek w powiecie tomaszowskim,

część gminy Wojsławice położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę biegnącą od północnej granicy gminy przez miejscowość Wojsławice do południowej granicy gminy w powiecie chełmskim,

gmina Adamów, Miączyn, Sitno, Komarów-Osada, Krasnobród, Łabunie, Zamość, Grabowiec, część gminy Zwierzyniec położona na południowy-wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 858 i część gminy Skierbieszów położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 843 w powiecie zamojskim,

powiat miejski Zamość,

gminy Annopol, Dzierzkowice, Gościeradów i część gminy Urzędów położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 833 w powiecie kraśnickim,

powiat opolski,

w województwie podkarpackim:

gminy Radomyśl nad Sanem i Zaklików w powiecie stalowowolskim,

gminy Horyniec-Zdrój, Cieszanów, Oleszyce i Stary Dzików w powiecie lubaczowskim,

gmina Adamówka w powiecie przeworskim,

w województwie pomorskim:

gminy Dzierzgoń i Stary Dzierzgoń w powiecie sztumskim,

gmina Stare Pole w powiecie malborskim,

w województwie świętokrzyskim:

gmina Tarłów i część gminy Ożarów polożona na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 74 w powiecie opatowskim.

8.   Ir-Rumanija

Iż-żoni li ġejjin fir-Rumanija:

Restul județului Maramureș care nu a fost inclus în Partea III cu următoarele comune:

Comuna Vișeu de Sus,

Comuna Moisei,

Comuna Borșa,

Comuna Oarța de Jos,

Comuna Suciu de Sus,

Comuna Coroieni,

Comuna Târgu Lăpuș,

Comuna Vima Mică,

Comuna Boiu Mare,

Comuna Valea Chioarului,

Comuna Ulmeni,

Comuna Băsești,

Comuna Baia Mare,

Comuna Tăuții Magherăuș,

Comuna Cicărlău,

Comuna Seini,

Comuna Ardusat,

Comuna Farcasa,

Comuna Salsig,

Comuna Asuaju de Sus,

Comuna Băița de sub Codru,

Comuna Bicaz,

Comuna Grosi,

Comuna Recea,

Comuna Baia Sprie,

Comuna Sisesti,

Comuna Cernesti,

Copalnic Mănăstur,

Comuna Dumbrăvița,

Comuna Cupseni,

Comuna Șomcuța Mare,

Comuna Sacaleșeni,

Comuna Remetea Chioarului,

Comuna Mireșu Mare,

Comuna Ariniș,

Județul Bistrița-Năsăud,

Județul Iași cu următoarele comune:

Bivolari,

Trifești,

Probota,

Movileni,

Țigănași,

Popricani,

Victoria,

Golăești,

Aroneanu,

Iași,

Rediu,

Miroslava,

Bârnova,

Ciurea,

Mogosești,

Grajduri,

Scânteia,

Scheia,

Dobrovăț,

Schitu Duca,

Tuțora,

Tomești,

Bosia,

Prisăcani,

Osoi,

Costuleni,

Răducăneni,

Dolhești,

Gorban,

Ciortești,

Moșna,

Cozmești,

Grozești,

Holboca.

PARTI III

1.   Il-Bulgarija

Iż-żoni li ġejjin fil-Bulgarija:

the whole region of Blagoevgrad,

the whole region of Montana,

the whole region of Ruse,

the whole region of Razgrad,

the whole region of Silistra,

the whole region of Pleven,

the whole region of Vratza,

the whole region of Vidin,

the whole region of Targovishte,

the whole region of Lovech,

the whole region of Sofia city,

the whole region of Sofia Province,

in the region of Veliko Tarnovo:

the whole municipality of Svishtov,

the whole municipality of Pavlikeni

the whole municipality of Polski Trambesh

the whole municipality of Strajitsa,

in Burgas region:

the whole municipality of Burgas,

the whole municipality of Kameno,

the whole municipality of Malko Tarnovo,

the whole municipality of Primorsko,

the whole municipality of Sozopol,

the whole municipality of Sredets,

the whole municipality of Tsarevo.

2.   Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

Aizputes novada Aizputes pagasts, Cīravas pagasta daļa uz dienvidiem no autoceļa 1192, Kazdangas pagasts, Kalvenes pagasta daļa uz ziemeļiem no autoceļa A9, Lažas pagasta dienvidaustrumu daļa un pagasta daļa uz dienvidaustrumiem no autoceļa 1199 un uz dienvidiem no Padures autoceļa, Aizputes pilsēta,

Durbes novada Vecpils pagasts, Durbes pagasta daļa uz ziemeļiem no dzelzceļa līnijas Jelgava-Liepāja, Dunalkas pagasta daļa uz austrumiem no autoceļiem P112, 1193 un 1192, Durbes pilsēta,

Brocēnu novada Cieceres un Gaiķu pagasts, Remtes pagasta daļa uz rietumiem no autoceļa 1154 un P109, Brocēnu pilsēta,

Saldus novada Saldus, Zirņu, Lutriņu un Jaunlutriņu pagasts, Saldus pilsēta.

3.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

Akmenės rajono savivaldybė: Akmenės, Kruopių, Naujosios Akmenės kaimiškoji ir Naujosios Akmenės miesto seniūnijos,

Alytaus rajono savivaldybė: Simno sen, Krokialaukio ir Miroslavo seniūnijos,

Birštono savivaldybė,

Joniškio rajono savivaldybė:Gaižaičių, Gataučių, Joniškio, Rudiškių, Skaistgirio, Žagarės seniūnijos,

Kalvarijos savivaldybė: Kalvarijos seniūnijos dalis į šiaurę nuo kelio Nr. 131 ir į šiaurę nuo kelio Nr. 200,

Kauno rajono savivaldybė: Akademijos, Alšėnų, Ežerėlio, Kačerginės, Ringaudų ir Zapyškio seniūnijos,

Kazlų Rudos savivaldybė: Antanavo, Kazlų Rudos, Jankų ir Plutiškių seniūnijos,

Lazdijų rajono savivaldybė: Krosnos, Lazdijų miesto, Lazdijų, Seirijų, Šeštokų, Šventežerio ir Veisiejų seniūnijos,

Marijampolės savivaldybė: Gudelių, Igliaukos, Liudvinavo, Marijampolės,Sasnavos ir Šunskų seniūnijos,

Mažeikių rajono savivaldybės: Laižuvos, Mažeikių apylinkės, Mažeikių, Reivyčių, Tirkšlių ir Viekšnių seniūnijos,

Prienų rajono savivaldybė: Ašmintos, Balbieriškio, Išlaužo, Jiezno, Naujosios Ūtos, Pakuonio, Prienų ir Šilavotos seniūnijos,

Šakių rajono savivaldybė: Gelgaudiškio ir Plokščių seniūnijos ir Kriūkų seniūnijos dalis į vakarus nuo kelio Nr. 3804, Lukšių seniūnijos dalis į vakarus nuo kelio Nr. 3804, Šakių seniūnijos dalis į šiaurę nuo kelio Nr. 140 ir į šiaurės rytus nuo kelio Nr. 137,

Šiaulių rajono savivaldybės: Bubių, Ginkūnų, Gruzdžių, Kairių, Kuršėnų kaimiškoji, Kuršėnų miesto, Kužių, Meškuičių, Raudėnų ir Šakynos seniūnijos,

Šakių rajono savivaldybė: Gelgaudiškio ir Plokščių seniūnijos ir Kriūkų seniūnijos dalis į vakarus nuo kelio Nr. 3804, Lukšių seniūnijos dalis į vakarus nuo kelio Nr. 3804, Šakių seniūnijos dalis į šiaurę nuo kelio Nr. 140 ir į šiaurės rytus nuo kelio Nr. 137,

Vilkaviškio rajono savivaldybės: Gižų ir Pilviškių seniūnijos.

4.   Il-Polonja

Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:

w województwie warmińsko-mazurskim:

Gminy Bisztynek, Sępopol i Bartoszyce z miastem Bartoszyce w powiecie bartoszyckim,

gmina Kiwity i część gminy Lidzbark Warmiński położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 51 w powiecie lidzbarskim,

gminy Srokowo, Barciany, część gminy Kętrzyn położona na północ od linii kolejowej łączącej miejscowości Giżycko i Kętrzyn biegnącej do granicy miasta Kętrzyn oraz na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 591 biegnącą od miasta Kętrzyn do północnej granicy gminy i część gminy Korsze położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę biegnącą od wschodniej granicy łączącą miejscowości Krelikiejmy i Sątoczno i na zachód od linii wyznaczonej przez drogę łączącą miejscowości Sątoczno, Sajna Wielka biegnącą do skrzyżowania z drogą nr 590 w miejscowości Glitajny, a następnie na zachód od drogi nr 590 do skrzyżowania z drogą nr 592 i na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 592 biegnącą od zachodniej granicy gminy do skrzyżowania z drogą nr 590 w powiecie kętrzyńskim,

gmina Stare Juchy w powiecie ełckim,

część gminy Wilczęta położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 509 w powiecie braniewskim,

część gminy Morąg położona na północ od linii wyznaczonej przez linię kolejową biegnącą od Olsztyna do Elbląga, część gminy Małdyty położona na północny – wschód od linii wyznaczonej przez linię kolejową biegnącą od Olsztyna do Elbląga w powiecie ostródzkim,

gminy Godkowo i Pasłęk w powiecie elbląskim,

gminy Kowale Oleckie, Olecko i Świętajno w powiecie oleckim,

powiat węgorzewski,

gminy Kruklanki, Wydminy, Miłki, Giżycko z miastem Giżycko i część gminy Ryn położona na północ od linii kolejowej łączącej miejscowości Giżycko i Kętrzyn w powiecie giżyckim,

gminy Jeziorany, Kolno, Dywity, Dobre Miasto i część gminy Barczewo położona na północ od linii wyznaczonej przez linię kolejową w powiecie olsztyńskim,

w województwie podlaskim:

gmina Orla, część gminy Bielsk Podlaski położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 19 biegnącą od południowo-zachodniej granicy gminy do granicy miasta Bielsk Podlaski i na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 689 biegnącą od wschodniej granicy gminy do wschodniej granicy miasta Bielsk Podlaski i część gminy Boćki położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 19 w powiecie bielskim,

gminy Kleszczele, Czeremcha i część gminy Dubicze Cerkiewne położona na południowy zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 1654B w powiecie hajnowskim,

gminy Perlejewo, Drohiczyn i Milejczyce w powiecie siemiatyckim,

gmina Ciechanowiec w powiecie wysokomazowieckim,

w województwie mazowieckim:

gminy Domanice i Wiśniew w powiecie siedleckim,

gminy Łaskarzew z miastem Łaskarzew, Maciejowice, Sobolew i część gminy Wilga położona na południe od linii wyznaczonej przez rzekę Wilga biegnącą od wschodniej granicy gminy do ujścia dorzeki Wisły w powiecie garwolińskim,

powiat miński,

gminy Jabłonna Lacka, Sabnie i Sterdyń w powiecie sokołowskim,

gminy Ojrzeń, Sońsk, Regimin, Ciechanów z miastem Ciechanów i część gminy Glinojeck położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 7 w powiecie ciechanowskim,

część gminy Strzegowo położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 7 w powiecie mławskim,

gmina Nur w powiecie ostrowskim,

gminy Grabów nad Pilicą, Magnuszew, Głowaczów, Kozienice w powiecie kozienickim,

gmina Stromiec w powiecie białobrzeskim,

gminy Czerwińsk nad Wisłą i Naruszewo w powiecie płońskim,

gminy Wyszogród i Mała Wieś w powiecie płockim,

w województwie lubelskim:

gminy Bełżec, Jarczów, Lubycza Królewska, Susiec, Tomaszów Lubelski i miasto Tomaszów Lubelski w powiecie tomaszowskim,

gminy Białopole, Dubienka, Chełm, Leśniowice, Wierzbica, Sawin, Ruda Huta, Dorohusk, Kamień, Rejowiec, Rejowiec Fabryczny z miastem Rejowiec Fabryczny, Siedliszcze, Żmudź i część gminy Wojsławice położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę biegnącą od północnej granicy gminy do miejscowości Wojsławice do południowej granicy gminy w powiecie chełmskim,

powiat miejski Chełm,

gminy Izbica, Gorzków, Rudnik, Kraśniczyn, Krasnystaw z miastem Krasnystaw, Siennica Różana i część gminy Łopiennik Górny położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 17, część gminy Żółkiewka położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 842 w powiecie krasnostawskim,

gmina Stary Zamość, Radecznica, Szczebrzeszyn, Sułów, Nielisz, część gminy Skierbieszów położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 843, część gminy Zwierzyniec położona na północny-zachód od linii wyznaczonej przez droge nr 858 powiecie zamojskim,

część gminy Frampol położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 74, część gminy Goraj położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 835, część gminy Tereszpol położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 858, część gminy Turobin położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 835 w powiecie biłgorajskim,

gminy Hanna, Hańsk, Wola Uhruska, Urszulin, Stary Brus, Wyryki i gmina wiejska Włodawa w powiecie włodawskim,

powiat łęczyński,

gmina Trawniki w powiecie świdnickim,

gminy Sławatycze, Sosnówka i Wisznice w powiecie bialskim,

gminy Adamów, Krzywda, Serokomla, Wojcieszków i część gminy wiejskiej Łuków położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 63 biegnącą od północnej granicy gminy do granicy miasta Łuków, a następnie na północ, zachód, południe i wschód od linii stanowiącej północną, zachodnią, południową i wschodnią granicę miasta Łuków do jej przecięcia się z drogą nr 806 i na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 806 biegnącą od wschodniej granicy miasta Łuków do wschodniej granicy gminy wiejskiej Łuków w powiecie łukowskim,

powiat parczewski,

powiat radzyński,

powiat lubartowski,

gminy Horodło, Uchanie, Niedźwiada i część gminy wiejskiej Hrubieszów położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 844 biegnącą od zachodniej granicy gminy wiejskiej Hrubieszów do granicy miasta Hrubieszów oraz na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 74 biegnącą od wschodniej granicy miasta Hrubieszów do wschodniej granicy gminy wiejskiej Hrubieszów w powiecie hrubieszowskim,

gminy Głusk, Jastków, Niemce i Wólka w powiecie lubelskim,

gminy Mełgiew i miasto Świdnik w powiecie świdnickim,

powiat miejski Lublin,

w województwie podkarpackim:

gmina Narol w powiecie lubaczowskim.

5.   Ir-Rumanija

Iż-żoni li ġejjin fir-Rumanija:

Zona orașului București,

Județul Constanța,

Județul Satu Mare,

Județul Tulcea,

Județul Bacău,

Județul Bihor,

Județul Brăila,

Județul Buzău,

Județul Călărași,

Județul Dâmbovița,

Județul Galați,

Județul Giurgiu,

Județul Ialomița,

Județul Ilfov,

Județul Prahova,

Județul Sălaj,

Județul Vaslui,

Județul Vrancea,

Județul Teleorman,

Partea din județul Maramureș cu următoarele delimitări:

Comuna Petrova,

Comuna Bistra,

Comuna Repedea,

Comuna Poienile de sub Munte,

Comuna Vișeu e Jos,

Comuna Ruscova,

Comuna Leordina,

Comuna Rozavlea,

Comuna Strâmtura,

Comuna Bârsana,

Comuna Rona de Sus,

Comuna Rona de Jos,

Comuna Bocoiu Mare,

Comuna Sighetu Marmației,

Comuna Sarasau,

Comuna Câmpulung la Tisa,

Comuna Săpânța,

Comuna Remeti,

Comuna Giulești,

Comuna Ocna Șugatag,

Comuna Desești,

Comuna Budești,

Comuna Băiuț,

Comuna Cavnic,

Comuna Lăpuș,

Comuna Dragomirești,

Comuna Ieud,

Comuna Saliștea de Sus,

Comuna Săcel,

Comuna Călinești,

Comuna Vadu Izei,

Comuna Botiza,

Comuna Bogdan Vodă,

Localitatea Groșii Țibileșului, comuna Suciu de Sus,

Localitatea Vișeu de Mijloc, comuna Vișeu de Sus,

Localitatea Vișeu de Sus, comuna Vișeu de Sus.

Județul Mehedinți,

Județul Gorj,

Județul Argeș,

Județul Olt,

Județul Dolj,

Județul Arad,

Județul Timiș,

Județul Covasna,

Județul Brașov,

Județul Botoșani,

Județul Vâlcea,

Județul Hunedoara.

6.   Is-Slovakkja

Iż-żoni li ġejjin fis-Slovakkja:

the whole district of Trebisov,

in the district of Michalovce, the whole municipalities of the district not already included in Part I.

PARTI IV

L-Italja

Iż-żoni li ġejjin fl-Italja:

tutto il territorio della Sardegna.