ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 225

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
29 ta' Awwissu 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1379 tat-28 ta' Awwissu 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet ta' roti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka, mit-Tuneżija, mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036

1

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

29.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 225/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1379

tat-28 ta' Awwissu 2019

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet ta' roti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka, mit-Tuneżija, mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament bażiku”) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2474/93 (2) (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv ta' 30,6 % fuq l-importazzjonijiet ta' biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (minn hawn 'il quddiem imsejħa “r-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”). Wara investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, dan id-dazju ġie estiż permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (3) għall-importazzjonijiet ta' ċerti parts ta' roti li joriġinaw mir-RPĊ. Ġiet introdotta “skema ta' eżenzjoni” għal ċerti parts ta' roti permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (4). Minn dak iż-żmien segwew diversi investigazzjonijiet li emendaw il-miżuri inizjali.

(2)

Il-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ huma dazji anti-dumping definittivi imposti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 (5). Id-dazji anti-dumping li hemm fis-seħħ bħalissa jvarjaw minn 0 % sa 48,5 % (“il-miżuri fis-seħħ”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ minn hawn 'il quddiem se ssir referenza għaliha bħala “l-investigazzjoni tar-rieżami preċedenti”.

(3)

Il-Kunsill, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 501/2013 (6), estenda wkoll il-miżuri fuq l-importazzjonijiet ta' roti kkunsinjati mir-RPĊ għal importazzjonijiet ta' roti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija kif ukoll jekk le. Ingħataw diversi eżenzjonijiet għal produtturi esportaturi ġenwini f'dawn il-pajjiżi fil-qafas ta' din l-investigazzjoni.

(4)

Il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/776 (7), estendiet il-miżuri fuq l-importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-RPĊ għal importazzjonijiet ta' roti kkunsinjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini kif ukoll jekk le. Ingħataw diversi eżenzjonijiet għal produtturi esportaturi ġenwini f'dawn il-pajjiżi fil-qafas ta' din l-investigazzjoni.

(5)

Fl-14 ta' Diċembru 2017 (8), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkonfermat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea li annullat ir-Regolament li jimponi l-miżuri anti-dumping sa fejn kien ikkonċernat l-applikant, Giant Co. Ltd. Għalhekk Giant Co. Ltd. huwa barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri u ma jaqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din l-investigazzjoni.

(6)

Il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/49 (9), emendat il-miżuri fuq l-importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-RPĊ wara rieżami ta' esportatur ġdid skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku.

1.2.   Il-bidu ta' rieżami ta' skadenza

(7)

Wara l-pubblikazzjoni ta' notifika ta' skadenza imminenti tal-miżuri anti-dumping definittivi fis-seħħ (10), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tar-Roti (“EBMA” jew “l-applikant”) ippreżentat talba għal bidu ta' rieżami ta' skadenza ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba ġiet ippreżentata fil-5 ta' Marzu 2018. L-applikant jaġixxi f'isem il-produtturi tar-roti tal-UE li jirrappreżentaw aktar minn 45 % mill-produzzjoni totali tar-roti tal-Unjoni. Din it-talba kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx tirriżulta f'kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u dannu għall-Industija tal-Unjoni.

(8)

Fl-4 ta' Ġunju 2018, permezz ta' notifika ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (11) (“in-Notifika ta' Bidu”), il-Kummissjoni ħabbret it-tnedija ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri anti-dumping li japplikaw għall-importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

1.3.   Investigazzjoni

1.3.1.   Il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat

(9)

L-investigazzjoni dwar probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' dumping kopriet il-perjodu bejn l-1 ta' April 2017 u l-31 ta' Marzu 2018 (il-“perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza tad-dannu kien ikopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sa tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

1.3.2.   Il-partijiet interessati

(10)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat uffiċjalment lill-partijiet li ġejjin dwar il-bidu tar-rieżami ta' skadenza: l-applikant, il-produtturi magħrufa fl-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet rilevanti tagħhom, il-produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ, l-importaturi mhux relatati magħrufa fl-Unjoni, il-fornituri tal-parts u l-assoċjazzjoni tal-utenti fl-Unjoni magħrufa li huma kkonċernati u l-awtoritajiet fir-RPĊ.

(11)

Il-partijiet interessati kollha ġew mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jissottomettu l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta' sostenn fi żmien l-iskadenzi stabbiliti fin-Notifika ta' Bidu. Il-partijiet interessati ngħataw ukoll l-opportunità li jitolbu bil-miktub għal seduta ta' smigħ mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni u/jew mill-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

1.3.3.   Teħid ta' kampjun

(12)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hi tista' tieħu kampjun tal-partijiet interessati, f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.3.3.1.   It-teħid ta' kampjun tal-produtturi tal-Unjoni

(13)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b'mod provviżorju kampjun ta' produtturi tal-Unjoni, skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. Qabel il-bidu, aktar minn 70 produttur tal-Unjoni kienu pprovdew l-informazzjoni mitluba għall-għażla tal-kampjun u esprimew ir-rieda tagħhom li jikkooperaw mal-Kummissjoni. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni kienet għażlet b'mod proviżorju kampjun ta' tliet produtturi, li nstab li kienu rappreżentattivi tal-industrija tal-Unjoni f'termini tal-volum tal-bejgħ u tal-produzzjoni tal-prodott simili fl-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 22 % mill-produzzjoni totali stmata tal-industrija tal-Unjoni u 21 % mill-volum ta' bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment.

(14)

Minbarra l-bidu tal-każ, deher li numru ta' produtturi tal-Unjoni kienu qed jissottokuntrattaw b'mod parzjali jew bis-sħiħ il-proċess tal-produzzjoni lil kumpaniji terzi li joperaw taħt ftehimiet ta' tolling (“tollers”). Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mill-akbar għaxar produtturi tal-Unjoni rigward il-mudelli tan-negozju u l-volumi tal-produzzjoni tagħhom. Fid-dawl tal-informazzjoni l-ġdida riċevuta, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi żewġ produtturi oħra tal-Unjoni fil-kampjun sabiex tkopri d-diversi mudelli tan-negozju applikabbli fl-UE. Il-kampjun finali kopra 27 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni u 26 % tal-volum totali stmat tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni, matul l-2017. Ma waslu ebda kummenti ulterjuri. Il-kampjun tqies li kien rappreżentattiv għall-industrija tal-Unjoni.

1.3.3.2.   Teħid ta' kampjun ta' importaturi mhux relatati

(15)

Bl-għan li l-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk ikun il-każ, sabiex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha ġew mistiedna jipparteċipaw f'din l-investigazzjoni. Dawn intalbu jippreżentaw ruħhom billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom li hija elenkata fl-Anness II tan-Notifika ta' Bidu.

(16)

Barra minn hekk, fl-istadju tal-bidu, il-Kummissjoni kkuntattjat lil 75 importatur identifikati fit-talba għal rieżami, u dawn ġew mistiedna jispjegaw l-attività tagħhom u jimlew l-Anness II tan-Notifika ta' Bidu. Ħadd minnhom ma wieġeb.

1.3.3.3.   Il-kampjunar tal-produtturi fir-RPĊ

(17)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha tal-prodott soġġett għal rieżami fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni staqsiet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi oħra, jekk hemm minnhom, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(18)

Sitt produtturi esportaturi/produtturi wieġbu wara l-bidu tal-proċediment, li fosthom wieħed sussegwentement irtira l-kooperazzjoni tiegħu. Tnejn biss mill-ħames produtturi esportaturi/produtturi li kkooperaw kienu esportaw roti lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(19)

F'konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' tliet gruppi ta' produtturi esportaturi/produtturi abbażi tal-akbar volum iddikjarat ta' esportazzjonijiet, kemm lejn l-UE kif ukoll lejn pajjiżi terzi, u abbażi tal-produzzjoni tal-prodott soġġett għal rieżami matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(20)

Fuq din il-bażi, it-tliet gruppi ta' produtturi esportaturi/produtturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun jirrappreżentaw madwar 89 % mill-produzzjoni u mill-bejgħ totali ddikjarati tal-ħames kumpaniji/gruppi ta' kumpaniji li kkooperaw. F'termini ġenerali, it-tliet gruppi inklużi fil-kampjun jirrappreżentaw 18 % mill-bejgħ ta' roti mir-RPĊ lejn l-UE u 1 % mill-produzzjoni ta' roti fir-RPĊ matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(21)

Il-partijiet ingħataw l-opportunità li jikkummentaw dwar il-kampjun propost. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand l-applikant biss. L-ewwel nett, l-applikant iddikjara li l-produtturi li ppreżentaw ruħhom ma kinux produtturi Ċiniżi ta' roti, peress li dawn huma relatati ma' kumpaniji mit-Tajwan. It-tieni, l-applikant argumenta li l-kumpaniji inklużi fil-kampjun u l-kumpaniji li ppreżentaw ruħhom ma kinux produtturi Ċiniżi tipiċi ta' roti, peress li ma jinsabux fit-tliet ċentri ewlenin tal-industrija tar-roti taċ-Ċina. It-tielet, l-applikant argumenta li l-kumpaniji inklużi fil-kampjun u l-kumpaniji li ppreżentaw ruhom ma jipproduċux roti ta' livell bażiku. Ir-raba', l-applikant argumenta li tnejn mill-kumpaniji fil-kampjun huma soġġetti għal dazju anti-dumping ad valorem ta' żero fil-mija.

(22)

Il-Kummissjoni nnotat li l-applikant ma pprovda ebda evidenza li l-post jagħmel differenza fit-tipi jew fil-kostijiet tal-produzzjoni u lanqas ma pprovda evidenza li l-kumpaniji magħżula ma jipproduċux roti ta' livell bażiku. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' taċċerta li l-produtturi esportaturi fil-kampjun jimmanifatturaw ukoll roti tal-livell tad-dħul.

(23)

Addizzjonalment, meta għażlet il-kampjun, il-Kummissjoni kienet marbuta bid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku sabiex tagħżel kampjun rappreżentattiv mill-kumpaniji li ppreżentaw ruħhom. Fil-kumpaniji li kkooperaw, il-Kummissjoni ċċarat li minkejja s-sjieda, il-post u l-medda ta' prodotti tal-kumpaniji, il-kumpaniji kollha li ntgħażlu għall-kampjun ipproduċew roti fir-RPĊ matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(24)

Għalhekk, il-pretensjonijiet dwar il-kampjunar li saru minn EBMA ma ntlaqgħux.

1.3.3.4.   Il-kwestjonarji u ż-żjarat ta' verifika

(25)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-ħames produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lit-tliet produtturi esportaturi fil-kampjun, lill-applikant u lill-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”). Il-ħames produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, flimkien mal-għaxar tollers tagħhom, it-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u l-applikant wieġbu għall-kwestjonarju.

(26)

Il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset bħala meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u dannu u tal-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta' verifika fil-bini tal-partijiet interessati li ġejjin:

(a)

Il-produtturi tal-Unjoni:

Denver Bike, l-Italja

Maxcom EOOD, il-Bulgarija

MFC (Manufacture Française du Cycle), Franza

RGVS Ibérica Lda, Decathlon group, il-Portugall

Sprick Rowery Spółka z o.o., il-Polonja

(b)

Tollers tal-Unjoni (sottokuntratturi)

A. J. Maias SA, il-Portugall

All Bike's SRL, l-Italja

Andos Bike SRL, l-Italja

G.L. Cicli Di Giraudo Lorena, l-Italja

RTE SA, il-Portugall

(c)

Il-produtturi esportaturi u l-kumpaniji relatati tagħhom:

Ideal Bike Co., Ltd., Dongguan (ir-RPĊ)

Advanced Sports International-China Ltd., Dongguan (ir-RPĊ)

Econotrade Co. Ltd., Taichung (it-Tajwan)

Top Sport International Co. Ltd., Taichung (it-Tajwan)

Ideal Bike Corporation Co., Ltd., Taichung (it-Tajwan)

Oyama Bicycles Co., Ltd., Taicang (ir-RPĊ)

Universal Cycle Corporation Co., Ltd., Guangzhou (ir-RPĊ)

Universal Cycle Corporation (Taiwan Branch), Taipei (it-Tajwan)

1.3.4.   Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(27)

Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li għandha t-tendenza li turi l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li tiftaħ investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(28)

Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta' Bidu l-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi tal-pajjiż ikkonċernat sabiex jipprovdu l-informazzjoni mitluba fl-Anness III għan-Notifika ta' Bidu rigward l-inputs użati għall-produzzjoni tal-prodott soġġett għal rieżami. L-istess sitt produtturi esportaturi/produtturi li bagħtu tweġibiet għall-kampjunar issottomettew ukoll l-informazzjoni mitluba fl-Anness III.

(29)

Biex tikseb l-informazzjoni neċessarja għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju lill-GTĊ fir-rigward tad-distorsjonijiet sinifikanti allegati fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ ma weġibx għall-kwestjonarju.

(30)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet ukoll lill-partijiet interessati kollha jressqu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta' sostenn fir-rigward tal-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet ebda sottomissjoni jew evidenza addizzjonali f'dan ir-rigward.

(31)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, jista' jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali abbażi ta' prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni.

(32)

Fl-4 ta' Lulju 2018, il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel nota għall-fajl (“l-ewwel nota dwar il-fatturi ta' produzzjoni”) li fittxet il-fehmiet tal-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li tista' tuża l-Kummissjoni għad-determinazzjoni tal-valur normali, f'konformità mat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku. F'din in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u x-xogħol użati fil-produzzjoni tal-prodott soġġett għal rieżami mill-produtturi esportaturi. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat sitt pajjiżi rappreżentattivi possibbli: il-Brażil, il-Messiku, ir-Russja, is-Serbja, it-Tajlandja u t-Turkija.

(33)

Il-Kummissjoni tat lill-partijiet interessati kollha l-opportunità li jikkummentaw. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand produttur esportatur wieħed u mingħand produttur wieħed, kif ukoll mingħand l-applikant, filwaqt li l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat ma pprovdewx kummenti.

(34)

Fit-tieni nota tad-9 ta' Awwissu 2018 (“it-tieni nota dwar il-fatturi ta' produzzjoni”), il-Kummissjoni indirizzat il-kummenti riċevuti fl-ewwel nota dwar il-fatturi ta' produzzjoni. Il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll il-lista ta' fatturi ta' produzzjoni u kkonkludiet li, f'dak l-istadju, is-Serbja kienet l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment.

1.3.5.   Proċedura sussegwenti

(35)

Fis-7 ta' Ġunju 2019, il-Kummissjoni għamlet id-divulgazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġu imposti dazji anti-dumping (“divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni.

(36)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-applikant u mingħand il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (“CCCME”)

2.   IL-PRODOTT SOĠĠETT GĦAL RIEŻAMI U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott soġġett għal rieżami

(37)

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa roti u ċikletti oħra (inklużi triċikli għall-kunsinni, iżda esklużi l-uniċikli), mingħajr mutur, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (kodiċijiet TARIC 8712007091, 8712007092 u 8712007099) (“il-prodott soġġett għal rieżami” jew “roti”).

(38)

Il-Kummissjoni nnotat li saru xi tibdiliet fis-settur mill-investigazzjoni tar-rieżami ta' qabel. Kien hemm diversi żviluppi teknoloġiċi, speċjalment rigward il-materja prima użata. Barra minn hekk, is-suq inbidel b'mod sinifikanti, u kategoriji speċifiċi ta' roti saru aktar popolari u kisbu sehem mis-suq sinifikanti. Biex tirrifletti dawn l-iżviluppi, il-Kummissjoni ddeċidiet li taġġusta l-kategoriji ta' roti użati fl-investigazzjoni ta' rieżami ta' qabel. Il-partijiet interessati kollha ġew informati dwar din id-deċiżjoni u mistiedna jikkummentaw. Ma wasal l-ebda kumment.

(39)

Għaldaqstant, ir-roti ġew klassifikati taħt it-tipi ewlenin li ġejjin:

kodiċi (A): ATB (all-terrain bicycles, roti għal kull tip ta' art inklużi l-mountain bikes, aktar minn 24″)

kodiċi (F): Li jintwew

kodiċi (J): Roti junior tal-azzjoni (BMX) (BMX) u tat-tfal (24″ u anqas)

kodiċi (R): Tat-triq/Tlielaq (aktar minn 24″)

kodiċi (T): Roti tat-trekking/tal-ibliet/ibridi/tat-touring (aktar minn 24″)

kodiċi (O): Oħrajn (eż. tal-kunsinna, tal-merkanzija, triċikli)

(40)

Kull tip ta' rota kif definit hawn fuq għandha l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi. Barra minn hekk, dawn jinbiegħu permezz ta' kanali ta' distribuzzjoni simili fis-suq tal-Unjoni, bħal bejjiegħa bl-imnut, ktajjen ta' negozji sportivi, bejjiegħa tal-massa u negozjanti indipendenti tar-roti. L-applikazzjoni u l-użu bażiċi tar-roti huma identiċi, u b'hekk ċerti mudelli minn tipi differenti jistgħu jkunu interkambjabbli u jikkompetu ma' xulxin.

(41)

Fuq din il-bażi, ġie konkluż li t-tipi kollha ta' roti jifformaw prodott wieħed uniku.

2.2.   Prodott simili

(42)

Din l-investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza kkonfermat li r-roti manifatturati u mibjugħa fis-swieq domestiċi tar-RPĊ u tal-pajjiż rappreżentattiv, is-Serbja, u l-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u użi finali. Dawn huma meqjusa bħala prodotti identiċi, l-istess f'kull aspett tagħhom, fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA' DUMPING

3.1.   Rimarki preliminari

(43)

F'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping mir-RPĊ.

3.2.   Kooperazzjoni mir-RPĊ

(44)

Sitt kumpaniji/gruppi ta' kumpaniji pprovdew it-tweġiba għall-formola ta' kampjunar; waħda/wieħed minn dawn il-kumpaniji/gruppi ta' kumpaniji aktar tard irtira(t) il-kooperazzjoni tiegħu/tagħha. Il-volum totali ddikjarat ta' esportazzjonijiet ta' roti lejn l-Unjoni mill-ħames kumpaniji li kkooperaw kien ta' [120 000 sa 150 000] unità fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, li jikkorrispondi għal 18 % mill-volumi totali ta' importazzjonijiet tal-prodott soġġett għal rieżami mir-RPĊ irreġistrati mill-Eurostat għall-istess perjodu. Il-kapaċità totali ddikjarata ta' produzzjoni tal-kumpaniji/gruppi ta' kumpaniji li kkooperaw kienet tammonta għal madwar miljun unità, li huwa bejn wieħed u ieħor 1 % mill-kapaċità totali stmata ta' produzzjoni taċ-Ċina (117-il miljun unità).

(45)

Fid-dawl tal-livell baxx ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni applikat l-Artikolu 18 u bbażat il-konstatazzjonijiet tagħha dwar is-suq Ċiniż tar-roti, inklużi l-produzzjoni, il-kapaċità u l-kapaċità ta' riżerva, fuq il-fatti disponibbli.

(46)

Barra minn hekk, il-Grupp Ideal, wieħed mill-gruppi inklużi fil-kampjun, ma pprovdiex lill-Kummissjoni l-prezzijiet tal-bejgħ tiegħu għall-bejgħ li sar permezz ta' negozjant relatat lill-ewwel klijent indipendenti kemm għall-bejgħ lejn l-Unjoni kif ukoll il-bejgħ lejn il-bqija tad-dinja. Għaldaqstant, il-Kummissjoni applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u użat l-aqwa fatti disponibbli għal din il-parti tal-bejgħ ta' esportazzjoni ta' dan il-grupp.

3.3.   Il-kontinwazzjoni ta' dumping ta' importazzjonijiet matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami

(47)

Għall-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, id-data statistika mill-Eurostat turi li ġew importati 747 313-il rota fl-Unjoni mir-RPĊ, li jikkostitwixxu madwar 4 % mill-konsum totali tal-Unjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet attwali fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami kienu rappreżentattivi biżżejjed sabiex jiġi eżaminat jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

3.3.1.   Il-valur normali

(48)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(49)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “(f)'każ li jiġi stabbilit […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti f'dak il-pajjiż skont it-tifsira tal-punt (b), il-valur normali għandu jinħadem b'mod esklużiv abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirrifletti prezzijiet jew valuri referenzjarji mhux distorti”, u “għandu jinkludi ammont mhux distort u raġonevoli ta' kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għall-profitti”. Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, fl-investigazzjoni preżenti l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-GTĊ u l-assenza ta' pretensjonijiet mill-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.3.2.   L-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti

3.3.2.1.   Introduzzjoni

(50)

L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jiddefinixxi “d-distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħ u meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta' materji primi u ta' enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta' forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta' element wieħed jew aktar mis-segwenti:

is-suq inkwistjoni li hu servut f'miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatu;

Il-preżenza tal-Istat f'ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet;

politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles b'mod ieħor;

in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà;

il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni;

l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta' ordni pubbliku jew li b'xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-istat”.

(51)

Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) għandha tqis, fost l-oħrajn, il-lista mhux eżawrjenti ta' elementi fid-dispożizzjoni ta' qabel. Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, fil-valutazzjoni tal-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti, għandu jitqies l-impatt potenzjali ta' wieħed jew aktar minn dawn l-elementi fuq il-prezzijiet u l-kostijiet fil-pajjiż esportatur tal-prodott soġġett għal rieżami. Fil-fatt, peress li dik il-lista mhijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jitqiesu għas-sejba ta' distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw biex juru l-eżistenza ta' element wieħed jew aktar tal-lista. Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2 (6a) (a) trid issir fuq il-bażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni ġenerali dwar l-eżistenza tad-distorsjonijiet tista' tqis ukoll il-kuntest u s-sitwazzjoni ġenerali fil-pajjiż esportatur, b'mod partikolari meta l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur tagħti lill-gvern setgħat sostantivi biex jintervjeni f'forzi tas-suq u li għalhekk tindika l-fatt li l-prezzijiet u l-kostijiet mhumiex ir-riżultat ta' forzi tas-suq ħieles.

(52)

L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta' distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f'ċertu pajjiż jew f'ċertu settur f'dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f'dak il-pajjiż jew settur.

(53)

Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport dwar il-pajjiż rigward ir-RPĊ (“ir-Rapport”) (12). Il-partijiet interessati kienu mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li kienet fil-fajl tal-investigazzjoni fil-mument tal-bidu. F'dan ir-rigward, u minħabba nuqqas ta' kooperazzjoni f'dan il-każ, il-Kummissjoni bbażat fuq ir-Rapport li juri l-eżistenza ta' intervent sostanzjali tal-gvern f'ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f'fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-ħidma), kif ukoll f'setturi speċifiċi (bħall-aluminju, l-azzar u s-sustanzi kimiċi). Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu.

(54)

It-talba ssostni wkoll l-allegazzjonijiet dwar distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) imsemmi aktar 'il fuq, li jikkomplimentaw ir-Rapport.

(55)

L-ewwel nett, l-applikant jirreferi għad-dispożizzjonijiet inklużi fit-13-il Pjan fuq Ħames Snin għall-Industrija tar-Roti u tar-Roti Elettriċi (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “it-13-il Pjan dwar ir-Roti”). Id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dak il-pjan huma msemmija fit-Taqsima 5.1 tat-talba. Barra minn hekk, l-applikant jirreferi għall-eżistenza ta' intrapriżi tal-Istat ((State-owned enterprises) “SOEs”) fl-industrija tar-roti (Taqsima 5.2 tat-talba) kif ukoll il-pressjoni kbira eżerċitata fuq il-produtturi iżgħar għall-konsolidazzjoni skont il-mandat tat-13-il Pjan dwar ir-Roti (it-Taqsima 5.2 tat-talba).

(56)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli dwar il-fajl, inkluża l-evidenza fir-Rapport, li jibbaża fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku, b'mod partikolari fuq il-leġiżlazzjoni Ċiżina, id-dokumenti ta' politika uffiċjali ppubblikati Ċiniżi, ir-rapporti ppubblikati minn organizzazzjonijiet internazzjonali u studji/artikli ta' akkademiċi magħrufin, identifikati b'mod speċjali fir-Rapport. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tiegħu b'mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inklużi l-prodott soġġett għal rieżami.

(57)

Kif speċifikat fil-premessa (29), il-GTĊ ma pprovdiex tweġiba għall-kwestjonarju li rċieva. Il-produtturi esportaturi li wieġbu għall-kwestjonarju ma kkummentawx u lanqas ma pprovdew evidenza li ssostni jew tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport, u l-evidenza addizzjonali li ġiet ipprovduta mill-applikant, dwar l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti u/jew l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

3.3.2.2.   Distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ: kuntest ekonomiku ġenerali

(58)

Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta' “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett huwa inkorporat fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika tar-RPĊ. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi tal-produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-persuni li jaħdmu”. L-ekonomija tal-Istat titqies bħala l-“forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (13). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija, iżda tali interventi huma mogħtija mandat espliċitu. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata jinfirex fis-sistema legali kollha u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fil-partijiet fundamentali kollha tal-leġiżlazzjonijiet. Il-liġi tal-proprjetà Ċiniża hija eżempju ewlieni: hija tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bit-tħaddin tas-sistema ekonomika bażika li taħtha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Huma ttollerati forom oħrajn ta' sjieda, bil-liġi tippermettilhom jiżviluppaw flimkien mas-sjieda tal-Istat (14).

(59)

Barra minn hekk, skont il-leġiżlazzjoni Ċiniża, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż ((Chinese Communist Party),“CCP”). L-istruttura tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbutin ma' xulxin f'kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jiffurmaw superstruttura li fiha ma tkunx tista' ssir distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f'Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza eżistenti tad-dispożizzjoni: “is-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li taqra: “il-karatteristika definittiva tas-soċjaliżmu b'karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (15) Dan juri l-kontroll tas-CCP fuq is-sistema ekonomika tar-RPĊ. Dan il-kontroll huwa inerenti għas-sistema Ċiniża u jmur lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali fil-pajjiżi l-oħra fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku mifrux li fil-limitazzjonijiet tiegħu hemm forzi tas-suq ħieles.

(60)

L-Istat Ċiniż jimpenja ruħu f'politika ekonomika ta' intervent skont l-għanijiet, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP aktar milli jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f'suq ħieles (16). L-għodod ekonomiċi intervenzjonisti użati mill-awtoritajiet Ċiniżi jinqasmu f'diversi friegħi, inkluż is-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll fil-livell tal-ambjent regolatorju.

(61)

L-ewwel nett, fil-livell ta' kontroll amministrattiv globali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniżi hija regolata minn sistema kumplessa ta' ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. It-totalità ta' dawn il-pjanijiet tkopri matriċi komprensiva u kumplessa ta' setturi u politiki trażversali u hija preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma ddettaljati, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa'. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi sabiex jiġu appoġġjati l-industriji/is-setturi rilevanti kif ukoll il-perjodi ta' żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet jinkludu miri tal-output espliċiti. Skont il-pjanijiet, setturi industrijali u/jew proġetti individwali huma identifikati bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) skont il-prijoritajiet tal-gvern u huma attribwiti lilhom għanijiet speċifiċi ta' żvilupp (titjib industrijali, espansjoni internazzjonali, eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, privati u tal-Istat bl-istess mod iridu jaġġustaw b'mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Mhux biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet iżda wkoll minħabba li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema ta' pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont kif ikun meħtieġ, u b'hekk jisfurzaw lill-operaturi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-Taqsima 3.3.2.5 hawn taħt) (17).

(62)

It-tieni nett, fuq il-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja taċ-Ċina hija ddominata mill-banek kummerċjali tal-Istat. Dawn il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplementaw il-politika tas-self tagħhom, iridu jallinjaw ruħhom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta' proġett partikolari (ara wkoll it-Taqsima 3.3.2.9 hawn taħt) (18). L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Anki jekk għandhom inqas sinifikat mis-settur bankarju, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju huma stabbiliti f'livell istituzzjonali u operazzjonali b'mod mhux immirat lejn il-massimizzazzjoni tal-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji, iżda lejn l-iżgurar ta' kontroll u l-permess ta' intervent mill-Istat u mis-CCP (19).

(63)

It-tielet, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta' forom. Pereżempju, ir-regoli tal-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta' politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b'hekk idgħajfu l-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b'mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta' dawn l-għanijiet għadha mhix definita, li b'hekk tħalli marġni wiesa' ta' apprezzament għall-korpi tat-teħid ta' deċiżjonijiet (20). Bl-istess mod, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ jżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u l-kobor tal-investiment kemm tal-Istat kif ukoll dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġjati l-għanijiet tal-politika industrijali bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (21).

(64)

Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti azzjonijiet bażiċi li jipprevedu u jħeġġu interventi tal-gvern li jinqasmu f'diversi friegħi. Tali interventi sostanzjali tal-gvern jinsabu f'kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, u dan jirriżulta fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f'konformità mal-prinċipji tas-suq (22).

3.3.2.3.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni li hu servut f'miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur

(65)

Fir-RPĊ, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni jew il-gwida tal-politika mill-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija.

(66)

Fir-rigward tas-sjieda tal-Istat, fis-settur tar-roti għadu jippersisti ċertu grad ta' sjieda tal-Istat mill-GTĊ. Minkejja li l-industrija tar-roti fir-RPĊ hija frammentata ħafna b'għadd kbir ta' produtturi żgħar, il-produtturi l-kbar ta' roti inkluż Flying Pidgeon u Phoenix huma SOEs, madankollu mhuwiex possibbli li jiġu stmati ċ-ċifri preċiżi abbażi tal-informazzjoni li waslet mingħand il-produtturi esportaturi li kkooperaw.

(67)

Fir-rigward tal-kontroll mill-Istat, il-gvern u s-CCP iħaddnu strutturi li jiżguraw l-influwenza kontinwa tagħhom fuq l-intrapriżi. L-Istat (u f'ħafna aspetti anke s-CCP) mhux biss jifformula u jissorvelja b'mod attiv l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi ġenerali minn intrapriżi individwali, iżda jiddikjara wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta' deċiżjonijiet operazzjonali tagħhom. L-elementi li jindikaw l-eżistenza ta' kontroll mill-gvern fuq l-intrapriżi fis-settur tal-azzar u tal-ħadid huma żviluppati ulterjorment fit-Taqsima 3.3.2.4 aktar 'il quddiem.

(68)

Fir-rigward tas-superviżjoni u tal-gwida tal-politika mill-Istat fis-settur, l-analiżi hija stabbilita fit-Taqsimiet 3.3.2.4 u 3.3.2.5 ta' hawn taħt. Bil-livell għoli ta' kontroll u l-intervent mill-gvern fis-settur tar-roti kif deskritt hawn taħt, anki l-produtturi bi sjieda privata huma mwaqqfa milli joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq.

(69)

Il-kontroll, is-superviżjoni tal-politika u l-gwida tas-settur mill-awtoritajiet Ċiniżi jirriżultaw b'mod ulterjuri mill-objettivi tal-assoċazzjoni tal-industrija settorjali ewlenija, l-Organizzazzjoni taċ-Ċina tar-Roti (“CBA”), li għandha rabta b'saħħitha mal-GTĊ u mas-CCP. Skont is-sit web tas-CBA, l-assoċjazzjoni tilqa' fiha 650 membru li jirrappreżentaw 80 % mill-volum tal-produzzjoni u mill-volum ta' esportazzjoni annwali totali tal-industrija. L-iskopijiet tal-assoċjazzjoni huma: li tikkonċentra l-forzi tal-industrija, timmaniġġja l-affarijiet tal-industrija, isservi lill-industrija u trawwem l-iżvilupp tal-industrija (23). L-Istatut ta' Assoċjazzjoni tas-CBA jindika rabta sħiħa mal-GTĊ u mas-CCP, inkluż l-Artikolu 2: “L-iskopijiet tal-assoċjazzjoni huma: Skont it-teorija ta' soċjaliżmu ta' Xi Jinping b'karatteristiċi Ċiniżi għal era ġdida u bl-ispirtu tad-19-il Kungress Nazzjonali tas-CPC, li timplimenta bis-sħiħ il-politiki nazzjonali rilevanti tal-industrija, tappoġġja l-amministrazzjoni governattiva sabiex issaħħaħ il-ġestjoni tal-industrija […] L-assoċjazzjoni għandha tirrispetta l-kostituzzjoni, il-liġi u r-regolamenti kif ukoll il-politiki nazzjonali, skont il-valuri ċentrali tas-soċjaliżmu” (24). Barra minn hekk, is-CBA ppubblikat it-13-il Pjan dwar ir-Roti u f'investigazzjoni reċenti tal-Kummissjoni Ewropea sabet li hija kienet għamlet dan filwaqt li kellha rabta b'saħħitha mal-GTĊ (25).

(70)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li s-suq għar-roti fir-RPĊ kien jikkostitwixxi b'mod sinifikanti mill-intrapriżi soġġetti għas-sjieda, għall-kontroll jew għas-superviżjoni jew għall-gwida tal-politika mill-GTĊ.

3.3.2.4.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku: il-preżenza tal-Istat f'ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet

(71)

Il-GTĊ huwa f'pożizzjoni li jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u t-tneħħija tal-persunal maniġerjali ewlieni fl-SOEs mill-awtoritajiet Statali rilevanti, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista' jitqies bħala li jirrifletti d-drittijiet ta' sjieda korrispondenti, (26) iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista' jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji taċ-Ċina, f'kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (27)) u l-kumpanija trid tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat strettament. Madankollu, mill-inqas sa mill-2016, is-CCP saħħaħ it-talbiet tiegħu sabiex jikkontrolla d-deċiżjoni tan-negozju fl-SOEs bħala kwistjoni ta' prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex iqiegħdu l-“patrijottiżmu” bħala prijorità u jsegwu d-dixxiplina tal-partit (28). Fl-2017, kien irrapportat li ċ-ċelloli tal-partit kienu jeżistu f'70 % ta' madwar 1,86 miljun kumpanija privata, bi pressjoni dejjem tikber għall-organizzazzjonijiet tas-CCP sabiex ikollhom il-fehma finali fuq id-deċiżjoni tan-negozju fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (29). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, inkluż fis-settur tal-ħadid u tal-azzar. B'hekk, huwa ddeterminat li dawn ir-regoli japplikaw ukoll għall-produtturi tar-roti u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(72)

B'mod speċifiku fis-settur tar-rota, jeżistu rabtiet mill-qrib bejn il-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-intrapriżi attivi fis-settur u l-Istat, b'mod partikolari s-CCP. L-istrutturi tal-partit jikkoinċidu b'mod personali mal-korpi maniġerjali f'numru ta' produtturi Ċiniżi tar-roti. Bħala eżempju, il-President tax-Shanghai Phoenix Enterprise serva wkoll bħala s-segretarju tal-Partit f'din il-kumpanija mill-2012 (30). B'mod simili, id-Deputat Segretarju tal-Kumitat tal-Partit f'Shanghai Zhonglu kien fl-istess ħin membru tal-Kumitat ta' Sorveljanza (31).

(73)

Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-Taqsima 3.3.2.8 hawn taħt) kif ukoll fil-provvista ta' materja prima u inputs iħallu wkoll effett ta' distorsjoni ulterjuri fuq is-suq (32).

(74)

Abbażi ta' dawn ta' hawn fuq kollha, qed jiġi konkluż li l-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-settur tar-rota, kif ukoll fis-settur finanzjarju u setturi oħra tal-input, flimkien mal-qafas deskritt fit-Taqsima 3.3.2.3 u fit-taqsimiet sussegwenti, tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet.

3.3.2.5.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b'mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles.

(75)

Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata f'livell sinifikanti minn sistema elaborata ta' ppjanar li tistabbilixxi prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li l-gvernijiet ċentrali u lokali jridu jiffokaw fuqhom. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha, l-objettivi stabbiliti mill-istrumenti tal-ippjanar huma ta' natura vinkolanti u l-awtoritajiet f'kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern. B'mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta f'sitwazzjoni fejn ir-riżorsi jintbagħtu lejn setturi mfassla bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati skont il-forzi tas-suq (33).

(76)

Il-Pjan ta' Żvilupp tal-Industrija tal-Manifattura Fuq Skala Żgħira (2016-2020), (“Il-Pjan ta' Żvilupp tal-Industrija Fuq Skala Żgħira”), imħejji mill-GTĊ sabiex jimplimenta t-13-il Pjan ta' Ħames Snin u Made in China 2025, jidentifika l-industrija tar-roti, fost oħrajn, bħala waħda mill-industriji ewlenin. Huwa jirrakkomanda wkoll “Il-promozzjoni tal-industrija tar-roti sabiex tiżviluppa f'direzzjoni ħafifa, diversifikata, tal-moda u intelliġenti. It-tħaffif tar-RuŻ u l-applikazzjoni ta' materjal ħafif iżda b'saħħtu, trażmissjoni, sistema tas-sewqan, teknoloġija intelliġenti ta' sensuri u teknoloġija tal-Internet tal-Oġġetti. L-enfasi fuq l-iżvilupp ta' roti diversifikati adattati għal skopijiet ta' moda u każwali, eżerċizzju u saħħa tajba, qsim tal-pajjiż fuq distanza twila u tiwi ta' prestazzjoni għolja […].

(77)

Il-Pjan ta' Żvilupp tal-Industrija Ħafifa jelenka wkoll xi miżuri konkreti tal-politika sabiex jippromwovi l-industriji ewlenin. L-ewwel sett ta' miżuri jikkonċerna r-riforma taż-żieda tal-aċċess għas-suq, prinċipalment permezz ta' simplifikazzjoni tal-passi amministrattivi (jiġifieri l-kanċellazzjoni tal-approvazzjonijiet mhux meħtieġa, it-tnaqqis u l-istandardizzazzjoni tal-miżati u l-proċess ta' approvazzjoni). It-tieni sett ta' miżuri jikkonċerna ż-żieda tal-appoġġ għall-politika tat-tassazzjoni finanzjarja:

“Jagħtu effett sħiħ lir-rwol ewlieni tal-fond ta' żvilupp għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, iwasslu lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju sabiex iżidu l-investiment fuq l-innovazzjoni teknoloġika, l-aġġustament strutturali, il-konservazzjoni tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet, jimplimentaw diversi politiki preferenzjali, jipperfezzjonaw is-sistema ta' servizz għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju”.

“Jimplimentaw il-politika ta' deprezzament li jaċċellera għal assi fissi, jiggwidaw lill-intrapriżi biex iżidu l-investiment fuq tagħmir avvanzat”.

“Jagħtu effett lir-rwol tal-fondi speċjali tal-produzzjoni tat-tindif, jiggwidaw l-applikazzjoni tat-teknoloġija tal-produzzjoni u l-promozzjoni tat-teknoloġija tal-produzzjoni tat-tindif f'industriji ewlenin”.

“Jimplimentaw politiki preferenzjali ta' taxxa u miżati rilevanti, inaqqsu l-kost tal-intrapriżi ta' ‘ħames assigurazzjonijiet soċjali u fond wieħed għall-akkomodazzjoni’, jaġġustaw b'mod raġonevoli l-politika tat-taxxa fuq il-konsum”.

“Jinkoraġġixxu lill-intrapriżi sabiex iżidu l-investiment fir-RuŻ ta' prodotti ekoloġiċi, jagħtu l-ogħla prijorità lill-prodotti b'ċertifikat ta' prodott ekoloġiku fix-xiri tal-gvernijiet”.

(78)

It-tielet sett ta' miżuri jikkonċerna ż-żieda tal-appoġġ għall-politika finanzjarja, b'mod partikolari:

“Jimplimentaw il-politika finanzjarja li tappoġġa l-iżvilupp ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, jesploraw aktar il-mezzi finanzjarji ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, jipperfezzjonaw is-sistema tal-garanzija ta' kreditu ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju”.

“Jaċċelleraw l-iżvilupp ta' prodotti u servizzi finanzjarji sabiex jappoġġaw l-intraprenditorija u l-innovazzjoni popolari fil-qasam tal-industrija ħafifa”.

“Iżidu l-appoġġ finanzjarju għat-trasformazzjoni tat-teknoloġija u l-aġġornament tat-tagħmir tal-intrapriżi”.

“Ninkoraġġixxu lill-istituzzjonijiet finanzjarji bankarji biex jiżviluppaw servizzi ta' self li jużaw anki assi intanġibbli bħala garanzija, inkluż: il-marki tagħhom stess, id-drittijiet speċjali li jużaw marki kummerċjali, biex jappoġġaw il-kostruzzjoni ta' marki fil-qasam tal-industrija ħafifa”.

“Ikomplu jaqdu r-rwol tal-politika u l-finanzjament tal-iżvilupp, jappoġġaw lill-istituzzjonijiet finanzjarji, permezz tal-mod ta' self sindikat, kreditu għall-esportazzjoni, finanzjament tal-proġetti, sabiex jistabbilixxu pjattaforma ta' servizzi finanzjarji ta' RuŻ internazzjonali, sistema ta' produzzjoni, promozzjoni tal-marki għall-intrapriżi”.

“Iżidu l-appoġġ tal-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni għal intrapriżi tal-marka, jinkoraġġixxu lill-banek kummerċjali sabiex iwettqu b'mod attiv in-negozju tal-finanzjament tal-politika tal-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni”.

(79)

Il-pjanijiet ta' Żvilupp tal-Industrija Ħafifa huma żviluppati wkoll fil-livell lokali. Dan huwa l-każ għall-Pjan Muniċipali ta' Tianjin dwar l-Iżvilupp tal-Industrija Ħafifa u tat-Tessuti għat-12-il Pjan ta' Ħames Snin (2011-2015), li rrakkomanda l-ħolqien ta' erba' bażijiet industrijali Ħfief f'Livell Nazzjonali fil-Provinċja: “Il-Belt ta' Tianjin għandha tibni bażi ta' produzzjoni u esportazzjoni tar-roti f'livell nazzjonali. Billi l-park industrijali ta' ‘China bicycle kingdom’ fid-distrett ta' Wuqing, u l-park industrijali tar-roti (elettriċi) fid-distrett ta' Binhai jitqiesu bħala l-qofol, aħna għandha niżviluppaw b'mod intensiv l-industriji tal-manifattura ta' roti (elettriċi), spare parts, eċċ.”.

(80)

Bl-istess mod, it-13-il Pjan ta' Ħames Snin ta' Tianjin għall-Iżvilupp Ekonomiku tal-Industrija jistabbilixxi għanijiet ċari ta' appoġġ għall-industriji tar-roti u tar-roti elettriċi, inklużi l-industriji tal-parts, bħal:

“Tiġi żviluppata b'mod enfatiku l-industrija tar-roti”;

“Titħaffef il-kostruzzjoni ta' bażijiet industrijali karatteristiċi, inklużi l-produzzjoni tar-roti […], fid-Distrett ta' Jinghai u fid-Distrett ta' Wuqing”;

“Jitħaffu t-trasformazzjoni u l-ammeljorament tal-intrapriżi. Tiġi implimentata b'mod vigoruż strateġija ta' marka kummerċjali, l-intrapriżi jiġu ggwidati sabiex jintensifikaw l-innovazzjoni teknoloġika u l-popolarizzazzjoni tal-prodotti, u jissaħħu u jiġu promossi l-pożizzjonijiet tas-suq ta' prodotti kompetittivi, inklużi r-roti. Tingħata promozzjoni lill-annessjoni u r-riorganizzazzjoni tal-intrapriżi u jittejbu b'mod komprensiv il-kapaċità innovattiva u l-valur miżjud tal-prodotti ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u intrapriżi privati”;

“Titħaffef il-kostruzzjoni ta' parks b'ċerti karatteristiċi, inklużi parks industrijali tar-roti f'Quqing u Jinghai”; […]

“Issir espansjoni taż-żoni b'vantaġġi distintivi. Il-batterija tal-jon tal-litju titqies bħala l-qofol għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta' supercapacitor u batterija tal-potenza bi prestazzjoni għolja”.

(81)

Barra minn hekk, it-13-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija tar-Roti u r-Roti Elettriċi (“it-13-il Pjan dwar ir-Roti”), maħruġ mill-Assoċjazzjoni Ċiniża tar-Roti (“China Bicycle Association” - CBA) jinkludi r-roti fost l-“industriji emerġenti”: “l-industriji emerġenti ġew promossi għal-livell ta' strateġija nazzjonali, bħalma huma enerġija ġdida, materjal ġdid, l-Internet, il-konservazzjoni tal-enerġija u l-ħarsien tal-ambjent, u t-teknoloġija tal-informatika, għalhekk, saret xejra inevitabbli għall-industriji tradizzjonali li jidħlu fil-komunità ta' livell medju u livell għoli. Speċjalment wara li l-Ħames Sessjoni Plenarja intervjeniet sabiex ‘tippromwovi l-iżvilupp ta' traffiku u trasport b'livell baxx ta' karbonju u tinkoraġġixxi l-ivvjaġġar ekoloġiku bir-rota’, l-industrija tar-roti ċertament se tgawdi mill-opportunitajiet storiċi ġodda għall-iżvilupp.”

(82)

It-13-il Pjan dwar ir-Roti jistabbilixxi miri li jistgħu jitkejlu u li għandhom jintlaħqu mill-GTĊ sal-2020 fl-industrija tar-roti: “id-dħul minn negozji ewlenin tal-intrapriżi 'l fuq mill-iskala fl-industrija kollha se jikseb ir-rata medja annwali ta' tkabbir ta' 6 % u jaqbeż il-RMB 200 biljun sal-2020. L-iskala tal-esportazzjoni tar-roti u l-ispare parts se tibqa' stabbli u l-esportazzjoni tar-roti elettriċi se tiżdied b'mod drammatiku. L-integrazzjoni tal-industrija se tissaħħaħ aktar u l-kontribut tal-intrapriżi ewlenin għall-volum tal-produzzjoni se jaqbeż il-50 %. L-industrija se trawwem, tibni b'mod konġunt u ttejjeb 3-5 raggruppamenti tal-industrija u reġjuni karatteristiċi. Il-proporzjon ta' roti ta' livell medju u ta' livell għoli u roti elettriċi b'batterija tal-litju se jiżdied kull sena”. Barra minn hekk, it-13-il Pjan dwar ir-Roti jipprevedi li tissaħħaħ il-marka kummerċjali u li jsiru sforzi biex jinħolqu marki internazzjonali.

(83)

Kif muri aktar 'il fuq, l-industrija tar-roti hija ssorveljata u sostnuta mill-qrib mill-GTĊ. L-implimentazzjoni tal-għanijiet differenti stabbiliti fid-diversi pjanijiet teħtieġ involviment b'saħħtu tal-GTĊ fl-industrija tar-roti.

(84)

Il-Kummissjoni qieset li l-korp ta' evidenza msemmi hawn fuq rigward is-settur tar-roti kien suffiċjenti sabiex jiġi kkunsidrat li l-politiċi jew il-miżuri pubbliċi jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles f'dan is-settur.

(85)

Madankollu, il-Kummissjoni sabet ukoll li hemm intervent sinifikanti mill-gvern fil-materja prima użata għall-produzzjoni tar-roti. Ħafna mill-komponenti użati għall-produzzjoni tar-roti huma magħmula minn materja prima b'intervent qawwi mill-gvern Ċiniż, (34) inkluż l-aluminju u l-azzar (li jistgħu jintużaw sabiex isiru oqfsa, frieket, manubriji, roti u spokes, ktajjen, derailleurs, gerijiet, kejbils, carriers), u l-lastiku (għall-produzzjoni tar-roti) u sustanzi kimiċi (elementi tal-plastik u żebgħat).

(86)

Bħala eżempju, l-aluminju huwa kopert mill-Pjan ta' Żvilupp tal-Industrija tal-Metall Mhux Ferruż 2016-2020 (it-13-il FYP għall-Industrija tal-Metalli Mhux Ferrużi), li jipprovdi miri kwantitattivi u kwalitattivi stretti u miżuri ta' appoġġ estensivi lill-industrija mmirati lejn l-iżvilupp tal-industrija. L-azzar huwa kopert mill-Pjan ta' Aġġustament u ta' Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar għall-2016-2020 (it-13-il FYP għall-Azzar), li virtwalment ikopri l-aspetti kollha tal-iżvilupp tal-industrija, inklużi l-għanijiet tal-kapaċità tal-produzzjoni, l-aġġornament u l-iżgurar ta' provvista effettiva, ir-ristrutturar tal-industrija, l-appoġġ finanzjarju, miri kwantitattivi, il-post ġeografiku tal-fabbriki tal-azzar. B'mod simili, it-13-il FYP għall-Industrija Petrokimika u Kimika (2016 - 2020) jipprevedi regolamentazzjoni stretta tas-settur kimiku, filwaqt li jkopri l-materja prima użata għall-produzzjoni tal-elementi tar-roti, bħal-lasktu, iż-żebgħat u l-plastiks.

(87)

Barra minn hekk, is-settur tal-azzar huwa kkaratterizzat mill-preżenza kbira ta' SOEs. Numru minn fost il-produtturi ewlenin huma proprjetà tal-Istat, b'uħud minnhom li huma speċifikament imsemmija fil-“Pjan ta' Aġġustament u Ammeljorament tal-Industrija tal-Azzar għall-2016-2020” (35) bħala eżempji tal-kisbiet tat-12-il perjodu ta' ppjanar ta' ħames snin (bħal Baosteel, Anshan Iron and Steel, Wuhan Iron and Steel, eċċ.). L-azzar huwa rregolat mill-qrib minn bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq l-azzar, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali, bħall-“Pjan ta' Aġġustament u Ammeljorament tal-Industrija tal-Azzar għas-snin 2016-2020”. Dan il-Pjan jiddikjara li l-industrija tal-azzar hi “settur importanti u fundamentali tal-ekonomija Ċiniża, pedament nazzjonali” (36).

(88)

It-13-il Pjan fuq Ħames Snin dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (37) jipprevedi appoġġ għall-intrapriżi li jipproduċu tipi ta' prodotti tal-azzar ta' livell avvanzat (38). Jiffoka wkoll fuq il-kisba ta' kwalità, ta' durabbiltà u ta' affidabbiltà tal-prodotti billi jsostni lill-kumpaniji li jużaw teknoloġiji relatati mal-produzzjoni tal-azzar nadif, tal-irromblar bi preċiżjoni u tat-titjib tal-kwalità (39).

(89)

Il-“Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013)” (40) (“il-Katalogu”) jelenka l-ħadid u l-azzar bħala industriji mħeġġa. B'mod partikolari l-Katalogu jħeġġeġ “l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' teknoloġiji għal prodotti tal-azzar bi prestazzjoni aħjar, bi kwalità għolja u għall-aġġornar ta' dawn, inklużi iżda mhux limitati għal folji awtomobilistiċi b'saħħithom ħafna ta' mhux anqas minn 600 MPa, azzar għall-pipelines bi prestazzjoni għolja għat-trażmissjoni taż-żejt u tal-gass, pjanċi wesgħin u ħoxnin b'saħħithom ħafna għall-bastimenti, azzar għall-inġinerija marina, pjanċi bi ħxuna moderata ta' mhux anqas minn 420 MPa għal binjiet, għal pontijiet u għal strutturi oħra, azzar għal binarji ferrovjarji b'veloċità għolja u għal merkanzija tqila, azzar tas-siliċju b'livell baxx ta' telf ta' ħadid u b'induzzjoni manjetika għolja, azzar li jiflaħ għall-korrużjoni u għall-użu, azzar inossidabbli li jiffranka r-riżorsi tal-liga (azzar inossidabbli ferritiku modern, azzar inossidabbli dupleks, u azzar inossidabbli tan-nitroġenu), żbarri speċjali tal-azzar u vireg tal-fildiferru għal parts bażiċi bi prestazzjoni għolja (skorfini u boltijiet bi prestazzjoni għolja bi Grad ta' 12.9 jew aktar, molol b'saħħithom ħafna, u berings b'ħajja twila), u materjali fonduti tal-azzar speċjali ta' kwalità għolja (azzar tal-għodda u tal-forom, azzar inossidabbli, u azzar għall-makkinarju, fost l-oħrajn)”. L-applikabbiltà tal-Katalogu ġiet ikkonfermata mill -investigazzjoni kontra s-sussidji riċenti ta' ċerti prodotti ċatti rromblati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew ta' azzar ieħor (“HRF”) li joriġinaw mir-RPĊ (41).

(90)

L-aluminju huwa soġġett ukoll għal intervent qawwi mill-Istat fir-RPĊ. L-ewwel nett, is-settur tal-aluminju huwa kkaratterizzat mid-dominju tal-SOEs. Skont l-istimi, l-SOEs jammontaw għal aktar minn 50 % tal-output totali tal-aluminju primarju fir-RPĊ. (42) Studju riċenti dwar l-industrija tal-metall mhux ferruż fir-RPĊ ukoll jindika lejn id-direzzjoni li l-SOEs jammontaw għal sehem dominanti tas-suq domestiku (43). Filwaqt li żieda fil-kapaċità fis-snin riċenti hija parzjalment attribwita lil kumpaniji bi sjieda privata, tali żieda fil-kapaċità normalment tinvolvi wkoll diversi forom ta' involviment tal-gvern (lokali), bħat-tolleranza tal-espansjoni illegali tal-kapaċità (44). Barra minn hekk, żdiedet ukoll il-kapaċità tal-produzzjoni tal-aluminju fost l-SOEs ewlenin, minkejja li f'livell inqas (45).

(91)

It-13-il FYP għall-Industrija tal-Metalli Mhux Ferrużi għandu l-għan li jammeljora l-firxa tat-tipi ta' prodotti li jiġu prodotti mill-industrija Ċiniża tal-aluminju, fost l-oħrajn permezz tas-sostenn tal-innovazzjoni. Dan jitlob li jkun hemm żvilupp rapidu tas-sistema ta' sjieda mħallta u li tingħata spinta lill-vitalità tal-SOEs. Din tkompli tipprevedi l-possibbiltà tal-ħażna tal-metalli mhux ferrużi, it-titjib tas-sigurtà tar-riżorsi, inkluż l-aluminju, u tistabbilixxi miri kwantitattivi biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija, jiżdied il-proporzjon ta' aluminju li jiġi rriċiklat fil-produzzjoni u jiżdied l-użu tal-kapaċità (46).

(92)

Dan il-Pjan jipprevedi wkoll aġġustamenti strutturali b'kontroll aktar strett fuq faċilitajiet ġodda tat-tidwib u l-eliminazzjoni tal-kapaċità li tkun skadiet. Jipprevedi d-distribuzzjoni ġeografika tal-impjanti tal-ipproċessar, jiffoka fuq proġetti biex jiżdied l-isfruttament tar-riżorsi tal-boksajt u tal-alumina u jkopri l-politika tal-provvista u tal-ipprezzar tal-elettriku (47).

(93)

Dokumenti oħra tal-politika mmirati lejn is-settur tal-aluminju huma l-Kundizzjonijiet Standard applikabbli għall-Industrija tal-Aluminju maħruġa mill-Ministeru tal-Industrija u tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (“MIIT”); Il-Kundizzjonijiet tad-Dħul Applikabbli għall-Industrija tal-Aluminju, maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma (“NDRC”) u l-Linji Gwida għall-Aċċellerazzjoni tar-Ristrutturar tal-Industrija tal-Aluminju (48), maħruġa mill-NDRC.

(94)

Għalhekk, id-diversi pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn li jappartjenu għall-aluminju, maħruġa fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali, juru b'mod ċar il-grad għoli ta' intervent tal-gvern Ċiniż fis-settur tal-aluminju (49).

(95)

Għaldaqstant huwa stabbilit li l-GTĊ għandu numru ta' politiki pubbliċi fis-seħħ li jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles li jikkonċernaw il-produzzjoni ta' roti, inkluża l-materja prima użata f'dak is-settur. Tali miżuri jimpedixxu lill-forzi tas-suq milli joperaw b'mod normali.

3.3.2.6.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba' inċiż tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà

(96)

Skont l-informazzjoni dwar il-fajl, jidher li s-sistema Ċiniża tal-falliment mhijiex adegwata biex tilħaq l-objettivi ewlenin tagħha stess, bħal dak li tħallas il-pretensjonijiet u d-djun b'mod ġust u li tissalvagwardja d-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tiddependi b'mod formali fuq prinċipji simili għal-liġijiet korrispondenti f'pajjiżi oħra, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta' infurzar sistematiku. L-għadd ta' fallimenti jibqa' notorjament baxx fir-rigward tad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-inqas minħabba li l-proċedimenti ta' insolvenza jbatu minn għadd ta' nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta' fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta' insolvenza għadu wieħed b'saħħtu u attiv, li spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (50).

(97)

Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà huma partikolarment ovvji fir-rigward tas-sjieda tad-drittijiet tal-art u tal-użu tal-art fiċ-Ċina (51). L-art kollha hija proprjetà tal-Istat Ċiniż (art rurali bi proprjetà kollettiva u art urbana tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha tibqa' dipendenti biss fuq l-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b'mod trasparenti u li huma mmirati lejn il-prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta' proċeduri ta' offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ta' spiss ma jiġux irrispettati, b'ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew taħt ir-rati tas-suq (52). Barra minn dan, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluża l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (53).

(98)

Għalhekk, jidher li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-fallimenti u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost, li jirriżulta f'distorsjonijiet meta ditti insolventi jkunu qed jinżammu attivi u fir-rigward tal-provvista u l-akkwist tal-art fir-RPĊ. Dawn il-liġijiet japplikaw ukoll fir-rigward tar-roti, inklużi l-produtturi esportaturi tal-prodott soġġett għal rieżami. B'mod partikolari, f'investigazzjoni preċedenti l-Kummissjoni stabbilixxiet li l-produtturi tar-roti elettriċi, settur irregolat b'mod wiesa' mill-istess strumenti ta' politika bħar-roti (pereżempju t-13-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija tar-Roti u l-Industrija tar-Roti Elettriċi), ibbenefika mill-għoti ta' drittijiet tal-użu tal-art għal remunerazzjoni inqas minn adegwata (54). Investigazzjonijiet riċenti f'setturi oħra kkonfermaw ukoll il-forniment ta' drittijiet għall-użu tal-art għal remunerazzjoni inqas minn adegwata (55).

(99)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tar-roti, inkluż fir-rigward tal-prodott soġġett għal rieżami.

3.3.2.7.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku: il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni

(100)

Sistema ta' pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa kompletament fir-RPĊ billi l-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għal organizzazzjoni kollettiva. Ir-RPĊ ma rratifikatx għadd ta' konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”), b'mod partikolari dawk dwar il-libertà ta' assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (56). Skont il-liġi nazzjonali, hemm organizzazzjoni tat-Trade Unions waħda biss li hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni mhijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu fi stadju rudimentarju (57). Barra minn dan, il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema tar-reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn għar-residenti lokali ta' żona amministrattiva partikolari. Dan tipikament jirriżulta f'ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni tar-residenza lokali li jsibu ruħhom f'pożizzjoni ta' impjieg vulnerabbli u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi b'reġistrazzjoni ta' residenza (58). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fir-RPĊ.

(101)

Xejn fil-fajl ta' din l-investigazzjoni ma żvela li s-settur tar-roti mhuwiex soġġett għas-sistema tal-liġi tax-xogħol Ċiniża deskritta. Għaldaqstant, is-settur tar-roti huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament (meta jkun qed jagħmel il-prodott soġġett għal rieżami) kif ukoll indirettament (meta jkollu aċċess għall-kapital jew inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ).

(102)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kostijiet tal-pagi kienu distorti fis-settur tar-roti, inkluż fir-rigward tal-prodott soġġett għal rieżami.

3.3.2.8.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta' ordni pubbliku jew li b'xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat

(103)

L-aċċess għal kapital għal atturi korporattivi fir-RPĊ huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet.

(104)

L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b'saħħitha tal-banek tal-Istat (59), li, meta jagħtu aċċess għall-finanzi, jikkunsidraw kriterji oħrajn għajr il-vijabbiltà ekonomika ta' proġett. B'mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbutin mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta' relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (60) u, għal darb'oħra eżatt bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw b'mod regolari ordnijiet pubbliċi mfassla mill-gvern. Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma' obbligu legali li jmexxu n-negozju tagħhom f'konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (61). Dan jiġi amplifikat permezz ta' regoli eżistenti addizzjonali, li jmexxu l-finanzi f'setturi li l-gvern jagħżel li jinċentivahom jew li b'xi mod ieħor huma importanti (62).

(105)

Filwaqt li huwa rikonoxxut li jista' jkun hemm diversi strumenti legali li jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza relevanti turi li dawn id-dispożizzjonijiet jaqdu biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali (63). Is-sejbiet li saru f'investigazzjonijiet preċedenti dwar id-difiża tal-kummerċ waslu wkoll għall-istess konklużjoni (64).

(106)

Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta' spiss huma distorti għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-gvern Ċiniż u mis-saħħa ta' kull garanzija impliċita mill-gvern. L-istimi jissuġġerixxu b'mod qawwi li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi jikkorrispondu għal klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi (65).

(107)

Dan jirriżulta fi preġudizzju għas-self lil SOEs, lil ditti privati kbar u konnessi tajjeb u ditti f'setturi industrijali ewlenin, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital mhumiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq.

(108)

It-tieni, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b'mod artifiċjali biex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b'redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan jintwera mit-tkabbir riċenti fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-istat minkejja tnaqqis kbir fil-profittabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi li jitħaddmu fis-sistema bankarja ma jsegwux tweġibiet kummerċjali normali.

(109)

It-tielet, minkejja li f'Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax nominali, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom mhumiex ir-riżultat ta' forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Tabilħaqq, is-sehem ta' self bir-rata ta' referenza jew taħtha għadu jirrappreżenta 45 % tas-self kollu u r-rikors għal kreditu immirat jidher li żdied, billi dan is-sehem żdied notevolment mill-2015, minkejja l-kundizzjonijiet ekonomiċi li sejrin għall-agħar. Rati tal-imgħax baxxi b'mod artifiċjali jirriżultaw fi prezz aktar baxx, u sussegwentement fl-użu eċċessiv tal-kapital.

(110)

It-tkabbir tal-kreditu ġenerali fir-RPĊ jindika effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital li sejra għall-agħar mingħajr ebda sinjal ta' restrizzjoni ta' kreditu li tkun mistennija f'ambjent tas-suq mhux distort. Bħala riżultat, is-self improduttiv żdied b'mod rapidu tul dawn l-aħħar snin. Quddiem sitwazzjoni ta' żieda tad-dejn f'riskju, il-GTĊ għażel li jevita l-inadempjenzi. Konsegwentement, il-kwistjonijiet ta' dejn irrekuperabbli ġew ittrattati permezz ta' dejn ta' riportament, sabiex b'hekk inħolqu l-hekk imsejħa kumpaniji “zombie”, jew permezz tat-trasferiment tas-sjieda tad-dejn (pereżempju permezz ta' fużjonijiet jew swaps ta' dejn għall-ekwità), mingħajr ma neċessarjament titneħħa l-problema kumplessiva tad-dejn jew jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tagħha.

(111)

Essenzjalment, minkejja l-passi riċenti li ttieħdu biex is-suq jiġi liberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiva fir-RPĊ hija affettwata minn kwistjonijiet sistemiċi sinifikanti u distorsjonijiet li jirriżultaw mir-rwol mifrux kontinwu tal-istat fis-swieq kapitali.

(112)

Xejn fil-fajl ta' din l-investigazzjoni ma żvela li l-produtturi tar-roti u/jew il-fornituri ta' materja prima u ta' inputs oħra wkoll ma jibbenefikawx minn din is-sistema finanzjarja. Tabilħaqq, l-investigazzjoni reċenti tal-produtturi tar-roti elettriċi, koperta mill-istess strumenti politiċi bħal tal-produtturi tar-roti (ara l-premessi (80)-(81)) wriet li huma bbenefikaw minn self preferenzjali (66), minn finanzjament u assigurazzjoni preferenzjali (assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni) (67), minn eżenzjoni mit-taxxa tal-introjtu mid-dividendi bejn intrapriżi residenti kkwalifikati (68) u minn programmi ta' għotjiet (69). Barra minn hekk, l-evidenza tal-fajl fl-investigazzjoni attwali turi li xi produtturi li kkooperaw irċevew self matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Għalhekk, l-appoġġ imsemmi l-aħħar u l-intervent sostanzjali ġenerali tal-gvern fis-sistema finanzjarja deskritta hawn fuq iwasslu sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati serjament fil-livelli kollha.

(113)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi tar-roti kellhom aċċess għall-finanzi mogħtija mill-istituzzjonijiet li jimplimentaw l-objettivi tal-ordni pubbliku jew li b'mod ieħor ma jaġixxux b'mod indipendenti mill-istat.

3.3.2.9.   In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti

(114)

Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport mhumiex limitati għal xi settur tal-industrija partikolari. Għall-kuntrarju, l-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritt hawn fuq fit-Taqsimiet 3.3.2.1-3.3.2.5 kif ukoll fil-Parti A tar-Rapport japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni kif stabbilit hawn fuq fit-Taqsimiet 3.3.2.6-3.3.2.8 u fil-Parti B tar-Rapport.

(115)

Sabiex jiġu prodotti r-roti, hemm bżonn firxa wiesgħa ta' inputs. Meta l-produtturi tar-roti jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) jiġu esposti b'mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs jimpjegaw xogħol li huwa soġġett għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li jkunu soġġetti għad-distorsjonijiet fuq is-settur finanzjarju jew l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema tal-ippjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u s-setturi.

(116)

Bħala konsegwenza, mhux biss ma jistgħux jintużaw il-prezzijiet domestiċi tal-bejgħtar-roti, iżda l-kostijiet tal-input kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ) huma wkoll ivvizzjati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, l-art, il-manodopera, l-enerġija u l-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tal-kombinazzjoni ta' firxa ta' fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija.

3.3.2.10.   Konklużjoni

(117)

L-analiżi stabbilita fit-Taqsimiet 3.3.2.2 sa 3.3.2.9, li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent tar-RPĊ fl-ekonomija tagħha b'mod ġenerali, kif ukoll fis-settur tar-roti (inkluż il-prodott soġġett għal rieżami), uriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, mhumiex ir-riżultat ta' forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Fuq din il-bażi, u fin-nuqqas ta' kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ u l-informazzjoni limitata dwar dawn il-kwistjonijiet ipprovduta mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali f'dan il-każ.

(118)

Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li tfassal il-valur normali b'mod esklużiv abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirrifletti prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f'dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f'pajjiż rappreżentattiv xieraq, f'konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja. Il-Kummissjoni fakkret li ma ġiet ippreżentata l-ebda pretensjoni li xi kostijiet domestiċi kienu se jkunu mingħajr distorsjoni skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.3.2.11.   Is-CCCME tikkumenta dwar l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti

(119)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, is-CCCME affermat li l-analiżi tal-Kummissjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti kienet makroskopika u ġenerali. L-ewwel nett, is-CCCME ikkunsidrat li ekonomija tas-suq soċjalista hija essenzjalment ekonomija tas-suq b'karatteristiċi ta' ekonomija tas-suq komuni, li tagħti lill-intrapriżi awtonomija s-sħiħa biex jieħdu deċiżjonijiet operazzjonali, inkluż l-ipprezzar. Is-CCCME ssoktat targumenta li l-GTĊ jimplimenta l-makrokontroll biex jiżgura ekonomija nazzjonali stabbli, madankollu, jenħtieġ li l-makrokontroll ma jiġix interpretat ħażin bħala intervent min-naħa tal-gvern f'intrapriżi individwali, u ma għandu l-ebda influwenza fuq il-kostijiet jew il-prezzijiet tal-prodotti tagħhom.

(120)

It-tieni, is-CCCME ma qablitx li hemm intervent qawwi mill-GTĊ fis-suq tal-aluminju, l-azzar, il-lastiku u l-kimiki. Anki jekk jeżistu d-distorsjonijiet f'dawn is-swieq, iżda dawn mhumiex preżenti fis-suq tal-komponenti tar-roti, billi dawn jinvolvu diversi stadji ta' pproċessar ta' din il-materja prima u l-prezz tagħhom hija influwenzata minn fatturi oħra bħall-fatturi tekniċi speċifiċi tar-roti u d-domanda tal-konsumaturi individwali. Għalhekk, kull distorsjoni fis-swieq tal-aluminju, tal-azzar, tal-lastiku u tal-kimiki ma jkollhiex influwenza fuq il-prezzijiet tal-komponenti tar-roti.

(121)

It-tielet, is-CCCME qieset li l-eżistenza ta' sussidju jenħtieġ li ma tintużax bħala evidenza tal-eżistenza ta' distorsjoni tas-suq, billi s-sussidji huma preżenti f'ħafna pajjiżi oħra ikkunsidrati bħala swieq b'ekonomija tas-suq b'mod sħiħ. Is-CCCME tiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li s-sejbiet fir-rigward tas-sussidji fil-każ tar-roti elettriċi (70) huma irraġonevoli.

(122)

Fil-preżentazzjoni tagħhom, is-CCCME komplew jargumentaw li kemm is-swieq tar-roti kif ukoll dawk tal-parts tar-roti huma swieq ħielsa mingħajr intervent min-naħa tal-istat, billi ħafna produtturi tar-roti u tal-parts tar-roti huma proprjetà privata jew kumpaniji b'investiment barrani. Is-CCCME żiedet tgħid li anki jekk hemm xi kumpaniji li huma proprjetà tal-Istat jew investiti mill-Istat, ma hemmx differenza bejn dawn u kumpaniji oħra, li jista' jkollha influwenza fuq il-prezzijiet tar-roti jew fuq il-parts tar-roti, billi l-operaturi ekonomiċi kollha jridu josservaw l-istess regoli u regolamenti inklużi l-pagamenti tal-VAT, tas-saħħa u tal-irtirar eċċ.

(123)

Mill-bidu nett, il-Kummissjoni osservat li s-CCCME ma appoġġjat il-pretensjonijiet tagħha b'ebda evidenza biex tirribatti l-evidenza preżenti f'din it-taqsima u li tipprova l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ b'mod ġenerali u speċifikament fis-settur tar-roti u fis-setturi tal-industriji tal-fornituri tagħha. Għalhekk, il-pretensjonijiet tas-CCCME jistgħu jiġu miċħuda definittivament bħala li ma kinux sostanzjati.

(124)

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni fakkret li, skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, fil-valutazzjoni tal-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti, għandu jitqies l-impatt potenzjali ta' wieħed minn dawn l-elementi jew aktar imsemmija fih, fuq il-prezzijiet u l-kostijiet fil-pajjiż esportatur tal-prodott ikkonċernat. Kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) trid issir fuq il-bażi tal-evidenza kollha disponibbli li turi li dawn l-elementi għandhom impatt potenzjali fuq il-prezzijiet u l-kostijiet. Il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni li s-CCCME nnifisha kkonfermat li l-GTĊ jeżerċita l-kontroll biex jiżgura ekonomija nazzjonali stabbli. Kif spjegat fid-dettall fit-Taqsimiet minn 3.3.2.1 sa 3.3.2.9, in-natura intervenzjonista tal-GTĊ għandha impatt dirett u indirett fuq l-istruttura tal-ispejjeż tal-intrapriżi u fuq il-prezzijiet finali. Huwa ċar mill-firxa tal-interventi tal-GTĊ fis-settur tar-roti li kien hemm minn tal-anqas impatt potenzjali fuq is-suq tar-roti u/jew tal-komponenti tagħhom.

(125)

Rigward id-distorsjonijiet fuq il-materja prima, il-Kummissjoni pprovdiet diversi eżempji fit-Taqsima 3.3.2.5 dwar l-intervent speċifiku tal-istat f'dawn is-swieq u li juri l-eżistenza ta' distorsjoni sinifikanti. Il-Kummissjoni għal darb' oħra reġgħet ġibdet l-attenzjoni li s-CCCME ma pprovdiet l-ebda evidenza li turi l-kuntrarju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni li l-eżistenza ta' elementi li jxekklu l-prezzijiet fis-swieq tal-aluminju, tal-azzar, tal-lastiku u tal-kimiċi twassal għal mill-inqas trasferiment potenzjali ta' dawn id-distorsjonijiet fil-prezzijiet fil-provvista tal-komponenti tar-roti pproċessati magħmula minn din il-materja prima u għalhekk ma taffettwax il-prezzijiet jew il-kostijiet tar-roti. Barra mill-allegazzjoni tagħha li d-distorsjonijiet mhux ikkontestati fil-materja prima ma għandhom l-ebda effetti fuq l-industrija downstream, is-CCCME ma wriet l-ebda evidenza li l-industrija tar-roti mhijiex affettwata minn dawn id-distorsjonijiet.

(126)

Rigward il-pretensjoni ta' CCCME dwar is-sussidji, il-Kummissjoni enfasizzat li s-sussidji huma wieħed minn għadd ta' indikaturi ta' distorsjonijiet fil-prezz u fil-kost f'ekonomija, billi għandhom impatt dirett jew indirett, attwali jew potenzjali fuq tali kostijiet u prezzijiet, li normalment jonqsu għall-intrapriżi reċepjenti u/jew għall-klijenti tagħhom. Sussidji bħall-għoti ta' drittijiet għall-użu tal-art għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata jew disponibbiltà ta' self u finanzjament preferenzjali f'settur partikolari jbaxxu l-kostijiet tal-produttur u għalhekk jaffettwaw il-kost tal-produzzjoni u/jew il-prezzijiet tal-prodotti tagħhom (71). Il-Kummissjoni nnutat ukoll li l-fatt li s-sejbiet fil-każ tar-roti elettriċi jitqiesu bħala mhux raġonevoli mis-CCCME għandu rilevanza limitata, billi l-eżistenza tas-sussidji fl-għoti ta' drittijiet għall-użu tal-art u s-self preferenzjarju kienet ikkonfirmata b'mod konsistenti f'għadd ta' investigazzjonijiet reċenti, mhux biss limitata għar-roti elettriċi iżda tapplika għall-ekonomija Ċiniża kollha (ara l-premessa (98)). L-argument tas-CCCME li l-intrapriżi f'ekonomiji oħra għandhom mnejn jibbenifikaw minn sussidji huwa rrelevanti fil-kuntest ta' din l-investigazzjoni, li tittratta s-sitwazzjoni tal-prodott fir-RPĊ taħt rieżami u mhux, f'astratt, is-sitwazzjoni ta' sussidju f'pajjiżi oħra.

(127)

Finalment, rigward l-argument li għadd kbir ta' produtturi ta' roti huma privati u l-kumpaniji kollha fir-RPĊ huma soġġetti għal kundizzjonijiet tas-suq liberu u li l-istess regoli huma applikabbli kemm għal intrapriżi privati u kif ukoll għall-SOEs, il-Kummissjoni osservat li wieħed mill-elementi tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, li huwa indikazzjoni ta' distorsjonijiet sinifikanti f'ekonomija, huwa l-fatt li “s-suq inkwistjoni huwa servut f'miżura sinifikanti, minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtorijitajiet tal-pajjiż esportatur”. Kif spjegat fil-premessa (66), kien impossibbli li jiġi stabbilit il-proporzjon eżatt ta' SOEs u l-produtturi tar-roti privati fir-RPĊ minħabba n-nuqqas ta' biżżejjed data mis-suq. Madankollu, anki jekk ma hemmx predominanza ta' SOEs f'settur partikolari, is-sjieda Statali hija biss indikatur wieħed ta' distorsjoni sinifikanti. Is-sjieda Statali u s-superviżjoni politika jew gwida huma indikaturi oħra elenkati fl-Artikolu 2(6a)(b) u billi huma komuni ħafna fis-settur tar-roti (ara t-Taqsima 3.3.2.3), il-Kummissjoni stabbiliet li s-settur kollu tar-roti fir-RPĊ huwa soġġett għal distorsjonijiet sinifikanti. It-tieni, il-fatt li kemm l-intrapriżi tal-Istat kif ukoll dawk privati huma soġġetti għall-istess regoli u regolamenti bħall-pagamenti tal-VAT, tas-saħħa u tal-irtirar eċċ., ma jipprekludix li dawn l-intrapriżi kollha joperaw f'ambjent karatterizzat minn distorsjonijiet sinifikanti, li jaffettwa l-kostijiet u l-prezzijiet ta' dawn l-intrapriżi.

(128)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-pretensjonijiet ta' CCCME rigward l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti ma ntlaqgħux.

3.3.3.   Il-pajjiż rappreżentattiv

3.3.3.1.   Rimarki ġenerali

(129)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:

Livell ta' żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ Għal dan l-iskop, il-Kummissjoni użat pajjiżi b'introjtu nazzjonali gross simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi ta' data tal-Bank Dinji (72);

Il-produzzjoni tal-prodott soġġett għal rieżami f'dak il-pajjiż (73);

Id-disponibbiltà ta' data pubblika rilevanti f'dak il-pajjiż;

Meta jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, ingħatat preferenza, fejn xieraq, lill-pajjiż b'livell xieraq ta' protezzjoni soċjali u ambjentali.

(130)

Fl-ewwel nota dwar il-fatturi ta' produzzjoni, il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet interessati li hija kienet identifikat sitt pajjiżi rappreżentattivi possibbli: il-Brażil, il-Messiku, ir-Russja, is-Serbja, it-Tajlandja u t-Turkija, u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jissuġġerixxu pajjiżi oħrajn. Fit-tieni nota dwar il-fatturi ta' produzzjoni, il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet interessati li s-Serbja kien il-pajjiż rappreżentattiv xieraq.

3.3.3.2.   Livell ta' żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ.

(131)

Il-Brażil, il-Messiku, ir-Russja, is-Serbja, it-Tajlandja u t-Turkija huma meqjusa mill-Bank Dinji bħala pajjiżi b'livell simili ta' żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ, jiġifieri lkoll huma kklassifikati bħala pajjiżi b'“introjtu medju superjuri” fuq bażi ta' introjtu nazzjonali gross.

(132)

Fil-kummenti tiegħu dwar l-ewwel nota fuq il-fatturi ta' produzzjoni, l-applikant wissa li l-kriżi ekonomika serja esperjenzata mill-Brażil fil-passat riċenti jaf tħalli impatt fuq l-importazzjonijiet tal-komponenti tar-roti u għarrqet il-prestazzjoni tal-produtturi tar-roti fis-suq domestiku tagħhom.

(133)

Il-Kummissjoni nnotat li l-applikant ma pprovdiex evidenza li l-importazzjonijiet fil-Brażil kienu affettwati u lanqas li t-tgħarriq tal-prestazzjoni domestika tal-produtturi Brażiljani kienet sistematika. Għad li l-Kummissjoni għarfet li l-unika kumpanija magħrufa li tipproduċi r-roti u li għandha data pubblikament disponibbli kellha profitt operatorju negattiv, din ma setgħetx testrapola din il-konstatazzjoni għall-pajjiż sħiħ.

3.3.3.3.   Il-produzzjoni tal-prodott soġġett għal rieżami fil-pajjiż rappreżentattiv

(134)

Fis-sitt pajjiżi kollha kemm huma identifikati fit-Taqsima 3.3.3.2, il-Kummissjoni identifikat diversi produtturi li jipproduċu output skont il-kodiċi NACE 3092 (Nomenklatura tal-attivitajiet ekonomiċi tal-Unjoni) b'rabta mal-manifattura tar-roti (74).

(135)

Fil-kummenti tiegħu dwar l-ewwel nota fuq il-fatturi ta' produzzjoni, l-applikant indika li fir-Russja hemm fis-seħħ sussidji għall-enerġija u li dawn jistgħu jħallu impatt fuq il-produzzjoni ta' materjal intensiv fl-użu tal-enerġija, bħall-aluminju, li jintuża fil-manifattura tar-roti.

(136)

Il-Kummissjoni nnotat li l-applikant ma pprovdiex evidenza fuq dawn is-sussidji u lanqas fuq l-impatt materjali tagħhom fuq il-produzzjoni tar-roti. Għalhekk din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(137)

L-applikant asserixxa li l-produtturi Serbi jġibu parts għar-roti mill-Unjoni (madwar 30 %), mir-RPĊ (madwar 30 %), minn pajjiżi Asjatiċi oħra (madwar 30 %), u domestikament (madwar 10 %) u li l-produtturi Torok iġibu parts għar-roti mill-Unjoni (madwar 15 %), mir-RPĊ (madwar 30 %), minn pajjiżi Asjatiċi oħra (madwar 30 %), domestikament (madwar 20 %) u minn pajjiżi oħra (madwar 5 %).

(138)

Il-Kummissjoni vverifikat u kkonfermat din l-informazzjoni fuq il-bażi ta' data (75) tal-Global Trade Atlas u qieset li din hija indikazzjoni ta' swieq miftuħin b'sorsi tal-provvista diversifikati.

(139)

L-applikant innota li l-Unjoni żiedet id-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet tar-roti mit-Tajlandja (billi rtirat il-preferenzi tal-SĠP fl-2015 (76)), u dan wassal għal tnaqqis fl-esportazzjonijiet Tajlandiżi ta' roti fl-Unjoni. L-applikant iddikjara li dan ħalla impatt serju fuq il-prestazzjoni tal-produtturi Tajlandiżi, li fil-parti l-kbira jesportaw lejn l-Unjoni. L-applikant iddikjara wkoll li l-produtturi Tajlandiżi bdew jagħmlu t-telf. Madankollu, ma pprovdiex data dwar il-profittabbiltà tal-produtturi Tajlandiżi u lanqas dwar il-firxa tal-esportazzjonijiet tagħhom.

(140)

Il-Kummissjoni sabet li l-profittabbiltà taż-żewġ produtturi Tajlandiżi elenkati fin-Nota tal-4 ta' Lulju kienet pożittiva fl-2016. Il-Kummissjoni investigat ukoll kumpaniji fit-Tajlandja li jipproduċu r-roti bħala negozju sekondarju (jiġifieri kodiċi NACE 3092 sekondarju) u sabet li minn 93 kumpanija li għalihom kien hemm rapporti tal-introjtu disponibbli fl-2017 jew fl-2016 fil-bażi ta' data Orbis, 76 kienu qed jagħmlu l-profitt (77). Għalhekk, it-talba ma ntlaqgħetx.

3.3.3.4.   Id-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv

(141)

Għas-sitt pajjiżi kollha identifikati fil-premessa (130), id-disponibbiltà ta' data pubblika (u b'mod partikolari data finanzjarja pubblika mill-produtturi tal-prodott soġġett għal rieżami) ġiet ivverifikata b'mod ulterjuri mill-Kummissjoni.

(142)

Il-Kummissjoni fittxet produtturi tar-roti b'data finanzjarja disponibbli pubblikament li setgħet isservi sabiex jiġu stabbiliti ammonti mhux distorti u raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“selling, general and administrative expenses”“SG&A”) u l-profitt. Kif intqal fl-ewwel u fit-tieni noti dwar il-fatturi ta' produzzjoni, il-Kummissjoni bbażat fuq il-bażi ta' data Orbis (78) bħala s-sors ta' data u għażlet kumpaniji bil-kodiċi primarju NACE 3092, sabiex tillimita l-analiżi għal produtturi li għandhom ir-roti bħala n-negozju ewlieni tagħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rrestrinġiet it-tiftix ta' kumpaniji b'rapporti tal-introjtu disponibbli pubblikament għall-aktar perjodu riċenti (2016 u 2017). Dan iffoka t-tiftixa fuq kumpanija waħda fil-Brażil, fuq disgħa u għoxrin fir-Russja u fuq sitta fis-Serbja. Imbagħad il-Kummissjoni għażlet il-kumpaniji li kienu qed jagħmlu l-profitt. Dan wassal sabiex jiġu esklużi kumpanija waħda fil-Brażil u għaxar kumpaniji fir-Russja, li kellhom profittabilità negattiva fl-2016 u fl-2017.

(143)

Il-Kummissjoni finalment innotat li s-sitt kumpaniji Serbi kellhom data disponibbli pubblikament għall-2017, filwaqt li d-dsatax-il kumpanija Russa li kien fadal kellhom data disponibbli pubblikament sal-2016 biss. Peress li l-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami jikkonsisti fl-aħħar tliet trimestri tal-2017 u fl-ewwel trimestru tal-2018, il-Kummissjoni qieset li s-Serbja kienet pajjiż rappreżentattiv xieraq.

(144)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha lill-partijiet interessati kollha fit-tieni nota dwar il-fatturi ta' produzzjoni, li tuża lis-Serbja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq jekk kemm-il darba hija tikkonkludi li l-kundizzjonijiet kollha biex tiġi applikata l-metodoloġija prevista fl-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jkunu ssodisfati. Filwaqt li qieset l-elementi kollha msemmija hawn fuq u l-kummenti mill-partijiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-għażla finali ta' pajjiż rappreżentattiv xieraq kienet is-Serbja u għażlet is-sitt kumpaniji li ġejjin b'data finanzjarja disponibbli pubblikament li setgħet tintuża biex tistabbilixxi ammonti mhux distorti u raġonevoli għall-SG&A u l-profitti skont l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-regolament bażiku:

Capriolo d.o.o backa topola;

Planet bike co. D.o.o., Beograd;

Venera bike;

Kripton company d.o.o backa topola;

Crossbike;

Cassini wheels d.o.o;

3.3.3.5.   Il-livell ta' protezzjoni soċjali u ambjentali

(145)

Peress li ġie stabbilit li s-Serbja kienet pajjiż rappreżentattiv xieraq fuq il-bażi ta' dawn l-elementi, ma kienx hemm bżonn li ssir valutazzjoni tal-livell ta' protezzjoni soċjali u ambjentali skont l-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.3.3.6.   Konklużjoni

(146)

Fid-dawl tal-analiżi ta' hawn fuq, is-Serbja ssodisfat il-kriterji kollha stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku biex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. B'mod partikolari, is-Serbja kellha produzzjoni sostanzjali tal-prodott soġġett għal rieżami u sett komplut ta' data disponibbli għall-fatturi kollha tal-produzzjoni, għall-SG&A u għall-profitt.

3.3.4.   Il-kostijiet ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitti

(147)

Għall-bini tal-valur normali, il-Kummissjoni segwiet il-metodoloġija spjegata fit-tieni nota dwar il-fatti ta' produzzjoni u inkludiet il-kostijiet SG&A u l-profitti mis-sitt kumpaniji fis-Serbja kif imsemmija fil-Premessa (144), skont ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(148)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta' produzzjoni msemmija hawn fuq. Dan kien stmat bl-użu tal-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura fuq il-kost tal-manifattura rrapportat mill-produtturi esportaturi li kkooperaw għall-kostijiet mhux distorti rispettivi tal-manifattura (li koprew il-konsum ta' materjali, il-manodopera, l-enerġija u l-ilma) determinati skont il-metodoloġija deskritta fit-Taqsima 3.3.8.

3.3.5.   Is-sorsi li ntużaw biex jiġu stabbiliti kostijiet mhux distorti

(149)

Fit-tieni nota dwar il-fatturi ta' produzzjoni, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex tibni l-valur normali skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija kienet se tuża l-Global Trade Atlas (“GTA”) sabiex tistabbilixxi l-kost mhux distort ta' ħafna mill-fatturi ta' produzzjoni. Madankollu, wara t-tieni nota dwar il-fatturi ta' produzzjoni, il-Kummissjoni nnotat li għall-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, l-informazzjoni rapportata mill-GTA dwar l-importazzjoni tal-parts tar-roti lejn is-Serbja ma kinitx kompluta. Għaldaqstant, il-Kummissjoni użat il-Eurostat sabiex tistabbilixxi l-kost tal-materjal (79), tal-elettriku u tal-gass naturali (80), estrazzjoni tad-data ta' Bloomberg mill-Uffiċċju Statistiku tar-Repubblika tas-Serbja għall-kost tal-ilma (81), u d-data finanzjarja mis-sitt kumpaniji Serbi elenkati fil-premessa (144) sabiex tistabbilixxi l-kostijiet SG&A u l-profitti.

(150)

Kif spjegat fil-premessa 3.3.5, l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura żdiedu mal-SG&A u mal-profitt u ġew ibbażati fuq il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura fuq il-kost tal-manifattura rapportat mill-produtturi esportaturi li kkooperaw għall-kostijiet mhux distorti rispettivi tal-manifattura.

3.3.6.   Fatturi tal-produzzjoni

(151)

Permezz tal-ewwel u tat-tieni nota dwar il-fatturi ta' produzzjoni, il-Kummissjoni fittxet li tistabbilixxi lista inizjali ta' fatturi ta' produzzjoni u sorsi maħsuba sabiex jintużaw għall-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħal materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott soġġett għal rieżami mill-produtturi fir-RPĊ.

(152)

Il-Kummissjoni bbażat fuq id-data pprovduta mill-applikant u fuq it-tweġibiet għall-Anness III tan-Notifika ta' Bidu pprovduti mis-sitt produtturi oriġinali li kkooperaw fir-RPĊ (82) sabiex tistabbilixxi lista kompluta tal-fatturi ta' produzzjoni tar-roti.

(153)

Għall-finijiet ta' komparabbiltà bejn in-nomenklatura Ċiniża u dik Serbjana, il-Kummissjoni, għal kull fattur ta' produzzjoni, identifikat il-kodiċi korrispondenti tas-Sistema Armonizzata (SA) b'6 ċifri fil-livell tas-subintestatura tas-SA (sitt ċifri), fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta kemm mill-applikant kif ukoll mill-produtturi li kkooperaw fir-RPĊ. Ir-RPĊ, is-Serbja u l-Unjoni lkoll jużaw is-Sistema Armonizzata u, għalhekk, il-kodiċijiet tariffarji tat-tlieta li huma jaqblu.

(154)

Meta titqies l-informazzjoni kollha sottomessa mill-applikant u mill-produtturi li kkooperaw fir-RPĊ, ġew identifikati l-fatturi ta' produzzjoni u l-kodiċijiet SA li ġejjin, fejn applikabbli:

Tabella 1

Fattur tal-Produzzjoni

Kodiċi SA

Valur tal-importazzjoni tal-unità

Qafas sħiħ

871491

65,63 EUR/unità

Kuruna għat-tubu tar-ras tal-qafas

871491

7,63 EUR/kg

Gusset għall-qafas

871491

7,63 EUR/kg

Ħanger għall-qafas

871491

7,63 EUR/kg

Parts li jiġu mmuntati fuq it-tubu tar-ras tal-qafas

871491

7,63 EUR/kg

Jork għall-qafas

871491

7,63 EUR/kg

Triangolu tal-qafas

871491

7,63 EUR/kg

Aċċessorju tal-qafas

871491

7,63 EUR/kg

Pont tal-qafas

871491

7,63 EUR/kg

Kaxxa tal-aċċessorji

871499

9,15 EUR/kg

Badge tal-liga

831000

11,02 EUR/kg

Tubu tal-aluminju lligat

760820

4,78 EUR/kg

Kavilja tal-fus

871499

9,15 EUR/kg

Parts tal-B.B.

871499

9,15 EUR/kg

Sett tal-B.B.

871499

9,15 EUR/kg

Qoxra tal-B.B.

871499

9,15 EUR/kg

Fus tal-B.B.

871499

9,15 EUR/kg

Borża

392321

2,20 EUR/kg

Qabdiet tal-manku

871499

9,15 EUR/kg

Qoffa

871499

9,15 EUR/kg

Brekit tal-qoffa

871499

9,15 EUR/kg

Batterija

871499

9,15 EUR/kg

Qanpiena

830610

12,47 EUR/kg

Brejk

871494

7,48 EUR/kg

Kejbil tal-brejkijiet

871494

7,48 EUR/kg

Ħawsing tal-kejbil tal-brejkijiet

871499

9,15 EUR/kg

Wajer intern tal-brejkijiet

871494

7,48 EUR/kg

Liver tal-brejk

871494

7,48 EUR/kg

Pern tal-brejk

871494

7,48 EUR/kg

Kejbil tal-brejkijiet

871494

7,48 EUR/kg

Pont

871499

9,15 EUR/kg

Gwida tal-kejbil

871499

9,15 EUR/kg

Stopper tal-kejbil

871499

9,15 EUR/kg

Xafra tal-furketta tal-karbonju

871491

7,63 EUR/kg

Skorfina tat-twaħħil tal-carrier

731816

5,55 EUR/kg

Kartuna

481910

1,11 EUR/kg

Katina

731511 jew

871499

14,23 EUR/kg

9,15 EUR/kg

Aġġustatur tal-katina

871499

9,15 EUR/kg

Brekit tal-kopertura tal-katina

871499

9,15 EUR/kg

Ilqugħ tal-katina

871499

9,15 EUR/kg

Kopertura tal-katina

392690

8,93 EUR/kg

Brekit tal-kopertura tal-katina

871499

9,15 EUR/kg

Rota tal-ktajjen

871496

7,41 EUR/kg

Sett tas-CKD

871499

9,15 EUR/kg

Kartun ikkorrugat

480810

0,77 EUR/kg

Sett tal-krank

871499

9,15 EUR/kg

Disinn għat-twaħħil

482110

7,77 EUR/kg

Kejbil tad-derailleur

871499

9,15 EUR/kg

Gaġġa tal-protezzjoni tad-derailleur

871499

9,15 EUR/kg

Diska għall-manwal tas-sid

852349

335,30 EUR/kg

Brekit ta' mmuntar tad-diska

871494

7,48 EUR/kg

Diska tal-brejk

871494

7,48 EUR/kg

Aċċessorju elettriku

871499

9,15 EUR/kg

Tapp tal-għeluq għall-qabda

871499

9,15 EUR/kg

Madgard

871499

9,15 EUR/kg

Furketta

871491

7,63 EUR/kg

Fork ends ta' wara

871491

7,63 EUR/kg

Xifter/derailleur (ta' quddiem/ta' wara)

871499

9,15 EUR/kg

Manku

871499

9,15 EUR/kg

Manubriju

871499

9,15 EUR/kg

Stem tal-manubriju

871499

9,15 EUR/kg

Ilbies għall-protezzjoni tar-ras

871491 jew

871499

7,63 EUR/kg

9,15 EUR/kg

Tubu tar-ras

760820

4,78 EUR/kg

Tubi b'reżistenza għolja għal tensjoni

730451

1,97 EUR/kg

Buttun

871493

15,53 EUR/kg

Tapp tal-buttun

871499

9,15 EUR/kg

Tubu intern

401320

0,93 EUR/unità

Ġonta

871499

9,15 EUR/kg

Appoġġ tar-rota

871499

9,15 EUR/kg

Pjanċa tal-appoġġ tar-rota

871499

9,15 EUR/kg

Dwal

851210

3,20 EUR/kg

Lokk

830140

14,33 EUR/kg

Manwal

491110

1,95 EUR/kg

Aċċessorji oħrajn

871499

9,15 EUR/kg

Tapp tal-kejsing ta' barra

871494

7,48 EUR/kg

Tapp tal-kejsing ta' barra għall-brejk

871494

7,48 EUR/kg

Materjali tal-imballaġġ

392390

3,17 EUR/kg

Aċċessorji tal-ippakkjar

871499

9,15 EUR/kg

Żebgħa

320820 jew

320890

4,35 EUR/kg

3,81 EUR/kg

Flixkun taż-żebgħa

701090

0,45 EUR/kg

Pedala

871496

8.93 pari

Rilaxx veloċi

871499

9,15 EUR/kg

Carrier ta' wara

871499

9,15 EUR/kg

Brekit tar-riflettur

871499

9,15 EUR/kg

Riflettur

392690

8,93 EUR/kg

Rimm

871492

3,01 EUR/kg

Sett ta' rimmijiet mingħajr tajer u tubu

871492

3,01 EUR/kg

Tejp tar-rimm

401290

3,22 EUR/kg

Rivit

731816

5,55 EUR/kg

Rotor

871494

7,48 EUR/kg

Rotor/parts aċċessorji għall-qoffa/parts aċċessorji għall-madgard

871499

9,15 EUR/kg

Sedil

871495

6,15 EUR/kg

Vit

731815

3,69 EUR/kg

Vit/bolt

731816

5,55 EUR/kg

Klamp tas-sedil

871499

9,15 EUR/kg

Kullar tas-sedil

871499

9,15 EUR/kg

Tubu tas-sedil

871499

9,15 EUR/kg

Pont ta' sostenn tas-sedil

871499

9,15 EUR/kg

Liver tax-xift

871499

9,15 EUR/kg

Wajer intern tax-xifter

871499

9,15 EUR/kg

Kejbil estern tax-xifter

871499

9,15 EUR/kg

Spoke

871492

3,01 EUR/kg

Protettur tal-ispoke

871499

9,15 EUR/kg

Stiker

391990

5,60 EUR/kg

Sospensjoni

871499

9,15 EUR/kg

Aċċessorji tas-sospensjoni

871499

9,15 EUR/kg

Tajer

401150

2,75 EUR/unità

Għodod

871499

9,15 EUR/kg

Tubu

760820

4,78 EUR/kg

Valv

871499

9,15 EUR/kg

Sostenn forma ta' V għall-madgard

871499

9,15 EUR/kg

Skorfina għaż-żamma tal-flixkun tal-ilma (buttun)

731816

5,55 EUR/kg

Freewheel

871493

15,53 EUR/kg

Settijiet ta' roti

871493

15,53 EUR/kg

Roti tat-taħriġ

871499

9,15 EUR/kg

Wajer

871494 jew

871499

7,48 EUR/kg

9,15 EUR/kg

Manodopera

Il-pagi tal-manodopera fis-settur tal-manifattura

[mhux applikabbli]

1,49 EUR/siegħa

jew 3 396,84 EUR/sena

Enerġija

Elettriku

[mhux applikabbli]

EUR 0,06/kWh

Gass

[mhux applikabbli]

0,33 EUR/m3

Ilma

[mhux applikabbli]

2,28 EUR/m3

3.3.6.1.   Materjali

(155)

Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materjali mwasslin sal-bieb tal-fabbrika tal-produttur, kif stabbilit fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a), il-Kummissjoni użat il-prezzijiet ta' importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv, ta' kull materjal użat mill-produtturi li kkooperaw fir-RPĊ.

(156)

Sabiex tistabbilixxi l-valur normali, skont il-metodoloġija tal-Kummissjoni d-dazji tal-importazzjoni tal-fatturi ta' produzzjoni u l-materjali importati fis-Serbja, kif ukoll il-kostijiet tat-trasport domestiku jenħtieġ li jiżdiedu ma' dawn il-prezzijiet ta' importazzjoni. Dan jirriżulta f'valur normali ogħla peress li d-dazji tal-importazzjoni jkomplu jżidu l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-parts tar-roti. Konsegwentement, marġni saħansitra ogħla ta' dumping. Fid-dawl tal-konstatazzjoni fil-premessa (178) kif ukoll tan-natura ta' din l-investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza, li tiffoka fuq il-fini li jiġi stabbilit jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami aktar milli fuq il-kobor preċiż tiegħu, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-aġġustamenti għad-dazji tal-importazzjoni u għat-trasport domestiku ma kinux neċessarji.

3.3.6.2.   Manodopera

(157)

L-istatistiki tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”) ipprovdew informazzjoni dwar il-pagi ta' kull xahar fis-settur tal-manifattura u s-sigħat ta' kull ġimgħa maħduma fis-Serbja għall-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Għal Ideal, li rrapportat il-paga totali tal-persunal għall-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni estrapolat il-paga medja individwali ta' kull xahar u biddlitha mal-paga medja ta' kull xahar tal-ILO. Għal Oyama, li rrapportat il-pagi għas-sigħat ta' xogħol, il-Kummissjoni l-ewwel estrapolat is-sigħat tax-xogħol fix-xahar mid-data tal-ILO dwar is-sigħat tax-xogħol fil-ġimgħa mbagħad qasmet il-paga medja ta' kull xahar bis-sigħat medji tax-xogħol, u b'hekk kisbet il-paga medja fis-siegħa li finalment intużat sabiex tieħu post l-informazzjoni pprovduta mill-kumpanija.

3.3.6.3.   Elettriku u gass naturali

(158)

Għas-Serbja l-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass naturali għas-sena 2017 għal konsumaturi li mhumiex unitajiet domestiċi u, b'mod partikolari, għall-industrija ta' daqs medju, kienu disponibbli bil-lest fuq il-Eurostat (83). Il-prezz tal-elettriku ġie rrapportat f'Euro għal kull kWh u l-prezz tal-gass f'Euro għal kull gigajoule. Dan tal-aħħar għandu rata tal-kambju fissa bil-metri kubi, li kienet il-kejl użat mill-produtturi li kkooperaw fir-RPĊ sabiex jirrapportaw il-konsum tal-gass tagħhom.

3.3.6.4.   Ilma

(159)

Id-data użata għad-determinazzjoni tal-prezz tal-ilma ġiet estratta mill-bażi ta' data ta' Bloomberg fis-serje tal-Indiċi tal-Provvista tal-Ilma tas-CPI (Prezzijiet tal-Konsumatur) tas-Serbja, filwaqt li ġie rrapportat ammont ta' 269,1 RSD għal Jannar 2019.

3.3.7.   Kalkoli

(160)

Biex jiġi stabbilit il-valur normali mfassal, il-Kummissjoni segwiet iż-żewġ passi li ġejjin.

(161)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-kostijiet mhux distorti tal-manifattura. Dan sar bil-moltiplikazzjoni tal-fattur ta' użu ta' kull fattur ta' produzzjoni bil-kost mhux distort ta' kull wieħed għal kull unità. Il-fatturi ta' użu għal materjali, għall-manodopera, għall-enerġija u għall-ilma ġew ipprovduti mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Il-kostijiet mhux distorti għal kull unità kienu dawk osservati fil-pajjiż rappreżentattiv.

(162)

It-tieni, il-Kummissjoni stabbiliet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura. Dawn ġew ikkalkolati billi ġie applikat il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura fuq il-kost tal-manifattura rrapportat mill-produtturi esportaturi li kkooperaw għall-kostijiet mhux distorti rispettivi tal-manifattura (li koprew il-konsum ta' materjali, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-ilma) determinati skont il-metodoloġija deskritta fit-Taqsima 3.3.6.

(163)

It-tielet, għall-kostijiet tal-manifattura identifikati hawn fuq il-Kummissjoni applikat il-kostijiet SG&A u l-profitti medji mis-sitt kumpaniji fis-Serbja (Capriolo, Planet bike, Venera bike, Kripton, Crossbike u Cassini Wheels). Dawn ġew identifikati fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli pubblikament fil-kontijiet annwali tal-kumpaniji tal-2017 (84) u ġew espressi bħala l-perċentwali li ġejjin:

SG&A (85) ta' 6,62 % applikati għas-somma tal-kostijiet tal-manifattura u l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura; kif ukoll

Profitt (86) ta' 10,05 % applikat għas-somma tal-kostijiet tal-manifattura u tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura.

(164)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni fasslet il-valur normali għal kull tip ta' prodott fuq bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika, f'konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Ġie stabbilit valur normali differenti għal kull produttur esportatur.

(165)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, is-CCCME argumentat li l-Kummissjoni ma użat l-ebda data pprovduta mill-produtturi esportaturi li kooperaw meta stabbiliet il-valur normali mingħajr distorsjoni. Is-CCCME argumentat li, billi l-RPĊ ma għadhiex titqies bħala ekonomija mhux tas-suq, jenħtieġ li l-fatturi bħall-kostijiet tal-enerġija, il-kostijiet ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitti ma jiġux sostitwiti minn valuri referenzjarji. Is-CCCME argumentat ukoll li fatturi oħra ta' produzzjoni bħall-oqfsa magħmula mill-karbonju, ma għandhomx jiġu sostitwiti billi l-karbonju użat f'dawn l-oqfsa ma kienx imsemmi bħala materjal soġġett għal distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

(166)

Il-Kummissjoni nnotat li l-istqarrija li ma użat ebda data pprovduta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw meta stabbiliet il-valur normali mingħajr distorsjoni, hija fattwalment skorretta. Kif imsemmi fil-premessi (150) u (161), il-Kummissjoni użat il-fatturi tal-użu għall-materjali, għall-manodopera, għall-enerġija u għall-ilma, kif ukoll il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, kollha rrapportati mill-produtturi esportaturi li kooperaw u vverifikati mill-Kummissjoni.

(167)

Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-argument tas-CCCME li l-RPĊ ma għadhiex titqies bħala ekonomija mhux tas-suq, huwa wkoll irrilevanti. Il-Kummissjoni tfakkar li fil-premessa (2) tal-leġiżlazzjoni l-ġdida anti-dumping jingħad biċ-ċar li “dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-determinazzjoni dwar jekk Membru tad-WTO huwiex ekonomija tas-suq jew għat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-protokolli u fi strumenti oħrajn li skonthom il-pajjiżi aderew mal-Ftehim ta' Marrakexx li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ li ntlaħaq fil-15 ta' April 1994.” (87) Billi l-leġiżlazzjoni l-ġdida anti-dumping ma tiddistingwix aktar bejn l-ekonomiji tas-suq u l-ekonomiji mhux tas-suq, dan l-argument mis-CCCME hu nieqes minn kull bażi legali applikabbli għal din l-investigazzjoni. L-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku hija magħmula fuq bażi ta' każ b'każ, b'kunsiderazzjoni tal-evidenza kollha disponibbli fir-rigward tal-pajjiż esportatur.

(168)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jistabbilixxi li l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti tas-suq tirrendi l-użu ta' kostijiet u prezzijiet domestiċi inadegwati u għalhekk il-valur normali jrid jinħadem b'mod esklużiv abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirrifletti prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Jipprevedi wkoll li l-valur normali jrid jinkudi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u għall-profitti. L-użu tal-kostijiet domestiċi f'dak il-kuntest huwa disponibbli biss sa fejn tali kostijiet ikunu stabbiliti b'mod pożittiv eżenti minn distorsjonijiet, abbażi ta' evidenza preċiża u xierqa, b'mod partikolari abbażi ta' evidenza pprovduta minn partijiet interessati skont l-Artikolu 2(6a)(c). Is-CCCME ma ppreżentat l-ebda evidenza f'dan is-sens.

(169)

Fl-aħħar, il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-ebda wieħed mit-tliet produtturi fil-kampjun li kooperaw fir-RPĊ ma stqarr li xi fatturi tal-produzzjoni nxtraw b'valuri mingħajr distorsjoni.

(170)

Għalhekk din it-talba ma ntlaqgħetx.

3.3.8.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(171)

Miż-żewġ produtturi/gruppi ta' produtturi inklużi fil-kampjun fir-RPĊ li jbigħu l-prodott soġġett għal rieżami fl-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, wieħed kien qed ibigħ direttament lil klijenti indipendenti u l-ieħor kien qed ibigħ permezz ta' negozjanti relatati.

(172)

Il-produtturi esportaturi esportaw il-prodott soġġett għal rieżami jew direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni permezz ta' negozjant. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien abbażi tal-prezz attwalment imħallas jew li jista' jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(173)

Kif intqal fil-premessa (46), wieħed mill-gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma pprovdiex lill-Kummissjoni l-prezzijiet tal-bejgħ tiegħu għall-bejgħ li sar permezz ta' negozjant relatat lill-ewwel klijent indipendenti kemm għall-bejgħ lejn l-Unjoni kif ukoll il-bejgħ lejn il-bqija tad-dinja. Għaldaqstant, billi użat l-aħjar fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni użat biss tranżazzjonijiet li għalihom il-prezz għal klijent indipendenti seta' jiġi identifikat sabiex jiġi stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni għal dak il-grupp ta' produtturi esportaturi.

3.3.9.   Tqabbil

(174)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali mibni f'konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku mal-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ex-works.

(175)

Meta dan kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-paragunabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-kostijiet tat-trasport intern, għall-ġarr, għat-tagħbija u għall-ispejjeż anċillari, għall-ispiża tal-kreditu, għall-ispejjeż bankarji.

(176)

Barra minn hekk, għal wieħed mill-produtturi esportaturi l-prezz tal-esportazzjoni ġie aġġustat skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku billi tnaqqsu l-kummissjonijiet fuq il-kont tal-bejgħ permezz ta' negozjant. Il-kalkolu tal-kummissjonijiet kien ibbażat fuq l-SG & A u marġni ta' profitt raġonevoli tal-kummerċjant. Meta aġġustat għall-profitt, il-Kummissjoni użat il-livell stabbilit fl-investigazzjoni li stabbilixxiet il-livell kurrenti ta' dazji.

3.3.9.1.   Il-marġni tad-dumping

(177)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta' kull tip ta' prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(178)

Fuq din il-bażi, il-marġni medju ponderat tad-dumping, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ta' 2,56 % għal Ideal u ta' 49,82 % għal Oyama.

3.3.9.2.   Dumping mill-produtturi esportaturi li ma kkooperawx

(179)

Il-Kummissjoni kkalkolat ukoll il-marġni tad-dumping medju għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx. Fid-dawl tal-livell baxx ta' kooperazzjoni mir-RPĊ diskuss fit-Taqsima 3.2, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(180)

L-ewwel nett, sabiex tistabbilixxi l-valur normali, il-Kummissjoni użat il-valur normali medju taż-żewġ produtturi/gruppi ta' produtturi esportaturi li kkooperaw.

(181)

It-tieni, sabiex tistabbilixxi l-prezz tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni użat data tal-Eurostat wara li naqqset l-esportazzjonijiet taż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw. Għall-fini tat-tqabbil, il-Kummissjoni aġġustat il-prezz tal-esportazzjoni għal-livell ta' kif joħroġ mill-fabbrika billi użat il-provvedimenti verifikati medji taż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw.

(182)

Abbażi ta' dan, il-marġni ta' dumping medju ponderat, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ta' 206 %. Dan il-marġni ta' dumping ikun ogħla li kieku l-valur normali tal-produtturi esportaturi li kkooperaw ġie aġġustat għall-ispejjeż tat-trasport domestiku u d-dazji tal-importazzjoni fis-Serbja, kif imsemmi fil-premessa (156).

(183)

Bħala alternattiva, sabiex tuża l-aħjar fatti disponibbli kollha skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġni tad-dumping billi użat il-valur normali mibni medju pprovdut fl-ilment. Dan kien ibbażat fuq it-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Minkejja l-fatt li dan il-valur normali alternattiv kien jinkludi l-fatturi ewlenin ta' produzzjoni biss (15 sa 20, skont it-tipi ta' roti), il-marġni tad-dumping li rriżulta kien ta' 86 %.

(184)

Għalhekk, ma hemm ebda dubju li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

3.3.9.3.   Konklużjoni

(185)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

3.4.   Probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping mir-RPĊ

(186)

Sabiex teżamina l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping, il-Kummissjoni analizzat l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-RPĊ u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

3.4.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-RPĊ

(187)

Skont l-Assoċjazzjoni Ċiniża tar-Roti, il-produzzjoni totali tar-roti kienet ta' 80 miljun unità fl-2017.

(188)

Barra minn hekk, il-ħames kumpaniji li kkooperaw irrapportaw rata ta' użu ta' bejn 38 % u 96 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami (jiġifieri medja ponderata ta' 68 %). Bl-applikazzjoni tal-aħjar fatti disponibbli u skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fid-dawl tal-kooperazzjoni batuta, il-Kummissjoni stmat kapaċità totali ta' 117-il miljun rota (88). Fuq din il-bażi, il-kapaċità żejda tal-industrija Ċiniża tkun ta' madwar 37 miljiun rota, li hija aktar mid-doppju tal-konsum totali fl-Unjoni (jiġifieri 18-il miljun unità).

(189)

Barra minn hekk, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 (89) u kkonfermat matul l-investigazzjoni, il-produzzjoni tar-roti essenzjalment hija operazzjoni ta' assemblaġġ li faċilment tista' tiżdied billi jiżdied in-numru tal-persunal. Għaldaqstant, il-produtturi Ċiniżi malajr jistgħu jibnu kapaċità ġdida billi jaħtru persunal ġdid.

(190)

Fuq il-bażi ta' dak imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċità żejda sinifikanti li huma jistgħu jużaw sabiex jipproduċu r-roti għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(191)

Fil-kummenti ta' divulgazzjoni finali tagħha, is-CCCME argumentat li l-Kummissjoni tat stima ta' bejn wieħed u ieħor tal-kapaċità żejda tal-industrija Ċiniża u naqqset milli tipprovdi xi evidenza biex tappoġġja l-istima tagħha.

(192)

Il-Kummissjoni fakkret li minħabba fil-livell baxx ta' kooperazzjoni mir-RPĊ, l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku ġie applikat biex jagħti stima tal-kapaċità żejda. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessi (187) u (188) il-Kummissjoni bbażat l-istima tagħha fuq iċ-ċifri tal-output totali previsti mill-Assoċjażżjoni Ċiniża tar-Roti. Barra minn hekk, għajr dikjarazzjoni, is-CCCME ma pprovdiet l-ebda evidenza biex tirribatti l-pretensjoni li l-Kummissjoni kkalkolat b'mod żbaljat il-kapaċitajiet żejda fir-RPĊ. Għalhekk din it-talba ma ntlaqgħetx.

3.4.2.   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

3.4.2.1.   L-atteġġjament fil-prezzijiet tal-esportaturi Ċiniżi fi swieq terzi

(193)

L-ewwel element ta' appoġġ għall-attraenza tas-Suq tal-Unjoni huwa l-atteġġjament fil-prezzijiet tal-produtturi Ċiniżi meta jbigħu lis-suq tal-Unjoni meta mqabbla ma' swieq tal-esportazzjoni oħra. Jekk jiġu kkunsidrati l-esportazzjonijiet ġenerali miċ-Ċina ta' roti matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami (90), dawn kienu jammontaw għal madwar 58 miljun biċċa li 15-il miljun minnhom inbiegħu lill-Istati Uniti (jiġifieri 26 % mill-esportazzjonijiet totali Ċiniżi ta' roti). Il-prezz medju tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn l-Istati Uniti huwa ta' 50 EUR/unità li huwa anqas minn dak lejn l-UE (64 EUR/unità) u ferm anqas mill-prezz medju tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami (jiġifieri 129 EUR/unità). Barra minn hekk, l-impożizzjoni ta' rata ta' dazju ad valorem ta' 10 % addizzjonali fuq ir-roti Ċiniżi fl-Istati Uniti tal-Amerka mill-1 ta' Jannar 2019, skont it-Taqsima 301 tal-Att dwar il-Kummerċ tal-Istati Uniti (91), x'aktarx taffettwa b'mod sostanzjali l-esportazzjonijiet Ċiniżi ta' roti lejn dan il-pajjiż. B'żieda ma' dan, fl-10 ta' Mejju 2019, l-Istati Uniti tal-Amerka komplew iżidu d-dazju tal-importazzjoni ad-valorem addizzjonali għal 25 % (92). B'hekk, l-impatt fuq l-esportazzjonijiet Ċiniżi tar-roti lejn l-Istati Uniti huwa mistenni li jkun saħansitra aktar sinifikanti. Bħala riżultat ta' dan, l-Unjoni ssir aktar attraenti mill-akbar suq kurrenti għar-roti Ċiniżi, li kieku l-miżuri eżistenti jiskadu.

(194)

B'mod ġenerali, l-Unjoni hija attraenti f'termini ta' prezzijiet għall-produtturi tar-roti Ċiniżi. L-esportaturi Ċiniżi biegħu f'149 pajjiż (li jirrappreżentaw 71 % tal-valur totali tagħhom ta' esportazzjoni tar-roti) fejn, bħala medja, il-prezzijiet kienu aktar baxxi milli fl-Unjoni. Huwa biss f'24 pajjiż (li jirrappreżentaw 25 % tal-valur totali tagħhom tal-esportazzjoni tar-roti) li huma biegħu bi prezzijiet li bħala medja kienu ogħla minn dawk tal-Unjoni.

(195)

Bħala konklużjoni, l-esportazzjoni lejn l-Unjoni tkun aktar attraenti għall-esportaturi Ċiniżi milli l-esportazzjoni lejn il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi l-oħra, li jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-esportazzjonijiet tagħhom.

3.4.2.2.   Id-disponibbiltà ta' swieq oħrajn

(196)

It-tieni element b'appoġġ tal-attraenza tas-Suq tal-Unjoni huwa l-eżistenza ta' difiża kummerċjali u ta' miżuri tal-importazzjoni restrittivi oħra kontra roti Ċiniżi f'numru għoli ta' swieq tal-esportazzjoni. Miżuri bħal dawn jeżistu fil-Messiku u fl-Arġentina. Dawn il-pajjiżi jirrappreżentaw 4 % mill-volum totali esportat fil-bqija tad-dinja mill-produtturi esportaturi fil-kampjun u 1 % mill-esportazzjonijiet totali Ċiniżi fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami (93).

(197)

Kif intqal fil-premessa (193), l-impożizzjoni ta' rata ad valorem ta' 10 % addizzjonali tad-dazju tal-importazzjoni fuq ir-roti Ċiniżi fl-Istati Uniti mill-1 ta' Jannar 2019 se taffettwa b'mod sostanzjali l-esportazzjonijiet tar-roti miċ-Ċina. Tabilħaqq, l-Istati Uniti tal-Amerka waħedhom jirrappreżentaw 58 % mill-volum tal-esportazzjoni lejn il-bqija tad-dinja għall-produtturi esportaturi fil-kampjun u 26 % meta jitqiesu l-esportazzjonijiet kollha miċ-Ċina. Diġà fl-ewwel trimestru tal-2019, l-esportazzjonijiet ta' roti miċ-Ċina lejn l-Istati Uniti kienu 54 % anqas milli fl-ewwel trimestru tal-2018 (jew madwar 1,4 miljun unità anqas). Dan l-impatt huwa mistenni jkun saħansitra ogħla wara d-deċiżjoni tal-Istati Uniti li tkompli żżid ir-rata ad valorem addizzjonali tad-dazju tal-importazzjoni għal 25 % mill-10 ta' Mejju 2019 (94).

(198)

Dawn id-dazji addizzjonali fuq l-akbar suq ta' esportazzjoni għar-roti Ċiniżi akkumpanjati mir-revoka tal-miżuri eżistenti fis-suq tal-UE aktarx li jirriżultaw f'ridirezzjoni tal-esportazzjonijiet Ċiniżi mill-Istati Uniti tal-Amerka lejn l-UE.

(199)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, is-CCCME argumentat li l-Kummissjoni naqqset milli tipprovdi xi evidenza biex tapprova li l-kapaċità żejda fir-RPĊ qed timmira s-suq tal-Unjoni.

(200)

Il-Kummissjoni nnotat li din ma argumentatx li l-kapaċità żejda qed timmira s-suq tal-Unjoni iżda li x'aktarx tagħmel dan, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Fil-premessi minn (193) sa (198) il-Kummissjoni elenkat għadd ta' ċirkostanzi li jindikaw din il-possibbiltà b'mod qawwi. Notevolment, l-ebda waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi ma ġew ikkontestati mis-CCCME.

(201)

Għalhekk din it-talba ma ntlaqgħetx.

3.4.3.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni ta' dumping

(202)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li d-dumping ikompli jekk il-miżuri jiskadu.

3.5.   Konklużjonijiet ġenerali dwar il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni ta' dumping

(203)

L-investigazzjoni wriet li matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami l-importazzjonijiet Ċiniżi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

(204)

Il-Kummissjoni sabet ukoll evidenza li d-dumping aktarx li jkompli jekk jiskadu l-miżuri. Il-kapaċità żejda fir-RPĊ kienet sinifikanti meta mqabbla mal-konsum fl-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Barra minn hekk, din il-politika tal-ipprezzar tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fi swieq terzi, li turi li l-prezzijiet tal-esportazzjoni għall-maġġoranza ta' dawn is-swieq huma aktar baxxi minn dawk lejn l-Unjoni, tindika l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping lejn l-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Fl-aħħar nett, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f'termini tad-daqs u tal-prezzijiet, u l-fatt li swieq oħrajn għadhom protetti b'miżuri kummerċjali, b'mod partikolari l-Istati Uniti, indikaw li huwa probabbli li l-esportazzjonijiet Ċiniżi u l-kapaċità żejda jkunu diretti lejn is-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm probabbiltà qawwija li t-tħassir tal-miżuri anti-dumping jirriżulta f'żieda fl-esportazzjonijiet tar-roti mir-RPĊ lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta' dumping.

(205)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping x'aktarx li twassal għal kontinwazzjoni u, fi kwalunkwe każ, rikorrenza ta' dumping.

4.   PROBABBILTÀ TA' TKOMPLIJA JEW TA' RIKORRENZA TAD-DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-Industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(206)

Kien hemm aktar minn 400 produttur magħruf fl-Unjoni li jimmanifatturaw roti matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Kif intqal fil-premessa (14), uħud minnhom kienu qed jissottokuntrattaw parti mill-proċess ta' produzzjoni jew il-proċess ta' produzzjoni sħiħ lil kumpaniji terzi li joperaw permezz ta' ftehimiet ta' tolling (minn hawn 'il quddiem “tollers”). L-400 produttur u toller jikkostitwixxu “l-industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. Parti mill-industrija tal-Unjoni timmanifattura roti elettriċi wkoll, billi tuża, sa ċertu punt, l-istess tagħmir tal-produzzjoni bħal dak użat għall-prodott soġġett għal rieżami.

(207)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni kienet stabbilita għal 11,2 miljun biċċa matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Din iċ-ċifra hija bbażata fuq id-data miġbura mill-Konfederazzjoni tal-Industrija Ewropea tar-Roti (“CONEBI”).

4.2.   Il-konsum fl-Unjoni

(208)

Il-Kummissjoni stmat il-konsum fl-Unjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni sottomessa mill-applikant u minn CONEBI.

(209)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Il-konsum tal-Unjoni

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Il-konsum tal-Unjoni (unitajiet)

19 201 153

19 269 158

18 883 749

18 501 392

18 300 000

Indiċi

100

100

98

96

95

Sors: EBMA, CONEBI, Eurostat

(210)

Il-konsum fl-Unjoni naqas b'5 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn 18,3 miljun biċċa fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. It-tnaqqis fil-konsum huwa primarjament spjegat mit-tkabbir parallel fis-suq tar-roti elettriċi li żdied minn 1 139 000 għal 1 982 269 biċċa matul il-perjodu Jannar 2014 – Settembru 2017 (95).

4.3.   Importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ

(211)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet u l-prezzijiet fuq il-bażi tal-istatistiki dwar l-importazzjonijiet fil-livell TARIC mill-Eurostat. Imbagħad is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit billi tqabblu l-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum fl-Unjoni kif jidher fit-Tabella 2.

4.3.1.   Volum u sehem mis-suq

(212)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Volum tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Volum tal-importazzjonijiet (biċċiet)

494 433

595 558

456 158

694 748

747 313

Indiċi

100

120

92

141

151

Sehem mis-suq (%)

2,6

3,1

2,4

3,8

4,1

Indiċi

100

120

94

146

159

Sors: Il-Eurostat.

(213)

Il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi baqa' baxx u qrib il-livell tal-investigazzjoni tar-reżami preċedenti. Madankollu, it-tendenza –żieda ta' 51 % fuq il-perjodu kkunsidrat — tindika rivitalizzazzjoni tal-interess fis-suq tal-Unjoni.

(214)

It-tnaqqis kombinat fil-konsum u ż-żieda fil-volum tal-importazzjonijiet wassal għal żieda fis-sehem mis-suq minn 2,6 % fl-2014 għal 4,1 % fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami.

4.3.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet u twaqqigħ tal-prezzijiet

(215)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezz tal-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Prezzijiet tal-importazzjonijiet

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Prezz medju tal-importazzjonijiet (EUR/unità)

47

61

44

77

77

Indiċi

100

130

94

164

164

Sors: Il-Eurostat.

(216)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied b'64 %. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet ibbażati fuq id-data tal-Eurostat ma jikkunsidrawx it-tipi varji tal-prodott u d-differenzi fil-prezzijiet fost it-tipi varji tal-prodott soġġett għal rieżami. Madankollu, minħabba l-livell baxx ta' kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi, kif spjegat fil-premessa (45), il-Kummissjoni kellha tibbaża fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(217)

Fuq din il-bażi, il-prezzijiet tal-bejgħ medji tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni tqabblu mal-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-RPĊ. Instab li l-prezzijiet ta' aktar minn 80 % tal-importazzjonijiet (l-importazzjonijiet kollha ħlief dawk miż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw) kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'19,1 %. Meta jitnaqqsu d-dazji anti-dumping fis-seħħ, il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezzijiet ammonta għal 43,0 %.

(218)

Fir-rigward taż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi, it-tqabbil sar fil-livell tal-prezz tal-Fabbrikant tat-Tagħmir Oriġinali (“OEM”) peress li t-tnejn li huma kienu jesportaw mudelli OEM b'mod esklużiv lejn is-suq tal-UE. It-twaqqigħ tal-prezz instab ukoll għal wieħed miż-żewġ esportaturi u kien jammonta għal 6,4 %.

4.4.   L-importazzjonijiet fl-Unjoni minn pajjiżi terzi oħra

4.4.1.   L-importazzjonijiet fl-Unjoni minn pajjiżi oħra

(219)

Il-volum tal-importazzjonijiet, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet relatati mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej:

Tabella 5

Il-volum tal-importazzjonijiet, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kollha ħlief ir-RPĊ

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Volum tal-importazzjonijiet (biċċiet)

7 347 580

7 179 794

6 497 571

6 387 657

6 244 138

Indiċi

100

98

88

87

85

Sehem mis-suq (%)

38,3

37,3

34,4

34,5

34,1

Prezz medju (EUR/unità)

148

180

186

172

169

Sors: Il-Eurostat.

(220)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra naqas bi 15 %. Is-sehem mis-suq tagħhom naqas minn 38,3 % għal 34,1 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(221)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kienu sistematikament ogħla mill-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Id-differenza varjat minn 92 għal 142 EUR/unità matul il-perjodu kkunsidrat.

(222)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kienu sistematikament ogħla mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni rrapportati fit-Tabella 12, fil-premessa(250). Skont is-sena, id-differenza varjat minn 30 sa 58 EUR/unità.

4.4.2.   L-importazzjonijiet fl-Unjoni minn pajjiżi oħra soġġetti għal miżuri anti-dumping

(223)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni minn pajjiżi oħra soġġetti għal miżuri anti-dumping wara l-investigazzjonijiet kontra ċ-ċirkomvenzjoni msemmija fil-premessi (3) u (4) żviluppaw kif ġej:

Tabella 6

Il-volum tal-importazzjonijiet, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra soġġetti għal miżuri anti-dumping

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Volum tal-importazzjonijiet (biċċiet)

3 314 228

3 272 207

2 948 037

3 122 230

3 084 171

Indiċi

100

99

89

94

93

Sehem mis-suq (%)

17,3

17,0

15,6

16,9

16,9

Prezz medju (EUR/unità)

105

133

138

132

130

Il-Kambodja

Sehem mis-suq (%)

6,3

7,2

6,9

7,7

7,9

Prezz medju (EUR/unità)

193

226

222

204

196

Il-Filippini

Sehem mis-suq (%)

4,8

4,5

3,6

4,5

4,4

Prezz medju (EUR/unità)

43

48

50

55

54

It-Tuneżija

Sehem mis-suq (%)

2,2

2,2

2,3

2,2

2,0

Prezz medju (EUR/unità)

66

79

82

78

79

Is-Sri Lanka

Sehem mis-suq (%)

2,1

2,0

1,7

1,5

1,7

Prezz medju (EUR/unità)

47

54

58

62

64

L-Indoneżja

Sehem mis-suq (%)

0,9

0,9

1,1

1,0

0,9

Prezz medju (EUR/unità)

112

142

147

159

153

Il-Pakistan

Sehem mis-suq (%)

1,0

0,3

0

0

0

Prezz medju (EUR/unità)

44

48

Sors: Il-Eurostat.

(224)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra soġġetti għal miżuri anti-dumping naqas b'7 %.

(225)

Is-sehem mis-suq totali segwa tendenza simili u naqas minn 17,3 % għal 16,9 % matul il-perjodu kkunsidrat, hekk kif il-pajjiżi kollha ħlief il-Kambodja tilfu s-sehem mis-suq.

(226)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet żdied matul il-perjodu kkunsidrat minn 105 għal 130 EUR/unità.

(227)

Ta' min jinnota li l-maġġoranza assoluta tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra soġġetti għal miżuri anti-dumping kienet ġejja minn produtturi ġenwini li kienu eżentati mill-estensjoni tal-miżuri (96).

4.4.3.   L-importazzjonijiet fl-Unjoni minn pajjiżi oħra mhux soġġetti għal miżuri anti-dumping

(228)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni minn pajjiżi oħra mhux soġġetti għal dazji anti-dumping żviluppaw kif ġej:

Tabella 7

Il-volum tal-importazzjonijiet, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra mhux soġġetti għal miżuri anti-dumping

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Volum tal-importazzjonijiet (biċċiet)

4 033 352

3 907 587

3 549 534

3 265 427

3 159 967

Indiċi

100

97

88

81

78

Sehem mis-suq (%)

21,0

20,3

18,8

17,6

17,3

Prezz medju (EUR/biċċiet)

183

220

226

210

206

It-Tajwan

Sehem mis-suq (%)

10,0

10,2

8,8

7,8

7,0

Prezz medju (EUR/unità)

256

296

320

311

318

Il-Bangladesh

Sehem mis-suq (%)

3,5

3,9

3,9

4,4

4,6

Prezz medju (EUR/unità)

84

98

89

80

78

it-Tajlandja

Sehem mis-suq (%)

3,6

2,4

2,2

1,8

1,8

Prezz medju (EUR/unità)

79

95

96

94

93

Pajjiżi oħra

Sehem mis-suq (%)

3,9

3,7

3,9

3,6

3,8

Prezz medju (EUR/unità)

107

128

116

105

98

Sors: Il-Eurostat.

(229)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra li ma kinux soġġetti għal miżuri anti-dumping naqsu bi 22 %. F'termini ta' volum, l-ewwel tliet pajjiżi kienu t-Tajwan, il-Bangladesh u t-Tajlandja.

(230)

Konsegwentement, is-sehem mis-suq ta' dawn il-pajjiżi naqas minn 21 % għal 17,3 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet mit-Tajwan u mit-Tajlandja naqsu bi 3 u b'1,8 punti perċentwali rispettivament, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Bangladesh żdied b'1,1 punt perċentwali.

(231)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra mhux soġġetti għal miżuri anti-dumping kienu ogħla mill-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet miċ-Ċina. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra mhux soġġetti għall-miżuri varjaw minn 78 sa 320 EUR/unità.

4.5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(232)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha li affettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(233)

Kif intqal fil-premessi (13) u (14), il-kampjunar intuża għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi.

(234)

L-indikaturi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-produttività, it-tkabbir, il-kobor tal-marġini tad-dumping u l-irkupru mill-effetti tad-dumping tal-passat) ġew ivvalutati fil-livell tal-industrija kollha tal-Unjoni. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant u minn CONEBI.

(235)

L-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi (inventarji, prezz tal-bejgħ u kost, kostijiet lavorattivi, profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-kapital) twettqet fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni tagħhom, li ġiet debitament ivverifikata matul żjara ta' verifika fuq il-post.

(236)

Analiżi addizzjonali ta' ċerti indikaturi mikroekonomiċi (kost lavorattiv, investimenti u redditu fuq l-investimenti) tqieset neċessarja minħabba s-singolarità ta' wħud mill-produtturi tar-roti fis-sottokuntrattar ta' ċerti proċessi tal-produzzjoni għat-tollers kif imsemmi fil-premessa (206). Din il-valutazzjoni twettqet fil-livell tat-tollers li joperaw skont il-ftehimiet ta' tolling għal tnejn mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu kkunsidrat. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni tagħhom, li ġiet debitament ivverifikata matul żjara ta' verifika fuq il-post għall-ħames l-akbar tollers f'termini tal-volum tal-produzzjoni.

4.5.1.   Indikaturi makroekonomiċi

4.5.1.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(237)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 8

Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Volum tal-produzzjoni (unitajiet)

11 441 234

12 540 564

11 917 086

11 422 700

11 227 000

Indiċi

100

110

104

100

98

Il-kapaċità tal-produzzjoni (unitajiet)

14 858 745

16 153 881

16 355 470

15 331 000

15 150 000

Indiċi

100

109

110

103

102

Użu tal-kapaċità (%)

77,0

77,6

72,9

74,5

74,1

Indiċi

100

101

95

97

96

Sors: EBMA, CONEBI

(238)

Wara żieda fl-2015, il-produzzjoni naqset b'mod progressiv u ntemmet fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami f'livell ftit anqas milli fl-2014, jiġifieri 11,2 miljun rota. Il-kapaċità segwiet tendenzi simili, hekk kif għall-ewwel żdiedet imbagħad naqset, iżda rreġistrat żieda ġenerali ta' 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. Konsegwentement, l-użu tal-kapaċità naqas b'2,9 punti perċentwali sabiex laħaq l-74,1 % fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(239)

Il-kapaċità tirreferi għall-għadd teoriku ta' roti li jistgħu jiġu mmanifatturati fil-linji ta' produzzjoni disponibbli. Il-kapaċità tista' tiżdied billi jiddaħħlu xiftijiet addizzjonali, skont id-domanda u d-disponibbiltà tal-persunal u tal-parts. Barra minn hekk, l-istess linji ta' produzzjoni jistgħu jintużaw ukoll għall-produzzjoni ta' roti elettriċi mingħajr kost addizzjonali. Fid-dawl tal-adattabilità tat-tali parametri, l-indikaturi għall-kapaċità u għall-użu tal-kapaċità jenħtieġ li jiġu analizzati b'attenzjoni u ma jingħatawx rilevanza estensiva fl-analiżi tad-dannu.

4.5.1.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq fl-Unjoni

(240)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-bejgħ fl-UE mill-industrija tal-Unjoni u s-sehem mis-suq tagħha b'rabta mal-konsum, żviluppaw kif ġej:

Tabella 9

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Volum tal-bejgħ (unitajiet)

11 359 140

11 493 806

11 930 020

11 418 987

11 308 549

Indiċi

100

101

105

101

100

Sehem mis-suq (%)

59,2

59,6

63,2

61,7

61,8

Indiċi

100

101

107

104

104

Sors: EBMA, CONEBI, Eurostat

(241)

Il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-UE baqa' stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, għal madwar 11,3 miljun rota

(242)

Minħabba l-konsum li ċkien, kif ippreżentat fit-Tabella 2, fil-premessa (209), is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied b'2,6 punti perċentwali sabiex laħaq il-61,8 % fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

4.5.1.3.   L-impjiegi u l-produttività

(243)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-impjiegi u l-produttività tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 10

L-impjiegi u l-produttività

 

2014

2015

2016

2017

PIR

L-għadd ta' impjegati (ekwivalenti għal full-time)

20 137

22 071

20 975

23 641

23 652

Indiċi

100

110

104

117

117

Produttività (roti għal kull impjegat)

568

568

568

483

475

Indiċi

100

100

100

85

84

Sors: EBMA

(244)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-impjiegi żdiedu bi 17 % filwaqt li l-produttività segwiet tendenza opposta. It-tnaqqis fil-produttività huwa spjegat f'parti minnu mill-fatt li ċerti produtturi tal-Unjoni rripatrijaw il-produzzjoni ta' ċerti parts jew integraw ċerti proċessi bħall-għoti taż-żebgħa fl-attivitajiet tagħhom. Konsegwentement, dawn żiedu n-numru ta' impjegati mingħajr ma żiedu l-volum tal-produzzjoni. Għalhekk il-produttività segwiet tendenza ta' tnaqqis. Fl-investigazzjoni tar-rieżami preċedenti, l-impjiegi kienu stabbiliti f'livell aktar baxx. Fit-tabella ta' hawn fuq, iċ-ċifri rrapportati dwar l-impjiegi huma bbażati fuq l-aktar data aġġornata riċentement ipprovduta mill-EBMA u jinkludu l-manodopera diretta jew indiretta kollha involuta fil-produzzjoni ta' roti.

4.5.1.4.   Tkabbir

(245)

Peress li l-bejgħ tagħha baqa' stabbli filwaqt li l-konsum naqas matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tikkonsolida l-pożizzjoni tagħha fis-suq u dan wassal għal żieda fis-sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat (+ 2,6 punti perċentwali).

4.5.1.5.   L-iskala tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat

(246)

Id-dumping kompla matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami f'livell sinifikanti, kif spjegat fit-Taqsima 3 aktar 'il fuq, u l-prezzijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi komplew iwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni sa livell sinifikanti.

(247)

L-impatt kombinat tal-volum dejjem akbar ta' importazzjonijiet bi prezz baxx oġġett ta' dumping mir-RPĊ u l-marġnijiet attwali tad-dumping ma ppermettewx lill-industrija tal-Unjoni tirkupra bis-sħiħ mid-dumping tal-passat.

4.5.2.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.5.2.1.   Inventarji

(248)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej:

Tabella 11

Inventarji

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Stokks tal-għeluq (unitajiet)

254 758

255 917

268 546

291 969

527 087

Indiċi

100

100

105

115

207

Stokks tal-għeluq bħala % mill-volum tal-produzzjoni

9,5

9,0

9,0

9,7

16,9

Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(249)

L-istokks tal-għeluq żdiedu b'mod progressiv bi 15 % bejn l-2014 u l-2017. Meta mqabbla mal-volum tal-produzzjonijiet, dawn ma jurux xi żieda sinifikanti matul il-perjodu 2014 – 2017. Peress li r-roti huma prodott staġunali, l-industrija tal-Unjoni trid iżżid il-livelli tal-istokks tagħha qabel l-istaġun tal-bejgħ. Dan huwa rifless fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami fejn it-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami jaħbat mal-bidu tal-istaġun tal-bejgħ, li jirriżulta f'żieda sinifikanti fil-livell ta' stokks.

4.5.2.2.   Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-unità fl-Unjoni u l-kost tal-produzzjoni.

(250)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezz ta' unità medju tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni u l-kost unitarju medju tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej:

Tabella 12

Il-prezz tal-bejgħ u l-kost fl-Unjoni

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Prezz ta' unità medju tal-bejgħ (EUR/unità)

118

125

128

127

129

Indiċi

100

106

108

108

109

Il-kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/unità)

116

120

122

122

120

Indiċi

100

103

105

105

103

Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(251)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-prezzijiet medji tal-bejgħ tagħha b'9 %. Il-kost medju tal-produzzjoni żdied bi ftit bi 3 %.

4.5.2.3.   Il-kostijiet lavorattivi

(252)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-ħames produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 13

Il-kostijiet lavorattivi medji

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

17 403

19 712

21 895

24 036

23 083

Indiċi

100

113

126

138

133

Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(253)

Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat żdiedu b'33 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan l-indikatur kien primarjament affettwat miż-żieda sinifikanti fil-pagi fil-Bulgarija, fejn tinsab kumpanija waħda inkluża fil-kampjun. Il-pagi żdiedu bi kważi 50 % f'dan l-Istat Membru matul il-perjodu kkunsidrat (97).

(254)

Barra minn hekk, ġew analizzati wkoll il-kostijiet lavorattivi medji tat-tollers li jaħdmu għall-ħames produtturi inklużi fil-kampjun matul il-perjodu kkunsidrat. Dan żviluppa kif ġej:

Tabella 14

Il-kostijiet lavorattivi medji tat-tollers

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

15 071

15 113

15 470

16 276

16 429

Indiċi

100

100

103

108

109

Sors: It-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji tat-tollers inklużi fil-kampjun.

(255)

Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat żdiedu b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.5.2.4.   Il-profittabbiltà u l-fluss tal-flus

(256)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-profittabilità u l-fluss tal-flus żviluppaw kif ġej:

Tabella 15

Profitabbiltà

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Profittabbiltà (%)

1,5

5,0

3,5

3,3

2,8

Indiċi

100

333

233

220

187

Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(257)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun irnexxielhom iżidu l-profittabilità tagħhom. Wara li żdiedet għal 5 % fl-2015, il-profittabilità naqset b'mod progressiv għal 2,8 % fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Filwaqt li l-industrija tal-Unjoni kienet tagħmel il-profitt matul il-perjodu kkunsidrat, il-livell tal-profitt tagħha baqa' anqas mill-profitt fil-mira (8 %) li ġie stabbilit fl-investigazzjoni tar-rieżami preċedenti.

(258)

Il-fluss tal-flus nett jindika l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja l-attivitajiet tagħha stess. Dan żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 16

Fluss ta' flus

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Fluss tal-flus (EUR)

5 754 771

17 826 914

11 635 887

5 880 325

– 15 297 175

Indiċi

100

310

202

102

– 266

Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(259)

L-evoluzzjoni tal-fluss tal-flus tirrifletti primarjament l-iżvilupp tal-profittabbiltà ġenerali tal-industrija tal-Unjoni. Is-sitwazzjoni tal-fluss tal-flus fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami hija primarjament spjegata miż-żieda sinifikanti fl-inventarju analizzata fil-premessa (249).

4.5.2.5.   L-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-ħila li jiżdied il-kapital

(260)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-investiment u r-redditu fuq l-investimenti tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 17

Investiment u dħul mill-investiment

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Investimenti (EUR)

5 344 906

7 666 151

9 971 864

4 508 316

3 626 470

Indiċi

100

143

187

84

68

Redditu fuq l-investimenti (%)

15

50

34

31

26

Indiċi

100

333

227

207

173

Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(261)

L-investimenti żdiedu b'mod sinifikanti b'87 % fil-perjodu 2014-2016. Mill-2017 'il quddiem l-investimenti naqsu hekk kif segwew it-tendenza tal-profittabilità. B'mod ġenerali, l-investimenti naqsu b'32 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(262)

Il-produtturi tal-Unjoni għamlu diversi investimenti rigward il-modernizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni tal-linji ta' produzzjoni. Ċerti kumpaniji ottimizzaw ukoll il-kapaċità tagħhom billi kabbru l-ispazju tal-imħażen.

(263)

Ir-redditu fuq l-investiment huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investimenti matul il-perjodu kkunsidrat segwa t-tendenza tal-profittabilità hekk kif żdied b'mod sinifikanti fl-2015 qabel ma naqas b'mod gradwali iżda baqa' f'livell ogħla minn dak tal-2014.

(264)

L-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti għat-tollers ġew analizzati wkoll. Dawn żviluppaw kif ġej:

Tabella 18

L-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tat-tollers

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Investimenti (EUR)

4 947 813

2 762 778

5 820 882

8 556 256

5 938 196

Indiċi

100

56

118

173

120

Redditu fuq l-investimenti (%)

26

31

30

23

27

Indiċi

100

119

115

88

104

Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(265)

It-tollers għamlu investimenti regolari matul il-perjodu kkunsidrat. It-tendenza turi żieda ta' 20 % fl-investimenti matul il-perjodu kkunsidrat.

(266)

L-investimenti kienu jikkonsistu f'linji ta' produzzjoni ġodda, fl-awtomatizzazzjoni tal-linji eżistenti u fir-ripatrijazzjoni ta' ċerti parts.

(267)

Matul il-perjodu kkunsidrat, ir-redditu fuq l-investimenti varja bejn 23 % u 31 % u juri żieda ħafifa ġenerali minn 26 % fl-2014 għal 27 % fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(268)

It-titjib ġenerali tal-profittabilità u tal-fluss tal-flus kellu effett pożittiv fuq il-ħila tal-produtturi tal-Unjoni u tat-tollers tagħhom li jiġġeneraw kapital, hekk kif ħafna minnhom ibbażaw fuq ir-riżorsi tagħhom stess sabiex jiffinanzjaw l-attivitajiet u l-investimenti tagħhom. Uħud mill-kumpaniji sfruttaw programmi Ewropej jew Nazzjonali ta' żvilupp filwaqt li oħrajn irrikorrew għal finanzjament mill-banek.

4.5.3.   Konklużjoni

(269)

L-investigazzjoni wriet li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fuq livell makro baqgħet relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, li matulu l-industrija tar-roti tal-Unjoni tinsab għaddejja minn trasformazzjoni minħabba li s-suq tar-roti elettriċi fl-Unjoni qiegħed dejjem ikompli jikber. Filwaqt li l-konsum naqas matul il-perjodu kkunsidrat, il-bejgħ u l-volumi tal-produzzjoni baqgħu stabbli sabiex b'hekk l-industrija tal-Unjoni setgħet iżżid is-sehem mis-suq tagħha.

(270)

L-investigazzjoni wriet ukoll li s-sitwazzjoni tal-industrija fuq livell mikro tjiebet matul il-perjodu kkunsidrat minħabba żieda inferjuri fil-kostijiet meta mqabbla mal-prezzijiet, li wasslet għal profittabilità mtejba, u anki minħabba investimenti li bdew irendu. Madankollu, il-profitt miksub baqa' anqas mill-profitt fil-mira stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sitwazzjoni tat-tollers hija simili.

(271)

Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, huwa konkluż li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku.

(272)

Madankollu, anki jekk is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni stabbilizzat, din għadha fraġli, kif muri mill-profitt miksub matul il-perjodu kkunsidrat.

(273)

Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, EBMA iddikjarat li l-Kummissjoni ma qisitx l-aspetti kollha tas-sitwazzjoni tas-suq fl-analiżi tal-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, speċjalment fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' roti dockless għal bike sharing mir-RPĊ u l-effett tagħhom fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu bejn l-2016 sal-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. EBMA saħqet ukoll li l-analiżi tal-impjiegi u l-produttività fil-premessi minn (243) sa (244) setgħet kienet suxxettibbli għal miżinterpretazzjoni.

(274)

Il-Kummissjoni fakkret li l-indikaturi makroekonomiċi fit-Taqsima 4.5 kienu evalwati fil-livell tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi u għat-tipi ta' prodotti kollha kumplessivament. Ma ngħatat l-ebda evidenza li tistabbilixxi rabta bejn l-importazzjonijiet ta' roti dockless għal bike sharing u d-deterjorazzjoni ta' dawn l-indikaturi li setgħu jiġġustrifikaw analiżi ta' tip ta' prodott speċifiku. Barra minn hekk, l-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza tad-dannu kien ikopri l-perjodu mill-2014 sal-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, li matulu xi wħud mill-indikaturi wrew titjib. Rigward il-livell u x-xejriet tal-importazzjonijiet Ċiniżi, il-Kummissjoni nnotat li kienet diġà analizzat u indikat ir-revitalizzazzjoni tal-interess fil-premessa (213).

(275)

Rigward l-impjieg u l-produttività, il-Kummissjoni nnotat li ma hemmx post għall-miżinterpretazzjoni, billi fil-premessi minn (243) sa (244) hija diġà pprovdiet analiżi dettaljata tad-data dwar l-impjiegi, ix-xejra osservata tal-produttività u l-kawżi ta' din ix-xejra. L-għadd totali tal-impjegati għandu mnejn żdied iżda ħafna minnhom kienu qed ikopru r-rilokalizzazzjoni ta' ċerti attivitajiet, bħall-produzzjoni ta' ċerti parts jew l-għoti taż-żebgħa. Għalhekk, il-volum ta' produzzjoni tar-roti ma żdiedx bl-istess rata u l-produttività segwiet xejra 'l isfel.

(276)

Għalhekk, iż-żewġ pretensjonijiet ta' EBMA ma ntlaqgħux.

(277)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, is-CCCME affermat ukoll li l-industrija tal-Unjoni rkuprat minn dannu preċedenti, li jiġġustifika d-diskontinwazzjoni tal-miżuri.

(278)

Il-Kummissjoni tenniet is-sejbiet fil-premessi minn (269) sa (272), fejn ikkonkludiet ukoll li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni għandha fraġli. Dan jintwera l-aktar fost l-oħrajn, mill-profitt miksub matul il-perjodu kkunsidrat, li baqa' aktar 'l isfel mill-mira tal-profitt li ġiet stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali u ma jistax jinbidel fl-investigazzjoni preżenti.

(279)

Għalhekk, il-pretensjoni tas-CCCME ma ntlaqgħetx.

(280)

Peress li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni kompliet teżamina, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk id-dannu materjali mill-importazzjonijiet Ċiniżi jkunx probabbli li jerġa jseħħ jekk il-miżuri kontra r-RPĊ jitħallew jiskadu.

4.6.   Probabbiltà ta' rikorrenza tad-dannu

4.6.1.   Kumment preliminari

(281)

Il-Kummissjoni analizzat l-elementi li ġejjin sabiex tistabbilixxi l-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dannu jekk il-miżuri jiġu rrevokati: (a) il-livelli tal-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fin-nuqqas tal-miżuri anti-dumping, (b) l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, (c) il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva fir-RPĊ u (d) l-eżistenza ta' miżuri restrittivi tal-kummerċ f'pajjiżi terzi oħra fuq l-esportazzjonijiet ta' roti mir-RPĊ.

4.6.2.   Il-livelli tal-prezz probabbli tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fin-nuqqas ta' miżuri anti-dumping

(282)

L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet mir-RPĊ saru bi prezzijiet oġġett ta' dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami (premessa (185)) u li kien ikun hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu (premessa (202)).

(283)

Kif spjegat fil-premessi minn (215) sa (218), il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu sostanzjalment anqas mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-UE matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami kien ta' 129 EUR/unità, filwaqt li l-prezz medju tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kien kważi n-nofs, ta' 77 EUR/unità. Fuq din il-bażi, ġie konkluż li l-esportazzjonijiet Ċiniżi ta' roti lejn l-UE jsir bi prezzijiet oġġett ta' dumping u dannużi, li jwaqqgħu l-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(284)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, is-CCCME affermat li d-differenza fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienet minħabba d-differenza bejn il-prodotti mqabbla u mhux minħabba l-prezz tal-importazzjoni oġġett ta' dumping u dannuż, u li l-Kummissjoni naqqset milli tqabbel il-prezz abbażi ta' tipi ta' prodotti. Is-CCCME affermat ukoll li anki jekk il-miżuri jiskadu, l-esportaturi Ċiniżi jistgħu jżommu l-livell attwali tal-prezz u ma kinux se jesportaw ir-roti lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta' dumping u dannużi.

(285)

Il-Kummissjoni nnotat ukoll li minħabba kooperazzjni baxxa min-naħa tal-esportaturi Ċiniżi, ma kienx possibbli jsir tqabbil tal-prezz ibbażat fuq it-tipi ta' prodotti. Id-dannu kien evalwat għat-tipi kollha ta' prodotti kumplessivament u l-ebda preferenza ma ngħatat lit-tipi ta' livell avvanzat. Dan kien żgurat permezz tal-ikkampjunar tal-produtturi tal-Unjoni, li l-għażla tagħhom ma tat lok għal ebda kummenti. Il-produtturi ntgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-bejgħ u l-produzzjoni, konsegwentement il-produzzjoni tagħhom kopriet it-tipi kollha ta' prodotti u mhux biss dawk ta' livell avvanzat. Rigward it-tieni pretensjoni, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni lejn il-premessa (185) u li d-dumping mill-esportaturi Ċiniżi kien diġà nstab fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(286)

Għalhekk, iż-żewġ pretensjonijiet tas-CCCME ma ntlaqgħux.

4.6.3.   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

(287)

Is-suq tal-Unjoni huwa attraenti fir-rigward tad-daqs u l-prezzijiet tiegħu. Skont l-informazzjoni disponibbli pprovduta mill-applikant (98), is-suq tal-Unjoni huwa l-akbar suq fid-dinja f'termini ta' domanda.

(288)

Kif elaborat fil-premessa (193), instab li dan huwa attraenti f'dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet, billi l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-UE bħala medja huma ogħla minn dawk applikabbli għal pajjiżi oħra.

(289)

L-istatistika tal-esportazzjoni Ċiniża turi wkoll li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniża lejn is-swieq ewlenin tal-esportazzjoni tagħha; jiġifieri lejn l-Istati Uniti, l-Indoneżja u l-Ġappun, kienu bħala medja anqas (50 EUR/unità) minn dawk lejn l-UE (64 EUR/unità) matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(290)

L-attraenza tas-suq tal-Unjoni hija kkonfermata wkoll mix-xejra fl-importazzjonijiet mir-RPĊ, li, minkejja l-miżuri fis-seħħ, turi żieda sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat (+ 51 %).

(291)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, is-CCCME affermat li anki jekk il-miżuri jitħassru, huwa diffiċli għall-esportaturi Ċiniżi li jerġgħu jiksbu l-klijenti tal-Unjoni f'terminu ta' żmien qasir. Barra minn hekk, in-netwerk stabbilit f'pajjiżi oħra, id-domanda li qed tonqos fl-Unjoni u l-kompetizzjoni tal-manifatturi tal-Unjoni rkuprati jaġixxu bħala deterrent għall-esportaturi Ċiniżi.

(292)

Il-Kummissjoni fakkret is-sejbiet fil-premessa (212), b'mod partikolari li f'perjodu ta' 27 xahar (mill-2016 sal-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami), l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b'59 %. Barra minn hekk, il-prattiki ta' ċirkomvenzjni msemmija fil-premessi (3) u (4) jinkonfirmaw li l-esportaturi Ċiniżi għandhom interessati ħafna fis-suq tal-Unjoni u jistgħu jidħlu fis-suq pjuttost malajr.

(293)

Din il-pretensjoni tas-CCCME ma ntlaqgħetx.

4.6.4.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-RPĊ

(294)

Kif spjegat fil-premessi minn (187) sa (190), il-kapaċità tal-produzzjoni tar-roti Ċiniżi ġiet stabbilita b'mod konservattiv għal 117-il miljun rota fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, fuq il-bażi ta' volum tal-produzzjoni ta' 80 miljun biċċa, il-kapaċità żejda disponibbli kienet ta' 37 miljun rota fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Kapaċità bħal din tkun biżżejjed sabiex tkopri l-konsum tas-suq tal-Unjoni għal darbtejn.

(295)

Barra minn hekk, kif ikkonfermat mill-Assoċjazzjoni Ċiniża tar-Roti, il-produtturi esportaturi Ċiniżi huma primarjament orjentati lejn l-esportazzjonijiet peress li 75 % mill-produzzjoni tagħhom tiġi esportata ta' kull sena (99).

(296)

Fuq din il-bażi, ġie konkluż li l-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu orjentati lejn l-esportazzjonijiet u li dawn ikollhom biżżejjed kapaċità żejda disponibbli sabiex iżidu b'mod sostanzjali l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-UE, jekk il-miżuri jitħassru.

4.6.5.   L-eżistenza ta' miżuri restrittivi tal-kummerċ f'pajjiżi terzi oħra fuq l-esportazzjonijiet ta' roti mir-RPĊ

(297)

Kif imsemmi fil-premessa (196), jeżistu diversi ostakoli għall-kummerċ f'uħud mis-swieq tal-esportazzjoni ewlenin tar-RPĊ għar-roti, bħall-Arġentina u l-Messiku, fejn hemm miżuri anti-dumping fis-seħħ.

(298)

Barra minn hekk, kif intqal fil-premessa (197), iż-żieda fid-dazji tal-importazzjoni ad valorem fl-Istati Uniti (25 %) fuq l-importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-RPĊ għamlu s-suq tal-Istati Uniti anqas attraenti.

(299)

Minbarra l-attraenza tas-suq tal-UE msemmija fil-premessi (287) u (290), il-limitazzjonijiet f'dawn is-swieq tal-esportazzjoni għar-RPĊ huma indikatur ieħor li s-suq tal-Unjoni aktarx li jisfa fil-mira jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

4.6.6.   Analiżi tal-industrija tal-Unjoni u l-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dannu

(300)

L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet mir-RPĊ komplew isiru bi prezzijiet oġġett ta' dumping u li m'hemm l-ebda indikazzjoni li t-tali prattiki ta' dumping se jieqfu fil-futur.

(301)

Barra minn hekk, jekk il-miżuri jitħassru, jista' jkun raġonevolment mistenni li, bħala konsegwenza tal-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-kapaċità żejda disponibbli fir-RPĊ u l-eżistenza ta' ostakoli kummerċjali fi swieq oħra, ikun hemm żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet lejn l-UE li jsiru bi prezzijiet dannużi oġġett ta' dumping li jwaqqgħu l-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

(302)

F'xenarju bħal dan, l-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-UE jirbħu sehem mis-suq mingħand l-industrija tal-Unjoni li taffaċċja tnaqqis immedjat fil-volumi tal-bejgħ tagħha u żieda fil-kostijiet fissi għal kull unità tagħha.

(303)

Barra minn hekk, fid-dawl tas-sensittività tal-prezzijiet ta' ċerti mezzi ta' distribuzzjoni u tal-livell probabbli tal-prezz tal-importazzjonijiet Ċiniżi, l-industrija tal-Unjoni aktarx li tkun imġiegħla tnaqqas il-prezzijiet tagħha sabiex tiddefendi s-sehem mis-suq tagħha. Iż-żieda fil-kostijiet fissi flimkien ma' tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ taffettwa b'mod negattiv immedjat il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni, li baqgħet ferm anqas mill-profitt fil-mira matul il-perjodu kkunsidrat. Konsegwentement, l-industrija tal-Unjoni tibda tagħmel it-telf, is-sitwazzjoni ekonomika ġenerali tal-industrija tal-Unjoni tkun affettwata b'mod negattiv u jerġa' jseħħ dannu materjali.

(304)

Fid-dawl tar-rabtiet industrijali tagħhom, is-sitwazzjoni tat-tollers daqstant ieħor tkun affettwata b'mod negattiv bi tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni u b'żieda fil-kostijiet fissi. Fit-tul, l-attività tal-industrija tal-Unjoni, b'mod ġenerali, tkun f'riskju li jwassal għall-għeluq ta' diversi siti tal-produzzjoni.

(305)

Abbażi ta' dak li ssemma hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira ta' rikorrenza tad-dannu mill-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ f'każ li jitħassru l-miżuri.

5.   L-INTERESS TAL-UNJONI

5.1.   Introduzzjoni

(306)

F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b'mod ġenerali.

(307)

Ta' min ifakkar li, fl-investigazzjonijiet preċedenti, l-adozzjoni tal-miżuri ma kinitx ikkunsidrata li tmur kontra l-interess tal-Unjoni.

(308)

Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(309)

Fuq il-bażi ta' dan il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping u tad-dannu, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti.

5.2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(310)

L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni għadha f'sitwazzjoni fraġili. Jekk il-miżuri jiskadu, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni malajr tiddeterjora u mill-ġdid tirriżulta f'telf fit-terminu qasir u fl-eliminazzjoni gradwali tal-industrija sħiħa fit-tul.

(311)

Kif intqal fil-premessa (14), huwa mfakkar li sehem sinifikanti mill-produzzjoni jiġi sottokuntrattat lil tollers, li għamlu investimenti sinifikanti fil-prodott soġġett għal rieżami matul il-perjodu kkunsidrat. Peress li t-tollers huma dipendenti ħafna mil-livell ta' attività tas-sħab kummerċjali tagħhom, is-sitwazzjoni tagħhom tkun affettwata b'mod negattiv ukoll, jekk il-miżuri jitħassru.

(312)

Fuq din il-bażi, ġie konkluż li l-kontinwazzjoni tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienet fl-interess tal-industrija tal-Unjoni peress li tkun tippermettilha tistabbilizza ulterjorment il-pożizzjoni tagħha fis-suq u tissalvagwardja l-impjiegi tagħha. Tkun tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tisfrutta wkoll il-benefiċċji mill-investimenti sinifikanti li saru matul il-perjodu kkunsidrat sabiex tiżgura l-iżvilupp tagħha fil-ġejjieni.

5.3.   L-interess tal-produtturi tar-roti elettriċi

(313)

F'Jannar 2019, il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/72 (100) u 2019/73 (101), imponiet miżuri kompensatorji u anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' roti elettriċi li joriġinaw mir-RPĊ.

(314)

Kif intqal fil-premessa (206), parti mill-industrija tal-Unjoni hija involuta wkoll fil-produzzjoni ta' roti elettriċi, li għaliha jintużaw, fil-parti l-kbira, l-istess makkinarju, manodopera u linji ta' assemblaġġ li jintużaw għall-prodott soġġett għal rieżami. F'dan ir-rigward, kull tnaqqis fil-produzzjoni u fil-volumi ta' bejgħ ta' roti konvenzjonali wara r-revoka tal-miżuri jkollu effett negattiv ta' tifrix fuq l-attività tar-roti elettriċi fl-Unjoni. Fil-fatt, il-kostijiet fissi jkollhom jiġu assorbiti fuq volum ta' produzzjoni inferjuri, u b'hekk iżidu l-kostijiet u jaffettwaw b'mod negattiv is-sitwazzjoni finanzjarja ta' din l-industrija interkonnessa.

(315)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, is-CCCME affermat li r-roti Ċiniżi ma kinux se jinvadu s-suq tal-Unjoni u li l-produzzjoni totali ta' roti u ta' roti elettriċi kien se jiżdied b'mod definittiv. Skont is-CCCME, il-possibbiltà allegata ta' kostijiet fissi li jridu jiġu assorbiti fuq volum ta' produzzjoni aktar baxx, bl-ebda mod ma kienet se sseħħ.

(316)

Il-Kummissjoni diġà analizzat hawn fuq fil-premessi (301) u (302) l-evoluzzjoni mistennija tal-importazzjonijiet Ċiniżi fil-każ li l-miżuri jitħallew jiskadu u l-effett negattiv estensiv fuq il-produzzjoni tar-roti. Meta jitqies li l-produzzjoni tar-roti elettriċi hija pjuttost limitata (10 darbiet inqas mill-produzzjoni ta' roti konvenzjonali fl-2016), huwa improbabbli li żieda fil-produzzjoni ta' roti elettriċi tkun tista' tpatti għall-effetti negattivi fuq il-kostijiet fissi kkawżati min-nuqqas fil-produzzjoni ta' roti konvenzjonali.

(317)

Għalhekk, il-pretensjoni tas-CCCME ma ntlaqgħetx.

(318)

Barra minn hekk, fid-dawl tas-similarità bejn roti konvenzjonali u elettriċi, ir-revoka tal-miżuri fuq il-prodott soġġett għal rieżami tkun tinċentiva d-dikjarazzjoni żbaljata ta' roti elettriċi bħala roti konvenzjonali malli jiġu importati fl-UE, li twassal għal frodi rigward il-miżuri applikabbli għal roti elettriċi. F'ċirkustanzi bħal dawn, l-effettività tal-miżuri anti-dumping u kompensatorji għar-roti elettriċi tkun serjament imxekkla u l-industrija tal-Unjoni ta' roti elettriċi tkun affettwata b'mod negattiv.

(319)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, is-CCCME affermat li r-roti konvenzjonali u elettriċi huma prodotti totalment differenti u li l-prezz tar-roti elettriċi huwa normalment ħafna ogħla minn dak tar-roti konvenzjonali. Taħt din iċ-ċirkostanza, huwa faċli għad-Dwana tal-Istati Membri li tiddistingwi bejn iż-żewġ prodotti, u għalhekk ma tantx se jkun hemm possibbiltà ta' dikjarazzjoni falza fir-rigward tad-dwana.

(320)

Il-Kummissjoni tinnota li, fil-biċċa l-kbira, ir-roti elettriċi huma simili għar-roti konvenzjonali f'dak li għandu x'jaqsam ma' komponenti u prezzijiet. Id-differenza ewlenija hija l-magna u l-batterija, li jistgħu jiġu integrati fi stadju aktar tard. Għalhekk, dikjarazzjoni doganali falza ma tistax tiġi eskluża. Il-fatt li teżisti storja twila f'dan is-settur biex jiġu evitati d-dazji anti-dumping, kif imsemmi fil-premessi (1), (3) u (4), ikompli jikkonferma din il-konklużjoni.

(321)

Għalhekk, il-Kummissjoni ma laqgħetx il-pretensjoni msemmija hawn fuq.

(322)

Konsegwentement, ġie konkluż li ż-żamma tal-miżuri fis-seħħ għall-prodott soġġett għal rieżami tkun anki fl-interess tal-produtturi ta' roti elettriċi.

5.4.   Interess tal-produtturi fil-parts tar-roti

(323)

Skont riċerka riċenti (102) mwettqa b'mod konġunt mill-EBMA u mis-CONEBI, fl-2018 aktar minn 400 kumpanija kienu qed jimmanifatturaw parts tar-roti u komponenti għal roti konvenzjonali kif ukoll elettriċi f'20 Stat Membru differenti. B'kollox, dawn il-kumpaniji kienu qed iħaddmu aktar minn 22 000 ruħ.

(324)

Ta' min ifakkar li, kif spjegat fil-premessa (1), il-miżuri anti-dumping ġew estiżi għal importazzjonijiet ta' ċerti parts tar-roti li joriġinaw mir-RPĊ wara investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Wara t-tali investigazzjoni, ġiet introdotta skema ta' eżenzjoni sabiex titħeġġeġ il-produzzjoni lokali ta' parts tar-roti bir-restrizzjoni tal-kontenut Ċiniż ta' parts tar-roti użati għal inqas minn 60 % mill-valur totali. Konsegwentement, il-manifatturi tar-roti għandhom inċentiv sabiex jixtru l-parts tagħhom barra mir-RPĊ u jixtruhom lokalment sa livell sinifikanti, li jiżgura wkoll żmien qasir tal-konsenja u jnaqqas il-livell tal-istokkijiet tagħhom. Konsegwentement, il-produtturi tal-parts tar-roti jibbenefikaw ukoll mill-estensjoni tal-miżuri eżistenti għal parts essenzjali tar-roti.

(325)

Barra minn hekk, matul il-perjodu kkunsidrat, il-fornituri tal-parts wettqu sforzi sinifikanti fir-“ripatrijazzjoni” tal-produzzjoni ta' parts u ta' komponenti lura lejn l-UE billi għamlu investimenti sinifikanti fir-riċerka u l-iżvilupp u fil-makkinarju. Fid-dawl tal-ispeċifiċità tat-tali investimenti u tar-relazzjoni dejjiema bejn iż-żewġ industriji, is-sostenibbiltà tal-industrija tal-parts tar-roti hija marbuta mill-qrib mal-eżistenza ta' industrija tar-roti tal-Unjoni vijabbli. Kwalunkwe tnaqqis fil-produzzjoni u fil-volum tal-bejgħ għall-industrija tar-roti tal-Unjoni jkollu effett detrimentali fuq l-industrija tal-parts tar-roti.

(326)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoi finali, is-CCCME affermat li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, ma jkunx hemm konsegwenzi negattivi għall-produtturi tal-parts tar-roti, billi l-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ għall-industrija tar-roti tal-Unjoni mhux se tonqos. Barra minn hekk, il-parts se jintużaw fil-produzzjoni ta' roti elettriċi, li se tiżdied.

(327)

Il-Kummissjoni tenniet l-argumenti msemmija fil-premessa (316). It-tħassir tal-miżuri x'aktarx tikkawża effet negattiv estensiv fuq il-produzzjoni tar-roti li ma tistax tiġi kkompensata b'żieda fil-produzzjoni ta' roti elettriċi. L-industrija tal-parts tar-roti hija marbuta mill-qrib mal-produzzjoni tar-roti elettriċi, u għalhekk tkun affettwata minnufih.

(328)

Għalhekk din it-talba ma ntlaqgħetx.

(329)

Fuq din il-bażi, ġie stabbilit li, jekk il-miżuri jiġu rrevokati, l-industrija tal-parts tar-roti fl-UE tbati konsegwenzi negattivi hija wkoll. Għaldaqstant ġie konkluż li l-impożizzjoni ta' miżuri anti-dumping tkun fl-interess tal-industrija tal-parts tar-roti.

5.5.   Interess ta' importaturi mhux relatati

(330)

Kif intqal fil-premessa (15) u (16), il-Kummissjoni stiednet lill-importaturi mhux relatati kollha sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni u kkuntattjat direttament lil 75 importatur. Bħal fl-aħħar investigazzjoni tar-rieżami, l-ebda minnhom ma daħal f'kuntatt jew ikkoopera b'xi mod fl-investigazzjoni.

(331)

Ta' min ifakkar li l-għan tal-miżuri anti-dumping mhuwiex li jipprevjenu l-importazzjonijiet, iżda li jġibu lura kummerċ ġust u jiżguraw li l-importazzjonijiet ma jsirux bi prezzijiet oġġett ta' dumping u dannużi.

(332)

L-investigazzjoni sabet li volum sinifikanti ta' importazzjonijiet, li jirrappreżenta sehem mis-suq ta' aktar minn 17 % fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, kien ġej minn pajjiżi li ma kinux soġġetti għal miżuri anti-dumping. Barra minn hekk, kif intqal fil-premessa (227), ħafna mill-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra soġġetti għall-miżuri, li jirrappreżentaw sehem mis-suq ta' aktar minn 15 % fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, kienu ġejjin mingħand produtturi ġenwini li kienu eżentati mill-estensjonijiet tal-miżuri. Bħala konsegwenza, bl-importazzjonijiet mhux soġġetti għal miżuri li kienu jirrappreżentaw aktar minn 32 % mis-sehem mis-suq fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, tqies li l-importaturi xorta waħda setgħu jġibu roti minn firxa wiesgħa ta' pajjiżi.

(333)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, ġie konkluż li l-miżuri fis-seħħ bħalissa ma kellhom l-ebda effett negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-importaturi u li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma tkunx taffettwahom indebitament.

5.6.   L-interess tal-utenti

(334)

L-ewwel ta' min ifakkar li, fl-investigazzjonijiet preċedenti, instab li l-impatt tal-miżuri ma jkunx sinifikanti għall-utenti/konsumaturi.

(335)

Il-Federazzjoni Ewropea taċ-Ċiklisti (l-“ECF”), li tirrappreżenta assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet ta' ċiklisti, u Cykelfrämjandet, l-organizzazzjoni għaċ-ċiklisti fl-Iżvezja, it-tnejn esprimew l-appoġġ tagħhom għaż-żamma tal-miżuri. Dawn iddikjaraw li ċ-ċiklisti jibbenefikaw mill-provvista ta' prodotti bi standards għoljin tal-kwalità u tas-sikurezza, filwaqt li roti rħas ħafna ma jkunux jissodisfaw l-istandards tas-sikurezza u jiskoraġġixxu l-użu tar-roti għaliex għandhom rikba skomda, mhumiex affidabbli u huma neqsin mill-aċċessorji meħtieġa għall-użu ta' kuljum. Dawn semmew ukoll il-prijoritizzazzjoni fost il-konsumaturi għall-kwalità fuq il-prezz u li r-roti bi prezz u kwalità baxxi jxekklu l-esperjenza u s-sikurezza taċ-ċiklisti.

(336)

L-impatt tad-dazji anti-dumping fuq il-prezz għall-konsumatur kien stmat li mhuwiex sinifikanti peress li ċerti produtturi Ċiniżi jgawdu minn dazju żero filwaqt li jeżistu sorsi oħra tal-provvista u dawn huma preżenti fis-suq tal-UE. Barra minn hekk, il-maġġoranza tal-produtturi tar-roti joperaw taħt l-iskema ta' eżenzjonijiet li skont din, il-parts essenzjali tar-roti jistgħu jiġu importati mir-RPĊ mingħajr ebda dazju sa 60 % tal-valur totali tal-parts użati. Filwaqt li jiżgura kundizzjonijiet ekwi u ġusti, dan isaħħaħ il-kompetizzjoni fis-suq bejn ir-roti mmanifatturati fl-UE u r-roti importati.

(337)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, is-CCCME affermat li l-kost tax-xiri ta' roti għall-konsumaturi tal-Unjoni żdied u li l-persuni b'introjtu baxx ma jistgħux jixtru rota minħabba l-miżuri anti-dumping. Is-CCCME żiedet li n-natura tal-miżuri anti-dumping hija li tipproteġi l-interessi ta' minoranza ta' produtturi ta' roti ta' livell avvanzat, għad-detriment tal-ambjent u s-saħħa pubblika.

(338)

Il-Kummissjoni nnotat li l-kontinwazzjoni tal-miżuri żiedet id-diversità tal-fornituri u sussegwentement id-diversità tal-prezzijiet. Kif ippreżentat fit-Tabelli 6 u 7 fil-premessi (223) u (228), il-prezzijiet ta' importazzjoni medji minn pajjiżi oħra ta' sikwit kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ. Għaldaqstant, il-konsumaturi tal-Unjoni ma ntlaqtux ħażin mill-miżuri.

(339)

Rigward it-tieni pretensjoni tas-CCCME, il-Kummissjoni tenniet it-tweġiba tagħha fil-premezza (268) u rreferiet għat-Tabella 12 fil-premessa (250) li fiha l-prezz ta' bejgħ medju fl-Unjoni kien ivarja minn 118 sa 129 EUR/biċċa u għalhekk ma setax jitqies bħala prezz indikattiv ta' rota ta' livell avvanzat.

(340)

Iż-żewġ pretensjonijiet ma ntlaqgħux.

(341)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, ġie konkluż li l-miżuri fis-seħħ bħalissa ma kellhom l-ebda effett negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-utenti u li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma tkunx taffettwahom indebitament.

5.7.   L-interess ta' partijiet oħrajn

(342)

L-industrija tar-roti tal-Unjoni tikkonsisti f'madwar 400 kumpanija, primarjament SMEs, u kienet timpjega b'mod dirett lil aktar minn 20 000 ruħ fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. It-Trade Union Ewropea IndustriAll, federazzjoni ta' trade unions indipendenti li jirrappreżentaw lil ħaddiema manwali u mhux manwali f'diversi setturi, esprimiet l-appoġġ tagħha għall-kontinwazzjoni tal-miżuri. Hija ddikjarat li l-miżuri jkunu qed isaħħu t-tkabbir ta' din l-industrija li, fis-sħuħija tagħha, hija mistennija li tkun qed timpjega 200 000 ruħ sa ħames (5) snin oħra. Din iddikjarat ukoll li l-miżuri jkunu jippermettu lill-industrija tindirizza l-isfidi strateġiċi tat-trasformazzjoni tar-roti f'roti intelliġenti jew tal-organizzazzjoni ta' ekonomija ċirkolari għar-roti (riċiklaġġ, użu mill-ġdid, manifattura mill-ġdid).

(343)

AEGIS Europe, li tiġbor fiha 25 assoċjazzjoni Ewropea tal-industriji, esprimiet ukoll l-appoġġ tagħha għall-miżuri filwaqt li ddikjarat li dawn jiżguraw kundizzjonijiet ekwi u jindirizzaw distorsjonijiet tas-suq maħluqa fix-xena kummerċjali internazzjonali minn mudell ekonomiku mmexxi mill-istati u li jtellef il-kummerċ.

5.8.   Konklużjoni

(344)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli rigward l-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemmx raġunijiet konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-RPĊ.

6.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(345)

Il-partijiet kollha interessati kienu infurmati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li jinżammu fis-seħħ il-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-RPĊ. Huma ngħataw ukoll perjodu li matulu setgħu jressqu kummenti wara din id-divulgazzjoni. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta.

(346)

Mill-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq jirriżulta li, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-RPĊ imposti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/49, u bl-estensjonijiet tiegħu kif previsti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 501/2013 u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/776, jenħtieġ li jinżammu.

(347)

Kull dikjarazzjoni li titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju anti-dumping individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) jenħtieġ li tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (103) flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari kull bidla fl-attivitajiet tal-kumpanija b'rabta mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni assoċjat, pereżempju, ma' dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament għandu jiġi emendat kif xieraq billi tiġi aġġornata l-lista ta' kumpaniji li jibbenifikaw minn rati tad-dazju individwali.

(348)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament 2018/1046 (104), meta ammont jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fl-ewwel jum kalendarju ta' kull xahar.

(349)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B'dan qed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' roti u ta' ċikletti oħra (inklużi triċikli għall-ġarr tal-prodotti, iżda esklużi l-uniċikli), mhux motorizzati, li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (kodiċijiet TARIC 8712007091, 8712007092 u 8712007099), li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun din li ġejja:

Kumpanija

Dazju definittiv

Kodiċi addizzjonali TARIC

Zhejiang Baoguilai Vehicle Co. Ltd

19,2 %

B772

Oyama Bicycles (Taicang) Co. Ltd.

0 %

B773

Ideal (Dongguan) Bike Co., Ltd.

0 %

B774

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

(minbarra Giant (China) Co. Ltd - kodiċi addizzjonali TARIC C329 )

48,5 %

B999

3.   Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif stipulat fil-paragrafu 2, b'dan huwa estiż ukoll għall-importazzjonijiet tal-istess roti u ta' ċikletti oħra kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka (105) u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (kodiċijiet TARIC 8712003010 u 8712007091) bl-eċċezzjoni ta' dawk immanifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:

Pajjiż

Kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

L-Indoneżja

P.T. Insera Sena, 393 Jawa Street, Buduran, Sidoarjo 61252, l-Indoneżja

B765

 

PT Wijaya Indonesia Makmur Bicycle Industries (Wim Cycle), Raya Bambe KM. 20, Driyorejo, Gresik 61177, Jawa Timur, l-Indoneżja

B766

 

P.T. Terang Dunia Internusa, (United Bike), Jl. Anggrek Neli Murni 114 Slipi, 11480, Jakarta Barat, l-Indoneżja

B767

Is-Sri Lanka

Asiabike Industrial Limited, No 114, Galle Road, Henamulla, Panadura, is-Sri Lanka

B768

 

84, Campbell Place, Colombo-10, is-Sri Lanka

B769

 

Samson Bikes (Pvt) Ltd, No 110, Kumaran Rathnam Road, Colombo 02, is-Sri Lanka

B770

It-Tuneżija

Euro Cycles SA, Zone Industrielle Kelaa Kebira, 4060, Sousse, it-Tuneżija

B771

 

Look Design System Route de Tunis Km6 — BP 18, 8020 Soliman, it-Tuneżija

C206

4.   Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif stipulat fil-paragrafu 2, b'dan huwa estiż ukoll għall-importazzjonijiet tal-istess roti u ċikletti oħra kkunsinjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqgħu fil-kodiċijiet NM ex 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (kodiċijiet TARIC 8712003020 u 8712007092) bl-eċċezzjoni ta' dawk immanifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:

Pajjiż

Kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Il-Kambodja

A and J (il-Kambodja) Co., Ltd., iż-Żona Ekonomika Speċjali Tai Seng Bavet, Sangkar Bavet, Krong Baver, Ket Svay Rieng, il-Kambodja

C035

 

Smart Tech (il-Kambodja) Co., Ltd, iż-Żona Ekonomika Speċjali Tai Seng Bavet, National Road No 1, Bavet City, Svay Rieng, il-Kambodja

C036

 

Speedtech Industrial Co. Ltd, iż-Żona Ekonomika Speċjali Manhattan (Svay Rieng), National Road No 1, Sangkat Bavet, Krong Bavet, il-Provinċja ta' Svay Rieng, il-Kambodja

C037

 

Bestway Industrial Co., Ltd., iż-Żona Ekonomika Speċjali Manhattan (Svay Rieng), National Road No. 1, Sangkat Bavet, Krong Bavet, il-Provinċja ta' Svay Rieng, il-Kambodja

C037

Il-Filippini

Procycle Industrial Inc., Hong Chang Compound, Brgy. Lantic, Carmona, Cavite, il-Filippini

C038

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali

6.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju anti-dumping jew tal-eżenzjonijiet speċifikati gћall-kumpaniji elenkati fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat b'ismu u bil-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej:

“Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tar-roti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea koperti minn din il-fattura ġew immanifatturati minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li t-tagħrif mogħti f'din il-fattura huwa sħiħ u korrett.”

Jekk din il-fattura ma tiġix ippreżentata, għandha tapplika r-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Awwissu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 tat-8 ta' Settembru 1993 li jimponi dazju definittiv anti-dumping lejn il-Komunità ta' biċikletti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju anti-dumping (ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tal-10 ta' Jannar 1997, li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost bir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 fuq roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjoni ta' ċerti parts tar-roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u l-impożizzjoni ta' dazju estiż fuq dawn l-importazzjonijiet rreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 703/96 (ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 tal-20 ta' Jannar 1997 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta' wħud mill-parts tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tal-Kunsill, tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 tal-Kunsill (ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 tad-29 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 153, 5.6.2013, p. 17).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 tad-29 ta' Mejju 2013 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta' biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le (ĠU L 153, 5.6.2013, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/776 tat-18 ta' Mejju 2015 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal fuq importazzjonijiet ta' roti kkunsinjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini kif ukoll jekk le (ĠU L 122, 19.5.2015, p. 4).

(8)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta' Diċembru 2017 fil-Kawża C-61/16 P, EBMA v Giant (iċ-Ċina), ECLI:EU:C:2017:968.

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/49 tal-11 ta' Jannar 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta' biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' biċikletti kkunsinjati, fost l-oħrajn, mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw, fost l-oħrajn, mit-Tuneżija kif ukoll jekk le, wara rieżami ta' “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) u 13(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 7, 12.1.2018, p. 31).

(10)  ĠU C 294, 5.9.2017, p. 3.

(11)  ĠU C 189, 4.6.2018, p. 18.

(12)  Id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta' Diċembru 2017, SWD (2017) 483 final/2.

(13)  Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 6-7.

(14)  Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 10.

(15)  http://en.pkulaw.cn/display.aspx?cgid=311950&lib=law.

(16)  Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 20-21.

(17)  Ir-Rapport – Kapitolu 3, p. 41, 73-74.

(18)  Ir-Rapport – Kapitolu 6, p. 120-121.

(19)  Ir-Rapport – Kapitolu 6, p. 122 -135.

(20)  Ir-Rapport – Kapitolu 7, p. 167-168.

(21)  Ir-Rapport – Kapitolu 8, p. 169-170, 200-201.

(22)  Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 15-16, Ir-Rapport – Kapitolu 4, p. 50, p. 84, Ir-Rapport – Kapitolu 5, p. 108-9.

(23)  Sit web tas-CBA: http://www.china-bicycle.com/information/?cid=11 (aċċessat fis-26 ta' Marzu 2019).

(24)  Ara l-Istatut ta' Assoċjazzjoni tas-CBA: http://www.china-bicycle.com/information/?cid=33 (aċċessat fis-27 ta' Marzu 2019).

(25)  Ara l-premessi (136)-(138) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/72 tas-17 ta' Jannar 2019 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

(26)  Ir-Rapport – Kapitolu 5, p. 100-1.

(27)  Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 26.

(28)  Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 31-2.

(29)  Ara https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU.

(30)  http://money.finance.sina.com.cn/corp/view/vCI_CorpManagerInfo.php?stockid=600679&Name=%D6%DC%CE%C0%D6%D0

(31)  http://www.600818.cn/about.asp?id=5 and http://money.finance.sina.com.cn/corp/view/vCI_CorpManagerInfo.php?stockid=600818&Name=%B9%CB%BE%F5%D0%C2.

(32)  Ir-Rapport – minn Kapitolu 14.1 sa 14.3.

(33)  Ir-Rapport – Kapitolu 4, p. 41-42, 83.

(34)  Ara r-Rapport fil-Kapitolu 14 dwar l-azzar, fil-Kapitolu 15 dwar l-aluminju, fil-Kapitolu 16 dwar is-settur kimiku (li jkopri b'mod parzjali l-lasktu) u fil-Kapitolu 12 dwar il-materja prima (sabiex tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali dwar il-lasktu).

(35)  It-test sħiħ tal-pjan huwa disponibbli fuq is-sit web ta' MIIT: http://www.miit.gov.cn/n1146295/n1652858/n1652930/n3757016/c5353943/content.html.

(36)  L-Introduzzjoni għall-Pjan għall-Aġġustament u ta' Ammeljorament tal-Industrija tal-Azzar.

(37)  It-13-il Pjan fuq Ħames Snin dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (2016-2020), http://en.ndrc.gov.cn/newsrelease/201612/P020161207645765233498.pdf.

(38)  Ir-Rapport – Kapitolu 14, p. 349.

(39)  Ir-Rapport – Kapitolu 14, p. 352.

(40)  Il-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013) maħruġ bl-Ordni Nru 9 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-27 ta' Marzu 2011, u emendat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma dwar l-Emendar tal-Klawżoli Rilevanti tal-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) maħruġa bl-Ordni Nru 21 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-16 ta' Frar 2013.

(41)  Ara l-Premessa (56) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta' Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU [2017] L 146/17.

(42)  Il-Kummissjoni Awstraljana Anti-Dumping, Aluminium Extrusions from China, (Estrużjonijiet tal-Aluminju miċ-Ċina), REP 248, p. 79 (it-13 ta' Lulju 2015).

(43)  Taube, M. (2017). Analysis of Market Distortions in the Chinese Non-Ferrous Metals Industry (Analiżi tad-Distorsjonijiet tas-Suq fl-Industrija Ċiniża tal-Metalli Mhux Ferrużi), Think!Desk, l-24 ta' April 2017, p. 51.

(44)  Ara pereżempju r-rapport li jikkonċerna n-nuqqas tal-gvern provinċjali ta' Shandong li jrażżan l-espansjoni tal-kapaċità tal-aluminju: https://mp.weixin.qq.com/s?__biz=MzI2OTUyMzA0Nw==&mid=2247494318&idx=1&sn=9690ca50845c19f38eafff659516817a&chksm=eaddaba6ddaa22b071a5e2588aa787ed6f6a1a964ccae55c4d85c6f7ccbfcb5cedd3cdceac9d&scene=0&pass_ticket=JFplYZoDqNTFmOPYUGJbMwF0XlC1N3hAJ3EYPpsKx6rkt4fSeZ4TwIvB5BffX4du#rd (ikkonsultat fit-22 ta' Frar 2019).

(45)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, p. 387-388.

(46)  Ir-Rapport – Kapitolu 12, p. 275 – 282.

(47)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, p. 378-382, 390.

(48)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, p. 386.

(49)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, pp. 377 - 387.

(50)  Ir-Rapport – Kapitolu 6, p. 138-149.

(51)  Ir-Rapport – Kapitolu 9, p. 216.

(52)  Ir-Rapport – Kapitolu 9, p. 213-215.

(53)  Ir-Rapport – Kapitolu 9, p. 209-211.

(54)  Ara l-premessi 503-515 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/72 tas-17 ta' Jannar 2019 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 16, 18.1.2019, p. 5) (C/2019/43).

(55)  Ara l-premessi 478-493 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta' Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b'wiċċ ġdid, ta' tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b'indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b'wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b'indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 283, 12.11.2018, p. 1) (C/2018/7349).

(56)  Ir-Rapport – Kapitolu 13, p. 332-337.

(57)  Ir-Rapport – Kapitolu 13, p. 336.

(58)  Ir-Rapport – Kapitolu 13, p. 337-341.

(59)  Ir-Rapport – Kapitolu 6, p. 114-117.

(60)  Ir-Rapport – Kapitolu 6, p. 119.

(61)  Ir-Rapport – Kapitolu 6, p. 120.

(62)  Ir-Rapport – Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.

(63)  Ir-Rapport, ibid.

(64)  Ir-Rapport – Kapitolu 14, p. 362-3, li jelenka l-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ tal-UE (dwar ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u dwar ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina), kif ukoll l-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ imwettqa mill-awtoritajiet Awstraljani, Kanadiżi, Indjani jew tal-Istati Uniti.

(65)  Ir-Rapport — Kapitolu 6, p. 127, b'mod partikolari fir-rigward tal-istima tal-FMI.

(66)  Ara l-paragrafi 175-346 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/72 tas-17 ta' Jannar 2019 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, C/2019/43 ĠU L 16, 18.1.2019, p. 5.

(67)  Ara l-paragrafi 347–367, ibid.

(68)  Ara l-paragrafi 551-557, ibid.

(69)  Ara l-paragrafi 562-575, ibid.

(70)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/72 tas-17 ta' Jannar 2019 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

(71)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tat-28 ta' Frar 2018 fil-Kawża C-301/16 P.

(72)  Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

(73)  Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott soġġett għal rieżami f'pajjiż li jkollu livell simili ta' żvilupp, tista' titqies il-produzzjoni ta' prodott fl-istess kategorija u/jew settur ġenerali tal-prodott soġġett għal rieżami.

(74)  Sors: Bażi ta' data Orbis, ipprovduta minn Bureau Van Dick (https://orbis.bvdinfo.com/version-2019228/home.serv?product=OrbisNeo).

(75)  Global Trade Atlas – GTA (https://www.gtis.com/gta/secure/htscty_wta.cfm).

(76)  It-Tajlandja tneħħiet mil-lista ta' pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 978/2012 b'effett mill-1 ta' Jannar 2015 skont ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1421/2013.

(77)  Sors: Bażi ta' data Orbis, ipprovduta minn Bureau Van Dick (https://orbis.bvdinfo.com/version-2019228/home.serv?product=OrbisNeo).

(78)  Sors: Bażi ta' data Orbis, ipprovduta minn Bureau Van Dick (https://orbis.bvdinfo.com/version-2019228/home.serv?product=OrbisNeo).

(79)  http://comext.eurostat.ec.europa.eu/ANALYTICAL_S10_V17_ECAS/Analytical.html.

(80)  https://ec.europa.eu/eurostat/web/energy/data/main-tables.

(81)  https://www.bloomberg.com/.

(82)  Fl-4 ta' Lulju 2018, il-kumpanija Yong Yi kienet għadha ma rtiratx il-kooperazzjoni tagħha mill-investigazzjoni u, għaldaqstant, l-informazzjoni pprovduta fl-Anness III intużat bħala sors.

(83)  https://ec.europa.eu/eurostat/web/energy/data/database.

(84)  Sors: Bażi ta' data Orbis, ipprovduta minn Bureau Van Dick (https://orbis.bvdinfo.com/version-2019228/home.serv?product=OrbisNeo).

(85)  Ikkalkolati bħala l-medja tad-dħul operatorju, nieqes il-profitt operatorju, nieqes il-profitt finanzjarju, nieqes il-kost tal-oġġetti mibjugħa (il-kostijiet materjali, il-kostijiet tal-impjegati, id-deprezzament u l-amortizzament).

(86)  Ikkalkolat bħala l-profitt qabel it-taxxi fuq il-kost tal-oġġetti mibjugħa (il-kostijiet materjali, il-kostijiet tal-impjegati, id-deprezzament u l-amortizzament).

(87)  Ir-Regolament (UE) 2017/2321 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 338 tad-19.12.2017, p. 1).

(88)  Din ġiet ikkalkolata b'estrapolazzjoni, jekk wieħed jassumi li l-produzzjoni totali ta' 80 miljun unità tirrappreżenta 68 % mill-kapaċità totali, li għalhekk tkun ekwivalenti għal 117-il miljun unità.

(89)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 tad-29 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 153, 5.6.2013, p. 17).

(90)  Sors: Global Trade Atlas – GTA (https://www.gtis.com/gta/secure/htscty_wta.cfm), data statistika disponibbli fil-livell tal-kodiċi tas-SA 8712 00 (Prodott ikkonċernat: Kodiċi NM 8712 00 30 & 8712 00 70).

(91)  https://www.usitc.gov/tata/hts/index.htm, Il-Kummissjoni tal-Istati Uniti għall-Kummerċ Internazzjonali - Official Harmonized Tariff Schedule 2019.

(92)  https://www.federalregister.gov/documents/2019/05/09/2019-09681/notice-of-modification-of-section-301-action-chinas-acts-policies-and-practices-related-to.

(93)  Sors: Global Trade Atlas – GTA.

(94)  https://www.federalregister.gov/documents/2019/05/09/2019-09681/notice-of-modification-of-section-301-action-chinas-acts-policies-and-practices-related-to.

(95)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/73 tas-17 ta' Jannar 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 16, 18.1.2019, p. 108).

(96)  Sors: statistika abbażi tad-data rrapportata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku.

(97)  https://ec.europa.eu/eurostat/en/web/products-datasets/-/EARN_MW_CUR.

(98)  Il-preżentazzjoni ta' EBMA tal-1 ta' Mejju 2019.

(99)  http://www.china-bicycle.com/information/?cid=11.

(100)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/72 tas-17 ta' Jannar 2019 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 16, 18.1.2019, p. 5).

(101)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/73 tas-17 ta' Jannar 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 16, 18.1.2019, p. 108).

(102)  “European bicycle market - Employment and Investment figures in 2018” (“Is-suq Ewropew tar-roti - Ċifri tal-Impjiegi u tal-Investimenti fl-2018”), Aġġornament ta' Marzu 2019, p. 5.

(103)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, B-1049 Brussell, il-Belġju.

(104)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE, u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(105)  Inkluża City Cycle Industries — kodiċi addizzjonali TARIC B131 (Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/28 tad-9 ta' Jannar 2018 li jimponi mill-ġdid dazju definittiv tal-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' roti, kemm jekk dawn ikunu ddikjarati li joriġinaw mis-Sri Lanka jew le minn City Cycle Industries (ĠU L 5, 10.1.2018, p. 27).